RAPPORT dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni)

    14.10.2021 - (COM(2021)0085 – C9-0085/2021 – 2021/0045(COD)) - ***I

    Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
    Rapporteur: Angelika Winzig
    (Riformulazzjoni – Artikolu 110 tar-Regoli ta' Proċedura)


    Proċedura : 2021/0045(COD)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    A9-0286/2021
    Testi mressqa :
    A9-0286/2021
    Testi adottati :

    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni)

    (COM(2021)0085 – C9-0085/2021 – 2021/0045(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni

     


     


    Il-Parlament Ewropew,

     wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0085),

     wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0085/2021),

     wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

     wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

     wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' (...)[1],

     wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali[2],

     wara li kkunsidra l-ittra tal-1 ta' Ottubru 2021 mibgħuta mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija f'konformità mal-Artikolu 110(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

     wara li kkunsidra l-Artikoli 110, 59 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

     wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

     wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0286/2021),

    A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

    1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

    2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

    3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

     

    Emenda  1

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4) Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2022, u għalhekk dan ir-Regolament għandu l-għan li jagħmel riformulazzjoni tiegħu u fl-istess ħin jintroduċi miżuri ġodda li jżidu t-trasparenza, inkluż dwar l-użu tas-servizzi ta' valur miżjud fir-roaming, u li jiżguraw esperjenza ġenwina tal-RLAH mil-lat ta' kwalità tas-servizz u aċċess għas-servizzi ta' emerġenza waqt ir-roaming. It-tul taż-żmien ta' dan ir-Regolament il-ġdid huwa stabbilit għal 10 snin, sal-2032, biex jipprovdi ċertezza fis-suq, inaqqas kemm jista' jkun il-piż regolatorju u fl-istess ħin jintroduċi mekkaniżmu għal intervent fil-livell bl-ingrossa fl-interim jekk l-iżviluppi tas-suq ikunu jeħtieġu dan.

    (4) Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2022, u għalhekk dan ir-Regolament għandu l-għan li jagħmel riformulazzjoni tiegħu u fl-istess ħin jintroduċi miżuri ġodda li jżidu t-trasparenza, inkluż dwar l-użu tas-servizzi ta' valur miżjud fir-roaming u l-użu tar-roaming fi ħdan networks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli mhux terrestri, u li jiżguraw esperjenza ġenwina tal-RLAH mil-lat ta' kwalità tas-servizz u aċċess għas-servizzi ta' emerġenza waqt ir-roaming. It-tul taż-żmien ta' dan ir-Regolament huwa stabbilit għal 10 snin, sal-2032, biex jipprovdi ċertezza fis-suq, inaqqas kemm jista' jkun il-piżijiet regolatorji u fl-istess ħin jintroduċi rekwiżit li l-Kummissjoni twettaq rieżamijiet u tissottometti rapporti biennali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien, jekk xieraq, mal-proposti leġiżlattivi biex temenda dan ir-Regolament, fejn l-iżviluppi tas-suq ikunu jeħtieġu dan. Minħabba l-iżviluppi mgħaġġla tas-suq u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda, il-Kummissjoni se tivvaluta, b'mod partikolari, jekk huwiex xieraq li tagħmel proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament meta toħroġ it-tieni rapport tagħha fl-2027.

    Emenda  2

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 9

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (9) L-użu mifrux tal-apparati mobbli li kapaċi jirċievu l-internet ifisser li r-roaming tad-data għandu sinifikat ekonomiku qawwi. Dan huwa rilevanti kemm għall-utenti kif ukoll għall-fornituri tal-applikazzjonijiet u l-kontenut. Biex jiġi stimulat l-iżvilupp ta' dan is-suq, it-tariffi għat-trasport tad-data jenħtieġ ma jkunux ixekklu t-tkabbir, b'mod partikolari meta jitqies li l-iskjerament tan-networks u tas-servizzi 5G mistenni jiżdied gradwalment .

    (9) L-użu mifrux tal-apparati mobbli li kapaċi jirċievu l-internet ifisser li r-roaming tad-data għandu sinifikat ekonomiku qawwi. Dan huwa rilevanti kemm għall-utenti kif ukoll għall-fornituri tal-applikazzjonijiet u l-kontenut. Biex jiġi stimulat l-iżvilupp ta' dan is-suq, it-tariffi għat-trasport tad-data jenħtieġ li ma jkunux ixekklu t-tkabbir, b'mod partikolari meta jitqies li l-iżvilupp u l-iskjerament tan-networks u tas-servizzi tal-ġenerazzjoni li jmiss b'veloċità għolja huma mistennija jaċċelleraw gradwalment.

    Emenda  3

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 10

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (10) Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60, id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61, id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew62, id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill63 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill64 kellhom l-għan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fi ħdan l-Unjoni filwaqt li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi permezz ta' kompetizzjoni msaħħa. Dawk id-Direttivi ġew revokati bid-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill65. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 għandha l-għan li tistimula l-investiment f'networks b'kapaċità għolja ħafna fl-UE, u l-adozzjoni tagħhom, kif ukoll li tintroduċi regoli ġodda dwar l-ispettru għall-konnettività mobbli u l-5G. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tiżgura wkoll li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal komunikazzjoni affordabbli, inkluż l-internet. Din iżżid il-protezzjoni tal-konsumaturi u s-sigurtà għall-utenti, u tiffaċilita l-intervent regolatorju.

    (10) Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60, id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61, id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew62, id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill63 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill64 kellhom l-għan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fi ħdan l-Unjoni filwaqt li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi permezz ta' kompetizzjoni msaħħa. Id-Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE ġew revokati bid-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill65. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 għandha l-għan li tistimula l-investiment f'networks b'kapaċità għolja ħafna fl-UE, u l-adozzjoni tagħhom, kif ukoll li tintroduċi regoli ġodda dwar l-ispettru għall-konnettività mobbli u l-5G. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tipprovdi wkoll għall-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u oħrajn kompetenti kif ukoll il-BEREC, il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex isegwu, fost l-oħrajn, l-objettivi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern u l-promozzjoni tal-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni. Hija tiżgura, fost l-oħrajn, li l-konsumaturi kollha jkollhom aċċess għal komunikazzjoni affordabbli, inkluż l-internet. Din iżżid il-protezzjoni tal-konsumaturi u s-sigurtà għall-utenti, u tiffaċilita l-intervent regolatorju.

    __________________

    __________________

    60 Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).

    60 Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).

    61 Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).

    61 Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).

    62 Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

    62 Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

    63 Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).

    63 Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).

    64 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

    64 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

    65 Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).

    65 Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).

    Emenda  4

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 14

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (14) Biex ikun jista' jiġi żviluppat suq aktar effiċjenti, integrat u kompetittiv għas-servizzi tar-roaming, jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni li tipprevjeni lill-impriżi milli jinnegozjaw b'mod effettiv aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming. L-ostakli tal-aċċess għal servizzi tar-roaming bl-ingrossa bħal dawn, minħabba differenzi fis-saħħa tan-negozjar u fil-livell ta' sjieda tal-infrastruttura tal-impriżi, jenħtieġ jitneħħew. Għal dak il-għan, il-ftehimiet ta' aċċess għar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u jiżguraw li l-operaturi kollha jkollhom opportunità ekwa u ġusta biex jaċċessaw in-networks u t-teknoloġiji kollha disponibbli u jenħtieġ jiġu nnegozjati in bona fede b'mod li l-fornitur tar-roaming ikun jista' joffri servizzi tar-roaming bl-imnut ekwivalenti għas-servizzi offruti domestikament. L-operaturi tan-networks mobbli virtwali (MVNOs) u l-bejjiegħa mill-ġdid tas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr infrastruttura tan-network tagħhom, tipikament ikunu jipprovdu servizzi tar-roaming ibbażati fuq ftehim kummerċjali tar-roaming bl-ingrossa mal-operaturi ospitanti tan-network mobbli tagħhom fl-istess Stat Membru. Madankollu, in-negozjati kummerċjali jistgħu ma jipprovdux marġini biżżejjed lill-MVNOs u lill-bejjiegħa mill-ġdid biex jistimulaw il-kompetizzjoni bi prezzijiet orħos. It-tneħħija ta' dawk l-ostakli u l-kisba ta' bilanċ fis-saħħa tan-negozjar bejn l-MVNOs/il-bejjiegħa mill-ġdid u l-operaturi tan-networks mobbli b'obbligu ta' aċċess u b'limiti fuq l-ingrossa jenħtieġ jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' servizzi u offerti tar-roaming alternattivi, innovattivi u mifruxa fl-Unjoni kollha għall-klijenti. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 ma tipprovdix soluzzjoni għal din il-problema bl-impożizzjoni ta' obbligi fuq l-operaturi li għandhom setgħa sinifikanti fis-suq.

    (14) Biex ikun jista' jiġi żviluppat suq aktar effiċjenti, integrat u kompetittiv għas-servizzi tar-roaming, jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni li tipprevjeni lill-impriżi milli jinnegozjaw b'mod effettiv aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming, inkluż għal apparat tal-IoT. L-ostakli tal-aċċess għal servizzi tar-roaming bl-ingrossa bħal dawn, minħabba differenzi fis-saħħa tan-negozjar u fil-livell ta' sjieda tal-infrastruttura tal-impriżi, jenħtieġ li jitneħħew. Għal dak il-għan, il-ftehimiet ta' aċċess għar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u jiżguraw li l-operaturi kollha jkollhom opportunità ekwa u ġusta biex jaċċessaw in-networks u t-teknoloġiji kollha disponibbli u jenħtieġ li jiġu nnegozjati in bona fide b'mod li l-fornitur tar-roaming ikun jista' joffri servizzi tar-roaming bl-imnut ekwivalenti għas-servizzi offruti domestikament. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jillimitax il-possibbiltà li jiġi konkluż aċċess għall-operaturi biss ma' dawk l-operaturi li għandhom l-aktar networks avvanzati. Jenħtieġ li l-operaturi jkollhom il-possibbiltà li jinnegozjaw il-ftehimiet tagħhom dwar ir-roaming bl-ingrossa skont il-ħtiġijiet kummerċjali tagħhom. Għaldaqstant, dan ir-Regolament ma jobbligax lill-operaturi jibdlu s-sħab tar-roaming attwali tagħhom dment li l-kwalità tar-rekwiżiti tas-servizz li jirriżultaw minn dan ir-Regolament jiġu rrispettati. Jenħtieġ li l-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa ma jipperikolaw esperjenza ġenwina tar-roaming daqslikieku f'pajjiżek. L-operaturi tan-networks mobbli virtwali (MVNOs) u l-bejjiegħa mill-ġdid tas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli mingħajr infrastruttura tan-network tagħhom, tipikament ikunu jipprovdu servizzi tar-roaming ibbażati fuq ftehim kummerċjali tar-roaming bl-ingrossa mal-operaturi ospitanti tan-network mobbli tagħhom fl-istess Stat Membru. Madankollu, in-negozjati kummerċjali jistgħu ma jipprovdux marġini biżżejjed lill-MVNOs u lill-bejjiegħa mill-ġdid biex jistimulaw il-kompetizzjoni bi prezzijiet orħos. It-tneħħija ta' dawk l-ostakli u l-kisba ta' bilanċ fis-saħħa tan-negozjar bejn l-MVNOs/il-bejjiegħa mill-ġdid u l-operaturi tan-networks mobbli b'obbligu ta' aċċess u b'limiti fuq l-ingrossa jenħtieġ li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' servizzi u offerti tar-roaming alternattivi, innovattivi u mifruxa fl-Unjoni kollha għall-klijenti. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 ma tipprovdix soluzzjoni għal din il-problema bl-impożizzjoni ta' obbligi fuq l-operaturi li għandhom setgħa sinifikanti fis-suq.

    Emenda  5

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 15

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (15) Għalhekk jenħtieġ li jiġi stabbilit obbligu li jintlaqgħu talbiet raġonevoli ta' aċċess bl-ingrossa għal networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming. Aċċess bħal dan jenħtieġ ikun konformi mal-ħtiġijiet ta' dawk li qed jitolbuh. L-utenti finali tas-servizzi li jeħtieġu teknoloġiji moderni u servizzi tar-roaming bl-imnut jenħtieġ ikunu jistgħu jgawdu l-istess kwalità tas-servizz waqt ir-roaming daqslikieku f'pajjiżhom. Għalhekk, aċċess tar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ li jiżgura li dawk li jitolbu aċċess ikunu jistgħu jirreplikaw is-servizzi bl-imnut offruti domestikament, sakemm l-operaturi tan-networks mobbli li jintalbu jipprovdu aċċess ma jkunux jistgħu jagħtu prova li mhux fattibbli teknikament li jsir dan. L-aċċess jenħtieġ li jiġi rifjutat biss abbażi ta' kriterji oġġettivi, bħall-fattibbiltà teknika u l-ħtieġa li tinżamm l-integrità tan-network. Meta l-aċċess jiġi rifjutat, il-parti offiża jenħtieġ tkun tista' tressaq il-każ għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-proċedura stabbilita f'dan ir-Regolament. Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming jenħtieġ jingħata skont l-obbligi regolatorji stabbiliti f'dan ir-Regolament applikabbli fil-livell bl-ingrossa, u jenħtieġ iqis l-elementi differenti tal-kost meħtieġa għall-forniment ta' dan l-aċċess. Approċċ regolatorju konsistenti għall-aċċess bl-ingrossa għall-forniment ta' servizzi tar-roaming jenħtieġ jikkontribwixxi biex jiġu evitati distorsjonijiet bejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-BEREC, b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u b'kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, joħroġ linji gwida għal aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming.

    (15) Għalhekk jenħtieġ li jiġi stabbilit obbligu li jintlaqgħu talbiet raġonevoli ta' aċċess bl-ingrossa għal networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming. Aċċess bħal dan jenħtieġ li jkun konformi mal-ħtiġijiet ta' dawk li qed jitolbuh. L-utenti finali tas-servizzi li jeħtieġu teknoloġiji moderni u servizzi tar-roaming bl-imnut jenħtieġ li jkunu jistgħu jgawdu l-istess kwalità tas-servizz, inkluż fir-rigward ta' trasferiment istantanju u bla xkiel bejn in-networks tal-komunikazzjonijiet mobbli fil-fruntieri interni tal-Unjoni, meta mqabbla ma' roaming daqslikieku f'pajjiżhom. Għalhekk, aċċess tar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ li jiżgura li dawk li jitolbu aċċess ikunu jistgħu jirreplikaw is-servizzi bl-imnut offruti domestikament, sakemm l-operaturi tan-networks mobbli li jintalbu jipprovdu aċċess ma jkunux jistgħu jagħtu prova li mhux fattibbli teknikament li jsir dan. L-aċċess jenħtieġ li jiġi rifjutat biss abbażi ta' kriterji oġġettivi, bħall-fattibbiltà teknika u l-ħtieġa li tinżamm l-integrità tan-network. Meta l-aċċess jiġi rifjutat, il-parti offiża jenħtieġ li tkun tista' tressaq il-każ għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-proċedura stabbilita f'dan ir-Regolament. Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd, aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming jenħtieġ li jingħata skont l-obbligi regolatorji stabbiliti f'dan ir-Regolament applikabbli fil-livell bl-ingrossa, u jenħtieġ li jqis l-elementi differenti tal-kost meħtieġa għall-forniment ta' dan l-aċċess. Approċċ regolatorju konsistenti għall-aċċess bl-ingrossa għall-forniment ta' servizzi tar-roaming jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jiġu evitati distorsjonijiet bejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li l-BEREC, b'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u b'kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, joħroġ linji gwida għal aċċess bl-ingrossa bil-għan li jiġu pprovduti servizzi tar-roaming.

    Emenda  6

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 19

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (19) F'konformità mal-Artikolu 109 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-utenti finali kollha jenħtieġ li jkollhom aċċess mingħajr ħlas għas-servizzi ta' emerġenza, permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza mal-aktar ċentru xieraq li jirċievi t-telefonati ta' emerġenza (PSAP). L-Istati Membri jeħtieġ ukoll jiżguraw li l-aċċess tal-utenti finali b'diżabbiltà għas-servizzi ta' emerġenza jkun disponibbli permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza u jkun ekwivalenti għal dak tal-utenti finali l-oħra. Huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw it-tip ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza li huma fattibbli teknikament biex jiżguraw li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess għas-servizzi ta' emerġenza. Biex jiġi żgurat li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess għal komunikazzjonijiet ta' emerġenza skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 109 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-operaturi tan-network miżjur jenħtieġ jinfurmaw lill-fornitur tar-roaming permezz tal-ftehim tar-roaming bl-ingrossa dwar liema tip ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza huma obbligatorji skont il-miżuri nazzjonali fl-Istat Membru miżjur. Barra minn hekk, il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ jinkludu informazzjoni dwar il-parametri tekniċi biex jiġi żgurat l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza, inkluż għall-klijenti tar-roaming b'diżabbiltà, u biex tiġi żgurata t-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata lill-aktar PSAP xieraq fl-Istat Membru miżjur. B'din l-informazzjoni, il-fornitur tar-roaming jenħtieġ ikun jista' jidentifika u jipprovdi mingħajr ħlas, il-komunikazzjoni ta' emerġenza u t-trażmissjoni tal-lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata.

    (19) F'konformità mal-Artikolu 109 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-utenti finali kollha jenħtieġ li jkollhom aċċess mingħajr ħlas għas-servizzi ta' emerġenza, permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza mal-aktar ċentru xieraq li jirċievi t-telefonati ta' emerġenza (PSAP). L-Istati Membri jeħtieġ ukoll jiżguraw li l-aċċess tal-utenti finali b'diżabbiltà għas-servizzi ta' emerġenza jkun disponibbli permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza u jkun ekwivalenti għal dak tal-utenti finali l-oħra. Dawk il-mezzi ta' aċċess jenħtieġ li jqisu, b'mod partikolari, l-obbligi imposti mill-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/882, li jirrikjedu li l-Istati Membri jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu servizzi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà ta' dik id-Direttiva. L-implimentazzjoni tal-mezzi ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza disponibbli għall-utenti finali tar-roaming b'diżabbiltà u t-twassil tal-informazzjoni dwar il-post minn fejn toriġina t-telefonata jenħtieġ li jkunu bbażati kemm jista' jkun fuq standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej li jenħtieġ li jiġu promossi mill-Kummissjoni u l-Istati Membri f'kooperazzjoni mal-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni u istituzzjonijiet rilevanti oħra. Huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw it-tip ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza li huma fattibbli teknikament biex jiżguraw li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess għas-servizzi ta' emerġenza. Biex jiġi żgurat li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess għal komunikazzjonijiet ta' emerġenza skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 109 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-operaturi tan-network miżjur jenħtieġ li jinfurmaw lill-fornitur tar-roaming permezz tal-ftehim tar-roaming bl-ingrossa dwar liema tip ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza huma obbligatorji skont il-miżuri nazzjonali fl-Istat Membru miżjur. Barra minn hekk, il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ li jinkludu informazzjoni dwar il-parametri tekniċi biex jiġi żgurat l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza, inkluż għall-klijenti tar-roaming b'diżabbiltà, u biex tiġi żgurata t-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata, inkluża informazzjoni dderivata mill-handset, lill-aktar PSAP xieraq fl-Istat Membru miżjur. B'din l-informazzjoni, il-fornitur tar-roaming jenħtieġ li jkun jista' jidentifika u jipprovdi mingħajr ħlas, il-komunikazzjoni ta' emerġenza u t-trażmissjoni tal-lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata.

    Emenda  7

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 23

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (23) Biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata setgħat ta' implimentazzjoni b'rabta mal-istabbiliment ta' regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-politika ta' użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-forniment ta' servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi , kif ukoll dwar l-applikazzjoni li jrid jippreżenta l-fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill66.

    (23) Biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni b'rabta mal-istabbiliment ta' regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni temporanja u eċċezzjonali tal-politika ta' użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-forniment ta' servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi, kif ukoll dwar l-applikazzjoni li jrid jippreżenta l-fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill66.

    __________________

    __________________

    66 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    66 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    Emenda  8

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 24

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (24) Sakemm jiġu adottati dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 jenħtieġ jibqa' japplika.

    (24) Sakemm jiġu adottati dawk il-miżuri ta' implimentazzjoni, bil-ħsieb li tiġi limitata l-applikazzjoni ta' politiki ta' użu ġust fl-Unjoni, li jwasslu għal eliminazzjoni gradwali tal-applikazzjoni tagħhom, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/228667 jenħtieġ li jibqa' japplika.

    __________________

    __________________

    67 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 tal-15 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 46).

    67 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 tal-15 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 46).

    Emenda  9

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 28

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (28) Il-klijenti tar-roaming, sa fejn possibbli, jenħtieġ ikunu jistgħu jużaw is-servizzi bl-imnut li jabbonaw għalihom u jibbenefikaw mill-istess livell ta' kwalità tas-servizz daqslikieku f'pajjiżhom, meta jkunu qed jużaw ir-roaming fl-Unjoni. Għal dak il-għan, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati jiġu pprovduti bl-istess kundizzjonijiet daqslikieku dawn is-servizzi kienu kkonsmati domestikament. B'mod partikolari, il-klijenti jenħtieġ jingħataw l-istess kwalità tas-servizz waqt ir-roaming, meta dan ikun fattibbli teknikament.

    (28) Il-klijenti tar-roaming jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw is-servizzi bl-imnut li jabbonaw għalihom u jibbenefikaw mill-istess livell ta' kwalità tas-servizz daqslikieku f'pajjiżhom, meta jkunu qed jużaw ir-roaming fl-Unjoni. Għal dak il-għan, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati jiġu pprovduti bl-istess kundizzjonijiet daqslikieku dawn is-servizzi kienu kkonsmati domestikament. B'mod partikolari, il-klijenti jenħtieġ li jingħataw l-istess kwalità tas-servizz waqt ir-roaming, meta dan ikun disponibbli u fattibbli teknikament. Jenħtieġ li l-BEREC jaġġorna l-linji gwida tiegħu dwar il-bejgħ bl-imnut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kwalità tas-servizz sabiex jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta' dan ir-Regolament. Għalhekk jenħtieġ li prattiki kummerċjali li jirriżultaw fit-tnaqqis tal-kwalità tas-servizzi ta' servizzi regolati ta' roaming bl-imnut jiġu pprojbiti.

    Emenda  10

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 29

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (29) Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ ikunu jistgħu japplikaw "politika ta' użu ġust" għall-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati mogħtija bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli. Il-"politika ta' użu ġust" hija maħsuba biex tipprevjeni l-użu abbużiv jew anomalu tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati minn klijenti tar-roaming, bħall-użu ta' servizzi bħal dawn minn klijenti tar-roaming fi Stat Membru ieħor li mhux dak tal-fornitur domestiku tagħhom għal finijiet oħra għajr l-ivvjaġġar perjodiku. Il-fornituri tar-roaming, f'każijiet ta' force majeure ikkawżati minn ċirkostanzi bħal pandemiji jew katastrofi naturali li jestendu involontarjament il-perjodu ta' soġġorn temporanju tal-klijent tar-roaming fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ jikkunsidraw li jestendu t-tolleranza applikabbli għal użu ġust għal perjodu xieraq, meta ssir talba ġustifikata mill-klijent tar-roaming. Kwalunkwe politika ta' użu ġust jenħtieġ tagħti l-possibbiltà lill-klijenti tal-fornitur tar-roaming li jikkonsmaw volumi ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, li huma konsistenti mal-pjanijiet ta' tariffar rispettivi tagħhom.

    (29) Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw "politika ta' użu ġust" għall-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati mogħtija bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli f'każijiet eċċezzjonali. Il-"politika ta' użu ġust" hija limitata biex tipprevjeni l-użu abbużiv, frawdolenti jew anomalu tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati minn klijenti tar-roaming, bħall-użu ta' servizzi bħal dawn minn klijenti tar-roaming fi Stat Membru ieħor li mhux dak tal-fornitur domestiku tagħhom għal finijiet oħra għajr l-ivvjaġġar perjodiku. Il-fornituri tar-roaming, f'każijiet ta' force majeure ikkawżati minn ċirkostanzi bħal pandemiji, għeluq tal-fruntieri temporanju jew katastrofi naturali, jenħtieġ li jestendu involontarjament il-perjodu ta' soġġorn temporanju tal-klijent tar-roaming fi Stat Membru ieħor, jestendu t-tolleranza applikabbli għal użu ġust għal perjodu xieraq, meta ssir talba ġustifikata mill-klijent tar-roaming. Kwalunkwe politika ta' użu ġust jenħtieġ li tagħti l-possibbiltà lill-klijenti tal-fornitur tar-roaming li jikkonsmaw volumi ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, li jirreplikaw il-pjanijiet ta' tariffar rispettivi tagħhom.

    Emenda  11

    Proposta għal regolament

    Premessa 35

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (35) Kuntratt li jinkludi xi tip ta' servizz tar-roaming bl-imnut regolat jenħtieġ jispeċifika l-karatteristiċi ta' dak is-servizz tar-roaming bl-imnut regolat, inkluż il-livell mistenni ta' kwalità tas-servizz. Il-fornitur jenħtieġ jagħmel disponibbli informazzjoni dwar fatturi rilevanti li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizz, bħad-disponibbiltà ta' ċerti teknoloġiji, il-kopertura jew varjazzjoni minħabba fatturi esterni bħat-topografija.

    (35) Kuntratt li jinkludi xi tip ta' servizz tar-roaming bl-imnut regolat jenħtieġ li jispeċifika l-karatteristiċi ta' dak is-servizz tar-roaming bl-imnut regolat, inkluż il-livell mistenni ta' kwalità tas-servizz. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu informazzjoni ċara u li tinftiehem dwar il-livell tal-kwalità tas-servizz, inkluża informazzjoni dwar ir-rati ta' trasferiment u t-teknoloġiji ta' aċċess disponibbli ta' kull operatur miżjur f'kull Stat Membru. Il-fornitur jenħtieġ li jagħmel disponibbli wkoll informazzjoni dwar fatturi rilevanti oħra li jistgħu jaffettwaw ulterjorment il-kwalità tas-servizz, bħal-latenza, il-kopertura jew varjazzjoni minħabba fatturi esterni bħat-topografija. Jenħtieġ li kuntratt bħal dan jinkludi wkoll informazzjoni ċara u komprensibbli dwar il-proċedura għat-tressiq ta' ilmenti disponibbli f'każijiet fejn il-kwalità tas-servizz ma tikkorrispondix mat-termini tal-kuntratt. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-klijenti li jivverifikaw il-veloċità stmata tal-upload u d-download, il-latenza u t-teknoloġija disponibbli tat-trasferiment tad-data. Il-fornitur tar-roaming jenħtieġ li jittratta kwalunkwe lment fil-ħin u b'mod effettiv. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri għat-tressiq tal-ilmenti jenħtieġ li jiġu pprovduti f'konformità mal-linji gwida tal-BEREC dwar ir-roaming bl-imnut.

    Emenda  12

    Proposta għal regolament

    Premessa 36

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (36) Il-klijenti tar-roaming u l-operaturi tal-pajjiż tal-oriġini xi drabi bla ma jkunu jafu jġarrbu kontijiet kbar minħabba n-nuqqas ta' trasparenza fuq in-numri użati għas-servizzi ta' valur miżjud fl-Unjoni kollha u fuq il-prezzijiet bl-ingrossa mitluba għas-servizzi ta' valur miżjud. Il-komunikazzjonijiet lejn ċerti numri li jintużaw biex jipprovdu servizzi ta' valur miżjud, pereżempju, numri b'rati primjum, numri mingħajr ħlas jew numri b'kostijiet kondiviżi, huma soġġetti għal kundizzjonijiet partikolari tal-ipprezzar fil-livell nazzjonali. Dan ir-Regolament jenħtieġ ma japplikax għall-parti tat-tariffa li tintalab għall-forniment ta' servizzi ta' valur miżjud, iżda biss għat-tariffi għall-konnessjoni ma' dawk is-servizzi. Madankollu, il-prinċipju tal-RLAH jista' joħloq aspettattiva fost l-utenti finali li l-komunikazzjonijiet lejn numri bħal dawn waqt ir-roaming ma jżidux il-kost meta mqabbla mas-sitwazzjoni domestika. Iżda dan mhux dejjem ikun il-każ waqt ir-roaming. L-utenti finali jġarrbu aktar kostijiet, anke meta jċemplu numri li domestikament huma mingħajr ħlas. Dan jista' jdgħajjef il-kunfidenza tal-klijenti fl-użu tal-apparat telefoniku tagħhom waqt ir-roaming, u jista' joħloq ħasdiet bil-kont, u b'hekk iħalli impatt negattiv fuq esperjenza ġenwina tal-RLAH. Dan huwa ikkawżat l-aktar fil-livell bl-imnut minħabba n-nuqqas ta' trasparenza biżżejjed fejn jidħlu t-tariffi ogħla li jistgħu jintalbu għal komunikazzjonijiet lejn in-numri ta' servizzi ta' valur miżjud. Għaldaqstant, jenħtieġ jiġu introdotti miżuri li jżidu t-trasparenza dwar il-kundizzjonijiet għall-komunikazzjonijiet lejn in-numri ta' servizzi ta' valur miżjud. Għal dak il-għan, il-klijenti tar-roaming jenħtieġ jiġu infurmati fil-kuntratt tagħhom u jiġu notifikati u mwissija, fil-ħin u mingħajr ħlas, li l-komunikazzjonijiet lejn in-numri ta' servizzi ta' valur miżjud waqt ir-roaming jistgħu jinvolvu tariffi addizzjonali.

    (36) Il-klijenti tar-roaming u l-operaturi tal-pajjiż tal-oriġini xi drabi bla ma jkunu jafu jġarrbu kontijiet kbar minħabba n-nuqqas ta' trasparenza fuq in-numri użati għas-servizzi ta' valur miżjud fl-Unjoni kollha u fuq il-prezzijiet bl-ingrossa mitluba għas-servizzi ta' valur miżjud. Il-komunikazzjonijiet lejn ċerti numri li jintużaw biex jipprovdu servizzi ta' valur miżjud, pereżempju, numri b'rati primjum, numri mingħajr ħlas jew numri b'kostijiet kondiviżi, huma soġġetti għal kundizzjonijiet partikolari tal-ipprezzar fil-livell nazzjonali. Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma japplikax għall-parti tat-tariffa li tintalab għall-forniment ta' servizzi ta' valur miżjud, iżda biss għat-tariffi għall-konnessjoni ma' dawk is-servizzi. Madankollu, il-prinċipju tal-RLAH jista' joħloq aspettattiva fost l-utenti finali li l-komunikazzjonijiet lejn numri bħal dawn waqt ir-roaming ma jżidux il-kost meta mqabbla mas-sitwazzjoni domestika. Iżda dan mhux dejjem ikun il-każ waqt ir-roaming. L-utenti finali jġarrbu aktar kostijiet, anke meta jċemplu numri li domestikament huma mingħajr ħlas. Dan jista' jdgħajjef il-kunfidenza tal-klijenti fl-użu tal-apparat telefoniku tagħhom waqt ir-roaming, u jista' joħloq ħasdiet bil-kont, u b'hekk iħalli impatt negattiv fuq esperjenza ġenwina tal-RLAH. Dan huwa ikkawżat l-aktar fil-livell bl-imnut minħabba n-nuqqas ta' trasparenza biżżejjed fejn jidħlu t-tariffi ogħla li jistgħu jintalbu għal komunikazzjonijiet lejn in-numri ta' servizzi ta' valur miżjud. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu introdotti miżuri li jipproteġu l-klijenti minn kontijiet għoljin b'mod eċċessiv u jżidu t-trasparenza dwar il-kundizzjonijiet għall-komunikazzjonijiet lejn in-numri ta' servizzi ta' valur miżjud. Għal dak il-għan, il-klijenti tar-roaming jenħtieġ li jiġu infurmati fil-kuntratt tagħhom u jiġu notifikati u mwissija minn qabel, fil-ħin, b'mod faċli għall-utent u mingħajr ħlas, li l-komunikazzjonijiet lejn in-numri ta' servizzi ta' valur miżjud waqt ir-roaming jistgħu jinvolvu tariffi addizzjonali. Il-klijenti tar-roaming jenħtieġ li jirċievu informazzjoni dwar dawk it-tariffi permezz ta' paġna web disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku.

    Emenda  13

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 42

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (42) Biex jiġi żgurat li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess effettiv u mingħajr interruzzjoni għas-servizzi ta' emerġenza, mingħajr ħlas, in-networks miżjura jenħtieġ ma jimponu l-ebda tariffa bl-ingrossa relatata ma' dawn il-komunikazzjonijiet ta' emerġenza fuq il-fornituri tar-roaming.

    (42) Biex jiġi żgurat li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess effettiv u mingħajr interruzzjoni għas-servizzi ta' emerġenza, mingħajr ħlas, in-networks miżjura jenħtieġ li ma jimponu l-ebda tariffa bl-ingrossa relatata mat-tipi kollha ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza fuq il-fornituri tar-roaming.

    Emenda  14

    Proposta għal regolament

    Premessa 43

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (43) Biex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi tar-roaming u biex il-klijenti tar-roaming ikunu megħjuna jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-apparat mobbli tagħhom waqt l-ivvjaġġar, il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli jenħtieġ jagħtu informazzjoni mingħajr ħlas lill-klijenti tar-roaming tagħhom dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli għalihom meta jużaw is-servizzi tar-roaming fi Stat Membru miżjur. Ċerti gruppi ta' klijenti jaf ikunu diġà informati tajjeb dwar it-tariffi tar-roaming, u għalhekk il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jipprovdu l-possibbiltà ta' opt-out faċli minn dawn il-messaġġi awtomatiċi. Barra minn hekk, il-klijenti tar-roaming jenħtieġ jirċievu messaġġ testwali li jinkludi link għal paġna web b'informazzjoni dettaljata dwar it-tipi ta' servizzi (telefonati u messaġġi SMS) li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fil-kostijiet. Barra minn hekk, il-fornituri jenħtieġ jagħtu attivament informazzjoni addizzjonali lill-klijenti tagħhom, meta jintalbu u mingħajr ħlas, u meta l-klijenti jkunu fl-Unjoni, dwar it-tariffi għal kull minuta, kull SMS jew kull megabyte ta' data (inkluża l-VAT), meta jagħmlu jew jirċievu telefonati bil-vuċi u meta jibagħtu u jirċievu messaġġi SMS jew MMS u servizzi oħra tal-komunikazzjoni tad-data fl-Istat Membru miżjur.

    (43) Biex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi tar-roaming u biex il-klijenti tar-roaming ikunu megħjuna jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-apparat mobbli tagħhom waqt l-ivvjaġġar, il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli jenħtieġ li jagħtu informazzjoni mingħajr ħlas lill-klijenti tar-roaming tagħhom dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli għalihom meta jużaw is-servizzi tar-roaming fi Stat Membru miżjur. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-klijenti tar-roaming, dik l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi kwalunkwe tariffa addizzjonali meta jintużaw networks mhux terrestri abbord inġenji tal-ajru jew bastimenti. Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jipprovdu l-possibbiltà ta' opt-out faċli għall-klijenti tar-roaming minn dan il-messaġġ awtomatiku tas-servizz. Barra minn hekk, il-klijenti tar-roaming jenħtieġ li jirċievu messaġġ testwali bla ħlas li jinkludi link għal paġna web b'informazzjoni dettaljata dwar it-tipi ta' servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fil-kostijiet kif ukoll il-mezzi ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza fl-Istat Membru miżjur, bla ħlas. Barra minn hekk, il-fornituri jenħtieġ li jagħtu attivament informazzjoni addizzjonali lill-klijenti tagħhom, meta jintalbu u mingħajr ħlas, u meta l-klijenti jkunu fl-Unjoni, dwar it-tariffi għal kull minuta, kull messaġġ testwali jew kull megabyte ta' data (inkluża l-VAT), meta jagħmlu jew jirċievu telefonati bil-vuċi u meta jibagħtu u jirċievu messaġġi testwali u servizzi tal-komunikazzjoni tad-data fl-Istat Membru miżjur.

    Emenda  15

    Proposta għal regolament

    Premessa 44

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (44) Dan ir-Regolament jenħtieġ li, fir-rigward tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta' trasparenza allinjati mal-kundizzjonijiet speċifiċi tat-tariffi u l-volum applikabbli wara t-tneħħija tat-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut . B'mod partikolari, jenħtieġ ikun hemm dispożizzjonijiet biex il-klijenti tar-roaming jiġu notifikati fil-ħin u mingħajr ħlas dwar il-politika ta' użu ġust applikabbli, meta jiġi kkonsmat il-volum kollu ta' użu ġust applikabbli għas-servizzi tar-roaming regolati tat-telefonati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS jew tad-data, dwar kwalunkwe tariffa supplimentari, u dwar il-konsum akkumulat tas-servizzi tar-roaming regolati tad-data.

    (44) Dan ir-Regolament jenħtieġ li, fir-rigward tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta' trasparenza allinjati mal-kundizzjonijiet speċifiċi tat-tariffi u l-volum applikabbli wara t-tneħħija tat-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut.B'mod partikolari, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet biex il-klijenti tar-roaming jiġu notifikati fil-ħin u b'mod faċli għall-utent mingħajr ħlas dwar il-politika ta' użu ġust applikabbli, meta jiġi kkonsmat il-volum kollu ta' użu ġust applikabbli għas-servizzi tar-roaming regolati tat-telefonati bil-vuċi, tal-messaġġi testwali jew tad-data, dwar kwalunkwe tariffa supplimentari, dwar il-konsum akkumulat tas-servizzi tar-roaming regolati tad-data, u dwar l-użu ta' networks mhux terrestri.

    Emenda  16

    Proposta għal regolament

    Premessa 45

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (45) Il-klijenti li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntieri jenħtieġ ma jirċevux kontijiet għaljin bla bżonn minħabba tariffi ta' roaming involontarju. Għalhekk, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu lill-klijenti minn tariffi tar-roaming imġarrba meta jkunu jinsabu fl-Istat Membru tagħhom. Dan jenħtieġ jinkludi miżuri xierqa ta' informazzjoni biex il-klijenti jkollhom is-setgħa jipprevjenu attivament dawn il-każijiet ta' roaming involontarju. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ ikunu attenti għal sitwazzjonijiet ta' klijenti li jġarrbu problemi fil-ħlas tat-tariffi tar-roaming waqt li jkunu jinsabu fl-Istat Membru tagħhom, u jenħtieġ jieħdu passi xierqa biex itaffu l-problema.

    (45) Il-klijenti li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntieri jenħtieġ li ma jirċevux kontijiet għaljin bla bżonn minħabba tariffi ta' roaming involontarju, inkluż għall-użu ta' networks mhux terrestri abbord inġenji tal-ajru jew bastimenti. Għalhekk, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jieħdu miżuri neċessarji biex jimminimizzaw ir-riskju ta' roaming involontarju u jipproteġu lill-klijenti minn tariffi tar-roaming imġarrba meta jkunu jinsabu fl-Istat Membru tagħhom, b'mod partikolari billi jinfurmawhom b'mod ċar u komprensibbli. Tali miżuri jenħtieġ li jinkludu, pereżempju, limiti tal-interruzzjoni tas-servizz kif ukoll mekkaniżmi ta' opt-in u opt-out għar-roaming f'network barra l-Unjoni, jekk dan ikun teknikament fattibbli. Dan jenħtieġ li jinkludi miżuri xierqa ta' informazzjoni biex il-klijenti jkollhom is-setgħa jipprevjenu attivament dawn il-każijiet ta' roaming involontarju. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ li jkunu attenti għal sitwazzjonijiet ta' klijenti li jġarrbu problemi fil-ħlas tat-tariffi tar-roaming waqt li jkunu jinsabu fl-Istat Membru tagħhom, u jenħtieġ li jieħdu passi xierqa biex itaffu l-problema.

    Emenda  17

    Proposta għal regolament

    Premessa 47

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (47) Barra minn hekk, biex jiġu evitati ħasdiet bil-kont, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jiddefinixxu limiti finanzjarji u/jew tal-volum massimi, wieħed jew aktar, għat-tariffi pendenti tagħhom għas-servizzi tar-roaming tad-data, espressi bil-munita tal-fatturar tal-klijent tar-roaming, u jenħtieġ joffru notifika xierqa lill-klijenti tar-roaming tagħhom kollha mingħajr ħlas u b'format li jista' jerġa' jiġi kkonsultat sussegwentement, meta dak il-limitu jkun wasal biex jintlaħaq. Meta dak il-limitu massimu jintlaħaq, il-klijenti jenħtieġ ma jibqgħux jirċievu jew jintalbu jħallsu għal dawk is-servizzi, sakemm dawn ma jitolbux b'mod speċifiku li dawk is-servizzi jibqgħu jiġu pprovduti f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fin-notifika. F'dan il-każ, dawn jenħtieġ jirċievu konferma mingħajr ħlas u b'format li jista' jerġa' jiġi kkonsultat sussegwentement. Il-klijenti tar-roaming jenħtieġ jingħataw l-opportunità li jagħżlu kwalunkwe waħda minn dawk il-limiti finanzjarji jew tal-volum massimi fi żmien raġonevoli jew li jagħżlu li ma jkollhomx limitu bħal dan. Sakemm il-klijenti ma jiddikjarawx mod ieħor, dawn jenħtieġ jitqiegħdu f'sistema ta' limitazzjoni awtomatika.

    (47) Barra minn hekk, biex jiġu evitati ħasdiet bil-kont, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jiddefinixxu limiti finanzjarji u/jew tal-volum massimi, wieħed jew aktar, għat-tariffi pendenti tagħhom għas-servizzi tar-roaming tad-data, espressi bil-munita tal-fatturar tal-klijent tar-roaming, u jenħtieġ li joffru notifika xierqa lill-klijenti tar-roaming tagħhom kollha mingħajr ħlas, sakemm il-klijent ma jindikax l-għażla ta' opt-out fil-miżura, u b'format li jista' jerġa' jiġi kkonsultat sussegwentement, meta dak il-limitu jkun wasal biex jintlaħaq. Meta dak il-limitu massimu jintlaħaq, il-klijenti jenħtieġ li ma jibqgħux jirċievu jew jintalbu jħallsu għal dawk is-servizzi, sakemm dawn ma jitolbux b'mod speċifiku li dawk is-servizzi jibqgħu jiġu pprovduti f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fin-notifika. F'dan il-każ, dawn jenħtieġ li jirċievu konferma mingħajr ħlas u b'format li jista' jerġa' jiġi kkonsultat sussegwentement. Il-klijenti tar-roaming jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jagħżlu l-opt-out minn dawk il-limiti finanzjarji jew tal-volum massimi fi żmien raġonevoli jew li jagħżlu li ma jkollhomx limitu bħal dan. Sakemm il-klijenti ma jiddikjarawx mod ieħor, dawn jenħtieġ li jitqiegħdu f'sistema ta' limitazzjoni awtomatika.

    Emenda  18

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 49a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (49a) Jibqgħu jiddominaw differenzi fil-prezzijiet, kemm għal komunikazzjoni fissa kif ukoll għal dik mobbli, bejn il-komunikazzjoni domestika bil-vuċi u bil-messaġġi testwali u dawk li jintemmu fi Stat Membru ieħor. Dawk id-differenzi fil-prezzijiet ikomplu jaffettwaw gruppi ta' klijenti aktar vulnerabbli u jimponu ostakoli għal komunikazzjoni mingħajr problemi fl-Unjoni. Kwalunkwe differenza fil-prezz bl-imnut sinifikanti bejn servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jintemmu fl-istess Stat Membru u dawk li jintemmu fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li tkun għalhekk ġustifikata b'referenza għal kriterji oġġettivi. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/2120 jiġi emendat skont dan.

    Emenda  19

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 50

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (50) Hemm diskrepanzi konsiderevoli bejn it-tariffi tar-roaming regolati fi ħdan l-Unjoni u t-tariffi tar-roaming imħallsa mill-klijenti waqt ivvjaġġar barra mill-Unjoni, li huma ferm ogħla mill-prezzijiet fl-Unjoni, fejn it-tariffi supplimentari tar-roaming jiġu applikati biss b'mod eċċezzjonali, issa li tneħħew it-tariffi tar-roaming bl-imnut . Minħabba n-nuqqas ta' approċċ konsistenti dwar il-miżuri ta' trasparenza u ta' salvagwardja rigward ir-roaming barra mill-Unjoni, il-konsumaturi mhumiex kunfidenti dwar id-drittijiet tagħhom u għalhekk ħafna drabi jaqtgħu qalbhom milli jużaw is-servizzi mobbli waqt l-ivvjaġġar. Informazzjoni trasparenti pprovduta lill-konsumaturi tista' mhux biss tgħinhom fid-deċiżjoni dwar kif jużaw l-apparat mobbli tagħhom waqt l-ivvjaġġar (fi ħdan l-Unjoni u barra mill-Unjoni), iżda tista' tgħinhom ukoll fl-għażla bejn il-fornituri tar-roaming. Għalhekk, jeħtieġ tiġi indirizzata l-problema tan-nuqqas ta' trasparenza u ta' protezzjoni tal-konsumaturi billi jiġu applikati ċerti miżuri ta' trasparenza u ta' salvagwardja anke għas-servizzi tar-roaming ipprovduti barra mill-Unjoni. Dawk il-miżuri jenħtieġ jiffaċilitaw il-kompetizzjoni u jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

    (50) Hemm diskrepanzi konsiderevoli bejn it-tariffi tar-roaming regolati fi ħdan l-Unjoni u t-tariffi tar-roaming imħallsa mill-klijenti waqt ivvjaġġar barra mill-Unjoni, li huma ferm ogħla mill-prezzijiet fl-Unjoni, fejn it-tariffi supplimentari tar-roaming jiġu applikati biss b'mod eċċezzjonali, issa li tneħħew it-tariffi tar-roaming bl-imnut. Iċ-ċittadini tal-Unjoni għadhom iħabbtu wiċċhom ma' tariffi tar-roaming għoljin ħafna meta jużaw konnessjonijiet mobbli f'pajjiżi terzi. Dispożizzjonijiet tar-roaming ma' pajjiżi ġirien simili għal dawk fl-Unjoni jkunu ta' benefiċċju kbir, partikolarment għaċ-ċittadini u n-negozji fir-reġjuni tal-fruntieri esterni. Għalhekk, il-Kummissjoni hija mħeġġa tinkludi dispożizzjonijiet tal-RLAH fi ftehimiet internazzjonali futuri ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk bi fruntieri diretti mal-Unjoni. Minħabba n-nuqqas ta' approċċ konsistenti dwar il-miżuri ta' trasparenza u ta' salvagwardja rigward ir-roaming barra mill-Unjoni, il-konsumaturi mhumiex kunfidenti dwar id-drittijiet tagħhom u għalhekk ħafna drabi jaqtgħu qalbhom milli jużaw is-servizzi mobbli waqt l-ivvjaġġar. Informazzjoni trasparenti pprovduta lill-konsumaturi tista' mhux biss tgħinhom fid-deċiżjoni dwar kif jużaw l-apparat mobbli tagħhom waqt l-ivvjaġġar (fi ħdan l-Unjoni u barra mill-Unjoni), iżda tista' tgħinhom ukoll fl-għażla bejn il-fornituri tar-roaming. Għalhekk, jeħtieġ tiġi indirizzata l-problema tan-nuqqas ta' trasparenza u ta' protezzjoni tal-konsumaturi billi jiġu applikati ċerti miżuri ta' trasparenza u ta' salvagwardja anke għas-servizzi tar-roaming ipprovduti barra mill-Unjoni. Il-ftehimiet bilaterali bejn l-operaturi fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi jenħtieġ li jiġu mħeġġa bil-għan li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-ispejjeż fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa u fil-livell tal-bejgħ bl-imnut. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiffaċilitaw il-kompetizzjoni u jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

    Emenda  20

    Proposta għal regolament

    Premessa 52

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (52) Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jinfurmaw lill-klijenti tar-roaming bil-possibbiltà li jaċċessaw servizzi ta' emerġenza mingħajr ħlas billi jċemplu n-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112" u b'mezzi alternattivi ta' aċċess permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza. Mezzi alternattivi ta' aċċess permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza jippermettu lill-klijenti tar-roaming, b'mod partikolari lill-klijenti tar-roaming b'diżabbiltà, li jkollhom aċċess għas-servizzi ta' emerġenza permezz ta' mezzi oħra li mhumiex telefonati. Pereżempju, mezzi alternattivi ta' aċċess jistgħu jiġu żgurati b'applikazzjonijiet ta' emerġenza, messaġġar, servizzi ta' trażmissjoni jew b'konverżazzjoni testwali jew sħiħa f'ħin reali implimentati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 68.

    (52) Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ li jinfurmaw lill-klijenti tar-roaming bil-possibbiltà li jaċċessaw servizzi ta' emerġenza mingħajr ħlas billi jċemplu n-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112" u b'mezzi alternattivi ta' aċċess permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza teknikament fattibbli li jintużaw minn konsumaturi tar-roaming, partikolarment minn dawk li għandhom diżabbiltà. Mezzi alternattivi ta' aċċess permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza jippermettu lill-klijenti tar-roaming, b'mod partikolari lill-klijenti tar-roaming b'diżabbiltà, li jkollhom aċċess għas-servizzi ta' emerġenza permezz ta' mezzi oħra li mhumiex telefonati. Pereżempju, mezzi alternattivi ta' aċċess jistgħu jiġu żgurati b'applikazzjonijiet ta' emerġenza, messaġġar, servizzi ta' trażmissjoni jew b'konverżazzjoni testwali jew sħiħa f'ħin reali implimentati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill68.

    _________________

    _________________

    68 Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

    68 Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).

    Emenda  21

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 53a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (53a) Jenħtieġ li l-BEREC jistabbilixxi u jżomm bażi tad-data unika għall-Unjoni kollha li jkun fiha l-mezzi ta' aċċess għall-komunikazzjonijiet ta' emerġenza li jkollhom mandat f'kull Stat Membru. Il-bażi tad-data hija maħsuba biex tipprovdi trasparenza biex tippermetti lill-NRAs u lill-operaturi jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni dwar kif jaċċessaw il-komunikazzjoni ta' emerġenza fl-Istati Membri kollha. Din il-bażi tad-data tirrappreżenta pass intermedju meħtieġ lejn żieda fit-trasparenza fil-livell bl-imnut u jenħtieġ li tintuża biex tinforma lill-klijenti tar-roaming dwar modi alternattivi biex jaċċessaw komunikazzjonijiet ta' emerġenza. Il-BEREC jenħtieġ li jistabbilixxi l-proċeduri li skonthom l-awtoritajiet kompetenti jeħtiġilhom jipprovdu u jaġġornaw l-informazzjoni mitluba skont dan ir-Regolament.

    Emenda  22

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 59

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (59) Jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u rieżaminati regolarment il-funzjonament tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa u l-interrelazzjoni tagħhom mas-suq tar-roaming bl-imnut, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi kompetittivi u teknoloġiċi u l-flussi tat-traffiku. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tressaq żewġ rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li, fir-rapporti tagħha, il-Kummissjoni b'mod partikolari tivvaluta jekk l-RLAH ħalliex impatt fuq l-evoluzzjoni tal-pjanijiet ta' tariffar disponibbli fis-suq bl-imnut. Dak jenħtieġ jinkludi, minn naħa, valutazzjoni ta' kwalunkwe ħruġ ta' pjanijiet ta' tariffar li jinkludu biss servizzi domestiċi u li jeskludu għalkollox is-servizzi tar-roaming bl-imnut, u b'hekk jimminaw l-objettiv stess tal-RLAH u, min-naħa l-oħra, valutazzjoni ta' kwalunkwe tnaqqis fid-disponibbiltà ta' pjanijiet ta' tariffar b'rata fissa, li jista' jirrappreżenta wkoll telf għall-klijenti u jimmina l-objettivi tas-suq uniku diġitali. Jenħtieġ li r-rapporti tal-Kummissjoni, b'mod partikolari, janalizzaw sa liema punt it-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut ġew awtorizzati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-abbiltà tal-operaturi tan-networks tal-pajjiż tal-oriġini li jsostnu l-mudelli ta' tariffar domestiċi tagħhom u l-abbiltà tal-operaturi tan-networks miżjura li jirkupraw il-kostijiet imġarrba b'mod effiċjenti talli jipprovdu servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati. Barra minn hekk, ir-rapporti tal-Kummissjoni jenħtieġ jivvalutaw kif inhu żgurat, fil-livell bl-ingrossa, l-aċċess għal teknoloġiji u ġenerazzjonijiet differenti tan-network; il-livell tal-użu tal-pjattaformi tan-negozjar u ta' strumenti simili għall-kummerċ tat-traffiku fil-livell bl-ingrossa; l-evoluzzjoni tar-roaming minn magna għal magna; il-problemi persistenti fil-livell bl-imnut fir-rigward tas-servizzi ta' valur miżjud u l-applikazzjoni tal-miżuri dwar il-komunikazzjonijiet ta' emerġenza . Biex jiġi ffaċilitat dan ir-rappurtar ħalli jiġi vvalutat kif is-swieq tar-roaming jadattaw għar-regoli dwar l-RLAH, jenħtieġ tinġabar biżżejjed data dwar il-funzjonament ta' dawk is-swieq wara l-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli.

    (59) Jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u rieżaminati regolarment il-funzjonament tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa u l-interrelazzjoni tagħhom mas-suq tar-roaming bl-imnut, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi kompetittivi u teknoloġiċi u l-flussi tat-traffiku. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tressaq rapporti biennali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li l-ewwel rapport ta' dan it-tip jiġi mressaq sat-30 ta' Ġunju 2025. Jenħtieġ li, fir-rapporti tagħha, il-Kummissjoni b'mod partikolari tivvaluta jekk l-RLAH ħalliex impatt fuq l-evoluzzjoni tal-pjanijiet ta' tariffar disponibbli fis-suq bl-imnut. Dak jenħtieġ li jinkludi, minn naħa, valutazzjoni ta' kwalunkwe ħruġ ta' pjanijiet ta' tariffar li jinkludu biss servizzi domestiċi u li jeskludu għalkollox is-servizzi tar-roaming bl-imnut, u b'hekk jimminaw l-objettiv stess tal-RLAH u, min-naħa l-oħra, valutazzjoni ta' kwalunkwe tnaqqis fid-disponibbiltà ta' pjanijiet ta' tariffar b'rata fissa, li jista' jirrappreżenta wkoll telf għall-klijenti u jimmina l-objettivi tas-suq uniku diġitali. Jenħtieġ li r-rapporti tal-Kummissjoni, b'mod partikolari, janalizzaw sa liema punt it-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut ġew awtorizzati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-abbiltà tal-operaturi tan-networks tal-pajjiż tal-oriġini li jsostnu l-mudelli ta' tariffar domestiċi tagħhom u l-abbiltà tal-operaturi tan-networks miżjura li jirkupraw il-kostijiet imġarrba b'mod effiċjenti talli jipprovdu servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati. Barra minn hekk, ir-rapporti tal-Kummissjoni jenħtieġ li jivvalutaw kif inhu żgurat, fil-livell bl-ingrossa, l-aċċess għal teknoloġiji u ġenerazzjonijiet differenti tan-network; il-livell tal-użu tal-pjattaformi tan-negozjar u ta' strumenti simili għall-kummerċ tat-traffiku fil-livell bl-ingrossa; l-evoluzzjoni tar-roaming bejn magna u oħra; il-problemi persistenti fil-livell bl-imnut fir-rigward tas-servizzi ta' valur miżjud u roaming involontarju, kif ukoll l-applikazzjoni tal-miżuri dwar il-komunikazzjonijiet ta' emerġenza; l-effettività tal-kwalità tal-obbligi tas-servizz stabbiliti f'dan ir-Regolament u sa liema punt il-klijenti huma infurmati kif xieraq fil-kuntratti tagħhom dwar dawn l-obbligi u jistgħu jibbenefikaw minn esperjenza RLAH ġenwina. Barra minn hekk, ir-rapporti tal-Kummissjoni jenħtieġ li jivvalutaw x'impatt għandhom l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda tan-network (eż. is-servizzi 5G u l-Internet tal-Oġġetti (IoT)) kif ukoll il-pandemija tal-COVID-19 fuq is-suq tar-roaming, b'mod partikolari ż-żieda fil-livell ta' inċertezza dwar il-prevedibbiltà tal-volumi futuri tat-traffiku tar-roaming. Biex jiġi ffaċilitat dan ir-rappurtar ħalli jiġi vvalutat kif is-swieq tar-roaming jadattaw għar-regoli dwar l-RLAH, jenħtieġ li tinġabar biżżejjed data dwar il-funzjonament ta' dawk is-swieq wara l-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, fuq bażi kontinwa, taħdem biex tikseb data ġdida dwar is-suq tar-roaming u li tagħmel dik id-data disponibbli għall-pubbliku.

    Emenda  23

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 60a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (60a) Fuq perjodu medju, l-iffaċilitar tar-roaming M2M u IoT jenħtieġ li jiġi rikonoxxut bħala xprunatur importanti għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u jibni fuq politiki relatati tal-Unjoni għal setturi bħas-saħħa, l-enerġija, l-ambjent u t-trasport. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta b'mod regolari s-suq tal-konnettività M2M u IoT u tipprovdi rakkomandazzjonijiet f'kooperazzjoni mal-BEREC u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

    Emenda  24

     

    Proposta għal regolament

    Premessa 62

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (62) Biex jiġi żgurat li t-tariffi massimi bl-ingrossa jkunu bbażati fuq data riċenti u aġġornata, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda t-tariffi massimi bl-ingrossa li operatur tan-network miżjur jista' jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta' servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS jew tad-data permezz ta' dak in-network miżjur. Dan ir-Regolament jenħtieġ jistabbilixxi l-kriterji u l-parametri dettaljati li abbażi tagħhom jiġu ffissati l-valuri ta' dawk it-tariffi massimi bl-ingrossa. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

    (62) Biex jiġi żgurat li dan ir-Regolament jibqa' bbażat fuq data riċenti u aġġornata, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja mill-qrib l-iżviluppi fis-suq tar-roaming kif stabbilit f'dan ir-Regolament. Fejn meħtieġ u xieraq ir-rapporti biennali jenħtieġ li jkunu akkumpanjati bi proposta leġiżlattiva li tindirizza kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi fis-suq tar-roaming.

    __________________

    __________________

    69 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    69 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    Emenda  25

    Proposta għal regolament

    Premessa 63

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (63) Ladarba l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprevedi approċċ komuni li jiżgura li l-utenti tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni meta mqabbla ma' prezzijiet nazzjonali kompetittivi, filwaqt li jżid it-trasparenza u jiżgura s-sostenibbiltà tal-forniment ta' servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi kif ukoll esperjenza ġenwina tal-RLAH mil-lat ta' kwalità tas-servizz u aċċess għas-servizzi ta' emerġenza waqt ir-roaming, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minflok jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

    (63) Ladarba l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprevedi approċċ komuni li jiżgura li l-utenti tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni, u waqt li jużaw networks mhux terrestri abbord inġenji tal-ajru jew bastimenti tal-baħar, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni meta mqabbla ma' prezzijiet nazzjonali kompetittivi, filwaqt li jżid it-trasparenza u l-protezzjoni tal-konsumatur, kif ukoll jiżgura s-sostenibbiltà tal-forniment ta' servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi kif ukoll esperjenza ġenwina tal-RLAH mil-lat ta' kwalità tas-servizz u aċċess għas-servizzi ta' emerġenza waqt ir-roaming, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minflok jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

    Emenda  26

    Proposta għal regolament

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Dan ir-Regolament jipprevedi approċċ komuni li jiżgura li l-utenti tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni meta mqabbla mal-prezzijiet nazzjonali kompetittivi, meta jagħmlu u jirċievu telefonati, meta jibagħtu u jirċievu messaġġi SMS u meta jagħmlu komunikazzjonijiet ta' data bil-kommutazzjoni ta' pakketti, u b'hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u fl-istess ħin jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, jitrawmu l-kompetizzjoni u t-trasparenza fis-suq, u jiġu offruti inċentivi għall-innovazzjoni u għażla lill-konsumaturi.

    1. Dan ir-Regolament jipprevedi approċċ komuni li jiżgura li l-utenti tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni meta mqabbla mal-prezzijiet nazzjonali kompetittivi, meta jagħmlu u jirċievu telefonati, meta jibagħtu u jirċievu messaġġi SMS u meta jagħmlu komunikazzjonijiet ta' data bil-kommutazzjoni ta' pakketti, u b'hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern fl-istess ħin, huwa meħtieġ li jikkonforma bis-sħiħ mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, protezzjoni tad-data, privatezza u fiduċja, jitrawmu l-indipendenza u t-trasparenza fis-suq u jiġu offruti inċentivi għall-innovazzjoni u l-għażla lill-konsumaturi kif ukoll għall-integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà.

    Emenda  27

    Proposta għal regolament

    Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d) "network miżjur" tfisser network pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli terrestri li jinsab fi Stat Membru li mhux dak tal-fornitur domestiku tal-klijent tar-roaming u li permezz tiegħu, il-klijent tar-roaming ikun jista' jagħmel jew jirċievi telefonati, jibgħat jew jirċievi messaġġi SMS, jew jagħmel komunikazzjonijiet ta' data bil-kommutazzjoni ta' pakketti, permezz ta' arranġamenti mal-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini;

    (d) "network miżjur" tfisser network pubbliku tal-komunikazzjoni mobbli li jinsab fi Stat Membru li mhux dak tal-fornitur domestiku tal-klijent tar-roaming u li permezz tiegħu, il-klijent tar-roaming ikun jista' jagħmel jew jirċievi telefonati, jibgħat jew jirċievi messaġġi SMS, jew jagħmel komunikazzjonijiet ta' data bil-kommutazzjoni ta' pakketti, permezz ta' arranġamenti mal-operatur tan-network tal-pajjiż tal-oriġini;

    Emenda  28

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. L-operaturi tan-networks mobbli għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa , b'mod partikolari jippermettu lill-fornitur tar-roaming jirreplika s-servizzi mobbli bl-imnut offruti domestikament, meta dan ikun fattibbli teknikament .

    1. L-operaturi tan-networks mobbli għandhom jissodisfaw it-talbiet raġonevoli kollha tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa, b'mod partikolari jippermettu lill-fornitur tar-roaming jirreplika s-servizzi mobbli bl-imnut offruti domestikament, meta dan ikun disponibbli u fattibbli teknikament fuq in-network miżjur. Prattiki kummerċjali li jirriżultaw fil-prevenzjoni, intenzjonalment jew b'mod frodulenti, tal-aċċess għar-roaming bl-ingrossa għandhom ikunu pprojbiti.

    Emenda  29

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. L-aċċess għal roaming bl-ingrossa għandu jkopri l-aċċess għall-elementi kollha tan-networks u l-faċilitajiet assoċjati magħhom, is-servizzi rilevanti, is-sistemi tas-software u tal-informazzjoni, li huma meħtieġa għall-forniment ta' servizzi tar-roaming regolati lil klijenti , fuq kwalunkwe teknoloġija jew ġenerazzjoni tan-network disponibbli .

    3. L-aċċess għal roaming bl-ingrossa għandu jkopri l-aċċess għall-elementi kollha tan-networks u l-faċilitajiet assoċjati magħhom, is-servizzi rilevanti, is-sistemi tas-software u tal-informazzjoni, li huma meħtieġa għall-forniment ta' servizzi tar-roaming regolati lil klijenti, fuq kwalunkwe teknoloġija jew ġenerazzjoni tan-network disponibbli, skont il-praragrafu 1.

    Emenda  30

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    3a. Il-BEREC għandu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, jivvaluta, fuq bażi kontinwa, il-qafas regolatorju għall-konsumaturi, in-negozji u l-operaturi biex jiżgura aċċess għall-konnettività tal-ġenerazzjoni li jmiss bħall-5G kif ukoll networks u teknoloġiji futuri.

    Emenda  31

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. Meta jkun fattibbli teknikament, il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li s-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati jiġu pprovduti bl-istess kundizzjonijiet daqslikieku dawn is-servizzi jkunu qed jiġu kkonsmati domestikament, b'mod partikolari fejn tidħol il-kwalità tas-servizz.

    2. Meta jkun disponibbli u fattibbli teknikament, il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li s-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati jiġu pprovduti bl-istess kundizzjonijiet daqslikieku dawn is-servizzi jkunu qed jiġu kkonsmati domestikament, b'mod partikolari fejn tidħol il-kwalità tas-servizz, inkluż fir-rigward tat-trasferiment istantanju u bla xkiel bejn in-networks tal-komunikazzjoni mobbli fil-fruntieri interni tal-Unjoni. Il-fornituri tar-roaming ma għandhomx joffru deliberatament servizzi regolati tar-roaming bl-imnut soġġetti għal kundizzjonijiet li huma inqas favorevoli minn dawk offruti domestikament, meta l-istess ġenerazzjoni tan-networks tal-komunikazzjoni mobbli, kundizzjonijiet u teknoloġiji jkunu disponibbli fuq in-network miżjur. Prattiki kummerċjali li jirriżultaw fit-tnaqqis tal-kwalità tas-servizzi ta' servizzi regolati ta' roaming bl-imnut għandhom jiġu pprojbiti.

    Emenda  32

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Fejn il-fornituri tar-roaming joffru kundizzjonijiet li huma inqas favorevoli minn dawk offruti domestikament, huma għandhom jinfurmaw lill-utenti tagħhom u jipprovdu raġunijiet għal dan.

    Emenda  33

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2a. Sabiex jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-BEREC għandu, sa ... [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jaġġorna l-linji gwida tiegħu dwar il-bejgħ bl-imnut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri tal-kwalità tas-servizz.

    Emenda  34

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    2b. Il-BEREC għandu jimmonitorja mill-qrib is-suq u jipprovdi valutazzjonijiet dwar il-kwalità tas-servizz, inklużi rapporti dwar l-istatistika tal-ilmenti li jaslu mill-konsumaturi dwar il-kwalità tas-servizzi u l-adegwatezza tal-qafas regolatorju eżistenti.

    Emenda  35

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 8 "politika ta' użu ġust" għall-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati pprovduti fil-livell tal-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, biex jipprevjenu l-użu abbużiv jew anomalu tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati mill-klijenti tar-roaming, bħall-użu ta' dawn is-servizzi minn klijenti tar-roaming fi Stat Membru għajr dak tal-fornitur domestiku tagħhom għal skopijiet għajr dawk tal-ivvjaġġar perjodiku.

    1. F'każijiet eċċezzjonali, il-fornituri tar-roaming jistgħu japplikaw f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 8 "politika ta' użu ġust" għall-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati pprovduti fil-livell tal-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, biex jipprevjenu l-użu abbużiv, frodulenti jew anomalu tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati mill-klijenti tar-roaming, bħall-użu ta' dawn is-servizzi minn klijenti tar-roaming fi Stat Membru għajr dak tal-fornitur domestiku tagħhom għal skopijiet għajr dawk tal-ivvjaġġar perjodiku.

    Emenda  36

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Kwalunkwe politika ta' użu ġust għandha tagħti l-possibbiltà lill-klijenti tal-fornitur tar-roaming li jikkonsmaw volumi ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, li jkunu konsistenti mal-pjanijiet ta' tariffar rispettivi tagħhom.

    Kwalunkwe politika ta' użu ġust għandha tagħti l-possibbiltà lill-klijenti tal-fornitur tar-roaming li jikkonsmaw volumi ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, li jirreplikaw il-pjanijiet ta' tariffar rispettivi tagħhom.

    Emenda  37

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Biex tiżgura applikazzjoni konsistenti tal-Artikoli 6 u 7, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-BEREC, tadotta atti ta' implimentazzjoni u twettaq rieżami perjodiku tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq, li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-politika ta' użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-forniment tas-servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi u dwar l-applikazzjoni li jrid iressaq il-fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(2).

    1. Sal-31 ta' Diċembru 2022, biex tiżgura applikazzjoni konsistenti tal-Artikoli 6 u 7, u bil-ħsieb li tiġi limitata l-applikazzjoni ta' politiki ta' użu ġust fl-Unjoni li jwasslu għal eliminazzjoni gradwali progressiva tal-applikazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-BEREC, tadotta atti ta' implimentazzjoni u twettaq rieżami perjodiku tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi fis-suq, li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-politika ta' użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-forniment tas-servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi u dwar l-applikazzjoni li jrid iressaq il-fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 4(2).

    Emenda  38

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 8 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 għandu jibqa' japplika sad-dħul fis-seħħ ta' att ta' implimentazzjoni ġdid adottat skont il-paragrafu 1.

    5. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 għandu jibqa' japplika sad-dħul fis-seħħ ta' att ta' implimentazzjoni ġdid adottat skont il-paragrafu 1. Il-fornituri għandhom jeliminaw gradwalment l-applikazzjoni ġenerali tal-politika ta' użu ġust, ħlief għall-mudell ta' tariffa tal-pakkett ta' data mingħajr limitu, li jista' jiġi applikat biss meta jiġi osservat użu anomalu jew abbużiv ta' aċċess għal roaming bl-ingrossa, roaming permanenti jew prattiki frodulenti ġustifikati.

    Emenda  39

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c) il-kwalità tas-servizz mistenni b'mod raġonevoli waqt ir-roaming fl-Unjoni.

    (c) informazzjoni ċara u li tinftiehem dwar il-kwalità tas-servizz waqt ir-roaming fl-Unjoni, inkluża l-veloċità massima stmata u rreklamata tad-download u tal-upload tas-servizzi ta' aċċess għad-data, diżaggregata għal kull Stat Membru u għal kull fornitur, f'konformità mal-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 5a.

    Emenda  40

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    4a. Il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li kuntratt jinkludi informazzjoni ċara dwar il-proċedura għat-tressiq ta' lmenti meta l-kwalità tas-servizz tikser it-termini tal-kuntratt.

    Emenda  41

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    5a. Għall-fini tal-iżgurar tal-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-BEREC għandu, sa... [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u wara li jikkonsulta l-partijiet ikkonċernati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jaġġorna l-linji gwida tiegħu dwar ir-roaming bl-imnut, b'mod partikolari, fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-informazzjoni tal-kwalità tas-servizz imsemmija fil-paragrafu 3, punt c u l-paragrafu 4a ta' dan l-Artikolu, l-infurzar ta' dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti mill-klijenti, u l-miżuri ta' trasparenza msemmija fl-Artikoli 14, 15 u 16.

    Emenda  42

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 10 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur tan-network miżjur jista' jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta' telefonata tar-roaming regolata li toriġina minn dak in-network miżjur, inkluż, fost l-oħrajn, il-kostijiet tal-oriġini, tat-tranżitu u tat-terminazzjoni, ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta' salvagwardja ta' EUR 0,022 kull minuta. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 0,019 kull minuta fl-1 ta' Jannar 2025 u għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 21, 22 u 23, tibqa' EUR 0,019 kull minuta sat-30 ta' Ġunju 2032.

    1. It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur tan-network miżjur jista' jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta' telefonata tar-roaming regolata li toriġina minn dak in-network miżjur, inkluż, fost l-oħrajn, il-kostijiet tal-oriġini, tat-tranżitu u tat-terminazzjoni, ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta' salvagwardja ta' EUR 0,015 kull minuta. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 0,01 kull minuta fl-2025 u għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 tibqa' EUR 0,01 kull minuta sat-30 ta' Ġunju 2032.

    Emenda  43

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 11 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur tan-network miżjur jista' jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta' messaġġ SMS tar-roaming regolat li joriġina minn dak in-network miżjur, ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta' salvagwardja ta' EUR 0,004 għal kull messaġġ SMS. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 0,003 għal kull messaġġ SMS fl-1 ta' Jannar 2025, u għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 21, 22 u 23, u tibqa' EUR 0,003 sat-30 ta' Ġunju 2032 .

    1. It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur tan-network miżjur jista' jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta' messaġġ SMS tar-roaming regolat li joriġina minn dak in-network miżjur, ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta' salvagwardja ta' EUR 0,003 għal kull messaġġ SMS. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 tibqa' EUR 0,003 sat-30 ta' Ġunju 2032.

    Emenda  44

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 12 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur ta' network miżjur jista' jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta' servizzi tar-roaming regolati tad-data permezz ta' dak in-network miżjur ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta' salvagwardja ta' EUR 2,00 għal kull gigabyte ta' data trażmessa. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 1,50 għal kull gigabyte ta' data trażmessa fl-1 ta' Jannar 2025 u mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 21, 22 u 23 tibqa' EUR 1,50 għal kull gigabyte ta' data trażmessa sat-30 ta' Ġunju 2032.

    1. It-tariffa bl-ingrossa medja li l-operatur ta' network miżjur jista' jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta' servizzi tar-roaming regolati tad-data permezz ta' dak in-network miżjur ma għandhiex tkun aktar minn limitu ta' salvagwardja ta' EUR 1,00 għal kull gigabyte ta' data trażmessa. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha tonqos għal EUR 0,75 għal kull gigabyte ta' data trażmessa fl-1 ta' Jannar 2024 u għal EUR 0,50 għal kull gigabyte ta' data trażmessa fl-1 ta' Jannar 2025. Dik it-tariffa massima bl-ingrossa għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21 tibqa' EUR 0,50 għal kull gigabyte ta' data trażmessa sat-30 ta' Ġunju 2032.

    Emenda  45

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 13 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10, 11 u 12, l-operatur tan-network miżjur ma għandu jimponi l-ebda tariffa fuq il-fornitur tar-roaming relatata mal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza mibdija mill-klijent tar-roaming, u mat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata.

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10, 11 u 12, l-operatur tan-network miżjur ma għandu jimponi l-ebda tariffa fuq il-fornitur tar-roaming relatata ma' kwalunkwe tip ta' komunikazzjoni ta' emerġenza mibdija mill-klijent tar-roaming, u mat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata. Il-mezzi kollha identifikabbli b'mod ċar tas-servizzi ta' emerġenza għandhom jiġu pprovduti mingħajr ebda ħlas addizzjonali.

    Emenda  46

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-fornituri tar-roaming għandhom, għajr meta l-klijent tar-roaming ikun innotifika lill-fornitur tar-roaming li ma jeħtieġx dan is-servizz, jipprovdu informazzjoni personalizzata bażika lill-klijent, permezz ta' Servizz ta' Messaġġi awtomatiċi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru differenti minn dak tal-fornitur domestiku tiegħu, dwar ir-riskju potenzjali ta' żieda fit-tariffi minħabba l-użu ta' servizzi ta' valur miżjud, inkluż link għal paġna web apposta b'informazzjoni dwar it-tipi ta' servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fil-kostijiet u, jekk disponibbli, informazzjoni dwar il-meded tan-numri għas-servizzi ta' valur miżjud.

    Il-fornituri tar-roaming għandhom, għajr meta l-klijenti tar-roaming ikunu nnotifikaw lill-fornitur tar-roaming li ma jeħtiġux dan is-servizz, jipprovdu lill-klijent, permezz ta' Servizz ta' Messaġġi awtomatiċi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta l-klijenti tar-roaming jidħlu fi Stat Membru differenti minn dak tal-fornitur domestiku tagħhom, b'informazzjoni dwar ir-riskju potenzjali ta' żieda fit-tariffi minħabba l-użu ta' servizzi ta' valur miżjud fl-Istat Membru miżjur, inkluż l-aċċess, mingħajr ħlas, għal link għal paġna web apposta li tipprovdi informazzjoni dwar it-tipi ta' servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fil-kostijiet u, meta disponibbli, informazzjoni dwar il-meded tan-numri għas-servizzi ta' valur miżjud u t-tariffi applikabbli possibbli.

    Emenda  47

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 7

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-ewwel, it-tieni, il-ħames u s-sitt subparagrafi, għajr ir-referenza għall-politika ta' użu ġust u t-tariffa supplimentari applikata skont l-Artikolu 7, għandhom japplikaw ukoll għas-servizzi tar-roaming bil-vuċi u tal-messaġġi SMS użati mill-klijenti tar-roaming waqt ivvjaġġar barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.

    L-ewwel, it-tieni, il-ħames u s-sitt subparagrafi, għajr ir-referenza għall-politika ta' użu ġust u t-tariffa supplimentari applikata skont l-Artikolu 7, għandhom japplikaw ukoll għas-servizzi tar-roaming bil-vuċi u tal-messaġġi testwali użati mill-klijenti tar-roaming u pprovduti minn fornitur tar-roaming f'pajjiż terz u għall-użu ta' networks mhux terrestri.

    Emenda  48

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. Minbarra l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas u irrispettivament minn fejn ikunu fl-Unjoni, aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli fin-network miżjur għat-telefonati bil-vuċi u l-messaġġi SMS, u informazzjoni dwar il-miżuri tat-trasparenza, applikabbli skont dan ir-Regolament, permezz ta' telefonata mobbli jew SMS. Din it-talba għandha ssir permezz ta' numru mingħajr ħlas assenjat għal dan il-għan mill-fornitur tar-roaming. L-obbligi previsti fil-paragrafi 1 ma għandhomx japplikaw għall-apparati li ma jappoġġax il-funzjonalità tal-SMS.

    2. Minbarra l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas u irrispettivament minn fejn ikunu fl-Unjoni, aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli fin-network miżjur għat-telefonati bil-vuċi u l-messaġġi testwali, u informazzjoni dwar il-miżuri tat-trasparenza, applikabbli skont dan ir-Regolament, permezz ta' telefonata mobbli jew messaġġ testwali. Din it-talba għandha ssir permezz ta' numru mingħajr ħlas assenjat għal dan il-għan mill-fornitur tar-roaming. L-obbligi previsti fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-apparati li ma jappoġġawx il-funzjonalità ta' messaġġ testwali.

    Emenda  49

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5. Il-fornituri tar-roaming għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni lill-klijenti tagħhom dwar kif jistgħu jevitaw ir-roaming involontarju fir-reġjuni tal-fruntieri. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għal aċċess involontarju għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom.

    5. Il-fornituri tar-roaming għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni lill-klijenti tagħhom dwar kif jistgħu jevitaw ir-roaming involontarju fir-reġjuni tal-fruntieri u waqt li jintużaw networks mhux terrestri. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għal aċċess involontarju għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom.

    Emenda  50

    Proposta għal regolament

    Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-informazzjoni għandha tintbagħat lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming, pereżempju b'messaġġ SMS, b'email jew b'pop-up fuq l-apparat mobbli, kull darba li l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru li mhux dak tal-fornitur domestiku tiegħu u jibda servizz għall-ewwel darba ta' roaming tad-data f'dak l-Istat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument meta l-klijent tar-roaming jibda servizz tar-roaming regolat tad-data, permezz ta' mezz xieraq li jista' jasal u jinftiehem faċilment.

    L-informazzjoni għandha tintbagħat direttament lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming, pereżempju permezz ta' messaġġ testwali jew b'pop-up fuq l-apparat mobbli, kull darba li l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru li mhux dak tal-fornitur domestiku tiegħu u jibda servizz għall-ewwel darba ta' roaming tad-data f'dak l-Istat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument meta l-klijent tar-roaming jibda servizz tar-roaming regolat tad-data, permezz ta' mezz xieraq li jista' jasal u jinftiehem faċilment.

    Emenda  51

    Proposta għal regolament

    Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4. Kull fornitur tar-roaming għandu jagħti l-opportunità lill-klijenti tar-roaming kollha tiegħu li deliberatament u mingħajr ħlas jagħżlu faċilità li tipprovdi informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum akkumulat, espressa bħala volum jew bil-munita tal-fatturar tal-klijent tar-roaming għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data tul perjodu speċifikat tal-użu, għajr l-MMS iffatturati abbażi ta' kull unità, ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat.

    4. Kull fornitur tar-roaming għandu jagħti lill-klijenti tar-roaming kollha tiegħu aċċess mingħajr ħlas għal faċilità li tipprovdi informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum akkumulat, espressa bħala volum jew bil-munita tal-fatturar tal-klijent tar-roaming għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data tul perjodu speċifikat tal-użu, għajr l-MMS iffatturati abbażi ta' kull unità, ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat. Il-klijenti jistgħu jinnotifikaw lill-fornitur tar-roaming li ma jeħtiġux aċċess għal tali faċilità.

    Emenda  52

    Proposta għal regolament

    Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 6

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Kull fornitur tar-roaming għandu wkoll jiżgura li tintbagħat notifika xierqa lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming, pereżempju b'messaġġ SMS, b'email, jew b'pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi tar-roaming tad-data jkunu laħqu t-80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat notifiki ta' dan it-tip u għandu jkollu d-dritt li fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas jitlob lill-fornitur biex jerġa' jibda s-servizz.

    Kull fornitur tar-roaming għandu wkoll jiżgura li tintbagħat notifika xierqa direttament lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming, pereżempju permezz ta' messaġġ testwali jew b'pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi tar-roaming tad-data jkunu laħqu t-80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat notifiki ta' dan it-tip u għandu jkollu d-dritt li fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas jitlob lill-fornitur biex jerġa' jibda s-servizz.

    Emenda  53

    Proposta għal regolament

    Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 8

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Kull meta klijent tar-roaming jitlob li jagħżel jew ineħħi faċilità ta' limitu finanzjarju jew tal-volum, il-bidla għandha ssir fi żmien jum wieħed tax-xogħol mill-wasla tat-talba, għandha tkun mingħajr ħlas, u ma għandhiex tinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma' elementi oħra tal-abbonament.

    Kull meta klijent tar-roaming jitlob li jneħħi jew jagħżel faċilità ta' limitu finanzjarju jew tal-volum, il-bidla għandha ssir fi żmien jum wieħed tax-xogħol mill-wasla tat-talba, għandha tkun mingħajr ħlas, u ma għandhiex tinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma' elementi oħra tal-abbonament.

    Emenda  54

    Proposta għal regolament

    Artikolu 15 – paragrafu 6

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għal aċċess involontarju għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jinkludi informazzjoni lill-klijenti dwar kif jistgħu jevitaw ir-roaming involontarju fir-reġjuni tal-fruntieri.

    6. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex effettivament jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għal aċċess involontarju għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jinkludi informazzjoni lill-klijenti dwar kif effettivament jistgħu jevitaw ir-roaming involontarju fir-reġjuni tal-fruntieri.

    Emenda  55

    Proposta għal regolament

    Artikolu 15 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Dan l-Artikolu, għajr il-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, u soġġett għat-tieni u t-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandu japplika wkoll għas-servizzi tar-roaming tad-data użati mill-klijenti tar-roaming waqt ivvjaġġar barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.

    Dan l-Artikolu, għajr il-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, u soġġett għat-tieni u t-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandu japplika wkoll għas-servizzi tar-roaming tad-data użati mill-klijenti tar-roaming waqt ivvjaġġar barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming u l-użu ta' networks mhux terrestri.

    Emenda  56

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Messaġġ awtomatiku mingħand il-fornitur tar-roaming għandu jinforma lill-klijent tar-roaming li dan tal-aħħar jista' jaċċessa s-servizzi ta' emerġenza mingħajr ħlas billi jċempel in-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112" u b'mezzi alternattivi ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza ordnati fl-Istat Membru miżjur. L-informazzjoni għandha tintbagħat lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming b'messaġġ SMS, kull darba li l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru differenti minn dak tal-fornitur domestiku tiegħu. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument meta l-klijent tar-roaming jibda servizz tar-roaming, permezz ta' mezz xieraq li jista' jasal u jinftiehem faċilment.

    Messaġġ awtomatiku mingħand il-fornitur tar-roaming għandu jinforma lill-klijent tar-roaming li dan tal-aħħar jista' jaċċessa s-servizzi ta' emerġenza mingħajr ħlas billi jikkuntattja n-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112" u billi jinkludi link għal paġna web apposta, mingħajr ħlas, u totalment aċċessibbli għal persuni b'diżabilità, li tipprovdi informazzjoni dwar mezzi alternattivi ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza ordnati fl-Istat Membru miżjur. L-informazzjoni għandha tintbagħat direttament lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming b'messaġġ testwali, kull darba li l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru differenti minn dak tal-fornitur domestiku tiegħu. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas permezz ta' mezz xieraq li jista' jasal u jinftiehem faċilment. F'dak il-messaġġ il-fornituri tar-roaming għandhom jinkludu link aċċessibbli għall-applikazzjoni mobbli li permezz tagħha jintbagħtu twissijiet pubbliċi fl-Istat Membru miżjur, jekk ikun applikabbli.

    Emenda  57

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – titolu

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Bażi tad-data għall-meded tan-numri għas-servizzi ta' valur miżjud

    Bażi tad-data għall-meded tan-numri għas-servizzi ta' valur miżjud u mezzi ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza

    Emenda  58

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 17 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-BEREC għandu jistabbilixxi u jżomm bażi tad-data ċentralizzata tal-UE għall-meded tan-numri għas-servizzi ta' valur miżjud f'kull Stat Membru, li trid tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u għall-operaturi. Il-bażi tad-data għandha tiġi stabbilita sal-31 ta' Diċembru 2023. Għal dak il-għan, l-NRA jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom, b'mezzi elettroniċi, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa u l-aġġornamenti rilevanti lill-BEREC mingħajr dewmien żejjed.

    Il-BEREC għandu jistabbilixxi u jżomm bażi tad-data ċentralizzata tal-UE għall-meded tan-numri għas-servizzi ta' valur miżjud f'kull Stat Membru u tal-mezzi ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza pprovduti f'kull Stat Membru. Il-bażi tad-data għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u għall-operaturi mill-31 ta' Diċembru 2022. Għal dak il-għan, l-NRA jew awtoritajiet kompetenti oħra għandhom, b'mezzi elettroniċi, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa u l-aġġornamenti rilevanti lill-BEREC mingħajr dewmien żejjed.

    Emenda  59

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tressaq żewġ rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta meħtieġ, wara s-sottomissjoni ta' kull rapport, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 22 li jemenda t-tariffi massimi bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming regolati stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jiġi mressaq sat-30 ta' Ġunju 2025 u t-tieni sat-30 ta' Ġunju 2029.

    1. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tressaq rapporti biennali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk ikun xieraq, flimkien ma' proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jiġi mressaq sat-30 ta' Ġunju 2025.

    Emenda  60

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa) l-impatt tal-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tan-networks u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss fis-suq tar-roaming;

    Emenda  61

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c) l-evoluzzjoni tar-roaming minn magna għal magna;

    (c) l-evoluzzjoni tar-roaming għas-servizzi bejn magna u oħra u tal-IoT;

    Emenda  62

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt i

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (i) l-impatt tal-applikazzjoni tal-politiki ta' użu ġust minn operaturi f'konformità mal-Artikolu 8, inkluż l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe inkonsistenza fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki ta' użu ġust;

    (i) l-impatt tal-applikazzjoni tal-politiki ta' użu ġust minn operaturi f'konformità mal-Artikolu 8, inkluż l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe inkonsistenza fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki ta' użu ġust u sa liema punt tali politiki huma meħtieġa fil-futur;

    Emenda  63

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ia (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ia) l-effettività tal-obbligi tal-kwalità tas-servizz introdotti f'dan ir-Regolament u sa liema punt il-klijenti huma infurmati kif xieraq u jistgħu jibbenefikaw minn esperjenza ġenwina tal-RLAH;

    Emenda  64

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ib (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ib) l-iżvilupp ta' modi alternattivi ta' negozjar tat-traffiku tar-roaming bl-ingrossa, b'mod partikolari pjattaformi ta' negozjar online;

    Emenda  65

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt j

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (j) il-punt sa fejn il-klijenti tar-roaming u l-operaturi jiffaċċjaw problemi fir-rigward tas-servizzi ta' valur miżjud;

    (j) il-punt sa fejn il-klijenti tar-roaming u l-operaturi jiffaċċjaw problemi fir-rigward tas-servizzi ta' valur miżjud, aċċess għal komunikazzjonijiet ta' emerġenza u roaming involontarju u kif dawk il-problemi jistgħu jiġu solvuti;

    Emenda  66

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ja (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ja) l-effettività ta' dan ir-Regolament li jiżgura aċċess ugwali għal komunikazzjonijiet elettroniċi minn persuni b'diżabilità meta jivvjaġġaw fl-Unjoni;

    Emenda  67

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt jb (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (jb) l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u ta' kriżijiet simili.

    Emenda  68

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 2 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. Biex jivvaluta l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming fl-Unjoni kollha, il-BEREC għandu jiġbor data regolarment mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżviluppi fit-tariffi bl-imnut u bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS u tad-data, inkluż it-tariffi bl-ingrossa applikati għat-traffiku tar-roaming bilanċjat u mhux bilanċjat, rispettivament, dwar l-użu tal-pjattaformi tan-negozjar u strumenti simili, dwar l-iżvilupp tar-roaming minn magna għal magna, u dwar kemm il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa jkopru l-kwalità tas-servizz u jagħtu aċċess għal teknoloġiji u ġenerazzjonijiet differenti tan-network. Il-BEREC għandu jiġbor regolarment ukoll data mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-politika ta' użu ġust min-naħa tal-operaturi, l-iżviluppi ta' tariffi domestiċi biss, l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi tas-sostenibbiltà u l-ilmenti dwar ir-roaming. Meta jiġi kkonsultat skont il-paragrafu 1, il-BEREC għandu jiġbor u jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar it-trasparenza, l-applikazzjoni ta' miżuri dwar il-komunikazzjoni ta' emerġenza u dwar is-servizzi ta' valur miżjud.

    2. Biex jivvaluta l-iżviluppi kompetittivi fis-swieq tar-roaming fl-Unjoni kollha, il-BEREC għandu jiġbor data regolarment mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-iżviluppi fit-tariffi bl-imnut u bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS u tad-data, inkluż it-tariffi bl-ingrossa applikati għat-traffiku tar-roaming bilanċjat u mhux bilanċjat, rispettivament, dwar l-użu tal-pjattaformi tan-negozjar u strumenti simili, dwar l-iżvilupp ta' servizzi tar-roaming bejn magna u oħra u tal-IoT, u dwar kemm il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa jkopru l-kwalità tas-servizz u jagħtu aċċess għal teknoloġiji u ġenerazzjonijiet differenti tan-network. Il-BEREC għandu jiġbor regolarment ukoll data mingħand l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-politika ta' użu ġust min-naħa tal-operaturi, l-iżviluppi ta' tariffi domestiċi biss, l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi tas-sostenibbiltà u l-ilmenti dwar ir-roaming, inklużi lmenti dwar il-kwalità tas-servizzi. Meta jiġi kkonsultat skont il-paragrafu 1, il-BEREC għandu jiġbor u jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar it-trasparenza, inkluż dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli mhux terrestri, l-applikazzjoni ta' miżuri dwar il-komunikazzjoni ta' emerġenza u dwar is-servizzi ta' valur miżjud.

    Emenda  69

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 22

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Artikolu 22

    imħassar

    Reviżjoni tat-tariffi massimi bl-ingrossa

     

    Il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tikkunsidra l-opinjoni tal-BEREC, tadotta atti delegati skont l-Artikolu 23 biex temenda t-tariffi massimi bl-ingrossa li operatur tan-network miżjur jista' jimponi fuq il-fornitur tar-roaming għall-forniment ta' servizzi tar-roaming regolati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS jew tad-data permezz ta' dak in-network miżjur skont l-Artikoli 10, 11 u 12.

     

    Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha:

     

    (a) tikkonforma mal-prinċipji, mal-kriterji u mal-parametri previsti fl-Anness I;

     

    (b) tqis ir-rati medji bl-ingrossa ttariffati attwalment fl-Unjoni u l-ħtieġa li jitħalla spazju ekonomiku xieraq biex is-suq kummerċjali jevolvi;

     

    (c) tqis l-informazzjoni dwar is-suq ipprovduta mill-BEREC, mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jew direttament, mill-impriżi li jipprovdu networks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika; u

     

    Emenda  70

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 23

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Artikolu 23

    imħassar

    Eżerċizzju tad-delega

     

    1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

     

    2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 21 u 22 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-1 ta' Jannar 2025.

     

    3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 21 u 22 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

     

    4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti deżinjati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

     

    5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

     

    6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 21 u 22 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

     

    Emenda  71

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 25a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 25a

     

    Emendi għar-Regolament (UE) 2015/2120

     

    Ir-Regolament (UE) 2015/2120 huwa emendat kif ġej:

     

    (1) it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

     

    "Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar internet miftuħ, it-tneħħija ta' tariffi supplimentari bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-Unjoni regolati u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE u r-Regolament (UE) Nru 531/2012";

     

    (2)  l-Artikolu 1(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

     

    "Dan ir-Regolament ineħħi wkoll tariffi supplimentari bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-Unjoni regolati biex jiżgura li l-konsumaturi ma jintalbux prezzijiet eċċessivi biex jagħmlu komunikazzjonijiet interpersonali bbażati fuq in-numri li joriġinaw fl-Istat Membru tal-fornitur domestiku tal-konsumatur u jintemmu f'kwalunkwe numru fiss jew mobbli fi Stat Membru ieħor."

     

    (3)  l-Artikolu 5a huwa sostitwit b'dan li ġej:

     

    "Artikolu 5a

     

    Tneħħija ta' tariffi supplimentari bl-imnut għall-komunikazzjonijiet intra-UE regolati

     

    1.  Il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għall-pubbliku ma għandhomx japplikaw tariffi għal servizzi ta' komunikazzjonijiet intra-UE regolati li jintemmu fi Stat Membru ieħor li jkunu ogħla minn mit-tariffi applikabbli ta' servizzi li jintemmu fl-istess Stat Membru, sakemm il-fornituri ma jurux l-eżistenza ta' spejjeż diretti ġġustifikati b'mod oġġettiv.

     

    2.  Sa... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-BEREC għandu jipprovdi linji gwida li jistabbilixxu l-kriterji għad-determinazzjoni tal-ispejjeż diretti ġġustifikati b'mod oġġettiv kif imsemmi fil-paragrafu 1.

     

    3.  Sa... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandha tipprovdi rapport dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, inkluża valutazzjoni tal-evoluzzjoni tat-tariffi ta' komunikazzjoni intra-Unjoni.

    (4)  fl-Artikolu 10, jitħassar il-paragrafu 5.

    Emenda  72

     

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 3a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Dan ir-Regolament għandu japplika minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], għajr li l-Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 16, it-tieni paragrafu, għandhom japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2023.

    Emenda  73

     

    Proposta għal regolament

    Anness I

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Kriterji għad-determinazzjoni tat-tariffi massimi bl-ingrossa

    imħassar

    Prinċipji, kriterji u parametri għad-determinazzjoni tat-tariffi massimi bl-ingrossa msemmija fl-Artikolu 22:

     

    (a) ir-rati għandhom jippermettu l-irkupru tal-kostijiet tar-roaming bl-ingrossa mġarrba minn operatur effiċjenti fi kwalunkwe Stat Membru meta joffri s-servizz bl-ingrossa regolat rilevanti; l-evalwazzjoni tal-kostijiet effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq ċifri attwali tal-kostijiet; il-metodoloġija tal-kost biex jiġu kkalkulati l-kostijiet effiċjenti għandha tkun ibbażata fuq approċċ ta' mmudellar minn isfel għal fuq bl-użu ta' kostijiet inkrimentali fit-tul flimkien ma' xi allokazzjoni ta' kostijiet konġunti u komuni (LRIC+) tal-forniment tas-servizzi tar-roaming bl-ingrossa lil partijiet terzi;

     

    (b) Iż-żieda tirreferi għall-parti rilevanti (is-servizz) ta' interess fis-sitwazzjoni speċifika, hawnhekk is-servizzi tar-roaming. L-istandard tal-kostijiet LRIC jinkludi biss l-elementi meħtieġa biex jiġi pprovdut dan is-servizz speċifiku;

     

    (c) L-istandard tal-kostijiet LRIC+ jippermetti l-inklużjoni ta' kostijiet konġunti u komuni li huma rilevanti għal servizzi oħra;

     

    (d) Peress li l-operaturi tan-network jeħtieġ ikunu jistgħu jirkupraw kostijiet konġunti u komuni biex jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul, il-kostijiet konġunti u komuni jinqasmu fost is-servizzi li jiġġenerawhom u għaldaqstant jiġu rkuprati bi kwalunkwe limitu massimu fuq il-prezz massimu stabbilit ogħla mill-kostijiet stmati għal dawk is-servizzi;

     

    (e) għall-operaturi tan-networks mobbli, l-iskala minima effiċjenti għandha tiġi ffissata f'porzjon mis-suq li ma jkunx anqas minn 20 %;

     

    (f) l-approċċ rilevanti għad-deprezzament tal-assi għandu jkun deprezzament ekonomiku; u

     

    (g) l-għażla tat-teknoloġija tan-networks immudellati għandha tkunu progressiva, abbażi ta' network ewlieni tal-IP, li tqis it-teknoloġiji varji li aktarx se jintużaw tul il-perjodu tal-validità tar-rata massima.

     


    ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI
    LI R-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT MINGĦANDHOM

    Il-lista li ġejja hija kkompilata fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċeviet kontribut mingħand l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

     

     

     

    Entità u/jew persuna

    Dr. Paul Rübig, eks Membru tal-PE

    RTR

    Ventocom

    Vodafone

    MVNO Europe

    BEREC

    Deutsche Telekom

    Liberty Global

    1&1 Drillisch

    Orange

    Kummissjoni Ewropea

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea – Presidenza Portugiża

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea – Presidenza Slovena

     


    ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

    D(2021) 19573

     

     

    Is-Sur Cristian-Silviu BUŞOI

    President tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

    ASP 11E102

    Brussell

     

    Suġġett: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni) - COM(2021)085 tal-24.02.2021 - 2021/0045(COD)

     

    Sur President,

     

    Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 110 dwar ir-Riformulazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

    Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jinqara kif ġej:

     

    "Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli għas-suġġett b'dan.

     

    F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli fi ħdan il-kumitat responsabbli għas-suġġett biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet.

     

    Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati, fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ, mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet iridu jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub għall-emendi."

     

    B'segwitu għall-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li eżaminaw il-proposta riformulata, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostantiva għajr dawk il-bidliet identifikati bħala tali u li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att ta' qabel b'dawk l-emendi sostantivi, il-proposta fiha kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-test eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħha.

    Il-Kumitat jinnota, madanakollu, li l-eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar roaming fuq networks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim reċiproku, dan li ġej.

    1. Il-partijiet li ġejjin ġew immarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati emendi sostantivi:

    - fil-premessa 54, iż-żieda tal-kelma ''SMS'';

    - fil-premessa 63, it-tħassir tal-kliem ''b'mod sigur, armonizzat u fil-ħin'';

    - fl-Artikolu 3(8), iż-żieda tal-kliem ''Fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta' dan ir-Regolament'' .

    2. Fl-Artikolu 8(1), (3) u (4), is-sostituzzjoni proposta tal-kliem ''tneħħija ta' ħlasijiet supplimentari tas-servizzi tar-roaming bl-imnut'' bil-kliem ''forniment tas-servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi'' ma kellhiex tiġi mmarkata bit-tipa ta' kulur griż użata għall-identifikazzjoni ta' emendi sostantivi, iżda b'indikaturi ta' adattament formali sempliċi.

     

    Bħala konklużjoni, waqt il-laqgħat tiegħu tat-30 ta' Settembru 2021, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 23 vot favur, l-ebda vot kontra u astensjoni waħda[3], iddeċieda li jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, jista' jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 110 tar-Regoli ta' Proċedura.

     

    Dejjem tiegħek,

    Adrián VÁZQUEZ LÁZARA

     

     

    Mehmuż: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.


    Anness

     

     

     

    GRUPP KONSULTATTIV

    TAS-SERVIZZI LEGALI

     

    Brussell, 15 ta' Settembru 2021

     

    OPINJONI

    GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

      TAL-KUNSILL

      TAL-KUMMISSJONI

     

     

    Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni)

    COM(2021) 85 tal-24.2.2021 - 2021/0045 (COD)

     

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikolari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fid-19 u d-29 ta' April 2021 kellu laqgħat iddedikati għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

     

    Waqt dawn il-laqgħat[4], l-evalwazzjoni tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jirriformula r-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq networks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim reċiproku, dan li ġej.

    1. Il-partijiet li ġejjin ġew immarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati emendi sostantivi:

    - fil-premessa 54, iż-żieda tal-kelma ''SMS'';

    - fil-premessa 63, it-tħassir tal-kliem ''b'mod sigur, armonizzat u fil-ħin'';

    - fl-Artikolu 3(8), iż-żieda tal-kliem ''Fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta' dan ir-Regolament'' .

    2. Fl-Artikolu 8(1), (3) u (4), is-sostituzzjoni proposta tal-kliem ''tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tas-servizzi tar-roaming bl-imnut'' bil-kliem ''forniment tas-servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi'' ma kellhiex tiġi mmarkata bit-tipa ta' kulur griż użata għall-identifikazzjoni ta' emendi sostantivi, iżda b'indikaturi ta' adattament formali sempliċi.

     

    L-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv innota wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

     

    F. DREXLER T. BLANCHET D. CALLEJA CRESPO

    Ġurikonsult Ġurikonsult Direttur Ġenerali

     

     


     

     

    14.7.2021

    OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR

    għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

    dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni)

    (COM(2021)0085 – C9-0085/2021 – 2021/0045(COD))

    Rapporteur għal opinjoni: Thun und Hohenstein

     

     

    ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

    It-tneħħija tat-tariffi supplimentari tar-roaming kienet ta' suċċess kbir għaċ-ċittadini Ewropej. Sa mill-introduzzjoni tagħha, kważi 170 miljun ċittadin gawdew minn prezzijiet mingħajr tariffi supplimentari tar-roaming u bbenefikaw miż-żamma ta' konnessjoni waqt li kienu qed jivvjaġġaw fl-Unjoni.

    Għalhekk, ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal riformulazzjoni tar-Regolament dwar ir-Roaming, li għandha l-għan li testendi r-regoli attwali sal-2032, u li tintroduċi livell ogħla ta' protezzjoni tal-konsumatur f'dak li għandu x'jaqsam mat-trasparenza u l-kwalità tas-servizzi. Huwa ovvju li t-tneħħija tat-tariffi supplimentari tar-roaming, sabiex tkun sostenibbli u ma twassalx għal żieda fil-prezzijiet domestiċi għall-klijenti, għandha tiġi kkomplementata bi tnaqqis ulterjuri tal-prezzijiet bl-ingrossa bil-għan li titrawwem il-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern.

    Fl-abbozz ta' opinjoni, ir-rapporteur tiffoka fuq il-punti li ġejjin:

    1. Il-kwalità tas-servizz

    Ir-rapporteur tappoġġa d-dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jiżguraw li l-klijenti jibbenefikaw minn esperjenza ġenwina ta' "Roaming daqslikieku f'pajjiżek", anke f'termini ta' kwalità tas-servizz. Sakemm ma jkunx teknikament mhux fattibbli, is-servizzi tar-roaming għandhom jiġu pprovduti lill-klijenti bl-istess kundizzjonijiet daqslikieku tali servizzi kienu użati domestikament. Għalhekk, ir-rapporteur temmen li informazzjoni ċara u li tinftiehem rigward elementi differenti tal-kwalità tas-servizz waqt ir-roaming għandha tiġi inkluża fil-kuntratti tal-klijenti. Barra minn hekk, il-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) għandu jingħata l-mandat biex iħejji l-linji gwida biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, inkluża l-kapaċità effettiva għall-klijenti li jinfurzaw id-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti.

    2. L-obbligi ta' trasparenza

    Hija ta' importanza kbira li l-klijenti jinżammu infurmati b'mod adegwat dwar l-użu ta' servizzi differenti waqt ir-roaming. Ir-rapporteur tappoġġa d-direzzjoni ġenerali tal-bidliet proposti mill-Kummissjoni, filwaqt li tipproponi miżuri ulterjuri mmirati lejn it-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumatur.

    L-ewwel nett, huwa propost li l-limitu tal-interruzzjoni tas-servizz jiġi offrut b'mod awtomatiku mill-fornituri tar-roaming, peress li d-dispożizzjonijiet proposti ma jipproteġux lill-klijenti b'mod adegwat.

    It-tieni, il-BEREC għandu jingħata l-mandat, flimkien mat-tħejjija ta' bażi tad-data għan-numri ta' servizzi ta' valur miżjud, biex jistabbilixxi bażi tad-data oħra b'mezzi ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza. Bis-saħħa ta' dan kollu l-fornituri tar-roaming se jkollhom aċċess għal-lista sħiħa u aġġornata regolarment tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza li huma obbligatorji fl-Istati Membri kollha.

    It-tielet, informazzjoni speċifika rigward servizzi b'valur miżjud u mezzi ta' aċċess għal servizzi ta' emerġenza, li huma obbligatorji fi Stat Membru miżjur, għandha tiġi kkomunikata lill-klijenti permezz ta' link fil-messaġġ ta' merħba, li l-klijenti jirċievu meta jidħlu fi Stat Membru u jibdew jużaw is-servizz tar-roaming.

    Ir-raba', sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur waqt l-ivvjaġġar, pereżempju bl-ajruplan jew b'bastimenti, u sabiex ikun protett minn kontijiet għoljin mhux mistennija minħabba konnessjoni involontarja ma' networks mhux terrestri bi trasferiment awtomatiku, ir-rapporteur tipproponi li l-obbligi ta' trasparenza jiġu estiżi għal dawk is-sitwazzjonijiet.

    3. Rieżami

    Ir-rapporteur hija tal-fehma li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jippermetti reviżjonijiet futuri kull meta jkun meħtieġ. Għalhekk, ir-rapporteur topponi l-introduzzjoni ta' Att Delegat bħala l-bażi għar-reviżjoni ta' elementi kruċjali ta' dan ir-Regolament. Ir-reviżjonijiet ta' elementi kruċjali għandhom isiru permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, kif kien il-każ għall-verżjonijiet preċedenti tar-Regolament. Barra minn hekk, ir-rapporteur temmen li r-rapportar biennali regolari se jippermetti l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni fis-suq tar-roaming u jħejji reviżjonijiet possibbli tar-regoli eżistenti. Ir-rapporteur hija wkoll tal-fehma li elementi addizzjonali għandhom ikunu parti mill-obbligu ta' rapportar biennali, bħal pereżempju dawk relatati mal-effettività ta' obbligi ġodda introdotti fir-rigward tal-kwalità tas-servizz, il-possibbiltà li l-klijenti jibbenefikaw minn esperjenza ġenwina ta' "Roaming daqslikieku f'pajjiżek", u jekk hux se jkunu meħtieġa politiki ta' użu ġust fil-futur.

     

     

     

    EMENDI

    Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

     

    Emenda  1

    Proposta għal regolament

    Premessa 10

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (10) Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60, id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61, id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew62, id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill63 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill64 kellhom l-għan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fi ħdan l-Unjoni filwaqt li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi permezz ta' kompetizzjoni msaħħa. Dawk id-Direttivi ġew revokati bid-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 għandha l-għan li tistimula l-investiment f'networks b'kapaċità għolja ħafna fl-UE, u l-adozzjoni tagħhom, kif ukoll li tintroduċi regoli ġodda dwar l-ispettru għall-konnettività mobbli u l-5G. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tiżgura wkoll li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal komunikazzjoni affordabbli, inkluż l-internet. Din iżżid il-protezzjoni tal-konsumaturi u s-sigurtà għall-utenti, u tiffaċilita l-intervent regolatorju.

    (10) Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60, id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61, id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill62, id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill63 u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill64 kellhom l-għan li joħolqu suq intern għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fi ħdan l-Unjoni filwaqt li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi permezz ta' kompetizzjoni msaħħa. Għajr id-Direttiva 2002/58/KE, dawk id-Direttivi ġew revokati bid-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill65. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 għandha l-għan li tistimula l-investiment f'networks b'kapaċità għolja ħafna fl-UE, u l-adozzjoni tagħhom, kif ukoll li tintroduċi regoli ġodda dwar l-ispettru għall-konnettività mobbli u l-5G. Id-Direttiva (UE) 2018/1972 timmira wkoll li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern u tippromwovi l-interessi taċ-ċittadini tal-Unjoni. Din tiżgura, inter alia, li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal komunikazzjoni affordabbli, inkluż l-internet. Din iżżid il-protezzjoni tal-konsumaturi u s-sigurtà għall-utenti, u tiffaċilita l-intervent regolatorju.

    __________________

    __________________

    60 Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).

    60 Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta', networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).

    61 Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).

    61 Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Id-Direttiva ta' Awtorizzazzjoni) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21).

    62 Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

    62 Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).

    63 Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).

    63 Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' netwerks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51).

    64 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

    64 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

    65 Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).

    65 Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36).

    Emenda  2

    Proposta għal regolament

    Premessa 19

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (19) F'konformità mal-Artikolu mal-Artikolu 109 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-utenti finali kollha jenħtieġ ikollhom aċċess mingħajr ħlas għas-servizzi ta' emerġenza, permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza mal-aktar ċentru xieraq li jirċievi t-telefonati ta' emerġenza (PSAP). L-Istati Membri jeħtieġ ukoll jiżguraw li l-aċċess tal-utenti finali b'diżabbiltà għas-servizzi ta' emerġenza jkun disponibbli permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza u jkun ekwivalenti għal dak tal-utenti finali l-oħra. Huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw it-tip ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza li huma fattibbli teknikament biex jiżguraw li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess għas-servizzi ta' emerġenza. Biex jiġi żgurat li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess għal komunikazzjonijiet ta' emerġenza skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 109 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-operaturi tan-network miżjur jenħtieġ jinfurmaw lill-fornitur tar-roaming permezz tal-ftehim tar-roaming bl-ingrossa dwar liema tip ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza huma obbligatorji skont il-miżuri nazzjonali fl-Istat Membru miżjur. Barra minn hekk, il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ jinkludu informazzjoni dwar il-parametri tekniċi biex jiġi żgurat l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza, inkluż għall-klijenti tar-roaming b'diżabilità, u biex tiġi żgurata t-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata lill-aktar PSAP xieraq fl-Istat Membru miżjur. B'din l-informazzjoni, il-fornitur tar-roaming jenħtieġ ikun jista' jidentifika u jipprovdi mingħajr ħlas, il-komunikazzjoni ta' emerġenza u t-trażmissjoni tal-lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata.

    (19) Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (Konvenzjoni tan-NU dwar Persuni b'Diżabilità) tirrikjedi lill-partijiet sabiex jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw li persuni b'diżabiltà jkollhom aċċess, fuq bażi ugwali bħall-oħrajn, għal teknoloġiji u sistemi tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Għal dan il-għan, f'konformità mal-Artikolu 109 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-utenti finali kollha jenħtieġ ikollhom aċċess mingħajr ħlas għas-servizzi ta' emerġenza, permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza mal-aktar ċentru xieraq li jirċievi t-telefonati ta' emerġenza (PSAP). L-Istati Membri jeħtieġ ukoll jiżguraw li l-aċċess tal-utenti finali b'diżabbiltà għas-servizzi ta' emerġenza jkun disponibbli permezz ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza u jkun ekwivalenti għal dak tal-utenti finali l-oħra. Skont dik id-Direttiva, il-komunikazzjonijiet ta' emerġenza huma mezz ta' komunikazzjoni li tinkludi mhux biss servizzi ta' komunikazzjonijiet tal-vuċi, iżda wkoll messaġġi testwali, vidjo jew tipi oħra ta' komunikazzjonijiet, pereżempju servizzi ta' test f'ħin reali, konverżazzjoni sħiħa u servizzi ta' trażmissjoni. Huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw it-tip ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza li huma fattibbli teknikament biex jiżguraw li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess għas-servizzi ta' emerġenza. Biex jiġi żgurat li l-klijenti tar-roaming ikollhom aċċess għal komunikazzjonijiet ta' emerġenza skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 109 tad-Direttiva (UE) 2018/1972, l-operaturi tan-network miżjur jenħtieġ jinfurmaw lill-fornitur tar-roaming permezz tal-ftehim tar-roaming bl-ingrossa dwar liema tip ta' komunikazzjonijiet ta' emerġenza huma obbligatorji skont il-miżuri nazzjonali fl-Istat Membru miżjur. Barra minn hekk, il-ftehimiet tar-roaming bl-ingrossa jenħtieġ jinkludu informazzjoni dwar il-parametri tekniċi biex jiġi żgurat l-aċċess għas-servizzi ta' emerġenza, inkluż għall-klijenti tar-roaming b'diżabilità, u biex tiġi żgurata t-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar il-lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata, inkluża informazzjoni dderivata mill-handset, lill-aktar PSAP xieraq fl-Istat Membru miżjur. B'din l-informazzjoni, il-fornitur tar-roaming jenħtieġ ikun jista' jidentifika u jipprovdi mingħajr ħlas, il-komunikazzjoni ta' emerġenza u t-trażmissjoni tal-lokalizzazzjoni ta' min jagħmel it-telefonata.

    Emenda  3

    Proposta għal regolament

    Premessa 28

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (28) Il-klijenti tar-roaming, sa fejn possibbli, jenħtieġ ikunu jistgħu jużaw is-servizzi bl-imnut li jabbonaw għalihom u jibbenefikaw mill-istess livell ta' kwalità tas-servizz daqslikieku f'pajjiżhom, meta jkunu qed jużaw ir-roaming fl-Unjoni. Għal dak il-għan, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati jiġu pprovduti bl-istess kundizzjonijiet daqslikieku dawn is-servizzi kienu kkonsmati domestikament. B'mod partikolari, il-klijenti jenħtieġ jingħataw l-istess kwalità tas-servizz waqt ir-roaming, meta dan ikun fattibbli teknikament.

    (28) Il-klijenti tar-roaming jenħtieġ ikunu jistgħu jużaw is-servizzi bl-imnut li jabbonaw għalihom u jibbenefikaw mill-istess livell ta' kwalità tas-servizz daqslikieku f'pajjiżhom, meta jkunu qed jużaw ir-roaming fl-Unjoni. Għal dak il-għan, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati jiġu pprovduti bl-istess kundizzjonijiet daqslikieku dawn is-servizzi kienu kkonsmati domestikament. B'mod partikolari, il-klijenti jenħtieġ jingħataw l-istess kwalità tas-servizz waqt ir-roaming, meta dan ikun fattibbli teknikament. Ir-rekwiżit li tiġi offruta l-istess kwalità ta' servizz huwa mingħajr preġudizzju għall-abbiltà tal-fornituri tar-roaming li joffru lill-klijenti tar-roaming kwalità ogħla ta' servizz daqslikieku tali servizz kien ipprovdut domestikament. Barra minn hekk, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jiżguraw li l-klijenti tar-roaming ma jitqegħdux fi żvantaġġ meta mqabbla mal-klijenti domestiċi li jużaw l-istess ġenerazzjoni ta' networks u ta' teknoloġiji tal-komunikazzjoni mobbli.

    Emenda  4

    Proposta għal regolament

    Premessa 29

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (29) Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ ikunu jistgħu japplikaw "politika ta' użu ġust" għall-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati mogħtija bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli. Il-"politika ta' użu ġust" hija maħsuba biex tipprevjeni l-użu abbużiv jew anomalu tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati minn klijenti tar-roaming, bħall-użu ta' servizzi bħal dawn minn klijenti tar-roaming fi Stat Membru ieħor li mhux dak tal-fornitur domestiku tagħhom għal finijiet oħra għajr l-ivvjaġġar perjodiku. Il-fornituri tar-roaming, f'każijiet ta' force majeure ikkawżati minn ċirkostanzi bħal pandemiji jew katastrofi naturali li jestendu involontarjament il-perjodu ta' soġġorn temporanju tal-klijent tar-roaming fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ jikkunsidraw li jestendu t-tolleranza applikabbli għal użu ġust għal perjodu xieraq, meta ssir talba ġustifikata mill-klijent tar-roaming . Kwalunkwe politika ta' użu ġust jenħtieġ tagħti l-possibbiltà lill-klijenti tal-fornitur tar-roaming li jikkonsmaw volumi ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, li huma konsistenti mal-pjanijiet ta' tariffar rispettivi tagħhom.

    (29) Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ ikunu jistgħu japplikaw "politika ta' użu ġust" għall-konsum tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati mogħtija bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli. Il-"politika ta' użu ġust" hija limitata biex tipprevjeni l-użu abbużiv jew anomalu tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati minn klijenti tar-roaming, bħall-użu ta' servizzi bħal dawn minn klijenti tar-roaming fi Stat Membru ieħor li mhux dak tal-fornitur domestiku tagħhom għal finijiet oħra għajr l-ivvjaġġar perjodiku. Il-fornituri tar-roaming f'każijiet ta' force majeure kkawżati minn ċirkostanzi bħal pandemiji jew katastrofi naturali li jestendu involontarjament il-perjodu ta' soġġorn temporanju tal-klijent tar-roaming fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ jestendu t-tolleranza applikabbli għal użu ġust għal perjodu xieraq. Kwalunkwe politika ta' użu ġust jenħtieġ tagħti l-possibbiltà lill-klijenti tal-fornitur tar-roaming li jikkonsmaw volumi ta' servizzi tar-roaming bl-imnut regolati bil-prezz bl-imnut domestiku applikabbli, li huma konsistenti mal-pjanijiet ta' tariffar rispettivi tagħhom.

    Emenda  5

    Proposta għal regolament

    Premessa 35

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (35) Kuntratt li jinkludi xi tip ta' servizz tar-roaming bl-imnut regolat jenħtieġ jispeċifika l-karatteristiċi ta' dak is-servizz tar-roaming bl-imnut regolat, inkluż il-livell mistenni ta' kwalità tas-servizz. Il-fornitur jenħtieġ jagħmel disponibbli informazzjoni dwar fatturi rilevanti li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tas-servizz, bħad-disponibbiltà ta' ċerti teknoloġiji, il-kopertura jew varjazzjoni minħabba fatturi esterni bħat-topografija.

    (35) Kuntratt li jinkludi xi tip ta' servizz tar-roaming bl-imnut regolat jenħtieġ jispeċifika l-karatteristiċi ta' dak is-servizz tar-roaming bl-imnut regolat, inkluż il-livell mistenni ta' kwalità tas-servizz. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ jinkludu informazzjoni ċara u li tinftiehem dwar il-livell tal-kwalità tas-servizz, inkluża informazzjoni dwar ir-rati ta' trasferiment u t-teknoloġiji ta' aċċess disponibbli ta' kull operatur miżjur f'kull Stat Membru. Il-fornitur jenħtieġ jagħmel disponibbli wkoll informazzjoni dwar fatturi rilevanti oħra li jistgħu jaffettwaw ulterjorment il-kwalità tas-servizz, bħal-latenza, il-kopertura jew il-varjazzjoni minħabba fatturi esterni bħat-topografija. Il-kuntratt imsemmi hawn fuq jenħtieġ jinkludi wkoll informazzjoni ċara u li tinftiehem dwar il-proċedura għat-tressiq tal-ilmenti disponibbli f'każijiet fejn il-kwalità tas-servizz ma tikkorrispondix mat-termini tal-kuntratt. Jenħtieġ ikun possibbli għall-klijenti li jivverifikaw il-veloċità stmata tal-upload u d-download, il-latenza u t-teknoloġija disponibbli tat-trasferiment tad-data. Il-fornitur tar-roaming jenħtieġ jittratta kwalunkwe lment fil-ħin u b'mod effettiv. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet, l-informazzjoni u l-proċeduri għat-tressiq tal-ilmenti jenħtieġ jiġu pprovduti f'konformità mal-linji gwida tal-BEREC dwar ir-roaming bl-imnut.

    Emenda  6

    Proposta għal regolament

    Premessa 36

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (36) Il-klijenti tar-roaming u l-operaturi tal-pajjiż tal-oriġini xi drabi bla ma jkunu jafu jġarrbu kontijiet kbar minħabba n-nuqqas ta' trasparenza fuq in-numri użati għas-servizzi ta' valur miżjud fl-Unjoni kollha u fuq il-prezzijiet bl-ingrossa mitluba għas-servizzi ta' valur miżjud. Il-komunikazzjonijiet lejn ċerti numri li jintużaw biex jipprovdu servizzi ta' valur miżjud, pereżempju, numri b'rati primjum, numri mingħajr ħlas jew numri b'kostijiet kondiviżi, huma soġġetti għal kundizzjonijiet partikolari tal-ipprezzar fil-livell nazzjonali. Dan ir-Regolament jenħtieġ ma japplikax għall-parti tat-tariffa li tintalab għall-forniment ta' servizzi ta' valur miżjud, iżda biss għat-tariffi għall-konnessjoni ma' dawk is-servizzi. Madankollu, il-prinċipju tal-RLAH jista' joħloq aspettattiva fost l-utenti finali li l-komunikazzjonijiet lejn numri bħal dawn waqt ir-roaming ma jżidux il-kost meta mqabbla mas-sitwazzjoni domestika. Iżda dan mhux dejjem ikun il-każ waqt ir-roaming. L-utenti finali jġarrbu aktar kostijiet, anke meta jċemplu numri li domestikament huma mingħajr ħlas. Dan jista' jdgħajjef il-kunfidenza tal-klijenti fl-użu tal-apparat telefoniku tagħhom waqt ir-roaming, u jista' joħloq ħasdiet bil-kont, u b'hekk iħalli impatt negattiv fuq esperjenza ġenwina tal-RLAH. Dan huwa ikkawżat l-aktar fil-livell bl-imnut minħabba n-nuqqas ta' trasparenza biżżejjed fejn jidħlu t-tariffi ogħla li jistgħu jintalbu għal komunikazzjonijiet lejn in-numri ta' servizzi ta' valur miżjud. Għaldaqstant, jenħtieġ jiġu introdotti miżuri li jżidu t-trasparenza dwar il-kundizzjonijiet għall-komunikazzjonijiet lejn in-numri ta' servizzi ta' valur miżjud. Għal dak il-għan, il-klijenti tar-roaming jenħtieġ jiġu infurmati fil-kuntratt tagħhom u jiġu notifikati u mwissija, fil-ħin u mingħajr ħlas, li l-komunikazzjonijiet lejn in-numri ta' servizzi ta' valur miżjud waqt ir-roaming jistgħu jinvolvu tariffi addizzjonali.

    (36) Il-klijenti tar-roaming u l-operaturi tal-pajjiż tal-oriġini xi drabi bla ma jkunu jafu jġarrbu kontijiet kbar minħabba n-nuqqas ta' trasparenza fuq in-numri użati għas-servizzi ta' valur miżjud fl-Unjoni kollha u fuq il-prezzijiet bl-ingrossa mitluba għas-servizzi ta' valur miżjud. Il-komunikazzjonijiet lejn ċerti numri li jintużaw biex jipprovdu servizzi ta' valur miżjud, pereżempju, numri b'rati primjum, numri mingħajr ħlas jew numri b'kostijiet kondiviżi, huma soġġetti għal kundizzjonijiet partikolari tal-ipprezzar fil-livell nazzjonali. Dan ir-Regolament jenħtieġ ma japplikax għall-parti tat-tariffa li tintalab għall-forniment ta' servizzi ta' valur miżjud, iżda biss għat-tariffi għall-konnessjoni ma' dawk is-servizzi. Madankollu, il-prinċipju tal-RLAH jista' joħloq aspettattiva fost l-utenti finali li l-komunikazzjonijiet lejn numri bħal dawn waqt ir-roaming ma jżidux il-kost meta mqabbla mas-sitwazzjoni domestika. Iżda dan mhux dejjem ikun il-każ waqt ir-roaming. L-utenti finali jġarrbu aktar kostijiet, anke meta jċemplu numri li domestikament huma mingħajr ħlas. Dan jista' jdgħajjef il-fiduċja tal-klijenti fl-użu tal-apparat telefoniku tagħhom waqt ir-roaming, u jista' joħloq ħasdiet bil-kont, u b'hekk iħalli impatt negattiv fuq esperjenza ġenwina tal-RLAH. Dan huwa ikkawżat l-aktar fil-livell bl-imnut minħabba n-nuqqas ta' trasparenza biżżejjed fejn jidħlu t-tariffi ogħla li jistgħu jintalbu għal komunikazzjonijiet lejn in-numri ta' servizzi ta' valur miżjud. Għaldaqstant, jenħtieġ jiġu introdotti miżuri li jipproteġu lill-konsumaturi minn kontijiet eċċessivament għolja u li jżidu t-trasparenza rigward il-kundizzjonijiet għall-komunikazzjonijiet lejn in-numri ta' servizzi ta' valur miżjud. Għal dak il-għan, il-klijenti tar-roaming jenħtieġ li fil-kuntratt tagħhom jiġu infurmati, notifikati u mwissija minn qabel, fil-ħin, b'mod faċli għall-utent u mingħajr ħlas, li l-komunikazzjonijiet lejn in-numri ta' servizzi ta' valur miżjud waqt ir-roaming jistgħu jinvolvu tariffi addizzjonali. Il-klijenti tar-roaming jenħtieġ jirċievu informazzjoni dwar dawk it-tariffi permezz ta' paġna web disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku.

    Emenda  7

    Proposta għal regolament

    Premessa 43

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (43) Biex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi tar-roaming u biex il-klijenti tar-roaming ikunu megħjuna jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-apparat mobbli tagħhom waqt l-ivvjaġġar, il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli jenħtieġ jagħtu informazzjoni mingħajr ħlas lill-klijenti tar-roaming tagħhom dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli għalihom meta jużaw is-servizzi tar-roaming fi Stat Membru miżjur. Ċerti gruppi ta' klijenti jaf ikunu diġà informati tajjeb dwar it-tariffi tar-roaming, u għalhekk il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jipprovdu l-possibbiltà ta' opt-out faċli minn dawn il-messaġġi awtomatiċi. Barra minn hekk, il-klijenti tar-roaming jenħtieġ jirċievu messaġġ testwali li jinkludi link għal paġna web b'informazzjoni dettaljata dwar it-tipi ta' servizzi (telefonati u messaġġi SMS) li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fil-kostijiet. Barra minn hekk, il-fornituri jenħtieġ jagħtu attivament informazzjoni addizzjonali lill-klijenti tagħhom, meta jintalbu u mingħajr ħlas, u meta l-klijenti jkunu fl-Unjoni, dwar it-tariffi għal kull minuta, kull SMS jew kull megabyte ta' data (inkluża l-VAT), meta jagħmlu jew jirċievu telefonati bil-vuċi u meta jibagħtu u jirċievu messaġġi SMS jew MMS u servizzi oħra tal-komunikazzjoni tad-data fl-Istat Membru miżjur.

    (43) Biex titjieb it-trasparenza tal-prezzijiet bl-imnut għas-servizzi tar-roaming u biex il-klijenti tar-roaming ikunu megħjuna jieħdu deċiżjonijiet dwar l-użu tal-apparat mobbli tagħhom waqt l-ivvjaġġar, il-fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli jenħtieġ jagħtu informazzjoni mingħajr ħlas lill-klijenti tar-roaming tagħhom dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli għalihom meta jużaw is-servizzi tar-roaming fi Stat Membru miżjur. Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-klijenti tar-roaming, dik l-informazzjoni jenħtieġ tinkludi kwalunkwe tariffa addizzjonali meta jintużaw networks mhux terrestri abbord inġenji tal-ajru jew bastimenti. Il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jipprovdu l-possibbiltà ta' opt-out faċli għall-klijenti tar-roaming minn dan il-messaġġ awtomatiku tas-servizz. Barra minn hekk, il-klijenti tar-roaming jenħtieġ jiġu pprovduti b'messaġġ testwali mingħajr ħlas li jinkludi link għal paġna web b'informazzjoni dettaljata dwar it-tipi ta' servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fil-kostijiet kif ukoll il-mezzi ta' aċċess għal servizzi ta' emerġenza fl-Istat Membru miżjur, mingħajr ħlas. Barra minn hekk, il-fornituri jenħtieġ jagħtu attivament informazzjoni addizzjonali lill-klijenti tagħhom, meta jintalbu u mingħajr ħlas, u meta l-klijenti jkunu fl-Unjoni, dwar it-tariffi għal kull minuta, kull messaġġ testwali jew kull megabyte ta' data (inkluża l-VAT), meta jagħmlu jew jirċievu telefonati bil-vuċi u anki meta jibagħtu u jirċievu messaġġi testwali u servizzi tal-komunikazzjoni tad-data fl-Istat Membru miżjur.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija meħtieġa għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test u biex il-klijenti jinżammu infurmati b'mod adegwat.

    Emenda  8

    Proposta għal regolament

    Premessa 44

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (44) Dan ir-Regolament jenħtieġ li, fir-rigward tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta' trasparenza allinjati mal-kundizzjonijiet speċifiċi tat-tariffi u l-volum applikabbli wara t-tneħħija tat-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut. B'mod partikolari, jenħtieġ ikun hemm dispożizzjonijiet biex il-klijenti tar-roaming jiġu notifikati fil-ħin u mingħajr ħlas dwar il-politika ta' użu ġust applikabbli, meta jiġi kkonsmat il-volum kollu ta' użu ġust applikabbli għas-servizzi tar-roaming regolati tat-telefonati bil-vuċi, tal-messaġġi SMS jew tad-data, dwar kwalunkwe tariffa supplimentari, u dwar il-konsum akkumulat tas-servizzi tar-roaming regolati tad-data.

    (44) Dan ir-Regolament jenħtieġ li, fir-rigward tas-servizzi tar-roaming bl-imnut regolati, jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi ta' trasparenza allinjati mal-kundizzjonijiet speċifiċi tat-tariffi u l-volum applikabbli wara t-tneħħija tat-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut. B'mod partikolari, jenħtieġ ikun previst li l-klijenti tar-roaming jiġu notifikati fil-ħin u b'mod faċli għall-utent u mingħajr ħlas dwar il-politika ta' użu ġust applikabbli, meta jiġi kkonsmat il-volum kollu ta' użu ġust applikabbli tas-servizzi tar-roaming regolati tat-telefonati bil-vuċi, tal-messaġġi testwali jew tad-data, bi kwalunkwe tariffa, dwar il-konsum akkumulat tas-servizzi tar-roaming regolati tad-data, u l-użu ta' networks mhux terrestri.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija meħtieġa għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test u biex il-klijenti jinżammu infurmati b'mod adegwat.

    Emenda  9

    Proposta għal regolament

    Premessa 45

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (45) Il-klijenti li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntieri jenħtieġ ma jirċevux kontijiet għaljin bla bżonn minħabba tariffi ta' roaming involontarju. Għalhekk, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu lill-klijenti minn tariffi tar-roaming imġarrba meta jkunu jinsabu fl-Istat Membru tagħhom. Dan jenħtieġ jinkludi miżuri xierqa ta' informazzjoni biex il-klijenti jkollhom is-setgħa jipprevjenu attivament dawn il-każijiet ta' roaming involontarju. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ ikunu attenti għal sitwazzjonijiet ta' klijenti li jġarrbu problemi fil-ħlas tat-tariffi tar-roaming waqt li jkunu jinsabu fl-Istat Membru tagħhom, u jenħtieġ jieħdu passi xierqa biex itaffu l-problema.

    (45) Il-klijenti li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntieri jenħtieġ ma jirċevux kontijiet għaljin bla bżonn minħabba tariffi ta' roaming involontarju, inkluż għall-użu ta' networks mhux terrestri abbord inġenji tal-ajru jew bastimenti. Għalhekk, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jieħdu l-passi neċessarji, sabiex jimminimizzaw ir-riskju ta' roaming involontarju u biex jipproteġu lill-klijenti minn tariffi tar-roaming imġarrba meta jkunu jinsabu fl-Istat Membru tagħhom, b'mod partikolari billi jinfurmawhom b'mod ċar u li jinftiehem. Tali miżuri jenħtieġ jinkludu pereżempju limiti tal-interruzzjoni tas-servizz kif ukoll mekkaniżmi ta' opt-in u opt-out għar-roaming f'network barra l-Unjoni, jekk dan ikun teknikament fattibbli. Dan jenħtieġ jinkludi miżuri xierqa ta' informazzjoni biex il-klijenti jkollhom is-setgħa jipprevjenu attivament dawn il-każijiet ta' roaming involontarju. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jenħtieġ ikunu attenti għal sitwazzjonijiet ta' klijenti li jġarrbu problemi fil-ħlas tat-tariffi tar-roaming waqt li jkunu jinsabu fl-Istat Membru tagħhom, u jenħtieġ jieħdu passi xierqa biex itaffu l-problema.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija meħtieġa għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test u biex il-klijenti jiġu protetti ulterjorment minn konnessjonijiet involontarji waqt li jivvjaġġaw bl-ajruplan jew b'bastimenti.

    Emenda  10

    Proposta għal regolament

    Premessa 47

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (47) Barra minn hekk, biex jiġu evitati ħasdiet bil-kont, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jiddefinixxu limiti finanzjarji u/jew tal-volum massimi, wieħed jew aktar, għat-tariffi pendenti tagħhom għas-servizzi tar-roaming tad-data, espressi bil-munita tal-fatturar tal-klijent tar-roaming, u jenħtieġ joffru notifika xierqa lill-klijenti tar-roaming tagħhom kollha mingħajr ħlas u b'format li jista' jerġa' jiġi kkonsultat sussegwentement, meta dak il-limitu jkun wasal biex jintlaħaq. Meta dak il-limitu massimu jintlaħaq, il-klijenti jenħtieġ ma jibqgħux jirċievu jew jintalbu jħallsu għal dawk is-servizzi, sakemm dawn ma jitolbux b'mod speċifiku li dawk is-servizzi jibqgħu jiġu pprovduti f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fin-notifika. F'dan il-każ, dawn jenħtieġ jirċievu konferma mingħajr ħlas u b'format li jista' jerġa' jiġi kkonsultat sussegwentement. Il-klijenti tar-roaming jenħtieġ jingħataw l-opportunità li jagħżlu kwalunkwe waħda minn dawk il-limiti finanzjarji jew tal-volum massimi fi żmien raġonevoli jew li jagħżlu li ma jkollhomx limitu bħal dan. Sakemm il-klijenti ma jiddikjarawx mod ieħor, dawn jenħtieġ jitqiegħdu f'sistema ta' limitazzjoni awtomatika.

    (47) Barra minn hekk, biex jiġu evitati ħasdiet bil-kont, il-fornituri tar-roaming jenħtieġ jiddefinixxu limiti finanzjarji u/jew tal-volum massimi, wieħed jew aktar, għat-tariffi pendenti tagħhom għas-servizzi tar-roaming tad-data, espressi bil-munita tal-fatturar tal-klijent tar-roaming, u jenħtieġ joffru notifika xierqa lill-klijenti tar-roaming tagħhom kollha mingħajr ħlas u b'format li jista' jerġa' jiġi kkonsultat sussegwentement  sakemm il-klijient tar-roaming ma jindikax in-nonparteċipazzjoni fil-miżura, meta dak il-limitu jkun wasal biex jintlaħaq. Meta dak il-limitu massimu jintlaħaq, il-klijenti jenħtieġ ma jibqgħux jirċievu jew jintalbu jħallsu għal dawk is-servizzi, sakemm dawn ma jitolbux b'mod speċifiku li dawk is-servizzi jibqgħu jiġu pprovduti f'konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fin-notifika. F'dan il-każ, dawn jenħtieġ jirċievu konferma mingħajr ħlas u b'format li jista' jerġa' jiġi kkonsultat sussegwentement. Il-klijenti tar-roaming jenħtieġ jingħataw l-opportunità ta' nonparteċipazzjoni minn dawk il-limiti finanzjarji jew tal-volum massimi fi żmien raġonevoli jew li jagħżlu li ma jkollhomx limitu bħal dan. Sakemm il-klijenti ma jiddikjarawx mod ieħor, dawn jenħtieġ jitqiegħdu f'sistema ta' limitazzjoni awtomatika.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.

    Emenda  11

    Proposta għal regolament

    Premessa 49a (ġdida)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (49a) Jibqgħu jiddominaw differenzi fil-prezzijiet, kemm għal komunikazzjoni fissa kif ukoll għal dik mobbli, bejn il-komunikazzjoni domestika bil-vuċi u bil-messaġġi testwali u dawk li jintemmu fi Stat Membru ieħor. Dawk id-differenzi fil-prezzijiet ikomplu jaffettwaw gruppi ta' klijenti aktar vulnerabbli u jimponu ostakoli għal komunikazzjoni mingħajr problemi fl-Unjoni. Kwalunkwe differenza fil-prezz bl-imnut sinifikanti bejn servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jintemmu fl-istess Stat Membru u dawk li jintemmu fi Stat Membru ieħor jenħtieġ tkun ġustifikata b'referenza għal kriterji oġġettivi.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija meħtieġa sabiex tikkomplementa l-Artikolu 5a ġdid propost.

    Emenda  12

    Proposta għal regolament

    Premessa 50

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (50) Hemm diskrepanzi konsiderevoli bejn it-tariffi tar-roaming regolati fi ħdan l-Unjoni u t-tariffi tar-roaming imħallsa mill-klijenti waqt ivvjaġġar barra mill-Unjoni, li huma ferm ogħla mill-prezzijiet fl-Unjoni, fejn it-tariffi supplimentari tar-roaming jiġu applikati biss b'mod eċċezzjonali, issa li tneħħew it-tariffi tar-roaming bl-imnut . Minħabba n-nuqqas ta' approċċ konsistenti dwar il-miżuri ta' trasparenza u ta' salvagwardja rigward ir-roaming barra mill-Unjoni, il-konsumaturi mhumiex kunfidenti dwar id-drittijiet tagħhom u għalhekk ħafna drabi jaqtgħu qalbhom milli jużaw is-servizzi mobbli waqt l-ivvjaġġar. Informazzjoni trasparenti pprovduta lill-konsumaturi tista' mhux biss tgħinhom fid-deċiżjoni dwar kif jużaw l-apparat mobbli tagħhom waqt l-ivvjaġġar (fi ħdan l-Unjoni u barra mill-Unjoni), iżda tista' tgħinhom ukoll fl-għażla bejn il-fornituri tar-roaming. Għalhekk, jeħtieġ tiġi indirizzata l-problema tan-nuqqas ta' trasparenza u ta' protezzjoni tal-konsumaturi billi jiġu applikati ċerti miżuri ta' trasparenza u ta' salvagwardja anke għas-servizzi tar-roaming ipprovduti barra mill-Unjoni. Dawk il-miżuri jenħtieġ jiffaċilitaw il-kompetizzjoni u jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

    (50) Hemm diskrepanzi konsiderevoli bejn it-tariffi tar-roaming regolati fi ħdan l-Unjoni u t-tariffi tar-roaming imħallsa mill-klijenti waqt ivvjaġġar barra mill-Unjoni, li huma ferm ogħla mill-prezzijiet fl-Unjoni, fejn it-tariffi supplimentari tar-roaming jiġu applikati biss b'mod eċċezzjonali, issa li tneħħew it-tariffi tar-roaming bl-imnut. Iċ-ċittadini u n-negozji tal-Unjoni f'reġjuni tal-fruntiera esterna jibbenefikaw ħafna minn dispożizzjonijiet tar-roaming ma' pajjiżi ġirien simili għal dawk fl-Unjoni; dan għandu jwassal għal tariffi tar-roaming imnaqqsin meta wieħed juża konnessjonijiet mobbli f'pajjiżi terzi. Minħabba n-nuqqas ta' approċċ konsistenti dwar il-miżuri ta' trasparenza u ta' salvagwardja rigward ir-roaming barra mill-Unjoni, il-konsumaturi m'għandhomx fiduċja fid-drittijiet tagħhom u għalhekk ħafna drabi jaqtgħu qalbhom milli jużaw is-servizzi mobbli waqt l-ivvjaġġar. Informazzjoni trasparenti pprovduta lill-konsumaturi tista' mhux biss tgħinhom fid-deċiżjoni dwar kif jużaw l-apparat mobbli tagħhom waqt l-ivvjaġġar (fi ħdan l-Unjoni u barra mill-Unjoni), iżda tista' tgħinhom ukoll fl-għażla bejn il-fornituri tar-roaming. Għalhekk, jeħtieġ li tiġi indirizzata l-problema tan-nuqqas ta' trasparenza u ta' protezzjoni tal-konsumaturi billi jiġu applikati ċerti miżuri ta' trasparenza u ta' salvagwardja anke għas-servizzi tar-roaming ipprovduti barra mill-Unjoni. Hu meħtieġ ukoll li jkunu inkoraġġuti ftehimiet bilaterali bejn operaturi fl-Unjoni u dawk f'pajjiżi terzi, kif ukoll li jkunu inklużi dispożizzjonijiet tal-RLAH fi ftehimiet internazzjonali futuri ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk li jmissu direttament mal-Unjoni. Dawk il-miżuri jenħtieġ jiffaċilitaw il-kompetizzjoni u jtejbu l-funzjonament tas-suq intern.

    Ġustifikazzjoni

    Iċ-ċittadini tal-Unjoni għadhom iħabbtu wiċċhom ma' tariffi tar-roaming għoljin ħafna meta jużaw konnessjonijiet mobbli f'pajjiżi terzi. Huwa importanti li tiġi indirizzata din il-kwistjoni u jiġu introdotti miżuri li jistgħu jiffaċilitaw it-trasparenza u ftehimiet li jnaqqsu t-tariffi tar-roaming ma' pajjiżi terzi, kif ukoll tkun inkluża d-dispożizzjoni tal-RLAH fi ftehimiet futuri.

    Emenda  13

    Proposta għal regolament

    Premessa 59

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (59) Jenħtieġ li  jiġu mmonitorjati u rieżaminati regolarment il-funzjonament tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa u l-interrelazzjoni tagħhom mas-suq tar-roaming bl-imnut, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi kompetittivi u teknoloġiċi u l-flussi tat-traffiku. Il-Kummissjoni jenħtieġ tressaq żewġ rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li, fir-rapporti tagħha, il-Kummissjoni b'mod partikolari tivvaluta jekk l-RLAH ħalliex impatt fuq l-evoluzzjoni tal-pjanijiet ta' tariffar disponibbli fis-suq bl-imnut. Dak jenħtieġ jinkludi, minn naħa, valutazzjoni ta' kwalunkwe ħruġ ta' pjanijiet ta' tariffar li jinkludu biss servizzi domestiċi u li jeskludu għalkollox is-servizzi tar-roaming bl-imnut, u b'hekk jimminaw l-objettiv stess tal-RLAH u, min-naħa l-oħra, valutazzjoni ta' kwalunkwe tnaqqis fid-disponibbiltà ta' pjanijiet ta' tariffar b'rata fissa, li jista' jirrappreżenta wkoll telf għall-klijenti u jimmina l-objettivi tas-suq uniku diġitali. Jenħtieġ li r-rapporti tal-Kummissjoni, b'mod partikolari, janalizzaw sa liema punt it-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut ġew awtorizzati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-abbiltà tal-operaturi tan-networks tal-pajjiż tal-oriġini li jsostnu l-mudelli ta' tariffar domestiċi tagħhom u l-abbiltà tal-operaturi tan-networks miżjura li jirkupraw il-kostijiet imġarrba b'mod effiċjenti talli jipprovdu servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati. Barra minn hekk, ir-rapporti tal-Kummissjoni jenħtieġ jivvalutaw kif inhu żgurat, fil-livell bl-ingrossa, l-aċċess għal teknoloġiji u ġenerazzjonijiet differenti tan-network; il-livell tal-użu tal-pjattaformi tan-negozjar u ta' strumenti simili għall-kummerċ tat-traffiku fil-livell bl-ingrossa; l-evoluzzjoni tar-roaming minn magna għal magna; il-problemi persistenti fil-livell bl-imnut fir-rigward tas-servizzi ta' valur miżjud u l-applikazzjoni tal-miżuri dwar il-komunikazzjonijiet ta' emerġenza . Biex jiġi ffaċilitat dan ir-rappurtar ħalli jiġi vvalutat kif is-swieq tar-roaming jadattaw għar-regoli dwar l-RLAH, jenħtieġ tinġabar biżżejjed data dwar il-funzjonament ta' dawk is-swieq wara l-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli.

    (59) Jenħtieġ jiġu mmonitorjati u rieżaminati regolarment il-funzjonament tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa u l-interrelazzjoni tagħhom mas-suq tar-roaming bl-imnut, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi kompetittivi u teknoloġiċi u l-flussi tat-traffiku. Il-Kummissjoni jenħtieġ tressaq rapporti biennali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li l-ewwel rapport tali jiġi ppreżentat sat-30 ta' Ġunju 2025. Jenħtieġ li, fir-rapporti tagħha, il-Kummissjoni b'mod partikolari tivvaluta jekk l-RLAH ħalliex impatt fuq l-evoluzzjoni tal-pjanijiet ta' tariffar disponibbli fis-suq bl-imnut. Dak jenħtieġ jinkludi, minn naħa, valutazzjoni ta' kwalunkwe ħruġ ta' pjanijiet ta' tariffar li jinkludu biss servizzi domestiċi u li jeskludu għalkollox is-servizzi tar-roaming bl-imnut, u b'hekk jimminaw l-objettiv stess tal-RLAH u, min-naħa l-oħra, valutazzjoni ta' kwalunkwe tnaqqis fid-disponibbiltà ta' pjanijiet ta' tariffar b'rata fissa, li jista' jirrappreżenta wkoll telf għall-klijenti u jimmina l-objettivi tas-suq uniku diġitali. Jenħtieġ li r-rapporti tal-Kummissjoni, b'mod partikolari, janalizzaw sa liema punt it-tariffi supplimentari tar-roaming bl-imnut ġew awtorizzati mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-abbiltà tal-operaturi tan-networks tal-pajjiż tal-oriġini li jsostnu l-mudelli ta' tariffar domestiċi tagħhom u l-abbiltà tal-operaturi tan-networks miżjura li jirkupraw il-kostijiet imġarrba b'mod effiċjenti talli jipprovdu servizzi tar-roaming bl-ingrossa regolati. Barra minn hekk, ir-rapporti biennali tal-Kummissjoni jenħtieġ jivvalutaw kif inhu żgurat, fil-livell bl-ingrossa, l-aċċess għal teknoloġiji u ġenerazzjonijiet differenti tan-network; il-livell tal-użu tal-pjattaformi tan-negozjar u ta' strumenti simili għall-kummerċ tat-traffiku fil-livell bl-ingrossa; l-evoluzzjoni tar-roaming minn magna għal magna; il-problemi persistenti fil-livell bl-imnut fir-rigward tas-servizzi ta' valur miżjud, u roaming involontarju; l-applikazzjoni tal-miżuri dwar il-komunikazzjonijiet ta' emerġenza; l-effettività tal-obbligi tal-kwalità tas-servizz stabbilita f'dan ir-Regolament; u sa liema punt il-klijenti huma infurmati kif xieraq fil-kuntratti tagħhom dwar dawk l-obbligi u sa liema punt jistgħu jibbenefikaw minn esperjenza ġenwina ta' "roaming daqslikieku f'pajjiżek". Biex jiġi ffaċilitat dan ir-rappurtar ħalli jiġi vvalutat kif is-swieq tar-roaming jadattaw għar-regoli dwar l-RLAH, jenħtieġ tinġabar biżżejjed data dwar il-funzjonament ta' dawk is-swieq wara l-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda qed issir biex jiġi żgurat li jerġgħu jiddaħħlu r-rapporti biennali sabiex tiġi mmonitorjata s-sitwazzjoni fis-suq tar-roaming kif ukoll il-possibbiltà li ssir proposta leġiżlattiva biex jiġi rieżaminat ir-Regolament fl-intier tiegħu, fejn dan ikun iġġustifikat. Barra minn hekk, l-elementi l-ġodda miżjuda huma meħtieġa għall-fini tar-Regolament riformulat biex il-klijenti tar-roaming jingħataw esperjenza ġenwina tal-RLAH.

    Emenda  14

    Proposta għal regolament

    Premessa 63

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (63) Ladarba l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprevedi approċċ komuni li jiżgura li l-utenti tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni meta mqabbla ma' prezzijiet nazzjonali kompetittivi, filwaqt li jżid it-trasparenza u jiżgura s-sostenibbiltà tal-forniment ta' servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi kif ukoll esperjenza ġenwina tal-RLAH mil-lat ta' kwalità tas-servizz u aċċess għas-servizzi ta' emerġenza waqt ir-roaming, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minflok jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

    (63) Ladarba l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jipprevedi approċċ komuni li jiżgura li l-utenti tan-networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli, waqt l-ivvjaġġar fl-Unjoni, u waqt li jużaw networks mhux terrestri abbord inġenji tal-ajru u bastimenti, ma jħallsux prezzijiet eċċessivi għas-servizzi tar-roaming madwar l-Unjoni meta mqabbla ma' prezzijiet nazzjonali kompetittivi, filwaqt li jiżdiedu t-trasparenza u l-protezzjoni tal-konsumatur, kif ukoll tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-forniment ta' servizzi tar-roaming bl-imnut bi prezzijiet domestiċi kif ukoll esperjenza ġenwina tal-RLAH mil-lat ta' kwalità tas-servizz u aċċess għas-servizzi ta' emerġenza waqt ir-roaming, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda minflok jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

    Emenda  15

    Proposta għal regolament

    Artikolu 5a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Artikolu 5a

     

    It-tneħħija tat-tariffi supplimentari bl-imnut għal komunikazzjonijiet intra-Unjoni regolati

     

    1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku ma għandhomx japplikaw tariffi għal servizzi ta' komunikazzjoni fissi u mobbli fi ħdan l-Unjoni li jintemmu fi Stat Membru ieħor li jkunu differenti minn tariffi għal servizzi li jintemmu fl-istess Stat Membru, sakemm il-fornitur ma jurix l-eżistenza ta' spejjeż diretti ġġustifikati b'mod oġġettiv.

     

    2.  Sa... [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-BEREC għandu jipprovdi linji gwida dwar l-irkupru tal-ispejjeż diretti ġġustifikati b'mod oġġettiv kif imsemmi fil-paragrafu 1.

     

    3.  Sa... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni Ewropea, wara konsultazzjoni mal-BEREC, għandha tipprovdi rapport dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1, inkluża valutazzjoni tal-evoluzzjoni tat-tariffi ta' komunikazzjoni fi ħdan l-Unjoni.

    Ġustifikazzjoni

    Din id-dispożizzjoni tgħin biex jinkiseb suq uniku diġitali fis-settur tat-telekomunikazzjoni u tipprovdi soluzzjoni sempliċi u ġusta għal tariffi għaljin għal telefonati internazzjonali mingħajr ma jkun hemm għalfejn jiġu rregolati l-prezzijiet. Li tiġi abolita kwalunkwe tip ta' prattika diskriminatorja, kemm jekk fuq aċċess għal servizzi jew prezzijiet għal servizzi transfruntiera, hija importanti ħafna għall-ħolqien ta' Suq Uniku Diġitali għall-konsumaturi.

    Emenda  16

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c) il-kwalità tas-servizz mistenni b'mod raġonevoli waqt ir-roaming fl-Unjoni.

    (c) informazzjoni ċara u li tinftiehem dwar il-kwalità tas-servizz waqt ir-roaming fl-Unjoni, inkluża l-veloċità massima stmata u rreklamata tad-download u tal-upload tas-servizzi ta' aċċess għad-data, diżaggregata għal kull Stat Membru u għal kull fornitur, f'konformità mal-linji gwida tal-BEREC imsemmija fil-paragrafu 5a.

    Emenda  17

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    4a. Il-fornituri tar-roaming għandhom jiżguraw li kuntratt jinkludi informazzjoni ċara dwar il-proċedura għat-tressiq ta' lmenti meta l-kwalità tas-servizz tikser it-termini tal-kuntratt.

    Emenda  18

    Proposta għal regolament

    Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    5a. Għall-fini tal-iżgurar tal-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, il-BEREC għandu, sa... [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u wara li jikkonsulta l-partijiet ikkonċernati u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, jaġġorna l-linji gwida tiegħu dwar ir-roaming bl-imnut, b'mod partikolari, fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-informazzjoni tal-kwalità tas-servizz imsemmija fil-paragrafi 3(c) u 4a ta' dan l-Artikolu, l-infurzar ta' dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti mill-klijenti, u l-miżuri ta' trasparenza msemmija fl-Artikoli 14, 15 u 16.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test.

    Emenda  19

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-fornituri tar-roaming għandhom, għajr meta l-klijent tar-roaming ikun innotifika lill-fornitur tar-roaming li ma jeħtieġx dan is-servizz, jipprovdu informazzjoni personalizzata bażika lill-klijent, permezz ta' Servizz ta' Messaġġi awtomatiċi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru differenti minn dak tal-fornitur domestiku tiegħu, dwar ir-riskju potenzjali ta' żieda fit-tariffi minħabba l-użu ta' servizzi ta' valur miżjud, inkluż link għal paġna web apposta b'informazzjoni dwar it-tipi ta' servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fil-kostijiet u, jekk disponibbli, informazzjoni dwar il-meded tan-numri għas-servizzi ta' valur miżjud.

    Il-fornituri tar-roaming għandhom, għajr meta l-klijenti tar-roaming ikunu nnotifikaw lill-fornitur tar-roaming li ma jeħtiġux dan is-servizz, jipprovdu lill-klijent, permezz ta' Servizz ta' Messaġġi awtomatiċi, mingħajr dewmien żejjed u mingħajr ħlas, meta l-klijenti tar-roaming jidħlu fi Stat Membru differenti minn dak tal-fornitur domestiku tagħhom, b'informazzjoni dwar ir-riskju potenzjali ta' żieda fit-tariffi minħabba l-użu ta' servizzi ta' valur miżjud fl-Istat Membru miżjur, inkluż l-aċċess, mingħajr ħlas, għal link għal paġna web apposta li tipprovdi informazzjoni dwar it-tipi ta' servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għal żieda fil-kostijiet u, meta disponibbli, informazzjoni dwar il-meded tan-numri għas-servizzi ta' valur miżjud u t-tariffi applikabbli possibbli.

    Emenda  20

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 7

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-ewwel, it-tieni, il-ħames u s-sitt subparagrafi, għajr ir-referenza għall-politika ta' użu ġust u t-tariffa supplimentari applikata skont l-Artikolu 7, għandhom japplikaw ukoll għas-servizzi tar-roaming bil-vuċi u tal-messaġġi SMS użati mill-klijenti tar-roaming waqt ivvjaġġar barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.

    L-ewwel, it-tieni, il-ħames u s-sitt subparagrafi, għajr ir-referenza għall-politika ta' użu ġust u t-tariffa supplimentari applikata skont l-Artikolu 7, għandhom japplikaw ukoll għas-servizzi tar-roaming bil-vuċi u tal-messaġġi testwali użati mill-klijenti tar-roaming waqt ivvjaġġar barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming f'pajjiż terz u għall-użu ta' networks mhux terrestri.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija meħtieġa għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test u biex il-klijenti jinżammu infurmati b'mod adegwat.

    Emenda  21

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 − paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. Minbarra l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas u irrispettivament minn fejn ikunu fl-Unjoni, aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli fin-network miżjur għat-telefonati bil-vuċi u l-messaġġi SMS, u informazzjoni dwar il-miżuri tat-trasparenza, applikabbli skont dan ir-Regolament, permezz ta' telefonata mobbli jew SMS. Din it-talba għandha ssir permezz ta' numru mingħajr ħlas assenjat għal dan il-għan mill-fornitur tar-roaming. L-obbligi previsti fil-paragrafi 1 ma għandhomx japplikaw għall-apparati li ma jappoġġax il-funzjonalità tal-SMS.

    2. Minbarra l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1, il-klijenti għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, mingħajr ħlas u irrispettivament minn fejn ikunu fl-Unjoni, aktar informazzjoni personalizzata dettaljata dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli fin-network miżjur għat-telefonati bil-vuċi u l-messaġġi testwali, u informazzjoni dwar il-miżuri tat-trasparenza, applikabbli skont dan ir-Regolament, permezz ta' telefonata mobbli jew messaġġ testwali. Din it-talba għandha ssir permezz ta' numru mingħajr ħlas assenjat għal dan il-għan mill-fornitur tar-roaming. L-obbligi previsti fil-paragrafi 1 ma għandhomx japplikaw għall-apparati li ma jappoġġawx il-funzjonalità ta' messaġġ testwali.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test kif ukoll biex tinkludi modi oħra ta' komunikazzjoni minbarra l-SMS.

    Emenda  22

    Proposta għal regolament

    Artikolu 14 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    5. Il-fornituri tar-roaming għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni lill-klijenti tagħhom dwar kif jistgħu jevitaw ir-roaming involontarju fir-reġjuni tal-fruntieri. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għal aċċess involontarju għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom.

    5. Il-fornituri tar-roaming għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni lill-klijenti tagħhom dwar kif jistgħu jevitaw ir-roaming involontarju fir-reġjuni tal-fruntieri u waqt li jintużaw networks mhux terrestri. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għal aċċess involontarju għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija meħtieġa għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test u biex il-klijenti jinżammu infurmati b'mod adegwat.

    Emenda  23

    Proposta għal regolament

    Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-informazzjoni għandha tintbagħat lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming, pereżempju b'messaġġ SMS, b'email jew b'pop-up fuq l-apparat mobbli, kull darba li l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru li mhux dak tal-fornitur domestiku tiegħu u jibda servizz għall-ewwel darba ta' roaming tad-data f'dak l-Istat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument meta l-klijent tar-roaming jibda servizz tar-roaming regolat tad-data, permezz ta' mezz xieraq li jista' jasal u jinftiehem faċilment.

    L-informazzjoni għandha tintbagħat direttament lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming, pereżempju permezz ta' messaġġ testwali, b'email jew b'pop-up fuq l-apparat mobbli, kull darba li l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru li mhux dak tal-fornitur domestiku tiegħu u jibda servizz għall-ewwel darba ta' roaming tad-data f'dak l-Istat Membru partikolari. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument meta l-klijent tar-roaming jibda servizz tar-roaming regolat tad-data, permezz ta' mezz xieraq li jista' jasal u jinftiehem faċilment.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test kif ukoll biex tinkludi modi oħra ta' komunikazzjoni minbarra l-SMS.

    Emenda  24

    Proposta għal regolament

    Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4. Kull fornitur tar-roaming għandu jagħti l-opportunità lill-klijenti tar-roaming kollha tiegħu li deliberatament u mingħajr ħlas jagħżlu faċilità li tipprovdi informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum akkumulat, espressa bħala volum jew bil-munita tal-fatturar tal-klijent tar-roaming għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data tul perjodu speċifikat tal-użu, għajr l-MMS iffatturati abbażi ta' kull unità, ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat.

    4. Kull fornitur tar-roaming għandu jagħti lill-klijenti tar-roaming kollha tiegħu l-aċċess mingħajr ħlas għal faċilità li tipprovdi informazzjoni fil-ħin dwar il-konsum akkumulat, espressa bħala volum jew bil-munita tal-fatturar tal-klijent tar-roaming għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data u li tiggarantixxi li, mingħajr il-kunsens espliċitu tal-klijent, in-nefqa akkumulata għas-servizzi tar-roaming regolati tad-data tul perjodu speċifikat tal-użu, għajr l-MMS iffatturati abbażi ta' kull unità, ma taqbiżx limitu finanzjarju speċifikat. Il-klijenti jistgħu jinnotifikaw lill-fornitur tar-roaming li ma jeħtiġux aċċess għal tali faċilità.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija meħtieġa għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test kif ukoll biex il-klijenti tar-roaming ikunu protetti minn kontijiet għolja immens.

    Emenda  25

    Proposta għal regolament

    Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 6

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Kull fornitur tar-roaming għandu wkoll jiżgura li tintbagħat notifika xierqa lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming, pereżempju b'messaġġ SMS, b'email, jew b'pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi tar-roaming tad-data jkunu laħqu t-80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat notifiki ta' dan it-tip u għandu jkollu d-dritt li fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas jitlob lill-fornitur biex jerġa' jibda s-servizz.

    Kull fornitur tar-roaming għandu wkoll jiżgura li tintbagħat notifika xierqa direttament lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming, pereżempju permezz ta' messaġġ testwali jew b'pop-up fuq il-kompjuter, meta s-servizzi tar-roaming tad-data jkunu laħqu t-80 % tal-limitu finanzjarju jew tal-volum miftiehem. Kull klijent għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-fornitur tar-roaming biex ma jibqax jibgħat notifiki ta' dan it-tip u għandu jkollu d-dritt li fi kwalunkwe ħin u mingħajr ħlas jitlob lill-fornitur biex jerġa' jibda s-servizz.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija meħtieġa biex tiżgura l-loġika u l-koerenza interna tat-test kif ukoll biex tinkludi modi oħra ta' komunikazzjoni minbarra l-SMS.

    Emenda  26

    Proposta għal regolament

    Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 8

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Kull meta klijent tar-roaming jitlob li jagħżel jew ineħħi faċilità ta' limitu finanzjarju jew tal-volum, il-bidla għandha ssir fi żmien jum wieħed tax-xogħol mill-wasla tat-talba, għandha tkun mingħajr ħlas, u ma għandhiex tinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma' elementi oħra tal-abbonament.

    Kull meta klijent tar-roaming jitlob li jneħħi jew jagħżel faċilità ta' limitu finanzjarju jew tal-volum, il-bidla għandha ssir fi żmien jum wieħed tax-xogħol mill-wasla tat-talba, għandha tkun mingħajr ħlas, u ma għandhiex tinvolvi kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet relatati ma' elementi oħra tal-abbonament.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.

    Emenda  27

    Proposta għal regolament

    Artikolu 15 – paragrafu 6

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu passi raġonevoli biex jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għal aċċess involontarju għas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jinkludi informazzjoni lill-klijenti dwar kif jistgħu jevitaw ir-roaming involontarju fir-reġjuni tal-fruntieri.

    6. Il-fornituri tar-roaming għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex effettivament jipproteġu lill-klijenti tagħhom milli jħallsu tariffi tar-roaming għall-aċċess involontarju tas-servizzi tar-roaming meta jkunu fl-Istat Membru tagħhom. Dan għandu jinkludi informazzjoni lill-klijenti dwar kif effettivament jistgħu jevitaw ir-roaming involontarju fir-reġjuni tal-fruntieri.

     

    Emenda  28

    Proposta għal regolament

    Artikolu 15 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Dan l-Artikolu, għajr il-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, u soġġett għat-tieni u t-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandu japplika wkoll għas-servizzi tar-roaming tad-data użati mill-klijenti tar-roaming waqt ivvjaġġar barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming.

    Dan l-Artikolu, għajr il-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3, u soġġett għat-tieni u t-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandu japplika wkoll għas-servizzi tar-roaming tad-data użati mill-klijenti tar-roaming waqt ivvjaġġar barra mill-Unjoni u pprovduti minn fornitur tar-roaming u l-użu ta' networks mhux terrestri.

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija meħtieġa għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test u biex il-klijenti jinżammu infurmati b'mod adegwat.

    Emenda  29

    Proposta għal regolament

    Artikolu 16 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Messaġġ awtomatiku mingħand il-fornitur tar-roaming għandu jinforma lill-klijent tar-roaming li dan tal-aħħar jista' jaċċessa s-servizzi ta' emerġenza mingħajr ħlas billi jċempel in-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112" u b'mezzi alternattivi ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza ordnati fl-Istat Membru miżjur. L-informazzjoni għandha tintbagħat lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming b'messaġġ SMS, kull darba li l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru differenti minn dak tal-fornitur domestiku tiegħu. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas fil-mument meta l-klijent tar-roaming jibda servizz tar-roaming, permezz ta' mezz xieraq li jista' jasal u jinftiehem faċilment.

    Messaġġ awtomatiku mingħand il-fornitur tar-roaming għandu jinforma lill-klijent tar-roaming li dan tal-aħħar jista' jaċċessa s-servizzi ta' emerġenza mingħajr ħlas billi jikkuntattja n-numru uniku Ewropew ta' emerġenza "112" u billi jinkludi link għal paġna web apposta, mingħajr ħlas, u totalment aċċessibbli għal persuni b'diżabilità li tipprovdi informazzjoni dwar mezzi alternattivi ta' aċċess għas-servizzi ta' emerġenza permezz tal-komunikazzjonijiet ta' emerġenza ordnati fl-Istat Membru miżjur. L-informazzjoni għandha tintbagħat direttament lill-apparat mobbli tal-klijent tar-roaming b'messaġġ testwali, kull darba li l-klijent tar-roaming jidħol fi Stat Membru differenti minn dak tal-fornitur domestiku tiegħu. Din għandha tintbagħat mingħajr ħlas permezz ta' mezz xieraq adattat biex jiffaċilità l-wasla u l-fehim faċli tagħha. F'dak il-messaġġ il-fornituri tar-roaming għandhom jinkludu link aċċessibbli għall-applikazzjoni mobbli li permezz tagħha jintbagħtu twissijiet pubbliċi fl-Istat Membru miżjur, jekk ikun applikabbli.

    Emenda  30

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni għandha, tikkonsulta lill-BEREC u tressaq żewġ rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Meta meħtieġ, wara s-sottomissjoni ta' kull rapport, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 22 li jemenda t-tariffi massimi bl-ingrossa għas-servizzi tar-roaming regolati stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta' Ġunju 2025 u t-tieni sat-30 ta' Ġunju 2029 .

    Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-BEREC, tippreżenta rapporti biennali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjati, jekk ikun xieraq, bi proposta leġiżlattiva li temenda dan ir-Regolament inkluża proposta għal reviżjoni tat-tariffi massimi bl-ingrossa għas-servizzi regolati tar-roaming stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta' Ġunju 2025.

    Emenda  31

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt aa (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa) l-effettività ta' teknoloġiji u ta' miżuri li għandhom l-għan li jimminimizzaw ir-riskju ta' roaming involontarju, filwaqt li jitqiesu l-problemi għall-konsumaturi li jgħixu f'reġjuni tal-fruntiera;

    Emenda  32

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt i

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (i) l-impatt tal-applikazzjoni tal-politiki ta' użu ġust minn operaturi f'konformità mal-Artikolu 8, inkluż l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe inkonsistenza fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki ta' użu ġust;

    (i) l-impatt tal-applikazzjoni tal-politiki ta' użu ġust minn operaturi f'konformità mal-Artikolu 8, inkluż l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe inkonsistenza fl-applikazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' dawn il-politiki ta' użu ġust u sa liema punt dawn il-politiki huma meħtieġa fil-futur;

    Ġustifikazzjoni

    Din l-emenda hija neċessarja għal raġunijiet urġenti marbuta mal-loġika interna tat-test.

    Emenda  33

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ia (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ia) l-effettività tal-obbligi tal-kwalità tas-servizz introdotti f'dan ir-Regolament u sa liema punt il-klijenti huma infurmati kif xieraq u sa liema punt jistgħu jibbenefikaw minn esperjenza ġenwina ta' RLAH.

    Emenda  34

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt j

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (j) il-punt sa fejn il-klijenti tar-roaming u l-operaturi jiffaċċjaw problemi fir-rigward tas-servizzi ta' valur miżjud;

    (j) il-punt sa fejn il-klijenti tar-roaming u l-operaturi jiffaċċjaw problemi fir-rigward tas-servizzi ta' valur miżjud u kif dawk il-problemi jistgħu jiġu solvuti sabiex ikunu protetti l-konsumaturi u jissaħħaħ is-suq intern;

    Emenda  35

    Proposta għal regolament

    Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ja) l-effettività ta' dan ir-Regolament li jiżgura aċċess ugwali għal komunikazzjonijiet elettroniċi minn persuni b'diżabilità meta jivvjaġġaw fiż-ŻEE.

    Emenda  36

    Proposta għal regolament

    Artikolu 26 – paragrafu 1a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    1a. Dan ir-Regolament għandu japplika minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], għajr li l-Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 16, it-tieni paragrafu, għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2023 f'konformità mal-iskadenza għall-istabbiliment tal-bażi tad-data msemmija fl-Artikolu 17.


    ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI
    LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT

    Il-lista li ġejja hija kkompilata fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-Rapporteur. Ir-Rapporteur irċeviet kontribut mingħand l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-opinjoni, sal-adozzjoni tagħha fil-kumitat:

    Persuna

    Entità

     

    BEREC (Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi)

     

    BEUC (Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi)

     

    Cicada Exchange

     

    EDF (Forum Ewropew dwar id-Diżabbiltà)

     

    ETNO (Assoċjazzjoni Ewropea tal-Operaturi tan-Networks tat-Telekomunikazzjoni)

     

    Kummissjoni Ewropea

     

    Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

     

    Assoċjazzjoni Ewropea tan-Numru ta' Emerġenza - EENA112

     

    Giga Europe

     

    Liberty Global

     

    MVNO Europe

     

     

    Orange

     

     

    Presidenza Portugiża tal-Kunsill

     

     

    Telia

     

     

    United Internet

     


    PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

    Titolu

    Ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni)

    Referenzi

    COM(2021)0085 – C9-0085/2021 – 2021/0045(COD)

    Kumitat responsabbli

     Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ITRE

    24.3.2021

     

     

     

    Opinjoni(jiet) mogħtija minn

     Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    IMCO

    24.3.2021

    Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    10.6.2021

    Rapporteur għal opinjoni

     Data tal-ħatra

    Róża Thun und Hohenstein

    19.4.2021

    Eżami fil-kumitat

    26.5.2021

    22.6.2021

     

     

    Data tal-adozzjoni

    12.7.2021

     

     

     

    Result of final vote

    +:

    –:

    0:

    45

    0

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Alex Agius Saliba, Andrus Ansip, Pablo Arias Echeverría, Alessandra Basso, Brando Benifei, Adam Bielan, Hynek Blaško, Biljana Borzan, Vlad-Marius Botoş, Markus Buchheit, Andrea Caroppo, Anna Cavazzini, Dita Charanzová, Deirdre Clune, David Cormand, Carlo Fidanza, Evelyne Gebhardt, Alexandra Geese, Sandro Gozi, Maria Grapini, Svenja Hahn, Virginie Joron, Eugen Jurzyca, Marcel Kolaja, Kateřina Konečná, Andrey Kovatchev, Jean-Lin Lacapelle, Maria-Manuel Leitão-Marques, Morten Løkkegaard, Antonius Manders, Leszek Miller, Anne-Sophie Pelletier, Miroslav Radačovský, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Róża Thun und Hohenstein, Marco Zullo

    Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

    Clara Aguilera, Maria da Graça Carvalho, Christian Doleschal, Claude Gruffat, Jiří Pospíšil, Kosma Złotowski


    VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
    FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

    45

    +

    ECR

    Adam Bielan, Carlo Fidanza, Eugen Jurzyca, Kosma Złotowski

    ID

    Alessandra Basso, Hynek Blaško, Markus Buchheit, Virginie Joron, Jean-Lin Lacapelle

    NI

    Miroslav Radačovský

    PPE

    Pablo Arias Echeverría, Andrea Caroppo, Maria da Graça Carvalho, Deirdre Clune, Christian Doleschal, Andrey Kovatchev, Antonius Manders, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Róża Thun und Hohenstein

    Renew

    Andrus Ansip, Vlad-Marius Botoş, Dita Charanzová, Sandro Gozi, Svenja Hahn, Morten Løkkegaard, Marco Zullo

    S&D

    Alex Agius Saliba, Clara Aguilera, Brando Benifei, Biljana Borzan, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Maria-Manuel Leitão-Marques, Leszek Miller, Christel Schaldemose

    The Left

    Kateřina Konečná, Anne-Sophie Pelletier

    Verts/ALE

    Anna Cavazzini, David Cormand, Alexandra Geese, Claude Gruffat, Marcel Kolaja

     

    Tifsira tas-simboli użati:

    + : favur

    - : kontra

    0 : astensjoni

     

     

     

     


     

    PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

    Titolu

    Ir-roaming fuq networks pubbliċi tal-komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (riformulazzjoni)

    Referenzi

    COM(2021)0085 – C9-0085/2021 – 2021/0045(COD)

    Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

    25.2.2021

     

     

     

    Kumitat responsabbli

     Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ITRE

    24.3.2021

     

     

     

    Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

     Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    IMCO

    24.3.2021

     

     

     

    Kumitati assoċjati

     Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    IMCO

    10.6.2021

     

     

     

    Rapporteurs

     Data tal-ħatra

    Angelika Winzig

    19.3.2021

     

     

     

    Eżami fil-kumitat

    18.3.2021

    17.6.2021

     

     

    Data tal-adozzjoni

    14.10.2021

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    67

    0

    7

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    François Alfonsi, Nicola Beer, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Michael Bloss, Paolo Borchia, Markus Buchheit, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Carlo Calenda, Maria da Graça Carvalho, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Josianne Cutajar, Nicola Danti, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Valter Flego, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Claudia Gamon, Jens Geier, Nicolás González Casares, Bart Groothuis, Christophe Grudler, András Gyürk, Henrike Hahn, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Ivars Ijabs, Romana Jerković, Eva Kaili, Izabela-Helena Kloc, Andrius Kubilius, Miapetra Kumpula-Natri, Thierry Mariani, Marisa Matias, Eva Maydell, Joëlle Mélin, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Angelika Niebler, Ville Niinistö, Aldo Patriciello, Mauri Pekkarinen, Tsvetelina Penkova, Morten Petersen, Markus Pieper, Clara Ponsatí Obiols, Manuela Ripa, Jérôme Rivière, Robert Roos, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Riho Terras, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Marie Toussaint, Isabella Tovaglieri, Viktor Uspaskich, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Carlos Zorrinho

    Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

    Izaskun Bilbao Barandica, Cornelia Ernst, Elena Lizzi, Jutta Paulus, Ernő Schaller-Baross, Angelika Winzig

    Data tat-tressiq

    15.10.2021

     


    VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

    67

    +

    ECR

    Izabela-Helena Kloc, Robert Roos, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Grzegorz Tobiszowski, Evžen Tošenovský

    ID

    Markus Buchheit

    NI

    András Gyürk, Clara Ponsatí Obiols, Ernő Schaller-Baross, Viktor Uspaskich

    PPE

    François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Maria da Graça Carvalho, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Andrius Kubilius, Eva Maydell, Angelika Niebler, Markus Pieper, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Riho Terras, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Angelika Winzig

    Renew

    Nicola Beer, Izaskun Bilbao Barandica, Nicola Danti, Valter Flego, Claudia Gamon, Bart Groothuis, Christophe Grudler, Ivars Ijabs, Iskra Mihaylova, Mauri Pekkarinen, Morten Petersen

    S&D

    Carlo Calenda, Josianne Cutajar, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Jens Geier, Nicolás González Casares, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Romana Jerković, Eva Kaili, Miapetra Kumpula-Natri, Dan Nica, Tsvetelina Penkova, Patrizia Toia, Carlos Zorrinho

    The Left

    Cornelia Ernst, Marisa Matias

    Verts/ALE

    François Alfonsi, Michael Bloss, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Henrike Hahn, Ville Niinistö, Jutta Paulus, Manuela Ripa, Marie Toussaint

     

    0

    -

     

     

     

    7

    0

    ID

    Paolo Borchia, Elena Lizzi, Thierry Mariani, Joëlle Mélin, Jérôme Rivière, Isabella Tovaglieri

    PPE

    Aldo Patriciello

     

    Tifsira tas-simboli użati

    + : favur

    - : kontra

    0 : astensjoni:

     

     

     

     

    Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Novembru 2021
    Avviż legali - Politika tal-privatezza