Proċedura : 2021/2041(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0265/2021

Testi mressqa :

A9-0265/2021

Dibattiti :

PV 19/10/2021 - 9
CRE 19/10/2021 - 9

Votazzjonijiet :

PV 20/10/2021 - 2
PV 21/10/2021 - 2
CRE 21/10/2021 - 2

Testi adottati :

P9_TA(2021)0431

<Date>{09/09/2021}9.9.2021</Date>
<NoDocSe>A9-0265/2021</NoDocSe>
PDF 183kWORD 54k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward ir-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni UE-Tajwan</Titre>

<DocRef>(2021/2041(INI))</DocRef>


<Commission>{AFET}Kumitat għall-Affarijiet Barranin</Commission>

Rapporteur: <Depute>Charlie Weimers</Depute>

ABBOZZ TA' RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RAKKOMANDAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rigward ir-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni UE-Tajwan

(2021/2041(INI))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Parlament Ewropew dwar il-PESK u t-taqsimiet relatati dwar ir-relazzjonijiet UE-Tajwan,

 wara li kkunsidra l-Mekkaniżmu ta' Djalogu fil-qasam tal-Politika Industrijali (IPD) bejn l-UE u t-Tajwan, stabbilit fl-2015,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar relazzjonijiet kummerċjali UE-Tajwan[1],

 wara li kkunsidra l-parteċipazzjoni tat-Tajwan fin-Network Enterprise Europe, fil-Pjattaforma Ewropea għall-Kooperazzjoni bejn il-Clusters u fid-Djalogu dwar l-Ekonomija Diġitali,

 wara li kkunsidra l-komunikat tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin u l-Iżvilupp tal-G7 tal-5 ta' Mejju 2021, b'mod partikolari t-taqsima dwar l-appoġġ għall-parteċipazzjoni sinifikanti tat-Tajwan fl-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u fl-Assemblea Dinjija tas-Saħħa,

 wara li kkunsidra l-ftehimiet ta' kooperazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi kummerċjali, u l-implimentazzjoni min-naħa tat-Tajwan, mill-2017, tal-istandards internazzjonali dwar il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa,

 wara li kkunsidra l-kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni pożittivi tat-Tajwan fil-Programmi Qafas tal-Unjoni Ewropea (EUFPs),

 wara li kkunsidra l-Konsultazzjoni fil-qasam tax-Xogħol bejn l-UE u t-Tajwan stabbilita fl-2018,

 wara li kkunsidra l-eżenzjoni mill-obbligu ta' viża għad-detenturi ta' passaport Tajwaniż mill-2011,

 wara li kkunsidra l-politika ta' Ċina Waħda tal-UE,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Mexxejja tal-Istati Uniti u l-Ġappun tas-16 ta' April 2021,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Mexxejja tal-Istati Uniti u r-Repubblika tal-Korea tal-21 ta' Mejju 2021,

 wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2020 bit-titolu "Nindirizzaw id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 – X'inhuma l-fatti" (JOIN(2020)0008),

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' April 2021 dwar Strateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 118 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0265/2021),

A. billi l-UE u t-Tajwan huma sħab li jaqsmu l-istess fehma u li jikkondividu l-valuri komuni tal-libertà, tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

B. billi l-belliġeranza militari kontinwa u l-attivitajiet fiż-żona l-griża min-naħa taċ-Ċina, kif ukoll forom oħra ta' provokazzjoni, bħall-ispjunaġġ, l-attakki ċibernetiċi u t-teħid tat-talenti, fil-konfront tat-Tajwan joħolqu theddida serja għall-istatus quo bejn it-Tajwan u ċ-Ċina, kif ukoll għall-paċi u għall-istabbiltà tar-reġjun Indo-Paċifiku u jistgħu jwasslu għal eskalazzjoni perikoluża; billi dan ir-reġjun huwa ta' importanza kbira għall-UE kemm minħabba l-ħafna sħab kbar tagħha hemmhekk, kif ukoll minħabba li wieħed mill-Istati Membri tagħha, Franza, għandu territorji ekstra-Ewropej hemmhekk;

C. billi fl-2016 l-UE impenjat ruħha li tuża kull mezz disponibbli biex tinkoraġġixxi inizjattivi bl-għan li jippromwovu d-djalogu, il-kooperazzjoni u l-bini tal-fiduċja bejn iż-żewġ naħat tal-Istrett tat-Tajwan; billi dawn l-aspirazzjonijiet s'issa għadhom ma ġewx issodisfati;

D. billi l-isforzi tat-Tajwan maħsuba biex irażżnu t-tixrid tal-coronavirus urew li huma fost dawk l-aktar effikaċi fid-dinja; billi l-isforzi tat-Tajwan biex jikkontribwixxi b'mod attiv fuq fronti differenti għall-ġid komuni tal-komunità internazzjonali matul il-pandemija, inkluż permezz ta' bosta studji internazzjonali, huwa eżempju tanġibbli ta' Tajwan li jġib ruħu bħala sieħeb, u prova li għandu jiġi ttrattat bħala tali; billi dan juri li t-Tajwan għandu l-kapaċità li jipprovdi kontribuzzjonijiet ta' valur ugwali lill-komunità internazzjonali biex jiġu indirizzati l-ħafna sfidi l-oħra ta' żminijietna; billi ż-żieda f'daqqa riċenti fl-infezzjonijiet tal-COVID, in-nuqqas ta' vaċċini u l-indħil Ċiniż fl-isforzi tat-Tajwan biex jakkwistahom direttament iqajmu tħassib serju;

E. billi l-UE għadha l-akbar sors ta' investiment dirett barrani (FDI) fit-Tajwan, b'valur akkumulat ta' EUR 48 biljun sal-2019, li jirrappreżentaw 31 % tal-FDI dieħel fit-Tajwan; billi hemm potenzjal konsiderevoli biex jiżdied l-FDI tat-Tajwan fl-UE; billi t-Tajwan jiddomina s-swieq tal-manifattura tas-semikondutturi, peress li l-produtturi tiegħu jimmanifatturaw madwar 50 % tal-produzzjoni dinjija tas-semikondutturi;

F. billi l-pożizzjoni tat-Tajwan, ir-rwol kritiku tiegħu fil-ktajjen tal-provvista globali tat-teknoloġija avvanzata, u l-istil ta' ħajja demokratiku tiegħu jagħmluh strateġikament importanti għad-demokraziji Ewropej;

G. billi l-ammont totali ta' kummerċ bilaterali bejn l-UE u t-Tajwan laħaq il-EUR 51 biljun fl-2019, b'hekk it-Tajwan huwa l-ħames l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fl-Asja u jikklassifika fil-15-il post fost l-akbar sħab kummerċjali tal-UE fid-dinja;

1. Jirrakkomanda li l-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni:

(a) jaħdmu mill-qrib mal-Istati Membri biex jintensifikaw ir-relazzjonijiet politiċi bejn l-UE u t-Tajwan u biex isegwu sħubija komprensiva u msaħħa taħt il-gwida tal-Politika ta' Ċina Waħda tal-UE; jikkunsidraw lit-Tajwan bħala sieħeb ewlieni u alleat demokratiku fl-Indo-Paċifiku bil-mertu tiegħu stess bħala demokrazija robusta u ekonomija teknoloġikament avvanzata li tista' tikkontribwixxi għaż-żamma ta' ordni bbażat fuq ir-regoli f'nofs rivalità bejn il-poteri l-kbar li qed tintensifika;

(b) jibdew b'urġenza valutazzjoni tal-impatt, konsultazzjoni pubblika u eżerċizzju preliminari dwar Ftehim Bilaterali ta' Investiment (BIA) mal-awtoritajiet Tajwaniżi bi tħejjija għal negozjati biex japprofondixxu r-rabtiet ekonomiċi bilaterali, peress li tali BIA jwassal għat-taffija tar-rekwiżiti tal-"kontenut proprju" mill-investituri u l-produtturi Ewropej fit-Tajwan; ifakkru, fil-kuntest tad-dinamika reġjonali, fl-importanza tar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-UE u t-Tajwan, inkluż dwar aspetti relatati mal-multilateraliżmu u mad-WTO, mat-teknoloġija u mas-saħħa pubblika, kif ukoll tal-kooperazzjoni essenzjali f'dawk li huma provvisti kritiċi bħas-semikondutturi; iħeġġu lit-Tajwan iżid l-investimenti fl-UE, u jinnotaw li t-Tajwan huwa membru sħiħ tad-WTO;

(c) jesprimu tħassib serju dwar il-belliġeranza militari kontinwa taċ-Ċina fil-konfront tat-Tajwan u l-pressjoni fuqu, b'mod partikolari permezz tal-investiment konsiderevoli taċ-Ċina fil-kapaċitajiet militari, l-eżerċizzji ta' attakki tagħha u l-ksur frekwenti tal-ispazju tal-ajru tat-Tajwan; barra minn hekk, jiddenunzjaw ir-retorika Ċiniża xewwiexa li tindika l-intenzjoni apparentement kontradittorja tagħha li tixtieq tinkorpora lit-Tajwan taħt it-tmexxija totalitarja tal-Partit Komunista Ċiniż (PKĊ), waqt li fl-istess ħin tiddikjara li tfittex żvilupp paċifiku tar-relazzjonijiet mat-Tajwan, u tinsisti li kwalunkwe bidla fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ naħat tal-istrett ma tridx issir unilateralment u lanqas kontra r-rieda taċ-ċittadini Tajwaniżi; iħeġġu lill-UE u lill-Istati Membri jassumu rwol proattiv fil-kollaborazzjoni mas-sħab internazzjonali li jaqsmu l-istess fehma biex jippruvaw jiksbu l-paċi u l-istabbiltà bejn iż-żewġ naħat tal-Istrett tat-Tajwan, u biex jistabbilixxu sħubijiet mal-gvern demokratiku tat-Tajwan;

(d) jesprimu tħassib serju dwar is-sitwazzjoni fl-Ibħra tal-Lvant u tan-Nofsinhar taċ-Ċina u jopponu bil-qawwa kwalunkwe tentattiv unilaterali biex jinbidel l-istatus quo u jiżdiedu t-tensjonijiet; itennu l-importanza li jiġi rispettat id-dritt internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) bid-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-obbligu li t-tilwim jissolva b'mezzi paċifiċi, u dwar iż-żamma tal-libertà tan-navigazzjoni u t-titjiriet minn fuq pajjiż;

(e) ifakkru li ż-żamma tal-paċi u l-istabbiltà fl-Indo-Paċifiku hija interess ewlieni għall-UE u l-Istati Membri tagħha; jisħqu li kunflitt militari fl-Istrett tat-Tajwan mhux biss joħloq tfixkil ekonomiku sinifikanti li jaffettwa l-interessi Ewropej, iżda jimmina serjament ukoll l-ordni bbażat fuq ir-regoli fir-reġjun, kif ukoll il-governanza demokratika bid-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-qalba tagħha;

(f) iżommu f'moħħhom li l-UE tagħti valur kbir lis-sigurtà fl-Istrett tat-Tajwan u li hemm rabta diretta bejn il-prosperità Ewropea u s-sigurtà Asjatika u, għalhekk, konsegwenzi għall-Ewropa jekk kunflitt jinfirex lil hinn sew mill-isfera ekonomika; jiddikjaraw li l-azzjonijiet taċ-Ċina kontra t-Tajwan u fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar se jkollhom konsegwenzi għar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina;

(g) jesprimu tħassib dwar il-leġiżlazzjoni taċ-Ċina relatata mat-Tajwan u jirrimarkaw li l-impożizzjoni tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali fuq Hong Kong għamlet id-dispożizzjoni tal-liġi kontra s-seċessjoni tal-2005 li tagħti lit-Tajwan livell għoli ta' awtonomija f'każ ta' unifikazzjoni kompletament inaffidabbli;

(h) isostnu bis-saħħa l-parteċipazzjoni sinifikanti tat-Tajwan bħala osservatur fil-laqgħat, fil-mekkaniżmi u fl-attivitajiet tal-korpi internazzjonali, fosthom l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali (INTERPOL) u l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC); iħeġġu lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jappoġġaw inizjattivi internazzjonali li jappellaw għall-parteċipazzjoni tat-Tajwan f'organizzazzjonijiet internazzjonali; jilqgħu għal darb'oħra l-kooperazzjoni proattiva tat-Tajwan mal-komunità internazzjonali biex jitgħallmu dwar il-pandemija tal-COVID-19 u jsibu l-aħjar modi biex jirreaġixxu għaliha, u jissottolinjaw li dan il-każ wera li l-kontributi tat-Tajwan fid-WHO jkunu valur miżjud għas-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini tal-membri kollha tagħha;

(i) jinkoraġġixxu aktar skambji, laqgħat u kooperazzjoni ekonomiċi, xjentifiċi, kulturali, politiċi u interpersonali bejn l-UE u t-Tajwan, u skambji u parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-Istati Membri, anki fl-ogħla livelli, sabiex jirriflettu b'mod sħiħ il-kooperazzjoni dinamika, multidimensjonali u stretta bejn l-UE u t-Tajwan bħala sħab li jaqsmu l-istess fehma; jikkundannaw it-theddid ta' rappreżalji u pressjoni fuq Miloš Vystrčil, il-President tas-Senat Ċek, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina minħabba ż-żjara tiegħu fit-Tajwan f'Awwissu 2020, u jinnotaw li r-Repubblika Ċeka u l-pajjiżi sovrani l-oħra kollha għandhom id-dritt jiżviluppaw kooperazzjoni ekonomika u kulturali mat-Tajwan;

(j) jindirizzaw it-tensjonijiet fuq iż-żewġ naħat tal-Istrett tat-Tajwan, il-ħtieġa li tiġi protetta d-demokrazija tat-Tajwan u l-importanza tat-Tajwan bħala sieħeb tal-UE u setgħa ekonomika reġjonali fil-kuntest tal-Istrateġija futura tal-UE dwar l-Indo-Paċifiku li qed titħejja bħalissa mis-SEAE u l-Kummissjoni; iħeġġu lill-UE taħdem mill-qrib ma' sħab oħra li jaqsmu l-istess fehma permezz tal-Istrateġija tagħha dwar l-Indo-Paċifiku biex tindirizza l-pożizzjoni assertiva taċ-Ċina fir-reġjun, u biex issaħħaħ l-ordni bbażat fuq ir-regoli, minħabba l-interessi proprji tal-UE fir-reġjun;

(k) ikomplu jadottaw inizjattivi biex isaħħu r-relazzjonijiet ekonomiċi bilaterali u l-kuntatti interpersonali, speċjalment fost iż-żgħażagħ, u inklużi l-akkademja, is-soċjetà ċivili, l-isport, il-kultura u l-edukazzjoni, kif ukoll is-sħubijiet bejn il-bliet u bejn ir-reġjuni; ifaħħru s-sħubijiet attwali bejn bliet Ewropej u Tajwaniżi u jħeġġu d-diplomazija tal-bliet bħala għodda biex tgħin il-parteċipazzjoni tat-Tajwan f'inizjattivi internazzjonali, li jippermettu lit-Tajwan jevita t-tentattivi Ċiniżi biex ikompli jiżdied l-iżolament diplomatiku tiegħu;

(l) jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni Ewropea u Tajwaniża fis-settur tal-media, sabiex jiddiversifikaw l-ambjent tal-media tal-lingwa Ċiniża fl-UE u jipprovdu alternattiva għall-organizzazzjonijiet tal-media kkontrollati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina;

(m) iħeġġu lill-UE u lill-Istati Membri jgħinu biex titqajjem kuxjenza fl-Ewropa dwar is-sitwazzjoni fl-Istrett tat-Tajwan, kif ukoll dwar il-kumplessità tar-relazzjonijiet Tajwan-Ċina permezz tal-istabbiliment u l-finanzjament ta' programmi dedikati u riċerka mmirata għas-soċjetà inġenerali; jissottolinjaw l-importanza li jsir investiment f'dibattitu inklużiv fl-Istati Membri kollha, li jispjega lill-pubbliku Ewropew ir-riskji ta' avvanz awtoritarju fl-Indo-Paċifiku permezz tal-pożizzjoni assertiva taċ-Ċina u l-isforzi tagħha biex timmina d-demokrazija, b'mod partikolari fit-Tajwan, u l-implikazzjonijiet li tali theddid ma jiġix indirizzat għad-demokraziji madwar id-dinja;

(n) jinkoraġġixxu d-djalogu u l-kooperazzjoni mat-Tajwan fis-setturi industrijali u fil-ktajjen tal-provvista kollha, partikolarment fl-industriji emerġenti u fl-industriji ta' importanza strateġika bħal dawk tal-vetturi elettroniċi, tar-robotika u tal-manifattura intelliġenti, kif ukoll fit-teknoloġiji tas-semikondutturi;

(o) jappoġġaw aktar tisħiħ tal-inizjattivi li jippermettu lill-UE tinvolvi ruħha fi sħubijiet mat-Tajwan fl-oqsma tal-ICT, il-bijoteknoloġija, is-saħħa u s-sigurtà, u taħdem fuq kooperazzjoni u inizjattivi konkreti bejn l-Istrateġija ta' Konnettività tal-UE u l-Politika l-ġdida tat-Tajwan għan-Nofsinhar; jappoġġaw bil-qawwa l-intensifikazzjoni tas-sħubija taż-żewġ naħat fis-semikondutturi;

(p) jirrikonoxxu r-rwol ċentrali tat-Tajwan fl-industriji strateġiċi bħall-ħames ġenerazzjoni tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni (5G), peress li jospita l-akbar fonderija fid-dinja u huwa l-produttur ewlieni tas-semikondutturi; jisħqu li fil-futur il-mikroċipep se jkollhom rwol ċentrali fit-tiswir tal-ordni globali u li kull min ikollu l-kontroll tad-disinn u l-manifattura tal-mikroċipep se jwitti t-triq fis-seklu 21; ifakkru li t-tfixkil fil-ktajjen tal-provvista globali kkawżat mill-pandemija poġġa lit-Tajwan fiċ-ċentru tal-ispinta teknoloġika, u wassal ukoll biex l-UE tagħraf il-vulnerabbiltajiet tagħha stess, filwaqt li enfasizza l-urġenza li ssir riflessjoni dwar kif jitnaqqsu d-dipendenzi tagħha minn atturi esterni; iħeġġu, għalhekk, aktar kooperazzjoni mat-Tajwan biex tiġi appoġġata l-aġenda tal-UE għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tagħha, kif ukoll l-isforzi tal-UE lejn id-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-valur u tal-provvista, peress li l-pandemija aċċellerat id-domandi għat-tnejn, filwaqt li enfasizzat il-ħtieġa ta' aktar investiment u appoġġ politiku, b'mod partikolari fil-ktajjen tal-valur ta' importanza strateġika, bħall-mikroelettronika, is-sewqan awtonomu u l-intelliġenza artifiċjali (IA), li huma oqsma fejn it-Tajwan għandu rwol ċentrali;

(q) jilqgħu l-organizzazzjoni tal-ewwel Forum Ewropew tal-Investiment li qatt sar fit-Tajwan f'Settembru 2020, u jinkoraġġixxu aktar investiment bilaterali fiż-żewġ direzzjonijiet; iħeġġu ż-żieda ta' tali investiment b'mod partikolari f'industriji fejn it-Tajwan huwa minn ta' quddiem, jiġifieri t-teknoloġiji kritiċi inklużi s-semikondutturi, li jappoġġa l-isforzi tal-UE biex issaħħaħ il-kapaċità mikroelettronika tagħha stess; jinnotaw li wara d-Djalogu UE-Tajwan tal-2020 dwar l-Ekonomija Diġitali, l-UE u t-Tajwan għandhom ikomplu jibnu fuq id-diskussjonijiet tagħhom dwar il-kooperazzjoni fir-riċerka u t-teknoloġija, il-blockchain, l-IA, iċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà ċibernetika, l-ekonomija tad-data u l-konnettività diġitali, sabiex jidentifikaw aktar sinerġiji, jespandu l-iskambju ta' politika dwar l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali, u jistabbilixxu sħubijiet aktar estensivi;

(r) jilqgħu l-impenji volontarji tat-Tajwan biex jgħin fil-ġlieda kontra t-tisħin globali, u b'hekk jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima;

(s) jinkoraġġixxu lill-UE u lill-Istati Membri japprofondixxu l-kooperazzjoni mat-Tajwan fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni minn pajjiżi terzi malinni, inklużi l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, approċċi konġunti għat-trawwim tal-libertà tal-media u l-ġurnaliżmu, l-approfondiment tal-kooperazzjoni dwar is-sigurtà ċibernetika u t-theddid ċibernetiku, is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u t-titjib tal-litteriżmu diġitali ġenerali fost il-popolazzjoni sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi demokratiċi tagħna; jappoġġaw kooperazzjoni intensifikata bejn gruppi ta' riflessjoni Ewropej u Tajwaniżi rilevanti f'dan il-qasam;

(t) jikkunsidraw li jitgħallmu mill-esperjenza tat-Tajwan tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni mill-kontinent li tattakka l-indipendenza tal-media tat-Tajwan bl-użu ta' pjattaformi tal-media soċjali, b'infiltrazzjoni fil-media televiżiva u stampata Tajwaniża sabiex tiġi influwenzata l-opinjoni pubblika, bl-għan li jiġi mminati l-elezzjonijiet fit-Tajwan; ifaħħru lit-Tajwan talli kkunsidra l-litteriżmu medjatiku bħala għodda utli u vitali għall-edukazzjoni tan-nies dwar l-identifikazzjoni tad-diżinformazzjoni, u talli għalhekk inkorpora l-litteriżmu medjatiku fil-kurrikulu tal-iskola;

(u) jisħqu li l-benefiċċji tal-isforzi tat-Tajwan fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-ġlieda kontra l-aħbarijiet foloz imorru lil hinn mit-Tajwan, u jinfluwenzaw mhux biss lis-soċjetà fil-gżira, iżda anki lill-komunità li titkellem biċ-Ċiniż f'Hong Kong u pajjiżi oħra tax-Xlokk tal-Asja;

(v) jikkundannaw it-tentattivi Ċiniżi biex jiskreditaw il-ġestjoni tal-pandemija mill-gvern Tajwaniż; ifaħħru l-approċċ effettiv minn isfel għal fuq tat-Tajwan, immexxi miċ-ċittadini tiegħu, biex jivverifika l-aħbarijiet u l-informazzjoni bl-użu tat-teknoloġija, bħall-IA, biex iżid l-isforzi u jippermetti lill-verifikaturi tal-fatti jidentifikaw l-aktar pretensjonijiet dannużi li jiċċirkolaw fuq il-pjattaformi tal-media soċjali u b'hekk iwaqqfu t-tixrid tagħhom;

(w) ifakkru li t-theddida li qed jiffaċċja t-Tajwan mill-operazzjonijiet ta' diżinformazzjoni taċ-Ċina hija parti minn problema akbar li qed jiffaċċjaw id-demokraziji madwar id-dinja f'era fejn it-teknoloġiji tal-komunikazzjoni huma ċentrali għall-kompetizzjoni ġeopolitika għat-tmexxija globali; ifakkru li ċ-Ċina, flimkien ma' pajjiżi mhux demokratiċi oħra, għadha wkoll theddida kbira għad-demokraziji fl-Ewropa permezz ta' kampanji ta' diżinformazzjoni, theddida li żdiedet b'mod sinifikanti bil-pandemija, kif innota r-rapport tas-SEAE ta' Ġunju 2020; jinnotaw li l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni hija għalhekk fl-interess kemm tal-UE kif ukoll tat-Tajwan;

(x) jippromwovu aktar il-kooperazzjoni attwali bejn l-UE u t-Tajwan dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-Programm Qafas Orizzont Ewropa (2021-2027); iħeġġu l-parteċipazzjoni ta' aktar riċerkaturi Tajwaniżi f'Orizzont Ewropa fil-futur;

(y) jippromwovu aktar it-turiżmu u l-iskambji taż-żgħażagħ mat-Tajwan permezz ta' inizjattivi bħall-vaganzi kkombinati ma' xogħol, il-programmi Erasmus jew il-Borża ta' Studju dwar il-Konnettività Tajwan-Ewropa, u jesploraw opportunitajiet għal kooperazzjoni fl-edukazzjoni għolja u f'oqsma oħra bl-għan li jissaħħaħ l-għarfien espert Ċiniż u Tajwaniż fl-Ewropa u jingħata kontribut għal fehim aħjar tal-Ewropa fit-Tajwan;

(z) jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-kooperazzjoni mat-Tajwan fil-Qafas Globali ta' Kooperazzjoni u Taħriġ (GCTF), li huwa pjattaforma ta' kooperazzjoni reġjonali għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-programmi ta' taħriġ għal pajjiżi terzi madwar id-dinja;

(aa) ibiddlu l-isem tal-Uffiċċju Ekonomiku u Kummerċjali Ewropew fit-Tajwan għal "Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea fit-Tajwan" sabiex jirrifletti l-ambitu wiesa' tar-rabtiet tagħna;

(ab) jilqgħu l-pjanijiet biex jitwaqqaf Uffiċċju ta' Rappreżentanza tat-Tajwan fil-Litwanja; jikkundannaw ir-reazzjoni tal-gvern Ċiniż li jimponi sanzjonijiet ekonomiċi fuq il-Litwanja; jesprimu l-appoġġ u s-solidarjetà tagħhom mal-Litwanja f'dan ir-rigward, jieħdu miżuri xierqa, u jistiednu lill-Kunsill jagħmel l-istess;

(ac) ifaħħru lit-Tajwan bħala sieħeb eċċezzjonali fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertà ta' reliġjon fir-reġjun Indo-Paċifiku; jirrikonoxxu l-prestazzjoni tat-Tajwan fl-għoti ta' eżempju fir-reġjun bir-rekord qawwi tiegħu ta' rispett għal-libertajiet fundamentali, kemm ekonomiċi kif ukoll soċjali, kif ukoll id-drittijiet politiċi u kulturali, inkluż il-progress dwar id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ, u d-drittijiet tal-komunitajiet indiġeni; jitolbu lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Mibgħut Speċjali tal-UE għal-Libertà tar-Reliġjon jew tat-Twemmin jipparteċipaw fil-konvenzjonijiet internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tajwan u jieħdu azzjoni konkreta biex jaħdmu mat-Tajwan ħalli jmexxu 'l quddiem id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet soċjali, il-libertà ta' reliġjon, l-ekonomija diġitali u t-tkabbir sostenibbli tal-pajjiżi tar-reġjun Indo-Paċifiku li qed jiżviluppaw;

(ad) isaħħu l-kooperazzjoni mat-Tajwan biex ikun hemm skambju tal-prattiki tajba fil-ġestjoni tal-pandemija tal-COVID-19, biex jiġu varati inizjattivi biex jiġi ffaċilitat l-akkwist ta' vaċċini u biex tkompli tiżdied il-kooperazzjoni tal-UE mat-Tajwan fis-saħħa u fil-kontroll tal-mard komunikabbli; ifaħħru lill-gvern Tajwaniż u lill-poplu tiegħu għas-suċċess relattiv fit-trażżin tal-pandemija fil-pajjiż u għall-ġenerożità tagħhom bl-għoti ta' għajnuna lil pajjiżi oħra; ifakkru li r-rispons effettiv tat-Tajwan kien jiddependi fuq it-trasparenza, il-ftuħ u l-użu tat-teknoloġija f'kollaborazzjoni mas-soċjetà, approċċ imsejjes fuq il-fiduċja tal-pubbliku;

(ae) ifaħħru l-atti ta' solidarjetà tat-Tajwan mal-UE, kif intwera mid-donazzjoni ta' aktar minn 7 miljun maskra kirurġika lil diversi Stati Membri matul l-ewwel xhur terribbli tal-pandemija, kif ukoll ħames linji ta' produzzjoni tal-maskri lir-Repubblika Ċeka; jitolbu li din is-solidarjetà tiġi reċiprokata;

(af) ikomplu jinkoraġġixxu l-kondiviżjoni tal-intelligence bejn l-Istati Membri u t-Tajwan u l-ġlieda konġunta kontra l-kriminalità transfruntiera;

(ag) jirrikonoxxu li l-Istati Uniti u l-Ġappun enfasizzaw għall-ewwel darba l-importanza tal-paċi u l-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan fid-dikjarazzjoni konġunta ta' summit bilaterali reċenti, li mbagħad kienet segwita minn dikjarazzjoni simili mill-G7 fil-bidu ta' Mejju; iħeġġu lill-UE taħdem flimkien ma' sħab oħra tal-istess fehma, bħall-Awstralja, New Zealand, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel u l-Istati Uniti, u jikkunsidraw li jistiednu lit-Tajwan biex jipparteċipa mas-sħab tiegħu fi pjattaformi u gruppi ta' ħidma eżistenti dwar l-industriji kritiċi;

(ah) jinkoraġġixxu lill-Istati Membri li m'għandhomx Ftehim għall-Evitar tat-Tassazzjoni Doppja u għall-Prevenzjoni tal-Evażjoni Fiskali jew Ftehim dwar l-Iskambju ta' Informazzjoni dwar it-Taxxa mat-Tajwan jagħtu bidu mill-aktar fis possibbli lin-negozjati dwar tali ftehimiet;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll lill-Gvern tat-Tajwan.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

1.9.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

60

4

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alviina Alametsä, Alexander Alexandrov Yordanov, Maria Arena, Petras Auštrevičius, Traian Băsescu, Anna Bonfrisco, Reinhard Bütikofer, Fabio Massimo Castaldo, Susanna Ceccardi, Włodzimierz Cimoszewicz, Katalin Cseh, Tanja Fajon, Anna Fotyga, Michael Gahler, Sunčana Glavak, Raphaël Glucksmann, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Márton Gyöngyösi, Andrzej Halicki, Sandra Kalniete, Maximilian Krah, Andrius Kubilius, Ilhan Kyuchyuk, David Lega, Miriam Lexmann, Nathalie Loiseau, Antonio López-Istúriz White, Jaak Madison, Claudiu Manda, Lukas Mandl, Thierry Mariani, David McAllister, Vangelis Meimarakis, Sven Mikser, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Gheorghe-Vlad Nistor, Urmas Paet, Demetris Papadakis, Kostas Papadakis, Tonino Picula, Manu Pineda, Thijs Reuten, Jérôme Rivière, María Soraya Rodríguez Ramos, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Jacek Saryusz-Wolski, Andreas Schieder, Radosław Sikorski, Jordi Solé, Sergei Stanishev, Tineke Strik, Hermann Tertsch, Harald Vilimsky, Idoia Villanueva Ruiz, Viola Von Cramon-Taubadel, Witold Jan Waszczykowski, Charlie Weimers, Isabel Wiseler-Lima, Salima Yenbou, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Robert Biedroń, Vladimír Bilčík, Andrea Cozzolino, Özlem Demirel, Assita Kanko, Hannah Neumann, Mick Wallace

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

60

+

ECR

Anna Fotyga, Assita Kanko, Jacek Saryusz-Wolski, Hermann Tertsch, Witold Jan Waszczykowski, Charlie Weimers

ID

Anna Bonfrisco, Susanna Ceccardi

NI

Fabio Massimo Castaldo, Márton Gyöngyösi

PPE

Alexander Alexandrov Yordanov, Vladimír Bilčík, Traian Băsescu, Michael Gahler, Sunčana Glavak, Andrzej Halicki, Sandra Kalniete, Andrius Kubilius, David Lega, Miriam Lexmann, Antonio López-Istúriz White, Lukas Mandl, David McAllister, Vangelis Meimarakis, Francisco José Millán Mon, Gheorghe-Vlad Nistor, Radosław Sikorski, Isabel Wiseler-Lima, Željana Zovko

Renew

Petras Auštrevičius, Katalin Cseh, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Ilhan Kyuchyuk, Nathalie Loiseau, Javier Nart, Urmas Paet, María Soraya Rodríguez Ramos

S&D

Maria Arena, Robert Biedroń, Włodzimierz Cimoszewicz, Andrea Cozzolino, Tanja Fajon, Raphaël Glucksmann, Claudiu Manda, Sven Mikser, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Thijs Reuten, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Andreas Schieder, Sergei Stanishev

Verts/ALE

Alviina Alametsä, Reinhard Bütikofer, Hannah Neumann, Jordi Solé, Tineke Strik, Viola Von Cramon-Taubadel, Salima Yenbou

 

4

-

NI

Kostas Papadakis

The Left

Özlem Demirel, Manu Pineda, Mick Wallace

 

6

0

ID

Maximilian Krah, Jaak Madison, Thierry Mariani, Jérôme Rivière, Harald Vilimsky

The Left

Idoia Villanueva Ruiz

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] ĠU C 181, 19.5.2016, p. 52.

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Settembru 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza