RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
15.10.2021 - (COM(2020)0829 – C9-0421/2020 – 2020/0365(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Michal Šimečka
Rapporteurs għal opinjoni (*):
Nils Torvalds, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Alex Agius Saliba, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
- PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
(COM(2020)0829 – C9-0421/2020 – 2020/0365(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0829),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0421/2020),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0289/2021),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE17 tipprevedi proċedura għad-deżinjazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea fis-setturi tal-enerġija u t-trasport, li t-tfixkil jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt transfruntier sinifikanti fuq mill-inqas żewġ Stati Membri. Din id-Direttiva ffukat esklussivament fuq il-protezzjoni ta' infrastrutturi bħal dawn. Madankollu, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/114/KE li saret fl-201918 sabet li minħabba n-natura dejjem aktar interkonnessa u transfruntiera tal-operazzjonijiet li jużaw l-infrastruttura kritika, il-miżuri protettivi relatati mal-assi individwali waħedhom mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu milli jseħħ kull tfixkil. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-approċċ jinbidel lejn l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, jiġifieri, il-kapaċità tagħhom li jtaffu, jassorbu, jakkomodaw u jirkupraw minn inċidenti li għandhom il-potenzjal li jfixklu l-operazzjonijiet tal-entità kritika. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE17 tipprevedi proċedura għad-deżinjazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea fis-setturi tal-enerġija u t-trasport, li t-tfixkil jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt transfruntier sinifikanti fuq mill-inqas żewġ Stati Membri. Din id-Direttiva ffukat esklussivament fuq il-protezzjoni ta' infrastrutturi bħal dawn. Madankollu, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/114/KE li saret fl-201918 sabet li minħabba n-natura dejjem aktar interkonnessa u transfruntiera tal-operazzjonijiet li jużaw l-infrastruttura kritika, il-miżuri protettivi relatati mal-assi individwali waħedhom mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu milli jseħħ kull tfixkil. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-approċċ jinbidel lejn l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, jiġifieri, il-kapaċità tagħhom li jtaffu, jassorbu, jirreaġixxu, jakkomodaw u jirkupraw minn inċidenti li għandhom il-potenzjal li jfixklu l-forniment ta' servizzi essenzjali mill-entità kritika, il-moviment liberu ta' servizzi essenzjali u l-funzjonament tas-suq intern. |
_________________ |
_________________ |
17 Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75). |
17 Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75). |
18 SWD(2019) 308. |
18 SWD(2019) 308. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Minkejja l-miżuri eżistenti fil-livell tal-Unjoni19 u dak nazzjonali mmirati lejn l-appoġġ tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fl-Unjoni, l-entitajiet li joperaw dawk l-infrastrutturi mhumiex mgħammra b'mod adegwat biex jindirizzaw ir-riskji kurrenti u dawk futuri antiċipati għall-operazzjonijiet tagħhom li jistgħu jirriżultaw f'interruzzjonijiet fil-forniment ta' servizzi li huma essenzjali għat-twettiq ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali. Dan minħabba xenarju ta' theddid dinamiku b'theddida terroristika li qed tevolvi u b'interdipendenzi li qed jikbru bejn l-infrastrutturi u s-setturi, kif ukoll riskju fiżiku miżjud minħabba diżastri naturali u t-tibdil fil-klima, li jżid il-frekwenza u l-iskala ta' avvenimenti ta' temp estrem u jġib tibdil fit-tul fil-klima medja li jista' jnaqqas il-kapaċità u l-effiċjenza ta' ċerti tipi ta' infrastruttura jekk ma jkunx hemm fis-seħħ miżuri ta' reżiljenza jew adattament għat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, is-setturi u t-tipi ta' entitajiet rilevanti mhumiex rikonoxxuti b'mod konsistenti bħala kritiċi fl-Istati Membri kollha. |
(2) Minkejja l-miżuri eżistenti fil-livell tal-Unjoni19 u dak nazzjonali mmirati lejn l-appoġġ tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fl-Unjoni, l-entitajiet li joperaw dawk l-infrastrutturi mhumiex dejjem mgħammra b'mod adegwat biex jindirizzaw ir-riskji kurrenti u dawk futuri antiċipati għall-operazzjonijiet tagħhom li jistgħu jirriżultaw f'interruzzjonijiet fil-forniment ta' servizzi li huma essenzjali għat-twettiq ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali. Dan minħabba xenarju ta' theddid dinamiku b'theddid ibridu u terroristiku li qed jevolvi u b'interdipendenzi li qed jikbru bejn l-infrastrutturi u s-setturi, kif ukoll riskju fiżiku miżjud minħabba diżastri naturali u t-tibdil fil-klima, li jżid il-frekwenza u l-iskala ta' avvenimenti ta' temp estrem u jġib tibdil fit-tul fil-klima medja li jista' jnaqqas il-kapaċità, l-effiċjenza u t-tul ta' ħajja ta' ċerti tipi ta' infrastruttura jekk ma jkunx hemm fis-seħħ miżuri ta' reżiljenza jew adattament għat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, is-setturi u t-tipi ta' entitajiet rilevanti mhumiex rikonoxxuti b'mod konsistenti bħala kritiċi fl-Istati Membri kollha. Fil-livell tal-Unjoni m'hemm ebda lista rikonoxxuta unika ta' setturi ta' infrastruttura kritika. Minflok, atti legali differenti jkopru setturi differenti. |
_________________ |
_________________ |
19 Il-Programm Ewropew għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika (European Programme for Critical Infrastructure Protection, EPCIP). |
19 Il-Programm Ewropew għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika (European Programme for Critical Infrastructure Protection, EPCIP). |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Ċerti infrastrutturi kritiċi għandhom dimensjoni pan-Ewropea, bħall-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru, il-Eurocontrol u s-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita tal-Unjoni, Galileo. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Dawk l-interdipendenzi li qed jiżdiedu huma r-riżultat ta' network dejjem aktar transfruntier u interdipendenti ta' forniment ta' servizzi bl-użu ta' infrastrutturi kritiċi madwar l-Unjoni fis-setturi tal-enerġija, it-trasport, il-banek, l-infrastruttura tas-suq finanzjarju, l-infrastruttura diġitali, l-ilma tax-xorb u l-ilma mormi, is-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll l-ispazju sa fejn hija kkonċernata l-provvista ta' ċerti servizzi li jiddependu fuq l-infrastrutturi li huma proprjetà tal-Istati Membri jew partijiet privati, ġestiti jew operati minnhom, u għalhekk ma tkoprix infrastrutturi li huma proprjetà tal-Unjoni, ġestiti jew operati minnha jew f'isimha bħala parti mill-programmi spazjali tagħha. Dawn l-interdipendenzi jfissru li kwalunkwe tfixkil, anki wieħed inizjalment limitat għal entità waħda jew għal settur wieħed, jista' jkollu effetti kaskata b'mod aktar wiesa', li potenzjalment jistgħu jwasslu għal impatti negattivi fit-tul u mifruxa fit-tul fuq il-forniment tas-servizzi fis-suq intern. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet il-vulnerabbiltà tas-soċjetajiet dejjem aktar interdipendenti tagħna fid-dawl ta' riskji ta' probabbiltà baxxa. |
(3) Dawk l-interdipendenzi li qed jiżdiedu huma r-riżultat ta' network dejjem aktar transfruntier u interdipendenti ta' forniment ta' servizzi bl-użu ta' infrastrutturi kritiċi madwar l-Unjoni fis-setturi tal-enerġija, it-trasport, il-banek, l-infrastruttura tas-suq finanzjarju, l-infrastruttura diġitali, l-ilma tax-xorb u l-ilma mormi, il-produzzjoni, il-forniment u l-kunsinja tal-ikel, is-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll l-ispazju sa fejn hija kkonċernata l-provvista ta' ċerti servizzi li jiddependu fuq l-infrastrutturi li huma proprjetà tal-Istati Membri jew partijiet privati, ġestiti jew operati minnhom, u għalhekk ma tkoprix infrastrutturi li huma proprjetà tal-Unjoni, ġestiti jew operati minnha jew f'isimha bħala parti mill-programmi spazjali tagħha. Dawn l-interdipendenzi jfissru li kwalunkwe tfixkil tas-servizzi essenzjali, anki wieħed inizjalment limitat għal entità waħda jew għal settur wieħed, jista' jkollu effetti kaskata b'mod aktar wiesa', li potenzjalment jistgħu jwasslu għal impatti negattivi fit-tul u mifruxa fit-tul fuq il-forniment tas-servizzi fis-suq intern. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet il-vulnerabbiltà tas-soċjetajiet dejjem aktar interdipendenti tagħna fid-dawl ta' riskji ta' probabbiltà baxxa. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-entitajiet involuti fil-forniment ta' servizzi essenzjali huma dejjem aktar soġġetti għal rekwiżiti diverġenti imposti skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Il-fatt li xi Stati Membri għandhom rekwiżiti ta' sigurtà inqas stretti fuq dawn l-entitajiet mhux biss jirriskja li jkollu impatt negattiv fuq iż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali madwar l-Unjoni, iżda jwassal ukoll għal ostakli fil-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Tipi simili ta' entitajiet huma meqjusa bħala kritiċi f'xi Stati Membri iżda mhux f'oħrajn, u dawk li huma identifikati bħala kritiċi huma soġġetti għal rekwiżiti diverġenti fi Stati Membri differenti. Dan jirriżulta f'piżijiet amministrattivi addizzjonali u bla bżonn għal kumpaniji li joperaw bejn il-fruntieri, b'mod partikolari għal kumpaniji attivi fl-Istati Membri b'rekwiżiti aktar stretti. |
(4) L-entitajiet involuti fil-forniment ta' servizzi essenzjali huma soġġetti għal rekwiżiti diverġenti imposti skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Il-fatt li xi Stati Membri għandhom rekwiżiti ta' sigurtà inqas stretti fuq dawn l-entitajiet mhux biss joħloq livelli li jvarjaw ta' reżiljenza iżda jkollu wkoll impatt negattiv fuq iż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali madwar l-Unjoni, u jwassal għal kompetizzjoni inġusta u għal ostakli fil-funzjonament tajjeb tas-suq intern. L-investituri u l-kumpaniji jistgħu jiddependu fuq u jafdaw lil entitajiet kritiċi li jkunu reżiljenti, u l-affidabbiltà u l-fiduċja huma l-pedamenti ta' suq intern li jiffunzjona tajjeb. Tipi simili ta' entitajiet huma meqjusa bħala kritiċi f'xi Stati Membri iżda mhux f'oħrajn, u dawk li huma identifikati bħala kritiċi huma soġġetti għal rekwiżiti diverġenti fi Stati Membri differenti. Dan jirriżulta f'piżijiet amministrattivi addizzjonali u bla bżonn għal kumpaniji li joperaw bejn il-fruntieri, b'mod partikolari għal kumpaniji attivi fl-Istati Membri b'rekwiżiti aktar stretti. Għalhekk qafas tal-Unjoni jkollu wkoll l-effett li joħloq kundizzjonijiet ekwi għall-entitajiet kritiċi fl-Unjoni kollha. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli minimi armonizzati biex jiġi żgurat il-forniment ta' servizzi essenzjali fis-suq intern u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. |
(5) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli minimi armonizzati biex jiġu żgurati l-forniment u l-moviment liberu ta' servizzi essenzjali fis-suq intern, biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u biex tittejjeb il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti. Huwa essenzjali li dawk ir-regoli jibqgħu validi fil-futur. Għal dak il-għan, l-għan ta' din id-Direttiva huwa li tagħmel l-entitajiet kritiċi reżiljenti, u b'hekk ittejjeb il-kapaċità tagħhom li jiżguraw il-provvista kontinwa ta' servizzi essenzjali quddiem sett varjat ta' riskji. Billi tistabbilixxi regoli minimi, din id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jadottaw jew iżommu regoli aktar stretti biex jiġi żgurat il-forniment ta' servizzi essenzjali fis-suq intern u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Sabiex jinkiseb dak l-objettiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw l-entitajiet kritiċi li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti u sorveljanza speċifiċi, iżda wkoll għal appoġġ u gwida partikolari mmirati lejn il-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza fid-dawl tar-riskji rilevanti kollha. |
(6) Sabiex jinkiseb dak l-objettiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw l-entitajiet kritiċi li jipprovdu servizzi essenzjali fis-setturi u s-subsetturi stabbiliti fl-Anness ta' din id-Direttiva. Dawk l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti u sorveljanza speċifiċi, iżda wkoll għal appoġġ u gwida partikolari mmirati lejn il-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza fid-dawl tar-riskji rilevanti kollha. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Ċerti setturi tal-ekonomija bħall-enerġija u t-trasport diġà huma regolati jew jistgħu jiġu regolati fil-futur permezz ta' atti tad-dritt tal-Unjoni speċifiċi għas-settur li fihom regoli relatati ma' ċerti aspetti tar-reżiljenza ta' entitajiet li joperaw f'dawk is-setturi. Sabiex tiġi indirizzata b'mod komprensiv ir-reżiljenza ta' dawk l-entitajiet li huma kritiċi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, dawk il-miżuri speċifiċi għas-settur jenħtieġ li jiġu kkumplimentati minn dawk previsti f'din id-Direttiva, li toħloq qafas ġenerali li jindirizza r-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi fir-rigward tal-perikli kollha, jiġifieri dawk naturali u kkawżati mill-bniedem, aċċidentali u intenzjonali. |
(7) Ċerti setturi tal-ekonomija bħall-enerġija u t-trasport diġà huma regolati jew jistgħu jiġu regolati fil-futur permezz ta' atti tad-dritt tal-Unjoni speċifiċi għas-settur li fihom regoli relatati ma' ċerti aspetti tar-reżiljenza ta' entitajiet li joperaw f'dawk is-setturi. Sabiex tiġi indirizzata b'mod komprensiv ir-reżiljenza ta' dawk l-entitajiet li huma kritiċi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, dawk il-miżuri speċifiċi għas-settur jenħtieġ li jitqiesu bħala lex specialis u jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn dawk previsti f'din id-Direttiva, li toħloq qafas ġenerali li jindirizza r-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi fir-rigward tal-perikli kollha, jiġifieri dawk naturali u kkawżati mill-bniedem, aċċidentali u intenzjonali. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Minħabba l-importanza taċ-ċibersigurtà għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u fl-interess tal-konsistenza, approċċ koerenti bejn din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) XX/YY tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 [Direttiva proposta dwar miżuri għal livell komuni għoli ta' ċibersigurtà fl-Unjoni kollha; (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva NIS 2")] huwa meħtieġ kull fejn ikun possibbli. Fid-dawl tal-frekwenza ogħla u l-karatteristiċi partikolari tar-riskji ċibernetiċi, id-Direttiva NIS 2 timponi rekwiżiti komprensivi fuq għadd kbir ta' entitajiet biex tiżgura ċ-ċibersigurtà tagħhom. Minħabba li ċ-ċibersigurtà hija indirizzata b'mod suffiċjenti fid-Direttiva NIS 2, il-kwistjonijiet koperti minnha jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-reġim partikolari għall-entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali. |
(8) Minħabba l-importanza taċ-ċibersigurtà għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u fl-interess tal-konsistenza, approċċ koerenti bejn din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) XX/YY tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 [Direttiva proposta dwar miżuri għal livell komuni għoli ta' ċibersigurtà fl-Unjoni kollha; (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva NIS 2")] huwa meħtieġ kull fejn ikun possibbli. Fid-dawl tal-frekwenza ogħla u l-karatteristiċi partikolari tar-riskji ċibernetiċi, id-Direttiva NIS 2 timponi rekwiżiti komprensivi fuq għadd kbir ta' entitajiet biex tiżgura ċ-ċibersigurtà tagħhom. Minħabba li ċ-ċibersigurtà hija indirizzata b'mod suffiċjenti fid-Direttiva NIS 2, il-kwistjonijiet koperti minnha jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-reġim partikolari għall-entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali. B'riżultat ta' dan, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva NIS 2 ikunu responsabbli għas-superviżjoni tal-entitajiet identifikati bħala entitajiet kritiċi jew entitajiet ekwivalenti għal entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. |
_________________ |
_________________ |
20 [Referenza għad-Direttiva NIS 2, ladarba tiġi adottata.] |
20 [Referenza għad-Direttiva NIS 2, ladarba tiġi adottata.] |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Bl-għan li jiġi żgurat approċċ komprensiv għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, kull Stat Membru jenħtieġ li jkollu strateġija li tistabbilixxi l-objettivi u l-miżuri ta' politika li għandhom jiġu implimentati. Sabiex jinkiseb dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istrateġiji taċ-ċibersigurtà tagħhom jipprovdu qafas ta' politika għal koordinazzjoni msaħħa bejn l-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva u d-Direttiva NIS 2 fil-kuntest tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar inċidenti u theddid ċibernetiku u l-eżerċitar ta' kompiti superviżorji. |
(10) Bl-għan li jiġi żgurat approċċ komprensiv għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, kull Stat Membru jenħtieġ li jkollu strateġija li tistabbilixxi l-objettivi u l-miżuri ta' politika li għandhom jiġu implimentati. Sabiex jinkiseb dan, u filwaqt li titqies in-natura ibrida ta' ħafna theddid u l-istrateġija tal-Unjoni dwar ir-reżiljenza mħejjija mill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, stabbilit b'din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istrateġiji tagħhom jipprovdu qafas ta' politika għal koordinazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva NIS 2, inkluża l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar inċidenti u theddid u l-eżerċitar ta' kompiti superviżorji. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) L-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jidentifikaw u jgħinu jiżguraw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju li għandu fil-mira sforzi għall-entitajiet l-aktar rilevanti għat-twettiq tal-funzjonijiet tas-soċjetà jew l-attivitajiet ekonomiċi vitali. Sabiex jiġi żgurat approċċ immirat bħal dan, kull Stat Membru jenħtieġ li jwettaq, fi ħdan qafas armonizzat, valutazzjoni tar-riskji naturali u kkawżati mill-bniedem rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw il-forniment ta' servizzi essenzjali, inklużi inċidenti, diżastri naturali, emerġenzi tas-saħħa pubblika bħal pandemiji, u theddid antagonistiku, inklużi reati terroristiċi. Fit-twettiq ta' dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu valutazzjonijiet tar-riskju ġenerali jew speċifiċi għas-settur oħrajn imwettqa skont atti oħra tad-dritt tal-Unjoni u jenħtieġ li jikkunsidraw id-dipendenzi bejn is-setturi, anki minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi. L-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jintużaw fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi u biex jgħinu lil dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżiljenza ta' din id-Direttiva. |
(11) L-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jidentifikaw u jgħinu jiżguraw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju li għandu fil-mira sforzi għall-entitajiet l-aktar rilevanti għat-twettiq tal-funzjonijiet tas-soċjetà jew l-attivitajiet ekonomiċi vitali. Sabiex jiġi żgurat approċċ immirat bħal dan, kull Stat Membru jenħtieġ li jwettaq, fi ħdan qafas armonizzat, valutazzjoni tar-riskji naturali u kkawżati mill-bniedem rilevanti kollha, inklużi r-riskji transsettorjali u transfruntieri, li jistgħu jaffettwaw il-forniment ta' servizzi essenzjali, inklużi inċidenti, theddid ibridu, diżastri naturali, emerġenzi tas-saħħa pubblika bħal pandemiji, u theddid antagonistiku, inklużi reati terroristiċi, infiltrazzjoni u sabotaġġ kriminali. Fit-twettiq ta' dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu valutazzjonijiet tar-riskju ġenerali jew speċifiċi għas-settur oħrajn imwettqa skont atti oħra tad-dritt tal-Unjoni u jenħtieġ li jikkunsidraw id-dipendenzi bejn is-setturi, anki minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jikkunsidrawx bħala riskju kwalunkwe riskju kummerċjali regolari għal operazzjonijiet li jirriżulta mill-kundizzjonijiet tas-suq jew kwalunkwe riskju li jirriżulta mit-teħid ta' deċiżjonijiet demokratiku. L-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jintużaw fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi u biex jgħinu lil dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżiljenza ta' din id-Direttiva. Fuq talba tagħhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' wkoll tipprovdi lil entitajiet kritiċi bbażati f'pajjiżi terzi b'konsulenza esperta. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet rilevanti kollha jkunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti u biex jitnaqqsu d-diverġenzi f'dan ir-rigward, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli armonizzati li jippermettu identifikazzjoni konsistenti tal-entitajiet kritiċi madwar l-Unjoni, filwaqt li jippermettu wkoll lill-Istati Membri jirriflettu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji biex jiġu identifikati entitajiet kritiċi. Fl-interess tal-effettività, l-effiċjenza, il-konsistenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli xierqa dwar in-notifika u l-kooperazzjoni relatati ma' tali identifikazzjoni, kif ukoll il-konsegwenzi legali tagħha. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni, b'mod li jkun dettaljat u speċifiku kemm jista' jkun, l-informazzjoni rilevanti u, fi kwalunkwe każ, il-lista tas-servizzi essenzjali, l-għadd ta' entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u subsettur imsemmi fl-Anness u s-servizz jew is-servizzi essenzjali li kull entità tipprovdi u kwalunkwe limitu applikat. |
(12) Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet rilevanti kollha jkunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti u biex jitnaqqsu d-diverġenzi f'dan ir-rigward, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli minimi armonizzati li jippermettu identifikazzjoni konsistenti tal-entitajiet kritiċi madwar l-Unjoni, filwaqt li jippermettu wkoll lill-Istati Membri jirriflettu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji u metodoloġiji komuni biex jiġu identifikati entitajiet kritiċi b'mod trasparenti. Fl-interess tal-effettività, l-effiċjenza, il-konsistenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli xierqa dwar in-notifika u l-kooperazzjoni relatati ma' tali identifikazzjoni, kif ukoll il-konsegwenzi legali tagħha. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni, b'mod li jkun dettaljat u speċifiku kemm jista' jkun, l-informazzjoni rilevanti u, fi kwalunkwe każ, il-lista tas-servizzi essenzjali, l-għadd ta' entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u subsettur imsemmi fl-Anness u s-servizz jew is-servizzi essenzjali li kull entità tipprovdi u kwalunkwe limitu applikat. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) F'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali applikabbli, inkluż ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni, it-theddida potenzjali maħluqa minn sjieda barranija ta' infrastrutturi kritiċi fl-Unjoni trid tiġi rikonoxxuta billi s-servizzi, l-ekonomija u l-moviment liberu u s-sikurezza taċ-ċittadini tal-Unjoni jiddependu fuq il-funzjonament xieraq tal-infrastruttura kritika. Huwa kruċjali li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu viġilanti fir-rigward tal-investimenti finanzjarji li qed isiru minn pajjiżi barranin fl-operat ta' entitajiet kritiċi fl-Unjoni u l-konsegwenzi li tali investimenti jista' jkollhom fuq il-kapaċità li jipprevjenu tfixkil sinifikanti. |
|
_________________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1). |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) L-acquis tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji jistabbilixxi rekwiżiti komprensivi għall-entitajiet finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji kollha li jiffaċċjaw, inklużi r-riskji operazzjonali, u jiżguraw il-kontinwità tan-negozju. Dan jinkludi r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 , id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. Il-Kummissjoni reċentement ipproponiet li tikkomplementa dan il-qafas bir-Regolament XX/SSSS tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament propost dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament DORA")27], li jistabbilixxi rekwiżiti għad-ditti finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji tal-ICT, inkluż il-ħarsien ta' infrastrutturi fiżiċi tal-ICT. Billi r-reżiljenza tal-entitajiet elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness hija koperta b'mod komprensiv mill-acquis tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji, dawk l-entitajiet jenħtieġ li jiġu ttrattati wkoll bħala ekwivalenti għall-entitajiet kritiċi għall-finijiet tal-Kapitolu II ta' din id-Direttiva biss. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tar-regoli tar-riskju operazzjonali u tar-reżiljenza diġitali fis-settur finanzjarju, l-appoġġ tal-Istati Membri għat-titjib tar-reżiljenza ġenerali tal-entitajiet finanzjarji ekwivalenti għal entitajiet kritiċi jenħtieġ li jiġi żgurat mill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 41 tar-[Regolament DORA], u jkun soġġett għall-proċeduri stabbiliti f'dik il-leġiżlazzjoni b'mod kompletament armonizzat. |
(15) L-acquis tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji jistabbilixxi rekwiżiti komprensivi għall-entitajiet finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji kollha li jiffaċċjaw, inklużi r-riskji operazzjonali, u jiżguraw il-kontinwità tan-negozju. Dan jinkludi r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 , id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. Il-Kummissjoni reċentement ipproponiet li tikkomplementa dan il-qafas bir-Regolament XX/SSSS tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament propost dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament DORA")27], li jistabbilixxi rekwiżiti għad-ditti finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji tal-ICT, inkluż il-ħarsien ta' infrastrutturi fiżiċi tal-ICT. Billi r-reżiljenza tal-entitajiet elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness hija koperta b'mod komprensiv mill-acquis tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji, dawk l-entitajiet jenħtieġ li jiġu ttrattati wkoll bħala ekwivalenti għall-entitajiet kritiċi għall-finijiet tal-Kapitolu II ta' din id-Direttiva biss u, konsegwentement, tali entitajiet jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-obbligi stabbiliti fil-Kapitoli III sa VI ta' din id-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tar-regoli tar-riskju operazzjonali u tar-reżiljenza diġitali fis-settur finanzjarju, l-appoġġ tal-Istati Membri għat-titjib tar-reżiljenza ġenerali tal-entitajiet finanzjarji ekwivalenti għal entitajiet kritiċi jenħtieġ li jiġi żgurat mill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 41 tar-[Regolament DORA], u jkun soġġett għall-proċeduri stabbiliti f'dik il-leġiżlazzjoni b'mod kompletament armonizzat. |
_________________ |
_________________ |
22 Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1). |

23 Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349). |

24 Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84). |

25 Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1). |

26 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338). |

27 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014, COM(2020) 595. |

Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jissupervizzaw l-applikazzjoni tar-regoli ta' din id-Direttiva’ u, fejn meħtieġ, jinfurzawhom u jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jingħataw is-setgħat u r-riżorsi adegwati. Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi ta' governanza nazzjonali u sabiex jiġu ssalvagwardjati l-arranġamenti settorjali diġà eżistenti jew il-korpi superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru aktar minn awtorità kompetenti waħda. F'dak il-każ, jenħtieġ li madankollu jiddelinjaw b'mod ċar il-kompiti rispettivi tal-awtoritajiet ikkonċernati u jiżguraw li dawn jikkooperaw bla xkiel u b'mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti kollha jenħtieġ li jikkooperaw ukoll b'mod aktar ġenerali ma' awtoritajiet rilevanti oħra, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni. |
(16) L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw l-applikazzjoni tar-regoli ta' din id-Direttiva u jinfurzawhom u jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jingħataw is-setgħat u r-riżorsi adegwati. Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi ta' governanza nazzjonali u sabiex jiġu ssalvagwardjati l-arranġamenti settorjali diġà eżistenti jew il-korpi superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru aktar minn awtorità kompetenti waħda. F'dak il-każ, jenħtieġ li madankollu jiddelinjaw b'mod ċar il-kompiti rispettivi tal-awtoritajiet ikkonċernati u jiżguraw li dawn jikkooperaw bla xkiel u b'mod effettiv, inkluż mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra. L-awtoritajiet kompetenti kollha jenħtieġ li jikkooperaw ukoll b'mod aktar ġenerali ma' awtoritajiet rilevanti oħra, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni, inkluż mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 17
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni transfruntiera u sabiex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva, kull Stat Membru jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur, jaħtar, f'waħda mill-awtoritajiet li huwa jkun ħatar bħala awtorità kompetenti skont din id-Direttiva, punt uniku ta' kuntatt responsabbli għall-koordinazzjoni ta' kwistjonijiet relatati mar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. |
(17) Sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni transfruntiera u sabiex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva, kull Stat Membru jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur, jaħtar, f'waħda mill-awtoritajiet li huwa jkun ħatar bħala awtorità kompetenti skont din id-Direttiva, punt uniku ta' kuntatt responsabbli għall-koordinazzjoni ta' kwistjonijiet relatati mar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. Kull punt uniku ta' kuntatt jenħtieġ li jassisti u jikkoordina l-komunikazzjoni kollha, mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tiegħu, mal-punti uniċi ta' kuntatt ta' Stati Membri oħra u mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi. Il-punti uniċi ta' kuntatt jenħtieġ li jużaw kanali ta' rappurtar effiċjenti, siguri u standardizzati. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Billi skont id-Direttiva NIS 2 l-entitajiet identifikati bħala entitajiet kritiċi, kif ukoll entitajiet identifikati fis-settur tal-infrastruttura diġitali li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti skont din id-Direttiva, huma soġġetti għar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà tad-Direttiva NIS 2, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont iż-żewġ Direttivi jikkooperaw, b'mod partikolari fir-rigward tar-riskji u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà li jaffettwaw lil dawk l-entitajiet. |
(18) L-entitajiet identifikati bħala entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva kif ukoll entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti huma soġġetti għar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà tad-Direttiva NIS 2. L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont iż-żewġ Direttivi għalhekk jenħtieġ li jikkooperaw b'mod effettiv u konsistenti, b'mod partikolari fir-rigward tar-riskji u l-inċidenti li jaffettwaw lil dawk l-entitajiet. Huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jevitaw rappurtar u kontroll doppju u biex jiżguraw li l-istrateġiji u r-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva NIS 2 ikunu komplementari u li l-entitajiet kritiċi ma jkunux soġġetti għal piż amministrattiv lil hinn minn dak li jkun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom, f'konformità mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà legali proprja tal-entitajiet biex jiżguraw tali konformità. L-Istati Membri jistgħu b'mod partikolari jiżviluppaw materjali u metodoloġiji ta' gwida, jappoġġaw l-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u jipprovdu taħriġ lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. Barra minn hekk, minħabba l-interdipendenzi bejn l-entitajiet u s-setturi, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu għodod għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni biex jappoġġaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni bejn l-entitajiet kritiċi, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(19) L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom, b'mod partikolari dawk li jikkwalifikaw bħala intrapriżi żgħar jew medji (SMEs), f'konformità mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà legali proprja tal-entitajiet biex jiżguraw tali konformità. L-Istati Membri jenħtieġ li, b'mod partikolari, jiżviluppaw materjali u metodoloġiji ta' gwida, jappoġġaw l-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u jipprovdu taħriġ lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. Meta jkun meħtieġ u ġustifikat minn objettivi ta' interess pubbliku, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu riżorsi finanzjarji lil entitajiet kritiċi, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, minħabba l-interdipendenzi bejn l-entitajiet u s-setturi, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu għodod għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni biex jappoġġaw il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u l-prattiki tajbin bejn l-entitajiet kritiċi, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 19a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(19a) Meta jimplimentaw din id-Direttiva, hu importanti li l-Istati Membri jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jipprevjenu kwalunkwe piż amministrattiv eċċessiv, b'mod partikolari fuq l-SMEs, u jevitaw duplikazzjonijiet jew obbligi bla bżonn. Huwa kruċjali li l-Istati Membri jassistu u jiffaċilitaw l-għoti ta' appoġġ adegwat lill-SMEs, meta jintalbu jagħmlu dan, billi jadottaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi meħtieġa previsti f'din id-Direttiva. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 20
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Sabiex ikunu jistgħu jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom, l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jkollhom fehim komprensiv tar-riskji rilevanti kollha li jkunu esposti għalihom u janalizzaw dawk ir-riskji. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jwettqu valutazzjonijiet tar-riskji, kull meta jkun meħtieġ fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom u l-evoluzzjoni ta' dawk ir-riskji, iżda fi kwalunkwe każ kull erba' snin. Il-valutazzjonijiet tar-riskju minn entitajiet kritiċi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Istati Membri. |
(20) Sabiex ikunu jistgħu jiżguraw ir-reżiljenza tagħhom, l-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jkollhom fehim komprensiv tar-riskji rilevanti kollha li jkunu esposti għalihom u janalizzaw dawk ir-riskji. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jwettqu valutazzjonijiet tar-riskji, kull meta jkun meħtieġ fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom u l-evoluzzjoni ta' dawk ir-riskji, iżda fi kwalunkwe każ kull erba' snin. Il-valutazzjonijiet tar-riskju minn entitajiet kritiċi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-Istati Membri u jenħtieġ li jkunu konformi ma' kriterji u metodoloġiji komuni. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 23
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 u d-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 jistabbilixxu r-rekwiżiti applikabbli għal entitajiet fis-setturi tal-avjazzjoni u tat-trasport marittimu biex jipprevjenu inċidenti kkawżati minn atti illegali u biex jirreżistu u jtaffu l-konsegwenzi ta' inċidenti bħal dawn. Filwaqt li l-miżuri meħtieġa f'din id-Direttiva huma usa' f'termini tar-riskji indirizzati u t-tipi ta' miżuri li għandhom jittieħdu, l-entitajiet kritiċi f'dawk is-setturi jenħtieġ li jirriflettu fil-pjan ta' reżiljenza tagħhom jew dokumenti ekwivalenti l-miżuri meħuda skont dawk l-atti l-oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, meta jimplimentaw miżuri ta' reżiljenza skont din id-Direttiva, l-entitajiet kritiċi jistgħu jikkunsidraw li jirreferu għal linji gwida mhux vinkolanti u għal dokumenti ta' prattiki tajba żviluppati taħt flussi ta' xogħol settorjali, bħall-Pjattaforma tas-Sigurtà tal-Passiġġieri Ferrovjarji tal-UE31. |
(23) Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28, ir-Regolament (KE) Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 u d-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 jistabbilixxu r-rekwiżiti applikabbli għal entitajiet fis-setturi tal-avjazzjoni u tat-trasport marittimu biex jipprevjenu inċidenti kkawżati minn atti illegali u biex jirreżistu u jtaffu l-konsegwenzi ta' inċidenti bħal dawn. Filwaqt li l-miżuri meħtieġa f'din id-Direttiva huma usa' f'termini tar-riskji indirizzati u t-tipi ta' miżuri li għandhom jittieħdu, l-entitajiet kritiċi f'dawk is-setturi jenħtieġ li jirriflettu fil-pjan ta' reżiljenza tagħhom jew dokumenti ekwivalenti l-miżuri meħuda skont dawk l-atti l-oħra tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-entitajiet kritiċi għandhom iqisu wkoll id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30a, li tintroduċi valutazzjoni tat-toroq fil-livell tan-network għall-immappjar tar-riskji ta' inċidenti u spezzjoni mmirata tas-sikurezza tat-toroq biex jiġu identifikati kundizzjonijiet perikolużi, difetti u problemi li jżidu r-riskju ta' inċidenti u korrimenti, abbażi ta' żjara fuq il-post ta' triq jew ta' sezzjoni tat-triq eżistenti. L-iżgurar tal-protezzjoni u tar-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi huwa tal-akbar importanza għas-settur ferrovjarju u, meta jimplimentaw miżuri ta' reżiljenza skont din id-Direttiva, l-entitajiet kritiċi huma mħeġġa jirreferu għal linji gwida mhux vinkolanti u għal dokumenti ta' prattiki tajba żviluppati taħt flussi ta' xogħol settorjali, bħall-Pjattaforma tas-Sigurtà tal-Passiġġieri Ferrovjarji tal-UE31. |
_________________ |
_________________ |
28 Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 97/72, 9.4.2008, p. 72) |

29 Ir-Regolament Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6). |
29 Ir-Regolament Nru 725/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar it-titjib fis-sigurtà fuq il-bastimenti u fil-portijiet (ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6). |
30 Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28). |
30 Id-Direttiva 2005/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28). |
|
30a Id-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59). |
31 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-Pjattaforma tas-Sigurtà tal-Passiġġieri Ferrovjarji tal-UE C/2018/4014. |
31 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Ġunju 2018 li tistabbilixxi l-Pjattaforma tas-Sigurtà tal-Passiġġieri Ferrovjarji tal-UE C/2018/4014. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 24
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Ir-riskju li l-impjegati ta' entitajiet kritiċi jużaw ħażin, pereżempju, id-drittijiet tagħhom ta' aċċess fi ħdan l-organizzazzjoni tal-entità biex jagħmlu ħsara u jikkawżaw ħsara huwa ta' tħassib dejjem jiżdied. Dak ir-riskju huwa aggravat mill-fenomenu li qed jikber tar-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti u t-terroriżmu. Huwa għalhekk neċessarju li l-entitajiet kritiċi jkunu jistgħu jitolbu kontrolli tal-isfond dwar persuni li jaqgħu f'kategoriji speċifiċi tal-persunal tagħhom u li jiġi żgurat li dawk it-talbiet jiġu vvalutati malajr mill-awtoritajiet rilevanti, f'konformità mar-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data personali. |
(24) Ir-riskju li l-impjegati ta' entitajiet kritiċi jużaw ħażin, pereżempju, id-drittijiet tagħhom ta' aċċess fi ħdan l-organizzazzjoni tal-entità biex jagħmlu ħsara u jikkawżaw ħsara huwa ta' tħassib dejjem jiżdied. Dak ir-riskju huwa aggravat mill-fenomenu li qed jikber tar-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti u t-terroriżmu. Huwa għalhekk neċessarju li l-entitajiet kritiċi jkunu jistgħu jitolbu kontrolli tal-isfond dwar persuni li jaqgħu f'kategoriji speċifiċi tal-persunal tagħhom u li jiġi żgurat li dawk it-talbiet jiġu vvalutati malajr mill-awtoritajiet rilevanti, f'konformità mar-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluż dwar il-protezzjoni tad-data personali, partikolarment ir-Regolament (UE) 2016/679. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 25
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) L-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jinnotifikaw, kemm jista' jkun malajr taħt iċ-ċirkostanzi partikolari, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b'inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tagħhom. In-notifika jenħtieġ li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwieġbu għall-inċidenti malajr u b'mod adegwat u jkollhom stampa komprensiva tar-riskji ġenerali li jiffaċċjaw l-entitajiet kritiċi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura għan-notifika ta' ċerti inċidenti u jenħtieġ li jiġu previsti parametri biex jiġi ddeterminat meta t-tfixkil kurrenti jew potenzjali jkun sinifikanti u l-inċidenti jenħtieġ għalhekk li jiġu nnotifikati. Minħabba l-impatti transfruntiera potenzjali ta' dan it-tfixkil, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex l-Istati Membri jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn affettwati permezz ta' punti uniċi ta' kuntatt. |
(25) L-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jinnotifikaw, kemm jista' jkun malajr taħt iċ-ċirkostanzi partikolari u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jsiru jafu bl-inċident inkwistjoni, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bi kwalunkwe inċident li jfixkel b'mod sinifikanti jew li għandu l-potenzjal li jfixkel b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tagħhom. L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tinforma lill-pubbliku dwar tali inċident meta tqis li jkun fl-interess pubbliku li tagħmel dan. L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tiżgura li l-entità kritika kkonċernata tinforma lill-utenti tas-servizzi tagħha li jistgħu jiġu affettwati b'tali inċident dwar l-inċident u, meta jkun rilevanti, dwar kwalunkwe miżura ta' sikurezza jew rimedju eventwali. In-notifika jenħtieġ li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwieġbu għall-inċidenti malajr u b'mod adegwat u jkollhom stampa komprensiva tar-riskji ġenerali li jiffaċċjaw l-entitajiet kritiċi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura għan-notifika ta' ċerti inċidenti u jenħtieġ li jiġu previsti parametri biex jiġi ddeterminat meta t-tfixkil kurrenti jew potenzjali jkun sinifikanti u l-inċidenti jenħtieġ għalhekk li jiġu nnotifikati. Minħabba l-impatti transfruntiera potenzjali ta' dan it-tfixkil, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex l-Istati Membri jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn affettwati permezz ta' punti uniċi ta' kuntatt, mingħajr dewmien żejjed. Informazzjoni dwar inċidenti għandha tiġi ttrattata b'mod li jirrispetta l-kunfidenzjalità u s-sigurtà u l-interessi kummerċjali tal-entità kritika kkonċernata. |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 26
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) Filwaqt li l-entitajiet kritiċi ġeneralment joperaw bħala parti minn network dejjem aktar interkonness ta' forniment ta' servizzi u infrastrutturi u spiss jipprovdu servizzi essenzjali f'aktar minn Stat Membru wieħed, uħud minn dawk l-entitajiet huma ta' sinifikat partikolari għall-Unjoni minħabba li jipprovdu servizzi essenzjali lil għadd kbir ta' Stati Membri, u għalhekk jeħtieġu sorveljanza speċifika fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar is-sorveljanza speċifika fir-rigward ta' tali entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari. Dawn ir-regoli huma mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-superviżjoni u l-infurzar stabbiliti f'din id-Direttiva. |
(26) Filwaqt li l-entitajiet kritiċi ġeneralment joperaw bħala parti minn network dejjem aktar interkonness ta' forniment ta' servizzi u infrastrutturi u spiss jipprovdu servizzi essenzjali f'aktar minn Stat Membru wieħed, uħud minn dawk l-entitajiet huma ta' sinifikat partikolari għall-Unjoni u s-suq intern minħabba li jipprovdu servizzi essenzjali lil diversi Stati Membri, u għalhekk jeħtieġu sorveljanza speċifika fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar is-sorveljanza speċifika fir-rigward ta' tali entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari. Dawn ir-regoli huma mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar is-superviżjoni u l-infurzar stabbiliti f'din id-Direttiva. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 27a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27a) L-istandardizzazzjoni jenħtieġ li tibqa' primarjament proċess immexxi mis-suq. Madankollu, xorta jista' jkun hemm sitwazzjonijiet fejn ikun xieraq li tintalab konformità ma' standards speċifiċi fil-livell tal-Unjoni. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw u jippromwovu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' standards u speċifikazzjonijiet rilevanti għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi kif stabbiliti mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni għat-twettiq ta' miżuri tekniċi u organizzattivi mmirati biex jiżguraw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu wkoll l-użu ta' standards u speċifikazzjonijiet aċċettati internazzjonalment u rilevanti għall-miżuri ta' reżiljenza applikabbli għal entitajiet kritiċi. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 30
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(30) L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom ċerti setgħat speċifiċi għall-applikazzjoni u l-infurzar xierqa ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-entitajiet kritiċi, fejn dawn l-entitajiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom kif speċifikat f'din id-Direttiva. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jinkludu, b'mod partikolari, is-setgħa li jitwettqu spezzjonijiet, superviżjoni u awditi, li jirrikjedu lill-entitajiet kritiċi jipprovdu informazzjoni u evidenza relatati mal-miżuri li jkunu ħadu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom u, fejn meħtieġ, li joħorġu ordnijiet biex jirrimedjaw il-ksur identifikat. Meta joħorġu tali ordnijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jirrikjedux miżuri li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jiżguraw il-konformità tal-entità kritika kkonċernata, filwaqt li jqisu b'mod partikolari l-gravità tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-entità kritika. B'mod aktar ġenerali, dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn salvagwardji xierqa u effettivi li għandhom jiġu speċifikati fid-dritt nazzjonali, f'konformità mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Meta jivvalutaw il-konformità ta' entità kritika mal-obbligi tagħha skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont din id-Direttiva jkunu jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva NIS 2 biex jivvalutaw iċ-ċibersigurtà ta' dawk l-entitajiet. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni għal dak il-għan. |
