RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika dwar l-Input u l-Output Agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009, (KE) Nru 1185/2009 u d-Direttiva 96/16/KE
14.10.2021 - (COM(2021)0037 – C9-0009/2021 – 2021/0020(COD)) - ***I
Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
Rapporteur: Petros Kokkalis
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istatistika dwar l-Input u l-Output Agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009, (KE) Nru 1185/2009 u d-Direttiva 96/16/KE
(COM(2021)0037 – C9-0009/2021 – 2021/0020(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0037),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0009/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A9-0285/2021),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Hemm bżonn bażi ta' għarfien statistiku għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni ta' politiki relatati mal-agrikoltura fl-Unjoni, b'mod partikolari l-Politika Agrikola Komuni ("PAK"), inkluż miżuri tal-iżvilupp rurali, kif ukoll politiki tal-Unjoni relatati, fost affarijiet oħra, mal-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-użu tal-art, ir-reġjuni, is-saħħa pubblika u l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(1) Hemm bżonn bażi ta' għarfien statistiku trasparenti, komprensiv u affidabbli għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-reviżjoni ta' politiki relatati mal-agrikoltura fl-Unjoni, b'mod partikolari l-Politika Agrikola Komuni ("PAK"), inkluż miżuri tal-iżvilupp rurali, kif ukoll politiki tal-Unjoni relatati, fost affarijiet oħra, mal-ambjent, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, l-użu tal-art, ir-reġjuni, is-saħħa pubblika, is-sikurezza tal-ikel, il-protezzjoni tal-pjanti, l-użu sostenibbli tal-pestiċidi, l-użu mediċinali veterinarju, is-saħħa u l-benessri tal-annimali u l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Dik l-istatistika tista' tkun utli wkoll għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-impatt tal-agrikoltura fuq id-dakkara u l-organiżmi vitali tal-ħamrija. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Il-ġbir tad-data statistika, b'mod partikolari dwar l-input u l-output agrikoli, jenħtieġ jimmira, fost l-oħrajn, li jinforma l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet b'data aġġornata li tappoġġa l-Patt Ekoloġiku Ewropew bl-istrateġiji relatati "mill-għalqa sal-platt" u "tal-bijodiversità" u r-riformi futuri tal-PAK. |
(2) Il-ġbir tad-data statistika, b'mod partikolari dwar l-input u l-output agrikoli, jenħtieġ jimmira, fost l-oħrajn, li jservi ta' bażi għal proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza, b'data aġġornata, ta' kwalità għolja u aċċessibbli, b'mod partikolari data meħtieġa għall-iżvilupp ta' indikaturi agroambjentali, biex jiġi evalwat l-impatt tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u biex jiġi appoġġat u evalwat il-progress ta' dan il-Patt bl-istrateġiji relatati "mill-għalqa sal-platt" u għall-bijodiversità, il-pjanijiet ta' azzjoni "tniġġis żero" u għall-iżvilupp tal-produzzjoni organika, u r-riformi futuri tal-PAK. Element ewlieni għall-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew huwa t-tranżizzjoni lejn agrikoltura multifunzjonali li kapaċi tipproduċi ikel sikur u suffiċjenti filwaqt li tipprovdi outputs ambjentali pożittivi. Jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema operattiva u trasparenti għall-ġbir regolari ta' data statistika dwar l-użu tal-pestiċidi u inputs oħra ta' sustanzi kimiċi li wieħed jiddependi fuqhom fl-agrikoltura. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Data statistika armonizzata ta' kwalità għolja hi importanti biex jiġu vvalutati l-istat u x-xejriet tal-input u tal-output agrikoli fl-Unjoni, il-funzjonament tas-swieq, u s-sigurtà alimentari u biex jiġu vvalutati s-sostenibbiltà u l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali tal-politiki tal-Unjoni u nazzjonali. Dik id-data tinkludi iżda mhix limitata għal statistika dwar il-bhejjem u l-laħam, il-produzzjoni u l-użu tal-bajd, u l-produzzjoni u l-użu tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. L-istatistika dwar l-erja, ir-rendiment u l-produzzjoni ta' għelejjel li jinħartu, ħxejjex, għelejjel permanenti varji u mergħat u bilanċi ta' komoditajiet hi importanti wkoll. Qed tiżdied dejjem aktar il-ħtieġa ta' statistika dwar il-bejgħ u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u fertilizzanti. |
(3) Data statistika armonizzata, koerenti u komparabbli ta' kwalità għolja hi importanti biex jiġu vvalutati l-istat u x-xejriet tal-input u tal-output agrikoli fl-Unjoni sabiex tiġi pprovduta data sinifikanti u preċiża dwar l-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali mill-agrikoltura u dwar il-pass tat-tranżizzjoni lejn prattiki agrikoli aktar sostenibbli. Id-data miġbura għandha tirrifletti wkoll dwar il-funzjonament tas-swieq, u s-sikurezza tal-ikel, sabiex jiġi żgurat aċċess għal ikel suffiċjenti u ta' kwalità għolja, u biex tiġi vvalutata s-sostenibbiltà kif ukoll l-impatti u l-prestazzjoni ambjentali, ekonomiċi u soċjali tal-politiki tal-Unjoni u dawk nazzjonali, kif ukoll biex jiġu vvalutati s-sostenibbiltà u l-impatt tal-iżvilupp ta' mudelli ġodda ta' negozju. Dik id-data tinkludi iżda mhix limitata għal statistika dwar il-bhejjem u l-laħam, il-produzzjoni u l-użu tal-bajd, u l-produzzjoni u l-użu tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. L-istatistika dwar l-erja, ir-rendiment u l-produzzjoni ta' għelejjel li jinħartu, ħxejjex, għelejjel permanenti varji u mergħat permanenti, bilanċi ta' komoditajiet u l-foraġġ hi importanti wkoll. Barra minn hekk, statistika dwar il-bejgħ u l-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, prodotti bijoċidali, fertilizzanti, prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali u antibijotiċi fl-għalf tal-annimali hija meħtieġa b'metodi mtejba tal-ġbir tad-data u koerenza aħjar mal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, filwaqt li tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel u b'hekk jiġi evitat theddid serju għas-saħħa tal-annimali u tal-bniedem. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Huwa importanti li tinkiseb data statistika armonizzata dwar l-input għal kull unità ta' ikel prodott. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-adozzjoni ta' data sigura, effiċjenti fl-użu tal-enerġija, affordabbli u ta' kwalità għolja, l-Unjoni jenħtieġ li tippromwovi investimenti fi standards, għodod, infrastrutturi u servizzi tal-cloud, kif ukoll fil-kompetenzi diġitali għat-trattament tad-data f'żoni rurali u remoti. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) L-istatistika Ewropea dwar l-inputs u l-outputs agrikoli bħalissa qed tinġabar, tiġi prodotta u mxerrda fuq il-bażi ta' bosta atti legali. Din l-istruttura la tipprovdi konsistenza xierqa fost id-dominji individwali tal-istatistika, u lanqas ma tippromwovi approċċ integrat għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika agrikola. Dan ir-Regolament jenħtieġ jissostitwixxi dawk l-atti legali għall-finijiet tal-armonizzazzjoni u l-komparabbiltà tal-informazzjoni, u biex tkun żgurata l-konsistenza u l-koordinazzjoni fl-istatistika agrikola Ewropea kollha, jiffaċilita l-integrazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċessi statistiċi korrispondenti, u jippermetti approċċ aktar ħolistiku. Għalhekk jeħtieġ jitħassru r-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008 (15), (KE) Nru 543/2009 (16) u (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE (18). Il-bosta ftehimiet relatati tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) u l-ftehimiet informali dwar it-trażmissjoni tad-data jenħtieġ jiġu integrati f'dan ir-Regolament fejn kien hemm evidenza li d-data tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti, li l-metodoloġija miftiehma taħdem u li d-data hi ta' kwalità xierqa. |
(7) L-istatistika Ewropea dwar l-inputs u l-outputs agrikoli bħalissa qed tinġabar, tiġi prodotta u mxerrda fuq il-bażi ta' bosta atti legali. Din l-istruttura la tipprovdi konsistenza xierqa fost id-dominji individwali tal-istatistika, u lanqas ma tippromwovi approċċ integrat għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika agrikola, maħsuba biex tkopri l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-agrikoltura. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jissostitwixxi dawk l-atti legali għall-finijiet tal-armonizzazzjoni u l-komparabbiltà tal-informazzjoni, u biex tkun żgurata l-konsistenza u l-koordinazzjoni fl-istatistika agrikola Ewropea kollha, jiffaċilita l-integrazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċessi statistiċi korrispondenti, u jippermetti approċċ aktar ħolistiku. Għalhekk jeħtieġ jitħassru r-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008(15 ), (KE) Nru 543/2009(16 ) u (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17 ), u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE(18 ). Il-bosta ftehimiet relatati tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) u l-ftehimiet informali dwar it-trażmissjoni tad-data jenħtieġ li jiġu integrati f'dan ir-Regolament fejn kien hemm evidenza li d-data tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti, li l-metodoloġija miftiehma taħdem u li d-data hi ta' kwalità xierqa. |
_________________ |
_________________ |
15 Ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE (ĠU L 321, 1.12.2008, p. 1). |
15 Ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE (ĠU L 321, 1.12.2008, p. 1). |
16 Ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istatistika tal-għelejjel u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 u (KEE) Nru 959/93 (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 1). |
16 Ir-Regolament (KE) Nru 543/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-istatistika tal-għelejjel u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 u (KEE) Nru 959/93 (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 1). |
17 Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1). |
17 Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1). |
18 Id-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta' Marzu 1996 fuq stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (ĠU L 78, 28.3.1996, p. 27). |
18 Id-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta' Marzu 1996 fuq stħarriġ statistiku tal-ħalib u prodotti tal-ħalib (ĠU L 78, 28.3.1996, p. 27). |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Parti kbira miż-żona agrikola Ewropea tikkonsisti f'mergħat. Fil-passat, il-produzzjoni ta' dawk iż-żoni ma tqisitx importanti u għalhekk ma ġiet inkluża l-ebda data dwar il-produzzjoni fl-istatistika dwar l-għelejjel. Peress li l-impatt tal-mergħat u tar-ruminanti fuq l-ambjent sar aktar importanti minħabba t-tibdil fil-klima, hemm bżonn statistika dwar il-produzzjoni tal-mergħat u r-ragħa tal-annimali. |
(9) Parti kbira miż-żona agrikola Ewropea tikkonsisti f'mergħat. Fil-passat, il-produzzjoni ta' dawk iż-żoni ma tqisitx importanti u għalhekk ma ġiet inkluża l-ebda data dwar il-produzzjoni fl-istatistika dwar l-għelejjel. Peress li l-impatt ta' mergħat permanenti u ta' ruminanti fuq l-ambjent sar aktar importanti minħabba t-tibdil fil-klima, hemm bżonn statistika dwar il-mergħat permanenti u r-ragħa tal-annimali. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Għall-finijiet tal-istatistika, jenħtieġ li tiġi vvalutata l-fattibbiltà li jiġi massimizzat l-użu ta' data preeżistenti miġbura skont l-obbligi tal-PAK, mingħajr ma jinħolqu obbligi ġodda u piż amministrattiv. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Jenħtieġ li d-data dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-pestiċidi li trid tiġi ppreżentata skont id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21 ) u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22 ) tintuża f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dik id-Direttiva u ta' dak ir-Regolament għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
(12) Jenħtieġ li d-data dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li trid tiġi ppreżentata skont id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21 ) u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22 ) tintuża f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dik id-Direttiva u ta' dak ir-Regolament għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.Jenħtieġ li data dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali li trid tiġi pprovduta skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22a tintuża skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dak ir-Regolament għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-istatistika dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-pestiċidi tkun disponibbli għall-pubbliku u dettaljata kemm jista' jkun, inkluż sal-livell tas-sustanza attiva u tal-uċuħ tar-raba', sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni sinifikanti tax-xejriet rigward l-użu tal-pestiċidi u r-riskji assoċjati kumplessivi, kif ukoll l-aġġornament tal-indikaturi tar-riskju armonizzati skont id-Direttiva 2009/128/KE. |
__________________ |
__________________ |
21 Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71). |
21 Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71). |
22 Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1). |
22 Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1). |
|
22a Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1). |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Statistika komparabbli mill-Istati Membri kollha dwar l-input u l-output agrikoli hi importanti biex jiġi ddeterminat l-iżvilupp tal-PAK. Għalhekk, għall-varjabbli, jenħtieġ jintużaw klassifikazzjonijiet standard u definizzjonijiet komuni sa fejn dan ikun possibbli. |
(13) Statistika komparabbli mill-Istati Membri kollha dwar l-input u l-output agrikoli hi importanti biex jiġi ddeterminat l-iżvilupp tal-PAK u biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-PAK permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali fid-dawl tal-kontribut tal-PAK għall-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Għalhekk, għall-varjabbli, jenħtieġ li jintużaw klassifikazzjonijiet standard u definizzjonijiet komuni kif ukoll informazzjoni koeżiva sa fejn dan ikun possibbli. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Il-koerenza, il-komparabbiltà u l-interoperabbiltà tad-data u l-uniformità tal-formati tar-rapportar huma prerekwiżiti għat-tħejjija tal-istatistiki agrikoli tal-Unjoni, b'mod partikulari rigward l-effiċjenza tal-proċeduri tal-ġbir, ipproċessar u tixrid u l-kwalità tar-riżultati. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Id-data meħtieġa għall-kompilazzjoni tal-istatistika jenħtieġ li, fejn possibbli, tinġabar bl-inqas kostijiet u piż amministrattiv. Għalhekk jeħtieġ jiġu identifikati sidien possibbli tas-sorsi tad-data meħtieġa u jkun żgurat li dawn ikunu jistgħu jintużaw għall-istatistika. |
(14) Id-data meħtieġa għall-kompilazzjoni tal-istatistika jenħtieġ li tinġabar bl-inqas kostijiet u piż amministrattiv fuq dawk ir-rispondenti, inklużi l-bdiewa, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u l-Istati Membri. Għalhekk jeħtieġ li jiġi massimizzat l-użu ta' sorsi ta' data eżistenti, jiżdiedu s-sinerġiji u l-effiċjenza bejn is-sorsi ta' data eżistenti u jiġu ottimizzati l-metodi użati għall-ġbir tad-data. Fejn ikunu jistgħu jiġu identifikati sidien possibbli tas-sorsi tad-data meħtieġa, jenħtieġ li jiġi żgurat li d-data tkun tista' tintuża għall-istatistika f'konformità sħiħa mad-drittijiet privati tal-individwi identifikabbli u s-sjieda tad-data. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Is-settijiet tad-data li jridu jiġu trażmessi jkopru diversi dominji tal-istatistika. Biex jinżamm approċċ flessibbli li jippermetti li l-istatistika tiġi adattata meta jinbidlu r-rekwiżiti tad-data, jenħtieġ jiġu speċifikati biss id-dominji, is-suġġetti u s-suġġetti dettaljati fir-Regolament bażiku, u s-settijiet tad-data dettaljati jiġu speċifikati fl-atti ta' implimentazzjoni. |
(15) Is-settijiet tad-data li jridu jiġu trażmessi jkopru diversi dominji tal-istatistika. Biex jinżamm approċċ flessibbli li jippermetti li l-istatistika tiġi adattata meta jinbidlu r-rekwiżiti tad-data, jenħtieġ jiġu speċifikati biss id-dominji, is-suġġetti u s-suġġetti dettaljati fir-Regolament bażiku, u s-settijiet tad-data dettaljati jiġu speċifikati fl-atti ta' implimentazzjoni. Il-ġbir tas-settijiet ta' data dettaljati jenħtieġ li ma jimponix spejjeż addizzjonali sinifikanti li jirriżultaw f'piż sproporzjonat u mhux ġustifikat fuq l-azjendi agrikoli u fuq l-Istati Membri. |
Ġustifikazzjoni
Il-ħtieġa li jinżamm approċċ flessibbli għall-ġbir tad-data fid-dawl ta' żviluppi ġodda ta' politika u ħtiġijiet ta' data emerġenti, m'għandhiex issir għad-detriment tal-garanzija taċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà għal dawk li jwieġbu d-data u l-produtturi tad-data (bdiewa, korpi amministrattivi, entitajiet bl-ingrossa, intermedjarji, eċċ.). F'dan ir-rigward, l-Anness għandu jitqies bħala parti essenzjali minn dan ir-Regolament u l-bidliet fl-oqsma, is-suġġetti u s-suġġetti dettaljati tal-anness għandhom jgħaddu mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Il-produzzjoni organika qed issir dejjem aktar importanti bħala indikatur ta' sistemi tal-produzzjoni agrikola sostenibbli. Għalhekk jeħtieġ ikun żgurat li l-istatistika disponibbli dwar il-biedja organika tkun konsistenti ma' statistika oħra dwar il-produzzjoni agrikola billi tiġi integrata fis-settijiet tad-data. Dik l-istatistika dwar il-produzzjoni organika jenħtieġ tkun koerenti wkoll mal-informazzjoni amministrattiva prodotta skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jenħtieġ tuża din l-informazzjoni (23 ). |
(16) Il-produzzjoni organika qed issir dejjem aktar importanti bħala indikatur ta' sistemi tal-produzzjoni agrikola sostenibbli. Id-data statistika dwar il-produzzjoni organika hija essenzjali għall-monitoraġġ tal-progress tal-pjan ta' azzjoni għall-iżvilupp tal-produzzjoni organika fl-Unjoni. Għalhekk jeħtieġ ikun żgurat li l-istatistika disponibbli dwar il-biedja organika tkun konsistenti ma' statistika oħra dwar il-produzzjoni agrikola billi tiġi integrata fis-settijiet tad-data. Dik l-istatistika dwar il-produzzjoni organika jenħtieġ li tkun koerenti wkoll mal-informazzjoni amministrattiva prodotta skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jenħtieġ tuża din l-informazzjoni (23 ). |
_________________ |
_________________ |
23 Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1). |
23 Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1). |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) L-Approċċ ta' "Saħħa Waħda", approvat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE), jirrikonoxxi li s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-ekosistemi huma interkonnessi u, għaldaqstant, huwa essenzjali kemm għas-saħħa tal-annimali kif ukoll għal dik tal-bnedmin li jiġi żgurat l-użu prudenti tal-prodotti mediċinali antimikrobiċi veterinarji fl-annimali li jipproduċu l-ikel. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 16b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16b) Biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-saħħa tal-annimali u tal-ambjent u biex jingħata kontribut lill-għanijiet tal-Unjoni biex jittaffa, fost l-oħrajn, ir-riskju tal-iżvilupp ta' reżistenza antimikrobika fil-bnedmin u fl-annimali, jenħtieġ li tiġi pprovduta statistika dwar il-bejgħ u l-użu ta' prodotti mediċinali antimikrobiċi veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. |
|
_____________ |
|
1a Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43). |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Jenħtieġ ikun possibbli li tinġabar data dwar suġġetti ad hoc relatati mal-input u l-output agrikoli fi żmien speċifiku biex id-data miġbura fuq bażi regolari tiġi ssupplimentata b'data kumplimentari dwar suġġetti li jeħtieġu aktar informazzjoni, fenomeni emerġenti jew innovazzjonijiet. |
(18) Jenħtieġ li jkun possibbli li tinġabar data dwar suġġetti ad hoc relatati mal-input u l-output agrikoli fi żmien speċifiku biex id-data miġbura fuq bażi regolari tiġi ssupplimentata b'data kumplimentari dwar suġġetti li jeħtieġu aktar informazzjoni, fenomeni emerġenti jew innovazzjonijiet. Madankollu, sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u ċ-ċertezza legali u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq ir-rispondenti u l-Istati Membri, il-ġbir ta' data ad hoc għandu jsir bħala eċċezzjoni, wara li jkun sar studju bir-reqqa tal-fattibbiltà dwar il-ħtieġa li tiġi prodotta statistika ġdida u l-partijiet interessati jkunu ġew ikkonsultati. L-awtoritajiet nazzjonali jenħtieġ li jkollhom aċċess għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni biex ikopru l-ispejjeż ta' implimentazzjoni relatati mal-ġbir ta' data ad hoc. |
Ġustifikazzjoni
Il-ġbir tad-data ad hoc x'aktarx li jimponi spejjeż addizzjonali tal-produzzjoni fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri u jwieġeb il-piż fuq is-settur agrikolu. F'dan ir-rigward, il-ħtiġijiet futuri għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' statistika ġdida għal dan ir-regolament, li jirfdu l-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-istrateġiji relatati tiegħu, għandhom ikunu r-riżultat ta' studju ta' fattibbiltà u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u għandhom jiġu appoġġati b'kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Ewropea.
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri, jenħtieġ ikunu permessi eżenzjonijiet minn ċerti trażmissjonijiet regolari tad-data jekk il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għat-total tal-UE għal din id-data jkunu baxxi. |
(19) Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri, jenħtieġ li ikunu jkunu permessi eżenzjonijiet minn ċerti trażmissjonijiet regolari tad-data jekk il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għat-total tal-Unjoni għal din id-data jkunu baxxi u jekk il-varjabbli jkollhom prevalenza baxxa fl-Istati Membri kkonċernati. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 20
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Biex tittejjeb l-effiċjenza tal-proċessi tal-produzzjoni tal-istatistika tal-ESS u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq ir-rispondenti, l-istituti nazzjonali tal-istatistika ("NSIs") u awtoritajiet nazzjonali oħra jenħtieġ ikollhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw, minnufih u mingħajr ħlas, kull data amministrattiva li tinġabar għal finijiet pubbliċi, irrispettivament minn jekk tkunx miżmuma minn korpi pubbliċi jew privati. L-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra jenħtieġ ikunu jistgħu ukoll jintegraw dik id-data amministrattiva mal-istatistika, sakemm din id-data tkun meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika agrikola Ewropea, f'konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. |
(20) Biex tittejjeb l-effiċjenza tal-proċessi tal-produzzjoni tal-istatistika tal-ESS u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq ir-rispondenti, l-istituti nazzjonali tal-istatistika ("NSIs") u awtoritajiet nazzjonali oħra jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jużaw, minnufih u mingħajr ħlas, kull data amministrattiva li tinġabar għal finijiet pubbliċi, irrispettivament minn jekk tkunx miżmuma minn korpi pubbliċi jew privati. Meta individwi jew entitajiet li għalihom tirreferi d-data jistgħu jiġu identifikati, jenħtieġ li jiġi żgurat li dik id-data tista' tintuża għall-istatistika unikament jekk tiġi żgurata konformità sħiħa mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u tal-kumpaniji. L-NSIs u awtoritajiet nazzjonali oħra jenħtieġ li jkunu jistgħu ukoll jintegraw dik id-data amministrattiva mal-istatistika, sakemm din id-data tkun meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika agrikola Ewropea, f'konformità mal-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u l-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament. Id-data miġbura jenħtieġ li tintuża biss sakemm ikun strettament meħtieġ biex jitwettqu l-analiżijiet rilevanti. |
|
__________________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 21
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) L-Istati Membri jew l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli jenħtieġ jagħmlu ħilithom biex jimmodernizzaw il-modi tal-ġbir tad-data kemm jista' jkun. L-użu ta' soluzzjonijiet diġitali jenħtieġ jiġi promoss. |
(21) L-Istati Membri jew l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jimmodernizzaw il-modi tal-ġbir tad-data kemm jista' jkun billi jiġi ġġenerat finanzjament mill-istrumenti għal assistenza teknika. Jenħtieġ li jiġi promoss l-użu ta' soluzzjonijiet diġitali u għodod ta' monitoraġġ tal-art, bħall-Programm ta' Osservazzjoni tad-Dinja tal-Unjoni Ewropea, Copernicus, u s-sensuri remoti. Peress li l-infrastruttura tal-broadband tkopri madwar 50 % taż-żoni rurali u remoti, huwa importanti li jiġi inċentivat l-iżvilupp ta' infrastruttura ta' konnettività tal-broadband b'kapaċità għolja ħafna, inkluż il-5G, speċjalment f'żoni inqas ekonomikament sostenibbli, bħal żoni muntanjużi u remoti rurali b'densità ta' popolazzjoni baxxa, sabiex isir użu minn stħarriġ online, informazzjoni satellitari, u data ġġenerata mill-magni u big data. Id-data agrikola qed tiġi ġġenerata dejjem aktar permezz ta' prattiki agrikoli diġitali, fejn il-bidwi jibqa' l-fornitur ewlieni tad-data, responsabbli għall-ġbir, l-ipproċessar u l-ġestjoni tad-data agrikola. Bażi tajba għat-titjib tat-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-fiduċja meta l-bdiewa jikkondividu data ġġenerata mill-magni jenħtieġ li tiġi żgurata permezz ta' linji gwida jew regolamentazzjoni volontarji. Il-pjanijiet nazzjonali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jinkludu miżuri li jistgħu jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnha. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 22a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22a) Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-farms, idealment għandu jitqies l-użu ta' rekords disponibbli aktar milli stħarriġ statistiku meta jiġi biex jiġi deċiż liema settijiet ta' data u fatturi varjabbli għandhom jintalbu. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 25
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Saret valutazzjoni tal-impatt skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, biex il-programm statistiku stabbilit b'dan ir-Regolament jiffoka fuq il-ħtieġa għall-effettività fil-kisba tal-objettivi u biex jiġu inkorporati restrizzjonijiet baġitarji. |
(25) Fl-2016, saret valutazzjoni tal-impatt dwar l-Istrateġija għall-Istatistika Agrikola għall-2020 u lil hinn skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba, biex il-programm statistiku stabbilit b'dan ir-Regolament jiffoka fuq il-ħtieġa għall-effettività fil-kisba tal-objettivi u biex jiġu inkorporati restrizzjonijiet baġitarji. Minħabba l-aħħar żviluppi ta' politika, li jirriżultaw mill-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid tal-PAK u l-Patt Ekoloġiku Ewropew flimkien mal-istrateġiji sottostanti mill-Għalqa sal-Platt u l-bijodiversità, jenħtieġ li dik il-valutazzjoni tal-impatt tiġi aġġornata kif xieraq biex tirrifletti aħjar il-ħtiġijiet ġodda tad-data. |
Ġustifikazzjoni
Il-COMAGRI stieden lill-Kummissjoni tikkomplementa l-valutazzjoni tal-impatt tal-2016 dwar l-"Istrateġija għall-Istatistika Agrikola għall-2020 u lil hinn" sabiex jitqiesu l-aħħar żviluppi, relatati mar-riforma tal-PAK u l-proċess li għaddej bħalissa tal-istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt". Il-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid tal-PAK jinvolvi monitoraġġ u evalwazzjoni bbażati fuq indikaturi sabiex tiġi vverifikata l-prestazzjoni tal-Istati Membri fid-dawl tal-kisba ta' objettivi definiti minn qabel. Għalhekk huwa kruċjali li l-indikaturi jsiru operattivi permezz tal-ġbir ta' data korrispondenti. L-aġġornament tal-valutazzjoni tal-impatt iġib aktar ċarezza dwar il-ħtiġijiet il-ġodda tad-data, li ġejjin mill-iżviluppi reċenti tal-politika, speċjalment fir-rigward tal-ġbir tal-istatistika agroambjentali. Rispettivament, dan jista' jimminimizza l-ħtieġa ta' data ad hoc, li ġġorr ir-riskju ta' piż amministrattiv addizzjonali fuq dawk li jwieġbu d-data u l-produtturi tad-data.
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 27
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Biex jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet tad-data emerġenti li jirriżultaw prinċipalment minn żviluppi ġodda fl-agrikoltura, minn leġiżlazzjoni riveduta u minn bidliet fil-prijoritajiet ta' politika, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ tiġi delegata lill-Kummissjoni biex temenda s-suġġetti dettaljati elenkati f'dan ir-Regolament u tistabbilixxi s-suġġetti u s-suġġetti dettaljati li jridu jiġu pprovduti u arranġamenti prattiċi oħra għall-ġbir tad-data ad hoc kif stabbilit f'dan ir-Regolament. Hu importanti b'mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adattati waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 25. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jindirizzaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
(27) Biex jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet tad-data emerġenti li jirriżultaw prinċipalment minn żviluppi ġodda fl-agrikoltura, minn leġiżlazzjoni riveduta u minn bidliet fil-prijoritajiet ta' politika, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tibdil fis-suġġetti dettaljati elenkati f'dan ir-Regolament u l-istabbiliment tas-suġġetti u s-suġġetti dettaljati li jridu jiġu pprovduti u arranġamenti prattiċi oħra għall-ġbir tad-data ad hoc kif stabbilit f'dan ir-Regolament. Meta tadotta dawn l-atti delegati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis aspetti bħall-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi fuq l-azjendi agrikoli u l-Istati Membri. Hu importanti b'mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adattati waqt il-ħidma preparatorja inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 25. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jindirizzaw it-tħejjija tal-atti delegati. Jenħtieġ li dawk l-atti delegati taħt l-ebda ċirkostanza ma jwasslu għal żieda fil-piż amministrattiv jew fl-ispejjeż għall-azjendi agrikoli u għall-Istati Membri. Sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv, jenħtieġ li jiġu evitati kemm jista' jkun rekwiżiti ġodda ta' informazzjoni u jkunu soġġetti għall-prinċipju "one-in, one-out" għal leġiżlazzjoni aħjar. |
_________________ |
_________________ |
25 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1. |
25 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 27a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27a) Għal varjabbli ġodda, jenħtieġ li jitwettaq studju tal-fattibbiltà taħt id-direzzjoni tal-Eurostat f'kooperazzjoni mal-istituti nazzjonali tal-istatistika kompetenti. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 28
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(28) Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tispeċifika s-settijiet tad-data marbuta mas-suġġetti u s-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness u l-elementi tekniċi tad-data li trid tiġi pprovduta, tistabbilixxi l-listi u d-deskrizzjonijiet tal-varjabbli u arranġamenti prattiċi oħra għall-ġbir tad-data ad hoc, u tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għar-rapporti dwar il-kwalità u l-kontenut tagħhom. Dawk is-setgħat jenħtieġ jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26 ). |
(28) Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni bil-għan li tispeċifika s-settijiet tad-data marbuta mas-suġġetti u s-suġġetti dettaljati elenkati fl-Anness u l-elementi tekniċi tad-data li trid tiġi pprovduta, tistabbilixxi l-listi u d-deskrizzjonijiet tal-varjabbli u arranġamenti prattiċi oħra għall-ġbir tad-data ad hoc, u tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għar-rapporti dwar il-kwalità u l-kontenut tagħhom. Dawk is-setgħat jenħtieġ jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26 ). Meta teżerċita dawk is-setgħat, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis aspetti bħall-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi fuq l-azjendi agrikoli u l-Istati Membri. |
_________________ |
_________________ |
26 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.). |
26 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.). |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 31
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(31) Dan ir-Regolament jenħtieġ japplika mingħajr preġudizzju kemm għad-Direttiva 2003/4/KE(27) u għar-Regolament (KE) Nru 1367/2006(28 ). |
(31) Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(26a), id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(28). Il-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali titlob dispożizzjonijiet dwar il-ġbir, l-aċċess pubbliku u t-tixrid ta' informazzjoni ambjentali jew wara talba jew permezz ta' disseminazzjoni attiva mill-awtoritajiet koperti mill-Konvenzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Konvenzjoni ta' Aarhus, dan ir-Regolament jenħtieġ li jispeċifika l-livell ta' dettall li bih id-data miġbura għandha titqassam b'mod proattiv mill-Eurostat. |
__________________ |
__________________ |
|
26A Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). |
27 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26). |
27 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26). |
28 Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13). |
28 Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13). |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-istatistika Ewropea aggregata relatata mal-inputs u l-outputs tal-attivitajiet agrikoli, kif ukoll l-użu intermedju ta' dan l-output fl-agrikoltura, u l-ġbir u l-ipproċessar industrijali tiegħu. |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas integrat għall-istatistika Ewropea aggregata relatata mal-inputs u l-outputs tal-attivitajiet agrikoli, kif ukoll l-użu intermedju ta' dan l-output fl-agrikoltura, u l-ġbir u l-ipproċessar industrijali tiegħu. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "attività agrikola", "erja agrikola użata", "unità ta' bhejjem", "azjenda agrikola" u "unità agrikola tal-art komuni" stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punti (a), (b), (d), u (e) tar-Regolament (UE) 2018/1091. |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet ta' "azjenda agrikola", "unità agrikola tal-art komuni", "unità ta' bhejjem" u "erja agrikola utilizzata", kif stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punti (a), (b), (d), u (e) u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/1091 rispettivament. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) "fertilizzant" tfisser prodott fertilizzanti tal-UE li l-funzjoni tiegħu hija li jipprovdi nutrijenti lill-pjanti jew lill-faqqiegħ, li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I, Parti II, tar-Regolament (KE) Nru 2019/1009; |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) "fertilizzant inorganiku" tfisser fertilizzant li fih jew li jirrilaxxa nutrijenti f'forma minerali, għajr f'forma organika jew organominerali, li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, Parti II, tar-Regolament (KE) Nru 2019/1009; |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 8a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) "prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti" tfisser prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 8b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8b) "prodott bijoċidali" tfisser prodott bijoċidali kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 528/2012; |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 8c (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8c) "prodott mediċinali veterinarju" tfisser prodott mediċinali veterinarju kif definit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/6; |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 8d (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8d) "antimikrobiku" tfisser kwalunkwe sustanza b'azzjoni diretta fuq mikroorganiżmi użata għat-trattament jew il-prevenzjoni ta' infezzjonijiet jew mard infettiv, inklużi antibijotiċi, antivirali, antifungali u antiprotożoali, kif definit fl-Artikolu 4(12) tar-Regolament (UE) 2019/6; |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 8e (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8e) "pestiċida" tfisser prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew prodott bijoċidali; |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 8f (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8f) "annimali li jipproduċu l-ikel" tfisser annimali li jipproduċu l-ikel kif definit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009; |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 15a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) "bilanċ tal-prodotti veġetali'" tfisser il-provvista u l-użu taċ-ċereali u ż-żrieragħ taż-żejt ewlenin f'żona ta' referenza matul perjodu ta' referenza; |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 15b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15b) "bilanċ gross tan-nutrijenti" tfisser il-bilanċ bejn l-inputs (il-konsum tal-fertilizzanti; l-input gross tad-demel, u inputs oħra) u l-outputs (it-tneħħija tan-nutrijenti mal-ħsad tal-għelejjel; it-tneħħija tan-nutrijenti permezz tal-ħsad u r-ragħa tal-għalf, u r-residwi tal-għelejjel imneħħija mill-għalqa) tan-nutrijenti fil-ħamrija agrikola; |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 15c (ġdid)
|
|
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15c) "fertilizzant" tfisser fertilizzant kif definit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (UE) 2003/2003; |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 15d (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15d) "attività agrikola" tfisser (i) "il-produzzjoni, it-trobbija jew it-tkabbir ta' prodotti agrikoli, inklużi l-ħsad, it-taħlib, it-trobbija tal-annimali u ż-żamma tal-annimali għall-finijiet ta' biedja," (ii) iż-żamma ta' erja agrikola fi stat li jagħmilha tajba għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni mingħajr azzjoni ta' tħejjija li tmur lil hinn mill-metodi u makkinarji agrikoli tas-soltu, abbażi ta' kriterji stabbiliti mill-Istati Membri abbażi ta' qafas stabbilit mill-Kummissjoni; jew (iii) it-twettiq ta' attività minima, definita mill-Istati Membri, fuq żoni agrikoli li huma miżmuma b'mod naturali fi stat tajjeb għar-ragħa jew għall-kultivazzjoni; |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 15e (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15e) "fertilizzant inorganiku" tfisser fertilizzant inorganiku kif definit fil-punt (e) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003; |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Għas-suġġett tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (d)(iii), id-data għandha tkopri l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 9 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
4. Għas-suġġett tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), il-punt (d)(iii), id-data għandha tkopri l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 9 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u l-użu minn utenti professjonali kif imsemmi fl-Artikolu 67 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Għas-suġġett tal-prodotti mediċinali veterinarji kif imsemmi fil-punt (d)(iiib) tal-Artikolu 5(1), id-data għandha tkopri l-prodotti mqiegħda fis-suq, inklużi s-sustanzi antimikrobiċi skont it-tifsira tal-punti (2) u (12) tal-Artikolu 4, tar-Regolament (UE) 2019/6, għall-użu fl-annimali li jipproduċu l-ikel. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw aktar ir-rekwiżiti ta' kopertura msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). |
5. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw aktar ir-rekwiżiti ta' kopertura msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2), u ma għandhomx jimponu piż jew spiża addizzjonali sinifikanti fuq il-bdiewa jew fuq l-Istati Membri. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b – punt i (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-i) erja tal-għelejjel |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) statistika dwar in-nutrijenti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
(d) statistika dwar in-nutrijenti, il-pestiċidi, il-prodotti mediċinali veterinarji u l-antibijotiċi fl-għalf tal-annimali |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – punt iiia (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(iiia) prodotti bijoċidali |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – punt iiib (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(iiib) prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d – punt iiic (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(iiic) antibijotiċi fl-għalf tal-annimali |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14 li jemendaw is-suġġetti dettaljati stipulati fl-Anness. |
imħassar |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tiddefinixxi s-settijiet tad-data li jridu jiġu trażmessi lill-Kummissjoni (il-Eurostat). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw l-elementi tekniċi li ġejjin tad-data li trid tiġi pprovduta, meta xieraq: |
9. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex tiddefinixxi s-settijiet tad-data li jridu jiġu trażmessi lill-Kummissjoni (il-Eurostat). Dawk l-atti delegati għandhom jispeċifikaw l-elementi tekniċi li ġejjin tad-data li trid tiġi pprovduta, meta xieraq: |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-varjabbli dwar il-produzzjoni u l-prodotti organiċi; |
imħassar |
Ġustifikazzjoni
L-informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-prodotti organiċi għandha tiġi stabbilita fuq dan ir-regolament.
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 9 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) lista ta' fertilizzanti ta' referenza li għalihom iridu jinġabru l-prezzijiet; |
Ġustifikazzjoni
L-emenda għandha l-għan li ttejjeb l-istatistika disponibbli u t-trasparenza tas-suq dwar il-prezzijiet tal-fertilizzanti.
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 9 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) sa mhux aktar tard minn disa' (9) xhur qabel il-bidu tas-sena ta' referenza. |
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sa mhux aktar tard minn ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 9 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dawk l-atti delegati ma għandhomx jimponu piż amministrattiv jew spejjeż addizzjonali sinifikanti fuq l-azjendi agrikoli u l-Istati Membri. Il-lista tal-varjabbli u r-regoli metodoloġiċi magħżula għandhom iqisu d-disponibbiltà tad-data amministrattiva sabiex tiġi minimizzata l-ħtieġa ta' stħarriġ statistiku. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 9a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9a. Il-lista ta' varjabbli msemmija fil-paragrafu 9(a), ma għandhiex twassal għal żieda fl-għadd totali attwali ta' varjabbli, bil-marġni ta' flessibbiltà jkun ta' 1 %. |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 9b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9b. Fir-rigward ta' obbligi ġodda ta' informazzjoni statistika, għandu jitwettaq studju ta' fattibbiltà mill-Eurostat f'kooperazzjoni mal-istituti nazzjonali kompetenti tal-istatistika, flimkien ma' valutazzjoni tal-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 8 u 9. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 li jibdew bis-sena ta' referenza [insert 2 years after entering into force of the Regulation] u b'minimu ta' sentejn bejn kull ġbir tad-data ad hoc. |
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 li jibdew bis-sena ta' referenza ... [daħħal sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u b'minimu ta' ħames snin bejn kull ġbir ta' data ad hoc. |
Ġustifikazzjoni
L-Istati Membri jeħtieġu biżżejjed żmien biex jallokaw riżorsi biex jibdew ġbir tad-data ad hoc ġdida.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tipprovdi: |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14 biex tipprovdi: |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15 sa mhux aktar tard minn 12-il xahar qabel il-bidu tas-sena ta' referenza. |
Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 1. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Meta teżerċita s-setgħa tagħha li tadotta atti delegati skont il-paragrafi 1 u 3, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati: |
|
(a) l-atti delegati jkollhom l-għan li jiksbu newtralità jew tnaqqis fl-ispiża u fil-piż u, fi kwalunkwe każ, ma jkunux jimponu spiża jew piż addizzjonali sinifikanti fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti; |
|
(b) l-atti delegati jiġu adottati mill-inqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta' referenza tad-data; |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 3b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3b. Meta tadotta l-atti delegati msemmija f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjonijiet tal-impatt tal-atti delegati tagħha li huma mistennija li jkollhom impatti ekonomiċi, ambjentali jew soċjali sinifikanti. L-ewwel għandha tivvaluta jekk statistika ġdida tistax tkun ibbażata fuq data eżistenti minn sorsi amministrattivi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, u, meta d-data ma tkunx għadha disponibbli, għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-ġbir ta' data ġdida, filwaqt li tqis is-sorsi u l-metodi ta' ġbir xierqa, il-kwalità tal-istatistika, u l-piż amministrattiv fuq ir-rispondenti u l-istituti nazzjonali tal-istatistika. dawk l-atti delegati ma għandhomx jimponu piż mhux ġustifikat fuq l-Istati Membri jew fuq ir-rispondenti. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Stat Membru jista' jiġi eżentat minn ċerti trażmissjonijiet regolari tad-data meta l-impatt tal-Istat Membru fuq it-total tal-UE ta' varjabbli jkun limitat. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu limiti għall-varjabbli skont metodoloġija speċifika b'tali mod li l-applikazzjoni ta' dawk il-limiti ma tnaqqasx l-informazzjoni dwar it-total mistenni tal-UE tal-varjabbli fis-sena ta' referenza b'aktar minn 5%. Il-limiti għandhom jiġu riveduti biex ikunu jikkorrispondu max-xejriet tat-totali tal-UE, mibdija mill-Kummissjoni (il-Eurostat). |
2. Stat Membru jista' jiġi eżentat minn ċerti trażmissjonijiet regolari tad-data meta l-impatt tal-Istat Membru fuq it-total tal-UE ta' varjabbli jkun limitat. Tali eżenzjoni ma għandhiex tapplika għad-data miġbura skont l-Artikolu 5(1), punt (d). Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddefinixxu limiti għall-varjabbli skont metodoloġija speċifika b'tali mod li l-applikazzjoni ta' dawk il-limiti ma tnaqqasx l-informazzjoni dwar it-total mistenni tal-UE tal-varjabbli fis-sena ta' referenza b'aktar minn 5%. Il-limiti għandhom jiġu riveduti biex ikunu jikkorrispondu max-xejriet tat-totali tal-UE, mibdija mill-Kummissjoni (il-Eurostat). |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) sorsi, metodi jew approċċi innovattivi oħra. |
(c) sorsi, metodi jew approċċi innovattivi oħra, bħal għodod diġitali u sensuri remoti. |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri jistgħu jużaw kwalunkwe informazzjoni mis-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll ("SIAK") stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29), is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bovini stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) u s-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (31), ir-reġistru tal-vinji implimentat skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), u r-reġistri tal-biedja organika stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/848. |
2. L-Istati Membri jistgħu jużaw kwalunkwe informazzjoni mis-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll ("SIAK") stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013], is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bovini stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30)u s-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (31), ir-reġistru tal-vinji implimentat skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32), u r-reġistri tal-biedja organika stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/848. |
__________________ |
__________________ |
29 Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608). |
|
30 Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1). |
30 Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1). |
31 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8). |
31 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8). |
32 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671). |
32 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671). |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. L-istatistika dwar il-prodotti bijoċidali, kif imsemmi fil-punt (d)(iiia) tal-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi pprovduta permezz tal-użu tar-rekords miżmuma mid-detenturi tal-awtorizzazzjoni u magħmula disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 528/2012. |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3b. L-istatistika dwar il-bejgħ u l-użu ta' prodotti mediċinali antimikrobiċi veterinarji maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel, imsemmija fil-punt (d)(iiib) tal-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi pprovduta, bħala l-minimu, permezz tal-użu tad-data miġbura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2019/6 u r-rekords miżmuma skont l-Artikoli 96 u 108 ta' dak ir-Regolament. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 3c (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3c. L-istatistika dwar il-prodotti bijoċidali kif imsemmija fil-punt (d)(iiia) tal-Artikolu 5(1), għandha tiġi pprovduta bl-użu, bħala minimu, tar-rekords miżmuma skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, kif ukoll skont l-Artikolu 5 u l-Anness I, Parti A, punt II(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 183/2005. |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jitolbu mingħand l-utenti professjonali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, b'format elettroniku, rekords li jkopru mill-anqas l-isem tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, id-doża tal-applikazzjoni, iż-żona prinċipali u l-għelejjel fejn intuża l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti f'konformità ta' dan ir-Regolament. |
4. Għal dawk l-għanijiet, l-Istati Membri għandhom jitolbu mingħand l-utenti professjonali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-prodotti bijoċidali, b'format elettroniku, fejn applikabbli, rekords li jkopru, għal kull tip ta' għelejjel u speċi ta' annimali, mill-anqas il-kwantitajiet u l-isem tas-sustanzi attivi użati u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u l-prodott bijoċidali użat, id-doża tal-applikazzjoni, id-data tal-applikazzjoni, l-erja tas-superfiċje fejn intuża l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jew il-prodott bijoċidali. |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandu jkollhom id-dritt jaċċessaw u jużaw, minnufih u mingħajr ħlas, data, inkluż data individwali dwar intrapriżi u azjendi agrikoli f'fajls amministrattivi kkompilati fit-territorju nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. L-awtoritajiet nazzjonali u s-sidien tar-rekords amministrattivi għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni meħtieġa għal dan l-aċċess. Dak l-aċċess għandu jingħata wkoll meta l-awtorità kompetenti tkun iddelegat kompiti lil korpi privati jew semi-pubbliċi, li jridu jitwettqu f'isimha. |
6. L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għandu jkollhom id-dritt jaċċessaw u jużaw, minnufih u mingħajr ħlas, data, inkluż data individwali dwar intrapriżi u azjendi agrikoli f'fajls amministrattivi kkompilati fit-territorju nazzjonali tagħhom skont l-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-ambjent, is-sikurezza tal-ikel u s-saħħa pubblika, kif ukoll l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandu jkollhom ukoll id-dritt għall-aċċess u l-użu, fil-pront u mingħajr ħlas, ta' data aggregata għal finijiet ta' statistika u monitoraġġ. L-awtoritajiet nazzjonali u s-sidien tar-rekords amministrattivi għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni meħtieġa għal dan l-aċċess. Dak l-aċċess għandu jingħata wkoll meta l-awtorità kompetenti tkun iddelegat kompiti lil korpi privati jew semi-pubbliċi, li jridu jitwettqu f'isimha. |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 8 – paragrafu 6a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. Id-data miġbura tista' tintuża biss matul il-perjodu meħtieġ biex jitwettqu l-analiżijiet u ma tistax tiġi pproċessata aktar jew issir pubblika b'mod li ma jkunx kompatibbli mal-iskop inizjali tal-ġbir tad-data. |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 9a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9a. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tippubblika fuq l-internet, mingħajr ħlas, ir-rapport tal-kwalità pprovdut mill-Istati Membri, rapporti oħra jew informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, kif ukoll kwalunkwe talba tal-Kummissjoni (il-Eurostat) għal kjarifika. |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 10a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 10a |
|
Pubblikazzjoni ta' data |
|
1. Id-data miġbura dwar is-suġġetti elenkati fil-punt (d) tal-Artikolu 5(1), għandha tiġi mxerrda b'mod attiv mill-Kummissjoni (il-Eurostat) permezz tal-internet, mingħajr ħlas, fil-livell ta' dettall li ġej: |
|
(a) għal kull sustanza attiva; |
|
(b) għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, bijoċidali, mediċinali veterinarju u fertilizzanti; |
|
(c) għal kull għalla u speċi ta' annimali; |
|
(d) għal kull sena. |
|
2. Id-data miġbura skont dan ir-Regolament għandha tiġi mxerrda b'mod attiv mill-Kummissjoni (Eurostat) bl-esklużjoni tad-data kunfidenzjali skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 li jinqara flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006. |
|
3. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 li jinqara flimkien mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u d-Direttiva 2003/4/KE. |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Unjoni tista' tagħti għotjiet lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 biex ikopru l-kostijiet tal-implimentazzjoni tal-ġbir tad-data ad hoc. |
1. Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Unjoni għandha tagħti għotjiet lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 biex jappoġġaw l-aċċess għat-teknoloġija rilevanti u biex ikopru l-kostijiet tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-kostijiet ta' ġbir tad-data ad hoc u l-kostijiet ta' studji ta' fattibbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 6(1b). |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Filwaqt li jibnu fuq il-prijoritajiet tal-Istrateġija Diġitali Ewropea u l-ħtieġa li jiġi implimentat suq uniku diġitali, il-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jistgħu jiffinanzjaw in-nefqa fis-settur diġitali biex tinġabar u tintuża aħjar id-data fis-settur agrikolu. |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew tal-miżuri ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati skontu tkun teħtieġ adattamenti maġġuri f'sistema nazzjonali tal-istatistika ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu derogi lill-Istati Membri għal perjodu massimu ta' sentejn. |
Meta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew tal-miżuri ta' implimentazzjoni u l-atti delegati adottati skontu tkun teħtieġ adattamenti maġġuri f'sistema nazzjonali tal-istatistika ta' Stat Membru, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jagħtu derogi lill-Istati Membri għal perjodu massimu ta' tliet snin. |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istat Membru rilevanti għandu jippreżenta talba debitament motivata għal din id-deroga lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ikkonċernat. |
L-Istat Membru rilevanti għandu jippreżenta talba debitament motivata għal din id-deroga lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-att ikkonċernat, li tispjega liema adattamenti maġġuri huma meħtieġa għas-sistema nazzjonali tal-istatistika u kronoloġija stmata għal dawn l-adattamenti. Dik it-talba għandha ssir pubblika. |
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tirrieżamina u tivvaluta jekk it-talba tissodisfax il-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1. |
|
Meta l-Kummissjoni tqis li d-deroga mhijiex ġustifikata skont il-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-paragrafu 1, hija għandha tadotta deċiżjoni fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tat-talba motivata, fejn tinforma lill-Istat Membru kkonċernat li d-deroga ma tistax tiġi aċċettata u tiddikjara r-raġunijiet għal dak ir-rifjut. Tali deċiżjoni għandha ssir pubblika. |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 13 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). |
2. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 14, li jispeċifikaw aktar il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 14 − paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(8) u fl-Artikolu 6(1) u (2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien mhux determinat minn [Publications Office: please insert exact date of entry into force of the Regulation]. |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 5(9) u fl-Artikolu 6(1), (2) u (3) u l-Artikolu 13(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: [Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 14 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti deżinjati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. |
4. Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti deżinjati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Il-Parlament Ewropew għandu jirċievi l-ippjanar għax-xhur ta' wara u l-istediniet għal-laqgħat kollha tal-esperti. It-tħejjija u t-tfassil ta' atti delegati skont dan ir-Regolament għandhom jinkludu konsultazzjonijiet pubbliċi bil-miktub ta' tul minimu ta' sitt ġimgħat. |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 14a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 14a |
|
Rieżami |
|
1. Sal-31 ta' Diċembru ... [daħħal is-sena wara 30 xahar mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
2. Matul l-ewwel rieżami msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod partikolari |
|
jekk u għaliex hemmx lakuni fid-data u nuqqasijiet fid-data miġbura li jillimitaw il-kapaċità tal-awtoritajiet pubbliċi li jivvalutaw il-progress lejn agrikoltura sostenibbli, inkluża data relatata mal-użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, bijoċidali u mediċinali veterinarji. |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Anness V – punt a – tabella
|
Test propost mill-Kummissjoni |
(a) Statistika dwar il-produzzjoni tal-annimali |
Suġġett |
Suġġetti dettaljati |
Frekwenzi tat-trażmissjoni |
Perjodi ta' referenza |
Bhejjem u laħam |
Popolazzjoni tal-bhejjem |
Darbtejn fis-sena, annwali jew tliet darbiet kull għaxar snin |
Dati |
Produzzjoni tal-laħam |
Kull xahar |
Xahar kalendarju |
|
Kull sena |
Sena kalendarja |
||
Konsenja tal-annimali |
Darbtejn fis-sena jew kull sena |
Trimestri kalendarji Nofs snin kalendarji Snin kalendarji |
|
Bajd u flieles |
Bajd għall-konsum |
Kull sena jew tliet darbiet kull għaxar snin |
Sena kalendarja |
Bajd għat-tifqis u flieles tat-tjur tal-irziezet |
Kull xahar |
Xahar kalendarju |
|
Struttura tal-imfaqas |
Kull sena |
Sena kalendarja Dati |
|
Ħalib u prodotti tal-ħalib |
Ħalib prodott u użat fl-azjendi agrikoli |
Kull sena jew tliet darbiet kull għaxar snin |
Sena kalendarja |
Disponibbiltajiet tal-ħalib għas-settur tal-ħalib |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Użi ta' ħalib u materjali tal-ħalib mis-settur tal-ħalib u prodotti li jirriżultaw minnhom |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Użi ta' kull xahar tal-ħalib tal-baqar mis-settur tal-ħalib |
Kull xahar jew darbtejn fis-sena |
Xahar kalendarju |
|
Struttura tal-intrapriżi tal-ħalib |
Tliet darbiet kull għaxar snin |
Sena kalendarja |
|
Emenda |
(a) Statistika dwar il-produzzjoni tal-annimali1a |
Suġġett |
Suġġetti dettaljati |
Frekwenzi tat-trażmissjoni |
Perjodi ta' referenza |
Bhejjem u laħam |
Popolazzjoni tal-bhejjem |
Darbtejn fis-sena, annwali |
Dati |
Produzzjoni tal-laħam |
Kull xahar |
Xahar kalendarju |
|
Kull sena |
Sena kalendarja |
||
Konsenja tal-annimali |
Darbtejn fis-sena jew kull sena |
Trimestri kalendarji Nofs snin kalendarji Snin kalendarja |
|
Bajd u flieles |
Bajd għall-konsum |
Kull sena |
Sena kalendarja |
Bajd għat-tifqis u flieles tat-tjur tal-irziezet |
Kull xahar |
Xahar kalendarju |
|
Struttura tal-imfaqas |
Kull sena |
Sena kalendarja Dati |
|
Ħalib u prodotti tal-ħalib |
Ħalib prodott u użat fl-azjendi agrikoli |
Kull sena |
Sena kalendarja |
Disponibbiltajiet tal-ħalib għas-settur tal-ħalib |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Użi ta' ħalib u materjali tal-ħalib mis-settur tal-ħalib u prodotti li jirriżultaw minnhom |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Użi ta' kull xahar tal-ħalib tal-baqar mis-settur tal-ħalib |
Kull xahar jew darbtejn fis-sena |
Xahar kalendarju |
|
Struttura tal-intrapriżi tal-ħalib |
Tliet darbiet kull għaxar snin |
Sena kalendarja |
–––––––––––––––––––––––– |
1a Numru totali ta' annimali u numru total ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali, u speċifikazzjoni ta' biedja organika ċċertifikata u/jew li qed tiġi kkonvertita għal kull suġġett. |
|
Emenda 84
Proposta għal regolament
Anness V – punt b – tabella
|
Test propost mill-Kummissjoni |
(b) Statistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel |
Suġġett |
Suġġetti dettaljati |
Frekwenzi tat-trasmissjoni |
Perjodi ta' referenza |
Produzzjoni tal-għelejjel |
Produzzjoni ta' uċuħ tar-raba' li jinħartu u bwar permanenti |
Subannwali u kull sena |
Sena kalendarja |
Produzzjoni tal-ortikultura għajr l-għelejjel permanenti |
Subannwali u kull sena |
Sena kalendarja |
|
Produzzjoni tal-għelejjel permanenti |
Subannwali u kull sena |
Sena kalendarja |
|
Bilanċi tal-għelejjel |
Bilanċi taċ-ċereali |
Kull sena |
Sena |
Bilanċi taż-żrieragħ taż-żejt |
Kull sena |
Sena |
|
Bwar u mergħat |
Ġestjoni taż-żoni tar-ragħa |
Kull 3 snin |
Sena kalendarja |
|
Emenda |
(b) Statistika dwar il-produzzjoni tal-għelejjel1a |
Suġġett |
Suġġetti dettaljati |
Frekwenzi tat-trażmissjoni |
Perjodi ta' referenza |
Erja tal-għelejjel |
Erja Agrikola Utilizzata, raba' li jinħadem u bur permanenti |
Kull sena |
Sena kalendarja |
Għelejjel ortikoli |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Għelejjel permanenti |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Prodotti tar-raba' tal-għalf |
Kull 3 snin |
Sena kalendarja |
|
Erja tar-raba' mistrieħ |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Produzzjoni tal-għelejjel |
Produzzjoni ta' uċuħ tar-raba' li jinħartu u bwar permanenti |
Subannwali u kull sena |
Sena |
Produzzjoni tal-ortikultura għajr l-għelejjel permanenti |
Subannwali u kull sena |
Sena |
|
Produzzjoni tal-għelejjel permanenti |
Subannwali u kull sena |
Sena |
|
Produzzjoni tal-foraġġ |
Kull 3 snin |
Sena kalendarja |
|
Bilanċi tal-għelejjel |
Bilanċi taċ-ċereali |
Kull sena |
Sena |
Bilanċi taż-żrieragħ taż-żejt |
Kull sena |
Sena |
|
Bwar u mergħat |
Ġestjoni taż-żoni tar-ragħa |
Kull 3 snin |
Sena kalendarja |
––––––––––––––––––––––––––––––––––– |
1a L-erja u l-produzzjoni ewlenin totali li jispeċifikaw il-biedja organika ċċertifikata u/jew li qed tiġi konvertita. |
|
Emenda 85
Proposta għal regolament
Anness – punt ba (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
|
|
Emenda |
(ba) Produzzjoni u prodotti organiċi |
Suġġett |
Suġġetti dettaljati |
Frekwenzi tat-trażmissjoni |
Perjodi ta' referenza |
Produzzjoni u prodotti organiċi |
Produzzjoni u prodotti organiċi |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Ġustifikazzjoni
F'konformità mal-Artikolu 5(4), barra minn hekk, wara l-Azzjoni 11 tal-Pjan ta' Azzjoni Organika, il-Kummissjoni se tintensifika, mill-2022, il-ġbir ta' data tas-suq f'kollaborazzjoni mal-Istati Membri u testendi l-analiżi tal-Osservatorji tas-Suq tal-UE għall-prodotti organiċi.
Emenda 86
Proposta għal regolament
Anness — punt c — tabella — ringieli 3, 4 u 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
|
Prezzijiet tal-input assoluti |
Fertilizzanti |
Kull sena |
Sena kalendarja |
Għalf |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Enerġija |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
|
|
|
|
Emenda |
|
Prezzijiet tal-input assoluti |
Fertilizzanti |
Kull xahar jew kull tliet xhur |
Sena kalendarja |
prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Prodotti bijoċidali |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Prodotti mediċinali veterinarji |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Għalf |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Enerġija |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Emenda 87
Proposta għal regolament
Anness – punt d – tabella
|
Test propost mill-Kummissjoni |
(d) Statistika dwar in-nutrijenti u l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
Suġġett |
Suġġetti dettaljati |
Frekwenzi tat-trażmissjoni |
Perjodi ta' referenza |
Nutrijenti fil-fertilizzanti agrikoli |
Fertilizzanti inorganiċi għall-agrikoltura |
Kull sena |
Sena kalendarja |
Fertilizzanti organiċi għall-agrikoltura |
|||
Bilanċi tan-nutrijenti |
Koeffiċjenti tal-kontenuti tan-nutrijenti tal-għelejjel u tal-foraġġ |
Kull ħames snin |
Snin kalendarji |
Volumi tar-residwi tal-għelejjel u koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti |
|||
Koeffiċjenti tal-iffissar bijoloġiku tan-nitroġenu |
|||
Koeffiċjenti tad-depożizzjoni tan-nitroġenu atmosferiku |
|||
Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti fl-użu taż-żerriegħa |
|||
Koeffiċjenti tan-nutrijenti tal-eskrement tal-bhejjem |
|||
Volumi tal-irtirar tad-demel tal-bhejjem u koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti |
|||
prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq |
Kull sena |
Sena kalendarja |
Użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-agrikoltura |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Emenda |
(d) Statistika dwar in-nutrijenti, il-pestiċidi, il-prodotti mediċinali veterinarji u l-antibijotiċi fl-għalf tal-annimali |
Suġġett |
Suġġetti dettaljati |
Frekwenzi tat-trażmissjoni |
Perjodi ta' referenza |
Nutrijenti fil-fertilizzanti agrikoli |
Fertilizzanti inorganiċi għall-agrikoltura |
Kull sena |
Sena kalendarja |
Fertilizzanti organiċi għall-agrikoltura |
|||
Bilanċi tan-nutrijenti |
Koeffiċjenti tal-kontenuti tan-nutrijenti tal-għelejjel u tal-foraġġ |
Kull ħames snin |
Snin kalendarja |
Volumi tar-residwi tal-għelejjel u koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti |
|||
Koeffiċjenti tal-iffissar bijoloġiku tan-nitroġenu |
|||
Koeffiċjenti tad-depożizzjoni tan-nitroġenu atmosferiku |
|||
Koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti fl-użu taż-żerriegħa |
|||
Koeffiċjenti tan-nutrijenti tal-eskrement tal-bhejjem |
|||
Volumi tal-irtirar tad-demel tal-bhejjem u koeffiċjenti tal-kontenut tan-nutrijenti |
|||
prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti |
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq |
Kull sena |
Sena kalendarja |
Użu ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl-agrikoltura1a |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Prodotti bijoċidali |
Prodotti bijoċidali mqiegħda fis-suq |
Kull sena |
Sena kalendarja |
Użu ta' prodotti bijoċidali fl-agrikoltura |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel u għall-għalf |
Prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għal annimali li jipproduċu l-ikel imqiegħda fis-suq |
Kull sena |
Sena kalendarja |
L-użu ta' prodotti mediċinali veterinarji fl-annimali li jipproduċu l-ikel |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
Antibijotiċi fl-għalf tal-annimali mqiegħda fis-suq |
Kull sena |
Sena kalendarja |
|
L-użu tal-antibijotiċi fl-għalf tal-annimali |
Kull sena |
Sena kalendarja |
–––––––––––––––––––––––––––– |
1a speċifikazzjoni tal-użu fil-biedja organika u/jew li qed tiġi konvertita. |
|
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Statistika dwar l-input u l-output agrikoli u tħassir tar-Regolamenti (KE) Nru 1165/2008, (KE) Nru 543/2009, (KE) Nru 1185/2009 u d-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE |
|||
Referenzi |
COM(2021)0037 – C9-0009/2021 – 2021/0020(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
2.2.2021 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 8.2.2021 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Petros Kokkalis 8.3.2021 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
12.10.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 9 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mazaly Aguilar, Clara Aguilera, Atidzhe Alieva-Veli, Álvaro Amaro, Eric Andrieu, Carmen Avram, Adrian-Dragoş Benea, Benoît Biteau, Mara Bizzotto, Daniel Buda, Isabel Carvalhais, Asger Christensen, Angelo Ciocca, Ivan David, Paolo De Castro, Jérémy Decerle, Salvatore De Meo, Herbert Dorfmann, Dino Giarrusso, Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Martin Hlaváček, Krzysztof Jurgiel, Jarosław Kalinowski, Elsi Katainen, Gilles Lebreton, Norbert Lins, Colm Markey, Alin Mituța, Marlene Mortler, Ulrike Müller, Maria Noichl, Juozas Olekas, Pina Picierno, Bronis Ropė, Bert-Jan Ruissen, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Simone Schmiedtbauer, Annie Schreijer-Pierik, Veronika Vrecionová, Sarah Wiener, Juan Ignacio Zoido Álvarez |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Joëlle Mélin |
|||
Data tat-tressiq |
14.10.2021 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
39 |
+ |
NI |
Dino Giarrusso |
PPE |
Álvaro Amaro, Daniel Buda, Salvatore De Meo, Herbert Dorfmann, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Colm Markey, Marlene Mortler, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Simone Schmiedtbauer, Annie Schreijer-Pierik, Juan Ignacio Zoido Álvarez |
Renew |
Atidzhe Alieva-Veli, Asger Christensen, Jérémy Decerle, Martin Hlaváček, Elsi Katainen, Alin Mituța, Ulrike Müller |
S&D |
Clara Aguilera, Eric Andrieu, Carmen Avram, Adrian-Dragoş Benea, Isabel Carvalhais, Paolo De Castro, Maria Noichl, Juozas Olekas, Pina Picierno, Marc Tarabella |
The Left |
Manuel Bompard, Luke Ming Flanagan, Petros Kokkalis |
Verts/ALE |
Benoît Biteau, Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Bronis Ropė, Sarah Wiener |
9 |
- |
ECR |
Mazaly Aguilar, Krzysztof Jurgiel, Bert-Jan Ruissen, Veronika Vrecionová |
ID |
Mara Bizzotto, Angelo Ciocca, Ivan David, Gilles Lebreton, Joëlle Mélin |
0 |
0 |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni