RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma' partijiet privati, tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol b'appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni

15.10.2021 - (COM(2020)0796 – C9-0401/2020 – 2020/0349(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Javier Zarzalejos


Proċedura : 2020/0349(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0290/2021

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma' partijiet privati, tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol b'appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni

(COM(2020)0796 – C9-0401/2020 – 2020/0349(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0796),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0401/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0290/2021),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Emenda  1

 

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Ewropa qed taffaċċja sitwazzjoni ta' sigurtà li ma tiqafx tinbidel, b'theddidiet għas-sigurtà li jevolvu dejjem aktar u dejjem aktar kumplessi. Il-kriminali u t-terroristi jisfruttaw il-vantaġġi li jġibu magħhom it-trasformazzjoni diġitali u t-teknoloġiji l-ġodda, inklużi l-interkonnettività u n-nuqqas ta' ċarezza tal-konfini bejn id-dinja fiżika u diġitali. Il-kriżi tal-COVID-19 kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni, hekk kif il-kriminali malajr ħatfu l-opportunitajiet sabiex jisfruttaw il-kriżi billi jadattaw il-modi ta' operazzjoni tagħhom jew billi jiżviluppaw attivitajiet kriminali ġodda. It-terroriżmu għadu theddida sinifikanti għal-libertà u għall-mod ta' ħajja tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha.

(2) L-Ewropa qed taffaċċja sitwazzjoni ta' sigurtà li ma tiqafx tinbidel, b'theddidiet għas-sigurtà li jevolvu dejjem aktar u dejjem aktar kumplessi. Il-kriminali u t-terroristi jisfruttaw il-kapaċitajiet li jġibu magħhom it-trasformazzjoni diġitali u t-teknoloġiji l-ġodda, inklużi l-interkonnettività u n-nuqqas ta' ċarezza tal-konfini bejn id-dinja fiżika u diġitali u l-possibbiltà li jaħbu r-reati jew l-identitajiet tagħhom bl-użu ta' tekniki dejjem aktar sofistikati. Il-kriminali wrew il-kapaċità tagħhom li jadattaw il-modi ta' operazzjoni tagħhom jew li jiżviluppaw attivitajiet kriminali ġodda fi żminijiet ta' kriżi, inkluż billi jisfruttaw għodod teknoloġiċi biex jimmultiplikaw u jespandu l-firxa u l-iskala tal-attivitajiet kriminali li jkunu involuti fihom. It-terroriżmu għadu theddida sinifikanti għal-libertà u għall-mod ta' ħajja tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha.

Emenda  2

 

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Dawn it-theddidiet jinfirxu lil hinn mill-fruntieri, hekk kif jinvolvu varjetà ta' reati li huma jiffaċilitaw, u jidhru fi gruppi tal-kriminalità organizzata polikriminali li jinvolvu ruħhom f'firxa wiesgħa ta' attivitajiet kriminali. Peress li l-azzjoni fil-livell nazzjonali biss mhijiex biżżejjed sabiex tindirizza dawn l-isfidi transnazzjonali tas-sigurtà, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri saru dejjem jużaw aktar l-appoġġ u l-għarfien espert li l-Europol toffri għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. Minn meta sar applikabbli r-Regolament (UE) 2016/794, l-importanza operazzjonali tal-kompiti tal-Europol inbidlet b'mod sostanzjali. L-ambjent il-ġdid tat-theddidiet jibdel ukoll l-appoġġ li l-Istati Membri jeħtieġu u jistennew mill-Europol sabiex iżommu liċ-ċittadini sikuri.

(3) Dawn it-theddidiet jinfirxu lil hinn mill-fruntieri, hekk kif jinvolvu varjetà ta' reati li huma jiffaċilitaw, u jidhru fi gruppi tal-kriminalità organizzata polikriminali li jinvolvu ruħhom f'firxa wiesgħa ta' attivitajiet kriminali. Peress li l-azzjoni fil-livell nazzjonali u l-kooperazzjoni transfruntiera mhumiex biżżejjed sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi transnazzjonali tas-sigurtà, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri saru dejjem jużaw aktar l-appoġġ u l-għarfien espert li l-Europol toffri għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. Minn meta sar applikabbli r-Regolament (UE) 2016/794, l-importanza operazzjonali tal-kompiti tal-Europol żdiedet b'mod sostanzjali. L-ambjent il-ġdid tat-theddidiet jibdel ukoll il-kamp ta' applikazzjoni u t-tip ta' appoġġ li l-Istati Membri jeħtieġu u jistennew mill-Europol sabiex iżommu liċ-ċittadini sikuri.

Emenda  3

 

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-kompiti addizzjonali mogħtija lill-Europol b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermettu lill-Europol tappoġġa aħjar lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi filwaqt li tippreserva bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 4(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Il-mandat imsaħħaħ tal-Europol jenħtieġ li jkun ibbilanċjat b'salvagwardji msaħħa fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u aktar akkontabbiltà, responsabbiltà u sorveljanza, inkluża s-sorveljanza parlamentari. Biex il-Europol tkun tista' twettaq il-mandat tagħha, il-kompetenzi u l-kompiti addizzjonali tagħha jenħtieġ li jitqabblu ma' riżorsi umani u finanzjarji adegwati.

Emenda  4

 

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Hekk kif l-Ewropa qed taffaċċja theddidiet dejjem akbar minn gruppi ta' kriminalità organizzata u minn attakki terroristiċi, rispons effettiv tal-infurzar tal-liġi jrid jinkludi d-disponibbiltà ta' unitajiet ta' intervent speċjali interoperabbli mħarrġa tajjeb speċjalizzati fil-kontroll ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi. Fl-Unjoni, l-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru jikkooperaw abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617.53 Il-Europol jenħtieġ li tkun tista' tipprovdi appoġġ lil dawn l-unitajiet ta' intervent speċjali, inkluż billi tipprovdi appoġġ operazzjonali, tekniku u finanzjarju.

(4) Hekk kif l-Ewropa qed taffaċċja theddidiet dejjem akbar minn gruppi ta' kriminalità organizzata u minn attakki terroristiċi, rispons effettiv tal-infurzar tal-liġi jrid jinkludi d-disponibbiltà ta' unitajiet ta' intervent speċjali interoperabbli mħarrġa tajjeb speċjalizzati fil-kontroll ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi maħluqa mill-bniedem li jirrappreżentaw theddida fiżika serja diretta għall-persuni, għall-proprjetà, għall-infrastruttura jew għall-istituzzjonijiet, b'mod partikolari t-teħid ta' ostaġġi, ħtif u każijiet simili. Fl-Unjoni, dawk l-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru jikkooperaw abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/61753. Il-Europol jenħtieġ li tkun tista' tipprovdi appoġġ lil dawn l-unitajiet ta' intervent speċjali, inkluż billi tipprovdi appoġġ operazzjonali, tekniku u finanzjarju. Tali appoġġ jenħtieġ li dejjem ikun komplementari għall-isforzi mwettqa mill-Istati Membri biex jiżguraw is-sigurtà taċ-ċittadini tagħhom.

__________________

__________________

53 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta' intervent speċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (ĠU L 210, 6.8.2008).

53 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta' intervent speċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 73).

Emenda  5

 

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) F'dawn l-aħħar snin, attakki ċibernetiċi fuq skala kbira xeħtu fil-mira tagħhom entitajiet kemm pubbliċi kif ukoll privati f'ħafna ġurisdizzjonijiet fl-Unjoni u lil hinn minnha, u affettwaw diversi setturi inklużi s-servizzi tat-trasport, tas-saħħa u dawk finanzjarji. Iċ-ċiberkriminalità u ċ-ċibersigurtà ma jistgħux ikunu mifruda f'ambjent interkonness. Il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' tali attivitajiet huma sostnuti mill-koordinazzjoni u mill-kooperazzjoni bejn l-atturi rilevanti, inklużi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà ("ENISA"), l-awtoritajiet kompetenti għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni ("awtoritajiet tal-NIS") kif iddefiniti mid-Direttiva (UE) 2016/114854, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u partijiet privati. Sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effettiva bejn l-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar l-attakki ċibernetiċi u t-theddidiet għas-sigurtà, jenħtieġ li l-Europol tikkoopera mal-ENISA permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u billi tipprovdi appoġġ analitiku.

(5) F'dawn l-aħħar snin, attakki ċibernetiċi fuq skala kbira, inklużi attakki li joriġinaw f'pajjiżi terzi, xeħtu fil-mira tagħhom entitajiet kemm pubbliċi kif ukoll privati f'ħafna ġuriżdizzjonijiet fl-Unjoni u lil hinn minnha, u affettwaw diversi setturi inklużi s-servizzi tat-trasport, tas-saħħa u dawk finanzjarji. Il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' tali attivitajiet huma sostnuti mill-koordinazzjoni u mill-kooperazzjoni bejn l-atturi rilevanti, inklużi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), l-awtoritajiet kompetenti għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni (awtoritajiet tal-NIS) kif iddefiniti mid-Direttiva (UE) 2016/114854, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u partijiet privati. Sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effettiva bejn l-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar l-attakki ċibernetiċi u t-theddidiet għaċ-ċibersigurtà, jenħtieġ li l-Europol tikkoopera mal-ENISA fl-ambitu tal-mandati rispettivi tagħhom permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u billi tipprovdi appoġġ analitiku.

__________________

__________________

54 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1–30).

54 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

Emenda  6

 

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-kriminali ta' riskju għoli għandhom rwol ewlieni fin-networks kriminali u jippreżentaw riskju għoli ta' kriminalità serja għas-sigurtà interna tal-Unjoni. Sabiex jiġu miġġielda gruppi ta' kriminalità organizzata b'riskju għoli u l-membri ewlenin tagħhom, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri fl-iffokar tar-rispons investigattiv tagħhom fuq l-identifikazzjoni ta' dawn il-persuni, l-attivitajiet kriminali tagħhom u l-membri tan-networks kriminali tagħhom.

(6) Il-kriminali ta' riskju għoli għandhom rwol ewlieni fin-networks kriminali u jippreżentaw riskju għoli ta' kriminalità serja għas-sigurtà interna tal-Unjoni. Sabiex jiġu miġġielda gruppi ta' kriminalità organizzata b'riskju għoli u l-membri ewlenin tagħhom, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri fl-iffokar tar-rispons investigattiv tagħhom fuq l-identifikazzjoni ta' dawn il-persuni, l-attivitajiet kriminali u l-assi finanzjarji tagħhom, u l-membri tan-networks kriminali tagħhom, kif ukoll persuni li jappartjenu għal istituzzjonijiet politiċi u finanzjarji nazzjonali li jkunu involuti f'reati permezz ta' skemi ta' korruzzjoni.

Emenda  7

 

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) It-theddidiet ikkawżati minn kriminalità serja jeħtieġu rispons koordinat, koerenti, multidixxiplinari u li jinvolvi diversi aġenziji. Jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tiffaċilita u tappoġġa inizjattivi ta' sigurtà msejsa fuq l-intelligence mmexxija mill-Istati Membri sabiex jiġu identifikati, jingħataw prijorità u jiġu indirizzati theddidiet tal-kriminalità serja, bħall-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali. Jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tipprovdi appoġġ amministrattiv, loġistiku, finanzjarju u operazzjonali għal tali attivitajiet, b'appoġġ għall-identifikazzjoni ta' prijoritajiet trażversali u l-implimentazzjoni ta' għanijiet strateġiċi orizzontali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja.

(7) It-theddidiet ikkawżati minn kriminalità serja jeħtieġu rispons koordinat, koerenti, multidixxiplinari u li jinvolvi diversi aġenziji. Jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tiffaċilita u tappoġġa attivitajiet operazzjonali u strateġiċi mmexxija mill-Istati Membri sabiex jiġu identifikati, jingħataw prijorità u jiġu indirizzati theddidiet tal-kriminalità serja, bħall-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali. Jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tipprovdi appoġġ amministrattiv, loġistiku, finanzjarju u operazzjonali għal tali attivitajiet, b'appoġġ għall-identifikazzjoni ta' prijoritajiet trażversali u l-implimentazzjoni ta' għanijiet strateġiċi orizzontali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja.

Emenda  8

 

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), stabbilita fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali permezz tar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55 56, hija għodda essenzjali għaż-żamma ta' livell għoli ta' sigurtà fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-Europol, bħala ċentru għall-iskambju ta' informazzjoni fl-Unjoni, tirċievi u żżomm informazzjoni siewja mingħand pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali dwar persuni ssuspettati li jkunu involuti f'reati li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-mandat tal-Europol. Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' ddaħħal data dwar dawn il-persuni fis-SIS sabiex din tkun disponibbli direttament u f'ħin reali għall-utenti finali tas-SIS.

(8) Is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), stabbilita fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali permezz tar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55, hija għodda essenzjali għaż-żamma ta' livell għoli ta' sigurtà fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-Europol, bħala ċentru għall-iskambju ta' informazzjoni fl-Unjoni, tirċievi u żżomm informazzjoni siewja mingħand pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali dwar persuni ssuspettati li jkunu involuti f'reat kriminali, jew ikunu ħatja ta' reat kriminali, li l-Europol tkun kompetenti fir-rigward tiegħu. Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' ddaħħal allerti dwar dawn il-persuni fis-SIS skont ir-Regolament (UE) 2018/1862, dment li jkunu nazzjonali ta' pajjiżi terzi u li l-informazzjoni tkun waslet minn pajjiż terz li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata li jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-data ("deċiżjoni ta' adegwatezza"), minn pajjiż terz li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li jinkludi t-trasferiment ta' data personali għal finijiet ta' infurzar tal-liġi, jew minn pajjiż terz li miegħu l-Europol tkun ikkonkludiet ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/794. Meta l-informazzjoni tasal minn pajjiż terz ieħor, il-Europol jenħtieġ li tkun tista' ddaħħal allerti fis-SIS meta tali pajjiż terz ikun ikkonferma l-informazzjoni jew meta l-informazzjoni pprovduta tikkonċerna reat terroristiku jew kriminalità organizzata. Il-Europol jenħtieġ li tkun tista' ddaħħal allerti fis-SIS sabiex ikunu disponibbli direttament u f'ħin reali għall-utenti finali tas-SIS fl-ewwel linja, bħall-gwardji tal-fruntiera jew l-uffiċjali tal-pulizija, li ma jkollhomx aċċess għas-sistema ta' informazzjoni tal-Europol u l-lista ta' sorveljanza tal-ETIAS, li tali informazzjoni tiġi kondiviża wkoll permezz tagħhom. L-allerti jenħtieġ li jiddaħħlu fis-SIS mill-Europol b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

__________________

__________________

55 Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56–106).

55 Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).

56 Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56–106).

 

Emenda  9

 

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-Europol għandha rwol importanti fl-appoġġ lill-Istati Membri biex jiġġieldu l-kriminalità serja u t-terroriżmu permezz tal-għarfien espert u l-kapaċitajiet ta' analiżi tagħha. Biex tiġi żgurata kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri u l-Interpol f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, jenħtieġ li l-Europol timmonitorja, tanalizza u tivvaluta b'mod attiv l-allerti ħomor li tippubblika l-Interpol fuq talba ta' pajjiżi terzi u tinnotifika lill-Istati Membri, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni meta jkun hemm suspett raġonevoli li allert ikun inħareġ bi ksur tal-Artikolu 3 tal-kostituzzjoni tal-Interpol.

Emenda  10

 

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-Europol għandha rwol importanti fl-appoġġ tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ sabiex tivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen kif stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013. Minħabba l-ħtieġa li tissaħħaħ is-sigurtà interna tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Europol tikkontribwixxi bl-għarfien espert, bl-analiżi, bir-rapporti u b'informazzjoni rilevanti oħra tagħha għall-proċess kollu ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ, mill-programmazzjoni saż-żjarat fuq il-post u s-segwitu. Jenħtieġ li l-Europol tgħin ukoll fl-iżvilupp u fl-aġġornar tal-għodod ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ.

(9) Il-Europol għandha rwol importanti fl-appoġġ tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ sabiex tivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen kif stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013. Għalhekk, jenħtieġ li l-Europol, fuq talba, tikkontribwixxi bl-għarfien espert, bl-analiżijiet, bir-rapporti u b'informazzjoni rilevanti oħra tagħha għall-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni ta' Schengen kollu, mill-programmazzjoni saż-żjarat fuq il-post u s-segwitu. Jenħtieġ li l-Europol tgħin ukoll fl-iżvilupp u fl-aġġornar tal-għodod ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ.

Emenda  11

 

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-valutazzjonijiet tar-riskju huma element essenzjali ta' previżjoni sabiex jiġu antiċipati xejriet ġodda u sabiex jiġu indirizzati theddidiet ġodda fil-kriminalità serja u fit-terroriżmu. Sabiex tappoġġa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fit-twettiq ta' valutazzjonijiet effettivi tar-riskju, jenħtieġ li l-Europol tipprovdi analiżi tal-valutazzjoni tat-theddidiet ibbażata fuq l-informazzjoni li jkollha dwar fenomeni u xejriet kriminali, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-UE dwar il-ġestjoni tar-riskju doganali.

(10) Il-valutazzjonijiet tar-riskju jikkontribwixxu biex jiġu antiċipati xejriet ġodda u theddidiet ġodda fil-kriminalità serja u fit-terroriżmu. Jenħtieġ li l-Europol tipprovdi lill-Istati Membri analiżijiet tal-valutazzjoni tat-theddidiet ibbażati fuq l-informazzjoni li jkollha dwar fenomeni u xejriet kriminali, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju doganali.

Emenda  12

 

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex il-finanzjament tal-UE għar-riċerka dwar is-sigurtà jiġi megħjun jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu u jindirizza l-ħtiġijiet tal-infurzar tal-liġi, jenħtieġ li l-Europol tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta' temi ewlenin ta' riċerka, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għar-riċerka u għall-innovazzjoni li huma rilevanti għall-objettivi tal-Europol Meta l-Europol tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta' temi ewlenin ta' riċerka, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' programm qafas tal-Unjoni, jenħtieġ li ma tirċivix finanzjament minn dak il-programm f'konformità mal-prinċipju tal-kunflitt ta' interess.

(11) Sabiex il-finanzjament tal-UE għar-riċerka dwar is-sigurtà jiġi megħjun jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu u jindirizza l-ħtiġijiet tal-infurzar tal-liġi, jenħtieġ li l-Europol tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta' temi ewlenin ta' riċerka, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għar-riċerka u għall-innovazzjoni li huma rilevanti għall-objettivi tal-Europol. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess, il-Europol jenħtieġ li ma tirċivix finanzjament minn programmi qafas tal-Unjoni li jkollha rwol fit-tfassil jew l-implimentazzjoni tagħhom.

Emenda  13

 

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Huwa possibbli li l-Unjoni u l-Istati Membri jadottaw miżuri restrittivi relatati mal-investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurtà jew ta' ordni pubbliku. Għal dak l-għan, ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill57 jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni li jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bil-mezzi sabiex jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà jew għall-ordni pubbliku b'mod komprensiv. Bħala parti mill-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet mistennija għas-sigurtà jew għall-ordni pubbliku, jenħtieġ li l-Europol tappoġġa l-iskrinjar ta' każijiet speċifiċi ta' investimenti diretti barranin fl-Unjoni li jikkonċernaw impriżi li jipprovdu teknoloġiji użati jew li qed jiġu żviluppati mill-Europol jew mill-Istati Membri għall-prevenzjoni u għall-investigazzjoni ta' reati.

(12) Huwa possibbli li l-Unjoni u l-Istati Membri jadottaw miżuri restrittivi relatati mal-investiment dirett barrani għal raġunijiet ta' sigurtà jew ta' ordni pubbliku. Għal dak l-għan, ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill57 jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni li jipprovdi lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bil-mezzi sabiex jindirizzaw ir-riskji għas-sigurtà jew għall-ordni pubbliku b'mod komprensiv. L-investimenti diretti barranin f'teknoloġiji emerġenti jistħoqqilhom attenzjoni partikolari peress li jista' jkollhom implikazzjonijiet estensivi għas-sigurtà u għall-ordni pubbliku, b'mod partikolari meta tali teknoloġiji jiġu varati mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Minħabba r-rwol tagħha fil-monitoraġġ ta' teknoloġiji emerġenti u l-involviment attiv tagħha fl-iżvilupp ta' modi ġodda biex jintużaw dawk it-teknoloġiji għal finijiet ta' infurzar tal-liġi, b'mod partikolari permezz tal-Laboratorju ta' Innovazzjoni u ċ-Ċentru ta' Innovazzjoni tagħha, il-Europol għandha għarfien estensiv rigward l-opportunitajiet offruti minn tali teknoloġiji kif ukoll ir-riskji assoċjati mal-użu tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-Europol tappoġġa lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fl-iskrinjar ta' investimenti diretti barranin fl-Unjoni li jikkonċernaw impriżi li jipprovdu teknoloġiji, inkluż is-software użat mill-Europol jew mill-Istati Membri għall-prevenzjoni u għall-investigazzjoni ta' reati koperti mill-objettivi jew it-teknoloġiji kritiċi tal-Europol li jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw it-terroriżmu. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-għarfien espert tal-Europol jappoġġa l-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin u r-riskji relatati għas-sigurtà. Jenħtieġ li jitqies b'mod partikolari jekk l-investitur barrani kienx diġà involut f'attivitajiet li jaffettwaw is-sigurtà fi Stat Membru, kemm jekk ikun hemm riskju serju li l-investitur barrani jinvolvi ruħu f'attivitajiet illegali jew kriminali, jew jekk l-investitur barrani jkun ikkontrollat direttament jew indirettament mill-gvern ta' pajjiż terz, inkluż permezz ta' sussidji.

__________________

__________________

57 Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I , 21.3.2019, p. 1–14).

57 Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I , 21.3.2019, p. 1).

Emenda  14

 

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Wieħed mill-objettivi tal-Europol huwa li tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra forom ta' kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni. Sabiex issaħħaħ dak l-appoġġ, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru sabiex jibdew, iwettqu jew jikkoordinaw investigazzjoni kriminali ta' reat, li jaffettwa interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, anki meta r-reat ikkonċernat ma jkunx ta' natura transkonfinali. Jenħtieġ li l-Europol tinforma lill-Eurojust dwar talbiet bħal dawn.

(14) Wieħed mill-objettivi tal-Europol huwa li tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra forom ta' kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni. Sabiex issaħħaħ dak l-appoġġ, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru sabiex jibdew, iwettqu jew jikkoordinaw investigazzjoni kriminali ta' reat, li jaffettwa interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, anki meta r-reat ikkonċernat ma jkunx ta' natura transfruntiera. Jenħtieġ li l-Europol tinforma lill-Eurojust u, meta jkun rilevanti, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE"), dwar talbiet bħal dawn.

Emenda  15

 

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-pubblikazzjoni tal-identità u ta' ċerta data personali ta' persuni suspettati jew misjuba ħatja, li jkunu mfittxija fuq il-bażi ta' deċiżjoni ġudizzjarja ta' Stat Membru, iżżid il-possibbiltajiet ta' lokalizzazzjoni u ta' arrest ta' dawn l-individwi. Sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati f'dan il-kompitu, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tippubblika fuq is-sit web tagħha informazzjoni dwar l-aktar persuni maħruba mfittxija fl-Ewropa għal reati kriminali li fir-rigward tagħhom tkun kompetenti l-Europol, u tiffaċilita l-provvista ta' informazzjoni mill-pubbliku dwar dawn l-individwi.

(15) Il-pubblikazzjoni tal-identità u ta' ċerta data personali ta' persuni suspettati jew misjuba ħatja, li jkunu mfittxija fuq il-bażi ta' deċiżjoni ġudizzjarja ta' Stat Membru, iżżid il-possibbiltajiet ta' lokalizzazzjoni u ta' arrest ta' dawn l-individwi. Sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati f'dan il-kompitu, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tippubblika fuq is-sit web tagħha informazzjoni dwar l-aktar persuni maħruba mfittxija fl-Ewropa għal reati kriminali li fir-rigward tagħhom tkun kompetenti l-Europol, u tiffaċilita l-provvista ta' informazzjoni mill-pubbliku dwar dawn l-individwi lill-Europol jew lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Emenda  16

 

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex jiġi żgurat li l-ipproċessar ta' data personali mill-Europol ikun limitat għall-kategoriji ta' suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tivverifika jekk id-data personali riċevuta fil-kuntest tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra r-reati li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol tikkorrispondix għal waħda minn dawk il-kategoriji ta' suġġetti tad-data. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' twettaq preanaliżi tad-data personali riċevuta bl-uniku skop li jiġi ddeterminat jekk tali data taqax f'dawk il-kategoriji tas-suġġetti tad-data. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tiffiltra d-data billi tivverifikaha ma' data diġà miżmuma mill-Europol. Din il-preanaliżi jenħtieġ li ssir qabel l-ipproċessar tad-data tal-Europol għall-kontroverifika, għall-analiżi strateġika, għall-analiżi operazzjonali jew għall-iskambju ta' informazzjoni. Jekk il-preanaliżi tindika li d-data personali ma taqax fi ħdan il-kategoriji tas-suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Europol tħassar dik id-data.

(16) Sabiex jiġi żgurat li l-ipproċessar ta' data personali mill-Europol ikun limitat għall-kategoriji ta' suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tiġi pproċessata skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tivverifika jekk id-data personali riċevuta fil-kuntest tal-prevenzjoni u tal-ġlieda kontra r-reati li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol tikkorrispondix għal waħda minn dawk il-kategoriji ta' suġġetti tad-data. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' twettaq preanaliżi tad-data personali riċevuta bl-uniku skop li jiġi ddeterminat jekk tali data taqax f'dawk il-kategoriji tas-suġġetti tad-data billi tivverifika d-data ma' data li diġà jkollha, mingħajr ma tanalizza aktar id-data għal spunti addizzjonali f'dan l-istadju. Din il-preanaliżi jenħtieġ li ssir qabel, u b'mod separat minn, l-ipproċessar tad-data tal-Europol għall-kontroverifika, għall-analiżi strateġika, għall-analiżi operazzjonali jew għall-iskambju ta' informazzjoni u wara li l-Europol tkun stabbiliet li d-data tkun rilevanti u meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħha.

Emenda  17

 

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) B'riżultat ta' informazzjoni ġdida disponibbli fil-kuntest tal-investigazzjonijiet, pereżempju rigward suspettati addizzjonali, il-kategorizzazzjoni tad-data personali f'sett ta' data partikolari tista' tinbidel maż-żmien. Għal din ir-raġuni, il-Europol jenħtieġ li eċċezzjonalment titħalla tipproċessa d-data personali sabiex tiddetermina l-kategoriji tas-suġġetti tad-data għal perjodu massimu ta' sena. Il-Europol jenħtieġ li tkun tista' testendi l-perjodu massimu ta' pproċessar b'massimu ta' sitt xhur f'każijiet debitament iġġustifikati u dment li tali estensjoni tkun meħtieġa u proporzjonata. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) jenħtieġ li jkun infurmat dwar l-estensjoni. Meta l-ipproċessar tad-data personali sabiex jiġu ddeterminati l-kategoriji tas-suġġetti tad-data ma jibqax meħtieġ u ġġustifikat, u fi kwalunkwe każ wara t-tmiem tal-perjodu massimu ta' pproċessar, il-Europol jenħtieġ li tħassar id-data rilevanti.

Emenda  18

 

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Id-data miġbura fl-investigazzjonijiet kriminali kienet qed tiżdied fid-daqs u saret aktar kumplessa. L-Istati Membri jippreżentaw settijiet ta' data kbar u kumplessi lill-Europol, u jitolbu l-analiżi operazzjonali tal-Europol sabiex jinstabu rabtiet ma' reati u ma' persuni kriminali oħra fi Stati Membri oħra u barra l-Unjoni. L-Istati Membri ma jistgħux jidentifikaw rabtiet transkonfinali bħal dawn permezz ta' analiżi tagħhom stess tad-data. Jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tappoġġa l-investigazzjonijiet kriminali tal-Istati Membri billi tipproċessa settijiet ta' data kbar u kumplessi sabiex jiġu individwati tali rabtiet transkonfinali meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti stretti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi appoġġata b'mod effettiv investigazzjoni kriminali speċifika fi Stat Membru, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' jipproċessa dawk is-settijiet ta' data li l-awtoritajiet nazzjonali jkunu kisbu fil-kuntest ta' dik l-investigazzjoni kriminali f'konformità mar-rekwiżiti u mas-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi kriminali nazzjonali tagħhom u sussegwentement sottomessi lill-Europol. Meta Stat Membru jipprovdi lill-Europol b'fajl ta' każ investigattiv u jitlob l-appoġġ tal-Europol f'investigazzjoni kriminali speċifika, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tipproċessa d-data kollha li tinsab f'dak il-fajl sakemm tibqa' tappoġġa dik l-investigazzjoni kriminali speċifika. Jenħtieġ ukoll li l-Europol tkun tista' tipproċessa data personali li tkun meħtieġa għall-appoġġ tagħha għal investigazzjoni kriminali speċifika fi Stat Membru jekk dik id-data toriġina minn pajjiż terz, dment li l-pajjiż terz ikun soġġett għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonkludi li l-pajjiż jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-data ("deċiżjoni ta' adegwatezza"), jew, fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni skont l-Artikolu 218 tat-TFUE, jew ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali konkluż bejn il-Europol u l-pajjiż terz qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/794, u dment li l-pajjiż terz ikun kiseb id-data fil-kuntest ta' investigazzjoni kriminali f'konformità mar-rekwiżiti u mas-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi kriminali nazzjonali tiegħu.

(17) Id-data miġbura fl-investigazzjonijiet kriminali kienet qed tiżdied fid-daqs u saret aktar kumplessa. L-Istati Membri jippreżentaw settijiet ta' data kbar u kumplessi lill-Europol, u jitolbu l-analiżi operazzjonali tal-Europol sabiex jinstabu rabtiet ma' reati u ma' persuni kriminali oħra fi Stati Membri oħra u barra l-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw rabtiet transfruntieri bħal dawn b'mod inqas effettiv permezz ta' analiżi tagħhom stess tad-data. Jenħtieġ li l-Europol għalhekk tkun tista' tappoġġa l-investigazzjonijiet kriminali tal-Istati Membri billi tipproċessa settijiet ta' data kbar u kumplessi sabiex jiġu individwati tali rabtiet transfruntieri meta jkunu ssodisfati r-rekwiżiti u s-salvagwardji stretti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Meta dan ikun meħtieġ sabiex tiġi appoġġata b'mod effettiv investigazzjoni kriminali speċifika fi Stat Membru jew meta Stat Membru jew korp tal-Unjoni jitlob analiżi strateġika fl-ambitu tal-mandat tal-Europol, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' jipproċessa dawk is-settijiet ta' data li l-awtoritajiet nazzjonali jkunu kisbu fil-kuntest ta' dik l-investigazzjoni kriminali f'konformità mar-rekwiżiti u mas-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi kriminali nazzjonali tagħhom u sussegwentement sottomessi lill-Europol. Meta Stat Membru, l-UPPE jew il-Eurojust jipprovdu lill-Europol b'fajl ta' każ investigattiv u jitolbu lill-Europol tappoġġa investigazzjoni kriminali speċifika fil-mandat tal-Europol billi tipprovdi analiżi operazzjonali, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tipproċessa d-data kollha li tinsab f'dak il-fajl sakemm tibqa' tappoġġa dik l-investigazzjoni kriminali speċifika.

Emenda  19

 

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe pproċessar ta' data jkun meħtieġ u proporzjonat, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw konformità mad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni meta jippreżentaw fajl ta' każ investigattiv lill-Europol. Jenħtieġ li l-Europol tivverifika jekk, sabiex tappoġġa investigazzjoni kriminali speċifika, huwiex meħtieġ u proporzjonat li tiġi pproċessata data personali li ma tistax taqa' fil-kategoriji ta' suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' ġeneralment tiġi pproċessata skont l-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/794. Jenħtieġ li l-Europol tiddokumenta dik il-valutazzjoni. Jenħtieġ li l-Europol taħżen tali data b'separazzjoni funzjonali minn data oħra u jenħtieġ li tipproċessaha biss meta jkun hemm bżonn għall-appoġġ tagħha għall-investigazzjoni kriminali speċifika, bħal fil-każ ta' spunt ġdid fl-investigazzjoni.

(18) Sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe data personali li se tiġi pproċessata mill-Europol tkun meħtieġa u proporzjonata, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw konformità mad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni meta jippreżentaw fajl ta' każ investigattiv li jkun fih data personali lill-Europol, inkluża, meta jkun applikabbli, awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel. Filwaqt li għandu jitqies li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-Qorti tal-Ġustizzja") tqis li l-aċċess għad-data personali bil-ħsieb li tinżamm jew tintuża jaffettwa d-dritt fundamentali għar-rispett tal-ħajja privata ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"), jenħtieġ li l-Europol tivverifika jekk, sabiex tappoġġa investigazzjoni kriminali speċifika, huwiex meħtieġ u proporzjonat li tiġi pproċessata data personali li ma tistax taqa' fil-kategoriji ta' suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tiġi pproċessata skont l-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/794. Jenħtieġ li l-Europol tiddokumenta dik il-valutazzjoni. Jenħtieġ li l-Europol taħżen tali data b'separazzjoni funzjonali minn data oħra u jenħtieġ li tipproċessaha biss meta jkun hemm bżonn għall-appoġġ tagħha għall-investigazzjoni kriminali speċifika, bħal fil-każ ta' spunt ġdid fl-investigazzjoni.

Emenda  20

 

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Jenħtieġ ukoll li l-Europol tkun tista' tipproċessa data personali li tkun meħtieġa biex hija tappoġġa investigazzjoni kriminali speċifika fi Stat Membru wieħed jew f'aktar minn wieħed jekk dik id-data toriġina minn pajjiż terz, dment li l-pajjiż terz ikun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jinkludi t-trasferiment ta' data personali għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi, jew ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali konkluż bejn il-Europol u l-pajjiż terz qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/794, u dment li l-pajjiż terz ikun kiseb id-data fil-kuntest ta' investigazzjoni kriminali f'konformità mar-rekwiżiti u mas-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi kriminali nazzjonali tiegħu. Meta fajl ta' każ investigattiv jingħata lill-Europol mingħand pajjiż terz, il-Europol jenħtieġ li tivverifika li l-ammont ta' data personali ma jkunx sproporzjonat fir-rigward tal-investigazzjoni speċifika fi Stat Membru li l-Europol tappoġġa, u li ma jkun hemm l-ebda element oġġettiv li jindika li l-fajl ta' każ inkiseb mill-pajjiż terz bi ksur ċar tad-drittijiet fundamentali. Meta l-Europol tasal għall-konklużjoni li dawk il-kundizzjonijiet ma ġewx issodisfati, jenħtieġ li ma tipproċessax id-data. Il-KEPD jenħtieġ li jiġi infurmat dwar l-ipproċessar u jenħtieġ li jingħata l-fajl ta' każ investigattiv, il-ġustifikazzjoni għan-neċessità tal-ipproċessar mill-Europol, u deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji tad-data.

Emenda  21

 

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex jiġi żgurat li Stat Membru jkun jista' juża r-rapporti analitiċi tal-Europol bħala parti mill-proċedimenti ġudizzjarji wara investigazzjoni kriminali, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' taħżen il-fajl ta' każ investigattiv relatat fuq talba ta' dak l-Istat Membru bl-għan li tiżgura l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess tal-intelligence kriminali. Jenħtieġ li l-Europol iżżomm tali data separatament u biss sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji relatati ma' dik l-investigazzjoni kriminali jkunu għadhom għaddejjin fl-Istat Membru. Hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat l-aċċess tal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti kif ukoll id-drittijiet tad-difiża, b'mod partikolari d-dritt tal-persuni suspettati jew akkużati jew tal-avukati tagħhom li jkollhom aċċess għall-materjal tal-każ.

(19) Sabiex jiġi żgurat li Stat Membru jkun jista' juża r-rapporti analitiċi tal-Europol bħala parti mill-proċedimenti ġudizzjarji wara investigazzjoni kriminali, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' taħżen il-fajl ta' każ investigattiv relatat fuq talba ta' dak l-Istat Membru, l-UPPE jew il-Eurojust sakemm il-proċess ġudizzjarju jiġi konkluż bl-għan li tiżgura l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess tal-intelligence kriminali. Jenħtieġ li l-Europol iżżomm tali data separatament u biss sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji relatati ma' dik l-investigazzjoni kriminali jkunu għadhom għaddejjin fl-Istat Membru. Hemm il-ħtieġa li jiġi żgurat l-aċċess tal-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti kif ukoll id-drittijiet tad-difiża, b'mod partikolari d-dritt tal-persuni suspettati jew akkużati jew tal-avukati tagħhom li jkollhom aċċess għall-materjal tal-każ. Għal dan il-għan, il-Europol jenħtieġ li tirreġistra l-evidenza kollha u l-metodi li bihom tkun ġiet prodotta jew akkwistata mill-Europol biex ikun jista' jsir skrutinju effettiv tal-evidenza mid-difiża.

Emenda  22

 

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Każijiet transkonfinali ta' kriminalità serja jew ta' terroriżmu jeħtieġu kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri kkonċernati. Il-Europol tipprovdi għodod sabiex issostni din il-kooperazzjoni fl-investigazzjonijiet, notevolment permezz tal-iskambju ta' informazzjoni. Sabiex tissaħħaħ aktar din il-kooperazzjoni f'investigazzjonijiet speċifiċi permezz ta' analiżi operazzjonali konġunta, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu lil Stati Membri oħra jaċċessaw direttament l-informazzjoni li huma pprovdew lill-Europol, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni li huma jqiegħdu fuq l-aċċess għal dik l-informazzjoni. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Istati Membri f'analiżi operazzjonali konġunta jenħtieġ li jsir f'konformità mar-regoli u mas-salvagwardji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(20) Każijiet transfruntieri ta' kriminalità serja jew ta' terroriżmu jeħtieġu kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri kkonċernati. Il-Europol tipprovdi għodod sabiex issostni din il-kooperazzjoni fl-investigazzjonijiet, notevolment permezz tal-iskambju ta' informazzjoni. Sabiex tissaħħaħ aktar din il-kooperazzjoni f'investigazzjonijiet speċifiċi permezz ta' analiżi operazzjonali konġunta, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu lil Stati Membri oħra jaċċessaw direttament l-informazzjoni li huma pprovdew lill-Europol, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni ġenerali jew speċifika li huma jqiegħdu fuq l-aċċess għal dik l-informazzjoni. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Istati Membri f'analiżi operazzjonali konġunta jenħtieġ li jsir f'konformità mar-regoli dwar id-data personali f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a kif ukoll mas-salvagwardji stabbiliti f'dan ir-Regolament.

 

___________________

 

1a Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

Emenda  23

 

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Il-Europol tipprovdi appoġġ operazzjonali għall-investigazzjonijiet kriminali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, speċjalment billi tipprovdi analiżi operazzjonali u forensika. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu r-riżultati ta' dawn l-attivitajiet disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti l-oħra tagħhom, inklużi l-prosekuturi u l-qrati kriminali, matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-proċedimenti kriminali]. Jenħtieġ li, għal dan l-għan, il-persunal tal-Europol ikun jista' jixhed dwar il-fatti, li jkun sar jaf bihom fil-qadi ta' dmirijietu jew fl-eżerċizzju tal-attivitajiet tiegħu, fi proċedimenti kriminali, mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet fuq l-użu applikabbli u għal-liġi proċedurali kriminali nazzjonali.

(21) Il-Europol tipprovdi appoġġ operazzjonali għall-investigazzjonijiet kriminali tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inkluż billi tipprovdi analiżi operazzjonali u forensika. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu r-riżultati ta' dawn l-attivitajiet disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti l-oħra tagħhom, inklużi l-prosekuturi u l-qrati kriminali, kif ukoll l-avukati difensuri, matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-proċedimenti kriminali. Jenħtieġ li, għal dan l-għan, il-persunal tal-Europol awtorizzat mid-Direttur Eżekuttiv jenħtieġ li jkun jista' jixhed dwar il-fatti, li jkun sar jaf bihom fil-qadi ta' dmirijietu jew fl-eżerċizzju tal-attivitajiet tiegħu, fi proċedimenti kriminali, mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet fuq l-użu applikabbli u għal-liġi proċedurali nazzjonali.

Emenda  24

 

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-Europol u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("UPPE") stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193958, jenħtieġ li jistabbilixxu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jottimizzaw il-kooperazzjoni operazzjonali tagħhom, filwaqt li jqisu l-kompiti u l-mandati rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-Europol taħdem mill-qrib mal-UPPE u ssostni b'mod attiv l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-UPPE fuq talba tiegħu, inkluż billi tipprovdi appoġġ analitiku u billi tiskambja informazzjoni rilevanti, kif ukoll tikkoopera miegħu, mill-mumentli fih reat suspettat jiġi rrapportat lill-UPPE sal-mument li fih dan jiddetermina jekk ikomplix bil-prosekuzzjoni jew inkella jwaqqax il-każ. Jenħtieġ li l-Europol, mingħajr dewmien żejjed, tirrapporta lill-UPPE kull imġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu. Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-Europol u l-UPPE, jenħtieġ li l-Europol tagħti aċċess lill-UPPE, fuq il-bażi ta' sistema ta' hit/no hit, għad-data disponibbli għand il-Europol, f'konformità mas-salvagwardji u mal-garanziji dwar il-protezzjoni tad-data pprovduti f'dan ir-Regolament. Ir-regoli dwar it-trażmissjoni lill-korpi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-kooperazzjoni tal-Europol mal-UPPE. Jenħtieġ ukoll li l-Europol tkun tista' tappoġġa l-investigazzjonijiet kriminali mill-UPPE permezz ta' analiżi ta' settijiet ta' data kbar u kumplessi.

(22) Il-Europol u l-UPPE stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193958, jenħtieġ li jikkonkludu l-arranġamenti ta' ħidma li jistabbilixxu l-proċess għall-kooperazzjoni tagħhom, filwaqt li jqisu l-kompiti u l-mandati rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li l-Europol taħdem mill-qrib mal-UPPE u ssostni b'mod attiv l-investigazzjonijiet tal-UPPE fuq talba tiegħu, inkluż billi tipprovdi appoġġ analitiku u billi tiskambja informazzjoni rilevanti, kif ukoll tikkoopera miegħu, mill-mument li fih reat suspettat jiġi rrapportat lill-UPPE sal-mument li fih dan jiddetermina jekk ikomplix bil-prosekuzzjoni jew inkella jwaqqax il-każ. Jenħtieġ li l-Europol, mingħajr dewmien żejjed, tirrapporta lill-UPPE kull imġiba kriminali li fir-rigward tagħha l-UPPE jista' jeżerċita l-kompetenza tiegħu. Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni operazzjonali bejn il-Europol u l-UPPE, jenħtieġ li l-Europol tagħti aċċess lill-UPPE, fuq il-bażi ta' sistema ta' hit/no hit, għad-data mogħtija lill-Europol għal analiżi jew kontroverifika strateġika jew operazzjonali, f'konformità mas-salvagwardji u mal-garanziji dwar il-protezzjoni tad-data pprovduti f'dan ir-Regolament. Ir-regoli dwar it-trażmissjoni lill-korpi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-kooperazzjoni tal-Europol mal-UPPE. Jenħtieġ ukoll li l-Europol tkun tista' tappoġġa l-investigazzjonijiet kriminali mill-UPPE permezz ta' analiżi ta' settijiet ta' data kbar u kumplessi f'konformità mas-salvagwardji u l-garanziji tal-protezzjoni tad-data previsti f'dan ir-Regolament.

__________________

__________________

58 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1–71).

58 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

Emenda  25

 

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-kriminalità serja u t-terroriżmu spiss ikollhom rabtiet lil hinn mit-territorju tal-Unjoni. Il-Europol tista' tiskambja data personali ma' pajjiżi terzi filwaqt li tissalvagwardja l-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data. Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra r-reati li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-objettivi tal-Europol, jenħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv tal-Europol jitħalla jawtorizza kategoriji ta' trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi f'sitwazzjonijiet speċifiċi u fuq bażi ta' każ b'każ, meta tali grupp ta' trasferimenti relatati ma' sitwazzjoni speċifika jkunu meħtieġa u jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament.

(24) Il-kriminalità serja u t-terroriżmu spiss ikollhom rabtiet lil hinn mit-territorju tal-Unjoni. Il-Europol tista' tiskambja data personali ma' pajjiżi terzi filwaqt li tissalvagwardja l-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data. F'ċirkostanzi li fihom ikun essenzjali għall-investigazzjoni ta' reati li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-objettivi tal-Europol, jenħtieġ li d-Direttur Eżekuttiv tal-Europol jitħalla jawtorizza kategorija ta' trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi f'sitwazzjonijiet speċifiċi u fuq bażi ta' każ b'każ, meta tali kategorija ta' trasferimenti relatati ma' sitwazzjoni speċifika tkun meħtieġa u proporzjonata għall-investigazzjoni tar-reat speċifiku u tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament.

Emenda  26

 

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Sabiex tappoġġa lill-Istati Membri f'kooperazzjoni ma' partijiet privati li jipprovdu servizzi transkonfinali meta dawk il-partijiet privati jkollhom informazzjoni rilevanti għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-kriminalità, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tirċievi u, f'ċirkostanzi speċifiċi, tiskambja data personali ma' partijiet privati.

(25) Sabiex tappoġġa lill-Istati Membri f'kooperazzjoni ma' partijiet privati meta dawk il-partijiet privati jkollhom informazzjoni rilevanti għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tirċievi u, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, tiskambja data personali ma' partijiet privati.

Emenda  27

 

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-kriminali saru jużaw dejjem aktar servizzi transkonfinali ta' partijiet privati sabiex jikkomunikaw u jwettqu attivitajiet illegali. L-awturi ta' reati sesswali jabbużaw mit-tfal u jaqsmu l-istampi u l-filmati madwar id-dinja billi jużaw pjattaformi online fuq l-internet. It-terroristi jabbużaw minn servizzi transkonfinali minn fornituri ta' servizzi online sabiex jirreklutaw voluntiera, jippjanaw u jikkoordinaw attakki, u jxerrdu l-propaganda. Il-kriminali ċibernetiċi japprofittaw mid-diġitalizzazzjoni tas-soċjetajiet tagħna billi jużaw il-phishing u l-inġinerija soċjali sabiex iwettqu tipi oħra ta' ċiberkriminalità bħal pereżempju online scams, attakki bi programmi ta' riskatt jew frodi fil-pagamenti. B'riżultat taż-żieda fl-użu tas-servizzi online mill-kriminali, il-partijiet privati għandhom ammonti dejjem akbar ta' data personali li tista' tkun rilevanti għal investigazzjonijiet kriminali.

(26) Il-kriminali saru jużaw dejjem aktar is-servizzi offruti minn partijiet privati sabiex jikkomunikaw u jwettqu attivitajiet illegali. L-awturi ta' reati sesswali jisfruttaw it-tfal u jaqsmu l-istampi u l-filmati li jikkostitwixxu materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal madwar id-dinja fuq il-pjattaformi online fuq l-internet jew ma' pari permezz ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri. It-terroristi jużaw is-servizzi offruti minn fornituri ta' servizzi online sabiex jirreklutaw voluntiera, jippjanaw u jikkoordinaw attakki, u jxerrdu l-propaganda. Il-kriminali ċibernetiċi japprofittaw mid-diġitalizzazzjoni tas-soċjetajiet tagħna u min-nuqqas ta' litteriżmu u ħiliet diġitali tal-popolazzjoni ġenerali billi jużaw il-phishing u l-inġinerija soċjali sabiex iwettqu tipi oħra ta' ċiberkriminalità bħal pereżempju online scams, attakki bi programmi ta' riskatt jew frodi fil-pagamenti. B'riżultat taż-żieda fl-użu tas-servizzi online mill-kriminali, il-partijiet privati għandhom ammonti dejjem akbar ta' data personali, inkluża data dwar l-abbonati, it-traffiku u l-kontenut, li tista' tkun rilevanti għal investigazzjonijiet kriminali.

Emenda  28

 

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Minħabba n-natura mingħajr fruntieri tal-internet, dawn is-servizzi spiss ikunu jistgħu jiġu pprovduti minn kwalunkwe post fid-dinja. B'riżultat ta' dan, il-vittmi, l-awturi tar-reati, u l-infrastruttura diġitali li fiha tinħażen id-data personali u l-fornitur tas-servizz jistgħu lkoll ikunu soġġetti għal ġurisdizzjonijiet nazzjonali differenti, fi ħdan l-Unjoni u lil hinn minnha. Għaldaqstant, il-partijiet privati jista' jkollhom settijiet ta' data rilevanti għall-infurzar tal-liġi li jkun fihom data personali b'rabtiet ma' ġurisdizzjonijiet multipli kif ukoll data personali li ma tkunx tista' tiġi attribwita faċilment lil xi ġurisdizzjoni speċifika. L-awtoritajiet nazzjonali jsibuha diffiċli sabiex janalizzaw b'mod effettiv settijiet ta' data multiġurisdizzjonali jew mhux attribwibbli permezz ta' soluzzjonijiet nazzjonali. Meta l-partijiet privati jiddeċiedu li jaqsmu d-data b'mod legali u volontarju mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, bħalissa ma għandhomx punt uniku ta' kuntatt li miegħu jistgħu jaqsmu dawn is-settijiet ta' data fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-partijiet privati jaffaċċjaw diffikultajiet meta jirċievu diversi talbiet mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi differenti.

(27) Minħabba n-natura mingħajr fruntieri tal-internet, il-vittmi, l-awturi tar-reati, il-fornitur tas-servizz online u l-infrastruttura diġitali li fiha tinħażen id-data personali jistgħu lkoll ikunu soġġetti għal ġuriżdizzjonijiet nazzjonali differenti, fi ħdan l-Unjoni u lil hinn minnha. Għaldaqstant, il-partijiet privati jista' jkollhom settijiet ta' data rilevanti għall-infurzar tal-liġi li jkun fihom data personali b'rabtiet ma' ġuriżdizzjonijiet multipli kif ukoll data personali li ma tkunx tista' tiġi attribwita faċilment lil xi ġuriżdizzjoni speċifika. L-awtoritajiet nazzjonali jsibuha diffiċli sabiex janalizzaw b'mod effettiv settijiet ta' data multiġuriżdizzjonali jew mhux attribwibbli permezz ta' soluzzjonijiet nazzjonali. Il-Europol jenħtieġ li jkollha fis-seħħ miżuri biex tiffaċilita l-kooperazzjoni ma' partijiet privati, inkluż fir-rigward tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni. Meta l-partijiet privati jiddeċiedu li jaqsmu d-data b'mod legali u volontarju mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, bħalissa ma għandhomx punt uniku ta' kuntatt li miegħu jistgħu jaqsmu dawn is-settijiet ta' data fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  29

 

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Sabiex jiġi żgurat li l-partijiet privati jkollhom punt ta' kuntatt fil-livell tal-Unjoni sabiex jikkondividu legalment settijiet ta' data multiġurisdizzjonali jew settijiet ta' data li ma setgħux jiġu attribwiti faċilment s'issa lil ġurisdizzjoni speċifika waħda jew aktar, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tirċievi data personali direttament mingħand partijiet privati.

(28) Sabiex jiġi żgurat li l-partijiet privati jkollhom punt ta' kuntatt fil-livell tal-Unjoni sabiex jipprovdu legalment u b'mod volontarju settijiet ta' data multiġuriżdizzjonali jew settijiet ta' data li ma jistgħux jiġu attribwiti faċilment s'issa lil ġuriżdizzjoni speċifika waħda jew aktar, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tirċievi data personali direttament mingħand partijiet privati għall-iskop uniku li tiġi stabbilita ġuriżdizzjoni, f'konformità mas-salvagwardji u l-garanziji tal-protezzjoni tad-data previsti f'dan ir-Regolament, inklużi rapporti relatati mal-kontenut immoderat li jista' raġonevolment jiġi preżunt li jkun relatat mal-attivitajiet kriminali fl-ambitu tal-mandat tal-Europol.

Emenda  30

 

Proposta għal regolament

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Sabiex jiżguraw li l-Istati Membri jirċievu malajr l-informazzjoni rilevanti meħtieġa bl-għan li jibdew investigazzjonijiet għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tipproċessa u tanalizza settijiet ta' data bħal dawn sabiex tidentifika l-Istati Membri rilevanti u tgħaddi lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi kkonċernati l-informazzjoni u l-analiżi meħtieġa sabiex jinvestigaw dawn ir-reati skont il-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom.

(29) Sabiex jiżguraw li l-Istati Membri jirċievu mingħajr dewmien indebitu l-informazzjoni meħtieġa bl-għan li jibdew investigazzjonijiet għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tipproċessa u tanalizza settijiet ta' data bħal dawn sabiex tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati tal-Istati Membri rilevanti u tgħaddi lil dawk l-unitajiet nazzjonali d-data personali u kwalunkwe riżultat rilevanti għall-istabbiliment tal-ġuriżdizzjoni. Il-Europol jenħtieġ li tkun tista' tgħaddi wkoll id-data personali u r-riżultati rilevanti biex tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni lill-punti ta' kuntatt u lill-pajjiżi terzi kkonċernati li magħhom il-Europol tkun ikkonkludiet ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali, jew li magħhom l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi salvagwardji xierqa, jew li jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza. Meta l-pajjiż terz ikkonċernat ma jkunx soġġett għal tali ftehim jew deċiżjoni, il-Europol jenħtieġ li tkun tista' tittrasferixxi r-riżultati tal-analiżi u tal-verifika tagħha ta' tali data lill-pajjiż terz ikkonċernat meta l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament ikunu ġew issodisfati.

Emenda  31

 

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) F'ċerti każijiet u soġġett għal kundizzjonijiet ċari, li t-tnejn li huma jkunu stabbiliti f'dan ir-Regolament, jista' jkun meħtieġ u proporzjonat għall-Europol li tittrasferixxi data personali lil partijiet privati li ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni jew f'pajjiż li miegħu l-Europol ikollha ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali, jew li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi salvagwardji xierqa, jew li jkun s-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza mill-Kummissjoni. F'każijiet bħal dawn, it-trasferiment jenħtieġ li jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mid-Direttur Eżekuttiv u l-KEPD jenħtieġ li jiġi infurmat dwar it-trasferiment.

Emenda  32

 

Proposta għal regolament

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Sabiex jiġi żgurat li tkun tista' tidentifika l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti kollha tal-infurzar tal-liġi kkonċernati, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tinforma lill-partijiet privati meta l-informazzjoni riċevuta mingħandhom ma tkunx biżżejjed sabiex tippermetti lill-Europol tidentifika l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kkonċernati. Dan ikun jippermetti lill-partijiet privati li jkunu qasmu l-informazzjoni mal-Europol jiddeċiedu jekk ikunx fl-interess tagħhom li jaqsmu informazzjoni addizzjonali mal-Europol u jekk jistgħux jagħmlu dan b'rispett tal-liġi. Għal dan l-għan, il-Europol tista' tinforma lill-partijiet privati dwar l-informazzjoni nieqsa, sakemm din tkun strettament meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi. Għal trasferimenti bħal dawn jenħtieġ li japplikaw salvagwardji speċjali, b'mod partikolari meta l-parti privata kkonċernata ma tkunx stabbilita fl-Unjoni jew f'pajjiż terz li miegħu l-Europol ikollu ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali, jew li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi salvagwardji xierqa, jew li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza mill-Kummissjoni, li ssib li l-pajjiż terz inkwistjoni jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-data.

(30) Sabiex jiġi żgurat li l-Europol tkun tista' tidentifika l-unitajiet nazzjonali rilevanti kollha kkonċernati, jenħtieġ li tkun tista' tinforma lill-partijiet privati meta l-informazzjoni riċevuta mingħandhom ma tkunx biżżejjed sabiex tippermetti lill-Europol tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati. Għal dan l-għan, il-Europol jenħtieġ li tkun tista' tinforma lill-partijiet privati dwar l-informazzjoni nieqsa, sakemm din tkun strettament meħtieġa għall-iskop uniku tal-identifikazzjoni tal-unitajiet nazzjonali kkonċernati. Għal trasferimenti bħal dawn jenħtieġ li japplikaw salvagwardji speċjali meta l-parti privata kkonċernata ma tkunx stabbilita fl-Unjoni jew f'pajjiż terz li miegħu l-Europol ikollha ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali, jew li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jipprevedi salvagwardji xierqa, jew li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza mill-Kummissjoni, li ssib li l-pajjiż terz inkwistjoni jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-data meta mqabbel mal-livell ta' protezzjoni previst fid-Direttiva (UE) 2016/680.

Emenda  33

 

Proposta għal regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) L-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjoni internazzjonali, li jinkludu l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' Pulizija Kriminali (Interpol), jew partijiet privati jistgħu jikkondividu settijiet ta' data multiġurisdizzjonali jew settijiet ta' data li ma jistgħux jiġu attribwiti lil ġurisdizzjoni speċifika waħda jew aktar mal-Europol, meta dawk is-settijiet ta' data jkun fihom rabtiet ma' data personali miżmuma minn partijiet privati. Meta jkun meħtieġ li tinkiseb informazzjoni addizzjonali mingħand tali partijiet privati sabiex jiġu identifikati l-Istati Membri rilevanti kollha kkonċernati, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' titlob lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom, sabiex jitolbu lil partijiet privati li jkunu stabbiliti jew li jkollhom rappreżentant legali fit-territorju tagħhom sabiex jaqsmu data personali mal-Europol f'konformità mal-liġijiet applikabbli ta' dawk l-Istati Membri. F'ħafna każijiet, dawn l-Istati Membri jaf ma jkunux jistgħu jistabbilixxu rabta mal-ġurisdizzjoni tagħhom ħlief il-fatt li l-parti privata li jkollha d-data rilevanti tkun stabbilita taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. Irrispettivament mill-ġurisdizzjoni tagħhom fir-rigward tal-attività kriminali speċifika soġġetta għat-talba, jenħtieġ li, għalhekk, l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jiksbu data personali mingħand partijiet privati bl-għan li jipprovdu lill-Europol bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, f'konformità sħiħa mal-garanziji proċedurali skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom.

(31) L-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali jew partijiet privati jistgħu jikkondividu settijiet ta' data multiġuriżdizzjonali jew settijiet ta' data li ma jistgħux jiġu attribwiti lil ġuriżdizzjoni speċifika waħda jew aktar mal-Europol, meta dawk is-settijiet ta' data jkun fihom rabtiet ma' data personali miżmuma minn partijiet privati. Meta jkun meħtieġ li tinkiseb informazzjoni addizzjonali mingħand tali partijiet privati sabiex jiġu identifikati l-Istati Membri rilevanti kollha kkonċernati, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tibgħat talba motivata lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom, sabiex jagħtuhom id-data personali meħtieġa minn partijiet privati li jkunu stabbiliti jew li jkollhom rappreżentant legali fit-territorju tagħhom sabiex jidentifikaw l-unitajiet nazzjonali kkonċernati. It-talba għandha tkun immirata kemm jista' jkun u strettament limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat biex il-Europol tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati. Id-data personali rilevanti, li jenħtieġ li tkun l-inqas sensittiva possibbli, jenħtieġ li tingħata lill-Europol f'konformità mal-liġijiet applikabbli ta' dawk l-Istati Membri. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-awtorizzazzjoni minn qabel minn qorti jew minn awtorità amministrattiva indipendenti hija ġeneralment meħtieġa għall-partijiet privati biex jiddivulgaw data personali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri, ħlief f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza debitament ġustifikati. F'ħafna każijiet, dawn l-Istati Membri jaf ma jkunux jistgħu jistabbilixxu rabta mal-ġuriżdizzjoni tagħhom ħlief il-fatt li l-parti privata li jkollha d-data rilevanti tkun stabbilita taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom jew rappreżentata legalment fiha. Irrispettivament mill-ġuriżdizzjoni tagħhom fir-rigward tal-attività kriminali speċifika soġġetta għat-talba, jenħtieġ li, għalhekk, l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jiksbu data personali mingħand partijiet privati bl-għan li jipprovdu lill-Europol bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tilħaq l-objettivi tagħha, f'konformità sħiħa mal-garanziji proċedurali skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom.

Emenda  34

 

Proposta għal regolament

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Sabiex jiġi żgurat li l-Europol ma żżommx id-data aktar milli teħtieġ sabiex tidentifika l-Istati Membri kkonċernati, għandhom japplikaw limiti ta' żmien għall-ħażna ta' data personali mill-Europol. Ladarba l-Europol tkun eżawriet il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tidentifika l-Istati Membri kollha kkonċernati, u raġonevolment ma tkunx tista' tistenna li tidentifika aktar Stati Membri kkonċernati, il-ħżin ta' din id-data personali ma jibqax meħtieġ u proporzjonat għall-identifikazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati. Jenħtieġ li l-Europol tħassar id-data personali fi żmien erba' xhur wara li tkun saret l-aħħar trażmissjoni, sakemm unità nazzjonali, punt ta' kuntatt jew awtorità kkonċernata ma tkunx reġgħet issottomettiet id-data personali bħala d-data tagħha lill-Europol f'dan il-perijodu. Jekk id-data personali ppreżentata mill-ġdid tkun parti minn sett akbar ta' data personali, jenħtieġ li l-Europol iżżomm id-data personali biss jekk u sa fejn tkun ġiet ippreżentata mill-ġdid minn unità nazzjonali, minn punt ta' kuntatt jew minn awtorità kkonċernata.

(32) Sabiex jiġi żgurat li l-Europol ma żżommx id-data personali aktar milli teħtieġ sabiex tidentifika l-Istati Membri kkonċernati, jenħtieġ li japplikaw limiti ta' żmien għall-ħażna ta' data personali mill-Europol. Ladarba l-Europol tkun eżawriet il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tidentifika l-unitajiet nazzjonali kollha kkonċernati, u raġonevolment ma tkunx tista' tistenna li tidentifika aktar unitajiet nazzjonali kkonċernati, il-ħżin ta' din id-data personali ma jibqax meħtieġ u proporzjonat għall-identifikazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati. Jenħtieġ li l-Europol tħassar id-data personali fi żmien erba' xhur wara li tkun saret l-aħħar trażmissjoni jew wara li jkun sar l-aħħar trasferiment, sakemm unità nazzjonali, punt ta' kuntatt jew awtorità kkonċernata ma jkunux reġgħu ssottomettew, għal raġunijiet debitament ġustifikati u f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u mad-dritt nazzjonali, id-data personali bħala d-data tagħha lill-Europol f'dan il-perijodu. Jekk id-data personali ppreżentata mill-ġdid tkun parti minn sett akbar ta' data personali, jenħtieġ li l-Europol iżżomm biss dik id-data personali li tkun ġiet ippreżentata mill-ġdid minn unità nazzjonali, minn punt ta' kuntatt jew minn awtorità kkonċernata.

Emenda  35

 

Proposta għal regolament

Premessa 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Kwalunkwe kooperazzjoni tal-Europol ma' partijiet privati la jenħtieġ li tidduplika u lanqas tinterferixxi mal-attivitajiet tal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja ("UIF"), u jenħtieġ li tikkonċerna biss informazzjoni li mhux diġà għandha tkun ipprovduta lill-UIF f'konformità mad-Direttiva 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill59. Jenħtieġ li l-Europol tkompli tikkoopera mal-UIF b'mod partikolari permezz tal-unitajiet nazzjonali.

(33) Kwalunkwe kooperazzjoni tal-Europol ma' partijiet privati la jenħtieġ li tidduplika u lanqas tinterferixxi mal-attivitajiet tal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (UIF), u jenħtieġ li tikkonċerna biss informazzjoni li mhux diġà għandha tkun ipprovduta lill-UIF f'konformità mad-Direttiva 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill59. Jenħtieġ li l-Europol tkompli tikkoopera mal-UIF b'mod partikolari permezz tal-unitajiet nazzjonali.

__________________

__________________

59 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

59 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

Emenda  36

 

Proposta għal regolament

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi sabiex jinteraġixxu ma' partijiet privati, b'mod partikolari billi tipprovdi l-infrastruttura meħtieġa għal tali interazzjoni, pereżempju, meta l-awtoritajiet nazzjonali jirreferu kontenut terroristiku online lil fornituri ta' servizzi online jew jiskambjaw informazzjoni ma' partijiet privati fil-kuntest ta' attakki ċibernetiċi. Meta l-Istati Membri jużaw l-infrastruttura tal-Europol għal skambji ta' data personali dwar reati li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol, jenħtieġ li l-Europol ma jkollhiex aċċess għal dik id-data.

(34) Jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi sabiex jinteraġixxu ma' partijiet privati, b'mod partikolari billi tipprovdi l-infrastruttura meħtieġa għal tali interazzjoni, pereżempju, meta l-awtoritajiet nazzjonali jirreferu kontenut terroristiku online jew jibagħtu ordnijiet ta' tneħħija li jikkonċernaw tali kontenut abbażi tar-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a lil fornituri ta' servizzi online jew jiskambjaw informazzjoni ma' partijiet privati fil-kuntest ta' attakki ċibernetiċi. Meta l-Istati Membri jużaw l-infrastruttura tal-Europol għal skambji ta' data personali dwar reati li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol, jenħtieġ li l-Europol ma jkollhiex aċċess għal dik id-data.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 79).

Emenda  37

 

Proposta għal regolament

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) L-attakki terroristiċi jikkawżaw it-tixrid fuq skala kbira ta' kontenut terroristiku permezz ta' pjattaformi online li juru ħsara għall-ħajja jew għall-integrità fiżika, jew li jinstigaw ħsara imminenti għall-ħajja jew għall-integrità fiżika. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprevjenu b'mod effettiv it-tixrid ta' tali kontenut fil-kuntest ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi bħal dawn li jirriżultaw minn avvenimenti kurrenti jew riċenti fid-dinja reali, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tiskambja data personali ma' partijiet privati, li tinkludi hashes, indirizzi IP jew URLs relatati ma' tali kontenut, li tkunu meħtieġa sabiex l-Istati Membri jiġu appoġġati fil-prevenzjoni tat-tixrid ta' kontenut bħal dan, b'mod partikolari meta dan il-kontenut ikollu l-għan jew l-effett li jintimida serjament lil popolazzjoni, u meta jkun hemm potenzjal antiċipat għal multiplikazzjoni u għal viralità esponenzjali bejn diversi fornituri ta' servizzi online.

(35) L-attakki terroristiċi jikkawżaw it-tixrid fuq skala kbira ta' kontenut terroristiku permezz ta' pjattaformi online li juru ħsara għall-ħajja jew għall-integrità fiżika, jew li jinstigaw ħsara imminenti għall-ħajja jew għall-integrità fiżika, u b'hekk jippermettu l-glorifikazzjoni u l-għoti ta' taħriġ għat-terroriżmu, u eventwalment għar-radikalizzazzjoni u r-reklutaġġ ta' oħrajn. Barra minn hekk, iż-żieda fl-użu tal-internet biex jiġi dokumentat jew kondiviż materjal ta' abbuż sesswali jipperpetwa l-ħsara għall-vittmi, peress li l-materjal jista' faċilment jiġi mmultiplikat u ċċirkolat. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprevjenu b'mod effettiv it-tixrid ta' kontenut terroristiku fil-kuntest ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi li jirriżultaw minn avvenimenti kurrenti jew riċenti fid-dinja reali, u ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal, biex jiġu appoġġati l-azzjonijiet tal-fornituri tas-servizzi online bi qbil mal-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni kif ukoll fl-azzjonijiet volontarji tagħhom, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tiskambja data personali rilevanti, li tinkludi hashes, indirizzi IP jew URLs relatati ma' tali kontenut, ma' partijiet privati stabbiliti fl-Unjoni jew f'pajjiż terz li jkun soġġett għal deċiżjoni ta' adegwatezza, jew, fin-nuqqas ta' dan, ftehim interistituzzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE, jew ftehim ta' kooperazzjoni operazzjonali konkluż bejn il-Europol u l-pajjiż terz qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2016/794. Dawk l-iskambji jenħtieġ li jsiru biss meta jkun meħtieġ biex l-Istati Membri jiġu appoġġati fil-prevenzjoni tat-tixrid ta' kontenut bħal dan jew biex ikun jista' jitneħħa, b'mod partikolari meta jkun hemm potenzjal antiċipat għal multiplikazzjoni u għal viralità esponenzjali bejn diversi fornituri ta' servizzi online.

Emenda  38

 

Proposta għal regolament

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60 61 jistabbilixxi regoli dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni, iżda ma kienx japplika għall-Europol. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni uniformi u konsistenti tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/1725 isir applikabbli għall-Europol f'konformità mal-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament, u jenħtieġ li jkun ikkomplementat minn dispożizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet speċifiċi ta' pproċessar li l-Europol jenħtieġ li twettaq sabiex teżegwixxi l-kompiti tagħha.

(36) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60 jistabbilixxi regoli dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni. Filwaqt li r-Regolament (UE) 2018/1725 japplika għall-ipproċessar ta' data personali amministrattiva mill-Europol li mhijiex relatata ma' investigazzjonijiet kriminali, bħal data tal-persunal, l-Artikolu 3(2) u l-Kapitolu IX ta' dak ir-Regolament, li jirregola l-ipproċessar ta' data personali operazzjonali, s'issa għadu ma japplikax għall-Europol. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni uniformi u konsistenti tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/1725 isir applikabbli għall-Europol f'konformità mal-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament, u jenħtieġ li jkun ikkomplementat minn dispożizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet speċifiċi ta' pproċessar li l-Europol jenħtieġ li twettaq sabiex teżegwixxi l-kompiti tagħha.

__________________

__________________

60 Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

60 Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

61 Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

 

Emenda  39

 

Proposta għal regolament

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Minħabba l-isfidi li joħloq l-użu ta' teknoloġiji ġodda mill-kriminali għas-sigurtà tal-Unjoni, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi huma meħtieġa jsaħħu l-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħhom. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Europol tappoġġa lill-Istati Membri fl-użu ta' teknoloġiji emerġenti fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra r-reati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol. Sabiex jiġu esplorati approċċi ġodda u jiġu żviluppati soluzzjonijiet teknoloġiċi komuni għall-Istati Membri għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra r-reati li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-objettivi tal-Europol, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' twettaq attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni rigward kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, inkluż bl-ipproċessar ta' data personali meta jkun meħtieġ u filwaqt li tiżgura rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp ta' għodod ġodda mill-Europol ma jikkostitwixxux bażi ġuridika għall-varar tagħhom fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali.

(37) Minħabba l-isfidi għas-sigurtà tal-Unjoni mill-iżvilupp teknoloġiku rapidu u l-isfruttament ta' teknoloġiji ġodda mill-kriminali, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi huma meħtieġa jsaħħu l-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħhom biex jidentifikaw, jiżguraw u janalizzaw d-data meħtieġa biex jinvestigaw ir-reati. Jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri fl-użu ta' teknoloġiji emerġenti u fl-esplorazzjoni ta' approċċi ġodda u fl-iżvilupp ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi komuni għall-Istati Membri għall-prevenzjoni u għall-ġlieda aħjar kontra t-terroriżmu u r-reati li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-objettivi tal-Europol, filwaqt li jiġi żgurat li l-iżvilupp, l-użu u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda jkunu ggwidati mill-prinċipji tat-trasparenza, l-ispjegabbiltà, l-ekwità u l-akkontabbiltà, u ma jimminawx id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u jkunu konformi mad-dritt tal-Unjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' twettaq proġetti ta' riċerka u ta' innovazzjoni rigward kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament fl-ambitu ġenerali vinkolanti tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni definiti mill-Bord ta' Amministrazzjoni, li jenħtieġ li jiġu aġġornati meta jkun xierqa u jkunu disponibbli għall-KEPD. Dawk il-proġetti huma awtorizzati li jinkludu l-ipproċessar ta' data personali biss meta l-ipproċessar tad-data personali jkun strettament meħtieġ, meta l-objettiv tal-proġett rilevanti ma jkunx jista' jintlaħaq bl-użu ta' data mhux personali jew anonima, u filwaqt li jiżguraw rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari n-nondiskriminazzjoni. L-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali għal finijiet ta' riċerka jenħtieġ li jkun permess biss meta jkun strettament meħtieġ. Minħabba s-sensittività ta' tali pproċessar, jenħtieġ li jiġu applikati salvagwardji addizzjonali xierqa, inkluża l-psewdonimizzazzjoni. Biex jiġi evitat il-preġudizzju fit-teħid ta' deċiżjonijiet algoritmiku, huwa kruċjali li t-teknoloġija tiġi mħarrġa b'settijiet ta' data rappreżentattivi. F'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati u meta jkun strettament meħtieġ għall-prevenzjoni ta' preġudizzju, il-Europol għalhekk jenħtieġ li titħalla tipproċessa data personali barra mill-kategoriji ta' suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/794. Il-Europol jenħtieġ li żżomm reġistri tal-ipproċessar kollu tad-data personali fil-kuntest tal-proġetti ta' riċerka tagħha biex tippermetti lill-KEPD iwettaq awditi u superviżjoni, bil-ħsieb li jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet teknoloġiċi bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali ma jdgħajfux id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u ma jkunux diskriminatorji. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiżgura li l-awditi jitwettqu minn esperti indipendenti qabel l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe soluzzjoni teknoloġika li tirriżulta mill-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni tal-Europol li jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali bil-ħsieb li jiġi żgurat li s-soluzzjoni teknoloġika ma timminax id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali minquxa fil-Karta. Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar l-iżvilupp ta' għodod ġodda mill-Europol ma jikkostitwixxux bażi ġuridika għall-varar tagħhom fil-livell tal-Unjoni jew nazzjonali. Biex jissaħħu s-sinerġiji fir-riċerka u l-innovazzjoni, il-Europol jenħtieġ li żżid il-kooperazzjoni tagħha ma' aġenziji oħra tal-Unjoni fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tagħhom f'dan il-qasam.

Emenda  40

 

Proposta għal regolament

Premessa 38

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Jenħtieġ li l-Europol ikollha rwol ewlieni fl-assistenza lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali, li jkunu ta' benefiċċju għall-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi madwar l-Unjoni. Il-Europol jenħtieġ li jkollha rwol importanti fil-promozzjoni ta' intelliġenza artifiċjali etika, affidabbli u ffokata fuq il-bniedem soġġetta għal salvagwardji b'saħħithom f'termini ta' sigurtà, ta' sikurezza u tad-drittijiet fundamentali.

(38) Jenħtieġ li l-Europol ikollha rwol ewlieni fl-assistenza lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali rilevanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-Europol, li jkunu ta' benefiċċju għall-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi madwar l-Unjoni b'rispett sħiħ tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, inkluża n-nondiskriminazzjoni. Il-Europol jenħtieġ li jkollha rwol importanti fil-promozzjoni tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' intelliġenza artifiċjali etika, affidabbli u ffokata fuq il-bniedem soġġetta għal salvagwardji b'saħħithom f'termini ta' sigurtà, ta' sikurezza, ta' trasparenza, ta' spjegabbiltà u tad-drittijiet fundamentali.

Emenda  41

 

Proposta għal regolament

Premessa 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Jenħtieġ li l-Europol tinforma lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data qabel it-tnedija tal-proġetti ta' riċerka u ta' innovazzjoni tagħha li jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali. Għal kull proġett, jenħtieġ li l-Europol twettaq, qabel l-ipproċessar, valutazzjoni tal-impatt tal-operazzjonijiet previsti ta' pproċessar fuq il-protezzjoni ta' data personali u fuq id-drittijiet fundamentali l-oħra kollha, inkluż kwalunkwe preġudizzju fl-eżitu. Jenħtieġ li din tinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza tad-data personali li tkun se tiġi pproċessata għall-fini speċifiku tal-proġett. Tali valutazzjoni tkun tiffaċilita r-rwol superviżorju tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, inkluż l-eżerċizzju tas-setgħat korrettivi tiegħu skont dan ir-Regolament li jistgħu jwasslu wkoll għal projbizzjoni fuq l-ipproċessar. Jenħtieġ li l-iżvilupp ta' għodod ġodda mill-Europol ikun mingħajr preġudizzju għall-bażi ġuridika, li tinkludi r-raġunijiet għall-ipproċessar ta' data personali kkonċernata, li sussegwentement tkun meħtieġa għall-varar tagħhom fil-livell tal-Unjoni jew f'dak nazzjonali.

(39) Jenħtieġ li l-Europol tinforma lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data qabel it-tnedija tal-proġetti ta' riċerka u ta' innovazzjoni tagħha li jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali. Għal kull proġett, jenħtieġ li l-Europol twettaq, qabel l-ipproċessar, valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-data biex tiżgura rispett sħiħ tal-protezzjoni tad-data u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali l-oħra kollha tas-suġġetti tad-data. Jenħtieġ li din tinkludi valutazzjoni ta' kwalunkwe preġudizzju potenzjali fl-eżitu u fid-data personali li tkun se tiġi pproċessata għall-fini speċifiku tal-proġett kif ukoll il-miżuri previsti biex jindirizzaw dawk ir-riskji. Tali valutazzjoni tkun tiffaċilita r-rwol superviżorju tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li jista' jinkludi l-eżerċizzju tas-setgħat korrettivi tiegħu u jista' jwassal għall-projbizzjoni tal-ipproċessar jew għall-projbizzjoni tat-tnedija ta' proġett speċifiku ta' riċerka u innovazzjoni. Barra minn hekk, il-Europol jenħtieġ li tqis il-valutazzjoni inizjali obbligatorja tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, inklużi, meta jkun applikabbli, ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiha, qabel ma tvara l-proġett. Jenħtieġ li l-iżvilupp ta' għodod ġodda mill-Europol ikun mingħajr preġudizzju għall-bażi ġuridika, li tinkludi r-raġunijiet għall-ipproċessar ta' data personali kkonċernata, li sussegwentement tkun meħtieġa għall-varar tagħhom fil-livell tal-Unjoni jew f'dak nazzjonali.

Emenda  42

 

Proposta għal regolament

Premessa 39a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a) L-espansjoni tal-mandat tal-Europol u l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data tagħha se jirrikjedu li l-KEPD jalloka riżorsi finanzjarji u umani addizzjonali biex jeżerċita r-rwol superviżorju tiegħu fir-rigward tal-Europol. L-allokazzjoni finanzjarja lill-KEPD kif ukoll il-forniment tiegħu b'riżorsi umani f'livelli ta' ħiliet proporzjonati għall-kumplessità tal-ipproċessar tad-data mwettaq mill-Europol jenħtieġ li jiġu aġġustati f'konformità maż-żieda tar-responsabbiltajiet tal-KEPD fil-konfront tal-Europol sabiex jagħti l-feedback tiegħu għall-konsultazzjonijiet aktar malajr u ma jfixkilx il-funzjonament tajjeb tal-Europol.

Emenda  43

 

Proposta għal regolament

Premessa 40

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) L-għoti lill-Europol ta' għodod u ta' kapaċitajiet addizzjonali jeħtieġ it-tisħiħ tas-sorveljanza demokratika u tal-akkontabilità tal-Europol. L-iskrutinju parlamentari konġunt jikkostitwixxi element importanti ta' monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol. Sabiex ikun jista' jsir monitoraġġ politiku effettiv tal-mod kif il-Europol tapplika għodod u kapaċitajiet addizzjonali, jenħtieġ li l-Europol tipprovdi informazzjoni annwali lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt dwar l-użu ta' dawn l-għodod u l-kapaċitajiet u r-riżultat tagħhom.

(40) L-għoti lill-Europol ta' għodod u ta' kapaċitajiet addizzjonali jeħtieġ it-tisħiħ tas-sorveljanza demokratika u tal-akkontabbiltà tal-Europol. L-iskrutinju parlamentari konġunt jikkostitwixxi element importanti ta' monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol. Sabiex ikun jista' jsir monitoraġġ politiku effettiv tal-mod kif il-Europol tapplika għodod u kapaċitajiet addizzjonali mogħtija lilha mir-Regolament, jenħtieġ li l-Europol tipprovdi informazzjoni annwali dettaljata lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt (JPSG) dwar l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, l-użu u l-effikaċja ta' dawn l-għodod u l-kapaċitajiet u r-riżultat tagħhom, b'mod partikolari dwar il-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni kif ukoll attivitajiet ġodda jew l-istabbiliment ta' kwalunkwe ċentru speċjalizzat ġdid fi ħdan il-Europol. Barra minn hekk, żewġ rappreżentanti tal-JPSG, wieħed għall-Parlament Ewropew u wieħed għall-parlamenti nazzjonali biex tiġi riflessa l-kostitwenza dupliċi tal-JPSG, jenħtieġ li jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni biex jindirizzaw il-Bord f'isem il-JPSG. F'konformità mar-rwol ta' sorveljanza tal-JPSG, iż-żewġ rappreżentanti tal-JPSG jenħtieġ li ma jkollhomx drittijiet tal-vot fil-Bord ta' Amministrazzjoni. L-attivitajiet ippjanati ta' riċerka u innovazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti fid-dokument uniku ta' programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali u l-programm ta' ħidma annwali tal-Europol u jenħtieġ li jintbagħtu lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt.

Emenda  44

 

Proposta għal regolament

Premessa 40a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a) Il-Bord ta' Amministrazzjoni jenħtieġ li jaħtar Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali li jenħtieġ li jkun responsabbli biex jissorvelja li l-Europol tissalvagwardja r-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet u l-kompiti kollha tagħha, b'mod partikolari l-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni tal-Europol u l-iskambji tagħha ta' data personali ma' partijiet privati. Il-Europol jenħtieġ li tipprovdi lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali bir-riżorsi u l-persunal meħtieġa biex ikun jista' jwettaq il-kompiti kollha tiegħu b'mod effettiv f'konformità ma' dan ir-Regolament u b'aċċess għall-informazzjoni kollha dwar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet tal-Europol. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jenħtieġ li jikkoopera mill-qrib mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu. Għal dan il-għan, l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li jistabbilixxu, bil-miktub, memorandum ta' qbil li jispeċifika t-tqassim tal-kompiti u l-kooperazzjoni tagħhom. Sa fejn huma kkonċernati kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data, ir-responsabbiltà sħiħa jenħtieġ li tkun tal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Il-Europol jenħtieġ li tqis ir-rapporti u l-pariri taż-żewġ korpi.

Emenda  45

 

Proposta għal regolament

Premessa 45

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat, f'konformità mal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta opinjoni nhar [...].

(45) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat, f'konformità mal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ta opinjoni fit-8 ta' Marzu 20211a.

 

__________________

 

1a ĠU C 143, 23.4.2021, p. 6.

Emenda  46

 

Proposta għal regolament

Premessa 46

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali u d-dritt għall-privatezza kif protetti mill-Artikoli 8 u 7 tal-Karta, kif ukoll mill-Artikolu 16 tat-TFUE. Minħabba l-importanza tal-ipproċessar ta' data personali għall-ħidma tal-infurzar tal-liġi b'mod ġenerali, u għall-appoġġ ipprovdut mill-Europol b'mod partikolari, dan ir-Regolament jinkludi salvagwardji effettivi sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament huwa limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat, u soġġett għal kundizzjonijiet ċari, għal rekwiżiti stretti u għal superviżjoni effettiva mill-KEPD.

(46) Dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet u s-salvagwardji fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali u d-dritt għall-privatezza kif protetti mill-Artikoli 8 u 7 tal-Karta, kif ukoll mill-Artikolu 16 tat-TFUE. Minħabba l-importanza tal-ipproċessar ta' data personali għall-ħidma tal-infurzar tal-liġi b'mod ġenerali, u għall-appoġġ ipprovdut mill-Europol b'mod partikolari, dan ir-Regolament jinkludi salvagwardji msaħħa, sorveljanza demokratika u mekkaniżmi ta' akkontabbiltà, sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet u l-kompiti tal-Europol jitwettqu f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b'mod partikolari d-drittijiet għall-ugwaljanza quddiem il-liġi, għan-nondiskriminazzjoni, u għal rimedju effettiv quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti kontra kwalunkwe waħda mill-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament huwa limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat, u soġġett għal kundizzjonijiet ċari, għal rekwiżiti stretti u għal superviżjoni effettiva mill-KEPD.

Emenda  47

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt p

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p) "data personali amministrattiva" tfisser id-data personali kollha pproċessata mill-Europol minbarra d-data operazzjonali;

(p) "data personali amministrattiva" tfisser id-data personali kollha pproċessata mill-Europol minbarra d-data personali operazzjonali;

Emenda  48

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c – parti introduttorja

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiżdied il-punt (q) li ġej:

(c) jiżdiedu l-punti li ġejjin:

Emenda  49

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt q

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(q) "fajl ta' każ investigattiv" tfisser sett ta' data jew settijiet ta' data multipli li Stat Membru, l-UPPE jew pajjiż terz jikseb fil-kuntest ta' investigazzjoni kriminali kurrenti, f'konformità mar-rekwiżiti u mas-salvagwardji proċedurali skont il-liġi kriminali nazzjonali applikabbli, u sottomessi lill-Europol b'appoġġ ta' dik l-investigazzjoni kriminali.

(q) "fajl ta' każ investigattiv" tfisser sett ta' data jew settijiet ta' data multipli li Stat Membru, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE"), il-Eurojust jew pajjiż terz jakkwistaw fil-kuntest ta' investigazzjoni kriminali kurrenti, f'konformità mar-rekwiżiti u mas-salvagwardji proċedurali biex jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali, skont il-liġi applikabbli u jissottomettu lill-Europol b'appoġġ ta' dik l-investigazzjoni kriminali.

Emenda  50

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt qa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(qa) "sitwazzjoni ta' kriżi" tfisser avveniment kurrenti jew reċenti fid-dinja reali li jkun relatat ma' reat terroristiku, fejn jinħoloq materjal online li juri ħsara għall-ħajja jew għall-integrità fiżika jew jinstiga l-ħsara imminenti għall-ħajja jew għall-integrità fiżika, u li jkollu l-għan jew ikollu l-effett li jintimida b'mod serju lil popolazzjoni, u meta jkun hemm potenzjal antiċipat għal multiplikazzjoni u viralità esponenzjali f'diversi fornituri ta' servizzi online.

Emenda  51

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt qb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(qb) "kontenut terroristiku" tfisser kontenut terroristiku kif definit fl-Artikolu 2(7) tar-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2021/784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2021 dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 79).

Emenda  52

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt qc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(qc) "materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal" tfisser materjal li jikkostitwixxi pornografija tat-tfal kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a jew prestazzjoni pornografika kif definit fil-punt (e) tal-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 1).

 

Emenda  53

 

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt qd (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(qd) "kategorija ta' trasferimenti ta' data personali" tfisser grupp ta' trasferimenti ta' data personali relatata mal-istess avveniment reali li jinvolvi ħsara għall-ħajja jew għall-integrità fiżika u li jikkonsisti mill-istess kategoriji ta' data personali u suġġetti tad-data.

Emenda  54

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt ii

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) tikkoopera mal-korpi tal-Unjoni stabbiliti fuq il-bażi tat-Titolu V tat-TFUE u mal-OLAF u mal-ENISA, b'mod partikolari permezz ta' skambji ta' informazzjoni u billi tipprovdilhom appoġġ analitiku fl-oqsma li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tagħhom;

(j) tikkoopera mal-korpi tal-Unjoni stabbiliti fuq il-bażi tat-Titolu V tat-TFUE, kif ukoll mal-OLAF u mal-ENISA, b'mod partikolari permezz ta' skambji ta' informazzjoni u billi tipprovdilhom appoġġ analitiku fl-oqsma li jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi tagħhom;

Emenda  55

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt iii

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) tappoġġa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-forom ta' kriminalità elenkati fl-Anness I li huma ffaċilitati, promossi jew li jitwettqu bl-użu tal-internet, inkluż, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-koordinazzjoni tar-rispons tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għaċ-ċiberattakki, it-tħasir ta' kontenut terroristiku online, u s-sottomissjoni ta' riferimenti għal kontenut tal-internet, li permezz tagħhom dawn jiġu ffaċilitati, promossi jew jitwettqu t-tali forom ta' kriminalità, lill-fornituri ta' servizzi online kkonċernati għall-kunsiderazzjoni volontarja tagħhom tal-kompatibbiltà tal-kontenut fuq l-internet imsemmi mat-termini u mal-kundizzjonijiet tagħhom stess;

(m) tappoġġa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-forom ta' kriminalità elenkati fl-Anness I li huma ffaċilitati, promossi jew li jitwettqu bl-użu tal-internet, inkluż, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tappoġġa l-koordinazzjoni tar-rispons tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri għaċ-ċiberattakki, it-tħassir ta' kontenut terroristiku online u l-materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal, u r-riferiment ta' kontenut online lill-fornituri ta' servizzi online kkonċernati għall-kunsiderazzjoni volontarja tagħhom tal-kompatibbiltà tal-kontenut fuq l-internet imsemmi mat-termini u mal-kundizzjonijiet tagħhom stess, filwaqt li jiġu rrispettati d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali;

Emenda  56

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt iv – parti introduttorja

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) jiżdiedu l-punti (q) sa (r) li ġejjin:

(iv) jiżdiedu l-punti (q) sa (ub) li ġejjin:

Emenda  57

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt iv

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt q

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(q) tappoġġa lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta' persuni li l-involviment tagħhom f'reati li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-mandat tal-Europol, kif elenkati fl-Anness I, jikkostitwixxu riskju għoli għas-sigurtà, u tiffaċilita investigazzjonijiet konġunti, koordinati u prijoritizzati;

(q) tappoġġa lill-Istati Membri fl-identifikazzjoni ta' persuni suspettati b'reati li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-mandat tal-Europol, kif elenkati fl-Anness I, u li jikkostitwixxu riskju għoli għas-sigurtà, u tiffaċilita investigazzjonijiet konġunti, koordinati u prijoritizzati;

Emenda  58

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt iv

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt r

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(r) iddaħħal data fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, u taħt awtorizzazzjoni mid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol, dwar l-involviment suspettat ta' ċittadin ta' pajjiż terz f'reat li fir-rigward tiegħu l-Europol tkun kompetenti u li tkun konxja tiegħu fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta mingħand pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 17(1)(b);

(r) iddaħħal allerti fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, li ma rriżultawx f'oġġezzjoni motivata minn Stat Membru jew wasslu biex Stat Membru jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jdaħħal allert f'ismu stess u taħt awtorizzazzjoni mid-Direttur Eżekuttiv tal-Europol, dwar l-involviment suspettat ta' ċittadin ta' pajjiż terz f'reat li fir-rigward tiegħu l-Europol tkun kompetenti u li tkun konxja tiegħu fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta mingħand pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament jew pajjiż terz li jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament, dment li l-informazzjoni tkun ġiet ikkonfermata minn pajjiż terz li jissodisfa waħda minn dawk il-kundizzjonijiet jew dment li l-informazzjoni tkun relatata ma' reat terroristiku jew kriminalità organizzata;

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56–106).

Emenda  59

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt iv

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt s

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(s) tappoġġa l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol kif stabbilit fl-Artikolu 3;

(s) tappoġġa l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u ta' monitoraġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol kif stabbilit fl-Artikolu 3 permezz tal-għoti ta' għarfien espert u analiżijiet, fejn ikunu rilevanti;

Emenda  60

 

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt iv

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt t

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(t) tissorvelja u tikkontribwixxi b'mod proattiv għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni rilevanti sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3, tappoġġa l-attivitajiet relatati tal-Istati Membri, u timplimenta l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tiegħu rigward kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, inklużi l-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni tal-algoritmi għall-iżvilupp tal-għodod.

(t) tissorvelja u tikkontribwixxi b'mod proattiv għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni rilevanti sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 billi tappoġġa l-attivitajiet relatati tal-Istati Membri, u timplimenta l-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni tiegħu rigward kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, inklużi proġetti għall-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni tal-algoritmi għall-iżvilupp tal-għodod speċifiċi għall-użu tal-infurzar tal-liġi.

Emenda  61

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt iv

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt u

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(u) tappoġġa l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-prevenzjoni tat-tixrid ta' kontenut online relatat mat-terroriżmu jew mal-estremiżmu vjolenti f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, li jirriżulta minn avveniment kurrenti jew riċenti fid-dinja reali, juri ħsara għall-ħajja jew għall-integrità fiżika jew jinstiga l-ħsara imminenti għall-ħajja jew għall-integrità fiżika, u li jkollu l-għan jew l-effett li jintimida b'mod serju lil popolazzjoni, u meta jkun hemm potenzjal antiċipat għal multiplikazzjoni u għal viralità esponenzjali bejn diversi fornituri ta' servizzi online.

imħassar

Emenda  62

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt iv

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ua (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ua) tikkoopera mal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (UIF), permezz tal-unità nazzjonali tal-Europol jew, jekk ikun permess mill-Istat Membru rilevanti, permezz ta' kuntatt dirett bejn l-UIF u l-Europol, b'mod partikolari permezz ta' skambji ta' informazzjoni u l-għoti ta' appoġġ analitiku biex jiġu appoġġati investigazzjonijiet transfruntiera mill-Istati Membri dwar l-attivitajiet ta' ħasil tal-flus ta' organizzazzjonijiet kriminali transnazzjonali u l-finanzjament tat-terroriżmu;

Emenda  63

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt iv

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ub (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ub) tissorvelja, tanalizza u tevalwa l-allerti ħomor ippubblikati mill-Interpol fuq talba ta' pajjiżi terzi u tinnotifika lill-Istati Membri, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u lill-Kummissjoni f'każ ta' suspett raġonevoli li allert ikun inħareġ bi ksur tal-Artikolu 3 tal-kostituzzjoni tal-Interpol.

Emenda  64

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 4a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Il-Europol għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tat-temi ewlenin ta' riċerka, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni li huma rilevanti sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Meta l-Europol tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta' temi ewlenin ta' riċerka, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' programm qafas tal-Unjoni, l-Aġenzija ma għandhiex tirċievi finanzjament minn dak il-programm.

4a. Il-Europol għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tat-temi ewlenin ta' riċerka, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni li huma rilevanti sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Fejn il-Europol ikollha rwol fit-tfassil jew l-implimentazzjoni ta' programm qafas tal-Unjoni, ma għandhiex tirċievi finanzjament minn dak il-programm. Fejn xieraq, il-Europol tista' tikkonsulta maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka meta jitfasslu d-definizzjoni u l-kunċett ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Il-Europol għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tevita kunflitti ta' interess.

Emenda  65

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 4b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4b. Il-Europol għandha tappoġġa l-iskrinjar ta' każijiet speċifiċi ta' investimenti diretti barranin fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* li jikkonċernaw impriżi li jipprovdu teknoloġiji użati jew li qed jiġu żviluppati mill-Europol jew mill-Istati Membri għall-prevenzjoni u għall-investigazzjoni ta' reati koperti mill-Artikolu 3 dwar l-implikazzjonijiet mistennija għas-sigurtà.

4b. Il-Europol għandha tappoġġa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri fl-iskrinjar ta' każijiet speċifiċi ta' investimenti diretti barranin fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a li jikkonċernaw impriżi li jipprovdu teknoloġiji, inkluż software jew teknoloġiji kritiċi li jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw it-terroriżmu, użati jew li qed jiġu żviluppati mill-Europol jew mill-Istati Membri għall-prevenzjoni u għall-investigazzjoni ta' reati koperti mill-Artikolu 3 dwar l-implikazzjonijiet mistennija għas-sigurtà.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1).

Emenda  66

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ea (ġdid)

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) jiżdied il-paragrafu 5a li ġej:

 

"5a. Il-Europol għandha tirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali mnaqqxa fil-Karta fit-twettiq tal-kompiti tagħha."

Emenda  67

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

imħassar

1. F'każijiet speċifiċi li fihom l-Europol tqis li jenħtieġ li tinbeda investigazzjoni kriminali dwar reat li jaqa' fl-ambitu tal-objettivi tagħha, hija għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati permezz tal-unitajiet nazzjonali sabiex jibdew, iwettqu jew jikkoordinaw investigazzjoni kriminali bħal din.

 

Emenda  68

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-3) Fl-Artikolu 6, għandu jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

 

"1a. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta l-Europol tqis li għandha tinbeda investigazzjoni kriminali fir-rigward ta' reat speċifiku li jaffettwa interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni iżda li mhux ta' natura transfruntiera, din għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati permezz tal-unità nazzjonali sabiex jibdew, iwettqu jew jikkoordinaw tali investigazzjoni kriminali."

Emenda  69

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. L-unitajiet nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-Europol mingħajr dewmien dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward ta' kwalunkwe talba li ssir skont il-paragrafu 1.

2. L-unitajiet nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-Europol mingħajr dewmien dwar id-deċiżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward ta' kwalunkwe talba li ssir skont il-paragrafi 1 u 1a.

 (32016R0794)

Emenda  70

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 6 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3 b) Fl-Artikolu 6(3), il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jiddeċiedu li ma jilqgħux it-talba li ssir mill-Europol skont il-paragrafu 1, huma għandhom jinfurmaw lill-Europol bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom, mingħajr dewmien bla bżonn, preferibbilment fi żmien xahar minn meta tasal it-talba. Madankollu, ir-raġunijiet jistgħu ma jingħatawx jekk l-għoti tagħhom ikun:

"3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jiddeċiedu li ma jilqgħux it-talba li ssir mill-Europol skont il-paragrafi 1 u 1a, huma għandhom jinfurmaw lill-Europol bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom, mingħajr dewmien bla bżonn, preferibbilment fi żmien xahar minn meta tasal it-talba. Madankollu, ir-raġunijiet jistgħu ma jingħatawx jekk l-għoti tagħhom ikun:"

 (32016R0794)

Emenda  71

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 6 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3c) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4. Il-Europol għandha tinforma minnufih lill-Eurojust bi kwalunkwe talba li tkun saret skont il-paragrafu 1 u bi kwalunkwe deċiżjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont il-paragrafu 2.

"4. Il-Europol għandha tinforma minnufih lill-Eurojust u, fejn rilevanti, lill-UPPE, bi kwalunkwe talba li tkun saret skont il-paragrafi 1 u 1a u bi kwalunkwe deċiżjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru skont il-paragrafu 2;"

 (Dokument 32016R0794)

Emenda  72

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 7 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unitajiet tal-intelligence finanzjarja tagħhom stabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* jitħallew jikkooperaw mal-Europol f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, b'mod partikolari permezz tal-unità nazzjonali tagħhom rigward l-informazzjoni u l-analiżijiet finanzjarji, fi ħdan il-limiti tal-mandat u tal-kompetenza tagħhom.

8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-unitajiet tal-intelligence finanzjarja tagħhom stabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* jitħallew iwieġbu għal talbiet debitament ġustifikati magħmula mill-Europol f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, permezz tal-unità nazzjonali tagħhom jew, jekk permess minn dak l-Istat Membru, permezz ta' kuntatt dirett mal-Europol rigward l-informazzjoni u l-analiżijiet finanzjarji, fi ħdan il-limiti tal-mandat u tal-kompetenza tagħhom."

__________________

__________________

* Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

* Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta' informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' ċerti reati kriminali u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI, ĠU L 186, 11.7.2019, p. 122–137.

** Id-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta' informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' ċerti reati kriminali u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI, ĠU L 186, 11.7.2019, p. 122–137.

Emenda  73

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a) Fl-Artikolu 11(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a) jadotta kull sena, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri u f'konformità mal-Artikolu 12, dokument li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Europol u l-programm ta' ħidma annwali għas-sena ta' wara;

"(a) jadotta kull sena, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri u f'konformità mal-Artikolu 12, dokument uniku ta' programmazzjoni skont l-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/7151a u l-linji gwida relatati tal-Kummissjoni għad-dokument uniku ta' programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Europol u l-programm ta' ħidma annwali għas-sena ta' wara.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1)."

 (32016R0794)

Emenda  74

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ua (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) Fl-Artikolu 11(1) jiżdied il-punt (ua) li ġej:

 

"(ua) jaħtar Uffiċjal tad-Drittijiet Fundamentali li għandu jkun funzjonalment indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu"

Emenda  75

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4c (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4c) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, jadotta d-dokument li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Europol u programm ta' ħidma annwali abbażi ta' abbozz preżentat mid-Direttur Eżekuttiv, b'kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni u, b'relazzjoni mal-programmazzjoni pluriennali wara konsultazzjoni mal-GSPK. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jintbagħat d-dokument lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-GSPK.

"1. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, jadotta dokument uniku ta' programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Europol u programm ta' ħidma annwali abbażi ta' abbozz preżentat mid-Direttur Eżekuttiv, b'kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni u, b'relazzjoni mal-programmazzjoni pluriennali wara konsultazzjoni mal-GSPK. Jekk il-Bord ta' Amministrazzjoni jiddeċiedi li ma jqisx elementi tal-opinjoni tal-Kummissjoni, għandu jipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata. L-istess obbligu għandu japplika għall-elementi mqajma mill-GSPK f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 51(2). Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jibgħat id-dokument uniku ta' programmazzjoni finali lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-GSPK.

 (32016R0794)

Emenda  76

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4d (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4d) Fl-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. Il-programmazzjoni tal-ħidma pluriennali għandha tistipula programmazzjoni strateġika komprensiva li tinkludi objettivi, riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandha wkoll tistipula l-ippjanar tar-riżorsi inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal. Għandha tinkludi l-istrateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Il-programmazzjoni tal-ħidma pluriennali għandha tistipula programmazzjoni strateġika komprensiva li tinkludi objettivi, riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandha wkoll tistipula l-ippjanar tar-riżorsi inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal. Għandha tinkludi l-istrateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u l-attivitajiet ippjanati tagħha ta' riċerka u innovazzjoni.

 (32016R0794)

Emenda  77

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4e (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 14 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4e) Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4. Il-Bord ta' Amministrazzjoni jista' jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista' tkun rilevanti għad-diskussjoni inkluż, fejn adatt, rappreżentant tal-GSPK, biex tattendi l-laqgħa tiegħu bħala osservatur mingħajr vot.

4. Il-Bord ta' Amministrazzjoni jista' jistieden lil kwalunkwe persuna li l-opinjoni tagħha tista' tkun rilevanti għad-diskussjoni biex tattendi l-laqgħa tiegħu bħala osservatur mingħajr vot. Żewġ rappreżentanti tal-GSPK għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat kollha tal-Bord ta' Amministrazzjoni bħala osservaturi mingħajr drittijiet tal-vot.

 (32016R0794)

Emenda  78

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4f (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 16 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4f) Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3. Il-Kunsill jista' jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar dmirijietu.

3. Il-Kunsill u l-GSPK jistgħu jistiednu lid-Direttur Eżekuttiv biex jirrapporta dwar dmirijietu.

 (32016R0794)

Emenda  79

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4g (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 16 – paragrafu 5 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4g) Fl-Artikolu 16(5), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(d) għat-tħejjija tal-abbozz ta' programmazzjoni pluriennali u programmi ta' ħidma annwali u biex iressaqhom quddiem il-Bord ta' Amministrazzjoni, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(d) it-tħejjija tal-abbozz tad-dokument uniku ta' programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali u l-programmi ta' ħidma annwali u tressqu quddiem il-Bord ta' Amministrazzjoni, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-GSPK;

 ((32016R0794))

Emenda  80

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a – punt ii

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ir-riċerka u l-innovazzjoni rigward kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament għall-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni tal-algoritmi għall-iżvilupp tal-għodod;

(e) il-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni rigward kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament għall-iżvilupp, it-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni tal-algoritmi għall-iżvilupp tal-għodod speċifiċi għall-użu tal-infurzar tal-liġi;

Emenda  81

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a – punt ii

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) tagħti appoġġ lill-Istati Membri sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar persuni suspettati jew misjuba ħatja li jkunu mfittxija fuq il-bażi ta' deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali relatata ma' reat kriminali li fir-rigward tiegħu tkun kompetenti l-Europol, u tiffaċilita l-għoti ta' informazzjoni mill-pubbliku dwar dawn l-individwi.

(f) tagħti appoġġ lill-Istati Membri sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar persuni suspettati jew misjuba ħatja li jkunu mfittxija, fuq il-bażi ta' deċiżjoni ġudizzjarja nazzjonali relatata ma' reat kriminali li fir-rigward tiegħu tkun kompetenti l-Europol, u tiffaċilita l-għoti ta' informazzjoni, lill-Istati Membri u lill-Europol, mill-pubbliku dwar dawn l-individwi.

Emenda  82

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18 – paragrafu 3a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni kif imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 2 għandu jitwettaq permezz tal-proġetti ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-Europol b'definizzjoni ċara tal-objettivi, id-durata u l-ambitu tal-ipproċessar ta' data personali involut, li fir-rigward tagħhom għandhom ikunu japplikaw is-salvagwardji speċifiċi addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 33a.

3a. L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni kif imsemmi fil-punt (e) tal-paragrafu 2 għandu jitwettaq permezz tal-proġetti ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-Europol b'definizzjoni ċara tal-finijiet u tal-objettivi, u għandu jkun soġġett għas-salvagwardji speċifiċi addizzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 33a, fir-rigward tad-durata u l-kamp ta' applikazzjoni tal-ipproċessar tad-data personali.

Emenda  83

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(4) u għall-Artikolu 18a, il-kategoriji ta' data personali u l-kategoriji tas-suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tinġabar u tiġi pproċessata għal kull skop imsemmi fil-paragrafu 2 huma elenkati fl-Anness II.

5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(4), għall-Artikolu 18(2)(e) u għall-Artikolu 18a, il-kategoriji ta' data personali u l-kategoriji tas-suġġetti tad-data li d-data tagħhom tista' tinġabar u tiġi pproċessata għal kull skop imsemmi fil-paragrafu 2 huma elenkati fl-Anness II.

Emenda  84

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt d

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18 – paragrafu 5a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jiżdied il-paragrafu 5a li ġej:

imħassar

5a. Qabel l-ipproċessar tad-data taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Europol tista' tipproċessa temporanjament data personali riċevuta skont l-Artikolu 17(1) u (2) sabiex tiddetermina jekk tali data tikkonformax mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, inkluż billi tivverifika d-data mad-data kollha li l-Europol diġà qed tipproċessa f'konformità mal-paragrafu 5.

 

Il-Bord ta' Amministrazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara li jikkonsulta lill-KEPD, għandu jkompli jispeċifika l-kundizzjonijiet relatati mal-ipproċessar ta' din id-data.

 

Il-Europol tista' tipproċessa data personali biss skont dan il-paragrafu għal perijodu massimu ta' sena, jew f'każijiet ġustifikati għal perijodu itwal bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-KEPD, meta dan ikun meħtieġ għall-fini ta' dan l-Artikolu. Meta r-riżultat tal-ipproċessar jindika li d-data personali ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Europol għandha tħassar dik id-data u tinforma lill-fornitur tad-data dwar dan.

 

Emenda  85

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5 a) il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

6. Il-Europol tista' temporanjament tipproċessa d-data bil-għan li tiddetermina jekk tali data hijiex rilevanti għall-kompiti tagħha u, jekk ikun hekk, għal liema mill-finijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Il-Bord ta' Amministrazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara konsultazzjoni mal-KEPD, għandu jkompli jispeċifika l-kondizzjonijiet relatati mal-ipproċessar tat-tali data, partikolarment fir-rigward tal-aċċess għad-data u l-użu tagħha, kif ukoll il-limiti ta' żmien għall-ħażna u t-tħassir tad-data li ma jistgħux jaqbżu s-sitt xhur, wara li jittieħed kont dovut tal-prinċipji msemmijin fl-Artikolu 28.

6. Il-Europol tista' temporanjament tipproċessa d-data bil-għan li tiddetermina jekk tali data hijiex rilevanti għall-kompiti tagħha u, jekk ikun hekk, għal liema mill-finijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Il-Bord ta' Amministrazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara konsultazzjoni mal-KEPD, għandu jkompli jispeċifika l-kondizzjonijiet relatati mal-ipproċessar tat-tali data, partikolarment fir-rigward tal-aċċess għad-data u l-użu tagħha, kif ukoll il-limiti ta' żmien għall-ħażna u t-tħassir tad-data li ma jistgħux jaqbżu s-sitt xhur, wara li jittieħed kont dovut tal-prinċipji msemmijin fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

 (32016R0794)

Emenda  86

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt da (ġdid)

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

da. jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:

 

"6a. Qabel l-ipproċessar tad-data skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Europol tista', b'mod eċċezzjonali, temporanjament tipproċessa data personali riċevuta skont l-Artikolu 17(1) u (2) għall-uniku skop li tiddetermina jekk tali data tikkonformax mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, inkluż billi tivverifika d-data mad-data kollha li l-Europol diġà qed tipproċessa f'konformità mal-paragrafu 5.

 

Il-Bord ta' Amministrazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara li jikkonsulta lill-KEPD, għandu jkompli jispeċifika l-kundizzjonijiet relatati mal-ipproċessar temporanju ta' din id-data.

 

Il-Europol tista' tipproċessa data personali biss skont dan il-paragrafu għal perjodu massimu ta' sena, li jista' jiġi estiż darba b'massimu ta' sitt xhur f'każijiet debitament ġustifikati meta dan ikun proporzjonat u meħtieġ għall-fini ta' dan l-Artikolu. Il-Europol għandha tinforma lill-KEPD dwar l-estensjoni tal-perjodu massimu ta' pproċessar. Meta l-ipproċessar temporanju ma jibqax proporzjonat u meħtieġ għall-fini ta' dan l-Artikolu, u fi kwalunkwe każ wara t-tmiem tal-perjodu massimu ta' pproċessar, il-Europol għandha tħassar b'mod permanenti d-data personali li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u r-riżultati tal-ipproċessar, u tinforma lill-fornitur tad-data dwar dan.

Emenda  87

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ipproċessar ta' informazzjoni b'appoġġ ta' investigazzjoni kriminali

Ipproċessar ta' data personali b'appoġġ ta' investigazzjoni kriminali

Emenda  88

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta dan ikun meħtieġ għall-appoġġ ta' investigazzjoni kriminali speċifika, il-Europol tista' tipproċessa data personali barra mill-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II meta:

1. Meta dan ikun meħtieġ għall-appoġġ ta' investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja, il-Europol tista' tipproċessa data personali barra mill-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II meta:

Emenda  89

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Stat Membru jew l-UPPE jipprovdi fajl ta' każ investigattiv lill-Europol skont il-punt (a) tal-Artikolu 17(1) għall-fini ta' analiżi operazzjonali b'appoġġ ta' dik l-investigazzjoni kriminali speċifika fi ħdan il-mandat tal-Europol skont il-punt (c) tal-Artikolu 18(2); kif ukoll

(a) Stat Membru, l-UPPE jew il-Eurojust tipprovdi fajl ta' każ investigattiv lill-Europol skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 17(1) fejn titlob lill-Europol tappoġġa dik l-investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja fi ħdan il-mandat tal-Europol skont il-punt (c) tal-Artikolu 18(2); kif ukoll

Emenda  90

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-Europol tivvaluta li ma jkunx possibbli li titwettaq l-analiżi operazzjonali tal-fajl ta' każ investigattiv mingħajr l-ipproċessar ta' data personali li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 18(5). Din il-valutazzjoni għandha tiġi rreġistrata.

(b) il-Europol tikkonkludi li ma jkunx possibbli li titwettaq l-analiżi operazzjonali tal-fajl ta' każ investigattiv mingħajr l-ipproċessar ta' data personali li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tal-Artikolu 18(5). Din il-valutazzjoni għandha tiġi rreġistrata u mibgħuta lill-KEPD għal skopijiet ta' informazzjoni.

Emenda  91

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a) Stat Membru jew korp tal-Unjoni jitlob analiżi strateġika fil-mandat tal-Europol skont il-punt (b) tal-Artikolu 18(2).

Emenda  92

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Europol tista' tipproċessa data personali li tkun tinsab f'każ investigattiv sakemm din tkun tappoġġa l-investigazzjoni kriminali speċifika kurrenti li għaliha l-fajl ta' każ investigattiv ikun ġie pprovdut minn Stat Membru jew mill-UPPE f'konformità mal-paragrafu 1, u biss għall-fini ta' appoġġ ta' dik l-investigazzjoni.

2. Il-Europol tista' tipproċessa data personali li tkun tinsab f'fajl ta' każ investigattiv sakemm din tkun tappoġġa l-investigazzjoni kriminali speċifika kurrenti li għaliha l-fajl ta' każ investigattiv ikun ġie pprovdut minn Stat Membru, mill-UPPE jew mill-Eurojust f'konformità mal-paragrafu 1, u biss għall-fini ta' appoġġ ta' dik l-investigazzjoni.

Emenda  93

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord ta' Amministrazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara li jikkonsulta lill-KEPD, għandu jispeċifika ulterjorment il-kundizzjonijiet relatati mal-ipproċessar ta' din id-data.

imħassar

Emenda  94

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-ipproċessar ta' data personali skont l-Artikolu 18(5a), id-data personali barra mill-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II għandha tkun funzjonalment separata minn data oħra u jista' jkun hemm aċċess għaliha biss meta dan ikun meħtieġ għall-appoġġ tal-investigazzjoni kriminali speċifika li għaliha tkun ġiet ipprovduta.

imħassar

Emenda  95

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta l-Europol tasal għall-konklużjoni li jkun hemm indikazzjonijiet preliminari li tali data tkun sproporzjonata jew miġbura bi ksur tad-drittijiet fundamentali, il-Europol għandha tħassarha b'mod permanenti mingħajr ipproċessar. Meta jintemm il-perjodu tal-ipproċessar għad-data personali, id-data personali għandha titħassar b'mod permanenti.

Emenda  96

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq talba tal-Istat Membru jew tal-UPPE li jkun ipprovda fajl ta' każ investigattiv lill-Europol skont il-paragrafu 1, il-Europol tista' taħżen dak il-fajl ta' każ investigattiv u l-eżitu tal-analiżi operazzjonali tagħha lil hinn mill-perijodu ta' ħżin stabbilit fil-paragrafu 2, għall-iskop uniku li tiżgura l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta' intelligence kriminali, u biss sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji relatati ma' dik l-investigazzjoni kriminali jkunu għadhom għaddejjin f'dak l-Istat Membru.

3. Fuq talba tal-Istat Membru li jkun ipprovda fajl ta' każ investigattiv lill-Europol skont il-paragrafu 1, jew fuq talba tal-UPPE jew tal-Eurojust, kif xieraq, il-Europol tista' taħżen dak il-fajl ta' każ investigattiv u l-eżitu tal-analiżi operazzjonali tagħha lil hinn mill-perjodu ta' pproċessar stabbilit fil-paragrafu 2, għall-iskop uniku li tiżgura l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta' intelligence kriminali, u biss sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji relatati ma' dik l-investigazzjoni kriminali jkunu għadhom għaddejjin f'dak l-Istat Membru jew fil-UPPE jew fil-Eurojust.

Emenda  97

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak l-Istat Membru jista' jitlob ukoll lill-Europol sabiex taħżen il-fajl ta' każ investigattiv u l-eżitu tal-analiżi operazzjonali tagħha lil hinn mill-perijodu ta' ħżin stabbilit fil-paragrafu 2 bl-għan li tiżgura l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta' intelligence kriminali, u biss sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji wara investigazzjoni kriminali relatata jkunu għadhom għaddejjin fi Stat Membru ieħor.

Dak l-Istat Membru, l-UPPE jew il-Eurojust jistgħu jitolbu wkoll lill-Europol sabiex taħżen il-fajl ta' każ investigattiv u l-eżitu tal-analiżi operazzjonali tagħha lil hinn mill-perijodu ta' ħżin stabbilit fil-paragrafu 2 bl-għan li tiżgura l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess ta' intelligence kriminali, u biss sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji wara investigazzjoni kriminali relatata jkunu għadhom għaddejjin fi Stat Membru ieħor.

Emenda  98

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord ta' Amministrazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara li jikkonsulta lill-KEPD, għandu jispeċifika ulterjorment il-kundizzjonijiet relatati mal-ipproċessar ta' din id-data. Din id-data personali għandha tiġi sseparata funzjonalment minn data oħra u jista' jkun hemm aċċess għaliha biss meta dan ikun meħtieġ għall-fini li jiġu żgurati l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess tal-intelligence kriminali.

imħassar

Emenda  99

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Bord ta' Amministrazzjoni, li jaġixxi fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv u wara li jikkonsulta lill-KEPD, għandu jkompli jispeċifika l-kundizzjonijiet relatati mal-ipproċessar ta' data personali f'konformità mal-paragrafi 2 u 3, b'mod partikolari rigward l-iskala u l-kumplessità tal-ipproċessar u t-tip u l-importanza tal-investigazzjonijiet. Din id-data personali għandha tiġi sseparata funzjonalment minn data oħra. Data pproċessata f'konformità mal-paragrafu 2 għandha tiġi aċċessata biss meta dan ikun meħtieġ għall-investigazzjoni kriminali speċifika li għaliha tkun ġiet ipprovduta u għall-fini li jiġu żgurati l-veraċità, l-affidabbiltà u t-traċċabbiltà tal-proċess tal-intelligence kriminali u għandha tinżamm f'konformità mal-paragrafu 3.

Emenda  100

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 18a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw ukoll meta l-Europol tirċievi data personali mingħand pajjiż terz li miegħu jkun hemm ftehim konkluż jew fuq il-bażi tal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament jew fuq il-bażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament, jew li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament, u t-tali pajjiż terz jipprovdi fajl ta' każ investigattiv lill-Europol għal analiżi operazzjonali li tappoġġa l-investigazzjoni kriminali speċifika fi Stat Membru jew fi Stati Membri li l-Europol tappoġġa. Meta pajjiż terz jipprovdi fajl ta' każ investigattiv lill-Europol, il-KEPD għandu jiġi informat. Il-Europol għandha tivverifika li l-ammont ta' data personali ma jkunx manifestament sproporzjonat fir-rigward tal-investigazzjoni speċifika fi Stat Membru li l-Europol tappoġġa, u li ma jkun hemm l-ebda element oġġettiv li jindika li l-fajl ta' każ inkiseb mill-pajjiż terz bi ksur ċar tad-drittijiet fundamentali. Meta l-Europol jew il-KEPD jasal għall-konklużjoni li jkun hemm indikazzjonijiet preliminari li tali data tkun sproporzjonata jew miġbura bi ksur tad-drittijiet fundamentali, il-Europol ma għandhiex tipproċessaha. Id-data pproċessata skont dan il-paragrafu tista' tiġi aċċessata biss mill-Europol meta dan ikun meħtieġ għall-appoġġ tal-investigazzjoni kriminali speċifika fi Stat Membru jew fi Stati Membri. Din għandha tiġi kondiviża biss fi ħdan l-Unjoni.";

4. Il-paragrafi 1 sa 3a għandhom japplikaw ukoll għal data personali li tkun inkluża f'fajl ta' każ investigattiv ipprovdut lill-Europol mingħand pajjiż terz kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 25(1) għal analiżi operazzjonali li tappoġġa investigazzjoni kriminali speċifika fi Stat Membru wieħed jew aktar li l-Europol tappoġġa, dment li l-pajjiż terz ikun kiseb id-data fil-kuntest ta' investigazzjoni kriminali f'konformità mar-rekwiżiti u mas-salvagwardji proċedurali applikabbli skont il-liġi kriminali nazzjonali tiegħu. Meta pajjiż terz jipprovdi fajl ta' każ investigattiv lill-Europol, il-KEPD għandu jiġi informat. Il-Europol għandha tivverifika li l-ammont ta' data personali ma jkunx manifestament sproporzjonat fir-rigward tal-investigazzjoni speċifika fi Stat Membru li l-Europol tappoġġa, u li ma jkun hemm l-ebda element oġġettiv li jindika li l-fajl ta' każ inkiseb mill-pajjiż terz bi ksur ċar tad-drittijiet fundamentali. Meta l-Europol tasal għall-konklużjoni li jkun hemm indikazzjonijiet preliminari li tali data tkun sproporzjonata jew miġbura bi ksur tad-drittijiet fundamentali, il-Europol ma għandhiex tipproċessaha u għandha tħassar id-data. Id-data personali pproċessata skont dan il-paragrafu tista' tiġi aċċessata biss mill-Europol meta dan ikun meħtieġ għall-appoġġ tal-investigazzjoni kriminali speċifika fi Stat Membru wieħed jew aktar li għalih tkun ġiet ipprovduta. Din għandha tiġi kondiviża biss fi ħdan l-Unjoni jew, meta jkun meħtieġ, ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kif imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 25(1).

Emenda  101

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 20 – paragrafu 2a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Fil-qafas tat-twettiq ta' proġetti speċifiċi ta' analiżi operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 18(3), l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw l-informazzjoni li għandha ssir direttament aċċessibbli mill-Europol għal Stati Membri oħra magħżula għall-fini ta' kollaborazzjoni msaħħa f'investigazzjonijiet speċifiċi, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni tal-Artikolu 19(2).";

2a. Fil-qafas tat-twettiq ta' proġetti speċifiċi ta' analiżi operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 18(3) u soġġetti għar-regoli u s-salvagwardji għall-ipproċessar tad-data personali stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw l-informazzjoni li għandha ssir direttament aċċessibbli mill-Europol għal Stati Membri oħra magħżula għall-fini ta' kollaborazzjoni msaħħa f'investigazzjonijiet speċifiċi, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni tal-Artikolu 19(2).

Emenda  102

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 20 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-liġi nazzjonali tippermetti lill-persunal tal-Europol jixhed fatti li jkun sar jaf bihom fil-qadi ta' dmirijietu jew fl-eżerċizzju tal-attivitajiet tiegħu, huwa biss il-persunal tal-Europol awtorizzat mid-Direttur Eżekuttiv sabiex jagħmel dan li għandu jkun jista' jixhed fi proċedimenti ġudizzjarji fl-Istati Membri.;

5. Meta l-liġi proċedurali nazzjonali tippermetti lill-persunal tal-Europol jixhed fatti li jkun sar jaf bihom fil-qadi ta' dmirijietu jew fl-eżerċizzju tal-attivitajiet tiegħu, huwa biss il-persunal tal-Europol awtorizzat mid-Direttur Eżekuttiv sabiex jagħmel dan li għandu jkun jista' jixhed fi proċedimenti kriminali fl-Istati Membri.;

Emenda  103

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 20a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Europol għandha tappoġġa b'mod attiv l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-UPPE u tikkoopera miegħu, b'mod partikolari permezz ta' skambji ta' informazzjoni u billi tipprovdi appoġġ analitiku.

2. B'segwitu għal talba tal-UPPE, il-Europol għandha tappoġġa b'mod attiv l-investigazzjonijiet tal-UPPE u tikkoopera miegħu, b'mod partikolari permezz ta' skambji ta' informazzjoni u billi tipprovdi appoġġ analitiku, sal-mument li fih tiddetermina jekk tkomplix bil-prosekuzzjoni jew inkella twaqqax il-każ.

Emenda  104

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 20a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Europol għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex tippermetti lill-UPPE jkollu aċċess indirett għall-informazzjoni pprovduta għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(2) fuq il-bażi ta' sistema ta' hit/no hit. L-Artikolu 21 għandu japplika mutatis mutandis bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2 tiegħu.

3. Il-Europol għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex tippermetti lill-UPPE jkollu aċċess indirett għall-informazzjoni pprovduta għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 18(2) fuq il-bażi ta' sistema ta' hit/no hit. L-Artikolu 21 għandu japplika mutatis mutandis bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 2 u 8 tiegħu.

Emenda  105

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 21 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Jekk matul l-attivitajiet ta' pproċessar ta' informazzjoni fir-rigward ta' investigazzjoni individwali jew ta' proġett speċifiku l-Europol tidentifika informazzjoni rilevanti għal attività illegali possibbli li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, il-Europol għandha fuq inizjattiva tagħha stess, u mingħajr dewmien żejjed, tipprovdi lill-OLAF b'dik l-informazzjoni.

8. Jekk matul l-attivitajiet ta' pproċessar ta' informazzjoni fir-rigward ta' investigazzjoni speċifika jew ta' proġett speċifiku l-Europol tidentifika informazzjoni rilevanti għal attività illegali possibbli li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, il-Europol għandha mingħajr dewmien żejjed, tipprovdi lill-OLAF b'dik l-informazzjoni.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 23 – paragrafu 7

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a) Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

7. It-trasferimenti ulterjuri ta' data personali miżmuma mill-Europol mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu pprojbiti, sakemm il-Europol ma tkunx tat minn qabel l-awtorizzazzjoni espliċita tagħha.

7. It-trasferimenti ulterjuri ta' data personali miżmuma mill-Europol mill-Istati Membri, il-korpi tal-Unjoni, pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati għandhom ikunu pprojbiti, sakemm il-Europol ma tkunx tat minn qabel l-awtorizzazzjoni espliċita tagħha minn qabel.

Emenda  107

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 24 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trażmissjoni ta' data personali operazzjonali lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-Unjoni

Trażmissjoni ta' data personali lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-Unjoni

Emenda  108

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 24 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni ulterjuri skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari skont l-Artikolu 19(2) u (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, il-Europol għandha tittrażmetti biss data personali operazzjonali lil istituzzjoni, lil korp, lil uffiċċju jew lil aġenzija oħra tal-Unjoni jekk id-data tkun meħtieġa għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tal-istituzzjoni, tal-korp, tal-uffiċċju jew tal-aġenzija l-oħra tal-Unjoni.

1. F'konformità mal-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni ulterjuri skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari skont l-Artikolu 19(2) u (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, il-Europol għandha tittrażmetti biss data personali lil istituzzjoni, lil korp, lil uffiċċju jew lil aġenzija oħra tal-Unjoni jekk id-data personali tkun meħtieġa u proporzjonata għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tal-istituzzjoni, tal-korp, tal-uffiċċju jew tal-aġenzija l-oħra tal-Unjoni.

Emenda  109

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 24 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta d-data personali operazzjonali tiġi trażmessa wara talba minn istituzzjoni, minn korp, minn uffiċċju jew minn aġenzija oħra tal-Unjoni, kemm il-kontrollur kif ukoll ir-riċevitur għandhom jerfgħu r-responsabbiltà għal-legalità ta' dik it-trażmissjoni.

2. Wara talba għat-trażmissjoni ta' data personali minn istituzzjoni, minn korp, minn uffiċċju jew minn aġenzija oħra tal-Unjoni, il-Europol għandha tivverifika l-kompetenza tal-istituzzjoni, tal-korp, tal-uffiċċju jew tal-aġenzija l-oħra tal-Unjoni. Jekk jinqalgħu dubji dwar din il-ħtieġa tat-trażmissjoni tad-data personali, il-Europol għandha tfittex aktar informazzjoni mingħand ir-riċevitur.

Emenda  110

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 24 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija riċevitriċi tal-Unjoni għandhom jiżguraw li n-neċessità tat-trażmissjoni tad-data personali operazzjonali tkun tista' tiġi vverifikata sussegwentement.

L-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija riċevitriċi tal-Unjoni għandhom jiżguraw li n-neċessità tat-trażmissjoni tad-data personali tkun tista' tiġi vverifikata sussegwentement.

Emenda  111

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 24 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija riċevitriċi tal-Unjoni għandha tipproċessa d-data personali operazzjonali biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trażmessa.

3. L-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija riċevitriċi tal-Unjoni għandha tipproċessa d-data personali biss għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trażmessa.

Emenda  112

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt -a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 25 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a) il-paragrafu 3 huwa mħassar

3. Il-Europol għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha u żżomm aġġornata lista ta' deċiżjonijiet ta' adegwatezza, arranġamenti amministrattivi u strumenti oħra marbuta mat-trasferiment ta' data personali f'konformità mal-paragrafu 1.

 

 (32016R0794)

Emenda  113

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 25 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

(-aa) jiddaħħal il-paragrafu 4a li ġej:

 

"4a. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza, il-Europol tista' tittrasferixxi data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali meta:

 

(a) salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta' data personali jkunu previsti fi strument legalment vinkolanti; jew

 

(b) il-Europol tkun ivvalutat iċ-ċirkostanzi kollha tat-trasferiment ta' data personali u tkun ikkonkludiet li jeżistu salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta' data personali.

Il-Europol għandha tinforma lill-KEPD dwar kategoriji ta' trasferimenti fil-punt (b) tal-paragrafu 1. Meta trasferiment ikun ibbażat fuq il-punt (b) tal-paragrafu 1, tali trasferiment għandu jkun dokumentat u d-dokumentazzjoni għandha tkun magħmula disponibbli għall-KEPD fuq talba. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi rekord tad-data u l-ħin tat-trasferiment u informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti li tirċevih, il-ġustifikazzjoni għat-trasferiment u d-data personali trasferita."

Emenda  114

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 25 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-paragrafu 1, id-Direttur Eżekuttiv jista' jawtorizza t-trasferiment jew il-kategoriji ta' trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali fuq bażi ta' każ b'każ jekk it-trasferiment ikun, jew jekk it-trasferimenti relatati jkunu:;

B'deroga mill-paragrafu 1, id-Direttur Eżekuttiv jista', bħala eċċezzjoni, jawtorizza t-trasferiment jew il-kategorija ta' trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali fuq bażi ta' każ b'każ jekk it-trasferiment ikun, jew jekk it-trasferimenti relatati jkunu:

Emenda  115

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b − parti introduttorja

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 25 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Fil-paragrafu 8 titħassar is-sentenza li ġejja:

(b) il-paragrafu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej

Emenda  116

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 25 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn trasferiment ikun ibbażat fuq il-paragrafu 5, tali trasferiment għandu jkun dokumentat u d-dokumentazzjoni għandha tkun magħmula disponibbli għall-KEPD fuq talba. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi rekord tad-data u l-ħin tat-trasferiment u informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti li tirċevih, dwar il-ġustifikazzjoni għat-trasferiment u dwar id-data personali operazzjonali trasferita.

Fejn trasferiment ikun ibbażat fuq il-paragrafu 4a jew 5, tali trasferiment għandu jkun dokumentat u d-dokumentazzjoni għandha tkun magħmula disponibbli għall-KEPD fuq talba. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi rekord tad-data u l-ħin tat-trasferiment u informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti li tirċevih, dwar il-ġustifikazzjoni għat-trasferiment u dwar id-data personali operazzjonali trasferita."

 

B'deroga mill-paragrafu 1, id-Direttur Eżekuttiv jista', bħala eċċezzjoni, jawtorizza t-trasferiment jew il-kategoriji ta' trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali fuq bażi ta' każ b'każ jekk it-trasferiment ikun, jew jekk it-trasferimenti relatati jkunu:"

Emenda  117

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Europol tista' tirċievi data personali direttament mingħand partijiet privati u tipproċessa dik id-data personali f'konformità mal-Artikolu 18 sabiex tidentifika l-unitajiet nazzjonali kollha kkonċernati, kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Il-Europol għandha tibgħat id-data personali u kwalunkwe riżultat rilevanti mill-ipproċessar ta' dik id-data meħtieġa għall-fini li tiġi stabbilita ġuriżdizzjoni minnufih għall-unitajiet nazzjonali kkonċernati. Il-Europol tista' tgħaddi d-data personali u r-riżultati rilevanti mill-ipproċessar ta' dik id-data meħtieġa għall-fini li tiġi stabbilita ġuriżdizzjoni f'konformità mal-Artikolu 25 lill-punti ta' kuntatt u lill-awtoritajiet ikkonċernati kif imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1. Ladarba l-Europol tkun identifikat u bagħtet id-data personali rilevanti lill-unitajiet nazzjonali rispettivi kkonċernati kollha; jew ma jkunx possibbli li jiġu identifikati aktar unitajiet nazzjonali kkonċernati, hija għandha tħassar id-data, sakemm unità nazzjonali, punt ta' kuntatt jew awtorità kkonċernata ma tissottomettix mill-ġdid id-data personali lill-Europol f'konformità mal-Artikolu 19(1) fi żmien erba' xhur minn meta jseħħ it-trasferiment.

2. Meta l-Europol tirċievi direttament data personali mingħand partijiet privati, hija tista' tipproċessa dik id-data personali f'konformità mal-Artikolu 18 sabiex tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati, kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Il-Europol għandha tibgħat id-data personali u kwalunkwe riżultat rilevanti mill-ipproċessar meħtieġ ta' dik id-data għall-fini li tiġi stabbilita ġuriżdizzjoni minnufih għall-unitajiet nazzjonali kkonċernati. Il-Europol tista' tgħaddi d-data personali u r-riżultati rilevanti mill-ipproċessar meħtieġ ta' dik id-data għall-fini li tiġi stabbilita ġuriżdizzjoni f'konformità mal-Artikolu 25 lill-punti ta' kuntatt u lill-awtoritajiet ikkonċernati kif imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1. Ladarba l-Europol tkun identifikat u bagħtet id-data personali rilevanti lill-unitajiet nazzjonali rispettivi kkonċernati kollha; jew ma jkunx possibbli li jiġu identifikati aktar unitajiet nazzjonali kkonċernati, hija għandha tħassar id-data, sakemm unità nazzjonali, punt ta' kuntatt jew awtorità kkonċernata ma tissottomettix mill-ġdid id-data personali lill-Europol f'konformità mal-Artikolu 19(1) fi żmien erba' xhur minn meta jseħħu t-trażmissjoni jew it-trasferiment

Emenda  118

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk il-Europol tirċievi data personali minn parti privata f'pajjiż terz, il-Europol tista' tgħaddi dik id-data biss lil Stat Membru, jew lil pajjiż terz ikkonċernat li miegħu jkun ġie konkluż ftehim fuq il-bażi tal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI jew fuq il-bażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE jew li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) ta' dan Regolament. Meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 25, il-Europol tista' tittrasferixxi r-riżultat tal-analiżi u tal-verifika tagħha ta' din id-data lill-pajjiż terz ikkonċernat.

4. Jekk il-Europol tirċievi data personali minn parti privata f'pajjiż terz, il-Europol tista' tgħaddi dik id-data u r-riżultat tal-analiżi u l-verifika tagħha biss lil Stat Membru jew lil pajjiż terz ikkonċernati li magħhom ikun ġie konkluż ftehim fuq il-bażi tal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI jew fuq il-bażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE jew li jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) ta' dan Regolament. Meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 25, il-Europol tista' tittrasferixxi r-riżultat tal-analiżi u tal-verifika tagħha ta' din id-data lill-pajjiż terz ikkonċernat.

Emenda  119

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26 – paragrafu 5 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Europol tista' tittrażmetti jew tittrasferixxi data personali lil partijiet privati fuq bażi ta' każ b'każ, meta dan ikun strettament meħtieġ, u soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli stipulata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, fil-każijiet li ġejjin:

5. Il-Europol m'għandhiex tittrażmetti jew tittrasferixxi data personali lil partijiet privati, ħlief meta, fuq bażi ta' każ b'każ, dan ikun strettament meħtieġ u proporzjonat, u soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli stipulata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, fil-każijiet li ġejjin:

Emenda  120

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26 – paragrafu 5 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-trażmissjoni jew it-trasferiment ta' data personali li tkun disponibbli pubblikament tkun strettament meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu stabbilit fil-punt (m) tal-Artikolu 4(1) u jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(c) it-trażmissjoni jew it-trasferiment ta' data personali li tkun disponibbli pubblikament tkun strettament meħtieġa għat-twettiq tal-kompitu stabbilit fil-punt (m) tal-Artikolu 4(1) u jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  121

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) meħtieġ f'każijiet individwali għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tad-detezzjoni jew tal-prosekuzzjoni ta' reati kriminali li għalihom tkun kompetenti l-Europol; jew

(d) meħtieġ f'każijiet individwali għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tad-detezzjoni jew tal-prosekuzzjoni ta' reat kriminali speċifiku li għalih tkun kompetenti l-Europol; jew

Emenda  122

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data personali ma għandhiex tiġi ttrasferita jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddetermina li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data kkonċernat ikunu prevalenti fuq l-interess pubbliku fit-trasferiment imsemmi fil-punti (d) u (e).

Il-KEPD għandu jiġi infurmat dwar it-trasferiment, mingħajr dewmien żejjed. Id-data personali ma għandhiex tiġi ttrasferita jekk id-Direttur Eżekuttiv jiddetermina li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data kkonċernat ikunu prevalenti fuq l-interess pubbliku fit-trasferiment imsemmi fil-punti (d) u (e).

Emenda  123

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-trasferimenti ma għandhomx ikunu sistematiċi, massivi jew strutturali."

imħassar

Emenda  124

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt d

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu -6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jiddaħħlu l-paragrafi 6a u 6b li ġejjin:

(d) jiddaħħlu l-paragrafi -6a, 6a u 6b li ġejjin:

 

“-6a. Mingħajr preġudizzju għal atti legali oħra tal-Unjoni, it-trasferimenti jew it-trażmissjonijiet ta' data personali skont il-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx ikunu sistematiċi, massivi jew strutturali."

Emenda  125

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt d

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26 – paragrafu 6a – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. Il-Europol tista' titlob lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom, sabiex jiksbu data personali mingħand partijiet privati, li huma stabbiliti jew li għandhom rappreżentant legali fit-territorju tagħhom, skont il-liġijiet applikabbli tagħhom, għall-fini li jikkondividu mal-Europol, bl-kundizzjoni li d-data personali mitluba tkun strettament limitata għal dik li tkun meħtieġa għall-Europol bl-għan li tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati.

6a. Il-Europol tista' tibgħat talba lill-Istati Membri biex jipprovdulha data personali mingħand partijiet privati li huma stabbiliti jew li għandhom rappreżentant legali fit-territorju tagħhom. Tali talba għandha tkun motivata u preċiża mill-aktar fis possibbli. Il-Europol għandha tagħmel tali talbiet permezz tal-unitajiet nazzjonali tal-Istati Membri. Tali data personali għandha tkun l-inqas sensittiva possibbli u strettament limitata għal dik li tkun meħtieġa u proporzjonata għall-Europol biex tintuża biss għall-identifikazzjoni tal-unitajiet nazzjonali kkonċernati.

Emenda  126

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt d

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26 – paragrafu 6a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Irrispettivament mill-ġurisdizzjoni tagħhom fuq ir-reat speċifiku li fir-rigward tiegħu l-Europol tfittex li tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jipproċessaw tali talbiet b'mod legali f'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista' tilħaq l-objettivi tagħha.

Irrispettivament mill-ġuriżdizzjoni tagħhom fuq ir-reat speċifiku li fir-rigward tiegħu l-Europol tfittex li tidentifika l-unitajiet nazzjonali kkonċernati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jipproċessaw tali talbiet f'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista' tilħaq l-objettivi tagħha.

Emenda  127

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt d

Ir-Regolament 2016/794

Artikolu 26 – paragrafu 6b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6b. L-infrastruttura tal-Europol tista' tintuża għal skambji bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-partijiet privati f'konformità mal-liġijiet nazzjonali rispettivi tal-Istati Membri. F'każijiet li fihom l-Istati Membri jużaw din l-infrastruttura għal skambji ta' data personali dwar reati li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol, il-Europol ma għandux ikollha aċċess għal dik id-data.

6b. L-infrastruttura tal-Europol tista' tintuża għal skambji bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-partijiet privati f'konformità mal-liġijiet nazzjonali rispettivi tal-Istati Membri. F'każijiet li fihom l-Istati Membri jużaw din l-infrastruttura għal skambji ta' data personali dwar reati li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol, il-Europol ma għandux ikollha aċċess għal dik id-data u għandha titqies bħala "proċessur" fis-sens tal-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) 2018/1725. L-Europol għandha twettaq valutazzjoni tar-riskji possibbli għas-sigurtà li jirriżultaw mill-ftuħ tal-infrastruttura tagħha għall-użu minn partijiet privati u, fejn meħtieġ, timplimenta miżuri preventivi u ta' mitigazzjoni xierqa.

Emenda  128

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Europol tista' tirċievi data personali direttament mingħand partijiet privati u tipproċessa dik id-data personali f'konformità mal-Artikolu 18 sabiex tipprevjeni t-tixrid ta' kontenut online relatat mat-terroriżmu jew mal-estremiżmu vjolenti f'sitwazzjonijiet ta' kriżi kif stabbilit fil-punt (u) tal-Artikolu 4(1).

1. Il-Europol tista' tirċievi data personali direttament mingħand partijiet privati u tipproċessa dik id-data personali f'konformità mal-Artikolu 18 sabiex tipprevjeni t-tixrid online ta' kontenut terroristiku f'sitwazzjonijiet ta' kriżi kif stabbilit fil-punt (u) tal-Artikolu 4(1).

Emenda  129

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk il-Europol tirċievi data personali minn parti privata f'pajjiż terz, il-Europol tista' tgħaddi dik id-data biss lil Stat Membru, jew lil pajjiż terz ikkonċernat li miegħu jkun ġie konkluż ftehim fuq il-bażi tal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI jew fuq il-bażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE jew li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) ta' dan Regolament. Meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 25, il-Europol tista' tittrasferixxi r-riżultat tal-analiżi u tal-verifika tagħha ta' din id-data lill-pajjiż terz ikkonċernat.

2. Jekk il-Europol tirċievi data personali minn parti privata f'pajjiż terz, il-Europol tista' tgħaddi dik id-data biss lill-Istat Membru, jew lill-pajjiż terz ikkonċernat li miegħu jkun ġie konkluż ftehim fuq il-bażi tal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI jew fuq il-bażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE jew li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament. Meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 25 ta' dan ir-Regolament, il-Europol tista' tittrasferixxi r-riżultat tal-analiżi u tal-verifika tagħha ta' din id-data lill-pajjiż terz ikkonċernat.

Emenda  130

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Europol tista' tittrażmetti jew tittrasferixxi data personali lil partijiet privati, fuq bażi ta' każ b'każ, soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli stipulata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, meta t-trażmissjoni jew it-trasferiment ta' tali data jkun strettament meħtieġ għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' kontenut online relatat mat-terroriżmu jew mal-estremiżmu vjolenti kif stabbilit fil-punt (u) tal-Artikolu 4(1), u ma jkunx hemm drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data kkonċernati prevalenti fuq l-interess pubbliku li jkunu jeħtieġu t-trażmissjoni jew it-trasferiment fil-każ inkwistjoni.

3. Il-Europol tista' tittrażmetti jew tittrasferixxi data personali lil partijiet privati, fuq bażi ta' każ b'każ, soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli stipulata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, meta t-trażmissjoni jew it-trasferiment ta' tali data jkunu strettament meħtieġa għall-prevenzjoni tat-tixrid online ta' kontenut terroristiku kif stabbilit fil-punt (u) tal-Artikolu 4(1), u ma jkunx hemm drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data kkonċernati prevalenti fuq l-interess pubbliku li jkunu jeħtieġu t-trażmissjoni jew it-trasferiment fil-każ inkwistjoni.

Emenda  131

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Europol tista' titlob lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom, sabiex jiksbu data personali mingħand partijiet privati, li huma stabbiliti jew li għandhom rappreżentant legali fit-territorju tagħhom, skont il-liġijiet applikabbli tagħhom, għall-fini li jikkondividu mal-Europol, bl-kundizzjoni li d-data personali mitluba tkun strettament limitata għal dik li tkun meħtieġa għall-Europol bl-għan li tipprevjeni t-tixrid ta' kontenut online relatat mat-terroriżmu jew mal-estremiżmu vjolenti kif stabbilit fil-punt (u) tal-Artikolu 4(1). Irrispettivament mill-ġurisdizzjoni tagħhom marbuta mat-tixrid tal-kontenut li fir-rigward tiegħu l-Europol titlob id-data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jipproċessaw tali talbiet b'mod legali f'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista' tilħaq l-objettivi tagħha.

5. Il-Europol tista' titlob lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom, sabiex jiksbu data personali mingħand partijiet privati, li huma stabbiliti jew li għandhom rappreżentant legali fit-territorju tagħhom, skont il-liġijiet applikabbli tagħhom, għall-fini li jikkondividu mal-Europol, bil-kundizzjoni li d-data personali mitluba tkun strettament limitata għal dik li tkun meħtieġa għall-Europol bl-għan li tipprevjeni t-tixrid online ta' kontenut terroristiku kif stabbilit fil-punt (u) tal-Artikolu 4(1). Irrispettivament mill-ġuriżdizzjoni tagħhom marbuta mat-tixrid tal-kontenut li fir-rigward tiegħu l-Europol titlob id-data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jipproċessaw tali talbiet b'mod legali f'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista' tilħaq l-objettivi tagħha.

Emenda  132

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Europol għandha tiżgura li r-rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha ta' data personali u r-raġunijiet għal tali trasferimenti jiġu rreġistrati f'konformità ma' dan ir-Regolament u kkomunikati fuq talba lill-KEPD skont l-Artikolu 40.

6. Il-Europol għandha tiżgura li r-rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha ta' data personali u r-raġunijiet għal tali trasferimenti jiġu rreġistrati f'konformità ma' dan ir-Regolament u kkomunikati fuq talba lill-KEPD skont l-Artikolu 39a.

Emenda  133

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13 a) jiddaħħal l-Artikolu 26b li ġej:

 

"Artikolu 26b -

 

Skambji ta' data personali ma' partijiet privati għall-prevenzjoni tat-tixrid online ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal

 

1. Il-Europol tista' tirċievi data personali direttament mingħand partijiet privati u tipproċessa dik id-data personali f'konformità mal-Artikolu 18 sabiex tipprevjeni t-tixrid online ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal, kif stabbilit fil-punt (ua) tal-Artikolu 4(1).

 

2. Jekk il-Europol tirċievi data personali minn parti privata f'pajjiż terz, il-Europol tista' tgħaddi dik id-data biss lil Stat Membru, jew lill-pajjiż terz ikkonċernat li miegħu jkun ġie konkluż ftehim fuq il-bażi tal-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI jew fuq il-bażi tal-Artikolu 218 tat-TFUE jew li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 25, il-Europol tista' tittrasferixxi r-riżultat tal-analiżi u tal-verifika tagħha ta' din id-data lill-pajjiż terz ikkonċernat.

