RAPPORT dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 – Appoġġ umanitarju għar-rifuġjati fit-Turkija

19.11.2021 - (12444/2021 – C9-0380/2021 – 2021/0226(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Pierre Larrouturou

Proċedura : 2021/0226(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0327/2021
Testi mressqa :
A9-0327/2021
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 - Appoġġ umanitarju għar-rifuġjati fit-Turkija

(12444/2021 – C9-0380/2021 – 2021/0226(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2020[2],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027[3],

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda[4],

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE[5],

 wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021, adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta' Lulju 2021 (COM(2021)0460),

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021, adottata mill-Kunsill fil-5 ta' Ottubru 2021 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-14 ta' Ottubru 2021 (12444/2021 – C9-0380/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0327/2021),

A. billi l-għan tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021 huwa li jipprovdi appoġġ kontinwu lil dawk l-aktar vulnerabbli mir-rifuġjati fit-Turkija bħala konsegwenza tal-kriżi fis-Sirja, li jirrappreżenta l-ewwel komponent tal-proposti tal-Kummissjoni għall-kontinwazzjoni tal-finanzjament għar-rifuġjati Sirjani u l-komunitajiet ospitanti fit-Turkija, fil-Ġordan, fil-Libanu u f'partijiet oħra tar-reġjun;

B. billi l-Kummissjoni tistma li EUR 325 miljun huma meħtieġa biex tiġi estiża l-kopertura tal-programm emblematiku tax-Xibka ta' Sikurezza Soċjali ta' Emerġenza (ESSN), li jipprovdi trasferimenti ta' flus kontanti kull xahar għal aktar minn 1,8 miljun rifuġjat, minn Marzu 2022 sal-bidu tal-2023, meta l-programm għandu jiġi traspost f'assistenza għall-iżvilupp; billi l-Kummissjoni pproponiet li tiffinanzja din is-somma billi tuża l-marġni tal-Intestatura 6 li jifdal fl-2021, u l-bilanċ jiġi mill-pakkett tal-Għajnuna Umanitarja fl-2021 u l-2022;

C.  billi, għalhekk, l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021 għandu l-għan li jimmobilizza EUR 149,6 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn filwaqt li ma tintalab l-ebda approprjazzjoni ta' pagament addizzjonali fl-2021;

1. Jieħu nota tal-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021, kif imressaq mill-Kummissjoni;

2. Jindika l-fatt li l-limitu massimu tal-Intestatura 6 jidher li huwa baxx wisq biex jirrispondi għal kriżijiet kbar fil-viċinat tal-Unjoni u fid-dinja mill-ewwel sena tal-QFP 2021-2027; jinsab imħasseb li l-appoġġ kontinwu għar-rifuġjati fit-Turkija ma ġiex inkluż fin-negozjati tal-QFP attwali u lanqas fl-istrument NDICI-Ewropa Globali; jissottolinja li fiċ-ċirkostanzi attwali, il-baġit tal-Unjoni ma jistax ikun l-uniku sors ta' finanzjament għall-appoġġ kontinwu għar-rifuġjati;

3. Jemmen li ftehim komprensiv, li jkopri l-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ kontinwu għar-rifuġjati fit-Turkija u r-reġjun usa' fl-2021 u s-snin ta' wara, jenħtieġ li jinstab fil-kuntest tal-konċiljazzjoni dwar il-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2022;

4. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 5/2021;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-Baġit emendatorju Nru 5/2021 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

18.11.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, Andor Deli, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Alexandra Geese, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Henrike Hahn, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Fabienne Keller, Moritz Körner, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Dimitrios Papadimoulis, Nicolae Ştefănuță, Grzegorz Tobiszowski, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Monika Vana, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

29

+

ECR

Grzegorz Tobiszowski, Johan Van Overtveldt

NI

Andor Deli

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Rainer Wieland, Angelika Winzig

RENEW

Olivier Chastel, Valérie Hayer, Fabienne Keller, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

S&D

Estrella Durá Ferrandis, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Margarida Marques, Nils Ušakovs

THE LEFT

Younous Omarjee, Dimitrios Papadimoulis

VERTS/ALE

Alexandra Geese, Francisco Guerreiro, Henrike Hahn, Monika Vana

 

0

-

 

 

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Novembru 2021
Avviż legali - Politika tal-privatezza