(30) L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom ċerti setgħat speċifiċi għall-applikazzjoni u l-infurzar xierqa ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-entitajiet kritiċi, fejn dawn l-entitajiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom kif speċifikat f'din id-Direttiva. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jinkludu, b'mod partikolari, is-setgħa li jitwettqu spezzjonijiet, superviżjoni u awditi, li jirrikjedu lill-entitajiet kritiċi jipprovdu informazzjoni u evidenza relatati mal-miżuri li jkunu ħadu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom u, fejn meħtieġ, li joħorġu ordnijiet biex jirrimedjaw il-ksur identifikat. Meta joħorġu tali ordnijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jirrikjedux miżuri li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jiżguraw il-konformità tal-entità kritika kkonċernata, filwaqt li jqisu b'mod partikolari l-gravità tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-entità kritika. B'mod aktar ġenerali, dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn salvagwardji xierqa u effettivi li għandhom jiġu speċifikati fid-dritt nazzjonali, f'konformità mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-valutazzjoni tal-entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva, fi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva NIS 2, bħaċ-ċibersigurtà fiżika u mhux fiżika, hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva NIS 2. Barra minn hekk, meta jivvalutaw il-konformità ta' entità kritika mal-obbligi tagħha skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont din id-Direttiva jkunu jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva NIS 2 biex jivvalutaw iċ-ċibersigurtà ta' dawk l-entitajiet. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni għal dak il-għan. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 31
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(31) Sabiex jitqiesu r-riskji ġodda, l-iżviluppi teknoloġiċi jew l-ispeċifiċitajiet ta' settur wieħed jew aktar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta l-miżuri ta' reżiljenza li l-entitajiet kritiċi għandhom jieħdu billi tispeċifika ulterjorment uħud minn dawk il-miżuri jew kollha kemm huma. B'mod partikolari hu importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anki fil-livell ta' esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet32. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
(31) Sabiex jitqiesu r-riskji ġodda, l-iżviluppi teknoloġiċi jew l-ispeċifiċitajiet ta' settur wieħed jew aktar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta l-miżuri ta' reżiljenza li l-entitajiet kritiċi għandhom jieħdu billi tispeċifika ulterjorment uħud minn dawk il-miżuri jew kollha kemm huma. Sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni diverġenti ta' din id-Direttiva u biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tfassal lista komuni ta' servizzi essenzjali. B'mod partikolari hu importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anki fil-livell ta' esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet32. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
_________________ |
_________________ |
32 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1. |
32 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Din id-Direttiva: |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' reżiljenza tal-entitajiet kritiċi sabiex jiġi żgurat il-forniment ta' servizzi essenzjali fl-Unjoni u biex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern. Għal dak il-għan, din id-Direttiva: |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tistabbilixxi obbligi għall-Istati Membri biex jieħdu ċerti miżuri bil-għan li jiżguraw il-forniment fis-suq intern ta' servizzi essenzjali għaż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali, b'mod partikolari biex jidentifikaw l-entitajiet kritiċi u l-entitajiet li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti f'ċerti aspetti, u biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom; |
(a) tistabbilixxi obbligi għall-Istati Membri biex jieħdu ċerti miżuri bil-għan li jiżguraw il-forniment kontinwu fis-suq intern ta' servizzi essenzjali għaż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali, b'mod partikolari biex jidentifikaw l-entitajiet kritiċi u l-entitajiet li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti f'ċerti aspetti, u biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom; |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kwistjonijiet koperti mid-Direttiva (UE) XX/YY [Direttiva proposta dwar miżuri għal livell komuni għoli ta' ċibersigurtà fl-Unjoni kollha; (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva NIS 2")], mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7. |
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kwistjonijiet koperti mid-Direttiva (UE) XX/YY [Direttiva proposta dwar miżuri għal livell komuni għoli ta' ċibersigurtà fl-Unjoni kollha; (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva NIS 2")], mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7. Fid-dawl tal-interkonnessjonijiet bejn iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà fiżika tal-entitajiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni koerenti ta' din id-Direttiva u d-Direttiva NIS 2. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) "inċident" tfisser kwalunkwe avveniment li jkollu l-potenzjal li jfixkel, jew li jfixkel, l-operazzjonijiet tal-entità kritika; |
(3) "inċident" tfisser kwalunkwe avveniment li jkollu l-potenzjal li jfixkel, jew li jfixkel il-forniment ta' servizz essenzjali minn entità kritika; |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) "infrastruttura" tfisser assi, sistema jew parti minnhom, li huma meħtieġa għall-forniment ta' servizz essenzjali; |
(4) "infrastruttura" tfisser assi, inklużi faċilitajiet, sistemi u tagħmir, jew partijiet minnhom, li huma meħtieġa għall-forniment ta' servizz essenzjali; |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) "servizz essenzjali" tfisser servizz li huwa essenzjali għaż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali; |
(5) "servizz essenzjali" tfisser servizz li huwa essenzjali għaż-żamma ta' funzjonijiet vitali tas-soċjetà, attivitajiet ekonomiċi, saħħa u sikurezza pubblika, l-ambjent jew l-istat tad-dritt; |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) "riskju" tfisser kwalunkwe ċirkostanza jew avveniment li jkollu effett negattiv potenzjali fuq ir-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi; |
(6) "riskju" tfisser kwalunkwe ċirkostanza jew avveniment li jkollu effett negattiv potenzjali fuq il-kapaċità ta' entità kritika li tipprovdi servizz essenzjali; |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) "valutazzjoni tar-riskju" tfisser metodoloġija li tiddetermina n-natura u l-estent ta' riskju billi tanalizza t-theddid u l-perikli potenzjali u tevalwa l-kundizzjonijiet eżistenti ta' vulnerabbiltà li jistgħu jfixklu l-operazzjonijiet tal-entità kritika. |
(7) "valutazzjoni tar-riskju" tfisser metodoloġija li tiddetermina n-natura u l-kobor ta' riskju billi tivvaluta t-theddid u l-perikli potenzjali kontra r-reżiljenza ta' entità kritika, tanalizza l-kundizzjonijiet eżistenti ta' vulnerabbiltà li jistgħu jwasslu għal tfixkil tal-operazzjonijiet ta' entità kritika u tevalwa l-effett negattiv li l-interruzzjoni tal-operazzjonijiet jista' jkollha fuq il-forniment ta' servizzi essenzjali; |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) "standard" tfisser standard kif definit fl-Artikolu 2, punt (1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a; |
|
____________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12) |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7b) "speċifikazzjoni teknika" tfisser speċifikazzjoni teknika kif definita fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1025/2012; |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jadotta sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] strateġija għar-rinfurzar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. Din l-istrateġija għandha tistabbilixxi l-objettivi strateġiċi u l-miżuri ta' politika bil-għan li jinkiseb u jinżamm livell għoli ta' reżiljenza min-naħa ta' dawk l-entitajiet kritiċi u li jkopru mill-inqas is-setturi msemmija fl-Anness. |
1. Wara konsultazzjoni miftuħa mal-partijiet kkonċernati affettwati kollha, kull Stat Membru għandu jadotta sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] strateġija għar-rinfurzar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. Din l-istrateġija għandha tqis l-istrateġija tal-Unjoni dwar ir-reżiljenza mħejjija mill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 16, u tistabbilixxi l-objettivi strateġiċi u l-miżuri ta' politika bil-għan li jinkiseb u jinżamm livell għoli ta' reżiljenza min-naħa ta' dawk l-entitajiet kritiċi u li jkopru mill-inqas is-setturi msemmija fl-Anness. |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) deskrizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tissaħħaħ ir-reżiljenza ġenerali tal-entitajiet kritiċi, inkluż valutazzjoni tar-riskju nazzjonali, l-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi u ta' entitajiet ekwivalenti għal entitajiet kritiċi, u l-miżuri biex jiġu appoġġati l-entitajiet kritiċi meħuda skont dan il-Kapitolu; |
(c) deskrizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tissaħħaħ ir-reżiljenza ġenerali tal-entitajiet kritiċi, inkluż valutazzjoni tar-riskju nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 4, l-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi u ta' entitajiet ekwivalenti għal entitajiet kritiċi, u l-miżuri biex jiġu appoġġati l-entitajiet kritiċi meħuda skont dan il-Kapitolu, inklużi miżuri biex isaħħu l-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u s-settur privat u l-entitajiet pubbliċi u privati; |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) lista tal-awtoritajiet u l-partijiet ikkonċernati kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-istrateġija; |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) qafas ta' politika li jindirizza l-ħtiġijiet u l-karatteristiċi speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u medji identifikati bħala entitajiet kritiċi biex titjieb ir-reżiljenza tagħhom; |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(db) l-aspetti rilevanti tal-istrateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà prevista fid-Direttiva NIS 2 u kwalunkwe strateġija nazzjonali settorjali oħra bil-ħsieb li jkun hemm koordinazzjoni, komplementarjetà u sinerġiji. |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-istrateġija għandha tiġi aġġornata fejn meħtieġ u tal-anqas kull erba' snin. |
Wara konsultazzjoni li tkun miftuħa għall-partijiet ikkonċernati affettwati kollha, l-istrateġija għandha tiġi aġġornata tal-anqas kull erba' snin. |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 8 għandhom jistabbilixxu lista ta' servizzi essenzjali fis-setturi msemmija fl-Anness. Huma għandhom iwettqu sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u sussegwentement fejn meħtieġ, u mill-inqas kull erba' snin, valutazzjoni tar-riskji rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw il-forniment ta' dawk is-servizzi essenzjali, bl-għan li jiġu identifikati l-entitajiet kritiċi skont l-Artikolu 5(1), u tingħata għajnuna lil dawk l-entitajiet kritiċi biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 11. |
1. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 21 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi lista ta' servizzi essenzjali fis-setturi u s-subsetturi msemmija fl-Anness. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat sa mhux aktar tard minn… [sitt xhur wara d-data tad-dħul fi-seħħ ta' din id-Direttiva]. L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 8 għandhom iwettqu sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u sussegwentement fejn meħtieġ, u mill-inqas kull erba' snin, valutazzjoni tar-riskji rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw il-forniment tas-servizzi essenzjali elenkati fl-att delegat, bl-għan li jiġu identifikati l-entitajiet kritiċi skont l-Artikolu 5(1), u tingħata għajnuna lil dawk l-entitajiet kritiċi biex jieħdu miżuri skont l-Artikolu 11. |
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-riskji naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem rilevanti kollha, inklużi l-inċidenti, id-diżastri naturali, l-emerġenzi tas-saħħa pubblika, it-theddid antagonistiku, inklużi r-reati terroristiċi skont id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-riskji naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem rilevanti kollha, inklużi dawk ta' natura transsettorjali jew transfruntiera, l-inċidenti, id-diżastri naturali, l-emerġenzi tas-saħħa pubblika, it-theddid antagonistiku, inklużi r-reati terroristiċi skont id-Direttiva (UE)2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
_________________ |
_________________ |
34 Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6). |

Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) kwalunkwe riskju li jirriżulta mid-dipendenzi bejn is-setturi msemmija fl-Anness, inkluż minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, u l-impatt li jista' jkollu tfixkil f'settur wieħed fuq setturi oħra; |
(c) kwalunkwe riskju li jirriżulta mid-dipendenzi bejn is-setturi msemmija fl-Anness, inkluż minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, u l-impatt li jista' jkollu tfixkil f'settur wieħed fuq setturi oħra, inkluż kwalunkwe riskju għaċ-ċittadini u s-suq intern; |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-elementi rilevanti tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli għall-entitajiet kritiċi li identifikaw skont l-Artikolu 5 sabiex jassistu lil dawk l-entitajiet kritiċi fit-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, skont l-Artikolu 10, u fit-teħid ta' miżuri biex tiġi żgurata r-reżiljenza tagħhom skont l-Artikolu 11. |
3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-elementi rilevanti tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 disponibbli, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt tagħhom imsemmi fl-Artikolu 8(2), għall-entitajiet kritiċi li identifikaw skont l-Artikolu 5 sabiex jassistu lil dawk l-entitajiet kritiċi fit-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, skont l-Artikolu 10, u fit-teħid ta' miżuri biex tiġi żgurata r-reżiljenza tagħhom skont l-Artikolu 11. |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kummissjoni tista', f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa mudell ta' rappurtar komuni volontarju għall-finijiet tal-konformità mal-paragrafu 4. |
5. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa mudell ta' rappurtar komuni volontarju għall-finijiet tal-konformità mal-paragrafu 4. |
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta jidentifikaw entitajiet kritiċi skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iqisu r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 4 u japplikaw il-kriterji li ġejjin: |
2. Meta jidentifikaw entitajiet kritiċi skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom iqisu r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 4 u l-istrateġija dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi msemmija fl-Artikolu 3 u għandhom japplikaw il-kriterji li ġejjin: |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) (il-forniment ta' dak is-servizz jiddependi fuq infrastruttura li tinsab fl-Istat Membru); u |
(b) il-forniment ta' dak is-servizz essenzjali jiddependi fuq infrastruttura li tinsab fl-Istat Membru; u |
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) inċident ikollu effetti ta' tfixkil sinifikanti fuq il-forniment tas-servizz jew ta' servizzi essenzjali oħra fis-setturi msemmija fl-Anness li jiddependu fuq is-servizz. |
(c) inċident ikollu effetti ta' tfixkil sinifikanti fuq il-forniment tas-servizz essenzjali jew ta' servizzi essenzjali oħra fis-setturi msemmija fl-Anness li jiddependu fuq is-servizz. |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom maħtura skont l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva dwar jekk ġewx identifikati bħala entità kritika fi Stat Membru jew aktar minn wieħed. Meta entità tkun ġiet identifikata bħala kritika minn żewġ Stati Membri jew aktar, dawn l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jitnaqqas il-piż fuq l-entità kritika fir-rigward tal-obbligi skont il-Kapitolu III. |
5. Wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom maħtura skont l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva dwar jekk ġewx identifikati bħala entità kritika fi Stat Membru jew aktar minn wieħed. Meta entità tkun ġiet identifikata bħala kritika minn żewġ Stati Membri jew aktar, dawn l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jilħqu l-ogħla grad possibbli ta' koerenza u jnaqqsu l-piż fuq l-entità kritika fir-rigward tal-obbligi skont il-Kapitolu III. |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Għall-finijiet tal-Kapitolu IV, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi, wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 3, jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom maħtura skont l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva dwar jekk jipprovdux servizzi essenzjali lil terz tal-Istati Membri jew aktar. Meta dan ikun il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika, mingħajr dewmien żejjed, lill-Kummissjoni bl-identità ta' dawk l-entitajiet kritiċi. |
6. Għall-finijiet tal-Kapitolu IV, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi, wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 3, jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom maħtura skont l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva dwar jekk jipprovdux l-istess servizzi essenzjali jew simili lil jew fi tliet Stati Membri jew aktar. Meta dan ikun il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika, mingħajr dewmien żejjed, lill-Kummissjoni bl-identità ta' dawk l-entitajiet kritiċi. |
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 7 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fejn dawk l-aġġornamenti jwasslu għall-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi addizzjonali, għandhom japplikaw il-paragrafi 3, 4, 5 u 6. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet li ma jkunux għadhom identifikati bħala entitajiet kritiċi wara kwalunkwe aġġornament bħal dan jiġu nnotifikati b'dan u jiġu infurmati li ma għadhomx soġġetti għall-obbligi skont il-Kapitolu III mill-wasla ta' dik l-informazzjoni. |
Fejn dawk l-aġġornamenti jwasslu għall-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi addizzjonali, għandhom japplikaw il-paragrafi 3, 4, 5 u 6. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet li ma jkunux għadhom identifikati bħala entitajiet kritiċi wara kwalunkwe aġġornament bħal dan jiġu nnotifikati b'dan u jiġu infurmati fi żmien debitu li ma għadhomx soġġetti għall-obbligi skont il-Kapitolu III mill-wasla ta' dik l-informazzjoni. |
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7a. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa rakkomandazzjonijiet u linji gwida biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi. |
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-għadd ta' utenti li jiddependu fuq is-servizz ipprovdut mill-entità; |
(a) l-għadd ta' utenti li jiddependu fuq is-servizz essenzjali pprovdut mill-entità; |
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) id-dipendenza ta' setturi oħra msemmija fl-Anness fuq dak is-servizz; |
(b) id-dipendenza ta' setturi u sottosetturi oħra msemmija fl-Anness, jew tal-katina tal-provvista, fuq dak is-servizz essenzjali; |
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) iż-żona ġeografika li tista' tiġi affettwata minn inċident, inkluż kwalunkwe impatt transfruntier; |
(e) iż-żona ġeografika li tista' tiġi affettwata minn inċident, inkluż kwalunkwe impatt transfruntier, filwaqt li titqies il-vulnerabbiltà assoċjata mal-grad ta' iżolament ta' ċerti tipi ta' żoni ġeografiċi, bħal reġjuni insulari, reġjuni ultraperiferiċi jew żoni muntanjużi; |
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) l-importanza tal-entità biex jinżamm livell suffiċjenti tas-servizz, filwaqt li titqies id-disponibbiltà ta' mezzi alternattivi għall-forniment ta' dak is-servizz. |
(f) l-importanza tal-entità biex jinżamm livell suffiċjenti tas-servizz essenzjali, filwaqt li titqies id-disponibbiltà ta' mezzi alternattivi għall-forniment ta' dak is-servizz essenzjali. |
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni tista', wara konsultazzjoni mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, tadotta linji gwida biex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. |
3. Il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, tadotta linji gwida biex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. |
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fir-rigward tas-setturi msemmija fil-punti 3, 4 u 8 tal-Anness, l-Istati Membri għandhom, sa [tliet snin u tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], jidentifikaw l-entitajiet li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għall-entitajiet kritiċi għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4, 5(1) sa (4) u (7), u 9 fir-rigward ta' dawk l-entitajiet. |
1. Fir-rigward tas-setturi msemmija fil-punti 3, 4 u 8 tal-Anness, l-Istati Membri għandhom, sa [sena u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], jidentifikaw l-entitajiet li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għall-entitajiet kritiċi għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4, 5(1) sa (4) u (7), u 9 fir-rigward ta' dawk l-entitajiet. |
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Kull Stat Membru għandu, fi ħdan l-awtorità kompetenti, jindika punt uniku ta' kuntatt biex jeżerċita funzjoni ta' kollegament sabiex jiżgura l-kooperazzjoni transfruntiera mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 16 ("punt uniku ta' kuntatt"). |
2. Kull Stat Membru għandu, fi ħdan l-awtorità kompetenti, jindika punt uniku ta' kuntatt biex jeżerċita funzjoni ta' kollegament sabiex jiżgura l-kooperazzjoni transfruntiera mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra, mal-Kummissjoni u mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 16 ("punt uniku ta' kuntatt") u, fejn rilevanti, jiżgura kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi. |
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Sa [tliet snin u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull sena minn hemm 'il quddiem, il-punti uniċi ta' kuntatt għandhom jippreżentaw rapport ta' sommarju lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi dwar in-notifiki riċevuti, inkluż l-għadd ta' notifiki, in-natura tal-inċidenti notifikati u l-azzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 13(3). |
3. Sa ... [erba' snin u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u fl-ewwel trimestru ta' kull sena minn hemm 'il quddiem, il-punti uniċi ta' kuntatt għandhom jippreżentaw rapport ta' sinteżi lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi dwar in-notifiki riċevuti, inkluż l-għadd ta' notifiki, in-natura tal-inċidenti notifikati u l-azzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 13(3). |
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom. Dak l-appoġġ jista' jinkludi li jiżviluppaw materjali ta' gwida u metodoloġiji, jappoġġaw l-organizzazzjoni ta' eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u jipprovdu taħriġ lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. |
1. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom. Dak l-appoġġ għandu jinkludi li jiżviluppaw materjali ta' gwida u metodoloġiji, jappoġġaw l-organizzazzjoni ta' eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u jipprovdu taħriġ lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu riżorsi finanzjarji lill-entitajiet kritiċi, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, dment li dan ikun neċessarju u ġġustifikat minn objettivi ta' interess pubbliku. |
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jivvalutaw fi żmien sitt xhur wara li jirċievu n-notifika msemmija fl-Artikolu 5(3), u sussegwentement fejn meħtieġ u mill-inqas kull erba' snin, abbażi tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istati Membri u sorsi rilevanti oħra ta' informazzjoni, ir-riskji rilevanti kollha li jistgħu jfixklu l-operazzjonijiet tagħhom. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jivvalutaw fi żmien sitt xhur wara li jirċievu n-notifika msemmija fl-Artikolu 5(3), u sussegwentement fejn meħtieġ u mill-inqas kull erba' snin, abbażi tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istati Membri u sorsi rilevanti oħra ta' informazzjoni, ir-riskji rilevanti kollha li jistgħu jfixklu l-forniment tas-servizzi essenzjali kkonċernati min-naħa tagħhom. |
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jirkupraw minn inċidenti, inklużi miżuri ta' kontinwità tan-negozju u l-identifikazzjoni ta' ktajjen tal-provvista alternattivi; |
(d) jirkupraw minn inċidenti, inklużi miżuri ta' kontinwità tan-negozju u l-identifikazzjoni ta' ktajjen tal-provvista alternattivi, biex jiżguraw kontinwità fil-forniment tas-servizz essenzjali; |
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) jiżguraw ġestjoni adegwata tas-sigurtà tal-impjegati, anki billi jistabbilixxu kategoriji ta' persunal li jeżerċita funzjonijiet kritiċi, jistabbilixxu drittijiet ta' aċċess għal żoni sensittivi, faċilitajiet u infrastruttura oħra, u għal informazzjoni sensittiva kif ukoll jidentifika kategoriji speċifiċi ta' persunal fid-dawl tal-Artikolu 12; |
(e) jiżguraw ġestjoni adegwata tas-sigurtà tal-impjegati, anki billi jistabbilixxu kategoriji ta' persunal li jeżerċita funzjonijiet kritiċi, jistipulaw rekwiżiti ta' taħriġ u kwalifiki xierqa, jistabbilixxu drittijiet ta' aċċess għal żoni sensittivi, faċilitajiet u infrastruttura oħra, u għal informazzjoni sensittiva kif ukoll jidentifikaw kategoriji speċifiċi ta' persunal fid-dawl tal-Artikolu 12; meta jkun hemm fornituri esterni involuti fil-ġestjoni tas-sigurtà tal-impjegati, l-entitajiet kritiċi għandhom jiżguraw li dawn ikunu konformi ma' standards u speċifikazzjonijiet aċċettati b'mod ġenerali; |
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jissensibilizzaw lill-persunal rilevanti dwar il-miżuri msemmija fil-punti minn (a) sa (e). |
(f) jissensibilizzaw lill-persunal rilevanti dwar il-miżuri msemmija fil-punti minn (a) sa (e), inkluż permezz ta' taħriġ perjodiku. |
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fuq talba tal-Istat Membru li jkun identifika l-entità kritika u bil-qbil tal-entità kritika kkonċernata, il-Kummissjoni għandha torganizza missjonijiet konsultattivi, skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 15(4), (5), (7) u (8), biex tagħti pariri lill-entità kritika kkonċernata biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III. Il-missjoni konsultattiva għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lil dak l-Istat Membru u lill-entità kritika kkonċernata. |
3. Fuq talba tal-Istat Membru li jkun identifika l-entità kritika u f'konsultazzjoni mal-entità kritika kkonċernata, il-Kummissjoni għandha torganizza missjonijiet konsultattivi, skont l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 15(4), (5), (7) u (8), biex tagħti pariri lill-entità kritika kkonċernata biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III. Il-missjoni konsultattiva għandha tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Kummissjoni, lil dak l-Istat Membru u lill-entità kritika kkonċernata. Fuq talba tagħhom, il-Kummissjoni tista' wkoll toffri missjonijiet konsultattivi lil entitajiet ibbażati f'pajjiżi terzi. |
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jkunu jistgħu jissottomettu talbiet għal kontrolli tal-isfond fuq persuni li jaqgħu f'ċerti kategoriji speċifiċi tal-persunal tagħhom, inklużi persuni li jkunu qed jiġu kkunsidrati għar-reklutaġġ għal pożizzjonijiet li jaqgħu f'dawk il-kategoriji, u li dawk it-talbiet jiġu vvalutati malajr mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dawn il-kontrolli tal-isfond. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jkunu jistgħu jissottomettu talbiet għal kontrolli tal-isfond fuq persuni li jaqgħu f'ċerti kategoriji speċifiċi tal-persunal tagħhom, inklużi persuni li jkunu qed jiġu kkunsidrati għar-reklutaġġ għal pożizzjonijiet li jaqgħu f'dawk il-kategoriji, u li dawk it-talbiet jiġu vvalutati malajr mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dawn il-kontrolli tal-isfond. Dawn il-kontrolli tal-isfond għandhom ikunu proporzjonati u strettament limitati għal dak li hu neċessarju u rilevanti għat-twettiq tad-dmirijiet tal-persuni kkonċernati. |
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali applikabbli, inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38, kontroll tal-isfond kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu: |
2. Skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali applikabbli, inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitwettaq kontroll tal-isfond kif imsemmi fil-paragrafu 1 għall-iskop waħdieni li jiġi evalwat riskju potenzjali għas-sigurtà tal-entità kritika kkonċernata. Kontroll tal-isfond għandu: |
_________________ |
|
38 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1. |
|
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jinnotifikaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti b'inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tagħhom. In-notifiki għandhom jinkludu kwalunkwe informazzjoni disponibbli meħtieġa biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tifhem in-natura, il-kawża u l-konsegwenzi possibbli tal-inċident, anki sabiex jiġi ddeterminat kwalunkwe impatt transfruntier tal-inċident. Tali notifika ma għandhiex tagħmel lill-entitajiet kritiċi soġġetti għal responsabbiltà akbar. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jinnotifikaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti b'inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tagħhom. Fi żmien 24 siegħa minn meta entità kritika tkun saret taf b'inċident għandha tintbagħat notifika inizjali, segwita minn rapport dettaljat mhux aktar tard minn xahar wara. In-notifiki għandhom jinkludu kwalunkwe informazzjoni disponibbli meħtieġa biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tifhem in-natura, il-kawża u l-konsegwenzi possibbli tal-inċident, anki sabiex jiġi ddeterminat kwalunkwe impatt transfruntier tal-inċident. Tali notifika ma għandhiex tagħmel lill-entitajiet kritiċi soġġetti għal responsabbiltà akbar. |
|
F'każ ta' inċident li jkollu jew jista' jkollu impatt sinifikanti fuq entitajiet kritiċi jew fuq il-kontinwità tal-forniment ta' servizzi essenzjali f'aktar minn tliet Stati Membri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi kkonċernati jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dak l-inċident. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi dwar kwalunkwe notifika bħal din mingħajr dewmien żejjed. Il-Kummissjoni u l-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittrattaw l-informazzjoni pprovduta bħala parti minn tali notifiki b'mod li jirrispetta l-kunfidenzjalità tagħha u jħares is-sigurtà u l-interessi kummerċjali tal-entità kritika kkonċernata. |
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) iż-żona ġeografika milquta mit-tfixkil jew mit-tfixkil potenzjali. |
(c) iż-żona ġeografika milquta mit-tfixkil jew mit-tfixkil potenzjali, u jekk iż-żona hijiex ġeografikament iżolata. |
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Kull sena, l-awtorità kompetenti kkonċernata għandha tissottometti rapport ta' sinteżi lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi dwar in-notifiki li jkunu waslulha u l-azzjoni li tkun ittieħdet f'konformità ma' dan l-Artikolu. |
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Kemm jista' jkun malajr wara li tkun ġiet innotifikata skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-entità kritika li tkun innotifikatha bl-informazzjoni rilevanti dwar is-segwitu tan-notifika tagħha, inkluża informazzjoni li tista' tappoġġa r-rispons effettiv tal-entità kritika għall-inċident. |
4. Kemm jista' jkun malajr wara li tkun ġiet innotifikata skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-entità kritika li tkun innotifikatha bl-informazzjoni rilevanti dwar is-segwitu tan-notifika tagħha, inkluża informazzjoni li tista' tappoġġa r-rispons effettiv tal-entità kritika għall-inċident. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-pubbliku b'inċident meta tqis li jkun fl-interess pubbliku li tagħmel dan. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li, f'każ ta' inċident, l-entitajiet kritiċi jinfurmaw b'dan lill-utenti tas-servizzi tagħhom li jistgħu jintlaqtu minnu u, jekk ikun il-każ, jinfurmawhom dwar kwalunkwe miżura ta' sikurezza jew rimedju eventwali. |
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 13a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 13a |
|
Standards |
|
Fl-interess tal-implimentazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri, mingħajr ma jimponu jew jiddiskriminaw favur l-użu ta' tip ta' teknoloġija partikolari, għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' standards u speċifikazzjonijiet rilevanti għas-sigurtà u r-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. |
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Entità għandha titqies bħala entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari meta tkun ġiet identifikata bħala entità kritika u tkun tforni servizzi essenzjali lil terz tal-Istati Membri jew f'aktar u tkun ġiet innotifikata bħala tali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(1) u (6), rispettivament. |
2. Entità għandha titqies bħala entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari meta tkun ġiet identifikata bħala entità kritika u tkun tforni l-istess servizzi essenzjali jew oħrajn simili lil jew fi tliet Stati Membri jew aktar u tkun ġiet innotifikata bħala tali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5(1) u (6), rispettivament. |
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fuq talba ta' Stat Membru jew aktar minn wieħed jew tal-Kummissjoni, l-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura tal-entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari għandu, flimkien ma' dik l-entità, jinforma lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi bl-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 10 u l-miżuri meħuda skont l-Artikolu 11. |
Fuq talba ta' Stat Membru jew aktar minn wieħed jew tal-Kummissjoni, entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari għandha tinforma lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi bl-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa skont l-Artikolu 10 u l-miżuri meħuda skont l-Artikolu 11. |
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fuq talba ta' Stat Membru jew aktar minn wieħed, jew fuq inizjattiva proprja, u bi qbil mal-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura tal-entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari, il-Kummissjoni għandha torganizza missjoni konsultattiva biex tivvaluta l-miżuri li dik l-entità tkun daħħlet fis-seħħ biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III. Fejn meħtieġ, il-missjonijiet konsultattivi jistgħu jitolbu għarfien espert speċifiku fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri permezz taċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza. |
2. Fuq talba ta' Stat Membru jew aktar minn wieħed, jew fuq inizjattiva proprja, u f'konsultazzjoni mal-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura tal-entità kritika ta' sinifikat Ewropew partikolari, il-Kummissjoni għandha torganizza missjoni konsultattiva biex tivvaluta l-miżuri li dik l-entità tkun daħħlet fis-seħħ biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Kapitolu III. Fejn meħtieġ, il-missjonijiet konsultattivi jistgħu jitolbu għarfien espert speċifiku fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri permezz taċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza. |
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha torganizza l-programm ta' missjoni konsultattiva, f'konsultazzjoni mal-membri tal-missjoni konsultattiva speċifika u bi qbil mal-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura tal-entità kritika jew l-entità kritika ta' sinifikat Ewropew ikkonċernata. |
Il-Kummissjoni għandha torganizza l-programm ta' missjoni konsultattiva, f'konsultazzjoni mal-membri tal-missjoni konsultattiva speċifika u mal-Istat Membru fejn tinsab l-infrastruttura tal-entità kritika jew l-entità kritika ta' sinifikat Ewropew ikkonċernata. |
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Fejn rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jista' jistieden rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati biex jipparteċipaw fil-ħidma tiegħu. |
Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Fejn rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jistieden rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jipparteċipaw fil-ħidma tiegħu u lill-Parlament Ewropew biex jipparteċipa bħala osservatur. |
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) li jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5, inkluż fir-rigward ta' dipendenzi transfruntieri u fir-rigward tar-riskji u l-inċidenti; |
(c) li jiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 5, inkluż fir-rigward ta' dipendenzi transfruntieri u transsettorjali u fir-rigward tar-riskji u l-inċidenti; |
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) li jħejji strateġija tal-Unjoni dwar ir-reżiljenza f'konformità mal-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva; |
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt h
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) li jiskambja informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar ir-riċerka u l-iżvilupp relatati mar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi f'konformità ma' din id-Direttiva; |
(h) li jiskambja informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp relatati mar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi f'konformità ma' din id-Direttiva; |
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ha (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ha) li jippromwovi u jappoġġa valutazzjonijiet tar-riskju koordinati u azzjonijiet konġunti fost l-entitajiet kritiċi; |
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jiltaqa' regolarment u mill-inqas darba fis-sena mal-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit skont [id-Direttiva NIS 2] biex jippromwovi l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni. |
5. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jiltaqa' regolarment u mill-inqas darba fis-sena mal-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit skont [id-Direttiva NIS 2] biex jiffaċilita l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni. |
Emenda 87
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi rapport sommarju tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikoli 3(3) u 4(4) sa [tliet snin u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u sussegwentement fejn meħtieġ u mill-inqas kull erba' snin. |
7. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi rapport ta' sinteżi dwar l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikoli 3(3) u 4(4) sa [tliet snin u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u sussegwentement fejn meħtieġ u mill-inqas kull erba' snin. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ta' sinteżi dwar l-attivitajiet tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi fuq bażi regolari. |
|
Il-Kummissjoni għandha twaqqaf segretarjat komuni għall-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi u l-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit skont id-Direttiva NIS 2 sabiex tiġi akkomodata aħjar il-komunikazzjoni bejn iż-żewġ gruppi u, konsegwentement, jiġu minimizzati l-ambigwitajiet bejn l-awtoritajiet differenti maħtura skont din id-Direttiva u d-Direttiva NIS 2. |
Emenda 88
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Sabiex tirċievi u tuża kif xieraq l-informazzjoni li taslilha skont l-Artikolu 8(3), il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru tal-inċidenti fil-livell tal-Unjoni bil-għan li tiżviluppa u tikkondividi l-aħjar prattiki u metodoloġiji. |
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 11(4) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jew kwalunkwe data oħra stabbilita mill-koleġiżlaturi. |
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(1) u 11(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jew kwalunkwe data oħra stabbilita mill-koleġiżlaturi. |
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 11(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 4(1) u 11(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. |
Emenda 91
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sa [54 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa liema punt l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. |
Sa [54 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa liema punt l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jkollu kapitoli separati għall-pajjiżi dwar il-progress konkret fl-implimentazzjoni f'kull Stat Membru. |
Emenda 92
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni minn żmien għal żmien għandha tirrieżamina l-funzjonament ta' din id-Direttiva, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jivvaluta b'mod partikolari l-impatt u l-valur miżjud ta' din id-Direttiva fuq l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u jekk il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jenħtieġx li jiġi estiż biex ikopri setturi jew subsetturi oħra. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sa [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u għandu jivvaluta b'mod partikolari jekk il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jenħtieġx li jiġi estiż biex jinkludi s-settur tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel. |
Il-Kummissjoni minn żmien għal żmien għandha tirrieżamina l-funzjonament ta' din id-Direttiva, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jivvaluta b'mod partikolari l-impatt u l-valur miżjud ta' din id-Direttiva fuq l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u jekk il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jenħtieġx li jiġi estiż biex ikopri setturi jew subsetturi oħra. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sa [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u għandu jivvaluta b'mod partikolari jekk il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jenħtieġx li jiġi estiż. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tqis id-dokumenti rilevanti tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi. |
Emenda 93
Proposta għal direttiva
Anness – tabella – punt 2 – Trasport – punt e (ġdid)
|
||||
Test propost mill-Kummissjoni |
||||
2. Trasport |
(a) Ajru |
— Trasportaturi tal-ajru msemmija fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 300/20086 |
||
— Korpi ta' tmexxija tal-ajruport imsemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/12/KE7, ajruporti msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva, inklużi l-ajruporti ewlenin elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1315/20138, u l-entitajiet li joperaw installazzjonijiet anċillari li jinsabu fl-ajruporti |
||||
— Operaturi għall-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku li jipprovdu servizzi ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru (KTA) imsemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/20049 |
||||
|
(b) Ferrovija |
— Maniġers tal-infrastruttura msemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE10 |
||
— Impriżi ferrovjarji msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE, inklużi operaturi tal-faċilità ta' servizz imsemmija fil-punt (12) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE |
||||
|
(c) Ilma |
— Kumpaniji għat-trasport fuq l-ilma, (trasport fl-ilmijiet interni, marittimu u kostali) ta' passiġġieri u merkanzija, msemmija għat-trasport marittimu fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 725/200411, li ma jinkludux il-bastimenti individwali mħaddma minn dawk il-kumpaniji |
||
|
— Korpi ta' tmexxija ta' portijiet imsemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/65/KE12, inkluż il-faċilitajiet tal-port tagħhom imsemmija fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 725/2004, u entitajiet li jwettqu xogħlijiet u jħaddmu tagħmir li jinsab fil-portijiet |
|||
|
— Operaturi ta' servizzi tat-traffiku tal-bastimenti msemmija fil-punt (o) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/59/KE13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill |
|||
|
(d) Stradali |
— Awtoritajiet tat-toroq msemmija fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/96214 responsabbli għall-kontroll tal-ġestjoni tat-traffiku |
||
|
— Operaturi ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2010/40/UE15 |

(e) Trasport pubbliku |
— L-awtoritajiet u l-operaturi tas-servizzi tat-trasport pubbliku msemmija fl-Artikolu 2(b) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15a. |
||
|
|
_____________________ |
||
|
|
15a Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1). |
||
Emenda 94
Proposta għal direttiva
Anness – taqsima 5 – subtaqsima 6 (ġdida)
|
Emenda 95
Proposta għal direttiva
Anness – Settur 9 – Titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Amministrazzjoni pubblika |
9. Amministrazzjoni pubblika u istituzzjonijiet demokratiċi |
Emenda 96
Proposta għal direttiva
Anness – Settur 9 –Tip ta' entità – 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
— Gvernijiet u assemblej ċentrali, reġjonali u lokali |
Emenda 97
Proposta għal direttiva
Anness – taqsima 10a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10a. Produzzjoni, ipproċessar u distribuzzjoni tal-ikel |
|
— Negozji tal-ikel kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a |
|
________________ |
|
1a Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1). |
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (2.7.2021)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
(COM(2020)0829 – C9-0421/2020 – (2020)0365(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Nils Torvalds
(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE17 tipprevedi proċedura għad-deżinjazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea fis-setturi tal-enerġija u t-trasport, li t-tfixkil jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt transfruntier sinifikanti fuq mill-inqas żewġ Stati Membri. Din id-Direttiva ffukat esklussivament fuq il-protezzjoni ta' infrastrutturi bħal dawn. Madankollu, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/114/KE li saret fl-201918 sabet li minħabba n-natura dejjem aktar interkonnessa u transfruntiera tal-operazzjonijiet li jużaw l-infrastruttura kritika, il-miżuri protettivi relatati mal-assi individwali waħedhom mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu milli jseħħ kull tfixkil. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-approċċ jinbidel lejn l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, jiġifieri, il-kapaċità tagħhom li jtaffu, jassorbu, jakkomodaw u jirkupraw minn inċidenti li għandhom il-potenzjal li jfixklu l-operazzjonijiet tal-entità kritika. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE17 tipprevedi proċedura għad-deżinjazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea fis-setturi tal-enerġija u t-trasport, li t-tfixkil jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt transfruntier sinifikanti fuq mill-inqas żewġ Stati Membri. Din id-Direttiva ffukat esklussivament fuq il-protezzjoni ta' infrastrutturi bħal dawn. Madankollu, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/114/KE li saret fl-201918 sabet li minħabba n-natura dejjem aktar interkonnessa u transfruntiera tal-operazzjonijiet li jużaw l-infrastruttura kritika, il-miżuri protettivi relatati mal-assi individwali waħedhom mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu milli jseħħ kull tfixkil. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-approċċ jinbidel lejn l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, jiġifieri, il-kapaċità tagħhom li jtaffu, jassorbu, jirreaġixxu, jakkomodaw u jirkupraw minn inċidenti li għandhom il-potenzjal li jfixklu l-operazzjonijiet tal-entità kritika u jipperikolaw il-benesseri ekonomiku u soċjali taċ-ċittadini. |
__________________ |
__________________ |
17 Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75). |
17 Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni ta' l-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75). |
18 SWD(2019) 308. |
18 SWD(2019) 308. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Dawk l-interdipendenzi li qed jiżdiedu huma r-riżultat ta' network dejjem aktar transfruntier u interdipendenti ta' forniment ta' servizzi bl-użu ta' infrastrutturi kritiċi madwar l-Unjoni fis-setturi tal-enerġija, it-trasport, il-banek, l-infrastruttura tas-suq finanzjarju, l-infrastruttura diġitali, l-ilma tax-xorb u l-ilma mormi, is-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll l-ispazju sa fejn hija kkonċernata l-provvista ta' ċerti servizzi li jiddependu fuq l-infrastrutturi li huma proprjetà tal-Istati Membri jew partijiet privati, ġestiti jew operati minnhom, u għalhekk ma tkoprix infrastrutturi li huma proprjetà tal-Unjoni, ġestiti jew operati minnha jew f'isimha bħala parti mill-programmi spazjali tagħha. Dawn l-interdipendenzi jfissru li kwalunkwe tfixkil, anki wieħed inizjalment limitat għal entità waħda jew għal settur wieħed, jista' jkollu effetti kaskata b'mod aktar wiesa', li potenzjalment jistgħu jwasslu għal impatti negattivi fit-tul u mifruxa fit-tul fuq il-forniment tas-servizzi fis-suq intern. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet il-vulnerabbiltà tas-soċjetajiet dejjem aktar interdipendenti tagħna fid-dawl ta' riskji ta' probabbiltà baxxa. |
(3) Dawk l-interdipendenzi li qed jiżdiedu huma r-riżultat ta' network dejjem aktar transfruntier u interdipendenti ta' forniment ta' servizzi bl-użu ta' infrastrutturi kritiċi madwar l-Unjoni fis-setturi tal-enerġija, it-trasport, il-banek, l-infrastruttura tas-suq finanzjarju, l-infrastruttura diġitali, l-ilma tax-xorb u l-ilma mormi, is-saħħa, l-ikel, ċerti aspetti tal-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll l-ispazju sa fejn hija kkonċernata l-provvista ta' ċerti servizzi li jiddependu fuq l-infrastrutturi li huma proprjetà tal-Istati Membri jew partijiet privati, ġestiti jew operati minnhom, u għalhekk ma tkoprix infrastrutturi li huma proprjetà tal-Unjoni, ġestiti jew operati minnha jew f'isimha bħala parti mill-programmi spazjali tagħha. L-innovazzjoni u l-avvanzi teknoloġiċi jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' forom u tipi ġodda ta' sistemi ta' infrastruttura li jużaw innovazzjonijiet immirati biex inaqqsu l-ispejjeż u jżidu l-effiċjenza u jista' jkollhom implikazzjonijiet fuq ir-riskju u r-reżiljenza. Dawn l-interdipendenzi jfissru li kwalunkwe tfixkil, anki wieħed inizjalment limitat għal entità waħda jew għal settur wieħed, jista' jkollu effetti kaskata b'mod aktar wiesa', li potenzjalment jistgħu jwasslu għal impatti negattivi fit-tul u mifruxa fit-tul fuq il-forniment tas-servizzi fis-suq intern. Ir-reżiljenza tal-infrastrutturi tal-enerġija għandha rwol importanti fit-tkabbir ekonomiku madwar l-Unjoni u tikkontribwixxi biex jiġi żgurat livell ta' għajxien deċenti għall-konsumaturi vulnerabbli tal-enerġija. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet il-vulnerabbiltà tas-soċjetajiet dejjem aktar interdipendenti tagħna fid-dawl ta' riskji ta' probabbiltà baxxa. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-entitajiet involuti fil-forniment ta' servizzi essenzjali huma dejjem aktar soġġetti għal rekwiżiti diverġenti imposti skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Il-fatt li xi Stati Membri għandhom rekwiżiti ta' sigurtà inqas stretti fuq dawn l-entitajiet mhux biss jirriskja li jkollu impatt negattiv fuq iż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali madwar l-Unjoni, iżda jwassal ukoll għal ostakli fil-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Tipi simili ta' entitajiet huma meqjusa bħala kritiċi f'xi Stati Membri iżda mhux f'oħrajn, u dawk li huma identifikati bħala kritiċi huma soġġetti għal rekwiżiti diverġenti fi Stati Membri differenti. Dan jirriżulta f'piżijiet amministrattivi addizzjonali u bla bżonn għal kumpaniji li joperaw bejn il-fruntieri, b'mod partikolari għal kumpaniji attivi fl-Istati Membri b'rekwiżiti aktar stretti. |
(4) L-entitajiet involuti fil-forniment ta' servizzi essenzjali huma dejjem aktar soġġetti għal rekwiżiti diverġenti imposti skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Il-fatt li xi Stati Membri għandhom rekwiżiti ta' sigurtà inqas stretti fuq dawn l-entitajiet mhux biss jirriskja li jkollu impatt negattiv fuq iż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali madwar l-Unjoni, iżda jwassal ukoll għal ostakli fil-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi hija ta' importanza kbira għall-funzjonament tas-suq intern u għas-sigurtà tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha. Tipi simili ta' entitajiet huma meqjusa bħala kritiċi f'xi Stati Membri iżda mhux f'oħrajn, u dawk li huma identifikati bħala kritiċi huma soġġetti għal rekwiżiti diverġenti fi Stati Membri differenti. Dan jirriżulta f'piżijiet amministrattivi addizzjonali u bla bżonn għal kumpaniji li joperaw bejn il-fruntieri, b'mod partikolari għal kumpaniji attivi fl-Istati Membri b'rekwiżiti aktar stretti. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli minimi armonizzati biex jiġi żgurat il-forniment ta' servizzi essenzjali fis-suq intern u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. |
(5) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli minimi armonizzati biex jiġi żgurat il-forniment ta' servizzi essenzjali fis-suq intern u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. Peress li din id-Direttiva tipprevedi regoli minimi, l-Istati Membri huma liberi li jadottaw jew iżommu regoli aktar stretti biex jiżguraw il-forniment ta' servizzi essenzjali fis-suq intern u jsaħħu r-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi fejn jidhrilhom li huma meħtieġa biex jipproteġu s-sigurtà nazzjonali. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Minħabba l-importanza taċ-ċibersigurtà għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u fl-interess tal-konsistenza, approċċ koerenti bejn din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) XX/YY tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 [Direttiva proposta dwar miżuri għal livell komuni għoli ta' ċibersigurtà fl-Unjoni kollha; (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva NIS 2")] huwa meħtieġ kull fejn ikun possibbli. Fid-dawl tal-frekwenza ogħla u l-karatteristiċi partikolari tar-riskji ċibernetiċi, id-Direttiva NIS 2 timponi rekwiżiti komprensivi fuq għadd kbir ta' entitajiet biex tiżgura ċ-ċibersigurtà tagħhom. Minħabba li ċ-ċibersigurtà hija indirizzata b'mod suffiċjenti fid-Direttiva NIS 2, il-kwistjonijiet koperti minnha jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-reġim partikolari għall-entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali. |
(8) Minħabba l-importanza taċ-ċibersigurtà għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u fl-interess tal-konsistenza, approċċ koerenti bejn din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) XX/YY tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 [Direttiva proposta dwar miżuri għal livell komuni għoli ta' ċibersigurtà fl-Unjoni kollha; (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva NIS 2")] huwa meħtieġ kull fejn ikun possibbli, biex tiġi evitata kwalunkwe sovrapożizzjoni li tista' xxekkel l-effettività ta' dawk iż-żewġ direttivi. Fid-dawl tal-frekwenza ogħla u l-karatteristiċi partikolari tar-riskji ċibernetiċi, id-Direttiva NIS 2 timponi rekwiżiti komprensivi fuq għadd kbir ta' entitajiet biex tiżgura ċ-ċibersigurtà tagħhom. Minħabba li ċ-ċibersigurtà hija indirizzata b'mod suffiċjenti fid-Direttiva NIS 2, il-kwistjonijiet koperti minnha jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-reġim partikolari għall-entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali. |
__________________ |
__________________ |
20 [Referenza għad-Direttiva NIS 2, ladarba tiġi adottata.] |
20 [Referenza għad-Direttiva NIS 2, ladarba tiġi adottata.] |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) L-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jidentifikaw u jgħinu jiżguraw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju li għandu fil-mira sforzi għall-entitajiet l-aktar rilevanti għat-twettiq tal-funzjonijiet tas-soċjetà jew l-attivitajiet ekonomiċi vitali. Sabiex jiġi żgurat approċċ immirat bħal dan, kull Stat Membru jenħtieġ li jwettaq, fi ħdan qafas armonizzat, valutazzjoni tar-riskji naturali u kkawżati mill-bniedem rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw il-forniment ta' servizzi essenzjali, inklużi inċidenti, diżastri naturali, emerġenzi tas-saħħa pubblika bħal pandemiji, u theddid antagonistiku, inklużi reati terroristiċi. Fit-twettiq ta' dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu valutazzjonijiet tar-riskju ġenerali jew speċifiċi għas-settur oħrajn imwettqa skont atti oħra tad-dritt tal-Unjoni u jenħtieġ li jikkunsidraw id-dipendenzi bejn is-setturi, anki minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi. L-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jintużaw fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi u biex jgħinu lil dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżiljenza ta' din id-Direttiva. |
(11) L-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jidentifikaw u jgħinu jiżguraw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju li għandu fil-mira sforzi għall-entitajiet l-aktar rilevanti għat-twettiq tal-funzjonijiet tas-soċjetà jew l-attivitajiet ekonomiċi vitali. Sabiex jiġi żgurat approċċ immirat bħal dan, kull Stat Membru jenħtieġ li jwettaq, fi ħdan qafas armonizzat, valutazzjoni tar-riskji naturali u kkawżati mill-bniedem rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw il-forniment ta' servizzi essenzjali, inklużi inċidenti, diżastri naturali, emerġenzi tas-saħħa pubblika bħal pandemiji, u theddid antagonistiku, inklużi reati terroristiċi u infiltrazzjoni kriminali. Fit-twettiq ta' dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu valutazzjonijiet tar-riskju ġenerali jew speċifiċi għas-settur oħrajn imwettqa skont atti oħra tad-dritt tal-Unjoni u jenħtieġ li jikkunsidraw id-dipendenzi bejn is-setturi, anki minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi. L-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jintużaw fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi u biex jgħinu lil dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżiljenza ta' din id-Direttiva. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet rilevanti kollha jkunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti u biex jitnaqqsu d-diverġenzi f'dan ir-rigward, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli armonizzati li jippermettu identifikazzjoni konsistenti tal-entitajiet kritiċi madwar l-Unjoni, filwaqt li jippermettu wkoll lill-Istati Membri jirriflettu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji biex jiġu identifikati entitajiet kritiċi. Fl-interess tal-effettività, l-effiċjenza, il-konsistenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli xierqa dwar in-notifika u l-kooperazzjoni relatati ma' tali identifikazzjoni, kif ukoll il-konsegwenzi legali tagħha. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni, b'mod li jkun dettaljat u speċifiku kemm jista' jkun, l-informazzjoni rilevanti u, fi kwalunkwe każ, il-lista tas-servizzi essenzjali, l-għadd ta' entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u subsettur imsemmi fl-Anness u s-servizz jew is-servizzi essenzjali li kull entità tipprovdi u kwalunkwe limitu applikat. |
(12) Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet rilevanti kollha jkunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti u biex jitnaqqsu d-diverġenzi f'dan ir-rigward, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli armonizzati li jippermettu identifikazzjoni konsistenti tal-entitajiet kritiċi madwar l-Unjoni, filwaqt li jippermettu wkoll lill-Istati Membri jirriflettu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Din id-Direttiva tindirizza l-ħtieġa li tiġi garantita l-kontinwità tas-servizzi li huma essenzjali għaż-żamma ta' funzjonijiet vitali tas-soċjetà jew ta' attivitajiet ekonomiċi, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi nazzjonali biex jiġu organizzati u mwassla servizzi pubbliċi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji biex jiġu identifikati entitajiet kritiċi. Fl-interess tal-effettività, l-effiċjenza, il-konsistenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli xierqa dwar in-notifika u l-kooperazzjoni relatati ma' tali identifikazzjoni, kif ukoll il-konsegwenzi legali tagħha. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni, b'mod li jkun dettaljat u speċifiku kemm jista' jkun, l-informazzjoni rilevanti u, fi kwalunkwe każ, il-lista tas-servizzi essenzjali, l-għadd ta' entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u subsettur imsemmi fl-Anness u s-servizz jew is-servizzi essenzjali li kull entità tipprovdi u kwalunkwe limitu applikat. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jissupervizzaw l-applikazzjoni tar-regoli ta' din id-Direttiva' u, fejn meħtieġ, jinfurzawhom u jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jingħataw is-setgħat u r-riżorsi adegwati. Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi ta' governanza nazzjonali u sabiex jiġu ssalvagwardjati l-arranġamenti settorjali diġà eżistenti jew il-korpi superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru aktar minn awtorità kompetenti waħda. F'dak il-każ, jenħtieġ li madankollu jiddelinjaw b'mod ċar il-kompiti rispettivi tal-awtoritajiet ikkonċernati u jiżguraw li dawn jikkooperaw bla xkiel u b'mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti kollha jenħtieġ li jikkooperaw ukoll b'mod aktar ġenerali ma' awtoritajiet rilevanti oħra, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni. |
(16) L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw l-applikazzjoni tar-regoli ta' din id-Direttiva' u, fejn meħtieġ, jinfurzawhom u jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jingħataw is-setgħat u r-riżorsi adegwati. Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi ta' governanza nazzjonali u sabiex jiġu ssalvagwardjati l-arranġamenti speċifiċi għas-settur diġà eżistenti bbażati f'livell nazzjonali jew tal-Unjoni jew il-korpi superviżorji u regolatorji nazzjonali u tal-Unjoni, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru aktar minn awtorità kompetenti waħda. F'dak il-każ, jenħtieġ li madankollu jiddelinjaw b'mod ċar il-kompiti rispettivi tal-awtoritajiet ikkonċernati u jiżguraw li dawn jikkooperaw bla xkiel u b'mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti kollha jenħtieġ li jikkooperaw ukoll b'mod aktar ġenerali ma' awtoritajiet rilevanti oħra, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Billi skont id-Direttiva NIS 2 l-entitajiet identifikati bħala entitajiet kritiċi, kif ukoll entitajiet identifikati fis-settur tal-infrastruttura diġitali li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti skont din id-Direttiva, huma soġġetti għar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà tad-Direttiva NIS 2, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont iż-żewġ Direttivi jikkooperaw, b'mod partikolari fir-rigward tar-riskji u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà li jaffettwaw lil dawk l-entitajiet. |
(18) L-entitajiet identifikati bħala entitajiet kritiċi, skont din id-Direttiva, kif ukoll entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti skont din id-Direttiva, huma soġġetti għar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà tad-Direttiva NIS 2. Konsegwentement, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont iż-żewġ Direttivi jikkooperaw, b'mod partikolari fir-rigward tar-riskji u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà li jaffettwaw lil dawk l-entitajiet. L-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri biex jevitaw rappurtar u kontroll doppju, biex jiżguraw li l-istrateġiji u r-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva u fid-Direttiva NIS 2 ikunu komplementari u li l-entitajiet kritiċi ma jkunux soġġetti għal piż amministrattiv addizzjonali. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom, f'konformità mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà legali proprja tal-entitajiet biex jiżguraw tali konformità. L-Istati Membri jistgħu b'mod partikolari jiżviluppaw materjali u metodoloġiji ta' gwida, jappoġġaw l-organizzazzjoni ta' eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u jipprovdu taħriġ lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. Barra minn hekk, minħabba l-interdipendenzi bejn l-entitajiet u s-setturi, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu għodod għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni biex jappoġġaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni bejn l-entitajiet kritiċi, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
(19) L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom, f'konformità mal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà legali proprja tal-entitajiet biex jiżguraw tali konformità. L-Istati Membri jenħtieġ li b'mod partikolari jiżviluppaw materjali u metodoloġiji ta' gwida, jappoġġaw l-organizzazzjoni ta' eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u jipprovdu taħriġ lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. Barra minn hekk, minħabba l-interdipendenzi bejn l-entitajiet u s-setturi, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu għodod għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni biex jappoġġaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni bejn l-entitajiet kritiċi, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 25
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) L-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jinnotifikaw, kemm jista' jkun malajr taħt iċ-ċirkostanzi partikolari, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b'inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tagħhom. In-notifika jenħtieġ li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwieġbu għall-inċidenti malajr u b'mod adegwat u jkollhom stampa komprensiva tar-riskji ġenerali li jiffaċċjaw l-entitajiet kritiċi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura għan-notifika ta' ċerti inċidenti u jenħtieġ li jiġu previsti parametri biex jiġi ddeterminat meta t-tfixkil kurrenti jew potenzjali jkun sinifikanti u l-inċidenti jenħtieġ għalhekk li jiġu nnotifikati. Minħabba l-impatti transfruntiera potenzjali ta' dan it-tfixkil, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex l-Istati Membri jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn affettwati permezz ta' punti uniċi ta' kuntatt. |
(25) L-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jinnotifikaw, kemm jista' jkun malajr taħt iċ-ċirkostanzi partikolari, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri b'inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tagħhom. In-notifika jenħtieġ li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jwieġbu għall-inċidenti malajr u b'mod adegwat biex jiġu evitati konsegwenzi ħafna aktar negattivi u jkollhom stampa komprensiva tar-riskji ġenerali li jiffaċċjaw l-entitajiet kritiċi. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura għan-notifika ta' ċerti inċidenti u jenħtieġ li jiġu previsti parametri biex jiġi ddeterminat meta t-tfixkil kurrenti jew potenzjali jkun sinifikanti u l-inċidenti jenħtieġ għalhekk li jiġu nnotifikati. Minħabba l-impatti transfruntiera potenzjali ta' dan it-tfixkil, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex l-Istati Membri jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn affettwati permezz ta' punti uniċi ta' kuntatt. Minħabba s-sensittività ta' ċerti avvenimenti, jenħtieġ li jiġu stabbiliti forom xierqa ta' kunfidenzjalità, flimkien ma' mekkaniżmi għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' data li tista' tikkomprometti s-sigurtà nazzjonali. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 30
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(30) L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom ċerti setgħat speċifiċi għall-applikazzjoni u l-infurzar xierqa ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-entitajiet kritiċi, fejn dawn l-entitajiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom kif speċifikat f'din id-Direttiva. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jinkludu, b'mod partikolari, is-setgħa li jitwettqu spezzjonijiet, superviżjoni u awditi, li jirrikjedu lill-entitajiet kritiċi jipprovdu informazzjoni u evidenza relatati mal-miżuri li jkunu ħadu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom u, fejn meħtieġ, li joħorġu ordnijiet biex jirrimedjaw il-ksur identifikat. Meta joħorġu tali ordnijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jirrikjedux miżuri li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jiżguraw il-konformità tal-entità kritika kkonċernata, filwaqt li jqisu b'mod partikolari l-gravità tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-entità kritika. B'mod aktar ġenerali, dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn salvagwardji xierqa u effettivi li għandhom jiġu speċifikati fid-dritt nazzjonali, f'konformità mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Meta jivvalutaw il-konformità ta' entità kritika mal-obbligi tagħha skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont din id-Direttiva jkunu jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva NIS 2 biex jivvalutaw iċ-ċibersigurtà ta' dawk l-entitajiet. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni għal dak il-għan. |
(30) L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom ċerti setgħat speċifiċi għall-applikazzjoni u l-infurzar xierqa ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-entitajiet kritiċi, fejn dawn l-entitajiet jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom kif speċifikat f'din id-Direttiva. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jinkludu, b'mod partikolari, is-setgħa li jitwettqu spezzjonijiet, superviżjoni u awditi, li jirrikjedu lill-entitajiet kritiċi jipprovdu informazzjoni u evidenza relatati mal-miżuri li jkunu ħadu sabiex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom u, fejn meħtieġ, li joħorġu ordnijiet biex jirrimedjaw il-ksur identifikat. Meta joħorġu tali ordnijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jirrikjedux miżuri li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex jiżguraw il-konformità tal-entità kritika kkonċernata, filwaqt li jqisu b'mod partikolari l-gravità tal-ksur u l-kapaċità ekonomika tal-entità kritika. B'mod aktar ġenerali, dawk is-setgħat jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn salvagwardji xierqa u effettivi li għandhom jiġu speċifikati fid-dritt nazzjonali, f'konformità mar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-valutazzjoni tal-entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva, fi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva NIS 2, bħaċ-ċibersigurtà fiżika u mhux fiżika, hija r-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva NIS 2. Barra minn hekk, meta jivvalutaw il-konformità ta' entità kritika mal-obbligi tagħha skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont din id-Direttiva jkunu jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva NIS 2 biex jivvalutaw iċ-ċibersigurtà ta' dawk l-entitajiet. Dawk l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkooperaw u jiskambjaw l-informazzjoni għal dak il-għan. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tistabbilixxi obbligi għall-Istati Membri biex jieħdu ċerti miżuri bil-għan li jiżguraw il-forniment fis-suq intern ta' servizzi essenzjali għaż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali, b'mod partikolari biex jidentifikaw l-entitajiet kritiċi u l-entitajiet li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti f'ċerti aspetti, u biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom; |
(a) tistabbilixxi obbligi għall-Istati Membri biex jieħdu ċerti miżuri bil-għan li jiżguraw il-forniment kontinwu fis-suq intern ta' servizzi essenzjali għaż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali, b'mod partikolari biex jidentifikaw l-entitajiet kritiċi u l-entitajiet li għandhom jiġu ttrattati bħala ekwivalenti f'ċerti aspetti, u biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom; |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kwistjonijiet koperti mid-Direttiva (UE) XX/YY [Direttiva proposta dwar miżuri għal livell komuni għoli ta' ċibersigurtà fl-Unjoni kollha; (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva NIS 2")], mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7. |
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kwistjonijiet koperti mid-Direttiva (UE) XX/YY [Direttiva proposta dwar miżuri għal livell komuni għoli ta' ċibersigurtà fl-Unjoni kollha; (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva NIS 2")], mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7. Fid-dawl tal-interkonnessjonijiet bejn iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà fiżika tal-entitajiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni koerenti taż-żewġ direttivi. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġiji ta' sigurtà tagħhom, inklużi l-istrateġiji ta' sigurtà speċifiċi għas-settur, jipprevedu qafas ta' politika koordinat għal koordinazzjoni msaħħa fil-kuntest tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar l-inċidenti u t-theddid u l-eżerċizzju ta' kompiti superviżorji li jevita d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti u l-attivitajiet ta' rappurtar u monitoraġġ. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) "riskju" tfisser kwalunkwe ċirkostanza jew avveniment li jkollu effett negattiv potenzjali fuq ir-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi; |
(6) "riskju" tfisser kwalunkwe ċirkostanza jew avveniment li jkollu effett negattiv potenzjali fuq l-operazzjonijiet ta' entitajiet kritiċi; |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) l-aspetti rilevanti mill-istrateġija nazzjonali taċ-ċibersigurtà kif previst fid-Direttiva NIS 2 u kwalunkwe strateġija nazzjonali settorjali oħra bil-ħsieb li jinkisbu l-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u s-sinerġiji. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Meta jabbozzaw l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u jqisu l-kapaċitajiet lokali. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-riskji naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem rilevanti kollha, inklużi l-inċidenti, id-diżastri naturali, l-emerġenzi tas-saħħa pubblika, it-theddid antagonistiku, inklużi r-reati terroristiċi skont id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-riskji naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem rilevanti kollha, inklużi l-inċidenti, id-diżastri naturali, l-emerġenzi tas-saħħa pubblika, it-theddid antagonistiku, inklużi r-reati terroristiċi skont id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. Fejn rilevanti, il-valutazzjoni tar-riskju għandha tikkunsidra l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. |
__________________ |
__________________ |
34 Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6). |
34 Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6). |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Kummissjoni tista', f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa mudell ta' rappurtar komuni volontarju għall-finijiet tal-konformità mal-paragrafu 4. |
5. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa mudell ta' rappurtar komuni volontarju għall-finijiet tal-konformità mal-paragrafu 4. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw dawk l-entitajiet li huma jkunu identifikaw bħala entitajiet essenzjali skont id-Direttiva NIS 2 bħala entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva. Meta Stat Membru jiddeċiedi li ma jidentifikax l-entitajiet essenzjali skont id-Direttiva NIS 2 bħala entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva, huwa għandu jiġġustifika r-raġunijiet għal dan. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) iż-żona ġeografika li tista' tiġi affettwata minn inċident, inkluż kwalunkwe impatt transfruntier; |
(e) iż-żona ġeografika li tista' tiġi affettwata minn inċident, inkluż kwalunkwe impatt transfruntier, filwaqt li titqies il-vulnerabbiltà assoċjata mal-grad ta' iżolament ta' ċerti tipi ta' żoni ġeografiċi, bħar-reġjuni insulari, ir-reġjuni ultraperiferiċi jew iż-żoni muntanjużi; |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Kull Stat Membru għandu, fi ħdan l-awtorità kompetenti, jindika punt uniku ta' kuntatt biex jeżerċita funzjoni ta' kollegament sabiex jiżgura l-kooperazzjoni transfruntiera mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra u mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 16 ("punt uniku ta' kuntatt"). |
2. Kull Stat Membru għandu, fi ħdan l-awtorità kompetenti, jindika punt uniku ta' kuntatt biex jeżerċita funzjoni ta' kollegament sabiex jiżgura l-kooperazzjoni transfruntiera mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra, mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi msemmi fl-Artikolu 16 ("punt uniku ta' kuntatt") u mal-entitajiet kritiċi. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-punt uniku ta' kuntatt iddeżinjat skont id-Direttiva NIS 2 ikun il-punt uniku ta' kuntatt skont din id-Direttiva. |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Sa [tliet snin u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull sena minn hemm 'il quddiem, il-punti uniċi ta' kuntatt għandhom jippreżentaw rapport ta' sommarju lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi dwar in-notifiki riċevuti, inkluż l-għadd ta' notifiki, in-natura tal-inċidenti notifikati u l-azzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 13(3). |
3. Sa [tliet snin u sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u fl-ewwel trimestru ta' kull sena minn hemm 'il quddiem, il-punti uniċi ta' kuntatt għandhom jippreżentaw rapport ta' sommarju lill-Kummissjoni u lill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi dwar in-notifiki riċevuti, inkluż l-għadd ta' notifiki, in-natura tal-inċidenti notifikati u l-azzjonijiet meħuda skont l-Artikolu 13(3). |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, fejn xieraq, u f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u ma' dak nazzjonali, jikkonsultaw u jikkooperaw ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra, b'mod partikolari dawk inkarigati mill-protezzjoni ċivili, l-infurzar tal-liġi u l-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll ma' partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi entitajiet kritiċi. |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, fejn xieraq, u f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u ma' dak nazzjonali, jikkonsultaw u jikkooperaw ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra, inkluż, fejn xieraq, mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, b'mod partikolari dawk inkarigati mill-protezzjoni ċivili, l-infurzar tal-liġi u l-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll ma' partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi entitajiet kritiċi. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1 L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom. Dak l-appoġġ jista' jinkludi li jiżviluppaw materjali ta' gwida u metodoloġiji, jappoġġaw l-organizzazzjoni ta' eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u jipprovdu taħriġ lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. |
1 L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-entitajiet kritiċi fit-tisħiħ tar-reżiljenza tagħhom, fl-iżvilupp ta' protokolli, ftehimiet u kooperazzjoni, u fl-iskambju ta' informazzjoni u għarfien espert bejn is-settur pubbliku u dak privat. Dak l-appoġġ għandu jinkludi, fost l-oħrajn, li jiżviluppaw materjali ta' gwida u metodoloġiji, jappoġġaw l-organizzazzjoni ta' eżerċizzji biex jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom u jipprovdu taħriġ perjodiku lill-persunal ta' entitajiet kritiċi. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Fejn meħtieġ, l-Istati Membri għandhom jallokaw riżorsi suffiċjenti biex jappoġġaw entitajiet kritiċi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' konformità, b'mod partikolari biex ikopru spejjeż addizzjonali assoċjati ma' attivitajiet ta' tagħlim u taħriġ jew biex jimpjegaw persunal addizzjonali għar-rappurtar, il-monitoraġġ u r-rieżami. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għodod għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni biex jappoġġaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni bejn l-entitajiet kritiċi fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar, b'mod partikolari, il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-data personali. |
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għodod għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni biex jappoġġaw il-kondiviżjoni volontarja tal-informazzjoni bejn l-entitajiet kritiċi, bil-għan li jżidu l-kondiviżjoni tal-għarfien u t-trasparenza fi ħdan is-setturi u bejniethom, fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn din id-Direttiva, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar, b'mod partikolari, il-kompetizzjoni u l-protezzjoni tad-data personali. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) jipprevjenu inċidenti li jistgħu jheddu s-sigurtà u l-kontinwazzjoni tal-provvista ta' oġġetti u servizzi; |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) jagħmlu użu minn standards u speċifikazzjonijiet Ewropej aċċettati rilevanti għar-reżiljenza ta' entitajiet kritiċi, mingħajr ma jimponu l-użu ta' tip partikolari ta' servizz jew teknoloġija jew jiddiskriminaw favurihom; |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) jiżguraw ġestjoni adegwata tas-sigurtà tal-impjegati, anki billi jistabbilixxu kategoriji ta' persunal li jeżerċita funzjonijiet kritiċi, jistabbilixxu drittijiet ta' aċċess għal żoni sensittivi, faċilitajiet u infrastruttura oħra, u għal informazzjoni sensittiva kif ukoll jidentifika kategoriji speċifiċi ta' persunal fid-dawl tal-Artikolu 12; |
(e) jiżguraw ġestjoni adegwata tas-sigurtà u tat-taħriġ tal-impjegati, anki billi jistabbilixxu kategoriji ta' persunal li jeżerċita funzjonijiet kritiċi, jistabbilixxu drittijiet ta' aċċess għal żoni sensittivi, faċilitajiet u infrastruttura oħra, u għal informazzjoni sensittiva kif ukoll jidentifika kategoriji speċifiċi ta' persunal fid-dawl tal-Artikolu 12; |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jissensibilizzaw lill-persunal rilevanti dwar il-miżuri msemmija fil-punti minn (a) sa (e). |
(f) jissensibilizzaw lill-operaturi rilevanti u l-persunal tagħhom dwar il-miżuri msemmija fil-punti minn (a) sa (e), permezz ta' taħriġ perjodiku. |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jkunu jistgħu jissottomettu talbiet għal kontrolli tal-isfond fuq persuni li jaqgħu f'ċerti kategoriji speċifiċi tal-persunal tagħhom, inklużi persuni li jkunu qed jiġu kkunsidrati għar-reklutaġġ għal pożizzjonijiet li jaqgħu f'dawk il-kategoriji, u li dawk it-talbiet jiġu vvalutati malajr mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dawn il-kontrolli tal-isfond. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jkunu jistgħu jissottomettu talbiet debitament ġustifikati għal kontrolli tal-isfond fuq persuni li jaqgħu f'ċerti kategoriji speċifiċi tal-persunal tagħhom, identifikati abbażi ta' kriterji nazzjonali komuni, inklużi persuni li jkunu qed jiġu kkunsidrati għar-reklutaġġ għal funzjonijiet kritiċi li jaqgħu f'dawk il-kategoriji, u li dawk it-talbiet jiġu vvalutati malajr mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu dawn il-kontrolli tal-isfond. |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali applikabbli, inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38, kontroll tal-isfond kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu: |
2. Skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali applikabbli, inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitwettaq kontroll tal-isfond kif imsemmi fil-paragrafu 1 għall-iskop uniku li jiġi evalwat riskju potenzjali għas-sigurtà għall-entità kritika u fir-rigward tad-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata. Kontroll tal-isfond għandu: |
__________________ |
__________________ |
38 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1. |
38 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1. |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) ikopri l-impjiegi preċedenti, l-edukazzjoni u kwalunkwe żmien barra mill-edukazzjoni jew l-impjieg fis-CV tal-persuna matul mill-inqas il-ħames snin preċedenti u għal massimu ta' għaxar snin. |
(c) f'każijiet eċċezzjonali u abbażi tal-kriterji nazzjonali, ikopri l-impjiegi preċedenti, l-edukazzjoni u kwalunkwe żmien barra mill-edukazzjoni jew l-impjieg fis-CV tal-persuna matul mill-inqas il-ħames snin preċedenti u għal massimu ta' għaxar snin. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jinnotifikaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti b'inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti jew li għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tagħhom. In-notifiki għandhom jinkludu kwalunkwe informazzjoni disponibbli meħtieġa biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tifhem in-natura, il-kawża u l-konsegwenzi possibbli tal-inċident, anki sabiex jiġi ddeterminat kwalunkwe impatt transfruntier tal-inċident. Tali notifika ma għandhiex tagħmel lill-entitajiet kritiċi soġġetti għal responsabbiltà akbar. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jinnotifikaw biss lill-awtorità kompetenti b'inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet tagħhom mingħajr dewmien żejjed, bil-għan li jevitaw l-informazzjoni żejda u fluss mhux meħtieġ ta' data, u biex jiġi garantit il-funzjonament effettiv tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-entitajiet privati. In-notifiki għandhom jinkludu kwalunkwe informazzjoni disponibbli meħtieġa biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tifhem in-natura, il-kawża u l-konsegwenzi possibbli tal-inċident, anki sabiex jiġi ddeterminat kwalunkwe impatt transfruntier tal-inċident. Tali notifika ma għandhiex tagħmel lill-entitajiet kritiċi soġġetti għal responsabbiltà akbar. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-a) l-impatt fuq il-ħajja tal-bniedem u l-konsegwenzi ambjentali; |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) iż-żona ġeografika milquta mit-tfixkil jew mit-tfixkil potenzjali. |
(c) iż-żona ġeografika milquta mit-tfixkil jew mit-tfixkil potenzjali, filwaqt li jitqies jekk dik iż-żona hijiex ġeografikament iżolata. |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Fejn rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jista' jistieden rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati biex jipparteċipaw fil-ħidma tiegħu. |
2. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Fejn rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi jista' jistieden rappreżentanti tal-partijiet rilevanti biex jipparteċipaw fil-ħidma tiegħu, jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva tal-SMEs, tas-soċjetà ċivili u tat-trade unions prinċipalment għal aspetti relatati mat-taħriġ. |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jiltaqa' regolarment u mill-inqas darba fis-sena mal-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit skont [id-Direttiva NIS 2] biex jippromwovi l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni. |
5. Il-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi għandu jiltaqa' regolarment u mill-inqas darba fis-sena mal-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit skont [id-Direttiva NIS 2] biex jiffaċilita l-kooperazzjoni strateġika u l-iskambju tal-informazzjoni. |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7a. Il-Grupp ta' Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, fi spirtu ta' kooperazzjoni fis-sigurtà u aċċess miftuħ, jista' fuq talba, jagħti aċċess għas-sejbiet tiegħu u data tas-sors għall-użu fl-akkademja, fir-riċerka dwar is-sigurtà u għal użi oħra ta' benefiċċju. It-talbiet għal aċċess għandhom ikunu motivati u ġustifikati u d-data pprovduta għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-persuni u tkun proporzjonata mal-influwenza fuq l-entitajiet inkwistjoni. |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 7b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7b. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi segretarjat komuni għall-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi u l-Grupp ta' Kooperazzjoni stabbilit skont [id-Direttiva NIS 2] sabiex tiġi akkomodata aħjar il-komunikazzjoni bejn iż-żewġ gruppi u, konsegwentement, jiġu minimizzati l-ambigwitajiet bejn l-awtoritajiet differenti maħtura skont din id-Direttiva u [id-Direttiva NIS 2]. |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Sabiex tirċievi u tuża kif xieraq l-informazzjoni li taslilha skont l-Artikolu 8(3), il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru Ewropew tal-inċidenti bil-għan li tiżviluppa u tikkondividi l-aħjar prattiki u metodoloġiji. |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 22 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni minn żmien għal żmien għandha tirrieżamina l-funzjonament ta' din id-Direttiva, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jivvaluta b'mod partikolari l-impatt u l-valur miżjud ta' din id-Direttiva fuq l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u jekk il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jenħtieġx li jiġi estiż biex ikopri setturi jew subsetturi oħra. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sa [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u għandu jivvaluta b'mod partikolari jekk il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jenħtieġx li jiġi estiż biex jinkludi s-settur tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel. |
Il-Kummissjoni minn żmien għal żmien għandha tirrieżamina l-funzjonament ta' din id-Direttiva, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jivvaluta b'mod partikolari l-impatt u l-valur miżjud ta' din id-Direttiva fuq l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u jekk il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva għandux jiġi estiż biex ikopri setturi jew subsetturi oħra. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sa [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Għal dak il-għan u bil-ħsieb li tkompli tavvanza l-kooperazzjoni strateġika, il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe dokument ta' gwida mhux vinkolanti tal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi dwar l-esperjenza miksuba f'livell strateġiku. |
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Anness – Punt 5. Saħħa (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
||
Settur |
Subsettur |
Tip ta' entità |
|
||
Emenda |
||
|
|
Entitajiet li għandhom awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 79 tad-Direttiva 2001/83/KE |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Anness – Punt 8a (ġdid)
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
||
Settur |
Subsettur |
Tip ta' entità |
|
||
Emenda |
||
Ikel |
Is-suq bl-ingrossa |
— Negozji tal-ikel kif imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (1a) |
1a Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.04.2004, p. 39). |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi |
|||
Referenzi |
COM(2020)0829 – C9-0421/2020 – 2020/0365(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 11.2.2021 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 11.2.2021 |
|||
Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
29.4.2021 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Nils Torvalds 15.2.2021 |
|||
Eżami fil-kumitat |
26.5.2021 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
1.7.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
58 0 14 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Nicola Beer, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Michael Bloss, Paolo Borchia, Marc Botenga, Markus Buchheit, Martin Buschmann, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Carlo Calenda, Maria da Graça Carvalho, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Josianne Cutajar, Nicola Danti, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Valter Flego, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Jens Geier, Bart Groothuis, Christophe Grudler, Henrike Hahn, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Romana Jerković, Eva Kaili, Seán Kelly, Izabela-Helena Kloc, Łukasz Kohut, Andrius Kubilius, Miapetra Kumpula-Natri, Thierry Mariani, Marisa Matias, Eva Maydell, Joëlle Mélin, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Angelika Niebler, Ville Niinistö, Mauri Pekkarinen, Tsvetelina Penkova, Morten Petersen, Markus Pieper, Clara Ponsatí Obiols, Manuela Ripa, Jérôme Rivière, Robert Roos, Massimiliano Salini, Sara Skyttedal, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Riho Terras, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Marie Toussaint, Isabella Tovaglieri, Viktor Uspaskich, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Carlos Zorrinho |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Klemen Grošelj, Alicia Homs Ginel, Elena Lizzi, Jutta Paulus, Susana Solís Pérez, Nils Torvalds |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
58 |
+ |
NI |
Martin Buschmann, Clara Ponsatí Obiols, Viktor Uspaskich |
PPE |
François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Maria da Graça Carvalho, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Seán Kelly, Andrius Kubilius, Eva Maydell, Angelika Niebler, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Sara Skyttedal, Riho Terras, Henna Virkkunen, Pernille Weiss |
Renew |
Nicola Beer, Nicola Danti, Valter Flego, Bart Groothuis, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Iskra Mihaylova, Mauri Pekkarinen, Morten Petersen, Susana Solís Pérez, Nils Torvalds |
S&D |
Carlo Calenda, Josianne Cutajar, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Jens Geier, Robert Hajšel, Alicia Homs Ginel, Ivo Hristov, Romana Jerković, Eva Kaili, Łukasz Kohut, Miapetra Kumpula-Natri, Dan Nica, Tsvetelina Penkova, Patrizia Toia, Carlos Zorrinho |
The Left |
Marisa Matias |
Verts/ALE |
Michael Bloss, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Henrike Hahn, Ville Niinistö, Jutta Paulus, Manuela Ripa, Marie Toussaint |
14 |
0 |
ECR |
Izabela-Helena Kloc, Robert Roos, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Grzegorz Tobiszowski, Evžen Tošenovský |
ID |
Paolo Borchia, Markus Buchheit, Elena Lizzi, Thierry Mariani, Joëlle Mélin, Jérôme Rivière, Isabella Tovaglieri |
The Left |
Marc Botenga |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (26.7.2021)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi
(COM(2020)0829 – C9-0421/2020 – 2020/0365(COD))
Rapporteur for opinion ‘(*)’: Alex Agius Saliba
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Fis-16 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Direttiva dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi (RCE), akkumpanjata b'valutazzjoni tal-impatt, ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/114/KE dwar l-Infrastruttura Kritika Ewropea (ECI) imwettqa fl-2019. Fid-dawl tal-importanza taċ-ċibersigurtà għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, il-Kummissjoni ppreżentat ukoll, b'mod parallel, proposta għal Direttiva NIS riveduta ("NIS 2"). Sabiex tiġi żgurata koerenza sħiħa, l-obbligi tar-reżiljenza ċibernetika skont l-NIS 2 japplikaw ukoll għal entitajiet kritiċi identifikati fil-qafas tal-proposta l-ġdida.
Il-proposta għal direttiva dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi tirrifletti bidla minn approċċ ibbażat fuq il-protezzjoni tal-assi individwali għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi li joperawhom. Dan ikun jirrikjedi li l-Istati Membri jadottaw strateġiji nazzjonali u jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju regolari u jistabbilixxu wkoll obbligi fuq l-entitajiet kritiċi biex isaħħu r-reżiljenza u l-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi essenzjali. Il-proċedura ta' identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi tkun differenti minn dik stabbilita fid-Direttiva ECI. Il-Kummissjoni jkollha wkoll sorveljanza speċifika fuq entitajiet kritiċi ta' sinifikat Ewropew partikolari.
Ir-rapporteur jappoġġa b'mod ġenerali l-proposta RCE u jemmen li huwa importanti li l-Kumitat IMCO jirrikonoxxi li l-miżuri eżistenti fil-livell tal-UE, immirati lejn il-protezzjoni ta' servizzi u ta' infrastrutturi ewlenin minn riskji fiżiċi, jeħtieġ li jiġu aġġornati. It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi fl-Istati Membri u l-kundizzjonijiet ekwi għal entitajiet kritiċi madwar l-Unjoni huma ta' importanza kbira meta wieħed iqis l-interkonnessjonijiet li qed jiżdiedu bejn is-setturi, l-entitajiet u s-servizzi fis-suq intern.
Il-Kumitat IMCO huwa assoċjat, skont l-Artikolu 57, ma' kompetenzi kondiviżi fir-rigward ta' kwistjonijiet li jqajmu mistoqsijiet skont il-mandat tal-Kumitat IMCO li għandu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern.
Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet
Ir-rapporteur jilqa' l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva peress li tagħti l-possibbiltà li jiġu inklużi setturi ġodda li ma bbenefikawx minn miżuri speċifiċi ta' protezzjoni. Madankollu, ir-rapporteur jemmen li l-objettiv ġenerali li jiġi żgurat livell għoli ta' reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u infrastrutturi essenzjali u li jiġi żgurat il-forniment ta' servizzi essenzjali sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern jeħtieġ li jiġi spjegat b'mod ċar.
Barra minn hekk, huwa jipprova jiżgura allinjament u armonizzazzjoni aktar mill-qrib kemm tad-Direttiva RCE kif ukoll tad-Direttiva NIS 2, fejn possibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjonijiet. Għal dan il-għan, ir-rapporteur jitlob li l-protezzjoni fiżika mhux ċibernetika skont id-Direttiva RCE proposta tkun separata b'mod ċar mir-rekwiżiti tad-Direttiva NIS 2 permezz ta' distinzjoni ċara fid-definizzjoni ta' "reżiljenza" inkluża fl-Artikolu 2(2). Barra minn hekk, jipproponi sett ta' definizzjonijiet artikolati tajjeb li jkopru "entitajiet kritiċi", "reżiljenza", "inċident", u "infrastruttura essenzjali" fost oħrajn.
Strateġija u valutazzjoni tar-riskju mill-Istati Membri
Ir-rapporteur jilqa' l-istrateġija li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u l-valutazzjoni tar-riskju li kull Stat Membru jrid jadotta. Madankollu, huwa jagħmel suġġerimenti biex jittejbu l-involviment u l-konsultazzjoni mal-entitajiet kritiċi u l-partijiet interessati, peress li dawn il-kumpaniji jipprovdu servizzi vitali għall-funzjonament bla xkiel tal-ħajja ta' kuljum u l-kooperazzjoni msaħħa magħhom hija kruċjali jekk irridu niksbu l-objettivi ta' din id-Direttiva. Jirrikonoxxi wkoll l-importanza tal-ġestjoni tal-katina tal-provvista u r-riskji relatati mal-fornituri meta jintużaw minn entitajiet kritiċi biex jiġi żgurat li l-ktajjen tal-provvista jikkontribwixxu għar-reżiljenza tal-entitajiet li jfornu lilhom.
Identifikazzjoni ta' entitajiet kritiċi
Ir-rapporteur jappoġġa l-fatt li l-Istati Membri se jkollhom jidentifikaw entitajiet kritiċi f'setturi rilevanti ewlenin imsemmija fl-Anness, madankollu, jispjega li l-Istati Membri se jkunu obbligati jidentifikaw entitajiet għal dawk is-setturi u subsetturi mill-Anness li jeżistu fl-Istati Membri u li għalihom l-entitajiet huma fornituri ewlenin ta' servizzi essenzjali għaż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà u ta' attivitajiet ekonomiċi vitali. Ir-rapporteur għalhekk għamel suġġerimenti f'dan ir-rigward.
Awtoritajiet kompetenti u punt uniku ta' kuntatt
Ir-rapporteur jirrikonoxxi l-importanza ta' sorveljanza xierqa u ta' kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Madankollu, jinnota li għandhom jiġu stabbiliti punti uniċi ta' kuntatt biex jeżerċitaw funzjoni ta' kollegament u koordinazzjoni bejn l-entitajiet kritiċi, l-awtoritajiet kompetenti, u punti uniċi ta' kuntatt oħra u mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi. Il-punt uniku ta' kuntatt għandu wkoll jissimplifika u jarmonizza l-kanali ta' rapportar (il-prinċipju ta' punt uniku ta' servizz).
Notifika tal-inċidenti
Ir-rapporteur jemmen li inċidenti li jfixklu b'mod sinifikanti l-operazzjonijiet ta' entitajiet kritiċi u huma ta' interess pubbliku għandhom jiġu rrapportati mhux biss lill-awtoritajiet kompetenti, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt, iżda wkoll lill-pubbliku jew meta jkun meħtieġ lill-utenti affettwati. Ir-rapporteur jissuġġerixxi wkoll li jiġu ċċarati xi wħud mir-rekwiżiti relatati man-notifika tal-inċidenti li għadhom ma seħħewx u li tiġi pprovduta gwida addizzjonali rigward il-limiti ta' rapportar.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE17 tipprevedi proċedura għad-deżinjazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea fis-setturi tal-enerġija u t-trasport, li t-tfixkil jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt transfruntier sinifikanti fuq mill-inqas żewġ Stati Membri. Din id-Direttiva ffukat esklussivament fuq il-protezzjoni ta' infrastrutturi bħal dawn. Madankollu, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/114/KE li saret fl-201918 sabet li minħabba n-natura dejjem aktar interkonnessa u transfruntiera tal-operazzjonijiet li jużaw l-infrastruttura kritika, il-miżuri protettivi relatati mal-assi individwali waħedhom mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu milli jseħħ kull tfixkil. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-approċċ jinbidel lejn l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, jiġifieri, il-kapaċità tagħhom li jtaffu, jassorbu, jakkomodaw u jirkupraw minn inċidenti li għandhom il-potenzjal li jfixklu l-operazzjonijiet tal-entità kritika. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE17 tipprevedi proċedura għad-deżinjazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea fis-setturi tal-enerġija u t-trasport, li t-tfixkil jew il-qerda tagħhom ikollhom impatt transfruntier sinifikanti fuq mill-inqas żewġ Stati Membri. Din id-Direttiva ffukat esklussivament fuq il-protezzjoni ta' infrastrutturi bħal dawn. Madankollu, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2008/114/KE li saret fl-201918 sabet li minħabba n-natura dejjem aktar interkonnessa u transfruntiera tal-operazzjonijiet li jużaw l-infrastruttura kritika, il-miżuri protettivi relatati mal-assi individwali waħedhom mhumiex biżżejjed biex jipprevjenu milli jseħħ kull tfixkil. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-approċċ jinbidel lejn l-iżgurar tar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, jiġifieri, il-kapaċità tagħhom li jtaffu, jassorbu, jakkomodaw u jirkupraw u jipproteġu minn inċidenti jew theddidiet li għandhom il-potenzjal li jfixklu l-operazzjonijiet tal-entità kritika, il-funzjonament tas-suq intern jew il-moviment liberu ta' servizzi essenzjali. |
__________________ |
__________________ |
17 Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75). |
17 Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom (ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75). |
18 SWD(2019) 308. |
18 SWD(2019) 308. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Minkejja l-miżuri eżistenti fil-livell tal-Unjoni[1] u dak nazzjonali mmirati lejn l-appoġġ tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fl-Unjoni, l-entitajiet li joperaw dawk l-infrastrutturi mhumiex mgħammra b'mod adegwat biex jindirizzaw ir-riskji kurrenti u dawk futuri antiċipati għall-operazzjonijiet tagħhom li jistgħu jirriżultaw f'interruzzjonijiet fil-forniment ta' servizzi li huma essenzjali għat-twettiq ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali. Dan minħabba xenarju ta' theddid dinamiku b'theddida terroristika li qed tevolvi u b'interdipendenzi li qed jikbru bejn l-infrastrutturi u s-setturi, kif ukoll riskju fiżiku miżjud minħabba diżastri naturali u t-tibdil fil-klima, li jżid il-frekwenza u l-iskala ta' avvenimenti ta' temp estrem u jġib tibdil fit-tul fil-klima medja li jista' jnaqqas il-kapaċità u l-effiċjenza ta' ċerti tipi ta' infrastruttura jekk ma jkunx hemm fis-seħħ miżuri ta' reżiljenza jew adattament għat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, is-setturi u t-tipi ta' entitajiet rilevanti mhumiex rikonoxxuti b'mod konsistenti bħala kritiċi fl-Istati Membri kollha. |
(2) Minkejja l-miżuri eżistenti fil-livell tal-Unjoni19 u dak nazzjonali mmirati lejn l-appoġġ tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fl-Unjoni, l-entitajiet li joperaw dawk l-infrastrutturi mhumiex mgħammra b'mod adegwat biex jindirizzaw ir-riskji kurrenti u dawk futuri antiċipati għall-operazzjonijiet tagħhom li jistgħu jirriżultaw f'interruzzjonijiet fil-forniment ta' servizzi li huma essenzjali għat-twettiq ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali. Dan minħabba xenarju ta' theddid dinamiku b'theddida terroristika li qed tevolvi u b'interdipendenzi li qed jikbru bejn l-infrastrutturi u s-setturi, kif ukoll riskju fiżiku miżjud minħabba diżastri naturali u t-tibdil fil-klima, li jżid il-frekwenza u l-iskala ta' avvenimenti ta' temp estrem u jġib tibdil fit-tul fil-klima medja li jista' jnaqqas il-kapaċità u l-effiċjenza ta' ċerti tipi ta' infrastruttura jekk ma jkunx hemm fis-seħħ miżuri ta' reżiljenza jew adattament għat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, is-setturi u t-tipi ta' entitajiet rilevanti mhumiex rikonoxxuti b'mod konsistenti bħala kritiċi fl-Istati Membri kollha. Minħabba interdipendenzi transsettorjali u transfruntiera akbar bejn l-infrastrutturi kritiċi, inċident fi Stat Membru wieħed jista' jaffettwa serjament l-attivitajiet fi Stat Membru ieħor. Sabiex jintlaħaq livell għoli ta' reżiljenza fl-infrastrutturi kritiċi madwar l-Unjoni, jenħtieġ li s-servizzi u l-infrastruttura essenzjali jkunu protetti u reżiljenti fl-Istati Membri kollha. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Dawk l-interdipendenzi li qed jiżdiedu huma r-riżultat ta' network dejjem aktar transfruntier u interdipendenti ta' forniment ta' servizzi bl-użu ta' infrastrutturi kritiċi madwar l-Unjoni fis-setturi tal-enerġija, it-trasport, il-banek, l-infrastruttura tas-suq finanzjarju, l-infrastruttura diġitali, l-ilma tax-xorb u l-ilma mormi, is-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll l-ispazju sa fejn hija kkonċernata l-provvista ta' ċerti servizzi li jiddependu fuq l-infrastrutturi li huma proprjetà tal-Istati Membri jew partijiet privati, ġestiti jew operati minnhom, u għalhekk ma tkoprix infrastrutturi li huma proprjetà tal-Unjoni, ġestiti jew operati minnha jew f'isimha bħala parti mill-programmi spazjali tagħha. Dawn l-interdipendenzi jfissru li kwalunkwe tfixkil, anki wieħed inizjalment limitat għal entità waħda jew għal settur wieħed, jista' jkollu effetti kaskata b'mod aktar wiesa', li potenzjalment jistgħu jwasslu għal impatti negattivi fit-tul u mifruxa fit-tul fuq il-forniment tas-servizzi fis-suq intern. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet il-vulnerabbiltà tas-soċjetajiet dejjem aktar interdipendenti tagħna fid-dawl ta' riskji ta' probabbiltà baxxa. |
(3) Dawk l-interdipendenzi li qed jiżdiedu huma r-riżultat ta' network dejjem aktar transfruntier u interdipendenti ta' forniment ta' servizzi essenzjali bl-użu ta' infrastrutturi kritiċi madwar l-Unjoni fis-setturi tal-enerġija, it-trasport, il-banek, l-infrastruttura tas-suq finanzjarju, l-infrastruttura diġitali, l-ilma tax-xorb u l-ilma mormi, is-saħħa, l-amministrazzjoni pubblika, kif ukoll l-ispazju sa fejn hija kkonċernata l-provvista ta' ċerti servizzi li jiddependu fuq l-infrastrutturi li huma proprjetà tal-Istati Membri jew partijiet privati, ġestiti jew operati minnhom, u għalhekk ma tkoprix infrastrutturi li huma proprjetà tal-Unjoni, ġestiti jew operati minnha jew f'isimha bħala parti mill-programmi spazjali tagħha. Dawn l-interdipendenzi jfissru li kwalunkwe tfixkil ta' servizzi essenzjali, anki wieħed inizjalment limitat għal entità waħda jew għal settur wieħed, jista' jkollu effetti kaskata b'mod aktar wiesa', li potenzjalment jistgħu jwasslu għal impatti negattivi fit-tul u mifruxa fit-tul fuq il-forniment ta' dawk is-servizzi fis-suq intern, inklużi fuq individwi, konsumaturi u negozji. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet il-vulnerabbiltà tas-soċjetajiet dejjem aktar interdipendenti tagħna fid-dawl ta' riskji ta' probabbiltà baxxa. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-entitajiet involuti fil-forniment ta' servizzi essenzjali huma dejjem aktar soġġetti għal rekwiżiti diverġenti imposti skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Il-fatt li xi Stati Membri għandhom rekwiżiti ta' sigurtà inqas stretti fuq dawn l-entitajiet mhux biss jirriskja li jkollu impatt negattiv fuq iż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali madwar l-Unjoni, iżda jwassal ukoll għal ostakli fil-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Tipi simili ta' entitajiet huma meqjusa bħala kritiċi f'xi Stati Membri iżda mhux f'oħrajn, u dawk li huma identifikati bħala kritiċi huma soġġetti għal rekwiżiti diverġenti fi Stati Membri differenti. Dan jirriżulta f'piżijiet amministrattivi addizzjonali u bla bżonn għal kumpaniji li joperaw bejn il-fruntieri, b'mod partikolari għal kumpaniji attivi fl-Istati Membri b'rekwiżiti aktar stretti. |
(4) L-entitajiet involuti fil-forniment ta' servizzi essenzjali u infrastruttura essenzjali huma dejjem aktar soġġetti għal rekwiżiti diverġenti imposti skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Il-fatt li xi Stati Membri għandhom rekwiżiti ta' sigurtà inqas stretti fuq dawn l-entitajiet mhux biss joħloq livelli ta' reżiljenza eteroġenei u differenzi fost l-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni u s-superviżjoni ta' entitajiet kritiċi iżda jħalli wkoll impatt negattiv fuq iż-żamma ta' funzjonijiet tas-soċjetà jew attivitajiet ekonomiċi vitali madwar l-Unjoni, u jwassal ukoll għal kompetizzjoni inġusta u għal ostakli fil-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Tipi simili ta' entitajiet huma meqjusa bħala kritiċi f'xi Stati Membri iżda mhux f'oħrajn, u dawk li huma identifikati bħala kritiċi huma soġġetti għal rekwiżiti diverġenti fi Stati Membri differenti. Dan jirriżulta f'piżijiet amministrattivi addizzjonali u bla bżonn għal kumpaniji li joperaw bejn il-fruntieri, b'mod partikolari għal kumpaniji attivi fl-Istati Membri b'rekwiżiti aktar stretti. Għalhekk jenħtieġ li qafas Ewropew ikollu wkoll l-effett li joħloq kundizzjonijiet ekwi għall-entitajiet kritiċi fl-Unjoni kollha. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli minimi armonizzati biex jiġi żgurat il-forniment ta' servizzi essenzjali fis-suq intern u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi. |
(5) Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli minimi armonizzati biex jiġu żgurati l-forniment u l-moviment liberu ta' servizzi essenzjali fis-suq intern u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u tal-infrastruttura essenzjali meħtieġa għal attivitajiet tas-soċjetà jew ekonomiċi fi ħdan l-Unjoni. Għal dan il-fini, l-għan ta' din id-Direttiva huwa li l-infrastrutturi kritiċi u l-entitajiet kritiċi jsiru reżiljenti u b'hekk tiżdied il-kapaċità tagħhom li jiżguraw il-provvista kontinwa ta' servizzi jew ta' infrastruttura essenzjali, jew tal-anqas li jirristabbilixxu malajr l-operat wara li jkun seħħ inċident. L-operaturi ta' infrastrutturi kritiċi li jipprovdu servizzi essenzjali fis-suq intern f'diversi setturi neċessarji għal funzjonijiet tas-soċjetà u għal attivitajiet ekonomiċi fundamentali, jenħtieġ li jsiru reżiljenti kontra riskji attwali u futuri antiċipati. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Sabiex jinkiseb dak l-objettiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw l-entitajiet kritiċi li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti u sorveljanza speċifiċi, iżda wkoll għal appoġġ u gwida partikolari mmirati lejn il-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza fid-dawl tar-riskji rilevanti kollha. |
(6) Sabiex jinkiseb dak l-objettiv, l-Istati Membri jenħtieġ li jidentifikaw l-entitajiet kritiċi li jipprovdu servizzi essenzjali jew infrastruttura essenzjali fi ħdan setturi u subsetturi eżistenti fil-livell nazzjonali kif imsemmi fl-Anness li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rekwiżiti u sorveljanza speċifiċi, iżda wkoll għal appoġġ u gwida partikolari mmirati lejn il-kisba ta' livell għoli ta' reżiljenza fid-dawl tar-riskji rilevanti kollha. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Minħabba l-importanza taċ-ċibersigurtà għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u fl-interess tal-konsistenza, approċċ koerenti bejn din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) XX/YY tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 (minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva NIS 2") huwa meħtieġ kull fejn ikun possibbli. Fid-dawl tal-frekwenza ogħla u l-karatteristiċi partikolari tar-riskji ċibernetiċi, id-Direttiva NIS 2 timponi rekwiżiti komprensivi fuq għadd kbir ta' entitajiet biex tiżgura ċ-ċibersigurtà tagħhom. Minħabba li ċ-ċibersigurtà hija indirizzata b'mod suffiċjenti fid-Direttiva NIS 2, il-kwistjonijiet koperti minnha jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-reġim partikolari għall-entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali. |
(8) Minħabba l-importanza taċ-ċibersigurtà għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u fl-interess tal-konsistenza, approċċ koerenti bejn din id-Direttiva u d-Direttiva (UE) XX/YY tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 ("id-Direttiva NIS 2") huwa meħtieġ kull fejn ikun possibbli. Fid-dawl tal-frekwenza ogħla u l-karatteristiċi partikolari tar-riskji ċibernetiċi, id-Direttiva NIS 2 timponi rekwiżiti komprensivi fuq għadd kbir ta' entitajiet biex tiżgura ċ-ċibersigurtà tagħhom. Minħabba li ċ-ċibersigurtà hija indirizzata b'mod suffiċjenti fid-Direttiva NIS 2, il-kwistjonijiet koperti minnha jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għar-reġim partikolari għall-entitajiet fis-settur tal-infrastruttura diġitali. Jenħtieġ li jiġi żgurat approċċ koerenti bejn dawn l-atti, pereżempju billi jiġi żgurat li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-Direttiva NIS 2 u li x'aktarx ikunu soġġetti għall-obbligi skont din id-Direttiva, fejn possibbli, jibbenefikaw minn punt uniku ta' kuntatt u sett ta' regoli komuni. Għaldaqstant, is-superviżjoni tal-entitajiet identifikati bħala kritiċi jew ekwivalenti għal kritiċi skont din id-Direttiva, fi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva NIS 2 se tkun responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont id-Direttiva NIS 2. Barra minn hekk, l-entitajiet li huma identifikati bħala entitajiet essenzjali skont id-Direttiva NIS 2, iżda li mhumiex identifikati bħala entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva, jenħtieġ li jsaħħu wkoll ir-reżiljenza tal-infrastruttura fiżika tagħhom, fejn xieraq. |
__________________ |
__________________ |
20 [Referenza għad-Direttiva NIS 2, ladarba tiġi adottata.] |
20 Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (ĠU L ..., ..., p. ..). |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Bl-għan li jiġi żgurat approċċ komprensiv għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, kull Stat Membru jenħtieġ li jkollu strateġija li tistabbilixxi l-objettivi u l-miżuri ta' politika li għandhom jiġu implimentati. Sabiex jinkiseb dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istrateġiji taċ-ċibersigurtà tagħhom jipprovdu qafas ta' politika għal koordinazzjoni msaħħa bejn l-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva u d-Direttiva NIS 2 fil-kuntest tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar inċidenti u theddid ċibernetiku u l-eżerċitar ta' kompiti superviżorji. |
Bl-għan li jiġi żgurat approċċ komprensiv għar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi, u b'kunsiderazzjoni għall-objettivi tal-istrateġija ta' reżiljenza tal-Unjoni mħejjija mill-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi, kull Stat Membru jenħtieġ li jadotta strateġija nazzjonali li tistabbilixxi l-objettivi u l-miżuri ta' politika li għandhom jiġu implimentati. Sabiex jinkiseb dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-istrateġiji taċ-ċibersigurtà tagħhom jipprovdu qafas ta' politika għal koordinazzjoni msaħħa bejn l-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva u d-Direttiva NIS 2 fil-kuntest tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar inċidenti u theddid ċibernetiku u l-eżerċitar ta' kompiti superviżorji. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) L-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jidentifikaw u jgħinu jiżguraw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju li għandu fil-mira sforzi għall-entitajiet l-aktar rilevanti għat-twettiq tal-funzjonijiet tas-soċjetà jew l-attivitajiet ekonomiċi vitali. Sabiex jiġi żgurat approċċ immirat bħal dan, kull Stat Membru jenħtieġ li jwettaq, fi ħdan qafas armonizzat, valutazzjoni tar-riskji naturali u kkawżati mill-bniedem rilevanti kollha li jistgħu jaffettwaw il-forniment ta' servizzi essenzjali, inklużi inċidenti, diżastri naturali, emerġenzi tas-saħħa pubblika bħal pandemiji, u theddid antagonistiku, inklużi reati terroristiċi. Fit-twettiq ta' dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu valutazzjonijiet tar-riskju ġenerali jew speċifiċi għas-settur oħrajn imwettqa skont atti oħra tad-dritt tal-Unjoni u jenħtieġ li jikkunsidraw id-dipendenzi bejn is-setturi, anki minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi. L-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jintużaw fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi u biex jgħinu lil dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżiljenza ta' din id-Direttiva. |
(11) L-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jidentifikaw u jgħinu jiżguraw ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi jenħtieġ li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju li għandu fil-mira sforzi għall-entitajiet l-aktar rilevanti għat-twettiq ta' servizzi essenzjali vitali għall-funzjonijiet tas-soċjetà jew għall-attivitajiet ekonomiċi . Sabiex jiġi żgurat approċċ immirat bħal dan, kull Stat Membru jenħtieġ li jwettaq, fi ħdan qafas armonizzat, valutazzjoni tar-riskji rilevanti kollha, inklużi r-riskji transsettorjali, transfruntiera, naturali u kkawżati mill-bniedem, li jistgħu jaffettwaw il-forniment ta' servizzi essenzjali, inklużi inċidenti, diżastri naturali, emerġenzi tas-saħħa pubblika bħal pandemiji, u theddid antagonistiku, inklużi reati terroristiċi. Fit-twettiq ta' dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu valutazzjonijiet tar-riskju ġenerali jew speċifiċi għas-settur oħrajn imwettqa skont atti oħra tad-dritt tal-Unjoni u jenħtieġ li jikkunsidraw id-dipendenzi bejn is-setturi, anki minn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi, u r-riskji li joriġinaw għall-popolazzjoni ġenerali jew issuq intern. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jikkunsidrawx bħala riskju kwalunkwe riskju kummerċjali regolari għal operazzjonijiet li jirriżulta mill-kundizzjonijiet tas-suq, jew kwalunkwe riskju li jirriżulta minn teħid ta' deċiżjonijiet demokratiku. L-eżiti tal-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jintużaw fil-proċess tal-identifikazzjoni tal-entitajiet kritiċi u biex jgħinu lil dawk l-entitajiet jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar ir-reżiljenza ta' din id-Direttiva. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet rilevanti kollha jkunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti u biex jitnaqqsu d-diverġenzi f'dan ir-rigward, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli armonizzati li jippermettu identifikazzjoni konsistenti tal-entitajiet kritiċi madwar l-Unjoni, filwaqt li jippermettu wkoll lill-Istati Membri jirriflettu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji biex jiġu identifikati entitajiet kritiċi. Fl-interess tal-effettività, l-effiċjenza, il-konsistenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli xierqa dwar in-notifika u l-kooperazzjoni relatati ma' tali identifikazzjoni, kif ukoll il-konsegwenzi legali tagħha. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni, b'mod li jkun dettaljat u speċifiku kemm jista' jkun, l-informazzjoni rilevanti u, fi kwalunkwe każ, il-lista tas-servizzi essenzjali, l-għadd ta' entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u subsettur imsemmi fl-Anness u s-servizz jew is-servizzi essenzjali li kull entità tipprovdi u kwalunkwe limitu applikat. |
(12) Sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet rilevanti kollha jkunu soġġetti għal dawk ir-rekwiżiti u biex jitnaqqsu d-diverġenzi f'dan ir-rigward, huwa importanti li jiġu stabbiliti regoli armonizzati li jippermettu identifikazzjoni konsistenti tal-entitajiet kritiċi madwar l-Unjoni, filwaqt li jippermettu wkoll lill-Istati Membri jirriflettu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali ta' setturi u subsetturi fit-territorju tagħhom elenkat fl-Anness. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji komuni u speċifikazzjonijiet ibbażati fuq indikaturi u metodoloġiji minimi għal kull settur u subsettur biex jiġu identifikati entitajiet kritiċi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet rilevanti. Fl-interess tal-effettività, l-effiċjenza, il-konsistenza u ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli xierqa dwar in-notifika u l-kooperazzjoni relatati ma' tali identifikazzjoni, kif ukoll il-konsegwenzi legali tagħha. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jippreżentaw lill-Kummissjoni, b'mod li jkun dettaljat u speċifiku kemm jista' jkun, l-informazzjoni rilevanti u, fi kwalunkwe każ, il-lista tas-servizzi essenzjali, l-għadd ta' entitajiet kritiċi identifikati għal kull settur u subsettur imsemmi fl-Anness u s-servizz jew is-servizzi essenzjali li kull entità tipprovdi u kwalunkwe limitu applikat. Sabiex tiġi evitata applikazzjoni diverġenti ta' din id-Direttiva u jittejjeb il-funzjonament tas-suq intern, il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri jenħtieġ li tipprovdi linji gwida dettaljati u tagħmel rakkomandazzjonijiet biex tappoġġa lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni tal-lista ta' servizzi u infrastruttura essenzjali u l-entitajiet kritiċi għal kull settur u subsettur nazzjonali msemmija fl-Anness. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) L-acquis tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji jistabbilixxi rekwiżiti komprensivi għall-entitajiet finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji kollha li jiffaċċjaw, inklużi r-riskji operazzjonali, u jiżguraw il-kontinwità tan-negozju. Dan jinkludi r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. Il-Kummissjoni reċentement ipproponiet li tikkomplementa dan il-qafas bir-Regolament XX/SSSS tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament propost dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament DORA")27], li jistabbilixxi rekwiżiti għad-ditti finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji tal-ICT, inkluż il-ħarsien ta' infrastrutturi fiżiċi tal-ICT. Billi r-reżiljenza tal-entitajiet elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness hija koperta b'mod komprensiv mill-acquis tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji, dawk l-entitajiet jenħtieġ li jiġu ttrattati wkoll bħala ekwivalenti għall-entitajiet kritiċi għall-finijiet tal-Kapitolu II ta' din id-Direttiva biss. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tar-regoli tar-riskju operazzjonali u tar-reżiljenza diġitali fis-settur finanzjarju, l-appoġġ tal-Istati Membri għat-titjib tar-reżiljenza ġenerali tal-entitajiet finanzjarji ekwivalenti għal entitajiet kritiċi jenħtieġ li jiġi żgurat mill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 41 tar-[Regolament DORA], u jkun soġġett għall-proċeduri stabbiliti f'dik il-leġiżlazzjoni b'mod kompletament armonizzat. |
(15) L-acquis tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji jistabbilixxi rekwiżiti komprensivi għall-entitajiet finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji kollha li jiffaċċjaw, inklużi r-riskji operazzjonali, u jiżguraw il-kontinwità tan-negozju. Dan jinkludi r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. Il-Kummissjoni reċentement ipproponiet li tikkomplementa dan il-qafas bir-Regolament XX/SSSS tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Regolament propost dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament DORA")27], li jistabbilixxi rekwiżiti għad-ditti finanzjarji biex jiġġestixxu r-riskji tal-ICT, inkluż il-ħarsien ta' infrastrutturi fiżiċi tal-ICT. Billi r-reżiljenza tal-entitajiet elenkati fil-punti 3 u 4 tal-Anness hija koperta b'mod komprensiv mill-acquis tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji, dawk l-entitajiet jenħtieġ li jiġu ttrattati wkoll bħala ekwivalenti għall-entitajiet kritiċi għall-finijiet tal-Kapitolu II ta' din id-Direttiva biss u konsegwentement, tali entitajiet jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-obbligi stabbiliti fil-Kapitoli III sa VI. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tar-regoli tar-riskju operazzjonali u tar-reżiljenza diġitali fis-settur finanzjarju, l-appoġġ tal-Istati Membri għat-titjib tar-reżiljenza ġenerali tal-entitajiet finanzjarji ekwivalenti għal entitajiet kritiċi jenħtieġ li jiġi żgurat mill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 41 tar-[Regolament DORA], u jkun soġġett għall-proċeduri stabbiliti f'dik il-leġiżlazzjoni b'mod kompletament armonizzat. |
__________________ |
__________________ |
22 Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-transazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1). |
22 Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-transazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1). |
23 Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349). |
23 Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349). |
24 Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84). |
24 Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84). |
25 Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1). |
25 Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1). |
26 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338). |
26 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338). |
27 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014, COM(2020) 595. |
27 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014, COM(2020) 595. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jissupervizzaw l-applikazzjoni tar-regoli ta' din id-Direttiva' u, fejn meħtieġ, jinfurzawhom u jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jingħataw is-setgħat u r-riżorsi adegwati. Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi ta' governanza nazzjonali u sabiex jiġu ssalvagwardjati l-arranġamenti settorjali diġà eżistenti jew il-korpi superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru aktar minn awtorità kompetenti waħda. F'dak il-każ, jenħtieġ li madankollu jiddelinjaw b'mod ċar il-kompiti rispettivi tal-awtoritajiet ikkonċernati u jiżguraw li dawn jikkooperaw bla xkiel u b'mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti kollha jenħtieġ li jikkooperaw ukoll b'mod aktar ġenerali ma' awtoritajiet rilevanti oħra, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni. |
(16) L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jissupervizzaw l-applikazzjoni tar-regoli ta' din id-Direttiva' u jinfurzawhom u jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jingħataw is-setgħat u r-riżorsi adegwati. Fid-dawl tad-differenzi fl-istrutturi ta' governanza nazzjonali u sabiex jiġu ssalvagwardjati l-arranġamenti settorjali diġà eżistenti jew il-korpi superviżorji u regolatorji tal-Unjoni, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jaħtru aktar minn awtorità kompetenti waħda. F'dak il-każ, jenħtieġ li madankollu jiddelinjaw b'mod ċar il-kompiti rispettivi tal-awtoritajiet ikkonċernati u jiżguraw li dawn jikkooperaw bla xkiel u b'mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti kollha jenħtieġ li jikkooperaw ukoll b'mod aktar ġenerali ma' awtoritajiet rilevanti oħra, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 17
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni transfruntiera u sabiex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva, kull Stat Membru jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur, jaħtar, f'waħda mill-awtoritajiet li huwa jkun ħatar bħala awtorità kompetenti skont din id-Direttiva, punt uniku ta' kuntatt responsabbli għall-koordinazzjoni ta' kwistjonijiet relatati mar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. |
(17) Sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni transfruntiera u sabiex tkun tista' ssir l-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva, kull Stat Membru jenħtieġ li, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti legali tal-Unjoni speċifiċi għas-settur, jaħtar, f'waħda mill-awtoritajiet li huwa jkun ħatar bħala awtorità kompetenti skont din id-Direttiva, punt uniku ta' kuntatt responsabbli għall-koordinazzjoni ta' kwistjonijiet relatati mar-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u l-kooperazzjoni transfruntiera fil-livell tal-Unjoni f'dan ir-rigward. Il-punti uniċi ta' kuntatt jenħtieġ ukoll li jeżerċitaw funzjoni ta' kollegament u jikkoordinaw il-komunikazzjoni kollha mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tiegħu, mal-punti uniċi ta' kuntatt ta' Stati Membri oħra, mal-Grupp tar-Reżiljenza tal-Entitajiet Kritiċi stabbilit b'din id-Direttiva u mal-entitajiet identifikati bħala entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni mal-Istati Membri, jenħtieġ li l-entitajiet identifikati bħala entitajiet kritiċi skont din id-Direttiva jaħtru wkoll punt ta' kuntatt ta' referenza fi ħdan l-entità. Il-punt ta' kuntatt ta' referenza jenħtieġ li jintuża mill-entità kritika b'tali mod li jeżerċita funzjoni ta' kollegament, jikkoordina u jikkomunika mal-Istati Membri dwar miżuri li jirrigwardaw l-aspetti organizzattivi u tekniċi relatati mal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Għal dan il-għan, il-punti uniċi ta' kuntatt jenħtieġ li jużaw kanali ta' rappurtar effiċjenti, standardizzati u armonizzati. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |