A9-0270/2021
PR_DEC_Agencies2
Dokument ta' sessjoni
A9-0270/2021
30.9.2021
IT-TIENI RAPPORT
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019
Kumitat għall-Kontroll tal-BaġitRapporteur: Ryszard Czarnecki
1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[1],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[2] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0064/2021),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2021[3] li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2019, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[4], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624[6], u b'mod partikolari l-Artikolu 116 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0270/2021),
1. Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019;
2. Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019,
– wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019, flimkien mar-risposti tal-aġenziji[9],
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni[10] dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2019 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Marzu 2021 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2019 (05793/2021 – C9-0064/2021),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-28 ta' April 2021[11] li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2019, kif ukoll ir-risposti tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[12], u b'mod partikolari l-Artikolu 70 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE[13], u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 116 tiegħu,
– wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15], u b'mod partikolari l-Artikolu 105 tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 32 u 47 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0270/2021),
1. Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).
3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019,
– wara li kkunsidra r-rapport dwar l-investigazzjoni ta' ġbir ta' informazzjoni dwar il-Frontex dwar l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali mfassal mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
– wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0270/2021),
A. billi l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom;
B. billi r-rwol tal-Parlament fir-rigward tal-kwittanza baġitarja huwa speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046[17] u fir-Regolament Delegat (UE) 2019/715[18];
1. Jenfasizza l-importanza ta' aġir responsabbli u trasparenti fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;
2. Ifakkar fir-rwol tal-Parlament fil-proċedura ta' kwittanza, kif regolat mit-TFUE, mir-Regolament (UE, Euartom) 2018/1046 u mir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament;
3. Ifakkar li fit-28 ta' April 2021 il-Parlament adotta d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2021/1613[19] li tipposponi d-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2019; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta b'mod regolari lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda lejn l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-Riżoluzzjoni (UE) 2021/1615 u l-iskeda ta' żmien tagħha[20]; jistieden lill-Aġenzija tippreżenta dawk ir-rapporti fuq bażi trimestrali, fuq talba tal-awtorità ta' kwittanza;
4. Jinnota li l-Aġenzija ħejjiet pjan inizjali għall-kontinwità tan-negozju u li fil-mument tat-tweġiba tal-Aġenzija, il-pjan kien għaddej minn irfinar finali bil-għan li jiġi adottat sa tmiem it-tieni kwart tal-2021; jappella lill-Aġenzija tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza rigward l-istadju ta' implimentazzjoni dwar il-pjan tagħha tal-kontinwità tan-negozju;
5. Jilqa' l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex toħloq reġistru tad-dokumenti kollha li tipproduċi l-Aġenzija, f'konformità mat-trasformazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tagħha; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija ppubblikat b'mod proattiv dokumenti ewlenin fuq is-sit web tagħha, u għamlithom disponibbli permezz tar-reġistru tal-Aċċess Pubbliku għad-Dokumenti; jistieden lill-Aġenzija tkompli ttejjeb l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u żżomm lura milli tfittex li tirkupra l-ispejjeż xi kultant sproporzjonati ta' avukati esterni minn applikanti f'kawżi fil-qorti abbażi tal-aċċess għal talbiet għal informazzjoni fil-futur; ifakkar, f'dan ir-rigward, li r-Riżoluzzjoni (UE) 2021/1615 talbet lill-Aġenzija tirtira t-talba tagħha biex tirkupra t-tariffi legali fil-kawża T-31/18 tal-Qorti Ġenerali; jinnota li t-tariffi legali tnaqqsu mill-Qorti meta mqabbla mat-talbiet inizjali tal-Aġenzija; ifakkar lill-Aġenzija taġixxi f'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, kemm fir-rigward tal-konformità mad-digrieti tal-Qorti, kif ukoll fir-rigward tal-astensjoni milli tassenja avukati esterni għal każijiet bħal dawn; jistieden lill-Aġenzija tevita spejjeż legali għoljin b'mod mhux raġonevoli u tiżgura li l-irkupru tagħhom jibqa' fil-limiti aċċettabbli fil-futur;
6. Ifakkar fil-konklużjonijiet tal-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament tal-25 ta' Frar 2021, li wasslu għad-deċiżjoni li l-għoti ta' kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019 tiġi posposta "sakemm dawn l-elementi jkunu ġew iċċarati u ppreżentati b'mod adegwat mill-Aġenzija u sakemm titlesta l-investigazzjoni tal-OLAF"; jenfasizza l-fatt li permezz tal-posponiment tal-kwittanza, il-Parlament ta lill-Aġenzija sitt xhur addizzjonali biex twieġeb għall-elementi varji li ġew żviluppati fir-Riżoluzzjoni (UE) 2021/1615;
Kwistjonijiet relatati man-nefqa identifikati mill-Qorti
7. Ifakkar fis-sejba tal-Qorti rigward ftehimiet ta' finanzjament għal attivitajiet operattivi li r-rimborżi għan-nefqa relatata mat-tagħmir kienu għadhom ibbażati fuq spejjeż reali u l-kwistjoni assoċjata ta' nuqqas ta' evidenza ta' sostenn bħal fatturi; ifakkar li din il-kwistjoni ġiet identifikata wkoll fil-kwittanza għall-2018, meta l-Qorti rrakkomandat li jintuża l-"approċċ tal-kost unitarju"; jinnota li l-"approċċ tal-kost unitarju" huwa għażla ssimplifikata tal-ispejjeż li għaliha jiġi definit prezz għall-użu ta' tagħmir tekniku tqil abbażi ta' metodoloġija definita minn qabel, li tegħleb il-kwistjonijiet assoċjati mar-rimborż tal-ispejjeż reali; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija ppilotat l-"approċċ tal-kost unitarju" għal tagħmir tekniku tqil ma' żewġ Stati Membri; jinnota li l-proġetti pilota għal tagħmir tekniku tqil urew li l-approċċ tal-kost unitarju żied l-ispejjeż totali u jiddispjaċih li l-Aġenzija kkonkludiet li ċ-ċaqliq lejn rimborżi bbażati fuq l-unitajiet f'każ ta' tagħmir tqil mhuwiex fattibbli; jiddispjaċih li l-kwistjoni tan-nuqqas ta' evidenza ta' sostenn hija hawnhekk mhux solvuta u jfakkar lill-Aġenzija biex ma taċċettax rimborżi għal klejms tal-ispejjeż mhux appoġġati minn fatturi; jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni jirrieżaminaw ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti u jiddiskutu mal-Qorti r-riżultati tal-proġetti pilota b'approċċ ta' spiża unitarja għal tagħmir tekniku tqil biex jaraw kif tista' tiġi solvuta l-kwistjoni tan-nuqqas ta' evidenza ta' sostenn; ifakkar lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni li, bħala prinċipju ġenerali, jeħtieġ li jiġi evitat kwalunkwe piż burokratiku bla bżonn;
8. Jieħu nota tar-risposta tal-Aġenzija lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-rieżami tal-mekkaniżmi tagħha rigward il-pagamenti ta' kostruzzjoni u l-appell li tiżgura l-konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba; jirrikonoxxi li l-Aġenzija rrappurtat li ġie implimentat mekkaniżmu għall-prevenzjoni ta' pagamenti ta' prefinanzjament mhux ivverifikati fiċ-ċirkwit finanzjarju kollu; jinnota li l-Aġenzija rrappurtat li l-maniġers tal-proġetti, u l-atturi operattivi u finanzjarji kollha li għandhom x'jaqsmu mal-faċilitajiet tal-kwartieri ġenerali tal-Aġenzija ngħataw struzzjonijiet biex ma japprovawx u ma jniedux tali pagamenti u li l-verifikaturi finanzjarji ngħataw struzzjonijiet biex jirrifjutaw tali pagamenti ta' prefinanzjament u jagħtu parir lill-uffiċjali awtorizzanti biex jirrifjutawhom ukoll;
Ir-Rapport Speċjali 08/2021 tal-Qorti bit-titolu: "L-appoġġ li l Frontex tagħti lill-ġestjoni tal-fruntieri esterni: mhuwiex suffiċjentement effettiv sal-ġurnata tal-lum"
9. Jinnota bi tħassib is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") fir-Rapport Speċjali 08/2021 tagħha bit-titlu "L-appoġġ li l-Frontex tagħti lill-ġestjoni tal-fruntieri esterni: mhuwiex suffiċjentement effettiv sal-ġurnata tal-lum"[21]; jirrimarka li l-awditu kopra l-perjodu minn tmiem l-2016, meta l-mandat il-ġdid tal-Aġenzija skont ir-Regolament (UE) 2016/1624[22] daħal fis-seħħ, sat-tmiem l-2020, u għalhekk kopra kompletament is-sena 2019 tal-eżerċizzju tal-kwittanza attwali, iżda ma kkunsidrax il-passi reċenti li l-Aġenzija ħadet biex tikkonforma mal-mandat tagħha; jirrikonoxxi li analiżi tar-rispett tad-drittijiet fundamentali mill-Aġenzija ma ġietx inkluża fl-ambitu tar-rapport speċjali tal-Qorti peress li dan ikun jeħtieġ awditu speċifiku fid-dawl tal-kumplessità tal-kwistjoni; jitlob lill-Qorti twettaq awditu speċifiku bħal dan fil-futur;
10. Jinnota bi tħassib li l-Qorti identifikat, fir-Rapport Speċjali 08/2021 tagħha, diversi nuqqasijiet relatati mal-attivitajiet primarji tal-Aġenzija kif elenkati mill-Qorti, jiġifieri l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni, l-analiżi tar-riskju, il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, l-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi fil-fruntiera, l-operazzjonijiet ta' ritorn u t-taħriġ tal-Aġenzija u n-nuqqas ta' valutazzjonijiet tal-impatt u tal-ħtiġijiet qabel iż-żieda esponenzjali fl-ispejjeż tal-Aġenzija; jesprimi wkoll tħassib li l-Aġenzija ma ħaditx il-miżuri kollha meħtieġa biex tadatta l-organizzazzjoni tagħha biex timplimenta bis-sħiħ il-mandat tagħha skont ir-Regolament (UE) 2016/1624; jinnota wkoll li l-Qorti enfasizzat ir-riskji sinifikanti relatati mal-mandat tal-Aġenzija skont ir-Regolament (UE) 2019/1896[23]; ifakkar li l-mandati tal-Aġenzija mill-2016 u l-2019 jikkoinċidu parzjalment, u dan potenzjalment seta' kellu impatt fuq l-implimentazzjoni tagħhom, kif identifikat mill-Qorti;
11. Jinnota li sentejn biss wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-Kummissjoni ressqet proposta għal regolament ġdid għall-Aġenzija fin-nuqqas ta' valutazzjoni tal-impatt għal tali leġiżlazzjoni ġdida; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jsibu soluzzjoni adegwata malajr biex jiżguraw implimentazzjoni xierqa u f'waqtha tal-mandat tal-Aġenzija skont ir-Regolament (UE) 2018/1986, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Qorti jivvalutaw b'mod regolari l-prestazzjoni tal-Aġenzija u tal-Istati Membri biex jidentifikaw oqsma għal titjib, inkluż fil-bażijiet ġuridiċi rispettivi għall-attivitajiet tal-Aġenzija, kif ukoll fid-dawl tar-riżultati u l-impatti miksuba;
12. Jinnota bi tħassib il-konklużjoni tal-Qorti li r-rappurtar operazzjonali tal-Aġenzija jonqos milli jinforma lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet b'mod adegwat peress li ma jipprovdix informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-prestazzjoni reali;
13. Jinnota bi tħassib il-konklużjoni tal-Qorti li għalkemm hemm fis-seħħ qafas ta' skambju ta' informazzjoni funzjonali biex jipprovdi informazzjoni rilevanti dwar il-migrazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni, u biex jappoġġa l-ġestjoni tal-immigrazzjoni illegali, dan ma ffunzjonax tajjeb biżżejjed biex jipprovdi għarfien tas-sitwazzjoni preċiż, komplut u aġġornat fil-fruntieri esterni tal-Unjoni; jiddispjaċih li għadu ma ġiex stabbilit qafas ta' skambju ta' informazzjoni adegwat għall-kriminalità transfruntiera, u dan jaffettwa l-kapaċità tal-Aġenzija u tal-Istati Membri li jirreaġixxu malajr għal kwalunkwe theddida identifikata; jinnota li l-Aġenzija tibgħat informazzjoni dwar il-migrazzjoni f'waqtha u rilevanti dwar is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni u tipprovdi informazzjoni dwar avvenimenti speċifiċi; huwa mħasseb, madankollu, dwar żvantaġġi serji li jdgħajfu l-għarfien tas-sitwazzjonali sħiħa fil-funtieri esterni tal-Unjoni, bħan-nuqqas ta' informazzjoni, standards tekniċi għat-tagħmir tal-kontroll fil-fruntieri, ta' katalgu komuni għar-rappurtar tal-kriminalità transfruntiera, u ta' informazzjoni kważi f'ħin reali dwar is-sitwazzjoni fil-fruntieri tal-ajru tal-Unjoni, u dwar id-dewmien fl-aġġornament tal-mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju; jissottolinja li l-osservazzjonijiet tal-aħħar ma jistgħux jiġu attribwiti biss lill-Aġenzija, iżda jeħtieġ li jiġu rimedjati b'mod konġunt mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, speċjalment fir-rigward tal-mudell integrat komuni għall-analiżi tar-riskju, peress li hemm differenzi sinifikanti fir-rappurtar fost l-Istati Membri f'termini ta' frekwenza, format, data jew definizzjoni tal-każijiet; itenni t-talba tal-awtorità ta' kwittanza espressa fir-Riżoluzzjoni (UE) 2021/1615 biex jittejbu l-monitoraġġ u r-rappurtar rigward is-sitwazzjoni u l-inċidenti fil-fruntieri tal-Unjoni, anke fil-kuntest ta' ksur potenzjali tad-drittijiet tal-bniedem;
14. Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li mhux l-awtoritajiet rilevanti kollha ġew inklużi fir-Regolament (UE) Nru 1052/2013[24] (pereżempju, l-awtoritajiet doganali);
15. Jinnota l-konklużjoni tal-Qorti li r-Regolament (UE) 2019/1896 introduċa rekwiżiti ta' rappurtar addizzjonali sinifikanti għall-Istati Membri, li jirrikjedu trażmissjoni awtomatizzata ta' data mill-Istati Membri lill-bażi tad-data tal-EUROSUR; jinnota d-dikjarazzjoni tal-Istati Membri li l-involviment dirett tal-Aġenzija f'din l-awtomazzjoni għadu mhux evidenti;
16. Jinsab imħasseb bis-sejba tal-Qorti li l-Aġenzija ma pprovdietx informazzjoni adegwata dwar l-impatt jew l-ispejjeż tal-attivitajiet tagħha; li l-Aġenzija ma wettqitx evalwazzjoni robusta tal-operazzjonijiet konġunti, ma spjegat l-ebda devjazzjoni jew identifikat l-impatt ta' xi lakuni fir-riżorsi, u ma pprovdietx informazzjoni dwar l-ispejjeż reali tal-operazzjonijiet konġunti tagħha; jenfasizza li l-Aġenzija għandha l-obbligu li tipprovdi informazzjoni adegwata dwar l-impatti u l-ispejjeż tal-attivitajiet tagħha biex tiżgura t-trasparenza u r-responsabbiltà;
Kundizzjonalità
17. Jinnota li l-Kummissjoni u l-Aġenzija aċċettaw jew aċċettaw parzjalment ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Qorti; jistieden lill-Aġenzija tindirizza u timplimenta b'mod komprensiv u f'waqtu r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-awtorità baġitarja tqiegħed parti mill-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-Aġenzija għall-2022 f'riżerva li tista' ssir disponibbli meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
a) ir-reklutaġġ tal-20 osservatur tad-drittijiet fundamentali li jifdal fil-grad ta' AD f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) 2019/1896;
b) ir-reklutaġġ ta' tliet viċi diretturi eżekuttivi f'konformità mal-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) 2019/1896;
c) l-adozzjoni ta' proċedura dettaljata għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2019/1896 mill-bord amministrattiv tal-Aġenzija;
d) il-preżentazzjoni ta' mekkaniżmu adattat ta' Rapport dwar Inċidenti Serji (SIR) f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet Fundamentali u l-Aspetti Operattivi Legali tal-Operazzjonijiet fil-Baħar Eġew (WG FRaLO);
e) it-twaqqif ta' sistema ta' monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali li tkun tiffunzjona bis-sħiħ f'konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) 2019/1896;
f) l-implimentazzjoni b'suċċess tar-rakkomandazzjoni 5 tar-Rapport Speċjali tal-Qorti 08/21 (skeda ta' żmien: tmiem l-2021);
jistieden lill-awtorità baġitarja tivvaluta l-progress fl-issodisfar ta' dawk il-kundizzjonijiet f'missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fl-Aġenzija fl-2022 li fiha se jipparteċipaw Membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament; iqis li jekk ma jiġux issodisfati dawk il-kundizzjonijiet jiżdied ukoll ir-riskju ta' rifjut li tingħata l-kwittanza għas-sena finanzjarja 2020; iqis, barra minn hekk, f'konformità mal-ftehim milħuq matul l-aħħar konċiljazzjoni baġitarja, li l-Kummissjoni għandha teżerċita funzjonijiet ta' kontroll aktar b'saħħithom fir-rigward tal-aġenziji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jispjegaw kif id-defiċits identifikati, inkluż fir-rigward tar-reklutaġġ u l-akkwist, se jiġu solvuti għall-baġit għall-2022;
Investigazzjoni attwali tal-OLAF
18. Ifakkar fil-konferma tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi ("OLAF") ta' investigazzjoni tal-OLAF li għadha għaddejja li tinvolvi lill-Aġenzija; itenni t-talba tiegħu lill-Aġenzija biex tikkoopera bis-sħiħ mal-OLAF u biex iżżomm lill-awtorità ta' kwittanza infurmata dwar kwalunkwe żvilupp;
19. Ifakkar li matul laqgħa tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament tal-1 ta' Settembru 2021, id-deputat direttur ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni tal-Kummissjoni ddikjarat li l-inkjesti kollha ntemmu u li l-ebda waħda minnhom ma wasslet għal konklużjonijiet li kien hemm traċċi ta' ġestjoni ħażina baġitarja jew finanzjarja jew ksur tad-drittijiet fundamentali jew li l-Aġenzija kienet irrifjutat li tikkonforma mal-obbligi skont ir-regolament tagħha;
Trasparenza
20. Ifakkar fit-tħassib imqajjem mill-Parlament dwar il-laqgħat li saru fl-2018 u fl-2019 mill-Aġenzija ma' rappreżentanti tal-industriji rilevanti għall-ħidma tal-Aġenzija, b'maġġoranza ta' rappreżentanti mhux elenkati fir-reġistru ta' trasparenza tal-Unjoni; jindika l-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2019/1896 li jirrikjedi li l-Aġenzija tiżgura t-trasparenza fir-rigward tal-lobbying permezz ta' reġistru ta' trasparenza u billi tiżvela l-laqgħat kollha ma' partijiet terzi kkonċernati; jilqa' d-deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija dwar ir-reġistru ta' trasparenza tal-Aġenzija tal-5 ta' Mejju 2021; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta b'mod regolari lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-implimentazzjoni u l-użu ta' din l-għodda;
21. Jinnota li l-Aġenzija għandha obbligu li tiżgura trasparenza proattiva kif iddikjarat fl-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) 2019/1896; jinnota li dak l-Artikolu jipprevedi wkoll li tali trasparenza għandha l-limiti tagħha peress li għandha tiġi żgurata mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni operattiva li, jekk issir pubblika, tipperikola l-kisba tal-objettivi tal-operazzjonijiet; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija ma tistax tiżvela data personali bi ksur tal-bażi ġuridika li tippermetti l-ipproċessar ta' data personali, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/679[25]; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura regoli vinkolanti għall-protezzjoni tal-informazzjoni u tad-data;
22. Jissottolinja li t-trasparenza hija regola ġenerali li tapplika għall-Aġenzija, għall-Kummissjoni u għall-entitajiet li jipparteċipaw fil-forum konsultattiv bħala prekundizzjoni ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni tajba;
Rispett tad-drittijiet fundamentali
23. Ifakkar fl-istabbiliment tal-Grupp ta' Ħidma ta' Skrutinju tal-Frontex (FSWG) mill-Kumitat tal-Parlament għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern; jinnota li l-FSWG ippubblika r-rapport tiegħu dwar l-investigazzjoni ta' ġbir ta' informazzjoni dwar il-Frontex dwar l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali fl-14 ta' Lulju 2021, li l-għan tiegħu kien li jiġbor "l-informazzjoni u l-evidenza rilevanti kollha rigward l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali fejn l-Aġenzija kienet involuta, kienet konxja ta' u/jew ma aġixxietx, il-ġestjoni interna, il-proċeduri għar-rappurtar, u t-trattament tal-ilmenti"; jinnota li l-FSWG "ma sabx evidenza konklużiva dwar il-prestazzjoni diretta tal-pushbacks u/jew l-espulsjonijiet kollettivi mill-Frontex fil-każijiet ta' inċidenti serji li jistgħu jiġu eżaminati mill-FSWG"; ifakkar li l-FSWG ikkonkluda li l-Aġenzija kellha "evidenza insostenn tal-allegazzjonijiet ta' ksur tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri li magħhom kellha operazzjoni konġunta, iżda naqset milli tindirizza dan il-ksur u tagħti segwitu għal dan fil-pront u b'mod viġilanti u effettiv" u li "riżultat ta' dan, il-Frontex ma pprevenietx dan il-ksur, lanqas naqqset ir-riskju ta' ksur futur tad-drittijiet fundamentali"; ifakkar fl-istess ħin li l-FSWG identifika wkoll lakuni fil-qafas ta' kooperazzjoni mal-Istati Membri, li jistgħu jfixklu t-twettiq tal-obbligi tad-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija, u enfasizza r-responsabbiltà tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, anke lil hinn mir-rwol tagħhom fil-bord amministrattiv; jinnota b'mod speċjali d-diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet fundamentali; jirrikonoxxi l-limiti esperjenzati mill-Aġenzija fil-prattika biex tinvestiga biss il-konformità mad-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-assi ffinanzjati jew kofinanzjati mill-Aġenzija; jenfasizza li l-persunal tal-Aġenzija jeħtieġ ċarezza legali, b'mod partikolari waqt missjonijiet ta' riskju għoli fuq il-baħar, u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtieġ li jiżguraw standards legali u ċarezza fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1896 fil-kuntest ta' diversi sitwazzjonijiet matul il-missjonijiet; jinnota madankollu li waqt it-twettiq tal-investigazzjonijiet tiegħu, l-FSWG skopra li r-rakkomandazzjonijiet u l-pariri pprovduti mill-eks uffiċjal għad-drittijiet fundamentali fuq perjodu ta' erba' snin ġew injorati mid-direttur eżekuttiv[26], b'mod partikolari fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija fl-Ungerija; jistieden lill-Aġenzija tipprovdi rapport dettaljat lill-Parlament li jistabbilixxi l-pjanijiet tagħha biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-FSWG u l-progress miksub;
24. jinnota li "l-FSWG huwa tal-fehma li l-Bord Amministrattiv kellu jkollu rwol ħafna aktar proattiv fir-rikonoxximent tar-riskju serju ta' ksur tad-drittijiet fundamentali u fit-teħid ta' azzjoni biex jiżgura li l-Frontex tissodisfa l-obbligi negattivi u pożittivi tagħha relatati mad-drittijiet fundamentali kif minquxa fir-Regolament"; jinnota li l-FSWG jilqa' l-proċeduri u r-regoli interni ġodda żviluppati mill-Aġenzija fix-xhur qabel il-pubblikazzjoni tar-rapport biex tikkonforma mar-Regolament "iżda jħeġġeġ liż-żewġ atturi biex ikomplu jżidu l-konformità tal-Aġenzija mad-drittijiet fundamentali billi jikkunsidraw mill-ġdid l-istrutturi interni tagħha u l-komunikazzjoni tagħha, kif ukoll il-kooperazzjoni mal-Istati Membri ospitanti"; jinnota li l-FSWG "jissottolinja r-responsabbiltà tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, anki lil hinn mir-rwol tagħhom fil-Bord Amministrattiv";
25. Jissottolinja li l-Membri kellhom aċċess għall-informazzjoni li wasslet lill-FSWG jikkonkludi li kien hemm "nuqqas ta' kooperazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv fl-iżgurar tal-konformità ma' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, b'mod partikolari dawk relatati mad-drittijiet fundamentali"; l-FSWG iddispjaċih ukoll dwar "ir-rifjut rikorrenti tiegħu li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament li għadu kif ġie adottat";
Investigazzjoni tal-Ombudsman Ewropew
26. Jilqa' l-konklużjonijiet tal-inkjesta strateġika tal-Ombudsman Ewropew dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti tal-Aġenzija għal allegat ksur tad-drittijiet fundamentali OI/5/2020/MHZ; jinnota li l-Ombudsman Ewropew ma ddeċidietx li tagħti segwitu għal din il-kwistjoni; jinnota madankollu nuqqasijiet identifikati fil-mekkaniżmu tal-ilmenti, li jistgħu jagħmluha aktar diffiċli għall-individwi biex jirrapportaw ksur allegat tad-drittijiet fundamentali u jfittxu rimedju; jinnota li l-Ombudsman Ewropew identifikat dewmien fit-twettiq tal-obbligi tal-Aġenzija f'dak ir-rigward; jirrikonoxxi l-impenn tal-Aġenzija li tindirizza l-oqsma li għalihom l-Ombudsman Ewropew identifikat suġġerimenti għal titjib;
27. Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet tal-FSWG li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u l-forum konsultattiv spiss ma kinux involuti mill-bidu fl-iżvilupp ta' regoli, proċeduri u strateġiji dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali kif ukoll dwar il-fatt li l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u l-forum konsultattiv ma tqisux biżżejjed mill-bord amministrattiv u d-direttur eżekuttiv; jistieden lill-Aġenzija tinkludi b'mod sħiħ u attiv l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u l-forum konsultattiv fil-proċessi rilevanti kollha mill-bidu nett; jistieden lid-direttur eżekuttiv jirrevedi r-relazzjoni tiegħu mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u l-forum konsultattiv, filwaqt li jqis fil-ħin ir-rakkomandazzjonijiet kollha tagħhom; iħeġġeġ lill-Aġenzija timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-FSWG u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress miksub;
28. Iħeġġeġ lill-Aġenzija tiżgura li tikkonforma mal-obbligi kollha tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1896 fl-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, f'termini kemm ta' politika kif ukoll ta' attivitajiet operattivi; jistieden lill-Aġenzija timplimenta b'mod effettiv ir-rakkomandazzjonijiet mir-rapport tal-FSWG u r-Riżoluzzjoni (UE) 2021/1615 u tinforma lill-Parlament fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu u dwar l-operazzjonijiet li għaddejjin, inklużi inċidenti serji li jikkonċernaw il-ksur tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni u kif dan ġie indirizzat mill-Aġenzija;
Ġestjoni interna, inklużi osservaturi tad-drittijiet fundamentali
29. Itenni bi tħassib li l-FSWG esprima "tħassib li d-Direttur Eżekuttiv dewwem ir-reklutaġġ tat-tliet Viċi Diretturi Eżekuttivi, u qagħad lura milli jiddelegalhom setgħat indipendenti" filwaqt li espanda l-kabinett tiegħu għal 63 membru tal-persunal; ifakkar li l-FSWG huwa mħasseb ħafna dwar kontrolli u bilanċi insuffiċjenti fi ħdan l-Aġenzija; jirrikonoxxi li l-kompetenzi tat-tliet viċi diretturi eżekuttivi ġew definiti mill-bord amministrattiv u l-avviżi rispettivi ta' postijiet battala għat-tliet karigi ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-24 ta' Marzu 2021; jappella lill-Aġenzija tirrapporta ulterjorment lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress miksub fir-rigward tal-proċess ta' reklutaġġ;
Osservaturi tad-drittijiet fundamentali
30. Jiddispjaċih għad-dewmien twil fil-ħatra tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u tal-osservaturi tad-drittijiet fundamentali mid-direttur eżekuttiv enfasizzat mill-FSWG, speċjalment fid-dawl tal-estensjoni tal-kabinett tad-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija; jinnota li l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija ħa l-kariga fl-1 ta' Ġunju 2021; jissottolinja li t-tabella tal-persunal tal-Aġenzija tnaqqset minn 377 kariga ta' AD għal 275 kariga ta' AD fl-2020; jirrikonoxxi li dan kellu effett fuq l-istruttura kollha tal-persunal inkluż ir-reklutaġġ ta' 40 osservatur tad-drittijiet fundamentali; jirrikonoxxi d-dikjarazzjonijiet tad-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija li r-reklutaġġ tal-ewwel grupp ta' 20 osservatur tad-drittijiet fundamentali tlesta, bl-osservaturi tad-drittijiet fundamentali jibdew it-taħriġ tagħhom mill-1 ta' Ġunju 2021, u li l-ħatra tat-tieni lott ta' 20 osservatur tad-drittijiet fundamentali għadha għaddejja; jesprimi tħassib li minn dawk l-20 osservatur tad-drittijiet fundamentali rreklutati, ħamsa nħatru fil-grad ta' AD 7 u ħmistax fil-grad ta' AST 4; ifakkar li l-Parlament enfasizza fir-rapport tal-FSWG li din il-klassifikazzjoni aktar baxxa tista' taffettwa l-awtorità u l-awtonomija tal-osservaturi, kif ukoll l-aċċess tagħhom għal informazzjoni klassifikata u sensittiva, u għalhekk l-effettività tagħhom; ifakkar li kien meħtieġ mill-Aġenzija li tingaġġa lill-40 osservatur tad-drittijiet fundamentali kollha fil-grad ta' AD, sabiex tiżgura l-akkwist tal-aħjar sett ta' ħiliet u tiżgura skjerament xieraq għall-operazzjonijiet; ifakkar madankollu li l-koeffiċjent ta' korrezzjoni għall-persunal f'diversi aġenziji għadu baxx u jirrikonoxxi li salarji aktar baxxi jista' jkollhom impatt negattiv fuq l-applikanti Ewropej u jistgħu jwasslu għal diffikultajiet fir-reklutaġġ minn xi aġenziji; jieħu nota tad-diżapprovazzjoni qawwija mill-FSWG tad-dewmien bla bżonn fir-reklutaġġ tal-osservaturi tad-drittijiet fundamentali kkawżat mid-direttur eżekuttiv; itenni li r-Regolament (UE) 2019/1896 jipprevedi r-reklutaġġ ta' mill-inqas 40 osservatur tad-drittijiet fundamentali sal-5 ta' Diċembru 2020; jinsab imħasseb ħafna li dan l-obbligu għadu mhux issodisfat u jinsisti li l-Aġenzija taħtar l-20 osservatur tad-drittijiet fundamentali li fadal b'mod f'waqtu, mingħajr aktar dewmien u fi grad ta' AD, biex tiżgura l-pożizzjoni meħtieġa biex iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti; ifakkar b'mod partikolari li l-FSWG innota li "aċċess mhux ristrett u mhux imħabbar għal spots, assi u informazzjoni rilevanti" huwa kruċjali għall-osservaturi tad-drittijiet fundamentali; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li l-Istati Membri jikkooperaw bis-sħiħ mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali billi jipprovdu evidenza dwar is-sustanza tal-każijiet li jkunu qed jiġu investigati; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi kkjarifikata d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li dawk l-20 osservatur tad-drittijiet fundamentali li fadal se jiġu reklutati minn lista ta' riżerva stabbilita AD 7, ladarba jkunu ġew allokati karigi AD 7 addizzjonali lill-Aġenzija filwaqt li l-Kumissjoni semmiet li hemm biżżejjed karigi AD 7 diġà allokati għaliha;
31. Jinnota li f'Novembru 2019 daħlu fis-seħħ regoli ġodda dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti u li dawk ir-regoli taw aktar responsabbiltajiet lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali; jilqa' l-adozzjoni tal-istrateġija aġġornata fil-qasam tad-drittijiet fundamentali mill-bord amministrattiv tal-Aġenzija fi Frar 2021; iħeġġeġ lill-bord amministrattiv tal-Aġenzija jadotta malajr il-pjan ta' azzjoni fil-qasam tad-drittijiet fundamentali biex tiġi implimenta l-istrateġija aġġornata u jittejbu l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' ksur u lmenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali fl-Aġenzija;
°
° °
32. Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2021[27] dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta u tippreżenta perjodikament lill-awtorità ta' kwittanza l-istat ta' implimentazzjoni ta' pjan direzzjonali li jindirizza l-kwistjonijiet identifikati fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2021/1613.
2.9.2021
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN
għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019
Rapporteur għal opinjoni: Caterina Chinnici
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Ifakkar fil-konklużjonijiet tal-ewwel opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u r-rapport finali tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit li wasslu għad-deċiżjoni li l-għoti ta' kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-Aġenzija) għas-sena finanzjarja 2019 tiġi posposta "sakemm dawn l-elementi jkunu ġew iċċarati u ppreżentati kif suppost mill-Aġenzija, u sakemm tkun tlestiet l-investigazzjoni tal-OLAF"; jenfasizza l-fatt li permezz tal-posponiment tal-kwittanza, il-Parlament ta lill-Aġenzija sitt xhur oħra biex twieġeb għall-elementi varji li ġew żviluppati fir-riżoluzzjoni li ttieħed vot dwarha fit-28 ta' April tal-2021;
2. Jinnota bi tħassib is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") fir-Rapport Speċjali 08/2021 tagħha bit-titlu "L-appoġġ li l-Frontex tagħti lill-ġestjoni tal-fruntieri esterni: mhuwiex suffiċjentement effettiv sal-ġurnata tal-lum"[28]; jirrimarka li l-perjodu ta' awditjar jibda jiddekorri minn tmiem l-2016, meta l-mandat il-ġdid tal-Aġenzija jidħol fis-seħħ, sat-tmiem l-2020, u għalhekk ikopri kompletament is-sena 2019 tal-eżerċizzju tal-kwittanza attwali, iżda ma jqisx il-passi reċenti li l-Aġenzija ħadet biex tikkonforma mal-mandat tagħha; jirrikonoxxi li analiżi tar-rispett tad-drittijiet fundamentali mill-Aġenzija ma ġietx inkluża fl-ambitu tar-rapport speċjali tal-Qorti peress li dan ikun jeħtieġ awditu speċifiku fid-dawl tal-kumplessità tal-kwistjoni; jitlob lill-Qorti twettaq awditu speċifiku bħal dan fil-futur;
3. Jinnota b'dispjaċir in-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-attivitajiet primarji tal-Aġenzija insostenn tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni irregolari u l-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera; jiddispjaċih mill-fatt li l-miżuri kollha meħtieġa biex l-organizzazzjoni tagħha tiġi adattata ħalli timplimenta bis-sħiħ il-mandat tal-2016 għadhom ma ġewx adottati; jinnota li l-Aġenzija għaddiet minn trasformazzjoni sinifikanti bil-mandat tagħha rivedut diversi drabi mingħajr valutazzjonijiet tal-impatt minn qabel mill-Kummissjoni; ifakkar li l-baġit tal-Aġenzija żdied b'mod sinifikanti, b'mod konformi mal-mandat estiż il-ġdid, minn EUR 118-il miljun fl-2011 għal EUR 460 miljun fl-2020, u għal medja annwali ta' EUR 900 miljun għall-perjodu 2021-2027; jinnota bi tħassib li l-Qorti identifikat riskju sinifikanti li l-Aġenzija se ssibha diffiċli biex twettaq il-mandat mogħti lilha bir-Regolament (UE) 2019/1896[29]; jirrikonoxxi l-lakuni u l-inkonsistenzi tan-network ta' skambju ta' informazzjoni u jirrikonoxxi wkoll id-dgħufijiet fl-implimentazzjoni mill-Istati Membri tar-Regolament (UE) Nru 1052/2013[30]; jinnota, b'mod partikolari, il-kwistjonijiet li għaddejjin bħalissa dwar il-kompletezza u l-kwalità tad-data fil-proċess tal-ġbir tad-data tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà tal-Aġenzija, minkejja l-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni li għandha bżonn; jenfasizza li l-eks uffiċjal għad-drittijiet fundamentali ltaqa' ma' ħafna diffikultajiet biex jiġbor it-tweġibiet mill-awtoritajiet nazzjonali fl-evalwazzjoni tiegħu tal-operazzjonijiet konġunti; jinnota li l-Aġenzija aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Qorti fir-rapport speċjali tagħha u li għadd ta' bidliet jinsabu fil-proċess ta' implimentazzjoni jew diġà ġew implimentati mindu ġie ppubblikat ir-rapport;
4. Jinsab imħasseb li, skont ir-rapport speċjali tal-Qorti, l-Aġenzija: (1) ma twettaqx evalwazzjoni robusta tal-operazzjonijiet konġunti tagħha; (2) tipprovdi informazzjoni dwar ir-riżorsi meħtieġa, impenjati u użati għal dawk l-operazzjonijiet, iżda la tispjega devjazzjonijiet u lanqas tidentifika l-impatt ta' lakuni eventwali; u (3) ma tipprovdix informazzjoni dwar l-ispiża reali tal-operazzjonijiet konġunti tagħha, aggregati jew diżaggregati skont l-operazzjoni (marittima u tal-ajru) u t-tip ta' spejjeż (eż. riżorsi umani u tagħmir ħafif, jew tagħmir tqil), u dwar il-kontribut konkret tal-Istati Membri għal operazzjonijiet konġunti minħabba li f'ħafna okkażjonijiet l-Istati Membri ma pprovdewx lill-Aġenzija bid-data meħtieġa u kkontestaw il-fattibbiltà tal-użu tal-ispejjeż unitarji; jinnota li l-Aġenzija tippreżenta biss spejjeż ibbażati fuq stimi li jistgħu jiżvelaw differenzi sinifikanti; iħeġġeġ lill-Aġenzija ssaħħaħ, flimkien mal-Istati Membri, ir-rappurtar operazzjonali sabiex tiżgura li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet jingħataw informazzjoni adegwata;
5. Jilqa' r-reklutaġġ tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, li ħa l-kariga fl-1 ta' Ġunju 2021, u l-ħatra ta' 20 osservatur tad-drittijiet fundamentali; jiddispjaċih mill-fatt li 15 minn dawk il-ħatriet saru fil-livell AST; itenni li r-Regolament (UE) 2019/1896 jipprevedi r-reklutaġġ ta' mill-inqas 40 osservatur tad-drittijiet fundamentali sal-5 ta' Diċembru 2020; iħeġġeġ lill-Aġenzija tirrekluta malajr l-20 osservatur tad-drittijiet fundamentali li fadal u taħtarhom fil-livell AD, hekk kif mitlub ripetutament mill-Parlament u l-Kummissjoni;
6. Jinnota li f'Novembru 2019 daħlu fis-seħħ regoli ġodda, li taw aktar responsabbiltajiet lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, fir-rigward tal-mekkaniżmu tal-ilmenti; jilqa' l-adozzjoni tal-istrateġija aġġornata fil-qasam tad-drittijiet fundamentali mill-bord maniġerjali tal-Aġenzija fi Frar 2021; iħeġġeġ lill-bord maniġerjali tal-Aġenzija jadotta malajr il-pjan ta' azzjoni fil-qasam tad-drittijiet fundamentali biex timplimenta l-istrateġija aġġornata u ttejjeb il-mekkaniżmi għall-monitoraġġ u r-rappurtar ta' ksur u lmenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali fl-Aġenzija;
7. Jinnota li l-investigazzjoni tal-OLAF dwar l-Aġenzija għadha għaddejja; jinnota wkoll li l-inkjesta tal-Ombudsman Ewropew dwar il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-ilmenti tal-Aġenzija għal ksur allegat tad-drittijiet fundamentali u r-rwol tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, id-Deċiżjoni OI/5/2020/MHZ[31], ingħalqet fil-15 ta' Ġunju 2021, u li ġie deċiż li l-investigazzjoni ma titkompliex, filwaqt li ġew identifikati ħafna oqsma għal titjib, inkluż l-aċċessibbiltà tal-mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti u l-ħtieġa li tittejjeb it-trasparenza; jinnota, barra minn hekk, li l-bord maniġerjali tal-Aġenzija għalaq l-investigazzjoni tiegħu dwar 13-il inċident fil-Baħar Eġew;
8. Jinnota li l-Grupp ta' Ħidma ta' Skrutinju tal-Parlament dwar il-Frontex (FSWG), fir-rapport tiegħu approvat fil-15 ta' Lulju 2021, "ma sabx evidenza konklużiva dwar il-prestazzjoni diretta tal-pushbacks u/jew l-espulsjonijiet kollettivi mill-Frontex fil-każijiet ta' inċidenti serji li jistgħu jiġu eżaminati mill-FSWG"; jinnota li huwa kkonkluda wkoll "li l-Aġenzija sabet evidenza insostenn tal-allegazzjonijiet ta' ksur tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri li magħhom kellha operazzjoni konġunta iżda naqset milli tindirizza dan il-ksur u tagħti segwitu għal dan fil-pront u b'mod viġilanti u effettiv"; jinnota li "l-Aġenzija naqset ukoll milli tirrispondi b'mod adegwat għal osservazzjonijiet interni dwar ċerti każijiet ta' ksur probabbli tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri" u "li l-Frontex ġeneralment injorat rapporti" minn "diversi atturi affidabbli"; jinnota li l-FSWG "ikkonstata nuqqasijiet fil-mekkaniżmi tal-Frontex għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-valutazzjoni tas-sitwazzjonijiet u l-iżviluppi fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, u jagħmel rakkomandazzjonijiet konkreti għal titjib", iżda "identifika wkoll nuqqasijiet fil-qafas ta' kooperazzjoni mal-Istati Membri, li jistgħu jfixklu t-twettiq tal-obbligi tal-Frontex fil-qasam tad-drittijiet fundamentali"; jinnota li l-FSWG huwa mħasseb "dwar in-nuqqas ta' kooperazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv fl-iżgurar tal-konformità ma' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament EBCG, b'mod partikolari dawk relatati mad-drittijiet fundamentali", anki fl-2019; jinnota li skont l-FSWG "il-Bord Maniġerjali kellu jkollu rwol ħafna aktar proattiv fir-rikonoxximent tar-riskju serju ta' ksur tad-drittijiet fundamentali u fit-teħid ta' azzjoni biex jiżgura li l-Frontex tissodisfa l-obbligi negattivi u pożittivi tagħha relatati mad-drittijiet fundamentali kif minquxa fir-Regolament"; jinnota li l-FSWG "jilqa' l-proċeduri u r-regoli interni ġodda żviluppati mill-Frontex f'dawn l-aħħar xhur biex tikkonforma mar-Regolament iżda jħeġġeġ liż-żewġ atturi biex ikomplu jżidu l-konformità tal-Aġenzija mad-drittijiet fundamentali billi jikkunsidraw mill-ġdid l-istrutturi interni tagħha u l-komunikazzjoni tagħha, kif ukoll il-kooperazzjoni mal-Istati Membri ospitanti"; jinnota li l-FSWG "jissottolinja r-responsabbiltà tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, anki lil hinn mir-rwol tagħhom fil-Bord Maniġerjali";
9. Jisħaq li ż-żieda fil-kompetenza u fil-baġit għall-Aġenzija jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn żieda korrispondenti fl-obbligu ta' rendikont u fit-trasparenza; jieħu nota tal-istabbiliment tar-reġistru tat-trasparenza fil-5 ta' Mejju 2021 biex l-interazzjonijiet tal-aġenti tal-Aġenzija ma' partijiet terzi ikkonċernati jsiru pubbliċi; jisħaq fuq il-fatt li l-kwittanza lill-Aġenzija hija soġġetta għall-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza, b'mod partikolari għall-impenn tal-Aġenzija favur id-dritt tal-Unjoni u r-rispett tad-drittijiet fundamentali; jilqa' f'dan ir-rigward l-implimentazzjoni li għaddejja bħalissa tal-pjan direzzjonali tal-Aġenzija u jfakkar fid-deċiżjoni tal-kwittanza għall-2019 adottata mill-Parlament fit-28 ta' April 2019, li pprevediet li l-Aġenzija se timplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma FRaLO u tippreżenta lill-awtorità tal-kwittanza azzjonijiet konkreti akkumpanjati minn skeda ta' żmien ċara biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati; jisħaq, f'dak il-kuntest, fuq il-ħtieġa ta' kjarifika sħiħa dwar l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali fil-fruntieri esterni;
10. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit li janalizza l-evoluzzjoni tal-elementi fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-FSWG u li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tal-Aġenzija, jissuġġerixxi li dak il-Kumitat, sa fejn il-kwistjonijiet kollha identifikati f'din l-opinjoni ma ġewx iċċarati b'mod adegwat lill-Parlament, inklużi l-kwistjonijiet esposti fir-rapport speċjali reċenti tal-Qorti, u sakemm titlesta l-investigazzjoni tal-OLAF, ma jagħtix kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2019.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
1.9.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
33 31 4 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdalena Adamowicz, Katarina Barley, Pernando Barrena Arza, Pietro Bartolo, Nicolas Bay, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Damien Carême, Caterina Chinnici, Clare Daly, Marcel de Graaff, Anna Júlia Donáth, Lena Düpont, Laura Ferrara, Nicolaus Fest, Jean-Paul Garraud, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Andrzej Halicki, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Marina Kaljurand, Assita Kanko, Fabienne Keller, Peter Kofod, Łukasz Kohut, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Lukas Mandl, Nuno Melo, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Nicola Procaccini, Emil Radev, Paulo Rangel, Diana Riba i Giner, Ralf Seekatz, Michal Šimečka, Birgit Sippel, Sara Skyttedal, Martin Sonneborn, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Annalisa Tardino, Tomas Tobé, Dragoş Tudorache, Milan Uhrík, Tom Vandendriessche, Bettina Vollath, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jadwiga Wiśniewska, Elena Yoncheva, Javier Zarzalejos |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Gwendoline Delbos-Corfield, Loucas Fourlas, Sira Rego, Domènec Ruiz Devesa, Miguel Urbán Crespo, Hilde Vautmans |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
33 |
+ |
NI |
Laura Ferrara, Martin Sonneborn |
Renew |
Anna Júlia Donáth, Sophia in 't Veld, Moritz Körner, Ramona Strugariu, Dragoş Tudorache, Hilde Vautmans |
S&D |
Katarina Barley, Pietro Bartolo, Caterina Chinnici, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Evin Incir, Marina Kaljurand, Łukasz Kohut, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, Domènec Ruiz Devesa, Birgit Sippel, Bettina Vollath, Elena Yoncheva |
The Left |
Pernando Barrena Arza, Clare Daly, Sira Rego, Miguel Urbán Crespo |
Verts/ALE |
Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Damien Carême, Gwendoline Delbos- Corfield, Alice Kuhnke, Diana Riba i Giner, Tineke Strik |
31 |
- |
ECR |
Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Patryk Jaki, Assita Kanko, Nicola Procaccini, Jadwiga Wiśniewska |
ID |
Nicolas Bay, Nicolaus Fest, Jean-Paul Garraud, Marcel de Graaff |
NI |
Milan Uhrík |
PPE |
Magdalena Adamowicz, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Lena Düpont, Loucas Fourlas, Andrzej Halicki, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Nuno Melo, Nadine Morano, Emil Radev, Paulo Rangel, Ralf Seekatz, Sara Skyttedal, Tomas Tobé, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Javier Zarzalejos |
Renew |
Fabienne Keller, Maite Pagazaurtundúa |
4 |
0 |
ID |
Peter Kofod, Annalisa Tardino, Tom Vandendriessche |
Renew |
Michal Šimečka |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
27.9.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
17 11 1 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Matteo Adinolfi, Olivier Chastel, Caterina Chinnici, Lefteris Christoforou, Corina Crețu, Ryszard Czarnecki, José Manuel Fernandes, Luke Ming Flanagan, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Pierre Karleskind, Joachim Kuhs, Claudiu Manda, Younous Omarjee, Tsvetelina Penkova, Markus Pieper, Michèle Rivasi, Petri Sarvamaa, Vincenzo Sofo, Michal Wiezik, Angelika Winzig, Lara Wolters, Tomáš Zdechovský |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Joachim Stanisław Brudziński, Pascal Durand, Mikuláš Peksa, Ramona Strugariu |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT
17 |
+ |
ECR |
Joachim Stanisław Brudziński, Ryszard Czarnecki, Vincenzo Sofo |
ID |
Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs |
PPE |
Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Markus Pieper, Petri Sarvamaa, Michal Wiezik, Angelika Winzig, Tomáš Zdechovský |
Renew |
Olivier Chastel, Pascal Durand, Pierre Karleskind, Ramona Strugariu |
11 |
- |
S&D |
Caterina Chinnici, Corina Crețu, Isabel García Muñoz, Claudiu Manda, Tsvetelina Penkova, Lara Wolters |
The Left |
Luke Ming Flanagan, Younous Omarjee |
Verts/ALE |
Daniel Freund, Mikuláš Peksa, Michèle Rivasi |
1 |
0 |
ID |
Matteo Adinolfi |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjonijiet
- [1] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
- [2] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
- [3] ĠU L 340, 24.9.2021, p. 324.
- [4] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [5] ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.
- [6] ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.
- [7] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
- [8] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [9] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
- [10] ĠU C 351, 21.10.2020, p. 7. Rapport annwali tal-QEA dwar l-aġenziji tal-UE għas-sena finanzjarja 2019: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/AGENCIES_2019/agencies_2019_MT.pdf.
- [11] ĠU L 340, 24.9.2021, p. 324.
- [12] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.
- [13] ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.
- [14] ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1.
- [15] ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.
- [16] ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
- [17] Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
- [18] Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).
- [19] Id-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2021/1613 tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2021 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019 (OJ L 340, 24.9.2021, p. 324).
- [20] Ir-Riżoluzzjoni (UE) 2021/1615 tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' April 2021 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għas-sena finanzjarja 2019 (ĠU L 340, 24.9.2021, p. 328).
- [21] https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR21_08/SR_Frontex_MT.pdf
- [22] Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).
- [23] Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
- [24] Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).
- [25] Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
- [26] Rapport dwar l-investigazzjoni ta' ġbir ta' informazzjoni dwar il-Frontex dwar allegat ksur tad-drittijiet fundamentali, punt 3, punt D., Ir-rwol tad-Direttur Eżekuttiv, Rakkomandazzjonijiet, jiddikjara li "-L-FSWG jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas tad-Direttur Eżekuttiv li jwieġeb jew isegwi l-ħafna espressjonijiet ta' tħassib, rakkomandazzjonijiet, opinjonijiet jew osservazzjonijiet ippreżentati mill-FRO matul erba' snin.".
- [27] ĠU L 340, 24.9.2021, p. 525.
- [28] https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR21_08/SR_Frontex_MT.pdf
- [29] Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
- [30] Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).
- [31] https://www.ombudsman.europa.eu/mt/decision/mt/143108.