 

3. Il-Europol tista' tittrażmetti jew tittrasferixxi data personali lil partijiet privati, fuq bażi ta' każ b'każ, soġġetta għal kwalunkwe restrizzjoni possibbli stipulata skont l-Artikolu 19(2) jew (3) u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 67, meta t-trażmissjoni jew it-trasferiment ta' tali data jkunu strettament meħtieġa għall-prevenzjoni tat-tixrid online ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal kif stabbilit fil-punt (ua) tal-Artikolu 4(1), u ma jkunx hemm drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data kkonċernati prevalenti fuq l-interess pubbliku li jkunu jeħtieġu t-trażmissjoni jew it-trasferiment fil-każ inkwistjoni.

 

4. Jekk il-parti privata kkonċernata ma tkunx stabbilita fl-Unjoni jew f'pajjiż li miegħu l-Europol ikollha ftehim ta' kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta' data personali, li miegħu l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE jew li jkun is-suġġett ta' deċiżjoni ta' adegwatezza kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament, it-trasferiment għandu jiġi awtorizzat mid-Direttur Eżekuttiv.

 

5. Il-Europol tista' titlob lill-Istati Membri, permezz tal-unitajiet nazzjonali tagħhom, jiksbu data personali mingħand partijiet privati, li jkunu stabbiliti jew li jkollhom rappreżentant legali fit-territorju tagħhom, skont il-liġijiet applikabbli tagħhom, għall-fini li jikkondividu mal-Europol, bil-kundizzjoni li d-data personali mitluba tkun strettament limitata għal dik li jkun meħtieġ għall-Europol bl-għan li tipprevjeni t-tixrid online ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal kif stabbilit fil-punt (ua) tal-Artikolu 4(1). Irrispettivament mill-ġuriżdizzjoni tagħhom marbuta mat-tixrid tal-kontenut li fir-rigward tiegħu l-Europol titlob id-data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu jistgħu jipproċessaw tali talbiet f'konformità mal-liġijiet nazzjonali tagħhom bl-għan li l-Europol tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista' tilħaq l-objettivi tagħha.

 

6. Il-Europol għandha tiżgura li r-rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha ta' data personali u r-raġunijiet għal tali trasferimenti jiġu rreġistrati f'konformità ma' dan ir-Regolament u kkomunikati fuq talba lill-KEPD skont l-Artikolu 39a.

 

7. Jekk id-data personali riċevuta jew li tkun se tiġi ttrasferita taffettwa l-interessi ta' Stat Membru, il-Europol għandha tinforma minnufih lill-unità nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat."

Emenda  134

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 27a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-referenzi għar-"regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data" f'dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) 2018/1725.

imħassar

Emenda  135

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 27a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-referenzi għal "data personali" f'dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal "data personali operazzjonali", sakemm ma jiġix indikat mod ieħor.

3. Ir-referenzi għal "data personali" f'dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal "data personali operazzjonali" kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725, sakemm ma jiġix previst mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Emenda  136

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt a – parti introduttorja

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 30 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija ssostitwita b'dan li ġej:

(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej

Emenda  137

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 30 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ipproċessar ta' data personali, b'mezzi awtomatizzati jew b'mezzi oħra, li jiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku jew is-sħubija fi trade union u l-ipproċessar ta' data ġenetika u ta' data bijometrika sabiex tiġi identifikata b'mod uniku persuna fiżika jew data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna għandhom ikunu permessi biss meta jkunu strettament meħtieġa u proporzjonati għall-prevenzjoni jew għall-ġlieda kontra reat li jaqa' fi ħdan l-objettivi tal-Europol u jekk dik id-data tissupplimenta data personali oħra pproċessata mill-Europol.;

2. L-ipproċessar ta' data personali, b'mezzi awtomatizzati jew b'mezzi oħra, li jiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, jew is-sħubija fi trade union, u l-ipproċessar ta' data ġenetika, ta' data bijometrika sabiex tiġi identifikata b'mod uniku persuna fiżika, jew data dwar is-saħħa jew li tikkonċerna l-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta' persuna fiżika għandhom ikunu permessi biss meta jkunu strettament meħtieġa u proporzjonati għal proġetti ta' riċerka u innovazzjoni skont l-Artikolu 33a u għal raġunijiet operazzjonali, fi ħdan il-mandat tal-Europol, u biss għall-finijiet tal-prevenzjoni jew tal-ġlieda kontra reat li jaqa' fi ħdan l-objettivi tal-Europol kif stabbilit fl-Artikolu 3. Tali pproċessar għandu jkun soġġett ukoll għal salvagwardji xierqa fir-rigward tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, u, bl-eċċezzjoni ta' data bijometrika pproċessata għall-fini ta' identifikazzjoni unika ta' persuna fiżika, għandu jkun permess biss jekk dik id-data tissupplimenta data personali oħra pproċessata mill-Europol. Diskriminazzjoni kontra persuni fiżiċi abbażi ta' tali data personali għandha tkun ipprojbita;

Emenda  138

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 30 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

 

"2a. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien żejjed fil-każ tal-ipproċessar ta' data personali skont dan l-Artikolu."

Emenda  139

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16 – punt d

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 30 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-data personali kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tiġi trażmessa lill-Istati Membri, lill-korpi tal-Unjoni, jew ittrasferita lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm tali trażmissjoni jew trasferiment ma jkunx strettament meħtieġ u proporzjonat f'każijiet individwali li jikkonċernaw reati li jaqgħu fi ħdan l-objettivi tal-Europol u f'konformità mal-Kapitolu V.;

"5. Id-data personali kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex tiġi trażmessa lill-Istati Membri, lill-korpi tal-Unjoni, jew ittrasferita lil pajjiżi terzi u lil organizzazzjonijiet internazzjonali sakemm tali trażmissjoni jew trasferiment ma jkunux strettament meħtieġa u proporzjonati f'każijiet individwali li jikkonċernaw reati li jaqgħu fi ħdan l-objettivi tal-Europol u f'konformità mal-Kapitolu V.";

Emenda  140

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 33a – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

-1. Il-Europol tista' tipproċessa data personali għall-fini tal-proġetti ta' riċerka u ta' innovazzjoni tagħha kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 18(2), iżda biss fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) l-ipproċessar ta' data personali jkun strettament meħtieġ u debitament ġustifikat biex jintlaħqu l-objettivi tal-proġett;

 

(b) fir-rigward ta' kategoriji speċjali ta' data personali, l-ipproċessar għandu jkun permess biss fejn ikun strettament meħtieġ u akkumpanjat minn salvagwardji addizzjonali xierqa, inkluż il-psewdonimizzazzjoni.

 

L-ipproċessar tad-data personali mill-Europol fil-kuntest ta' proġetti ta' riċerka u innovazzjoni għandu jkun iggwidat mill-prinċipji etiċi tat-trasparenza, l-ispjegabbiltà, l-ekwità u l-akkontabbiltà.

Emenda  141

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 33a – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kwalunkwe proġett għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mid-Direttur Eżekuttiv, fuq il-bażi ta' deskrizzjoni tal-attività prevista ta' pproċessar li tistabbilixxi l-ħtieġa li tiġi pproċessata data personali, bħal pereżempju għall-esplorazzjoni u għall-ittestjar ta' soluzzjonijiet innovattivi u għall-iżgurar tal-akkuratezza tar-riżultati tal-proġetti; deskrizzjoni tad-data personali li għandha tiġi pproċessata, deskrizzjoni tal-perijodu ta' żamma u tal-kundizzjonijiet ta' aċċess għad-data personali, valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tar-riskji għad-drittijiet u għall-libertajiet kollha tas-suġġetti tad-data, inkluż kwalunkwe preġudizzju fl-eżitu, u l-miżuri previsti sabiex jiġu indirizzati dawk ir-riskji;

(a) kwalunkwe proġett ta' riċerka u innovazzjoni għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mid-Direttur Eżekuttiv, f'konsultazzjoni mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, fuq il-bażi ta' deskrizzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-proġett u l-mod li bih il-proġett jgħin lill-Europol jew lill-awtoritajiet tal-infurzar tad-dritt nazzjonali fil-kompiti tagħhom, deskrizzjoni tal-attività prevista ta' pproċessar, li tistabbilixxi l-objettivi, il-kamp ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien tal-ipproċessar u l-ħtieġa u l-proporzjonalità biex tiġi pproċessata d-data personali, id-deskrizzjoni tal-kategoriji ta' data personali li trid tiġi pproċessata, deskrizzjoni tal-konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) 2018/1725, tal-perijodu ta' żamma u tal-kundizzjonijiet ta' aċċess għad-data personali, valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data tar-riskji għad-drittijiet u għal-libertajiet kollha tas-suġġetti tad-data, inkluż ir-riskju ta' kwalunkwe preġudizzju fid-data personali li trid tintuża għat-taħriġ tal-algoritmi u fl-eżitu tal-ipproċessar, u l-miżuri previsti sabiex jiġu indirizzati dawk ir-riskji kif ukoll biex jiġi evitat ksur tad-drittijiet fundamentali.

Emenda  142

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 33a – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) kwalunkwe proġett ta' riċerka u innovazzjoni għandu jkun soġġett għal valutazzjoni inizjali mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali fuq il-bażi tal-informazzjoni fil-punt (a). Qabel ma tvara l-proġett, il-Europol għandha tieħu kont ta' din il-valutazzjoni u, fejn applikabbli, tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fiha.

Emenda  143

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) (g) ir-reġistri tal-ipproċessar ta' data personali fil-kuntest tal-proġett għandhom jinżammu għat-tul tal-proġett u sena (1) wara li jkun ġie konkluż il-proġett, għall-iskop biss u sakemm ikunu meħtieġa biss għall-verifika tal-akkuratezza tal-eżitu tal-ipproċessar tad-data.

(f) ir-reġistri tal-ipproċessar ta' data personali fil-kuntest tal-proġett għandhom jinżammu għat-tul tal-proġett u għal sena (1) wara li jkun ġie konkluż il-proġett, għall-iskop biss u sakemm ikunu meħtieġa biss għall-verifika tal-akkuratezza tal-eżitu tal-ipproċessar tad-data, u sabiex jippermettu lill-KEPD iwettaq sorveljanza u awditi biex jiżgura li l-kundizzjonijiet u s-salvagwardji kollha previsti f'dan l-Artikolu jkunu ġew issodisfati.

Emenda  144

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 33a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jistabbilixxi kamp ta' applikazzjoni ġenerali vinkolanti għall-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni tal-Europol. Id-dokument għandu jiġi aġġornat kif suppost. Id-dokument għandu jkun disponibbli għall-KEPD għall-fini tar-rwol superviżorju tiegħu.

Emenda  145

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 33a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Europol għandha żżomm deskrizzjoni sħiħa u dettaljata tal-proċess u tar-raġunament wara t-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni tal-algoritmi sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u għall-verifika tal-akkuratezza tar-riżultati.;

2. Il-Europol għandha żżomm deskrizzjoni dettaljata tal-proċess u tar-raġunament wara t-taħriġ, l-ittestjar u l-validazzjoni tal-algoritmi sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċedura u l-algoritmi, inklużi l-ispjegabbiltà tagħhom, il-konformità mas-salvagwardji previsti f'dan l-Artikolu, u tippermetti l-verifika tal-akkuratezza tar-riżultati. Fuq talba, il-Europol għandha tagħmel id-deskrizzjoni disponibbli għall-JPSG.

Emenda  146

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 33a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Europol għandha tiżgura li l-esperti indipendenti jwettqu awditu qabel l-introduzzjoni ta' kwalunkwe soluzzjoni teknoloġika li tirriżulta mill-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni tagħha li jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali.

Emenda  147

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 34 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-każ ta' ksur ta' data personali, il-Europol għandha tinnotifika mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati dwar dak il-ksur, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(5), kif ukoll lill-fornitur tad-data kkonċernata sakemm il-ksur ta' data personali ma jkunx probabbli li jirriżulta f'riskju għad-drittijiet u għal-libertajiet tal-persuni fiżiċi.;

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 2018/1725, fil-każ ta' ksur ta' data personali, il-Europol għandha tinnotifika mingħajr dewmien żejjed lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati dwar dak il-ksur, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(5), kif ukoll lill-fornitur tad-data kkonċernata sakemm il-ksur ta' data personali ma jkunx probabbli li jirriżulta f'riskju għad-drittijiet u għal-libertajiet tal-persuni fiżiċi;

Emenda  148

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 35 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 93 tar-Regolament 2018/1725, jekk il-Europol ma jkollhiex id-dettalji ta' kuntatt tas-suġġett tad-data kkonċernat, hija għandha titlob lill-fornitur tad-data sabiex jikkomunika l-ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data kkonċernat u sabiex jinforma lill-Europol dwar id-deċiżjoni meħuda.;

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) 2018/1725, jekk il-Europol ma jkollhiex id-dettalji ta' kuntatt tas-suġġett tad-data kkonċernat, hija għandha titlob lill-fornitur tad-data sabiex jikkomunika l-ksur ta' data personali lis-suġġett tad-data kkonċernat u sabiex jinforma lill-Europol dwar id-deċiżjoni meħuda. L-Istati Membri li jipprovdu d-data għandhom jikkomunikaw il-ksur lis-suġġett tad-data kkonċernat f'konformità mad-dritt nazzjonali.

Emenda  149

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 36 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kwalunkwe suġġett tad-data li jixtieq jeżerċita d-dritt tal-aċċess imsemmi fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għad-data personali relatata miegħu jew magħha jista' jagħmel talba għal dak l-għan, mingħajr ma jġarrab spejjeż, lill-awtorità maħtura għal dak il-għan fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu/tagħha jew lill-Europol. Fejn it-talba ssir lill-awtorità tal-Istat Membru, dik l-awtorità għandha tirreferi t-talba lill-Europol bla dewmien u dejjem fi żmien xahar minn meta tirċeviha.;

3. Kwalunkwe suġġett tad-data li jixtieq jeżerċita d-dritt tal-aċċess imsemmi fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għad-data personali relatata miegħu jew magħha jista' jagħmel talba għal dak l-għan, lill-awtorità maħtura għal dak l-għan fl-Istat Membru tal-għażla tiegħu/tagħha jew lill-Europol. Fejn it-talba ssir lill-awtorità tal-Istat Membru, dik l-awtorità għandha tirreferi t-talba lill-Europol bla dewmien u dejjem fi żmien xahar minn meta tirċeviha.;

Emenda  150

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 37 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 82(3) tar-Regolament 2018/1725, il-Europol għandha tillimita minflok ma tħassar id-data personali kif imsemmi fil-paragrafu 2 jekk ikun hemm motivi raġonevoli sabiex temmen li t-tħassir jista' jaffettwa l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data.;

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 82(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-Europol għandha tillimita minflok ma tħassar id-data personali kif imsemmi fil-paragrafu 2 jekk ikun hemm motivi raġonevoli sabiex temmen li t-tħassir jista' jaffettwa l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data. Data ristretta għandha tiġi pproċessata biss sabiex jiġu protetti d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jew ta' persuna fiżika jew ġuridika oħra jew għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 82(3) ta' dak ir-Regolament.

Emenda  151

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 24

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 37a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) jiddaħħal l-Artikolu 37a li ġej:

imħassar

Artikolu 37a

 

Dritt għal restrizzjoni tal-ipproċessar

 

Meta l-ipproċessar ta' data personali jkun ġie ristrett skont l-Artikolu 82(3) tar-Regolament (UE) 2018/1725, tali data personali għandha tiġi pproċessata biss għall-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-data jew ta' persuna fiżika jew ġuridika oħra jew għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 82(3) ta' dak ir-Regolament.;

 

Emenda  152

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25 – parti introduttorja

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 38

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

(25) l-Artikolu 38 huwa emendat kif ġej:

 

(-a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"1. Il-Europol għandha tipproċessa d-data personali b'tali mod li tiżgura li jkun jista' jiġi stabbilit is-sors tagħha, skont l-Artikolu 17."

 

(-aa) il-parti introduttorja tal-paragrafu 2 hija sostitwita b'dan li ġej:

 

"2. Ir-responsabbiltà għall-kwalità tad-data personali kif imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandha tkun:"

 

(-ab) il-punt (a) tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"(a) tal-Istat Membru jew tal-korp tal-Unjoni li pprovdew id-data personali;"

 

(a) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"4. Ir-responsabbiltà għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward ta' data personali amministrattiva u għall-konformità ma' dan ir-Regolament u mal-Artikolu 3 u mal-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2018/1725 fir-rigward ta' data personali operazzjonali għandha tkun tal-Europol."

 

(aa) fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"6. F'każ ta' trasferiment bejn il-Europol u korp tal-Unjoni, ir-responsabbiltà għal-legalità tat-trasferiment għandha tkun tal-Europol."

Emenda  153

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 29

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, li għandu jkun membru tal-persunal maħtur speċifikament għal dan l-għan. Fil-qadi ta' dmirijietu, huwa għandu jaġixxi b'mod indipendenti u ma jista' jirċievi l-ebda struzzjoni.

1. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data, li għandu jkun membru tal-persunal maħtur speċifikament għal dan l-għan.

Emenda  154

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 29

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jingħażel fuq il-bażi tal-kwalitajiet personali u professjonali tiegħu u, b'mod partikolari, tal-għarfien espert dwar il-protezzjoni tad-data u tal-prattiki u tal-ħila li jwettaq il-kompiti tiegħu msemmija f'dan ir-Regolament.

2. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali tiegħu u, b'mod partikolari, tal-għarfien espert dwar il-liġi u l-prattiki rigward il-protezzjoni tad-data u tal-ħila li jwettaq il-kompiti tiegħu msemmija fl-Artikolu 41b ta' dan ir-Regolament.

Emenda  155

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 29

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jinħatar għal terminu ta' erba' snin u għandu jkun eliġibbli għall-ħatra mill-ġdid. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu mill-Bord Eżekuttiv biss bil-qbil tal-KEPD, jekk huwa ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta' dmirijietu

imħassar

Emenda  156

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 29

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Wara l-ħatra tiegħu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jiġi rreġistrat mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mill-Bord ta' Amministrazzjoni

imħassar

Emenda  157

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Europol għandha tappoġġa lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fit-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 41c billi tipprovdilu r-riżorsi u l-persunal meħtieġa sabiex iwettaq dawk il-kompiti u billi tipprovdi aċċess għad-data personali u għall-operazzjonijiet ta' pproċessar, u sabiex iżomm l-għarfien espert tiegħu. Il-persunal relatat jista' jiġi ssupplimentat minn assistent UPD fil-qasam tal-ipproċessar operazzjonali u amministrattiv tad-data personali.

2. Il-Europol għandha tappoġġa lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data fit-twettiq tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 41b billi tipprovdilu r-riżorsi u l-persunal meħtieġa sabiex iwettaq dawk il-kompiti u billi tipprovdi aċċess għad-data personali u għall-operazzjonijiet ta' pproċessar, u sabiex iżomm l-għarfien espert tiegħu. Il-persunal ipprovdut biex jgħin lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u jappoġġa lill-Europol ħalli jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2018/1725 jista' jiġi ssupplimentat minn żewġ assistenti Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data, wieħed responsabbli għall-ipproċessar operazzjonali tad-data personali u l-ieħor responsabbli għall-ipproċessar amministrattiv tad-data personali. Id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-assistenti Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data.

Emenda  158

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Europol għandha tiżgura li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ma jirċievi l-ebda struzzjoni dwar l-eżerċizzju ta' dawk il-kompiti. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirrapporta direttament lill-Bord ta' Amministrazzjoni. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ma għandux jitkeċċa jew jiġi ppenalizzat mill-Bord ta' Amministrazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

3. Il-Europol għandha tiżgura li l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jaġixxi indipendentement u ma jirċievi l-ebda struzzjoni dwar l-eżerċizzju ta' dawk il-kompiti. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jirrapporta direttament lill-Bord ta' Amministrazzjoni. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ma għandux jitkeċċa jew jiġi ppenalizzat mill-Bord ta' Amministrazzjoni għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Emenda  159

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41a – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandu jinħatar għal terminu ta' erba' snin u għandu jkun eliġibbli biex jinħatar mill-ġdid. Jekk l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta' dmirijietu, huwa jista' jitneħħa mill-kariga tiegħu mill-Bord ta' Amministrazzjoni biss bil-qbil tal-KEPD.

Emenda  160

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41a – paragrafu 6b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b. Wara l-ħatra tagħhom, il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jirreġistra lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-assistent Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data mal-KEPD.

Emenda  161

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41b – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jiżgura li jinżamm rekord tat-trasferiment u tar-riċevuta ta' data personali f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(e) jiżgura li jinżamm rekord tat-trażmissjoni, tat-trasferiment u tar-riċevuta ta' data personali, f'konformità ma' dan ir-Regolament;

Emenda  162

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41b – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) jikkoopera mal-KEPD;

(h) jirreaġixxi għal talbiet mill-KEPD; fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu, jikkoopera u jikkonsulta mal-KEPD, fuq talba ta' dan tal-aħħar jew fuq inizjattiva tiegħu stess;

Emenda  163

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41b – paragrafu 1 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) jaġixxi bħala l-punt ta' kuntatt għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar, inkluża l-konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikoli 39 u 90 tar-Regolament (UE) 2018/1725, u jikkonsulta, fejn xieraq, fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni oħra;

(j) jaġixxi bħala l-punt ta' kuntatt għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar, inkluża l-konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikoli 39 u 90 tar-Regolament (UE) 2018/1725, u jikkonsulta, fejn xieraq, fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni oħra fl-ambitu tal-kompetenza tiegħu;

Emenda  164

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41b – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(k a) jiżgura li d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data ma jiġux affettwati ħażin mill-operazzjonijiet ta' pproċessar;

Emenda  165

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41b – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Bord ta' Amministrazzjoni għat-titjib prattiku tal-protezzjoni tad-data u jagħti pariri dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data. Barra minn hekk, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data jista', fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-Bord ta' Amministrazzjoni jew ta' kwalunkwe individwu, jinvestiga kwistjonijiet u okkorrenzi direttament relatati mal-kompiti tiegħu li jiġu għall-attenzjoni tiegħu u jirrapporta lura lill-persuna li tkun ikkummissjonat l-investigazzjoni jew lill-Bord ta' Amministrazzjoni.

Emenda  166

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) jiddaħħal l-Artikolu 41c li ġej:

 

"Artikolu 41c

 

Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali

 

1. Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jinħatar mill-Bord ta' Amministrazzjoni fuq il-bażi ta' lista ta' tliet kandidati. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jintgħażel fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b'mod partikolari, tal-għarfien espert u l-esperjenza fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u l-kapaċità li jwettaq il-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu.

 

2. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

 

(a) jissorvelja l-konformità tal-Europol mad-drittijiet fundamentali;

 

(b) jippromwovi r-rispett tal-Europol għad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti u l-attivitajiet tagħha;

 

(c) jagħti pariri lill-Europol fejn iqis li jkun meħtieġ jew fejn jintalab jagħmel hekk, dwar kwalunkwe attività tal-Europol, mingħajr ma jimpedixxi dawk l-attivitajiet jew jikkawża dewmien fihom; (d) jipprovdi opinjonijiet dwar l-arranġamenti tax-xogħol;

 

(f) jinforma lid-Direttur Eżekuttiv dwar ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali matul l-attivitajiet tal-Europol;

 

(g) iwettaq kwalunkwe kompitu ieħor, fejn previst b'dan ir-Regolament; Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwieġeb lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali dwar kif ikun ġie indirizzat ksur possibbli tad-drittijiet fundamentali kif imsemmi fil-punt (f) tal-ewwel subparagrafu.

 

3. Il-Europol għandha tiżgura li l-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali jaġixxi indipendentement u ma jirċievi l-ebda struzzjoni rigward l-eżerċizzju ta' dawk il-kompiti. Il-Europol għandha tappoġġa lill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali fit-twettiq tal-kompiti msemmija f'dan l-Artikolu billi tipprovdilu r-riżorsi u l-persunal meħtieġa sabiex iwettaq dawk il-kompiti u billi tipprovdilu aċċess għall-informazzjoni kollha rigward ir-rispett għad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet tal-Europol.

 

4. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali għandu jirrapporta direttament lill-Bord ta' Amministrazzjoni u jippubblika rapporti annwali dwar l-attivitajiet tiegħu, inkluż dwar kemm l-attivitajiet tal-Europol jirrispettaw id-drittijiet fundamentali. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jiżgura li tittieħed azzjoni rigward ir-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali.

 

5. L-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali u l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data għandhom jistabbilixxu, bil-miktub, memorandum ta' qbil li jispeċifika t-tqassim tal-kompiti u l-kooperazzjoni tagħhom.

Emenda  167

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 30b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 41d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30 b) jiddaħħal l-Artikolu 41d li ġej:

 

"Artikolu 41d

 

Taħriġ dwar id-Drittijiet Fundamentali

 

Il-persunal kollu tal-Europol involut f'kompiti operazzjonali li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali għandu jirċievi taħriġ obbligatorju dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. Dan it-taħriġ għandu jiġi żviluppat u organizzat f'kooperazzjoni mal-FRA u mas-CEPOL."

Emenda  168

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 43 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

 

"1a. Il-KEPD għandu jingħata r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa għat-twettiq effettiv u effiċjenti tal-kompiti tiegħu*."

Emenda  169

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32 – punt ab (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 43 – paragrafu 2 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ab) fil-paragrafu 2, il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

(c) jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe att ieħor tal-Unjoni li jirrelataw mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol;

"(c) jimmonitorja u jiżgura l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (UE) 2018/1725 li jirrelataw mal-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol;"

Emenda  170

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32 – punt ac (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 43 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac) jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

 

"2a. Il-KEPD għandu jkollu aċċess għad-data personali operazzjonali pproċessata mill-Europol u għall-bini tagħha sa fejn ikun meħtieġ biex iwettaq il-kompiti tiegħu."

Emenda  171

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32 – punt ad (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 43 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ad) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  L-EDPS jista' skont dan ir-Regolament:

3. Il-kompiti u s-setgħat tal-KEPD kif stabbiliti fl-Artikoli 57 u 58 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-ipproċessar kollu tad-data personali mill-Europol skont dan ir-Regolament.;

(a) jagħti pariri lil suġġetti tad-data fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom;

 

(b) jirreferi l-kwistjoni lill-Europol fil-każ ta' allegat ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali, u, fejn xieraq, jagħmel proposti għar-rimedji ta' dak il-ksur u għat-titjib tal-protezzjoni tas-suġġetti tad-data;

 

(c) jordna li talbiet għall-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet b'relazzjoni mad-data jiġu osservati meta dawk it-talbiet ikunu ġew irrifjutati bi ksur tal-Artikoli 36 u 37;

 

(d) javża jew iċanfar lill-Europol;

 

(e) jordna lill-Europol tagħmel ir-rettifika, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew id-distruzzjoni ta' data personali li tkun ġiet ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali u jinnotifikaw tali azzjonijiet lill-partijiet terzi li lilhom tkun ġiet żvelata tali data;

 

(f) jimponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-operazzjonijiet ta' proċessar mill-Europol li huma bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw id-data personali;

 

(g) jirreferi l-kwistjoni lill-Europol, u, jekk meħtieġ, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

 

(h) jirreferi l-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skont il-kundizzjonijiet previsti fit-TFUE;

 

(i) jintervjeni fl-azzjonijiet miġjuba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  172

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32 – punt ae (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 43 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ae) il-paragrafu 4 huwa mħassar.

Emenda  173

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 32 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 43 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-KEPD għandu jfassal rapport annwali dwar l-attivitajiet superviżorji tiegħu fir-rigward tal-Europol. Dak ir-rapport għandu jkun parti mir-rapport annwali tal-KEPD imsemmi fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2018/1725. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu mistiedna jagħmlu osservazzjonijiet dwar dan ir-rapport qabel ma dan isir parti mir-rapport annwali. Il-KEPD għandu jieħu kont sħiħ tal-osservazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u, fi kwalunkwe każ, għandu jirreferihom fir-rapport annwali.

5. Il-KEPD għandu jfassal rapport annwali dwar l-attivitajiet superviżorji tiegħu fir-rigward tal-Europol. Dak ir-rapport għandu jkun parti mir-rapport annwali tal-KEPD imsemmi fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

 

Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni statistika rigward ilmenti, inkjesti, u investigazzjonijiet, kif ukoll rigward trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi, inkluż lil partijiet privati, organizzazzjonijiet internazzjonali, każijiet ta' konsultazzjoni minn qabel, u l-użu tas-setgħat stipulati f'dan l-Artikolu.

 

L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jiġu mistiedna jagħmlu osservazzjonijiet dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet superviżorji tal-KEPD fir-rigward tal-Europol qabel ma dan isir parti mir-rapport annwali tal-KEPD. Il-KEPD għandu jieħu kont sħiħ tal-osservazzjonijiet magħmula mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u għandu jirreferi għalihom fir-rapport annwali.

Emenda  174

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33 – parti introduttorja

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 44

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) fl-Artikolu 44, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(33) l-Artikolu 44 huwa emendat kif ġej:

 

(a) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Emenda  175

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 33a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 44 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(33a) fil-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

F'każijiet fejn il-KEPD jikkunsidra li huma estremament urġenti, hu jista' jiddeċiedi li jieħu azzjoni immedjata. F'tali każijiet, il-KEPD għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kkonċernati u jiġġustifika n-natura urġenti tas-sitwazzjoni kif ukoll l-azzjoni li jkun ħa.

"F'każijiet fejn il-KEPD ikollu l-intenzjoni li ma jsegwix il-pożizzjoni ta' awtorità superviżorja nazzjonali, huwa għandu jinforma lil dik l-awtorità, jipprovdi ġustifikazzjoni u jressaq il-kwistjoni quddiem il-KEPD."

 (Ir-Regolament (UE) 2016/794)

Emenda  176

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 35 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 47 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta lment ikollu x'jaqsam ma' deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36, 37 jew 37a ta' dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 80, 81 jew 82 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-KEPD għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istat Membru li pprovda d-data jew tal-Istat Membru kkonċernat direttament.";";

"Meta lment ikollu x'jaqsam ma' deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36 jew 37 ta' dan ir-Regolament jew fl-Artikolu 81 jew 82 tar-Regolament (UE) 2018/1725, il-KEPD għandu jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali tal-Istat Membru li jkun ipprovda d-data jew tal-Istat Membru kkonċernat direttament.";

Emenda  177

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 36 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 50 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jitħassar il-paragrafu 1;

(b) Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

 

"Kwalunkwe persuna li tkun ġarrbet xi dannu materjali jew mhux materjali b'riżultat ta' ksur ta' dan ir-Regolament għandu jkollha d-dritt li tirċievi kumpens f'konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament 2016/1725 u mal-liġijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 56 tad-Direttiva (UE) 2016/680."

Emenda  178

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 36 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 50 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kwalunkwe tilwima bejn il-Europol u l-Istati Membri dwar ir-responsabbiltà finali għall-kumpens mogħti lil persuna li tkun ġarrbet dannu materjali jew mhux materjali f'konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u mal-liġijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 56 tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandha tiġi riferita lill-Bord ta' Amministrazzjoni, li għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kontestazzjoni ta' dik id-deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 263 tat-TFUE.";."

2. Kwalunkwe tilwima bejn il-Europol u l-Istati Membri dwar ir-responsabbiltà finali għall-kumpens mogħti lil persuna li tkun ġarrbet dannu materjali jew mhux materjali f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tiġi riferita lill-Bord ta' Amministrazzjoni, li għandu jiddeċiedi b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kontestazzjoni ta' dik id-deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 263 tat-TFUE.";

Emenda  179

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt -a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt (c)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a) fil-paragrafu 3, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c) id-dokument li fih il-programmazzjoni pluriennali u l-programm ta' ħidma annwali tal-Europol, imsemmi fl-Artikolu 12(1);

"(c) ir-rapport ta' attività annwali kkonsolidat dwar l-attivitajiet tal-Europol, imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 11(1), b'taqsima dettaljata dwar l-attivitajiet tal-Europol fl-ipproċessar ta' settijiet kumplessi ta' data u r-riżultati miksuba fl-istess ipproċessar;

Emenda  180

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom il-Europol tkun ħarġet talbiet ta' segwitu lil partijiet privati jew talbiet fuq inizjattiva proprja lill-Istati Membri ta' stabbiliment għat-trażmissjoni ta' data personali f'konformità mal-Artikolu 26, inklużi eżempji speċifiċi ta' każijiet li juru għaliex dawn it-talbiet kienu meħtieġa sabiex il-Europol tilħaq l-objettivi u twettaq il-kompiti tagħha;

(f) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom il-Europol tkun ħarġet talbiet ta' segwitu lil partijiet privati jew talbiet fuq inizjattiva proprja lill-Istati Membri ta' stabbiliment għat-trażmissjoni ta' data personali f'konformità mal-Artikolu 26, id-dettalji rilevanti dwar il-partijiet privati kkonċernati u valutazzjoni tal-effettività tal-kooperazzjoni, u eżempji speċifiċi ta' każijiet li juru għaliex dawn it-talbiet kienu meħtieġa u proporzjonati sabiex il-Europol tilħaq l-objettivi u twettaq il-kompiti tagħha;

Emenda  181

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom kien meħtieġ li l-Europol tipproċessa data personali barra mill-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II sabiex tappoġġa lill-Istati Membri f'investigazzjoni kriminali speċifika f'konformità mal-Artikolu 18a, inklużi eżempji ta' każijiet bħal dawn li juru għaliex dan l-ipproċessar tad-data kien meħtieġ;

(g) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom kien meħtieġ li l-Europol tipproċessa data personali barra mill-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II sabiex tappoġġa lill-Istati Membri f'investigazzjoni kriminali speċifika f'konformità mal-Artikolu 18a, flimkien ma' informazzjoni dwar it-tul ta' żmien u l-eżiti tal-ipproċessar, inklużi eżempji ta' każijiet bħal dawn li juru għaliex dan l-ipproċessar tad-data kien meħtieġ u proporzjonat;

Emenda  182

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) informazzjoni annwali dwar it-trasferimenti ta' data personali lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali skont l-Artikolu 25(1) imqassma skont il-bażi legali, u dwar l-għadd ta' każijiet li fihom id-Direttur Eżekuttiv awtorizza, skont l-Artikolu 25(5), it-trasferiment jew il-kategoriji ta' trasferimenti ta' data personali relatati ma' investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja lejn pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża informazzjoni dwar il-pajjiżi kkonċernati u t-tul ta' żmien tal-awtorizzazzjoni;

Emenda  183

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom il-Europol ħarġet allerti fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen f'konformità mal-Artikolu 4(1)(r), u n-numru ta' "hits" li ġġeneraw dawn l-allerti, inklużi eżempji speċifiċi ta' każijiet li juru għaliex dawn l-allerti kienu meħtieġa għall-Europol sabiex tilħaq l-objettivi u twettaq il-kompiti tagħha;

(h) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom il-Europol ħarġet allerti fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen f'konformità mal-Artikolu 4(1)(r) għal kull kategorija ta' allert u f'forma aggregata, in-numru ta' "hits" li ġġeneraw dawn l-allerti għal kull kategorija ta' allert u f'forma aggregata, inklużi eżempji speċifiċi ta' każijiet li juru għaliex dawn l-allerti kienu meħtieġa għall-Europol sabiex tilħaq l-objettivi u twettaq il-kompiti tagħha, in-numru ta' oġġezzjonijiet mill-Istati Membri għal proposti mill-Europol biex toħroġ allert, u fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Europol, in-numru ta' investigazzjonijiet mibdija u n-numru ta' kundanni bħala riżultat ta' dawk l-allerti;

Emenda  184

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' proġetti pilota li fihom il-Europol ipproċessat data personali sabiex tħarreġ, tittestja u tivvalida algoritmi għall-iżvilupp ta' għodod, li jinkludu għodod ibbażati fuq l-AI, għall-infurzar tal-liġi f'konformità mal-Artikolu 33a, inkluża informazzjoni dwar l-iskopijiet ta' dawn il-proġetti u l-ħtiġijiet ta' infurzar tal-liġi li huma jfittxu li jindirizzaw.";

(i) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' proġetti ta' riċerka u innovazzjoni li fihom il-Europol ipproċessat data personali sabiex tħarreġ, tittestja u tivvalida algoritmi għall-iżvilupp ta' għodod, li jinkludu għodod ibbażati fuq l-IA, għall-infurzar tal-liġi f'konformità mal-Artikolu 18(2)(e), inkluża informazzjoni dwar il-finijiet ta' dawn il-proġetti, il-kategoriji ta' data personali pproċessata, is-salvagwardji addizzjonali użati, inkluża l-minimizzazzjoni tad-data, il-ħtiġijiet ta' infurzar tal-liġi li huma jfittxu li jindirizzaw, l-eżitu tal-proġetti u, fejn il-proġetti jkunu rriżultaw f'għodod ta' infurzar tal-liġi, informazzjoni dwar l-introduzzjoni tal-għodod fl-Istati Membri, flimkien mal-effettività tagħhom;

Emenda  185

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom il-Europol tkun għamlet użu minn ipproċessar temporanju f'konformità mal-Artikolu 18(6a) u, fejn ikun applikabbli, in-numru ta' każijiet li fihom il-perjodu massimu ta' pproċessar ikun ġie estiż;

Emenda  186

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt ib (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib) informazzjoni annwali dwar l-għadd u t-tipi ta' każijiet fejn ġew ipproċessati kategoriji speċjali ta' data personali, skont l-Artikolu 30(2);

Emenda  187

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt ic (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ic) informazzjoni annwali dwar l-għadd ta' każijiet li fihom il-Europol ipproċessat data personali f'konformità mal-Artikolu 26a;

Emenda  188

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt a

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt id (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(id) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom il-Europol ipproċessat data personali f'konformità mal-Artikolu 26b, inkluż, sa fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Europol, l-għadd ta' tfal identifikati u salvati b'riżultat tal-ipproċessar tad-data personali biex jiġi evitat it-tixrid ta' materjal ta' abbuż sesswali tat-tfal.";

Emenda  189

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt aa (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa) il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

5. Il-GSPK jista' jfassal konklużjonijiet sommarji dwar il-monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol u jippreżenta dawk il-konklużjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali. Il-Parlament Ewropew għandu jgħaddihom lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Europol għall-finijiet ta' informazzjoni.

"5. Il-JPSG jista' jfassal konklużjonijiet sommarji dwar il-monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol, inklużi rakkomandazzjonijiet speċifiċi lill-Europol, u jippreżenta dawk il-konklużjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali. Il-Parlament Ewropew għandu jgħaddihom lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Europol għall-finijiet ta' informazzjoni."

Emenda  190

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 52a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a) jiddaħħal l-Artikolu 52a li ġej:

 

"Artikolu 52a

 

Forum Konsultattiv

 

1. Il-Europol għandha tistabbilixxi forum konsultattiv sabiex, meta jintalab, jassistiha billi jagħtiha parir indipendenti fi kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet fundamentali. Id-Direttur Eżekuttiv u l-Bord ta' Amministrazzjoni, f'koordinazzjoni mal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali, jistgħu jikkonsultaw il-forum konsultattiv dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mad-drittijiet fundamentali.

 

2. Il-Europol għandha tistieden esperti indipendenti, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u organizzazzjonijiet rilevanti oħra fil-qasam tad-drittijiet fundamentali biex jipparteċipaw fil-forum konsultattiv. Fuq il-bażi ta' proposta mill-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali li tkun saret wara li jkun ġie kkonsultat id-Direttur Eżekuttiv, il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-forum konsultattiv, il-metodi ta' ħidma tiegħu u t-termini tat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-forum konsultattiv."

Emenda  191

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 52b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37b) Jiddaħħal l-Artikolu 52b (ġdid):

 

"Artikolu 52b

 

Akkontabbiltà

 

L-Europol għandha tagħti rendikont ta' għemilha lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament."

Emenda  192

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 57 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Europol tista' tibbenefika minn finanzjament tal-Unjoni fil-forma ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni jew ta' ftehimiet ta' għotja f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 61 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni. Jistgħu jiġu riċevuti kontribuzzjonijiet mingħand pajjiżi li magħhom il-Europol jew l-Unjoni jkollha ftehim li jipprovdi għal kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-Europol fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi u tal-kompiti tal-Europol. L-ammont tal-kontribuzzjoni għandu jiġi ddeterminat fil-ftehim rispettiv.

4. Il-Europol tista' tibbenefika minn finanzjament tal-Unjoni fil-forma ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni jew ta' ftehimiet ta' għotja f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 61 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni. Il-Europol tista', fl-ambitu tal-objettivi u l-kompiti tagħha, tirċievi kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li magħhom hija jew l-Unjoni jkunu kkonkludew ftehim dwar il-kooperazzjoni operazzjonali li jipprevedi kontribuzzjonijiet finanzjarji skont il-punt (a) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/7151a jew minn pajjiżi terzi li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 25(1) ta' dan ir-Regolament għal proġetti speċifiċi skont il-punt (d) tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715. L-ammont tal-kontribuzzjoni għandu jiġi ddeterminat fil-ftehim rispettiv. L-ammont, l-oriġini u l-fini ta' tali kontribuzzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-kontijiet annwali tal-Europol u jiġu deskritti b'mod ċar fir-rapport annwali dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja msemmi fil-paragrafu 60(2)."

Emenda  193

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 58 – paragrafu 9

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(38a) Fl-Artikolu 58, il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

9.  Għal kwalunkwe proġett ta' kostruzzjoni li probabbilment ser ikollu implikazzjonijiet għall-baġit tal-Europol, għandhom japplikaw ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

 "Għal kwalunkwe proġett ta' kostruzzjoni li probabbilment se jkollu implikazzjonijiet kbar għall-baġit tal-Europol, għandu japplika r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715."

Emenda  194

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38b (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 60 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(38b) Fl-Artikolu 60, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.  Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Europol għas-sena N, f'konformità mal-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Europol għal dik is-sena. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżentahom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.

4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Europol għas-sena N, f'konformità mal-Artikolu 246 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25a, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Europol għal dik is-sena. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżentahom lill-Bord ta' Amministrazzjoni għal opinjoni."

 

__________________

25 Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

 

 

25a Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2013, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 996/2012, (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1.)"

Emenda  195

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38c (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 60 – paragrafu 9

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(38c) Fl-Artikolu 60, il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena N, kif stabbilit fl-Artikolu 109(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena N, kif stabbilit fl-Artikolu 106(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/715.

Emenda  196

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 39 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 61 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Europol tista' tagħti għotjiet relatati mal-ilħuq tal-objettivi u mat-twettiq tal-kompiti tagħha kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4.";

2. Il-Europol tista' tagħti għotjiet relatati mat-twettiq tal-kompiti tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 4.;

Emenda  197

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 39 – punt b

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 61 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Europol tista' tagħti għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lill-Istati Membri għat-twettiq ta' attivitajiet li jaqgħu taħt l-objettivi u l-kompiti tal-Europol.";

3. Il-Europol tista' tagħti għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lill-Istati Membri għat-twettiq ta' attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompiti tal-Europol stabbiliti fl-Artikolu 4.;

Emenda  198

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 39 – punt c

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 61 – paragrafu 3a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Meta jkun debitament ġustifikat għal skopijiet operazzjonali, l-appoġġ finanzjarju jista' jkopri l-ispejjeż kollha ta' investiment tat-tagħmir, tal-infrastruttura jew ta' assi oħra.";

3a. Meta jkun debitament ġustifikat għal skopijiet operazzjonali, wara l-awtorizzazzjoni mill-Bord ta' Amministrazzjoni, l-appoġġ finanzjarju jista' jkopri l-ispejjeż kollha ta' investiment tat-tagħmir u tal-infrastruttura.;

Emenda  199

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 67

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) L-Artikolu 67 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

imħassar

Artikolu 67

 

Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

 

1. Il-Europol għandha tadotta r-regoli ta' sigurtà tagħha stess li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji u r-regoli stabbiliti fir-regoli ta' sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, inklużi, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju ta' tali informazzjoni ma' pajjiżi terzi, għall-ipproċessar u għall-ħżin ta' tali informazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (44) u (UE, Euratom) 2015/444 (45). Kwalunkwe arranġament amministrattiv dwar l-iskambju ta' informazzjoni klassifikata mal-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz jew, fin-nuqqas ta' tali arranġament, kwalunkwe rilaxx ad hoc eċċezzjonali ta' EUCI lil dawk l-awtoritajiet, għandu jkun soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

 

2. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jadotta r-regoli ta' sigurtà tal-Europol wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Meta tivvaluta r-regoli ta' sigurtà proposti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn ikunu kompatibbli mad-Deċiżjonijiet (UE, Euratom) 2015/443 u (UE, Euratom) 2015/444."

 

Emenda  200

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 40a (ġdid)

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 68 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(40a) Fl-Artikolu 68, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

1. Sal-1 ta' Mejju 2022 u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir evalwazzjoni li tivvaluta, b'mod partikolari, l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Europol u tal-prassi tal-ħidma tagħha. L-evalwazzjoni tista', b'mod partikolari, tindirizza l-possibbiltà tal-ħtieġa li jiġu mmodifikati l-istruttura, l-operazzjoni, il-qasam ta' azzjoni ul-kompiti tal-Europol, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

"1. Sa ... [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir evalwazzjoni li tivvaluta, b'mod partikolari, l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-Europol u tal-prassi tal-ħidma tagħha. L-evalwazzjoni tista', b'mod partikolari, tindirizza l-possibbiltà tal-ħtieġa li jiġu mmodifikati l-istruttura, l-operazzjoni, il-qasam ta' azzjoni u l-kompiti tal-Europol, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din."

Emenda  201

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 41

Ir-Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 68 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha, sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-benefiċċji operazzjonali tal-implimentazzjoni tal-kompetenzi previsti fl-Artikolu 18(2)(e) u (5a), fl-Artikolu 18a, fl-Artikolu 26 u fl-Artikolu 26a fir-rigward tal-objettivi tal-Europol. Ir-rapport għandu jkopri l-impatt ta' dawk il-kompetenzi fuq id-drittijiet u fuq il-libertajiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.".

3. Il-Kummissjoni għandha, sa [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jevalwa u jivvaluta l-benefiċċji operazzjonali tal-implimentazzjoni tal-kompetenzi previsti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 4(1)(r), l-Artikolu 18(2)(e), l-Artikolu 18(6a), u l-Artikoli 18a, 26, 26a u 26b fir-rigward tal-objettivi tal-Europol stabbiliti fl-Artikolu 3. Ir-rapport għandu jivvaluta l-impatt ta' dawk il-kompetenzi fuq id-drittijiet u fuq il-libertajiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta. Għandu jipprovdi wkoll analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-estensjoni tal-mandat tal-Europol.".

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (2.6.2021)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma' partijiet privati, tal-ipproċessar ta' data personali mill-Europol b'appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni

(COM(2020)0796 – C9-0401/2020 – 2020/0349(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Niclas Herbst

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà[1] ta' Lulju 2020 tat stampa ta' xenarju ta' theddid għas-sigurtà li qed jevolvi rapidament madwar l-Unjoni u stabbiliet għadd ta' passi biex il-politika tas-sigurtà tal-Unjoni tibqa' valida fil-futur, biex jiġi indirizzat it-theddid li qed jevolvi u biex tinbena ekosistema tas-sigurtà Ewropea b'saħħitha. Pilastru ewlieni tal-Istrateġija huwa t-tisħiħ ippjanat tal-mandat tal-Europol. Huwa parti minn pakkett ta' miżuri ppreżentat mill-Kummissjoni f'Diċembru 2020 biex jissaħħaħ ir-rispons tal-UE għat-terroriżmu, inkluża proposta li temenda r-Regolament dwar is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen[2] biex il-Europol tkun tista' ddaħħal data fis-SIS.

Il-proposta testendi l-mandat eżistenti tal-Europol, fost l-oħrajn, biex l-aġenzija tkun tista' tikkoopera b'mod effettiv ma' partijiet privati u biex tappoġġa l-investigazzjonijiet tal-Istati Membri li jinvolvu settijiet tad-data kbar u kumplessi, biex issaħħaħ ir-rwol tagħha fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni u biex ittejjeb il-kooperazzjoni mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Ir-Rapporteur jilqa' l-għanijiet ċentrali tal-proposta u jqis li l-Europol għandha tiġi mgħammra kif xieraq biex tittratta xenarju ta' sigurtà li qed jinbidel malajr u tipprovdi appoġġ ottimali lill-Istati Membri.

F'konformità mar-rwol tiegħu bħala Rapporteur permanenti fil-Kumitat għall-Baġits għall-aġenziji deċentralizzati, ir-Rapporteur jiffoka b'mod partikolari fuq id-dispożizzjonijiet finanzjarji, ir-regoli ta' governanza u d-dispożizzjonijiet relatati mar-rappurtar u l-evalwazzjoni biex jiġi żgurat skrutinju parlamentari xieraq. Għalhekk huwa jiffoka fuq il-valutazzjoni ta' jekk id-dispożizzjonijiet fil-proposta tal-Kummissjoni humiex konformi ma':

 ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġuridiċi u tad-Dikjarazzjoni Konġunta li tiżgura l-iskrutinju parlamentari fuq l-aġenziji deċentralizzati (rapport Schoepflin)[3]

 id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012 u l-Approċċ Komuni[4]

 ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5]

Janalizza wkoll il-proposta fid-dawl tar-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri dwar "Il-futur tal-aġenziji tal-UE"[6] u l-istudju tad-Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali dwar "L-aġenziji tal-UE u l-kunflitti ta' interess"[7].

B'mod ġenerali, ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward ta' dawn l-aspetti. Madankollu, jipproponi għadd ta' emendi biex ir-regolament tal-Europol jiġi allinjat mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li jirregola l-aġenziji deċentralizzati fir-rigward tar-rekwiżit li jiġi prodott dokument uniku ta' programmazzjoni li jkun fih programmazzjoni pluriennali u programmi ta' ħidma annwali. Jiċċara wkoll id-dispożizzjonijiet imfassla biex jiġu evitati kunflitti ta' interess – anke perċepiti – fir-rigward tar-rwol propost tal-Europol fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi ta' riċerka. Fl-aħħar nett, jintroduċi xi bidliet biex jissaħħu l-iskrutinju parlamentari u d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-evalwazzjoni u r-rappurtar.

L-impatt baġitarju tal-proposta

It-tisħiħ propost tal-mandat tal-Europol ikun jirrikjedi approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament addizzjonali ta' EUR 178 miljun taħt l-Intestatura 5 u EUR 8,5 miljuni taħt l-Intestatura 7. Id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tiċċara li "l-impatt baġitarju tar-riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-Europol se jiġi kkumpensat permezz ta' tnaqqis kumpensatorju minn infiq ipprogrammat taħt l-Intestatura 4". Barra minn hekk, l-ipprogrammar finanzjarju tal-Kummissjoni jispeċifika li l-Europol għandha tirċievi tisħiħ baġitarju mill-"Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri – Strument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi".

Ir-Rapporteur jinnota li l-"IBMF – Strument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi" jibbenefika minn żieda ta' EUR 1 biljun permezz ta' aġġustament speċifiku għall-programm miftiehem matul in-negozjati tal-QFP, li jfisser li kien hemm rieda politika ċara biex jissaħħaħ l-istrument. Barra minn hekk, il-kompiti addizzjonali assenjati lill-Europol fl-ambitu tal-proposta mhumiex kompiti li altrimenti jitwettqu fl-ambitu tal-"IBMF – Strument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi". Ir-Rapporteur għalhekk jiddispjaċih għall-fatt li l-proposta, li ġiet immedjatament wara ftehim politiku dwar il-QFP, tinvolvi tnaqqis de facto fil-pakkett finanzjarju li għadu kif ġie miftiehem għall-"IBMF – Strument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi".

Ifakkar, f'dak ir-rigward, li, skont il-punt 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020[8], id-dikjarazzjoni finanzjarja finali li takkumpanja l-att leġiżlattiv għandu jitqiegħed fuq l-aġenda tat-trilogu leġiżlattiv finali għall-approvazzjoni u għandu jitqiegħed fuq l-aġenda ta' trilogu baġitarju sussegwenti bl-għan li jintlaħaq qbil dwar il-finanzjament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

 

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Ewropa qed taffaċċja sitwazzjoni ta' sigurtà li ma tiqafx tinbidel, b'theddidiet għas-sigurtà li jevolvu dejjem aktar u dejjem aktar kumplessi. Il-kriminali u t-terroristi jisfruttaw il-vantaġġi li jġibu magħhom it-trasformazzjoni diġitali u t-teknoloġiji l-ġodda, inklużi l-interkonnettività u n-nuqqas ta' ċarezza tal-konfini bejn id-dinja fiżika u diġitali. Il-kriżi tal-COVID-19 kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni, hekk kif il-kriminali malajr ħatfu l-opportunitajiet sabiex jisfruttaw il-kriżi billi jadattaw il-modi ta' operazzjoni tagħhom jew billi jiżviluppaw attivitajiet kriminali ġodda. It-terroriżmu għadu theddida sinifikanti għal-libertà u għall-mod ta' ħajja tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha.

(2) L-Ewropa qed taffaċċja sitwazzjoni ta' sigurtà li ma tiqafx tinbidel, b'theddidiet għas-sigurtà li jevolvu dejjem aktar u dejjem aktar kumplessi. Il-kriminali u t-terroristi jisfruttaw il-vantaġġi li jġibu magħhom it-trasformazzjoni diġitali u t-teknoloġiji l-ġodda, inklużi l-interkonnettività u n-nuqqas ta' ċarezza tal-konfini bejn id-dinja fiżika u diġitali. Il-kriżi tal-COVID-19 kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni, hekk kif il-kriminali malajr ħatfu l-opportunitajiet sabiex jisfruttaw il-kriżi billi jadattaw il-modi ta' operazzjoni tagħhom jew billi jiżviluppaw attivitajiet kriminali ġodda, li jistrumentalizzaw u jisfruttaw id-djun u n-nuqqas ta' introjtu kkawżati mill-kriżi tal-COVID-19. L-irkupru ekonomiku tal-Unjoni jiddependi ħafna fuq il-kapaċità tagħha li tipprevjeni u teqred il-kriminalità finanzjarja. It-terroriżmu għadu theddida sinifikanti għal-libertà u għall-mod ta' ħajja tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Hekk kif l-Ewropa qed taffaċċja theddidiet dejjem akbar minn gruppi ta' kriminalità organizzata u minn attakki terroristiċi, rispons effettiv tal-infurzar tal-liġi jrid jinkludi d-disponibbiltà ta' unitajiet ta' intervent speċjali interoperabbli mħarrġa tajjeb speċjalizzati fil-kontroll ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi. Fl-Unjoni, l-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru jikkooperaw abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617.53 Il-Europol jenħtieġ li tkun tista' tipprovdi appoġġ lil dawn l-unitajiet ta' intervent speċjali, inkluż billi tipprovdi appoġġ operazzjonali, tekniku u finanzjarju.

(4) Hekk kif l-Ewropa qed taffaċċja theddidiet dejjem akbar minn gruppi ta' kriminalità organizzata u minn attakki terroristiċi, rispons effettiv tal-infurzar tal-liġi jrid jinkludi d-disponibbiltà ta' unitajiet ta' intervent speċjali interoperabbli mħarrġa tajjeb speċjalizzati fil-kontroll ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi. Tali operazzjonalizzazzjoni ta' strumenti investigattivi disponibbli fil-qafas legali tal-Unjoni hija speċjalment meħtieġa fid-dawl tal-mobilizzazzjoni bla preċedent ta' ammonti ferm ogħla ta' riżorsi finanzjarji taħt Next Generation EU. Fl-Unjoni, l-unitajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru jikkooperaw abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617.53 Il-Europol jenħtieġ li tkun tista' tipprovdi appoġġ lil dawn l-unitajiet ta' intervent speċjali, inkluż billi tipprovdi appoġġ operazzjonali, tekniku u finanzjarju.

__________________

__________________

53 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta' intervent speċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (ĠU L 210, 6.8.2008).

53 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/617/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni bejn l-unitajiet ta' intervent speċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f'sitwazzjonijiet ta' kriżi (ĠU L 210, 6.8.2008).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) F'dawn l-aħħar snin, attakki ċibernetiċi fuq skala kbira xeħtu fil-mira tagħhom entitajiet kemm pubbliċi kif ukoll privati f'ħafna ġurisdizzjonijiet fl-Unjoni u lil hinn minnha, u affettwaw diversi setturi inklużi s-servizzi tat-trasport, tas-saħħa u dawk finanzjarji. Iċ-ċiberkriminalità u ċ-ċibersigurtà ma jistgħux ikunu mifruda f'ambjent interkonness. Il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' tali attivitajiet huma sostnuti mill-koordinazzjoni u mill-kooperazzjoni bejn l-atturi rilevanti, inklużi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà ("ENISA"), l-awtoritajiet kompetenti għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni ("awtoritajiet tal-NIS") kif iddefiniti mid-Direttiva (UE) 2016/114854, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u partijiet privati. Sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effettiva bejn l-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar l-attakki ċibernetiċi u t-theddidiet għas-sigurtà, jenħtieġ li l-Europol tikkoopera mal-ENISA permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u billi tipprovdi appoġġ analitiku.

(5) F'dawn l-aħħar snin, attakki ċibernetiċi fuq skala kbira, inklużi attakki li joriġinaw minn pajjiżi terzi, xeħtu fil-mira tagħhom entitajiet kemm pubbliċi kif ukoll privati f'ħafna ġurisdizzjonijiet fl-Unjoni u lil hinn minnha, u affettwaw diversi setturi inklużi s-servizzi tat-trasport, tas-saħħa u dawk finanzjarji. Iċ-ċiberkriminalità u ċ-ċibersigurtà ma jistgħux ikunu mifruda f'ambjent interkonness. Il-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' tali attivitajiet huma sostnuti mill-koordinazzjoni u mill-kooperazzjoni bejn l-atturi rilevanti, inklużi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà ("ENISA"), l-awtoritajiet kompetenti għas-sigurtà tan-networks u tas-sistemi tal-informazzjoni ("awtoritajiet tal-NIS") kif iddefiniti mid-Direttiva (UE) 2016/114854, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u partijiet privati. Sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni effettiva bejn l-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali dwar l-attakki ċibernetiċi u t-theddidiet għas-sigurtà, jenħtieġ li l-Europol tikkoopera mal-ENISA permezz tal-iskambju ta' informazzjoni u billi tipprovdi appoġġ analitiku.

__________________

__________________

54 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1–30).

54 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1–30).

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-kriminali ta' riskju għoli għandhom rwol ewlieni fin-networks kriminali u jippreżentaw riskju għoli ta' kriminalità serja għas-sigurtà interna tal-Unjoni. Sabiex jiġu miġġielda gruppi ta' kriminalità organizzata b'riskju għoli u l-membri ewlenin tagħhom, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri fl-iffokar tar-rispons investigattiv tagħhom fuq l-identifikazzjoni ta' dawn il-persuni, l-attivitajiet kriminali tagħhom u l-membri tan-networks kriminali tagħhom.

(6) Il-kriminali ta' riskju għoli għandhom rwol ewlieni fin-networks kriminali u jippreżentaw riskju għoli ta' kriminalità serja għas-sigurtà interna tal-Unjoni. Sabiex jiġu miġġielda gruppi ta' kriminalità organizzata b'riskju għoli u l-membri ewlenin tagħhom, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tappoġġa lill-Istati Membri fl-iffokar tar-rispons investigattiv tagħhom fuq l-identifikazzjoni ta' dawn il-persuni, l-attivitajiet kriminali u l-assi finanzjarji tagħhom, u l-membri tan-networks kriminali tagħhom, kif ukoll persuni li jappartjenu għal istituzzjonijiet politiċi u finanzjarji nazzjonali li huma involuti f'reati permezz ta' skemi ta' korruzzjoni. Il-Europol għandha tappoġġa wkoll lill-Istati Membri fl-irkupru ta' assi kriminali għall-introduzzjoni sussegwenti tagħhom fil-fondi pubbliċi.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex il-finanzjament tal-UE għar-riċerka dwar is-sigurtà jiġi megħjun jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu u jindirizza l-ħtiġijiet tal-infurzar tal-liġi, jenħtieġ li l-Europol tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta' temi ewlenin ta' riċerka, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għar-riċerka u għall-innovazzjoni li huma rilevanti għall-objettivi tal-Europol Meta l-Europol tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta' temi ewlenin ta' riċerka, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' programm qafas tal-Unjoni, jenħtieġ li ma tirċivix finanzjament minn dak il-programm f'konformità mal-prinċipju tal-kunflitt ta' interess.

(11) Sabiex il-finanzjament tal-UE għar-riċerka dwar is-sigurtà jiġi megħjun jiżviluppa l-potenzjal sħiħ tiegħu u jindirizza l-ħtiġijiet tal-infurzar tal-liġi, jenħtieġ li l-Europol tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta' temi ewlenin ta' riċerka, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għar-riċerka u għall-innovazzjoni li huma rilevanti għall-objettivi tal-Europol. Sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess, il-Europol ma għandhiex tirċievi finanzjament mill-programmi qafas tal-Unjoni li fihom ikollha rwol attiv fit-tfassil jew l-implimentazzjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-Europol tipprovdi għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. Fuq talba ta' Stat Membru, jenħtieġ li l-persunal tal-Europol ikun jista' jipprovdi appoġġ operazzjonali lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' dak l-Istat Membru fuq il-post fl-operazzjonijiet u fl-investigazzjonijiet, b'mod partikolari billi jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni transkonfinali u jipprovdi appoġġ forensika u tekniku fl-operazzjonijiet u fl-investigazzjonijiet, inkluż fil-kuntest ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunti. Fuq talba ta' Stat Membru, jenħtieġ li l-persunal tal-Europol ikun intitolat li jkun preżenti meta jittieħdu miżuri investigattivi f'dak l-Istat Membru u jassisti fit-teħid ta' dawn il-miżuri investigattivi. Jenħtieġ li l-persunal tal-Europol ma jkollux is-setgħa li jwettaq miżuri investigattivi.

(13) Il-Europol tipprovdi għarfien espert speċjalizzat għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. Fuq talba ta' Stat Membru, jenħtieġ li l-persunal tal-Europol ikun jista' jipprovdi appoġġ operazzjonali lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' dak l-Istat Membru fuq il-post fl-operazzjonijiet u fl-investigazzjonijiet, b'mod partikolari billi jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni transkonfinali u jipprovdi appoġġ forensika u tekniku fl-operazzjonijiet u fl-investigazzjonijiet, inkluż fil-kuntest ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunti, kif ukoll fl-irkupru ta' assi. Fuq talba ta' Stat Membru, jenħtieġ li l-persunal tal-Europol ikun intitolat li jkun preżenti meta jittieħdu miżuri investigattivi f'dak l-Istat Membru u jassisti fit-teħid ta' dawn il-miżuri investigattivi. Jenħtieġ li l-persunal tal-Europol ma jkollux is-setgħa li jwettaq miżuri investigattivi.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Wieħed mill-objettivi tal-Europol huwa li tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra forom ta' kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni. Sabiex issaħħaħ dak l-appoġġ, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru sabiex jibdew, iwettqu jew jikkoordinaw investigazzjoni kriminali ta' reat, li jaffettwa interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, anki meta r-reat ikkonċernat ma jkunx ta' natura transkonfinali. Il-Europol għandha tinforma lill-Eurojust b'dawn it-talbiet.

(14) Wieħed mill-objettivi tal-Europol huwa li tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra forom ta' kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni. Sabiex issaħħaħ dak l-appoġġ, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' titlob lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru sabiex jibdew, iwettqu jew jikkoordinaw investigazzjoni kriminali ta' reat, li jaffettwa interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, anki meta r-reat ikkonċernat ma jkunx ta' natura transkonfinali. Il-Europol għandha tinforma lill-Eurojust u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew b'dawn it-talbiet.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Minħabba n-natura mingħajr fruntieri tal-internet, dawn is-servizzi spiss ikunu jistgħu jiġu pprovduti minn kwalunkwe post fid-dinja. B'riżultat ta' dan, il-vittmi, l-awturi tar-reati, u l-infrastruttura diġitali li fiha tinħażen id-data personali u l-fornitur tas-servizz jistgħu lkoll ikunu soġġetti għal ġurisdizzjonijiet nazzjonali differenti, fi ħdan l-Unjoni u lil hinn minnha. Għaldaqstant, il-partijiet privati jista' jkollhom settijiet ta' data rilevanti għall-infurzar tal-liġi li jkun fihom data personali b'rabtiet ma' ġurisdizzjonijiet multipli kif ukoll data personali li ma tkunx tista' tiġi attribwita faċilment lil xi ġurisdizzjoni speċifika. L-awtoritajiet nazzjonali jsibuha diffiċli sabiex janalizzaw b'mod effettiv settijiet ta' data multiġurisdizzjonali jew mhux attribwibbli permezz ta' soluzzjonijiet nazzjonali. Meta l-partijiet privati jiddeċiedu li jaqsmu d-data b'mod legali u volontarju mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, bħalissa ma għandhomx punt uniku ta' kuntatt li miegħu jistgħu jaqsmu dawn is-settijiet ta' data fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-partijiet privati jaffaċċjaw diffikultajiet meta jirċievu diversi talbiet mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi differenti.

(27) Minħabba n-natura mingħajr fruntieri tal-internet, dawn is-servizzi spiss ikunu jistgħu jiġu pprovduti minn kwalunkwe post fid-dinja. B'riżultat ta' dan, il-vittmi, l-awturi tar-reati, u l-infrastruttura diġitali li fiha tinħażen id-data personali u l-fornitur tas-servizz jistgħu lkoll ikunu soġġetti għal ġurisdizzjonijiet nazzjonali differenti, fi ħdan l-Unjoni u lil hinn minnha. Għaldaqstant, il-partijiet privati jista' jkollhom settijiet ta' data rilevanti għall-infurzar tal-liġi li jkun fihom data personali b'rabtiet ma' ġurisdizzjonijiet multipli kif ukoll data personali li ma tkunx tista' tiġi attribwita faċilment lil xi ġurisdizzjoni speċifika. L-awtoritajiet nazzjonali jsibuha diffiċli sabiex janalizzaw b'mod effettiv settijiet ta' data multiġurisdizzjonali jew mhux attribwibbli permezz ta' soluzzjonijiet nazzjonali. Il-Europol jenħtieġ li jkollha miżuri fis-seħħ biex tiffaċilita l-kooperazzjoni ta' partijiet privati, inkluż fir-rigward tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni. Meta l-partijiet privati jiddeċiedu li jaqsmu d-data b'mod legali u volontarju mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, bħalissa ma għandhomx punt uniku ta' kuntatt li miegħu jistgħu jaqsmu dawn is-settijiet ta' data fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-partijiet privati jaffaċċjaw diffikultajiet meta jirċievu diversi talbiet mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' pajjiżi differenti.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 40

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) L-għoti lill-Europol ta' għodod u ta' kapaċitajiet addizzjonali jeħtieġ it-tisħiħ tas-sorveljanza demokratika u tal-akkontabilità tal-Europol. L-iskrutinju parlamentari konġunt jikkostitwixxi element importanti ta' monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol. Sabiex ikun jista' jsir monitoraġġ politiku effettiv tal-mod kif il-Europol tapplika għodod u kapaċitajiet addizzjonali, jenħtieġ li l-Europol tipprovdi informazzjoni annwali lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt dwar l-użu ta' dawn l-għodod u l-kapaċitajiet u r-riżultat tagħhom.

(40) L-għoti lill-Europol ta' għodod u ta' kapaċitajiet addizzjonali jeħtieġ it-tisħiħ tas-sorveljanza demokratika, tat-trasparenza u tal-akkontabilità tal-Europol. L-iskrutinju parlamentari konġunt jikkostitwixxi element importanti ta' monitoraġġ politiku tal-attivitajiet tal-Europol. Sabiex ikun jista' jsir monitoraġġ politiku effettiv tal-mod kif il-Europol tapplika għodod u kapaċitajiet addizzjonali, jenħtieġ li l-Europol tipprovdi informazzjoni annwali lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt dwar l-użu ta' dawn l-għodod u l-kapaċitajiet u r-riżultat tagħhom. L-attivitajiet ippjanati ta' riċerka u innovazzjoni jenħtieġ li jiġu stabbiliti fid-dokument uniku ta' programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali u l-programm ta' ħidma annwali tal-Europol u jenħtieġ li jintbagħtu lill-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt.

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a) Jeħtieġ li l-Europol tiġi pprovduta b'riżorsi umani u finanzjarji addizzjonali sabiex tkun tista' tilħaq l-objettivi l-ġodda u twettaq il-kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati lilha skont dan ir-Regolament. L-approprjazzjonijiet meħtieġa jenħtieġ li jittieħdu esklussivament minn marġnijiet mhux allokati taħt il-limiti massimi rilevanti tal-intestatura tal-QFP permezz tal-mobilizzazzjoni tal-istrumenti speċjali rilevanti tal-QFP. L-ammont finali jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill permezz tal-proċedura baġitarja annwali.

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 41

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Is-servizzi tal-Europol jipprovdu valur miżjud lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi. Dan jinkludi Stati Membri li ma jiħdux sehem f'miżuri skont it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jistgħu jikkontribwixxu għall-baġit tal-Europol fuq il-bażi ta' ftehimiet separati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tirċievi kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' ftehimiet finanzjarji fi ħdan l-ambitu tal-objettivi u tal-kompiti tagħha.

(41) Is-servizzi tal-Europol jipprovdu valur miżjud lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi. Dan jinkludi Stati Membri li ma jiħdux sehem f'miżuri skont it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jistgħu jikkontribwixxu għall-baġit tal-Europol fuq il-bażi ta' ftehimiet separati. Għalhekk, jenħtieġ li l-Europol tkun tista' tirċievi kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u minn pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' ftehimiet finanzjarji fi ħdan l-ambitu tal-objettivi u tal-kompiti tagħha. Tali kontribuzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jiddaħħlu fil-baġit tal-Europol bħala dħul assenjat estern. Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-akkontabilità, l-ammont, l-oriġini u l-iskop ta' dawk il-kontribuzzjonijiet jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kontijiet annwali u fir-rapport annwali dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-Europol.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 42

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni mis-servizzi tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minflok, minħabba n-natura transkonfinali tal-kriminalità serja u tat-terroriżmu u l-ħtieġa għal rispons koordinat għal theddidiet relatati mas-sigurtà, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(42) Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jappoġġa u jsaħħaħ l-azzjoni mis-servizzi tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja li taffettwa żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u l-forom ta' kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni, inklużi l-kummerċjalizzazzjoni online illeċita ta' prodotti farmaċewtiċi relatati mal-pandemija tal-COVID-19, it-traffikar ta' bnedmin, armi, drogi u żejt, il-kriminalità ambjentali u ċ-ċiberkriminalità, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista', minflok, minħabba n-natura transkonfinali tal-kriminalità serja u tat-terroriżmu u l-ħtieġa għal rispons koordinat għal theddidiet relatati mas-sigurtà, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Europol għandha tipprovdi wkoll analiżi tal-valutazzjoni tat-theddidiet b'appoġġ tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju.;

Il-Europol għandha tipprovdi wkoll analiżi tal-valutazzjoni tat-theddidiet, inkluża l-analiżi ta' kwalunkwe impatt finanzjarju potenzjali, b'appoġġ tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fit-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju;

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 4 – paragrafu 4a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Il-Europol għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tat-temi ewlenin ta' riċerka, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni li huma rilevanti sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Meta l-Europol tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta' temi ewlenin ta' riċerka, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' programm qafas tal-Unjoni, l-Aġenzija ma għandhiex tirċievi finanzjament minn dak il-programm.

4a. Il-Europol għandha tassisti lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni tat-temi ewlenin ta' riċerka, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni għall-attivitajiet ta' riċerka u ta' innovazzjoni li huma rilevanti sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3. Fejn il-Europol ikollha rwol attiv fit-tfassil jew l-implimentazzjoni ta' programm qafas tal-Unjoni, ma għandhiex tirċievi finanzjament minn dak il-programm. Il-Europol għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tevita kunflitti ta' interess.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a) fl-Artikolu 11, paragrafu 1, il-punt a huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) jadotta kull sena, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri u f'konformità mal-Artikolu 12, dokument li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Europol u l-programm ta' ħidma annwali għas-sena ta' wara;"

"(a) jadotta kull sena, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri u f'konformità mal-Artikolu 12, dokument uniku ta' programmazzjoni skont l-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/7151a u l-linji gwida relatati tal-Kummissjoni għad-Dokument Uniku ta' Programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Europol u l-programm ta' ħidma annwali għas-sena ta' wara;"

 

___________________

 

1a Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/715 tat-18 ta' Diċembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi mwaqqfin skont it-TFUE u t-Trattat Euratom u msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 122, 10.5.2019, p. 1).

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4b) fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, jadotta d-dokument li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Europol u programm ta' ħidma annwali abbażi ta' abbozz preżentat mid-Direttur Eżekuttiv, b'kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni u, b'relazzjoni mal-programmazzjoni pluriennali wara konsultazzjoni mal-GSPK. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jintbagħat d-dokument lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-GSPK.

"1. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, jadotta dokument uniku ta' programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Europol u programm ta' ħidma annwali abbażi ta' abbozz preżentat mid-Direttur Eżekuttiv, b'kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni u, b'relazzjoni mal-programmazzjoni pluriennali wara konsultazzjoni mal-GSPK. Jekk il-Bord ta' Amministrazzjoni jiddeċiedi li ma jqisx elementi tal-opinjoni tal-Kummissjoni, għandu jipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata. L-obbligu li tingħata ġustifikazzjoni dettaljata għandu japplika wkoll għall-elementi mqajma mill-GSPK. Il-Bord ta' Amministrazzjoni għandu jibgħat d-dokument uniku ta' programmazzjoni finali lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-GSPK."

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4c (ġdid)

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4c) fl-Artikolu 12, paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. Il-programmazzjoni tal-ħidma pluriennali għandha tistipula programmazzjoni strateġika komprensiva li tinkludi objettivi, riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandha wkoll tistipula l-ippjanar tar-riżorsi inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal. Għandha tinkludi l-istrateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali.

"2. Il-programmazzjoni tal-ħidma pluriennali għandha tistipula programmazzjoni strateġika komprensiva li tinkludi objettivi, riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Għandha wkoll tistipula l-ippjanar tar-riżorsi inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal. Għandha tinkludi l-istrateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u l-attivitajiet ippjanati tagħha ta' riċerka u innovazzjoni.

 

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4d (ġdid)

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 16 – paragrafu 5 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4d) fl-Artikolu 16, paragrafu 5, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(d) għat-tħejjija tal-abbozz ta' programmazzjoni pluriennali u programmi ta' ħidma annwali u biex iressaqhom quddiem il-Bord ta' Amministrazzjoni, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

"(d) għat-tħejjija tal-abbozz ta' dokument uniku ta' programmazzjoni li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali u l-programmi ta' ħidma annwali u biex iressqu quddiem il-Bord ta' Amministrazzjoni, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;"

 Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 21 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Jekk matul l-attivitajiet ta' pproċessar ta' informazzjoni fir-rigward ta' investigazzjoni individwali jew ta' proġett speċifiku l-Europol tidentifika informazzjoni rilevanti għal attività illegali possibbli li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, il-Europol għandha fuq inizjattiva tagħha stess, u mingħajr dewmien żejjed, tipprovdi lill-OLAF b'dik l-informazzjoni.

8. Jekk matul l-attivitajiet ta' pproċessar ta' informazzjoni fir-rigward ta' investigazzjoni individwali jew ta' proġett speċifiku l-Europol tidentifika informazzjoni rilevanti għal attività illegali possibbli li taffettwa l-interess finanzjarju tal-Unjoni, il-Europol għandha fuq inizjattiva tagħha stess, u mingħajr dewmien żejjed, tipprovdi lill-UPPE u lill-OLAF b'dik l-informazzjoni.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt d

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 26 – paragrafu 6b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6b. L-infrastruttura tal-Europol tista' tintuża għal skambji bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-partijiet privati f'konformità mal-liġijiet nazzjonali rispettivi tal-Istati Membri. F'każijiet li fihom l-Istati Membri jużaw din l-infrastruttura għal skambji ta' data personali dwar reati li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol, il-Europol ma għandux ikollha aċċess għal dik id-data.

6b. L-infrastruttura tal-Europol tista' tintuża għal skambji bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-partijiet privati f'konformità mal-liġijiet nazzjonali rispettivi tal-Istati Membri. F'każijiet li fihom l-Istati Membri jużaw din l-infrastruttura għal skambji ta' data personali dwar reati li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol, il-Europol ma għandux ikollha aċċess għal dik id-data. Sabiex jiġu identifikati r-riskji possibbli għas-sigurtà li jirriżultaw mill-ftuħ tal-infrastruttura tagħha għall-użu minn partijiet privati, il-Europol għandha twettaq valutazzjoni u, fejn meħtieġ, timplimenta miżuri preventivi u ta' mitigazzjoni xierqa.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt a

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom il-Europol tkun ħarġet talbiet ta' segwitu lil partijiet privati jew talbiet fuq inizjattiva proprja lill-Istati Membri ta' stabbiliment għat-trażmissjoni ta' data personali f'konformità mal-Artikolu 26, inklużi eżempji speċifiċi ta' każijiet li juru għaliex dawn it-talbiet kienu meħtieġa sabiex il-Europol tilħaq l-objettivi u twettaq il-kompiti tagħha;

(f) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom il-Europol tkun ħarġet talbiet ta' segwitu lil partijiet privati jew talbiet fuq inizjattiva proprja lill-Istati Membri ta' stabbiliment għat-trażmissjoni ta' data personali f'konformità mal-Artikolu 26, inkluża informazzjoni speċifika li turi għaliex dawn it-talbiet kienu meħtieġa sabiex il-Europol tilħaq l-objettivi u twettaq il-kompiti tagħha;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt a

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom kien meħtieġ li l-Europol tipproċessa data personali barra mill-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II sabiex tappoġġa lill-Istati Membri f'investigazzjoni kriminali speċifika f'konformità mal-Artikolu 18a, inklużi eżempji ta' każijiet bħal dawn li juru għaliex dan l-ipproċessar tad-data kien meħtieġ;

(g) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom kien meħtieġ li l-Europol tipproċessa data personali barra mill-kategoriji tas-suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II sabiex tappoġġa lill-Istati Membri f'investigazzjoni kriminali speċifika f'konformità mal-Artikolu 18a, inkluża informazzjoni speċifika li turi għaliex dan l-ipproċessar tad-data kien meħtieġ;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 37 – punt a

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 51 – paragrafu 3 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom il-Europol ħarġet allerti fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen f'konformità mal-Artikolu 4(1)(r), u n-numru ta' "hits" li ġġeneraw dawn l-allerti, inklużi eżempji speċifiċi ta' każijiet li juru għaliex dawn l-allerti kienu meħtieġa għall-Europol sabiex tilħaq l-objettivi u twettaq il-kompiti tagħha;

(h) informazzjoni annwali dwar in-numru ta' każijiet li fihom il-Europol ħarġet allerti fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen f'konformità mal-Artikolu 4(1)(r), u n-numru ta' "hits" li ġġeneraw dawn l-allerti, inkluża informazzjoni speċifika li turi għaliex dawn l-allerti kienu meħtieġa għall-Europol sabiex tilħaq l-objettivi u twettaq il-kompiti tagħha;

 

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 57 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Europol tista' tibbenefika minn finanzjament tal-Unjoni fil-forma ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni jew ta' ftehimiet ta' għotja f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 61 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni. Jistgħu jiġu riċevuti kontribuzzjonijiet mingħand pajjiżi li magħhom il-Europol jew l-Unjoni jkollha ftehim li jipprovdi għal kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-Europol fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi u tal-kompiti tal-Europol. L-ammont tal-kontribuzzjoni għandu jiġi ddeterminat fil-ftehim rispettiv.

4. Il-Europol tista' tibbenefika minn finanzjament tal-Unjoni fil-forma ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni jew ta' ftehimiet ta' għotja f'konformità mar-regoli finanzjarji tagħha msemmija fl-Artikolu 61 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni. Il-Europol tista' tirċievi kontribuzzjonijiet mingħand pajjiżi li magħhom hi jew l-Unjoni tkun ikkonkludiet ftehim li jipprevedi kontribuzzjonijiet finanzjarji fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi u tal-kompiti tal-Europol. L-ammont tal-kontribuzzjoni għandu jiġi ddeterminat fil-ftehim rispettiv. L-ammont, l-oriġini u l-iskop ta' tali kontribuzzjonijiet għandhom jiġu inklużi fil-kontijiet annwali tal-Europol u jiġu deskritti b'mod ċar fir-rapport annwali dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja msemmi fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 60.

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38a (ġdid)

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 58 – paragrafu 9

 

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(38a) fl-Artikolu 58, il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

9. Għal kwalunkwe proġett ta' kostruzzjoni li probabbilment ser ikollu implikazzjonijiet għall-baġit tal-Europol, għandhom japplikaw ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

"9. Għal kwalunkwe proġett ta' kostruzzjoni li probabbilment ser ikollu implikazzjonijiet għall-baġit tal-Europol, għandu japplika r-Regolament Delegat (UE) Nru 2019/715."

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38b (ġdid) – punt a (ġdid)

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 60 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(38b) l-Artikolu 60 huwa emendat kif ġej:

 

(a) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Europol għas-sena N, f'konformità mal-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Europol għal dik is-sena. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżentahom lill-Bord ta' Amministrazzjoni għal opinjoni.

"4. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Europol għas-sena N, f'konformità mal-Artikolu 246 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Europol għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Europol għal dik is-sena. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżentahom lill-Bord ta' Amministrazzjoni għal opinjoni."

__________________

__________________

25 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

25 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 38b (ġdid) – punt b (ġdid)

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 60 – paragrafu 9

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(b) il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena N, kif stabbilit fl-Artikolu 109(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013.

"9. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena N, kif stabbilit fl-Artikolu 106(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/715."

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 39 – punt b

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 61 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Europol tista' tagħti għotjiet relatati mal-ilħuq tal-objettivi u mat-twettiq tal-kompiti tagħha kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 4.";

2. Il-Europol tista' tagħti għotjiet relatati mal-ilħuq tal-objettivi tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 3 u f'konformità mal-kompiti tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 4";

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 39 – punt b

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 61 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Europol tista' tagħti għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lill-Istati Membri għat-twettiq ta' attivitajiet li jaqgħu taħt l-objettivi u l-kompiti tal-Europol.;

3. Il-Europol tista' tagħti għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lill-Istati Membri għat-twettiq ta' attivitajiet li jaqgħu fl-ambitu tal-objettivi u l-kompiti tal-Europol;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 41

Regolament (UE) 2016/794

Artikolu 68 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha, sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-benefiċċji operazzjonali tal-implimentazzjoni tal-kompetenzi previsti fl-Artikolu 18(2)(e) u (5a), fl-Artikolu 18a, fl-Artikolu 26 u fl-Artikolu 26a fir-rigward tal-objettivi tal-Europol. Ir-rapport għandu jkopri l-impatt ta' dawk il-kompetenzi fuq id-drittijiet u fuq il-libertajiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

3. Il-Kummissjoni għandha, sa [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-benefiċċji operazzjonali tal-implimentazzjoni tal-kompetenzi previsti fl-Artikolu 18(2)(e) u (5a), fl-Artikolu 18a, fl-Artikolu 26 u fl-Artikolu 26a fir-rigward tal-objettivi tal-Europol. Ir-rapport għandu jkopri l-impatt ta' dawk il-kompetenzi fuq id-drittijiet u fuq il-libertajiet fundamentali kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Għandha tipprovdi wkoll analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tal-estensjoni tal-mandat tal-Europol.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni

Referenzi

COM(2020)0796 – C9-0401/2020 – 2020/0349(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

8.2.2021

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

8.2.2021

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Niclas Herbst

14.1.2021

Eżami fil-kumitat

31.05.2021

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.10.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Vlad Gheorghe, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Ioannis Lagos, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Silvia Modig, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mario Furore, Jens Geier, Henrike Hahn

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Joachim Kuhs, Hélène Laporte

NI

Mario Furore

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Renew

Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

S&D

Robert Biedroń, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Victor Negrescu, Nils Ušakovs

The Left

Silvia Modig, Dimitrios Papadimoulis

Verts/ALE

Rasmus Andresen, David Cormand, Francisco Guerreiro, Henrike Hahn

 

1

-

NI

Ioannis Lagos

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali, u tar-rwol tal-Europol fir-riċerka u fl-innovazzjoni

Referenzi

COM(2020)0796 – C9-0401/2020 – 2020/0349(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

10.12.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

8.2.2021

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

8.2.2021

CONT

8.2.2021

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

CONT

26.1.2021

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Javier Zarzalejos

10.2.2021

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.2.2021

26.5.2021

11.10.2021

 

Data tal-adozzjoni

12.10.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

16

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Adamowicz, Katarina Barley, Pernando Barrena Arza, Pietro Bartolo, Nicolas Bay, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Jorge Buxadé Villalba, Damien Carême, Caterina Chinnici, Marcel de Graaff, Anna Júlia Donáth, Lena Düpont, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Nicolaus Fest, Maria Grapini, Andrzej Halicki, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Marina Kaljurand, Assita Kanko, Fabienne Keller, Peter Kofod, Moritz Körner, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Lukas Mandl, Roberta Metsola, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Nicola Procaccini, Emil Radev, Paulo Rangel, Terry Reintke, Diana Riba i Giner, Ralf Seekatz, Michal Šimečka, Birgit Sippel, Sara Skyttedal, Martin Sonneborn, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Annalisa Tardino, Milan Uhrík, Tom Vandendriessche, Bettina Vollath, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jadwiga Wiśniewska, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Olivier Chastel, Clare Daly, Tanja Fajon, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Anne-Sophie Pelletier, Thijs Reuten, Rob Rooken, Maria Walsh

Data tat-tressiq

15.10.2021

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

47

+

ECR

Jorge Buxadé Villalba, Patryk Jaki, Assita Kanko, Nicola Procaccini, Jadwiga Wiśniewska

ID

Nicolaus Fest, Peter Kofod, Annalisa Tardino, Tom Vandendriessche

NI

Laura Ferrara

PPE

Magdalena Adamowicz, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Lena Düpont, Andrzej Halicki, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Roberta Metsola, Nadine Morano, Emil Radev, Paulo Rangel, Ralf Seekatz, Sara Skyttedal, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Maria Walsh, Javier Zarzalejos

Renew

Olivier Chastel, Anna Júlia Donáth, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Moritz Körner, Jan-Christoph Oetjen, Maite Pagazaurtundúa, Michal Šimečka, Ramona Strugariu

S&D

Katarina Barley, Pietro Bartolo, Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Maria Grapini, Marina Kaljurand, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, Thijs Reuten, Birgit Sippel, Bettina Vollath

 

16

-

ECR

Rob Rooken

ID

Nicolas Bay, Marcel de Graaff, Philippe Olivier

NI

Martin Sonneborn, Milan Uhrík

The Left

Pernando Barrena Arza, Clare Daly, Cornelia Ernst, Anne-Sophie Pelletier

Verts/ALE

Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Damien Carême, Terry Reintke, Diana Riba i Giner, Tineke Strik

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Novembru 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza