Proċedura : 2021/0022(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0263/2021

Testi mressqa :

A9-0263/2021

Dibattiti :

PV 14/09/2021 - 18
CRE 14/09/2021 - 18

Votazzjonijiet :

PV 15/09/2021 - 12

Testi adottati :

P9_TA(2021)0370

<Date>{03/09/2021}3.9.2021</Date>
<NoDocSe>A9-0263/2021</NoDocSe>
PDF 162kWORD 48k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, - Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit</Titre>

<DocRef>(10945/2021 – C9-0000/2021 – 2021/0022(BUD))</DocRef>


<Commission>{BUDG}Kumitat għall-Baġits</Commission>

Rapporteur: <Depute>Pierre Larrouturou</Depute>

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(10945/2021 – C9-0000 – 2021/0022(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2020[2],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 – 2027[3] (Regolament dwar il-QFP),

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda[4],

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/2053/UE, Euratom tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[5],

 wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit tal-25 ta' Diċembru 2020[6], (Regolament dwar il-BAR),

 wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 1/2021, adottat mill-Kummissjoni fit-22 ta' Jannar 2021 (COM(2021)0030),

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021, adottata mill-Kunsill fid-19 ta' Lulju 2021 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fi ... (00000/2021 – C9-0000),

 wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0263/2021),

A. billi l-Kummissjoni, fil-25 ta' Diċembru 2020, ippreżentat proposta għal Regolament li jistabbilixxi r-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (ir-Riżerva) fi ħdan l-istrumenti speċjali tematiċi barra mil-limiti massimi tal-baġit tal-Unjoni tal-QFP "biex jiġu miġġielda l-konsegwenzi mhux previsti u negattivi fl-Istati Membri u s-setturi li huma l-aktar affettwati" bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u b'hekk jittaffa l-impatt tiegħu fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

B. billi r-riżorsi massimi għall-implimentazzjoni tar-Riżerva jammontaw għal EUR 5 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 5 370 994 000 fi prezzijiet attwali);

C. billi l-għan tal-abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2021 huwa li jdaħħal fil-baġit annwali tal-Unjoni 2021 EUR 4 244 832 000 fi prezzijiet attwali (EUR 4 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018), kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' prefinanzjament li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit fl-2021;

D. billi, wara l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-BAR, l-approprjazzjonijiet se jiġu ttrasferiti għall-artikolu baġitarju "16 02 03"; billi l-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva lil Stat Membru mbagħad għandha tiġi implimentata fil-qafas ta' ġestjoni kondiviża f'konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju;

1. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021 kif ippreżentat mill-Kummissjoni, li għandu l-għan li jagħmel disponibbli EUR 4 244 832 000, kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament, biex ikopru l-ħtiġijiet ta' prefinanzjament tar-Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit;

2. Jissottolinja li r-Riżerva hija waħda mill-istrumenti speċjali tematiċi fi ħdan ir-Regolament dwar il-QFP 2021–2027, u għalhekk l-approprjazzjonijiet relatati tagħha jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi għall-infiq tal-QFP;

3. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2021;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2021 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

31.8.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Alexandra Geese, Vlad Gheorghe, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Mislav Kolakušić, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Rainer Wieland, Angelika Winzig

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca

ID

Hélène Laporte

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Renew

Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

S&D

Robert Biedroń, Paolo De Castro, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Victor Negrescu, Nils Ušakovs

The Left

Dimitrios Papadimoulis

Verts/ALE

Rasmus Andresen, David Cormand, Alexandra Geese, Francisco Guerreiro

 

0

-

 

4

0

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Joachim Kuhs

NI

Mislav Kolakušić

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

[2] ĠU L 93, 17.3.2021.

[3] ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 11.

[4] ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 28.

[5] ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Settembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza