RAKKOMANDAZZJONI 

5.11.2021 - ***

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u l-Commonwealth tal-Awstralja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
(06102/2021 – C9-0376/2021 – 2021/0029(NLE))
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Daniel Caspary

Proċedura : 2021/0029(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0306/2021
Testi mressqa :
A9-0306/2021
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u l-Commonwealth tal-Awstralja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (06102/2021 – C9-0376/2021 – 2021/0029(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06102/2021),

 wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni u l-Commonwealth tal-Awstralja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (06103/2021),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0376/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0306/2021),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Commonwealth tal-Awstralja.


NOTA SPJEGATTIVA

F'Ottubru 2018, l-UE nediet formalment il-proċess tan-negozjati (skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994) ma' għadd ta' Membri tad-WTO f'Ġinevra. Il-prinċipju sottostanti tan-negozjati huwa "approċċ konġunt" żviluppat bejn l-UE u r-Renju Unit lura fl-2017 dwar kif "jitqassmu" l-impenji kwantitattivi li jinsabu fl-iskeda tad-WTO tal-UE28 għall-143 kwota tariffarja (TRQ) fil-qafas tad-WTO għal prodotti agrikoli, tal-ħut u industrijali. Il-bażi ta' dan l-approċċ huwa li jinżamm bis-sħiħ il-volum eżistenti ta' kull TRQ fil-futur, għalkemm maqsum f'żewġ territorji doganali separati: l-UE27 u r-Renju Unit.

Il-prinċipju tal-metodoloġija applikata huwa bbażat fuq il-flussi kummerċjali fl-UE27 u fir-Renju Unit matul perjodu ta' referenza rappreżentattiv (ta' 3 snin mill-2013 sal-2015) għat-TRQs kollha tad-WTO.

Il-metodoloġija miftiehma tat-tqassim hija deskritta fid-dettall fir-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. B'mod aktar speċifiku, l-Artikolu 2(b)  ta' dan ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li temenda l-ishma tat-tqassim filwaqt li tqis l-informazzjoni pertinenti li tista' tirċievi kemm fil-kuntest tan-negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994 kif ukoll minn sorsi oħra b'interess fi kwota tariffarja speċifika.

Fil-15 ta' Ġunju 2018, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tniedi negozjati skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT mal-Membri rilevanti tad-WTO, inkluż l-Awstralja, bil-ħsieb li jitqassmu l-konċessjonijiet tad-WTO tal-Unjoni dwar it-TRQs.

L-Awstralja għandha drittijiet ta' negozjar għal 14-il TRQ u drittijiet ta' konsultazzjoni għal 6 TRQs.

In-negozjati mal-Awstralja rriżultaw fi Ftehim li ġie inizjalat fit-18 ta' Diċembru 2020 fi Brussell.

 

F'konformità mal-Artikolu 218(6) tat-TFUE, hemm bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew biex il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim.

Fid-dawl ta' dan, ir-Rapporteur qiegħed jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim.



 

ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI

 

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Il-President

 

Is-Sur Bernd Lange

President tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

ASP 12G301

 

 

Ref.: IPOL(2021)012538

 

 

 

Sur President,

 

Nirreferi għall-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim bejn l-UE u l-Awstralja [COM(2021)52] dwar il-modifika tal-konċessjonijiet tad-WTO dwar il-kwoti tariffarji wara l-Brexit.

 

Wara kunsiderazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-Kummissjoni, il-maġġoranza tal-koordinaturi tal-Kumitat AGRI ma oġġezzjonawx għall-konklużjoni ta' dan il-ftehim.

 

Għandi l-pjaċir ngħaddilek l-opinjoni tagħhom skont l-Artikolu 56.

 

 

Dejjem tiegħek,

 

LINS

 

Norbert Lins

Kopja: Is-Sur Martin Hlaváček, Rapporteur Permanenti tal-Kumitat AGRI għall-kwistjonijiet relatati mal-Brexit

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni u l-Awstralja relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inlużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

06102/2021 – C9-0376/2021 – 2021/0029(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

4.10.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

7.10.2021

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.10.2021

AGRI

7.10.2021

PECH

7.10.2021

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

ITRE

25.2.2021

AGRI

11.5.2021

PECH

22.3.2021

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Daniel Caspary

11.2.2021

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.10.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Barry Andrews, Anna-Michelle Asimakopoulou, Tiziana Beghin, Geert Bourgeois, Saskia Bricmont, Jordi Cañas, Daniel Caspary, Miroslav Číž, Arnaud Danjean, Paolo De Castro, Emmanouil Fragkos, Raphaël Glucksmann, Roman Haider, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Herve Juvin, Karin Karlsbro, Maximilian Krah, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Margarida Marques, Gabriel Mato, Sara Matthieu, Emmanuel Maurel, Carles Puigdemont i Casamajó, Samira Rafaela, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Liesje Schreinemacher, Sven Simon, Dominik Tarczyński, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marek Belka, Luke Ming Flanagan, Enikő Győri, Manuela Ripa

Data tat-tressiq

5.11.2021

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

36

+

ECR

Geert Bourgeois, Emmanouil Fragkos, Dominik Tarczyński, Jan Zahradil

ID

Roman Haider, Maximilian Krah

NI

Tiziana Beghin, Enikő Győri, Carles Puigdemont i Casamajó

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Gabriel Mato, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Renew

Barry Andrews, Jordi Cañas, Karin Karlsbro, Samira Rafaela, Liesje Schreinemacher

S&D

Marek Belka, Miroslav Číž, Paolo De Castro, Bernd Lange, Margarida Marques, Inma Rodríguez-Piñero, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt

The Left

Luke Ming Flanagan

Verts/ALE

Saskia Bricmont, Sara Matthieu, Manuela Ripa

 

4

-

ID

Herve Juvin, Danilo Oscar Lancini

PPE

Arnaud Danjean

The Left

Emmanuel Maurel

 

2

0

Renew

Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Raphaël Glucksmann

 

 

Tifsira tas-simboli użati

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Novembru 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza