RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021-2026)
8.11.2021 - (09172/2021 – C9-0253/2021 – 2021/0127(NLE)) - ***
Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Izaskun Bilbao Barandica
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021-2026)
(09172/2021 – C9-0253/2021 – 2021/0127(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (09172/2021),
– wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021-2026) (09171/2021),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-paragrafu 7, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0253/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0316/2021),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Gabon.
NOTA SPJEGATTIVA
L-Unjoni Ewropea (UE) iffirmat sensiela ta' ftehimiet ta' sħubija fis-settur tas-sajd (FPAs) u protokolli ma' pajjiżi mhux tal-UE, li permezz tagħhom l-UE tagħti appoġġ finanzjarju u tekniku bi skambju għad-drittijiet tas-sajd għall-eċċess ta' stokkijiet fiż-Żona Ekonomika Esklużiva (ŻEE) tal-pajjiż, f'ambjent regolat ġuridikament. Dawn il-ftehimiet jirregolaw ukoll il-konservazzjoni tar-riżorsi u s-sostenibbiltà ambjentali, filwaqt li jiżguraw li l-bastimenti kollha tal-UE jkunu soġġetti għall-istess regoli ta' kontroll u ta' trasparenza, u jappoġġjaw il-politika tas-sajd sostenibbli tal-pajjiż sieħeb stess. Fl-istess waqt, ġiet inkluża klawżola dwar ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-protokolli kollha tal-ftehimiet tas-sajd.
Il-Ftehim ta' Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Unjoni Ewropea daħal fis-seħħ fil-11 ta' Ġunju 2007 għal perjodu ta' sitt snin. Dan il-ftehim jiġġedded bi ftehim taċitu u għadu fis-seħħ.
Protokoll preċedenti ta' tliet snin li jimplimenta l-FPA skada fit-23 ta' Lulju 2016. Fl-2015, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex post tal-protokoll tal-FPA 2013-2016, kif ukoll evalwazzjoni ex ante ta' tiġdid potenzjali tal-protokoll. L-evalwazzjoni kkonkludiet li s-settur tas-sajd tal-UE huwa interessat ferm li jaħdem fil-Gabon u li tiġdid tal-protokoll ikun fl-interess taż-żewġ partijiet.
Il-Kummissjoni mexxiet negozjati mal-Gabon bl-għan li tikkonkludi protokoll ġdid għall-implimentazzjoni tal-FPA (2021-2026). Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat protokoll min-negozjaturi fl-10 ta' Frar 2021. Il-protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' ħames snin mid-data tal-firma tiegħu miż-żewġ partijiet.
Il-protokoll il-ġdid jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:
27 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun tal-borża;
6 bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief;
4 bastimenti tat-tkarkir li jaqbdu primarjament l-krustaċji tal-qiegħ, li jistgħu jiġu awtorizzati abbażi tar-riżultati ta' sajd esploratorju;
Bastimenti ta' appoġġ skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u l-limiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Gabon.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali mill-ammonti tal-Unjoni Ewropea hija ta' EUR 2 600 000, maqsuma kif ġej:
(a) ammont annwali ta' EUR 1 600 000 għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza, għall-ispeċijiet li jpassu ħafna, ta' 32 000 tunnellata fis-sena;
(b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tal-Gabon li jammonta għal EUR 1 000 000 fis-sena. Dan l-appoġġ huwa konformi mal-objettivi tal-pjan strateġiku għas-sajd fil-Gabon.
L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament huwa stabbilit matul il-proċedura baġitarja annwali[1].
In-negozjar ta' dan il-protokoll il-ġdid ta' implimentazzjoni tal-FPA mal-Gabon huwa parti mill-azzjoni esterna tal-Unjoni fil-konfront tal-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), u jqis b'mod partikolari l-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tar-rispett tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-protokoll il-ġdid għandu l-għan li jagħti lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea opportunitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u skont ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), fil-limiti tas-surplus disponibbli.
L-għan tal-protokoll il-ġdid huwa wkoll li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon biex jiġu promossi politika tas-sajd sostenibbli u użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon u fl-Oċean Atlantiku, fl-interess taż-żewġ partijiet, bil-ħsieb li jiġi promoss l-iżvilupp tal-politika tas-sajd sostenibbli fid-dimensjonijiet kollha tagħha. B'mod partikolari, jipprevedi l-monitoraġġ tal-bastimenti permezz tas-Sistema ta' Monitoraġġ tal-Bastimenti (VMS) u t-trażmissjoni elettronika tad-data dwar il-qabdiet. L-appoġġ settorjali disponibbli fl-ambitu tal-Protokoll jgħin lill-Gabon bl-istrateġija nazzjonali tiegħu dwar is-sajd, inkluża l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).
Din il-kooperazzjoni tgħin ukoll biex jiġu promossi kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-attività tas-sajd u biex jittejbu r-riċerka, is-sorveljanza u l-kontroll tal-attività tas-sajd mill-Gabon u l-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, b'mod partikolari s-settur tas-sajd fuq skala żgħira tiegħu.
Il-pożizzjoni tar-rapporteur
F'konformità mal-Artikoli 43(2) u 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew jista' jew jagħti jew jirrifjuta l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll bejn l-UE u r-Repubblika tal-Gabon. Ir-rapporteur tirrakkomanda li l-Parlament japprova l-konklużjoni tal-protokoll attwali u tqis li l-Kummissjoni, meta timplimenta l-protokoll, għandha tikkunsidra dan li ġej:
Fir-rigward tal-appoġġ settorjali, ir-rapporteur tenfasizza l-ħtieġa ta' aktar trasparenza sabiex ikun jista' jiġi analizzat bis-sħiħ kif jintużaw il-fondi u jiġi vvalutat jekk intlaħqux l-objettivi stabbiliti u jekk inkisbux ir-riżultati mixtieqa.
Ir-rapporteur tenfasizza b'mod speċjali l-importanza li n-nisa jiġu involuti fis-settur u tħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja, fil-mandat tal-ftehim u ta' dan il-protokoll il-ġdid, l-involviment ta' aktar nisa fis-settur tas-sajd.
Ir-rapporteur temmen li d-disponibbiltà ta' data xjentifika aġġornata dwar l-istokkijiet tal-ħut u l-isforz globali tas-sajd fl-ilmijiet tal-Gabon hija ta' importanza kbira. L-implimentazzjoni tal-protokoll għandha tiffoka b'mod xieraq fuq l-iżgurar ta' din id-data, sabiex is-surplus fis-sens tal-Artikolu 62 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, fil-mira tal-flotta tal-UE, ikun jista' jiġi kkalkulat b'mod korrett.
Ir-rapporteur tinnota li l-evalwazzjoni ex post tal-Kummissjoni tal-protokoll tal-FPA 2013-2016 tqis li huwa importanti li jkun hemm strument li jippermetti kooperazzjoni settorjali mill-qrib, speċjalment meta jitqies li l-Gabon huwa attur ewlieni fil-governanza tal-oċeani fil-livell subreġjonali. L-evalwazzjoni tissottolinja wkoll l-importanza tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-Gabon, li jippermetti li jinbnew l-alleanzi fil-qafas tal-ICCAT.
Ir-rapporteur temmen li huwa importanti li jissaħħu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza u li tittejjeb il-governanza xierqa tas-sajd fir-reġjun. Għalhekk, ir-rapporteur titlob lill-Kummissjoni tuża bis-sħiħ l-istrumenti fl-ambitu ta' dan il-protokoll biex tikseb titjib f'dan ir-rigward, speċjalment li jsir monitoraġġ xieraq u regolari tal-qabdiet li jsiru mill-bastimenti fiż-żona tas-sajd tal-Gabon u li n-nuqqasijiet f'dan il-qasam jiġu indirizzati. Iż-żieda fit-trasparenza tal-proċeduri għall-identifikazzjoni tal-qabdiet totali hija importanti wkoll għall-identifikazzjoni ta' titjib possibbli flimkien mal-miżuri għall-prevenzjoni tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU).
Ir-rapporteur tisħaq li l-Parlament għandu jkun infurmat bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-implimentazzjoni tal-protokoll il-ġdid jew it-tiġdid tiegħu. Għalhekk, ir-rapporteur tħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-protokoll u speċjalment fir-rigward tal-appoġġ settorjali.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (11.10.2021)
għall-Kumitat għas-Sajd
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (mill-2021 sal-2026)
(COM(2021)0247 – C9-0253/2021 – 2021/0127(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: José Manuel Fernandes
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Ftehim ta' Sħubija għas-Settur tas-Sajd attwali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon (minn hawn 'il quddiem, "il-Ftehim ta' Sħubija") ġie ffirmat fl-4 ta' Ġunju 2007 u daħal fis-seħħ fil-11 ta' Ġunju 2007 għal perjodu ta' sitt snin, imġedded b'mod taċitu u għadu fis-seħħ.
Protokoll ta' implimentazzjoni preċedenti ta' tliet snin li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija daħal fis-seħħ fl-24 ta' Lulju 2013 u skada fit-23 ta' Lulju 2016.
Fl-10 ta' Frar 2021, in-negozjaturi inizjalaw protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja.
Il-protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' ħames snin (2021-2026) mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu. Ikopri perjodu ta' ħames snin mid-data tal-applikazzjoni proviżorja tiegħu stabbilita fl-Artikolu 24, li hija d-data meta ġie ffirmat miż-żewġ partijiet.
L-għan ewlieni tal-Protokoll il-ġdid huwa li jipprovdi qafas aġġornat, jiġifieri li jqis il-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd riveduta u tad-dimensjoni esterna tagħha, bil-ħsieb li titkompla s-sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon fil-qasam tas-sajd u biex din tissaħħaħ.
Il-Protokoll għandu l-għan li lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jagħtihom opportunitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u skont ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), fil-limiti tal-kwantità żejda disponibbli. Il-Kummissjoni sejset il-pożizzjoni tagħha, fost l-oħrajn, fuq ir-riżultati ta' evalwazzjoni tal-Protokoll preċedenti (2013-2016) u valutazzjoni li tħares lejn il-ġejjieni dwar jekk għandux jiġi konkluż protokoll ġdid. Dawn twettqu minn esperti esterni.
L-għan huwa wkoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon ħalli jiġu promossi politika tas-sajd sostenibbli u użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon u fl-Oċean Atlantiku, fl-interess taż-żewġ partijiet. Din il-kooperazzjoni se tikkontribwixxi wkoll biex jiġu promossi kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol fl-attivitajiet tas-sajd.
Il-Protokoll il-ġdid jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:
- 27 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni tal-borża;
- sitt bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief;
- bastimenti ta' appoġġ skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-ICCAT u fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Gabon;
- erba' bastimenti tat-tkarkir għas-sajd potenzjali għall-krustaċji tal-fond, li jistgħu jiġu awtorizzati abbażi tar-riżultati ta' sajd ta' esplorazzjoni.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali mill-Unjoni Ewropea hija ta' EUR 2 600 000, abbażi ta':
a) ammont annwali għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon ta' EUR 1 600 000, li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 32 000 tunnellata fis-sena, għall-ispeċijiet li jpassu ħafna;
b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tal-Gabon, ta' EUR 1 000 000 fis-sena. Dan l-appoġġ jilħaq l-għanijiet tal-pjan strateġiku għas-sajd tal-Gabon. L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament huwa stabbilit waqt il-proċedura baġitarja annwali, fosthom għal-linja ta' riżerva għal protokolli li jkunu għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena.
******
Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, biex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (mill-2021 sal-2026).
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Konklużjoni tal-Protokoll għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (mill-2021 sal-2026) |
|||
Referenzi |
09172/2021 – C9-0253/2021 – 2021/0127(NLE) |
|||
Kumitat responsabbli
|
PECH
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 5.7.2021 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
José Manuel Fernandes 21.6.2021 |
|||
Eżami fil-kumitat |
31.8.2021 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
11.10.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 4 4 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, Andor Deli, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Vlad Gheorghe, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Silvia Modig, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Damian Boeselager, Henrike Hahn |
|||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
32 |
+ |
ECR |
Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt |
ID |
Hélène Laporte |
NI |
Andor Deli |
PPE |
Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig |
Renew |
Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds |
S&D |
Robert Biedroń, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Victor Negrescu, Nils Ušakovs |
The Left |
Dimitrios Papadimoulis |
4 |
- |
Verts/ALE |
Damian Boeselager, David Cormand, Francisco Guerreiro, Henrike Hahn |
4 |
0 |
ID |
Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Joachim Kuhs |
The Left |
Silvia Modig |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Konklużjoni tal-Protokoll għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (mill-2021 sal-2026) |
|||
Referenzi |
09172/2021 – C9-0253/2021 – 2021/0127(NLE) |
|||
Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni |
1.7.2021 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
PECH 5.7.2021 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
DEVE 5.7.2021 |
BUDG 5.7.2021 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
DEVE 27.9.2021 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Izaskun Bilbao Barandica 14.6.2021 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
16.6.2021 |
11.10.2021 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
27.10.2021 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 6 3 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Clara Aguilera, Pietro Bartolo, François-Xavier Bellamy, Izaskun Bilbao Barandica, Isabel Carvalhais, Maria da Graça Carvalho, Rosanna Conte, Rosa D’Amato, Giuseppe Ferrandino, Søren Gade, Francisco Guerreiro, Anja Hazekamp, Niclas Herbst, Ladislav Ilčić, France Jamet, Pierre Karleskind, Predrag Fred Matić, Francisco José Millán Mon, João Pimenta Lopes, Manuel Pizarro, Caroline Roose, Bert-Jan Ruissen, Annie Schreijer-Pierik, Peter van Dalen, Emma Wiesner, Theodoros Zagorakis |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Benoît Biteau, Valentino Grant |
|||
Data tat-tressiq |
8.11.2021 |
|||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
19 |
+ |
ECR |
Ladislav Ilčić, Bert-Jan Ruissen |
PPE |
François-Xavier Bellamy, Maria da Graça Carvalho, Peter van Dalen, Niclas Herbst, Francisco José Millán Mon, Annie Schreijer-Pierik, Theodoros Zagorakis |
Renew |
Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Pierre Karleskind, Emma Wiesner |
S&D |
Clara Aguilera, Pietro Bartolo, Isabel Carvalhais, Giuseppe Ferrandino, Predrag Fred Matić, Manuel Pizarro |
6 |
- |
ID |
France Jamet |
The Left |
Anja Hazekamp |
Verts/ALE |
Benoît Biteau, Rosa D'Amato, Francisco Guerreiro, Caroline Roose |
3 |
0 |
ID |
Rosanna Conte, Valentino Grant |
The Left |
João Pimenta Lopes |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] F'konformità mal-punt 20 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji (ĠU L 433I, 22.12.2020).