RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tat-Tuneżija mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

4.11.2021 - (COM(2021)0371 – C9-0337/2021 – 2021/0198(NLE)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Heidi Hautala

Proċedura : 2021/0198(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0309/2021
Testi mressqa :
A9-0309/2021
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tat-Tuneżija mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri

(COM(2021)0371 – C9-0337/2021 – 2021/0198(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2021)0371),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 38(4) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0337/2021),

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja[1] dwar il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni Ewropea għal dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni ta' adeżjoni mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 82 u l-Artikolu 114(8) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0309/2021),

1. Japprova l-awtorizzazzjoni lill-Istati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tat-Tuneżija mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Bureau Permanenti tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat.


 

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta' Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta' Minuri hija strument ta' importanza fundamentali. Sal-lum ġiet ratifikata minn 101 pajjiż, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE.

Il-Konvenzjoni tintroduċi sistema ta' kooperazzjoni bejn l-Istati kontraenti mmirata lejn is-soluzzjoni fil-pront ta' każijiet ta' ħtif internazzjonali ta' minuri, li tiżgura li l-aħjar interessi tal-minuri jkunu f'kull ħin issalvagwardjati fi kwistjonijiet relatati mal-kustodja tagħhom.

Ħafna drabi, dawn il-problemi jinħolqu meta koppja tissepara. Jekk il-ġenituri jkunu minn stati differenti, jista' jkun hemm it-tentazzjoni li jiġi sfruttat in-nuqqas ta' kooperazzjoni bejn dawk l-istati sabiex tittieħed il-kustodja tal-minuri.

Il-problema prinċipali f'każijiet bħal dawn hija t-tendenza tas-sistemi ġudizzjarji tal-istati individwali li jiffavorixxu liċ-ċittadini ta' pajjiżhom. F'dawn il-każijiet jista' jkun li l-qrati taż-żewġ stati kkonċernati jiddikjaraw lilhom infushom kompetenti u li kull qorti tagħti l-kustodja tal-minuri lill-ġenitur li jkun ċittadin tal-istat fejn tinsab il-qorti.

L-għan tal-Konvenzjoni huwa li tipproteġi t-tfal, b'mod internazzjonali, mill-effetti negattivi meta jitneħħew jew jinżammu inġustament, billi jiġu stabbiliti proċeduri biex jiżguraw ir-ritorn tagħhom lejn l-Istat tar-residenza normali tagħhom, kif ukoll li jiġi żgurat il-ħarsien tad-drittijiet ta' aċċess.

L-UE għandha kompetenza esterna esklużiva f'dan il-qasam, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Opinjoni 1/13. L-Istati Membri għalhekk ma jaġixxux aktar għal rashom. Il-problema hija li l-Konvenzjoni ma tipprevedix l-azzjoni awtonoma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.

Din il-problema toħloq il-bżonn tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li biha l-Istati Membri mitluba jaċċettaw, kulħadd skont it-territorju tiegħu, l-adeżjoni tat-Tuneżija mal-Konvenzjoni u għaldaqstant id-dħul fis-seħħ effettiv tal-Konvenzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u dak il-pajjiż.

L-adeżjoni tat-Tuneżija mal-Konvenzjoni għandha tintlaqa' tajjeb. Ir-rapporteur tappoġġa dan bis-sħiħ u għaldaqstant tipproponi lill-Parlament japprova l-proposta mingħajr emendi, sabiex jiżgura li l-protezzjoni mogħtija lill-minuri kkonċernati tiġi estiża għat-territorju kollu tal-UE.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Awtorizzazzjoni lill-Istati Membri li jaċċettaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, l-adeżjoni tat-Tuneżija mal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri

Referenzi

COM(2021)0371 – C9-0337/2021 – 2021/0198(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

15.7.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.9.2021

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Heidi Hautala

9.9.2021

 

 

 

Data tal-adozzjoni

28.10.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Manon Aubry, Gunnar Beck, Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Ibán García Del Blanco, Jean-Paul Garraud, Esteban González Pons, Mislav Kolakušić, Sergey Lagodinsky, Gilles Lebreton, Jiří Pospíšil, Franco Roberti, Stéphane Séjourné, Raffaele Stancanelli, Adrián Vázquez Lázara, Axel Voss, Marion Walsmann, Tiemo Wölken, Lara Wolters, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Alessandra Basso, Patrick Breyer, Daniel Buda, Evelyne Gebhardt, Heidi Hautala, Angelika Niebler, Nacho Sánchez Amor, Liesje Schreinemacher, Yana Toom

Data tat-tressiq

4.11.2021

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ECR

Angel Dzhambazki, Raffaele Stancanelli

ID

Gunnar Beck, Jean-Paul Garraud, Gilles Lebreton

PPE

Pascal Arimont, Geoffroy Didier, Esteban González Pons, Jiří Pospíšil, Axel Voss, Marion Walsmann, Javier Zarzalejos

Renew

Pascal Durand, Liesje Schreinemacher, Yana Toom, Adrián Vázquez Lázara

S&D

Ibán García Del Blanco, Franco Roberti, Nacho Sánchez Amor, Tiemo Wölken, Lara Wolters

The Left

Manon Aubry

Verts/ALE

Patrick Breyer

 

0

-

 

 

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Novembru 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza