RAPPORT dwar strateġija Ewropea għall-enerġija rinnovabbli offshore

6.12.2021 - (2021/2012(INI))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Morten Petersen


Proċedura : 2021/2012(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0339/2021

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar strateġija Ewropea għall-enerġija rinnovabbli offshore

(2021/2012(INI))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 194 tiegħu,

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE[1],

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu[2],

 wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli[3] (id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli),

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009[4] (ir-Regolament TEN-E),

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010[5], li bħalissa qiegħed jiġi rivedut,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[6],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Frar 2018 dwar l-aċċelerazzjoni tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa[7],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 bit-titolu "It-tibdil fil-klima – viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi[8],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew[9],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Lulju 2020 dwar approċċ komprensiv Ewropew għall-ħżin tal-enerġija[10],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2020 dwar Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa[11],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2021 dwar Strateġija Ewropea għall-Idroġenu[12],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2021 dwar strateġija Ewropea għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija[13],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2021 dwar l-impatt tal-parks eoliċi fuq il-baħar u ta' sistemi oħra ta' enerġija rinnovabbli fuq is-settur tas-sajd[14],

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa" (COM(2020)0102),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna" (COM(2020)0380) u r-riżoluzzjoni relatata tiegħu tad-9 ta' Ġunju 2021 bl-istess titolu[15],

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Lulju 2020 bit-titolu "Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima" (COM(2020)0301),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta Lulju 2020 bit-titolu "Nixprunaw Ekonomija Newtrali għall-Klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija" (COM(2020)0299),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2020 bit-titolu "It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 – Ninvestu f'futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna" (COM(2020)0562),

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2020 bit-titolu "Rapport tal-2020 dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika" (COM(2020)0950),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2020 bit-titlu "Strateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima" (COM(2020)0741),

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-10 ta' Diċembru 2020 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 347/2013 (COM(2020)0824),

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent Nru 3/2015 tal-1 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Marine protected areas in Europe's seas – an overview and perspectives for the future" (Żoni marini protetti fl-ibħra tal-Ewropa – ħarsa ġenerali u perspettivi għall-futur) u t-tgħarrif tagħha tas-6 ta' Ottubru 2020 bit-titolu "Management effectiveness in the EU's Natura 2000 network of protected areas" (L-effettività tal-ġestjoni tan-network Natura 2000 tal-UE ta' żoni protetti),

 wara li kkunsidra l-ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għas-Sajd,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0339/2021),

A. billi l-UE rratifikat il-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Liġi Ewropea dwar il-Klima li ġiet adottata dan l-aħħar, li jistabbilixxu mira tal-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'mill-inqas 55 % sal-2030 u li tintlaħaq il-mira tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, kif ukoll għanijiet komplementari, sabiex jiġu miġġielda l-effetti tat-tibdil fil-klima globali;

B. billi t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u bbażata ferm fuq sorsi rinnovabbli teħtieġ tranżizzjoni rapida u nadifa tal-enerġija li tiżgura s-sostenibbiltà, is-sigurtà tal-provvista u l-affordabbiltà tal-enerġija, kif ukoll l-infrastruttura tal-enerġija meħtieġa;

C. billi t-tnaqqis drammatiku fil-prezzijiet tal-elettriku rinnovabbli offshore għamlu wieħed mis-sorsi tal-enerġija l-aktar ipprezzati b'mod kompetittiv, u l-medja ponderata globali tal-ispiża tal-enerġija eolika offshore naqset bi 48 % bejn l-2010 u l-2020, minn EUR 0,14 għal EUR 0,071 kWh, u konsegwentement element kritiku fit-tranżizzjoni ekoloġika, u dan iwitti t-triq għal ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, u sar wieħed mill-aktar pilastri importanti tal-ambizzjonijiet klimatiċi tal-UE; billi l-enerġija rinnovabbli offshore (ORE) għandha l-kapaċità li tuża sorsi kbar ta' enerġija biex tipproteġi l-unitajiet domestiċi mill-faqar enerġetiku;

D. billi l-istrateġija tal-UE dwar l-enerġija rinnovabbli offshore għandha tqis il-karatteristiċi ġeografiċi differenti tal-baċiri tal-baħar tal-UE, li jagħmluha diffiċli biex jiġi żviluppat approċċ "wieħed tajjeb għal kulħadd";

E. billi s-settur tal-produzzjoni tal-ORE tal-UE huwa mexxej teknoloġiku b'potenzjal sinifikanti li jagħti spinta lill-ekonomija tal-UE billi jappoġġja t-tkabbir tal-produzzjoni tal-enerġija nadifa fl-Ewropa u madwar id-dinja;

F. billi l-ammont totali disponibbli għall-programmi ta' riċerka u żvilupp (R&Ż) tal-UE għall-enerġija eolika offshore matul l-aħħar 10 snin kien ta' EUR 496 miljun; billi l-investimenti pubbliċi fir-R&Ż fil-katina tal-valur tal-enerġija eolika diġà kellhom rwol kruċjali biex is-settur ikun jista' jiżviluppa; billi l-investiment meħtieġ biex jitwettaq l-varar fuq skala kbira tal-ORE sal-2050 huwa stmat li jammonta għal kważi EUR 800 biljun, madwar żewġ terzi għall-finanzjament tal-infrastruttura tal-grilja assoċjata u madwar terz għall-ġenerazzjoni tal-enerġija offshore; billi l-pjan ta' rkupru Next Generation EU jipprovdi opportunità unika biex jiġu mobilizzati ammonti sinifikanti ta' kapital pubbliku flimkien ma' investimenti privati;

G. billi l-ħiliet u l-kwalifiki tal-forza tax-xogħol huma essenzjali għas-suċċess tal-istrateġija tal-enerġija rinnovabbli offshore;

H. billi l-portijiet tal-UE għandhom rwol kruċjali fl-iżgurar li l-enerġija eolika offshore tkun kosteffettiva, u jaġixxu bħala gateway għall-iżvilupp lokali fil-komunitajiet kostali;

I. billi l-Baħar tat-Tramuntana bħalissa huwa r-reġjun ewlieni fid-dinja għall-kapaċità użata fl-enerġija eolika offshore; billi baċiri tal-baħar Ewropej oħra bħalma huma l-Atlantiku, il-Mediterran, il-Baħar Baltiku u l-Baħar l-Iswed huma postijiet promettenti għall-espansjoni tal-varar u l-produzzjoni tal-enerġija eolika offshore fl-UE; billi l-Istati Membri tal-Punent tal-UE li jmissu mal-Atlantiku, għandhom potenzjal naturali għoli għall-enerġija eolika offshore kemm permezz ta' teknoloġija fissa mal-qiegħ kif ukoll galleġġanti; billi l-Istati Membri fin-Nofsinhar tal-UE li jmissu mal-Baħar Mediterran għandhom potenzjal għoli ta' enerġija eolika offshore, primarjament galleġġanti; billi l-Istati Membri tal-UE li jmissu mal-Baħar Baltiku għandhom potenzjal naturali għoli għall-enerġija eolika offshore permezz ta' teknoloġija fissa mal-qiegħ; billi l-Istati Membri fil-Lvant tal-UE li jmissu mal-Baħar l-Iswed għandhom potenzjal kbir ta' enerġija eolika offshore permezz ta' tagħmir imqabbad ma' qiegħ il-baħar kif ukoll galleġġanti;

J. billi hija meħtieġa riċerka addizzjonali dwar l-impatt tal-infrastrutturi u t-teknoloġiji rinnovabbli offshore differenti fuq l-ekosistemi marini, il-bijodiversità marina u ż-żoni marini protetti;

K. billi t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima għandha tkun akkumpanjata mir-restawr tan-natura, mingħajr ma jiġu kompromessi l-miri eżistenti dwar in-natura tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa' lura, kif stabbilit fil-Patt Ekoloġiku Ewropew; billi t-tranżizzjoni tal-enerġija għandha tkun ġusta u inklużiva;

L. billi l-proġetti tal-ORE u l-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali tagħhom jeħtiġilhom isegwu l-approċċ tal-ġerarkija tal-mitigazzjoni; billi meta l-evitar ikun impossibbli jew diffiċli ħafna, għandhom jiġu adottati miżuri ta' tnaqqis, li għandhom jiġu implimentati b'mod effettiv matul il-fażijiet kollha, mill-għażla tas-sit sal-isfruttament u d-dekummissjonar. billi dawn il-miżuri ta' mitigazzjoni jinkludu dawk kontra l-istorbju taħt l-ilma stabbiliti fil-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali;

M. billi l-fattibbiltà li jiġu stabbiliti proġett importanti ta' interess Ewropew komuni għal park eoliku galleġġanti fuq skala kbira u proġett ta' konnessjoni tal-elettrolizzaturi għandha tiġi vvalutata mill-Kummissjoni;

N. billi teżisti l-possibbiltà li wieħed jibbenefika mill-kompatibbiltà bejn ir-rekwiżiti tal-ispazju tal-baħar biex tiġi żgurata l-konformità tal-ORE mal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030; billi l-parks eoliċi offshore jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-bijodiversità marina jekk jitfasslu u jinbnew b'mod sostenibbli; billi l-espansjoni kbira tal-produzzjoni tal-enerġija eolika offshore teħtieġ approċċ intelliġenti biex tiġi żgurata l-koeżistenza tagħha mal-attivitajiet li diġà jseħħu fiż-żoni affettwati, kif ukoll biex issir l-inqas ħsara possibbli lill-ambjent; billi t-tniġġis akustiku mill-kostruzzjoni u l-operat tal-parks eoliċi, u speċjalment mit-trasport marittimu, għandu impatt fuq l-ekosistema marina u għandu jiġi indirizzat fil-leġiżlazzjoni ambjentali; billi l-involviment tal-iżviluppaturi tal-enerġija rinnovabbli f'fażi bikrija tal-proċess, bla dubju se jikkontribwixxi għall-allokazzjoni b'suċċess tal-ispazju tal-baħar; billi l-allokazzjoni tal-ispazju għandha tkun ir-riżultat ta' ppjanar konġunt tal-ispazju marittimu u ġestjoni integrata tal-kosta li tmur lil hinn mill-fruntieri nazzjonali; billi rendimenti tal-elettriku mit-turbini eoliċi offshore jissuperaw dawk tat-turbini onshore u huwa aktar probabbli li jiġu aċċettati minn dawk li jgħixu fil-qrib;

O. billi ma għandha tkun permessa l-ebda attività tal-bniedem, inkluża l-enerġija rinnovabbli, f'żoni strettament protetti tal-UE deżinjati bħala tali fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030;

P. billi l-għan tal-istrateġija li jiġi pprovdut qafas fit-tul li jippromwovi koeżistenza soda bejn l-infrastrutturi offshore u użi oħra tal-ispazju tal-baħar, jikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent u jagħti lok għal komunitajiet tas-sajd prosperużi;

Q. billi tranżizzjoni ġusta tal-ħaddiema mis-settur taż-żejt u tal-gass offshore lejn is-settur tal-ORE għandha tiġi appoġġjata billi jittejjeb ir-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom; billi r-rispett tal-ogħla standards soċjali u ambjentali huwa importanti;

R. billi l-użu tal-ORE jiddependi mill-isforzi tas-settur pubbliku u dak privat; billi l-kumpaniji bi sjieda pubblika jista' jkollhom rwol flimkien mal-kumpaniji privati fis-settur tal-ORE; billi r-reviżjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-akkwist pubbliku għandha tipprovdi aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika, inklużi l-proġetti tal-ORE;

1. Jemmen li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bl-użu tal-ORE hija vitali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u biex jinżamm l-impenn tal-UE li tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050, f'konformità mal-aħħar evidenza xjentifika, kif ikkonfermat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-pjan ta' rkupru Next Generation EU; jisħaq li ekonomija newtrali għall-klima tirrikjedi li l-enerġija rinnovabbli tiġi implimentata fuq skala bla preċedent; jisħaq li ħafna Stati Membri għadhom lura fl-implimentazzjoni tal-enerġija u l-infrastruttura rinnovabbli meħtieġa; jisħaq ukoll li l-Istati Membri kollha għandhom jagħmlu sforzi konsiderevoli biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom ta' enerġija rinnovabbli; jenfasizza li l-UE mhux se tkun tista' żżomm l-impenji klimatiċi tagħha jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni ulterjuri biex jiġi aċċellerat l-varar tal-ORE;

2. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-ORE u teknoloġiji tal-enerġija rilevanti oħra, komponenti ewlenin tas-sistema tal-enerġija tal-UE sal-2050;

3. Jenfasizza li l-iffrankar enerġetiku, l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli huma fost il-fatturi ewlenin tal-kisba ta' ekonomija newtrali għall-klima; ifakkar fl-impenn tal-Unjoni favur il-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" u jissottolinja l-importanza tal-implimentazzjoni ta' dan il-prinċipju fil-leġiżlazzjoni u l-inizjattivi rilevanti kollha;

4. Jenfasizza li l-miri tal-produzzjoni tal-enerġija għall-ORE fil-baċiri tal-baħar kollha tal-UE, kif deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2020)0741, huma mill-inqas 60 GW sal-2030 u 340 GW sal-2050; ifakkar li skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-komunikazzjoni COM(2020)0562[16], il-kapaċità installata ta' enerġija eolika offshore għandha tkun bejn 70 u 79 GW biex tiġi żgurata rotta kostkompetittiva għal tnaqqis ta' 55 % sal-2030; jistieden lill-Istati Membri u lis-settur pubbliku u dak privat jaqbżu l-mira ta' tnaqqis ta' 55 % sal-2030; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrevedi r-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat biex tiġi żgurata tranżizzjoni kostkompetittiva appoġġjata minn suq li jiffunzjona tajjeb li jimbotta l-użu tal-enerġija eolika offshore; jinnota li hemm żoni b'potenzjal tal-ORE li fil-biċċa l-kbira għadu mhux sfruttat, bħall-Atlantiku, il-Mediterran, il-Baħar Baltiku jew il-Baħar l-Iswed; jisħaq li d-deċiżjoni li jinstab spazju għal din il-kapaċità addizzjonali tal-ORE sal-2030 hija tal-akbar importanza u għandha titqies bħala prijorità u tali spazju għandu jiġi identifikat fl-UE qabel l-2023/2024 biex il-kostruzzjoni tkun tista' ssir sal-2030; jirrimarka li l-kompetittività tal-enerġija eolika offshore u l-enerġija mill-oċeani bħala sors tal-enerġija se tkompli tiżdied u l-prezzijiet se jkomplu jonqsu aktar b'pass mal-iżvilupp u l-varar fuq bażi kontinwa; jirrimarka li l-ORE hija sors vijabbli ta' enerġija u li sistema tal-enerġija sostenibbli u affidabbli jeħtieġ li tikkombina l-ORE ma' teknoloġiji oħra tal-enerġija, opportunitajiet ta' ħżin u konsum flessibbli tal-enerġija;

5. Jemmen li l-ORE jeħtiġilha tkun sostenibbli tul il-katina tal-valur kollha u jkollha impatti negattivi limitati fuq l-ambjent u fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; ifakkar fil-wegħda tal-Patt Ekoloġiku Ewropew li ħadd ma għandu jitħalla jibqa' lura; jissottolinja li l-benesseri tan-nies għandu jkun fil-qalba tat-tranżizzjoni ekoloġika;

6. Jinnota l-vantaġġ kompetittiv tal-kumpaniji u t-teknoloġiji tal-UE fis-settur tal-ORE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-UE qed iżżomm it-tmexxija teknoloġika, filwaqt li żżomm it-talent u tipprovdi enerġija sostenibbli, sikura u bi prezz affordabbli filwaqt li tqis l-impatti potenzjali, inklużi dawk relatati mat-tibdil fil-klima u l-impatti fuq l-ambjent marin; jisħaq fuq l-importanza li jinżamm dan il-vantaġġ kompetittiv; jissottolinja l-potenzjal ta' tkabbir sinifikanti tas-settur u l-kontribut tiegħu għall-ekonomija tal-UE, inklużi l-esportazzjonijiet tat-teknoloġiji u tas-sistemi; jisħaq fuq l-importanza tal-appoġġ għall-investimenti fir-R&Ż u tal-progress abbażi tas-sistema industrijali innovattiva tat-teknoloġija tal-ORE permezz ta' kollaborazzjoni u sħubija transfruntiera fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa sabiex jiġu ffaċilitati u appoġġjati ktajjen tal-valur Ewropej robusti, li huma kruċjali għat-tranżizzjoni doppja, filwaqt li jiġi żgurat l-użu rapidu tal-innovazzjonijiet żviluppati f'dan il-qasam; jenfasizza l-importanza ta' postijiet tax-xogħol industrijali ta' kwalità għolja biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni ġusta;

7. Jissottolinja l-ħtieġa li tinżamm katina ta' provvista nadifa, kompetittiva u sostenibbli għall-ORE fl-Unjoni Ewropea; jisħaq għalhekk fuq il-ħtieġa li l-fornituri japplikaw l-ogħla standards tal-kwalità, tas-saħħa, tas-sikurezza u ambjentali skont iċ-ċertifikazzjoni u l-istandards Ewropej determinati fi proċess ta' djalogu mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li jiġu minimizzati l-kostijiet tat-trasport fil-katina tal-provvista; jemmen li l-offerti pubbliċi għandhom iqisu dawn l-elementi;

8. Jenfasizza li l-varar tal-ORE huwa opportunità ideali għar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer biex jiddekarbonizzaw it-taħlita tal-enerġija tagħhom u jnaqqsu b'mod drammatiku d-dipendenza tagħhom fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili; jitlob li tiġi intensifikata l-inizjattiva "Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-UE", b'enfasi qawwija fuq l-ORE; ifakkar li l-gżejjer huma partikolarment affettwati miż-żieda fil-livell tal-baħar;

9. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq, mill-aktar fis possibbli, valutazzjoni tal-impatt biex tiċċara l-impatti ekonomiċi u soċjoekonomiċi tal-ORE, b'enfasi speċjali fuq l-impjiegi eżistenti u l-ħolqien tal-impjiegi bl-implimentazzjoni ta' bejn 300 u 450 GW ta' kapaċità sal-2050;

10. Jitlob lill-awtoritajiet kompetenti lokali jivvalutaw l-inizjattivi li jagħtu spinta lill-ekonomiji lokali, l-impjiegi sostenibbli lokali u l-attivitajiet ekonomiċi bl-użu tal-ORE; jitlob l-identifikazzjoni tas-sinerġiji bejn is-setturi li jistgħu jappoġġjaw bl-aħjar mod it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u li jgħinu biex l-irkupru ekonomiku jibqa' validu fil-futur, flimkien mal-iżvilupp ta' sinerġiji mal-azzjonijiet li jagħtu lok għal ekonomija blu sostenibbli;

Infrastruttura u grilji

Investiment fl-infrastruttura

11. Jisħaq fuq l-urġenza li tittejjeb u tiġi estiża l-infrastruttura eżistenti, mingħajr preġudizzju għall-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar in-natura, biex ikun jista' jiżdied l-użu ta' elettriku bbażat fuq l-enerġija rinnovabbli; jiddispjaċih li għadd ta' Stati Membri għadhom ma laħqux il-mira tagħhom ta' interkonnessjoni elettrika ta' 10 % sal-2020 u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw infrastruttura adegwata, bħal linji ta' trażmissjoni, biex jintegraw u jittrasportaw l-elettriku offshore mill-ORE; ifakkar fil-mira tal-UE għall-2030 ta' interkonnessjoni tal-elettriku ta' 15 % sal-2030, li hija stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Azzjoni Klimatika tal-Unjoni tal-Enerġija; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta li tista' tħaffef l-varar tal-mira ta' interkonnessjoni; iqis li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jiżviluppaw ftehimiet dwar l-infrastruttura tal-enerġija offshore ma' reġjuni ġeografiċi tal-viċinat;

12. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw infrastruttura adegwata fl-UE biex jiġi żgurat l-varar kosteffettiv tal-ORE;

13. Jirrimarka l-importanza li jiġi żgurat żvilupp sostenibbli u responsabbli tas-settur tal-ORE, filwaqt li jitqies ir-rwol importanti tat-trasport marittimu u l-portijiet marittimi; jisħaq li l-iżvilupp tal-ORE għandu jqis il-ħtieġa ta' kurituri u rotot ta' aċċess marittimi sikuri, u żoni ta' ankraġġ għat-trasport marittimu, kif ukoll l-iżvilupp futur potenzjali ta' rotot ta' aċċess marittimi għall-portijiet; jissottolinja l-importanza ta' portijiet marittimi moderni, sostenibbli u innovattivi għall-assemblaġġ, il-manifattura u l-manutenzjoni tat-tagħmir tal-ORE, u l-investiment konsiderevoli meħtieġ biex jittejbu l-infrastrutturi portwarji, inklużi t-terminals tat-trasport u l-bastimenti għall-provvediment ta' dawn is-servizzi; jinnota r-rwol tal-portijiet marittimi bħala punti ta' żbark onshore għall-enerġija rinnovabbli ġġenerata offshore u l-loġistika aassoċjata, u bħala hubs tal-enerġija rinnovabbli għall-konnessjonijiet tal-grilja elettrika offshore u l-interkonnetturi transfruntieri;

14. Jissottolinja li l-aċċess għall-enerġija rinnovabbli offshore se jikkontribwixxi wkoll għall-ekoloġizzazzjoni tal-portijiet, anki f'termini tal-provvista tal-elettriku onshore għall-bastimenti meta jkunu rmiġġati u l-iżvilupp tagħhom bħala raggruppamenti industrijali ċirkolari; jisħaq li l-pjanijiet spazjali marittimi tal-Istati Membri għandhom ikunu kompatibbli max-xejriet futuri, inklużi l-flussi tat-traffiku ġodda, ir-rotot ġodda tat-tbaħħir u l-bastimenti ta' daqs akbar, u għandhom jiżguraw il-koeżistenza tal-infrastruttura tal-enerġija offshore mar-rotot tat-trasport marittimu, l-industrija tas-sajd, l-iskemi ta' separazzjoni tat-traffiku, iż-żoni ta' ankraġġ, l-attivitajiet u l-aċċess navali, u l-iżvilupp portwarju; jemmen bis-sħiħ li għandhom jiġu żgurati l-ogħla livelli ta' sikurezza għall-bastimenti li jgħaddu qrib l-infrastrutturi tal-ORE, inkluża kopertura suffiċjenti tas-servizzi tat-traffiku tal-bastimenti u l-provvista ta' bastimenti ta' appoġġ ta' emerġenza fiż-żona;

15. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tar-Regolament TEN-E biex jinkiseb l-objettiv tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-leġiżlazzjoni ssir adatta għall-mira ta' 1,5 °C, u jilqa' wkoll l-attenzjoni li tiddedika għall-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tas-settur tal-ORE; jisħaq li l-iżvilupp ta' assi eoliċi offshore ibridi u radjali sostenibbli u effiċjenti għall-ġenerazzjoni, l-interkonnessjoni u t-trażmissjoni jeħtieġ ippjanar u investiment pubbliku u privat li jħares 'il quddiem; jemmen bil-qawwa li l-oqfsa regolatorji għandhom jiffaċilitaw l-investimenti antiċipatorji; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-allinjament bejn il-pjanijiet ta' żvilupp tal-grilja onshore u offshore, inkluż permezz tal-identifikazzjoni tal-punti ta' żbark għall-konnessjonijiet offshore u t-trażmissjoni tal-enerġija prodotta għall-grilji onshore; iħeġġeġ lill-Istati Membri jħaffu l-infrastruttura meħtieġa tal-grilja biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni ekoloġika, li għaliha l-elettrifikazzjoni hija kruċjali; jirrikonoxxi li l-investimenti kbar li saru, li sikwit jiġu implimentati simultanjament, se jirrikjedu ppjanar bir-reqqa u preċiż;

16. Jissottolinja l-importanza li l-Istati Membri jiddefinixxu u jaqblu b'mod konġunt biex jikkooperaw dwar l-ammont ta' ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli offshore li għandu jiġi introdott f'kull baċir tal-baħar fl-2030, l-2040 u l-2050, f'termini tal-iżgurar tas-sigurtà tal-investiment u l-kisba tal-għanijiet tal-klima u l-enerġija;

17. Jirrikonoxxi l-potenzjal għall-ORE fil-baċiri tal-baħar Ewropej kollha u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu javvanzaw it-teknoloġiji ewlenin li se jisfruttaw din l-enerġija;

18. Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni fir-rigward tal-istrateġija biex tiffaċilita d-djalogu dwar is-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali tal-ORE u biex tippromwovi "komunità ta' prattika" fejn il-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-industrija, l-NGOs, is-sajjieda u x-xjenzati, ikunu jistgħu jiskambjaw il-fehmiet, jikkondividu l-esperjenzi u jaħdmu fuq proġetti konġunti fi stadju bikri;

19. Jinnota l-vantaġġi potenzjali li jiġu kkombinati l-faċilitajiet ta' produzzjoni offshore u l-assi ta' trażmissjoni fil-proċess tal-offerti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri janalizzaw il-potenzjal u l-isfidi possibbli ta' dan l-approċċ ta' sejħiet għall-offerti b'kamp ta' applikazzjoni sħiħ u jivvalutaw l-applikabbiltà tiegħu għal strutturi differenti; jisħaq li din l-analiżi għandha tqis l-isfidi possibbli fir-rigward tal-iżgurar ta' inċentivi u ppjanar ottimali ta' grilji ta' trażmissjoni offshore u onshore;

20. Ifakkar li l-produzzjoni tal-elettriku mill-ORE toħloq ukoll opportunità għall-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli kif deskritt fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni COM(2020)0741, COM(2020)0299 u COM(2020)0301;

21. Jinnota l-komplementarjetà inerenti bejn teknoloġiji differenti tal-enerġija rinnovabbli, f'termini ta' infrastruttura kondiviża, sinerġiji tal-katina tal-provvista u produzzjoni aggregata tal-enerġija aktar affidabbli;

22. Jissottolinja l-ħtieġa li jsir investiment fl-infrastruttura biex tiġi appoġġjata l-espansjoni tas-settur tal-ORE, b'mod partikolari investiment fil-portijiet biex jakkomodaw turbini u komponenti akbar, jipprovdu għal operazzjonijiet u manutenzjoni (inklużi faċilitajiet ta' taħriġ), kif ukoll jibnu ċentri ta' dekummissjonar u manifattura għat-tagħmir tal-enerġija mir-riħ offshore mqabbad ma' qiegħ il-baħar u galleġġanti; jenfasizza l-fatt li l-ORE se jkollha rilevanza kritika għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u li jridu jittieħdu miżuri meħtieġa sabiex l-infrastruttura tiġi protetta kontra l-attakki ċibernetiċi;

Kollaborazzjoni mal-Istati Membri

23. Jisħaq li l-kollaborazzjoni tal-Istati Membri hija vitali sabiex jiġi massimizzat l-użu effettiv tar-riżorsi tal-enerġija offshore, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull żona; jenfasizza l-importanza tal-Kooperazzjoni tal-Enerġija fl-Ibħra tat-Tramuntana u l-ħtieġa li r-Renju Unit jerġa' jiġi inkluż; jinnota li l-qafas legali attwali għandu jittejjeb sabiex jiffaċilita tali kollaborazzjoni sal-punt li jkun suffiċjenti; jemmen bis-sħiħ li n-nuqqas ta' żieda fil-kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u pajjiżi mhux tal-UE interkonnessi se jimpedixxi l-introduzzjoni tal-enerġija offshore; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-azzjoni meħtieġa mingħajr ebda dewmien ulterjuri; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jikkoordinaw u jressqu minnufih pjanijiet għall-iżvilupp offshore;

24. Jisħaq li l-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri u l-istati ġirien fil-livell tal-baċiri tal-baħar għandha titrawwem permezz ta' ppjanar konġunt, billi jitneħħew l-ostakoli regolatorji, u wkoll billi jinħolqu mapep reġjonali tal-użu spazjali marin li jkunu aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha u li jkunu riveduti regolarment permezz ta' qafas ta' monitoraġġ komuni;

25. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkoordina mal-Istati Membri biex tappoġġja l-varar ta' mill-inqas 100 MW ta' enerġija mill-mewġ u mill-marea sal-2025 u ta' mill-inqas 1 GW sal-2030;

26. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 347/20131 u tappoġġja l-ħolqien ta' punt uniku ta' kuntatt għal kull kuritur tal-grilja offshore ta' prijorità, li għandu jiffaċilita l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-proċess tal-permessi għal proġetti tal-ORE ta' interess komuni;

Tisħin u tkessiħ distrettwali

27. Jinnota li l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ diretti prodotti bl-użu tal-ORE jistgħu jikkontribwixxu għall-ekoloġizzazzjoni ta' kwalunkwe użu finali tal-elettriku, bħall-pompi tas-sħana, u b'hekk iwasslu għat-tnaqqis u eventwalment għall-eliminazzjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra; jenfasizza l-potenzjal li l-ORE tiġi inkorporata fit-tisħin distrettwali permezz ta' elettriku nadif u pompi tas-sħana;

28. Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-aħjar prattiki minn swieq maturi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali għall-benefiċċju tas-swieq emerġenti; jisħaq li l-Istati Membri kapaċi jibnu l-kapaċità li jaħżnu t-tisħin u t-tkessiħ u b'hekk jinkoraġġixxu l-użu ta' ORE fluttwanti kbar; jisħaq li n-nuqqas ta' data u n-nuqqas ta' konnessjoni mal-istrateġiji ta' rinnovazzjoni tal-bini fil-livell muniċipali qed iżommu lura l-integrazzjoni ulterjuri tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-swieq tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali;

29. Jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali fl-ippjanar strateġiku għat-tisħin u t-tkessiħ u fl-għoti ta' appoġġ lill-operaturi tal-enerġija distrettwali billi jneħħu r-riskji tal-investimenti u jiffaċilitaw l-aċċess għal finanzjament dirett mis-settur pubbliku;

Riċerka u żvilupp

30. Jemmen bis-sħiħ li l-UE u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw ir-riċerka u l-iżvilupp b'rabta ma' interkonnetturi b'diversi użi (MPIs); jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħoloq qafas fit-tul għall-MPIs li jkun jista' jintegra b'mod effiċjenti s-swieq offshore u onshore; jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-manifatturi ta' tagħmir differenti fl-iżvilupp ta' standard komuni li jkun jista' jiżgura l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà fost l-interkonnetturi; jenfasizza li teknoloġiji ġodda, bħall-MPIs, jeħtieġ li jiġu ddisinjati, ittestjati, murija u meħlusa mir-riskji sabiex jitħaffef id-dħul fis-suq; jitlob li jinħolqu kundizzjonijiet ta' qafas xierqa sabiex jiġi żgurat li dawn it-teknoloġiji jiġu żviluppati malajr;

31. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-settur privat iżidu l-investiment rigward ir-riċerka u l-iżvilupp fid-disinn tal-ORE ċirkolari u li jinkludi n-natura, kif ukoll fit-teknoloġija għar-riċiklaġġ u ż-żarmar tal-istazzjonijiet tal-ORE;

32. Jissottolinja li s-settur tal-ORE tal-UE qed jiddependi wkoll minn materja prima u komponenti importati għall-produzzjoni u li l-katina tal-provvista ta' dawn il-materjali għandha tiġi protetta; itenni l-ħtieġa li l-fornituri japplikaw l-ogħla standards ta' kwalità, saħħa, sikurezza u ambjent skont iċ-ċertifikazzjoni u l-istandards Ewropej;

33. Jemmen bis-sħiħ li l-UE u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw ir-riċerka u l-iżvilupp b'rabta ma' stazzjonijiet tal-enerġija mir-riħ, mill-marea, mill-mewġ u mill-kurrenti offshore galleġġanti, li jistgħu jiġu adattati għall-kundizzjonijiet differenti ta' qiegħ il-baħar fl-Ewropa; jissottolinja wkoll, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-iżvilupp, iż-żieda u l-kummerċjalizzazzjoni tad-dekarbonizzazzjoni tal-katina tal-valur kollha kemm hi tal-ORE, ta' teknoloġiji li jużaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli bħall-enerġija mir-riħ offshore għad-dekarbonizzazzjoni ta' setturi oħra, u ta' akkoppjament tas-setturi, u tiġi appoġġjata r-riċerka fihom;

34. Jenfasizza l-ħtieġa li l-ORE tiġi sfruttata fl-ilmijiet fondi; jenfasizza li t-teknoloġija galleġġanti tippermetti l-aċċess għal veloċitajiet ogħla u aktar kostanti tar-riħ li jistgħu jimminimizzaw ukoll l-impatt ambjentali tat-turbini u jnaqqsu l-pressjoni assoċjata mal-ippjanar kostali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu r-riċerka, l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-innovazzjoni relatati ma' teknoloġiji bħall-pjattaformi galleġġanti; jisħaq li din hija opportunità eċċellenti biex l-UE ssir mexxejja globali fit-teknoloġiji tal-ORE li se jkunu kruċjali għad-dekarbonizzazzjoni;

35. Iqis li huwa essenzjali li jkun hemm segmenti ewlenin tal-ktajjen tal-valur tal-enerġija rinnovabbli fl-Ewropa sabiex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-UE u jinġiebu benefiċċji ekonomiċi sinifikanti għar-residenti; jappella għal miżuri adegwati biex jappoġġjaw ir-rwol tal-kontenut lokali Ewropew fil-katina tal-provvista u l-leġiżlazzjoni tal-istrateġija tal-enerġija rinnovabbli;

36. Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment huma impenjati li jaħdmu ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħra biex jappoġġjaw investimenti strateġiċi u ta' riskju ogħla fl-enerġija offshore permezz ta' InvestEU, filwaqt li jiżguraw li l-UE tibqa' mexxej teknoloġiku;

37. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, jagħmlu użu akbar mill-fondi tal-Unjoni biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-ORE fil-gżejjer u t-territorji ultraperiferiċi bil-għan li jnaqqsu b'mod effiċjenti d-dipendenza tagħhom mill-fjuwils fossili;

38. Jenfasizza li l-espansjoni tal-ORE se tirrikjedi forza tax-xogħol speċjalizzata u kwalifikata kbira ferm u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jantiċipaw nuqqas ta' ħaddiema tas-sengħa billi jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti, filwaqt li jqisu s-saħħa u s-sikurezza; jappoġġja l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tappoġġja lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u reġjonali fil-ħolqien u t-twettiq ta' programmi ta' edukazzjoni u taħriġ speċifiċi għall-ORE u l-ħtieġa li jiġi żviluppat grupp ta' ħiliet fil-qasam tal-ORE; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-qasam tal-ORE fl-aġenda Ewropea għall-ħiliet li jmiss tagħha sabiex tgħin lill-individwi, lill-intrapriżi multinazzjonali u lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa għas-settur tal-ORE; jissottolinja l-importanza tal-impjieg tan-nisa fl-ambjent tekniku ħafna tas-settur offshore;

39. Jemmen li, matul iċ-ċiklu sħiħ tal-proġett, huwa kruċjali li l-enerġija offshore rinnovabbli tiġi disinjata, żviluppata u varata b'mod ċirkolari u rinnovabbli; jisħaq b'mod speċjali li l-ammont sostanzjali ta' metalli u minerali meħtieġa biex jappoġġjaw it-tkabbir tat-teknoloġiji rinnovabbli jeħtieġ li jinkiseb b'mod responsabbli u ċirkolari;

40. Jenfasizza l-opportunità sinifikanti li jiġi żviluppat idroġenu rinnovabbli offshore li jista' jikkontribwixxi għal żvilupp usa' tas-suq tal-idroġenu rinnovabbli; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif is-sorsi tal-ORE jistgħu jwittu t-triq għall-iżvilupp tal-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli;

41. Jenfasizza l-importanza tal-investiment privat u pubbliku fis-settur tal-ORE għall-varar fuq skala kbira tat-teknoloġiji tal-ORE; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tadatta l-programm Orizzont Ewropa għall-iżvilupp, iż-żieda u l-kummerċjalizzazzjoni ta' teknoloġiji u innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fl-Unjoni sabiex jitnaqqas id-distakk bejn l-innovazzjoni u l-introduzzjoni fis-suq, billi jiġi pprovdut finanzjament ta' riskju għal proġetti ta' teknoloġija u ta' dimostrazzjoni fi stadju bikri u billi jiġu żviluppati ktajjen tal-valur bikrin bħala appoġġ għall-iżvilupp tal-infrastruttura tar-riċerka, anke bil-għan li jitnaqqsu d-distakki eżistenti bejn l-Istati Membri;

42. Jenfasizza li l-ħiliet imtejba fis-settur tal-ORE u l-għarfien speċifiku għas-settur huma assi li jistgħu jiġu esportati lejn pajjiżi mhux tal-UE u b'hekk jistgħu jappoġġjaw l-esportazzjoni tas-servizzi min-naħa tal-UE u jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-livell globali;

Permessi u pjanijiet tal-ispazju marittimu

Is-simplifikazzjoni tal-ħruġ tal-permessi

43. Jisħaq li biex jintlaħqu l-miri tal-2030 u tal-2050 jeħtieġ li jitħaffef il-varar tal-ORE; jenfasizza l-ħtieġa ta' ġestjoni aktar sostenibbli tal-ispazju marittimu u tal-kosti sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-ORE; jemmen bis-sħiħ li proċess ta' ppjanar tal-ispazju marittimu xieraq jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn approċċ sod favur il-parteċipazzjoni pubblika sabiex jiġu kkunsidrati l-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati u tal-komunitajiet kostali kollha; jinnota li l-interess kbir fl-ORE se jattira għadd dejjem akbar ta' applikazzjonijiet għal permessi; jistieden lill-Istati Membri jissimplifikaw b'mod urġenti l-proċeduri rilevanti u jikkoordinaw l-isforzi tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jħaddnu l-punti uniċi ta' kuntatt;

44. Jinnota l-proċess attwali li jieħu fit-tul għall-varar ta' proġetti tal-ORE u l-ħtieġa urġenti li jitħaffef il-pass sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-2030 u tal-2050; jinnota li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri u tal-istandards tekniċi fil-livell tal-Istati Membri se tiffaċilita varar aktar mgħaġġel; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu proċess trasparenti u jqisu li jintroduċu limiti ta' żmien għall-ħruġ ta' permessi, inklużi l-istudji u l-valutazzjonijiet ambjentali meħtieġa kif ukoll il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, u jintroduċu limiti ta' żmien għall-awtorizzazzjoni meta jkunu ġew ipprovduti dossiers kompluti għalkollox, bi skadenza għal deċiżjoni; jisħaq fuq l-importanza li jitqassru l-proċeduri fejn meħtieġ u li jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-iskadenzi jiġu rispettati;

45. Jissottolinja l-importanza u l-potenzjal ta' siti liċenzjati għall-iżvilupp offshore approvati minn qabel kif ukoll it-tqegħid ta' linji ta' konnessjoni u trażmissjoni sabiex titneħħa l-inċertezza li tikkonċerna l-proġetti u jitnaqqsu l-ħinijiet tat-twassil;

46. Iqis li huwa tal-ogħla importanza li jinbena kunsens pubbliku wiesa' dwar il-proġetti tal-ORE permezz tal-involviment tal-atturi lokali sabiex tiżdied l-aċċettazzjoni pubblika tal-enerġija mir-riħ offshore u tal-infrastrutturi kbar li teħtieġ; jappella għall-involviment trasparenti u sinifikattiv tal-komunitajiet kostali fil-proġetti, inklużi dawk li jinsabu fil-gżejjer u r-reġjuni l-aktar periferiċi, kif ukoll partijiet ikkonċernati oħra; jisħaq fuq l-importanza li tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku in ġenerali fil-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli biex jinkisbu indipendenza enerġetika u provvista sigura tal-enerġija; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw one-stop shops b'informazzjoni simplifikata dwar il-possibbiltajiet ta' finanzjament għal proġetti ta' dimostrazzjoni għal teknoloġiji tal-ORE rivoluzzjonarji;

L-allinjament tal-pjanijiet tal-ispazju marittimu u tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima

47. Jinnota li l-ispazju totali meħtieġ biex jiġi żgurat li l-kapaċità tal-enerġija mir-riħ offshore għall-ibħra tat-Tramuntana tilħaq l-għanijiet tal-2050 huwa mistenni li jkun ta' 2,8 %; jemmen bis-sħiħ li l-involviment bikri tal-iżviluppaturi tal-ORE fil-proċess se jikkontribwixxi għall-allokazzjoni b'suċċess tal-ispazju tal-baħar; jisħaq li l-allokazzjoni tal-ispazju għandha tkun ir-riżultat ta' ppjanar konġunt tal-ispazju marittimu u ta' ġestjoni integrata tal-kosta li tmur lil hinn mill-fruntieri nazzjonali; jitlob li proċess trasparenti u pjanijiet tal-ispazju marittimu reġjonali jkunu aċċessibbli sabiex jiġi ffaċilitat approċċ bikri u inklużiv għall-partijiet ikkonċernati kollha;

48. Jiġbed l-attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-proġett iffinanzjat minn Orizzont 2020 dwar l-użu multiplu f'ibħra Ewropej li qed jesplora l-opportunitajiet għal użu multiplu f'ibħra Ewropej fil-ħames baċiri tal-baħar tal-UE; ifakkar fil-gwida tiegħu li l-iżvilupp sostenibbli tal-oċean ma jistax jibqa' jiddependi minn ġestjoni ta' settur wieħed, iżda jirrikjedi approċċ aktar olistiku u integrat, u li l-użu multiplu mhuwiex limitat għall-kondiviżjoni tal-"istess" spazju marittimu, iżda għandu jħaddan l-użu konġunt ta' infrastrutturi u ta' assi oħra u attivitajiet konġunti;

49. Jissottolinja l-urġenza li jiġi żgurat spazju suffiċjenti għall-iżvilupp tal-ORE, u jqis li l-ħtiġijiet tal-użu multiplu għandhom jiġu ffaċilitati u inċentivati b'mod proattiv permezz ta' korpi regolatorji pubbliċi u programmi ta' appoġġ rispettivi, li jmorru ferm lil hinn minn sempliċi soluzzjonijiet ta' ppjanar tal-ispazju; jinnota li meta kienu qegħdin jiżviluppaw il-pjanijiet tal-ispazju marittimu, l-Istati Membri ntalbu jfittxu mhux biss l-aħjar data disponibbli u parteċipazzjoni pubblika wiesgħa, iżda wkoll opportunitajiet għall-kolokazzjoni tal-attivitajiet marittimi;

50. Jinnota li skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri kellhom l-obbligu jissottomettu l-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima (NECPs) sal-31 ta' Diċembru 2019 u għandhom l-obbligu jissottomettu rapport ta' progress kull sentejn; jinnota li skont id-Direttiva (UE) 2014/89, l-Istati Membri kellhom l-obbligu jfasslu pjanijiet tal-ispazju marittimu sal-31 ta' Marzu 2021; jiddeplora l-fatt li mhux l-Istati Membri kollha ppreżentaw il-pjanijiet tal-ispazju marittimu tagħhom u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni; jinnota r-riskju ta' inkompatibbiltà tal-NECPs u tal-pjanijiet tal-ispazju marittimu fir-rigward tal-allokazzjoni spazjali; jisħaq li hemm bżonn ta' allinjament urġenti tad-Direttiva dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu u tar-Regolament dwar l-NECP, kif ukoll ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkoordinaw u jistabbilixxu minnufih pjanijiet għall-iżvilupp offshore għall-2030 u għal wara l-2030;

51. Jilqa', f'dan ir-rigward, l-għan tal-istrateġija li tipprovdi qafas fit-tul li jippromwovi koeżistenza soda bejn installazzjonijiet offshore u użi oħra tal-ispazju tal-baħar u tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent;

52. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw approċċ sħiħ u olistiku favur iċ-ċiklu tal-ħajja meta jippjanaw u jvaraw il-kapaċità tal-ORE ta' 300 GW sa 450 GW sal-2050;

53. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi tal-impatti tad-dekummissjonar tal-installazzjonijiet offshore u tadotta, jekk ikun meħtieġ, strateġija tal-UE dwar id-dekummissjonar sostenibbli tal-installazzjonijiet offshore sabiex jiġu minimizzati l-impatti fuq l-ambjent, fuq is-sikurezza u fuq l-ekonomija; jenfasizza li strateġija bħal din għandha tinkludi ż-żarmar tal-infrastruttura eżistenti u tkopri attivitajiet futuri ta' dekummissjonar; jisħaq li qafas legali futur għall-UE kollha jkun meħtieġ biss jekk l-analiżi turi nuqqasijiet sinifikanti fl-istrumenti u l-qafas legali attwali fl-Istati Membri tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas ta' monitoraġġ sempliċi li jkun jista' jiżgura rappurtar trasparenti u effiċjenti dwar il-progress tal-varar tal-ORE li juri jekk l-Istati Membri humiex fit-triq it-tajba biex jilħqu l-miri tal-2030 u tal-2050 inkwantu l-GW; jemmen li l-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament, f'konformità mar-rekwiżiti ta' rappurtar skont id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, dwar jekk il-varar tal-ORE huwiex fit-triq it-tajba;

54. Jitlob li, sal-2025, il-pali tat-turbini eoliċi dekummissjonati jkunu pprojbiti milli jintremew fil-landfills tal-UE kollha kemm hi sabiex tiġi żgurata ċ-ċirkolarità, jiġu minimizzati l-impatti ambjentali negattivi fuq il-ħamrija u l-oċeani u jiżdied il-livell ta' protezzjoni tal-ħamrija;

Id-disinn tas-suq

55. Jisħaq li l-użu tal-ORE jiddependi mill-implimentazzjoni adegwata ta' regoli tas-suq imfassla tajjeb u qafas regolatorju stabbli minħabba t-tul ta' żmien ta' tali investimenti; jenfasizza li l-ispiża tal-enerġija mir-riħ offshore naqset b'mod drammatiku matul l-aħħar għoxrin sena, u, bħala riżultat, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-aħjar kundizzjonijiet ta' qafas possibbli għal żvilupp tal-enerġija mir-riħ offshore xprunat mis-suq; jisħaq li, mingħajr eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili u tas-sussidji tal-fjuwils fossili kemm jista' jkun malajr u żieda konsiderevoli fil-produzzjoni tal-enerġija mir-riħ offshore, ikun impossibbli li sal-aħħar tas-seklu jintlaħqu l-għanijiet tal-enerġija rinnovabbli u jiġi limitat it-tisħin globali għal inqas minn 1,5°C;

56. Jitlob li l-valutazzjoni tad-distribuzzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji bejn il-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni tal-ORE tkun sostenibbli u soċjoekonomikament vijabbli, filwaqt li tiżgura l-inċentivi t-tajba u qafas regolatorju stabbli għall-iżviluppaturi; jisħaq li l-inċertezza rigward id-distribuzzjoni tal-kostijiet u tal-benefiċċji qed tiskoraġġixxi lill-kumpaniji milli jvaraw proġetti tal-ORE; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-pubblikazzjoni tal-gwida tal-UE dwar il-kondiviżjoni tal-kostijiet u l-benefiċċji ta' proġetti ibridi offshore;

57. Jisħaq li l-istrumenti ta' finanzjament eżistenti tal-UE, bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, jistgħu jappoġġjaw il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament meħtieġ għall-promozzjoni ta' soluzzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli transfruntiera u proġetti konġunti fl-UE; jinnota li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tista' tintuża biex tidentifika siti potenzjali ta' żvilupp offshore u tiffinanzja l-istudji meħtieġa u x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni għal proġetti bejn żewġ Stati Membri tal-UE jew aktar;

58. Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri, fejn rilevanti, jinkludu proġetti tal-ORE fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom u fi programmi nazzjonali oħra ffinanzjati permezz ta' fondi tal-UE;

59. Jappella għal reviżjoni tal-qafas regolatorju eżistenti li jirregola s-swieq tal-elettriku tal-UE sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-ORE u jiġu eliminati ostakoli kummerċjali artifiċjali, prezzijiet fissi, sussidji u mekkaniżmi oħra ta' distorsjoni tas-suq li jipprevjenu l-integrazzjoni ulterjuri ta' suċċess tal-ORE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri janalizzaw bir-reqqa l-opzjoni li jinħolqu żoni tal-offerti offshore dedikati u żoni tal-offerti eżistenti u l-adegwatezza tagħhom għall-integrazzjoni tal-kapaċità dejjem akbar għall-ORE; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-mekkaniżmi regolatorji eżistenti li jippromwovu b'suċċess l-integrazzjoni tal-ORE f'suq tal-enerġija li jiffunzjona tajjeb, bħala parti minn mudell li jibqa' validu fil-futur inkluż il-faċilitazzjoni ta' proġetti ibridi u forom ġodda ta' kollaborazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni teżamina kundizzjonijiet ta' żvilupp aħjar fi proġetti ibridi sabiex tiżgura implimentazzjoni aħjar u aktar rapida ta' proġetti ibridi tal-ORE u termini aktar flessibbli biex tissaħħaħ l-innovazzjoni, inklużi kategoriji ġodda ta' assi, b'mod partikolari għal parks eoliċi offshore konnessi ma' interkonnetturi għal żewġ swieq jew aktar; jirrikonoxxi li t-tariffi għandhom jakkomodaw ir-riskji tal-innovaturi industrijali li jinvestu fil-varar ta' teknoloġija ġdida;

60. Jissottolinja l-ħtieġa ta' disinn tas-suq li jkun kompletament kompatibbli mal-ORE, inkluża l-ħtieġa li tiġi żgurata konfigurazzjoni ottimali għaż-żona tal-offerti tal-ORE; jemmen li l-infrastruttura tal-ORE fil-livell tat-trażmissjoni għandha tkun regolata abbażi ta' regoli ta' separazzjoni b'separazzjoni definita b'mod ċar tar-rwoli u r-responsabbiltajiet f'termini ta' responsabbiltà tas-sistemi, aċċess għal partijiet terzi u tariffi u kundizzjonijiet trasparenti, u b'hekk tikkontribwixxi għas-suq uniku u għall-unjoni tal-enerġija;

61. Jirrikonoxxi li t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa tirrikjedi li, meta jiġu sfruttati l-ORE u teknoloġiji tal-enerġija oħrajn, jitqiesu s-sostenibbiltà u l-impronta tal-karbonju fil-katina tal-valur sħiħa; jisħaq li l-proċessi tal-offerti offshore għandhom jinkludu kriterji ta' sostenibbiltà;

62. Jirrikonoxxi li l-idroġenu rinnovabbli se jiżvolġi rwol ewlieni fit-triq tal-UE lejn in-newtralità tal-karbonju sal-2050; jisħaq li l-ORE, minħabba l-iskala kbira tal-proġetti u l-kapaċità għolja, se taqdi rwol essenzjali biex il-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli ssir b'pass aktar mgħaġġel; jemmen li l-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp huwa meħtieġ sabiex l-industrija tiġi inċentivata tuża l-idroġenu rinnovabbli fis-suq permezz ta' proġetti kummerċjali kbar, u b'hekk tinħoloq domanda sostenibbli reali f'setturi diffiċli sabiex jitrażżnu;

°

° °

63. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


NOTA SPJEGATTIVA

L-UE tista' biss tissodisfa l-objettivi klimatiċi tagħha u twettaq il-wegħdiet li għamilna liċ-ċittadini Ewropej billi tintegra l-enerġija rinnovabbli offshore fis-sistemi tal-enerġija tagħha fuq skala ħafna akbar u b'pass ħafna aktar mgħaġġel milli għamlet s'issa. Ir-Rapporteur iqis li l-enerġija rinnovabbli offshore hija element kritiku fit-tranżizzjoni ekoloġika Ewropea. Billi nibnu kapaċitajiet tal-enerġija rinnovabbli offshore ta' aktar minn 60 GW fl-2030 għandna l-opportunità li niżguraw sors ta' enerġija nadif, irħis u stabbli bħala l-pedament għat-tranżizzjoni ekoloġika.

L-UE jeħtieġ li twettaq sett ambizzjuż ħafna ta' reviżjonijiet u inizjattivi bħala parti mill-pakkett tal-Patt Ekoloġiku. Sabiex tirnexxi fl-implimentazzjoni tal-kapaċità meħtieġa, il-provvista tal-enerġija rinnovabbli offshore tista' u għandha tiġi integrata fil-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-UE. Hija meħtieġa reviżjoni 'l fuq tal-miri fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u l-istruttura ta' governanza u t-trasferimenti statistiċi assoċjati.

Il-pjan għat-tranżizzjoni ekoloġika tal-UE jippreżenta diversi sfidi fejn l-enerġija rinnovabbli offshore tista' twassal is-soluzzjoni. L-isforzi ta' elettrifikazzjoni u l-istrateġija tal-idroġenu tal-UE jirrikjedu elettriku nadif fi kwantitajiet kbar u rħis. Id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport ta' vetturi tqal u tal-avjazzjoni tirrikjedi power-to-x, li tiddependi wkoll mill-provvista ta' elettriku rinnovabbli rħis. Bl-għajnuna tal-pompi tas-sħana, l-enerġija rinnovabbli toffri l-prospett ta' dekarbonizzazzjoni għat-tisħin distrettwali. L-enerġija rinnovabbli offshore hija l-element kritiku fil-bidla lil hinn mill-fjuwils fossili, u b'hekk tiffaċilita l-obbligi konġunti tagħna li nirrispettaw il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima.

Madankollu, ir-rata tal-lum ta' pagamenti ta' enerġija rinnovabbli offshore fl-UE hija mistennija għal ftit aktar minn 2 GW fis-sena. Irridu nirduppjaw erba' darbiet il-veloċità tal-installazzjoni, jekk irridu niksbu mill-inqas 300 GW sal-2050. Ovvjament, mhuwiex faċli li ssir biċċa xogħol iebsa bħal din. Filwaqt li għamilna progress importanti fid-direzzjoni t-tajba, huwa żgur li dak li wassalna fejn aħna llum mhux se jwassalna sa fejn jeħtieġ li nkunu fl-2030. Ir-Rapporteur iqis li jeħtieġ li nieħdu azzjoni ta' malajr u immedjatament. Jekk ma nintensifikawx l-isforzi tagħna, mhux se nagħtu riżultati. Irid jiġi ssottolinjat sens ta' urġenza, bil-mod kif nibnu l-enerġija rinnovabbli offshore, iżda wkoll fid-deċiżjonijiet l-oħra kollha li jaffettwaw it-tranżizzjoni ekoloġika tagħna.

Il-kumpaniji Ewropej huma mexxejja dinjija fl-enerġija rinnovabbli offshore u s-settur jipprometti ħafna fil-ħolqien tal-impjiegi, tat-tkabbir u tal-esportazzjonijiet. Din is-saħħa għandha tinżamm u tiġi żviluppata aktar fid-dawl tal-ħtiġijiet globali dejjem jiżdiedu ta' enerġija nadifa. L-iżgurar ta' tmexxija Ewropea fl-industrija rinnovabbli u fil-ktajjen tal-provvista għandu perspettivi promettenti tal-politika industrijali. Aktar sforzi fir-R&Ż, fiċ-ċentri ta' ttestjar u fl-iskambji tal-aħjar prattiki fl-UE għandhom ikunu fil-qalba ta' politika industrijali tal-enerġija nadifa Ewropea assertiva.

Il-kundizzjonijiet tas-suq

L-UE trid tiżgura qafas stabbli bbażat fuq is-suq li jipprovdi ċertezza u ċarezza regolatorji għall-investituri. L-iżviluppaturi, l-investituri privati, il-fondi tal-pensjonijiet u l-istituzzjonijiet finanzjarji jeħtieġu ċarezza, konsistenza u prevedibbiltà anke fir-rigward tal-isfidi regolatorji fid-distribuzzjoni tal-introjtu bejn l-iżviluppaturi u l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni. Il-prattiki differenti madwar l-UE huma ta' xkiel għall-varar ta' enerġija rinnovabbli offshore, u għalhekk huma meħtieġa aktar simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċeduri u tal-proċessi. Id-disinn futur tas-suq tal-elettriku għandu jindirizza u jqis l-iżviluppi futuri offshore inklużi proġetti ibridi u l-impatti fuq is-swieq ġenerali tal-elettriku tal-UE għandhom jiġu vvalutati bir-reqqa.

Infrastruttura

Hemm bżonn ta' investimenti kbar fil-grilji offshore iżda anke onshore. Fl-abbozz ta' strateġija tal-Kummissjoni Ewropea huma previsti investimenti li jilħqu EUR 530 biljun sabiex tiġi aġġornata u mmodernizzata l-infrastruttura tal-grilja Ewropea[17]. Dawn huma investimenti fuq skala bla preċedent, li jridu jitqiesu fl-atti leġiżlattivi u fl-għodod finanzjarji rilevanti. Ir-Rapporteur jemmen bis-sħiħ li r-reviżjoni tar-regolament TEN-E għandha tqis dan u fl-istess ħin tiffaċilita l-akkoppjament tas-settur tant meħtieġ, tintegra l-enerġija rinnovabbli offshore fil-produzzjoni u l-iżvilupp tal-idroġenu ekoloġiku, tal-power-to-x, tal-ħżin u tat-tisħin distrettwali. Il-Pjanijiet ta' Għaxar Snin għall-Iżvilupp tan-Network għandhom jiġu riveduti kif xieraq. L-integrazzjoni transfruntiera tal-enerġija rinnovabbli offshore fit-tisħin distrettwali hija promettenti għat-tnaqqis tal-fjuwils fossili fis-settur tat-tisħin.

Permessi

Illum, il-prattiki tal-għoti ta' permessi lill-parks eoliċi offshore jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u joħolqu burokrazija żejda minflok simplifikazzjoni tal-proċessi. Bil-proċeduri attwali, diġà nistgħu naraw li xi proġetti li se jinbdew fis-sentejn li ġejjin huma mistennija li jitlestew wara l-2030. Minħabba l-proċess ġenerali li diġà jieħu fit-tul tal-varar ta' proġetti tal-enerġija rinnovabbli offshore, in-nuqqas ta' tqassir tal-proċess twil wisq għall-għoti ta' permessi se jirriżulta f'nuqqas fil-miri tagħna.

L-Istati Membri jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom għall-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu mingħajr ma neċessarjament jikkoordinaw mal-pjanijiet nazzjonali tagħhom stess għall-enerġija u l-klima. Is-simplifikazzjoni ta' dawn il-proċessi hija kundizzjoni minima bażika jekk l-enerġija rinnovabbli offshore għandha tiġi użata bil-veloċità meħtieġa, u reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Pjan tal-Ispazju Marittimu għandha titqies skont dawk il-linji.

L-iżvilupp u l-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli nadifa jridu jingħataw prijorità. Jekk le, l-objettivi klimatiċi tagħna mhux se jiġu ssodisfati. Il-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli nadifa hija ta' tali prijorità li approċċ imġedded irid iqis li l-oneru tal-provi u l-prinċipju ta' prekawzjoni jinqalbu ta' taħt fuq, u dan jiffavorixxi l-varar ta' enerġija rinnovabbli offshore, anke għad-detriment tal-permessi u tal-liċenzji. L-għoti ta' permessi estiżi u l-proċeduri rapidi jridu jitqiesu u jiġu introdotti kif ukoll tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta' garanzija ta' kontinġenza ta' perjodu fiss limitata biż-żmien fl-applikazzjonijiet u fil-permessi, sabiex l-iżviluppaturi jkunu jistgħu jkomplu mingħajr ma jistennew permessi u prattiki li jvarjaw madwar l-Istati Membri. Jista' jiġi kkunsidrat Regolament madwar l-UE dwar l-għoti ta' permessi, li jissimplifika l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u li jarmonizza l-approċċi nazzjonali. Iż-żoni offshore magħżula mill-UE jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess u l-għoti ta' permessi faċli.

L-UE għandha inqas minn 10 snin biex tibni sistema tal-enerġija offshore komparabbli fid-daqs mal-kapaċità installata tal-lum tal-Belġju, tal-Lussemburgu u tan-Netherlands flimkien. Sal-2050, dan għandu jkun id-daqs tal-kapaċità installata kkombinata tal-Ġermanja, tal-Iżvezja u tan-Norveġja tal-lum. Din hija l-isfida komuni li qed inħabbtu wiċċna magħha u ma hemmx ħin x'nitilfu. Ma' kull mument ta' status quo li jgħaddi, tiżdied dejjem aktar id-diffikultà biex dan jirnexxi.


 

 

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija kkompilata fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-Rapporteur. Ir-rapporteur irċeviet kontribut mingħand l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

ACER

Andel

BirdLife

Danish Chamber of Commerce

Danish Energy

Danish Industry

Danish Maritime Authority

Danish Shipping

Danish Society for Nature Conservation

EDF

EDF Renewables

Energinet

ENTSO-E

Equinor

Eurelectric

European Energy

Floating Power Plant

General Electric

Greenpeace/CAN Europe

Hitachi ABB Power Grids

Hydrogen Europe

Norlys

North Sea Advisory Council

Ocean Energy Europe

Offshore Wind Foundations Alliance

Ørsted

State of Green

Stiesdal

UK National Grid

Vattenfall

Vestas Wind Systems

WindDenmark

WindEurope

WWF

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (30.6.2021)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar strateġija Ewropea għall-enerġija rinnovabbli offshore

(2021/2012(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Marian-Jean Marinescu

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 bit-titlu "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" (COM(2019)0640) u r-riżoluzzjoni korrispondenti tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2020[18],

 wara li kkunsidra l-ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali[19],

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titlu "Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna" (COM(2020)0380),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2020 bit-titlu "Strateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima" (COM(2020)0741),

 wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli[20],

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu[21],

 wara li kkunsidra l-ftehim politiku bejn il-Parlament u l-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2021 dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa 2021-2027,

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Lulju 2020 bit-titlu "Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima" (COM(2020)0301) u r-riżoluzzjoni korrispondenti tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Mejju 2021[22],

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi[23], u dalwaqt se tiġi riveduta,

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2020 bit-titlu "Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur" (COM(2020)0789),

 wara li kkunsidra l-kompetenza tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu tal-Parlament Ewropew fil-qasam tal-ipprogrammar marittimu u l-politika marittima integrata,

1. Jilqa' l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tilħaq 340 GW ta' kapaċità tal-enerġija rinnovabbli offshore sal-2050 bħala element ewlieni għad-dekarbonizzazzjoni b'suċċess tas-setturi tat-trasport u t-turiżmu; jenfasizza li, peress li l-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli offshore tal-UE-27 bħalissa hija ta' ftit aktar minn 12 GW, il-bini ta' siti tal-enerġija rinnovabbli offshore jrid jiġi aċċellerat b'mod drastiku u l-ispazju meħtieġ irid jiġi identifikat malajr kemm jista' jkun sabiex il-kostruzzjoni tkun tista' tilħaq dik il-mira fil-ħin; iqis li l-espansjoni massiva tal-ġenerazzjoni, tal-ħżin u tad-distribuzzjoni tal-enerġija rinnovabbli offshore bi prezzijiet aċċessibbli, u l-konnessjoni u l-integrazzjoni sħiħa tagħha fil-grilja tal-enerġija tirrappreżenta prekundizzjoni indispensabbli għall-użu mifrux tal-mobbiltà elettrika u tal-fjuwils tat-trasport rinnovabbli nodfa, bħall-idroġenu u l-ammonijaka b'mod partikolari; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa ta' qafas legali Ewropew ġenerali u pjan ta' investiment tal-UE, li jiggarantixxu ċertezza lill-partijiet interessati kollha u li jkomplu jżidu l-kompetittività, u, fejn meħtieġ, il-maturità teknoloġika tas-settur, f'konformità sħiħa mal-Istrateġija tal-UE għall-Idroġenu u ż-żieda qawwija mistennija fid-domanda għall-idroġenu mis-settur tat-trasport b'mod partikolari; jistieden, b'mod partikolari, lill-Istati Membri jżidu u jiffaċilitaw malajr u fuq skala kbira ħafna investimenti pubbliċi u provati mmexxija mis-suq fl-enerġija rinnovabbli offshore u jieħdu, b'mod partikolari, l-opportunità pprovduta mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) f'dan ir-rigward;

2. Jissottolinja l-importanza ta' din l-espansjoni massiva tal-enerġija rinnovabbli offshore biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u biex jinżamm l-impenn tal-UE għall-mira ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti sa mhux aktar tard mill-2050, f'konformità mal-aħħar evidenza xjentifika, kif ikkonfermat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-pjan ta' rkupru; jenfasizza li l-iffrankar tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli huma fost il-mezzi ewlenin għall-ilħuq ta' ekonomija b'newtralità klimatika netta u għandhom jiġu implimentati fi kwalunkwe ppjanar tal-offerta u d-domanda tal-enerġija; jissottolinja, għahekk, il-ħtieġa tal-ġestjoni aktar sostenibbli tal-ispazju marittimu u l-kosti sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli offshore;

3. Jissottolinja l-importanza tal-portijiet marittimi moderni, sostenibbli u innovattivi għall-assemblaġġ, il-manifattura u l-manutenzjoni ta' tagħmir tal-enerġija rinnovabbli offshore, u l-investiment konsiderevoli meħtieġ biex jittejbu l-infrastruttura tal-portijiet, inklużi t-terminals tat-trasport u l-bastimenti għall-provvediment ta' dawn is-servizzi; jirrimarka r-rwol tal-portijiet marittimi bħala punti ta' żbark fuq l-art għall-enerġija rinnovabbli ġġenerata offshore u l-loġistika marbuta magħha u bħala hubs tal-enerġija rinnovabbli għall-konnessjoni tal-grilja elettrika offshore u interkonnetturi transfruntieri, kif ukoll kif ukoll għall-elettroliżi u l-importazzjoni, il-produzzjoni, il-ħżin, it-trasport u d-distribuzzjoni tal-idroġenu, l-ammonijaka u fjuwils alternattivi nodfa oħra; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-istrumenti finanzjarji, b'mod partikolari fl-ambitu tal-RRF u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF2), sabiex jiġi ffaċilitat l-adattament tal-infrastruttura tal-portijiet għal dawn ir-rekwiżiti l-ġodda u jissaħħu s-sinerġiji bejn in-networks TEN-T u TEN-E; jissottolinja li l-aċċess għall-enerġija rinnovabbli offshore se jikkontribwixxi wkoll għall-ekoloġizzazzjoni tal-portijiet, anki f'termini tal-provvista tal-elettriku fuq l-art għall-bastimenti meta jkunu rmiġġati u l-iżvilupp tagħhom bħala raggruppamenti industrijali ċirkolari;

4. Jissottolinja l-opportunitajiet li l-enerġija rinnovabbli offshore tista' toffri lir-reġjuni kostali, kemm billi żżid is-sostenibbiltà relatata mal-enerġija tas-soġġorni turistiċi, kif ukoll billi tibbilanċja l-effetti ekonomiċi staġjonali u tipprovdi impjiegi stabbli u prevedibbli flimkien ma' tkabbir fl-industriji rinnovabbli lokali offshore u fl-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) matul is-sena kollha; jenfasizza l-opportunitajiet relatati għall-iżvilupp soċjoekonomiku ta' dawn ir-reġjuni u għall-ħolqien ta' komunitajiet lokali offshore tal-enerġija ċirkolari; jissottolinja l-ħtieġa ta' djalogu strutturat, li jinvolvi lill-awtoritajiet lokali, u ta' tranżizzjoni ġusta lejn enerġiji rinnovabbli offshore, inkluż taħriġ adegwat biex il-forza tax-xogħol titħejja għal sfidi ġodda;

5. Jissottolinja li r-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer huma dipendenti ħafna fuq l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili minkejja li għandhom opportunitajiet u ta' spiss potenzjal ġeografiku partikolari għall-enerġija rinnovabbli; ifakkar li l-gżejjer huma partikolarment affettwati miż-żieda fil-livell tal-baħar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex jagħtu attenzjoni speċjali lill-iżvilupp ta' proġetti pilota fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli offshore kif ukoll proġetti fuq skala kummerċjali f'dawn it-territorji, filwaqt li jiffukaw b'mod partikolari fuq il-bżonnijiet tagħhom fir-rigward tat-trasport u fuq l-industriji tat-turiżmu; ifakkar fil-potenzjal naturali enormi għall-enerġija eolika offshore u potenzjal naturali tajjeb għall-enerġija mill-mewġ u mill-marea fl-Atlantiku u fir-reġjuni ultraperiferiċi tiegħu; jitlob li tiġi intensifikata l-inizjattiva "Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-UE", b'enfasi qawwija fuq l-enerġija rinnovabbli offshore;

6. Ifakkar li l-ħtieġa ta' aktar żvilupp tal-enerġija rinnovabbli offshore tapplika għall-baċiri tal-baħar kollha tal-Ewropa u li ż-żoni b'potenzjal rinnovabbli offshore verament mhux sfruttat, bħall-Baħar Mediterran, il-Baħar Baltiku u l-Baħar l-Iswed, jeħtieġu attenzjoni speċjali, inkluż permezz ta' finanzjament tar-riċerka u l-iżvilupp f'teknoloġiji innovattivi bħall-enerġija eolika offshore galleġġanti, l-enerġija solari, dik mill-mewġ u dik mill-marea kif ukoll il-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku offshore sabiex l-adattamenti teknoloġiċi neċessarji jidħlu fil-fażi pilota fuq terminu qasir u mbagħad jimxu lejn fażi iktar intensifikata filwaqt li dawk li jinsabu fuq quddiem nett, bħall-Baħar tat-Tramuntana, jeħtiġilhom ikomplu jiżviluppaw u jiddefendu l-pożizzjoni mexxejja tagħhom fuq livell dinji għall-benefiċċju tal-Ewropa kollha kemm hi; iqis li l-Unjoni Ewropea jeħtiġilha tagħmel dak kollu li tista' biex iżżomm il-pożizzjoni tagħha bħala mexxejja fl-enerġija eolika;

7. Jenfasizza li r-riċerka u l-investiment f'teknoloġiji ta' ħżin effettivi għall-enerġija eolika offshore jeħtieġ li jitħaffu, sabiex tissolva l-problema tad-dipendenza mit-temp u tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-grilja tal-elettriku fid-dawl taż-żieda enormi fil-produzzjoni tal-elettriku meħtieġa biex tinkiseb it-tranżizzjoni klimatika;

8. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tfassal oqfsa għall-użu tal-enerġija rinnovabbli offshore u għall-ippjanar tal-grilja skont il-baċir tal-baħar, permezz tal-involviment ta' pajjiżi differenti tal-UE u l-ħolqien ta' sinerġiji ma' interkonnetturi eżistenti jew ippjanati u l-konnessjoni ta' grilji nazzjonali offshore; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-iżvilupp ta' valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi għal kull baċir tal-baħar biex tevalwa u tidentifika l-post taż-żoni tal-baħar xierqa, l-impatt fuq il-bijodiversità tal-baħar, l-ambjent u l-attività turistika, il-kost u l-kapaċità tal-produzzjoni tat-tagħmir u l-kost tal-infrastruttura tal-grilja.

9. Jissottolinja li għalkemm l-investituri għandhom iġorru r-riskju tas-suq, fi swieq fejn l-adozzjoni tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli offshore hija fi stadju bikri, bħall-Mediterran, riskju għoli u dħul baxx jistgħu jiġu kkumpensati permezz ta' skemi ta' appoġġ, bħall-RRF u s-CEF2 li jmiss, biex jiġi żgurat li l-investimenti fi proġetti tal-enerġija rinnovabbli offshore jsiru fuq terminu qasir/medju u li dawn il-proġetti jiżdiedu fuq terminu medju/twil; ifakkar fl-importanza ta' sforzi koerenti u kkoordinati fl-istrateġiji ta' investiment nazzjonali u tal-UE biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat ħalli jiġu ffaċilitati l-manifattura, l-installazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tat-teknoloġiji innovattivi;

10. Jenfasizza l-importanza tal-Kooperazzjoni tal-Enerġija fl-Ibħra tat-Tramuntana (NSEC) għall-ippjanar konġunt tal-ispazju marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta li tmur lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, u jenfasizza l-ħtieġa li r-Renju Unit jerġa' jiġi inkluż; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jestendu l-isforzi ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni filq-asam tal-parks eoliċi galleġġanti u l-isfidi tat-trasport assoċjati mal-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tagħhom u biex jivvalutaw il-fattibbiltà tal-istabbiliment ta' Proġett ta' Interess Ewropew Komuni (IPCEI) f'każ ta' proġett fuq skala kbira;

11. Iqis li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jiżviluppaw ftehimiet ġeostrateġiċi dwar l-infrastruttura tal-enerġija offshore ma' reġjuni ġeografiċi tal-viċinat, speċjalment il-Balkani tal-Punent, u l-Baċiri Mediterranji tan-Nofsinhar u tal-Lvant;

12. Jenfasizza li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, anki permezz tal-użu tal-enerġija offshore, hija vitali sabiex jiġu limitati l-effetti devastanti tat-tisħin globali fuq l-ekosistemi akkwatiċi tal-baħar, it-temperaturi tal-ilma li qed jogħlew, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani, il-bidliet fil-fluss tal-ilma, it-telf tal-ħabitats tal-ħut u l-produttività tal-ispeċijiet tal-baħar u tal-ilma ħelu; jissottolinja li l-ħtiġijiet li qed jiżdiedu b'mod drastiku għall-enerġija rinnovabbli offshore fis-setturi tat-trasport u tat-turiżmu jistgħu jintlaħqu filwaqt li jkunu għal kollox konformi mal-għanijiet tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità, peress li, pereżempju, iż-żieda meħtieġa fl-industrija eolika offshore sabiex tintlaħaq il-mira tal-klima għall-2030 hija stmata li teħtieġ inqas minn 3 % tal-ispazju marittimu Ewropew; jirrikonoxxi l-effetti potenzjalment dannużi tal-enerġija eolika offshore fuq l-ambjent tal-baħar; jenfasizza, madankollu, li jekk ikunu ddisinjati u mibnija b'mod sensibbli, il-parks eoliċi offshore jistgħu wkoll jkunu ta' benefiċċju għall-bijodiversità tal-baħar wara l-kostruzzjoni; ifakkar, għalhekk, li espansjoni qawwija tal-produzzjoni tal-enerġija eolika offshore teħtieġ approċċ intelliġenti biex tiġi żgurata l-koeżistenza tagħha mal-attivitajiet li diġà jseħħu fiż-żoni affettwati u li ssir l-inqas ħsara possibbli lill-ambjent;

13. Ifakkar fl-importanza tal-applikazzjoni xierqa tad-Direttiva 2014/89/UE tat-23 ta' Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu; jenfasizza li l-ippjanar irid jipprevedi viżjoni fit-tul li tirrikonċilja l-enerġija rinnovabbli offshore ma' attivitajiet oħra, bħas-sajd, b'tali mod li kulħadd ikun parti mill-iżvilupp sostenibbli tal-ispazju marittimu Ewropew, filwaqt li titqies il-protezzjoni tal-bijodiversità u riżorsi oħra tal-baħar; iqis li, fir-rigward tar-rwol kritiku tat-trasport marittimu u tal-portijiet marittimi, l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli offshore għandu jqis il-ħtieġa ta' mogħdijiet u kurituri ta' aċċess marittimi sikuri, kanali ta' navigazzjoni u żoni ta' ankraġġ madwar il-portijiet; jenfasizza għalhekk il-ħtieġa li ssir konsultazzjoni fi stadju bikri mal-korpi tal-ġestjoni tal-portijiet u mal-partijiet interessati rilevanti u li tingħata prijorità lill-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali tal-ippjanar spazjali marittimu bejn l-Istati Membri biex jiġu garantiti s-sikurezza u l-funzjonament kontinwu tat-trasport marittimu; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida għas-sikurezza tat-tbaħħir f'parks eoliċi offshore u bastimenti tal-kostruzzjoni f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima; jinnota bi tħassib li diversi Stati Membri ma kinux stabbilew il-pjanijiet spazjali marittimi tagħhom sal-iskadenza tal-31 ta' Marzu 2021 stabbilita fid-Direttiva 2014/89/UE, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tivverifika l-allinjament tagħhom mal-pjanijiet nazzjonali fil-qasam tal-enerġija u l-klima, speċjalment id-dispożizzjonijiet tagħhom relatati mal-iżvilupp tal-enerġija offshore.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

28.6.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Adamowicz, Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Ciarán Cuffe, Johan Danielsson, Karima Delli, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Mario Furore, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Jens Gieseke, Elsi Katainen, Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Cláudia Monteiro de Aguiar, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Rovana Plumb, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Dorien Rookmaker, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Barbara Thaler, István Ujhelyi, Marianne Vind, Henna Virkkunen, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Angel Dzhambazki, Maria Grapini, Roman Haider, Jutta Paulus, Kathleen Van Brempt

 

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

41

+

ECR

Angel Dzhambazki, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

NI

Mario Furore

PPE

Magdalena Adamowicz, Pablo Arias Echeverría, Gheorghe Falcă, Jens Gieseke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Barbara Thaler, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

Renew

José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Elsi Katainen, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Andris Ameriks, Johan Danielsson, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Rovana Plumb, István Ujhelyi, Kathleen Van Brempt, Marianne Vind, Petar Vitanov

The Left

Kateřina Konečná, Elena Kountoura

Verts/ALE

Ciarán Cuffe, Karima Delli, Tilly Metz, Jutta Paulus

 

3

-

ID

Julie Lechanteux, Philippe Olivier

NI

Dorien Rookmaker

 

3

0

ID

Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Roman Haider

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD (21.6.2021)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar Strateġija Ewropea għall-enerġija rinnovabbli offshore

(2021/2012(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Catherine Chabaud

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2011 bit-titolu "Niżviluppaw Strateġija Marittima għaż-Żona tal-Oċean Atlantiku" (COM(2011)0782) u l-komunikazzjoni sussegwenti tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2020 bit-titolu "Approċċ ġdid tal-istrateġija marittima għall-Atlantiku – Pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku 2.0" (COM(2020)0329),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 bit-titolu "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" (COM(2019)0640),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Mejju 2020 bit-titolu "Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna" (COM(2020)0380),

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Mejju 2020 għal interazzjonijiet pożittivi bejn il-parks eoliċi offshore u s-sajd,

 wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Ekonomija Blu 2020 tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2020,

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Lulju 2020 bit-titolu "Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima" (COM(2020)0301),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Settembru 2020 bit-titolu "It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 - Ninvestu f'futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna" (COM(2020)0562),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2020 bit-titolu "Strateġija tal-UE biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta għal futur newtrali għall-klima" (COM(2020)0741),

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)[24],

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi[25],

 wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa[26],

 wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu[27],

 wara li kkunsidra l-objettiv tal-Istrateġija tal-UE għall-idroġenu li tikseb 40 GW ta' kapaċità ta' elettroliżi marbuta mal-enerġija rinnovabbli sal-2030,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), il-Protokoll ta' Kjoto għaliha u l-Ftehim ta' Pariġi,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB),

 wara li kkunsidra r-Rapport ta' Valutazzjoni Globali dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi ppubblikat mill-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES) fil-31 ta' Mejju 2019,

 wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) bit-titolu "Global Warming of 1,5 C" (Tisħin globali ta' 1,5 C), il-ħames rapport ta' valutazzjoni tiegħu (AR5) u r-rapport ta' sinteżi dwaru, kif ukoll ir-rapport speċjali tiegħu dwar it-tibdil fil-klima u l-art, u r-rapport speċjali tiegħu dwar l-oċean u l-krijosfera fi klima li qiegħda tinbidel,

 wara li kkunsidra l-istudju ta' Novembru 2020 mitlub mill-Kumitat għas-Sajd dwar l-impatt tal-użu ta' parks eoliċi offshore u sorsi oħra ta' enerġija marina rinnovabbli fuq is-sajd Ewropew,

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2018 dwar il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna fil-kuntest tal-SDGs 2030[28],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali[29],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew[30],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-impatt tal-parks eoliċi fuq il-baħar u ta' sistemi oħra ta' enerġija rinnovabbli fuq is-settur tas-sajd (2019/2158(INI)),

1. Ifakkar fl-objettiv tal-UE li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050; jenfasizza l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rigward il-Liġi Ewropea dwar il-Klima, li jistabbilixxi mira għall-2030 għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' mill-inqas 55 % meta mqabbel mal-1990, filwaqt li fl-istess ħin jiżgura li t-tnaqqis reali jilħaq mill-inqas qrib is-57 %, bl-objettiv li jinkiseb is-sehem ġust tal-UE fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari l-għan tagħha li tkompli bl-isforzi biex tillimita ż-żieda fit-temperatura globali għal 1.5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali; jenfasizza l-importanza tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, li se timminimizza l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili, tiġġenera l-impjiegi, tiżviluppa komunitajiet, u tgħolli l-istandards tal-għajxien taċ-ċittadini kollha tal-UE, filwaqt li tikkontribwixxi għall-irkupru wara l-COVID-19;

2. Jissottolinja li l-enerġija rinnovabbli hija kruċjali għad-dekarbonizzazzjoni, u li l-użu tagħha jrid jiġi kkunsidrat għall-baċiri tal-baħar Ewropej kollha b'mod koordinat filwaqt li jitqiesu t-tliet pilastri tas-sostenibbiltà; jieħu nota tal-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tilħaq 340 GW ta' kapaċità tal-enerġija rinnovabbli offshore sal-2050; jinnota f'dan ir-rigward id-dritt tal-Istat Membri li jiddeċiedu dwar l-istruttura tat-taħlita tal-enerġija tagħhom f'konformità mal-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);

3. Ifakkar li l-enerġija rinnovabbli offshore għandha impatt soċjali, ekonomiku u spazjali fuq is-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll fuq l-ekosistemi u l-bijodiversità, pereżempju minħabba r-rilokazzjoni taż-żoni tas-sajd, it-tniġġis akustiku taħt l-ilma jew ir-riskji ta' kolliżjonijiet; jitlob għalhekk li jiġu stabbiliti networks, djalogu obbligatorju u kooperazzjoni effettiva u kontinwa mas-sajjieda, il-produtturi tal-akkwakultura u l-organizzazzjonijiet tagħhom, fi stadju bikri, biex tiġi żgurata koeżistenza ġusta u xierqa tal-attivitajiet permezz ta' parteċipazzjoni effettiva, speċjalment f'żoni għal installazzjonijiet u infrastruttura tal-grilja, u żoni ta' sigurtà, b'feedback mill-esperjenza u l-iskambju tal-aħjar prattiki, sabiex tiġi garantita l-aċċettazzjoni;

4. Jenfasizza l-ħtieġa ta' valutazzjoni tal-impatt ekonomika, soċjoekonomika u soċjokulturali xierqa u li jitqiesu l-ekosistemi u l-ispeċifiċitajiet lokali qabel l-implimentazzjoni ta' proġett, b'approċċ ta' ġestjoni integrata permezz tal-ippjanar tal-ispazju marittimu; jissuġġerixxi l-ħolqien ta' linji gwida trasparenti dwar kif jittaffa l-potenzjal għall-kunflitt, inkluż permezz ta' miżuri ta' mitigazzjoni u forom differenti ta' kumpens, u l-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi bejn is-sajd u l-enerġiji rinnovabbli offshore; jilqa' f'dan ir-rigward l-inizjattiva tal-Kummissjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq analiżi ulterjuri dwar l-interazzjonijiet bejn l-enerġija rinnovabbli offshore u attivitajiet oħra tal-baħar;

5. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu evitati impatti negattivi fit-tul ikkawżati minn tagħmir tal-enerġija rinnovabbli offshore fuq l-ambjent tal-baħar, l-ekosistemi, l-istokkijiet tal-ħut u l-bijodiversità, inkluża l-migrazzjoni internazzjonali tal-għasafar u konsegwentement fuq is-sajd kollu kemm hu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, mill-kostruzzjoni sal-operat u d-dekummissjonar, speċjalment l-impatti fuq il-kurrenti tal-baħar u tal-ajru, il-ġenerazzjoni tal-mewġ, l-amplitudnijiet tal-marea, it-trasport tas-sediment fil-qiegħ, l-istorbju infrasoniku mill-pali li jkunu qegħdin iduru, li jistgħu jgerrxu lill-ħut u l-mammiferi tal-baħar, il-kampijiet elettromanjetiċi mill-kejbils ta' taħt l-ilma, kif ukoll ħsejjes taħt l-ilma mit-twaħħil tal-puntali; jenfasizza għalhekk l-importanza ta' studji dettaljati biex jiġu vvalutati tali impatti tal-apparat eżistenti tal-enerġija rinnovabbli offshore;

6. Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni fl-istrateġija biex tiffaċilita d-djalogu dwar is-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali tal-enerġija rinnovabbli offshore u biex tippromwovi "komunità ta' prattika" fejn il-partijiet interessati kollha, inklużi l-industrija, l-NGOs, is-sajjieda u x-xjenzati, jistgħu jiskambjaw fehmiet, jaqsmu l-esperjenza u jaħdmu fuq proġetti konġunti fi stadju bikri;

7. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiffaċilitaw l-iskemi ta' produzzjoni tal-enerġija komunitarja li jippermettu lill-komunitajiet u l-kooperattivi kostali, inklużi s-sajjieda, jiġġeneraw l-elettriku tagħhom stess u jerġgħu jinvestu l-profitti lura fil-komunità;

8. Jirrimarka li s-sajjieda fuq skala żgħira se jiġu affettwati b'mod partikolari minn bidliet bħad-distribuzzjoni spazjali u d-disponibbiltà ta' speċijiet tal-baħar mistada kummerċjalment, l-għeluq taż-żoni tas-sajd għal raġunijiet ta' sikurezza jew bidliet imposti fuq l-attivitajiet jew il-metodi tas-sajd peress li jista' jkun li ma jkollhomx il-kapaċità li jiċċaqalqu lejn żoni tas-sajd aktar ’il bogħod jew li jibdlu l-metodu tas-sajd, b'mod partikolari jekk il-parks eoliċi offshore ikunu jinsabu f'ibħra territorjali (li jestendu 12-il mil nawtiku mill-kosta);

9. Jenfasizza li l-prinċipju ta' prekawzjoni, f'konformità mal-Artikolu 191(2) tat-TFUE, għandu japplika jekk id-deċiżjonijiet ikollhom jittieħdu qabel ma jkunu disponibbli l-għarfien jew l-informazzjoni meħtieġa;

10. Jenfasizza li l-użu tal-enerġija rinnovabbli offshore għandu jsir permezz ta' approċċ ta' kobenefiċċji, ibbażat fuq valutazzjoni bir-reqqa li tiżgura l-benefiċċji għas-sajjieda u l-komunitajiet lokali; jirrimarka li b'approċċ bħal dan kull attività tibbenefika mill-oħra, inkluż, pereżempju, il-benefiċċji għall-bijodiversità tal-baħar u l-preservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut permezz tal-effett tal-iskollijiet u l-effett ta' riżerva, għall-għarfien dwar il-baħar permezz tal-ġbir tad-data b'sensuri installati fuq l-infrastrutturi, u għall-ħolqien tal-impjiegi lokali, inklużi l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-portijiet, speċjalment il-portijiet tas-sajd, li jfisser li l-komunità kollha tibbenefika, miċ-ċittadini, is-sajjieda u l-komunitajiet lokali, sal-industriji u x-xjentisti; iqis, f'dan ir-rigward, li l-impatt pożittiv tal-infrastrutturi għandu jiġi promoss, u jenfasizza li l-kisba ta' għażliet ta' kolokazzjoni, li hija tal-akbar importanza biex tinkiseb sitwazzjoni fejn jirbaħ kulħadd kemm għas-sajd sostenibbli kif ukoll għas-settur tal-enerġija offshore, għandha tingħata prijorità;

11. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu kontinwament l-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi s-sajjieda, u jtejbu l-kooperazzjoni transfruntiera, inkluż mar-Renju Unit, fl-ippjanar spazjali marittimu meta jiżviluppaw, jirrevedu u jimplimentaw il-pjanijiet tal-Istati Membri; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet għal problemi komuni, li tiġi integrata l-konnessjoni tal-grilja tal-elettriku u li wieħed jitgħallem mill-aħjar prattiki; jenfasizza li l-ippjanar spazjali xieraq huwa kruċjali biex tiġi evitata żieda fil-kunflitti spazjali fl-ilmijiet Ewropej, u dan ġie ssuġġerit minn analiżi tas-sovrapożizzjoni spazjali; jistieden lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, iqisu l-ħtieġa li jiġi żgurat li jiġu evitati l-effetti negattivi tas-sistemi tal-enerġija rinnovabbli offshore fuq l-ambjent u fuq il-koeżjoni soċjoekonomika u territorjali, speċjalment fir-reġjuni li jiddependu mis-sajd; għalhekk iħeġġeġ li dawn jitbiegħdu minn żoni tas-sajd;

12. Jistieden lill-Istati Membri kollha japplikaw approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ippjanar spazjali marittimu kif imsemmi fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2008/56/KE u l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/89/UE bil-għan li jiżguraw li l-pressjoni kollettiva tal-attivitajiet kollha tinżamm f'livelli kompatibbli mal-kisba ta' status ambjentali tajjeb filwaqt li jikkontribwixxu għall-użu sostenibbli tal-prodotti u s-servizzi tal-baħar; jilqa', f'dan ir-rigward, l-għan tal-istrateġija li tipprovdi qafas fit-tul li jippromwovi koeżistenza soda bejn installazzjonijiet offshore u użi oħra tal-ispazju tal-baħar, tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-ambjent u tippermetti komunitajiet tas-sajd b'saħħithom;

13. Jistieden lill-Istati Membri jagħżlu żoni tas-sajd storiċi u tradizzjonali speċifiċi għas-sajjieda lokali bħala żoni li għandhom jibqgħu ħielsa minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli offshore;

14. Jissottolinja li l-enerġija rinnovabbli offshore tista' tintuża f'żoni protetti tal-baħar, b'kumitati ta' ġestjoni li jikkonsistu minn partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi setturi ekonomiċi bħas-sajd, kif ukoll xjentisti, NGOs, komunitajiet lokali u amministrazzjonijiet pubbliċi u li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni u d-djalogu, jekk ikunu konformi mal-objettivi ta' konservazzjoni skont il-leġiżlazzjoni u l-linji gwida applikabbli tal-UE dwar in-natura, sabiex jitnaqqas l-impatt fuq is-sajd;

15. Ifakkar li l-enerġija mir-riħ offshore hija waħda mill-aktar teknoloġiji avvanzati, iżda teknoloġiji oħra b'inqas impatt fuq is-sajd u l-akkwakultura huma promettenti wkoll u xi drabi diġà huma disponibbli, anke jekk għadhom ma ntużawx fuq skala kbira, bħall-enerġija termali, l-enerġija mill-mewġ, l-enerġija mill-marea, il-bijofjuwils mill-alka, eċċ., u jistgħu jkunu aktar xierqa f'xi territorji fejn isir is-sajd;

16. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw approċċ ambizzjuż għall-iżvilupp ta' parks eoliċi offshore li jżommu f'wiċċ l-ilma, li għandhom il-potenzjal għall-iżvilupp f'żoni tal-ilma fond, li jespandu ż-żona vijabbli għall-iżvilupp tal-enerġija mir-riħ filwaqt li jnaqqsu l-viżibbiltà mix-xatt u l-impatt matul il-kostruzzjoni;

17. Jenfasizza f'dan ir-rigward il-potenzjal tal-idroġenu rinnovabbli, flimkien ma' sistemi ta' enerġija rinnovabbli, kif rifless fl-objettiv tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Idroġenu li tikseb 40 GW ta' kapaċità ta' elettroliżi marbuta mal-enerġija rinnovabbli sal-2030;

18. Jitlob appoġġ addizzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp sabiex jitħaffef l-użu ta' teknoloġiji differenti tal-enerġija rinnovabbli offshore, u jinkoraġġixxi monitoraġġ ulterjuri tal-impatt fuq l-ambjent, l-analiżi xjentifika u l-iskambju tad-data hekk kif politiki, sejbiet u teknoloġiji ġodda qed jiġu żviluppati b'mod kostanti;

19. Jissottolinja li t-taħlitiet tal-enerġija tar-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer huma dipendenti ħafna fuq l-importazzjonijiet tal-karburanti fossili minkejja li għandhom opportunitajiet għall-enerġija rinnovabbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, meta jimplimentaw il-Patt Ekoloġiku Ewropew, biex jagħtu attenzjoni speċjali u jiddedikaw finanzjament speċifiku għall-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli offshore f'dawn it-territorji sabiex titnaqqas kemm jista' jkun id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili; jitlob li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-gżejjer meta jitfasslu proġetti li jistgħu jiġu ffinanzjati;

20. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw it-taħriġ u l-edukazzjoni fl-enerġija rinnovabbli offshore għall-komunitajiet kostali, ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer tal-UE bħala prijorità, sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għal dawk il-komunitajiet u s-setturi l-aktar affettwati mit-tibdil fil-klima;

21. Jenfasizza li hija meħtieġa viżjoni fit-tul u komprensiva biex jiġi vvalutat l-impatt tal-enerġija rinnovabbli offshore fuq attivitajiet oħra, bħas-sajd, il-komunitajiet lokali u l-ekosistemi; jitlob li jkun hemm ekonomija ċirkolari u approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja għal dawn il-proġetti. iqis li huwa essenzjali li jitwettqu valutazzjonijiet għal dan il-għan dwar l-infrastrutturi qabel it-twettiq tal-proġetti, sabiex jitrawwem l-ekodisinn permezz ta’ materjali u disinni speċifiċi tal-infrastrutturi li jistgħu jsaħħu l-iżvilupp tal-bijodiversità lokali, u li jkun hemm pjanijiet għat-tmiem tal-proġett, pereżempju bl-użu ta' metodi ta' riċiklaġġ jew iż-żamma tal-infrastruttura bħala skoll artifiċjali, filwaqt li jiġi żgurat li l-impatti sostenibbli fit-tul kollha jridu jiġu kkunsidrati u jaderixxu mal-prinċipji ta' ekonomija ċirkolari;

22. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq il-valutazzjonijiet tal-impatt meħtieġa u żżomm lill-Parlament infurmat b'mod kostanti.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

16.6.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Aguilera, Pietro Bartolo, François-Xavier Bellamy, Izaskun Bilbao Barandica, Isabel Carvalhais, Maria da Graça Carvalho, Rosanna Conte, Rosa D’Amato, Giuseppe Ferrandino, João Ferreira, Søren Gade, Francisco Guerreiro, Niclas Herbst, France Jamet, Pierre Karleskind, Predrag Fred Matić, Francisco José Millán Mon, Grace O’Sullivan, Manuel Pizarro, Caroline Roose, Bert-Jan Ruissen, Annie Schreijer-Pierik, Peter van Dalen, Emma Wiesner, Theodoros Zagorakis

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Manuel Bompard, Raffaele Stancanelli, Annalisa Tardino

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

23

+

PPE

François-Xavier Bellamy, Maria da Graça Carvalho, Niclas Herbst, Francisco José Millán Mon, Annie Schreijer-Pierik, Theodoros Zagorakis, Peter van Dalen

Renew

Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Pierre Karleskind, Emma Wiesner

S&D

Clara Aguilera, Pietro Bartolo, Isabel Carvalhais, Giuseppe Ferrandino, Predrag Fred Matić, Manuel Pizarro

The Left

Manuel Bompard, João Ferreira

Verts/ALE

Rosa D’Amato, Francisco Guerreiro, Grace O’Sullivan, Caroline Roose

 

3

-

ECR

Bert-Jan Ruissen, Raffaele Stancanelli

ID

France Jamet

 

2

0

ID

Rosanna Conte, Annalisa Tardino

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

30.11.2021

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

57

10

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Beer, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Michael Bloss, Manuel Bompard, Paolo Borchia, Marc Botenga, Markus Buchheit, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Maria da Graça Carvalho, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Josianne Cutajar, Nicola Danti, Pilar del Castillo Vera, Martina Dlabajová, Christian Ehler, Valter Flego, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Claudia Gamon, Jens Geier, Nicolás González Casares, Bart Groothuis, Christophe Grudler, András Gyürk, Henrike Hahn, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Ivars Ijabs, Romana Jerković, Eva Kaili, Seán Kelly, Izabela-Helena Kloc, Łukasz Kohut, Andrius Kubilius, Thierry Mariani, Eva Maydell, Georg Mayer, Joëlle Mélin, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Angelika Niebler, Ville Niinistö, Aldo Patriciello, Mauri Pekkarinen, Mikuláš Peksa, Tsvetelina Penkova, Morten Petersen, Markus Pieper, Clara Ponsatí Obiols, Jérôme Rivière, Robert Roos, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Riho Terras, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Marie Toussaint, Isabella Tovaglieri, Viktor Uspaskich, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelia Ernst, Jutta Paulus, Ernő Schaller-Baross, Jordi Solé

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

57

+

NI

András Gyürk, Clara Ponsatí Obiols, Ernő Schaller-Baross, Viktor Uspaskich

PPE

Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Maria da Graça Carvalho, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Seán Kelly, Andrius Kubilius, Eva Maydell, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Markus Pieper, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Riho Terras, Henna Virkkunen, Pernille Weiss

Renew

Nicola Beer, Nicola Danti, Martina Dlabajová, Valter Flego, Claudia Gamon, Bart Groothuis, Christophe Grudler, Ivars Ijabs, Iskra Mihaylova, Mauri Pekkarinen, Morten Petersen

S&D

Josianne Cutajar, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Jens Geier, Nicolás González Casares, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Romana Jerković, Eva Kaili, Łukasz Kohut, Dan Nica, Tsvetelina Penkova, Patrizia Toia, Carlos Zorrinho

Verts/ALE

Michael Bloss, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Henrike Hahn, Ville Niinistö, Jutta Paulus, Mikuláš Peksa, Jordi Solé, Marie Toussaint

 

10

-

ECR

Robert Roos, Jessica Stegrud

ID

Paolo Borchia, Markus Buchheit, Thierry Mariani, Georg Mayer, Joëlle Mélin, Jérôme Rivière, Isabella Tovaglieri

PPE

François-Xavier Bellamy

 

7

0

ECR

Izabela-Helena Kloc, Beata Szydło, Grzegorz Tobiszowski, Evžen Tošenovský

The Left

Manuel Bompard, Marc Botenga, Cornelia Ernst

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Jannar 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza