RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq
4.3.2022 - (13531/2021 – C8‑0172/2017 – 2017/0113(COD)) - ***II
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Cláudia Monteiro de Aguiar
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq
(13531/2021 – C8‑0172/2017 – 2017/0113(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (13531/1/2021 – C8‑0172/2017),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta' Diċembru 2017[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Frar 2018[2],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2022)0014),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[3] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0282),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0041/2022),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat f'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
1. Il-ħtieġa tal-aġġornament tar-regoli attwali
Ir-regoli attwali tal-UE dwar l-użu ta' vetturi għat-trasport tal-merkanzija mikrija mingħajr is-sewwieq ilhom japplikaw mingħajr tibdil għal 30 sena u issa jeħtieġ li jiġu rieżaminati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet attwali u futuri fis-settur tat-trasport bit-triq. Skont id-Direttiva attwali jista' jiġi ristrett l-użu ta' vetturi għat-trasport tal-merkanzija mikrija barra mill-Istat Membru partikolari fejn tkun stabbilita l-impriża li tikri. Barra minn hekk, ir-regoli jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor, u b'hekk tinħoloq taħlita ta' restrizzjonijiet u inċertezza. L-operaturi għall-kont proprju f'ċerti Stati Membri ma jistgħux jużaw vetturi mikrija għat-trasport tal-merkanzija u jieħdu vantaġġ mill-benefiċċji assoċjati mal-użu tagħhom. Konsegwentement, fl-Istati Membri li jimponu restrizzjonijiet, is-swieq tal-kiri tal-vetturi għadhom sottożviluppati.
2. Il-Proposta tal-Kummissjoni
Fl-2017, il-Kummissjoni pproponiet li d-Direttiva 2006/1/KE dwar l-użu ta' vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta' merkanzija bit-triq tiġi emendata, bil-għan li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet eżistenti fuq l-użu ta' vetturi mikrija fit-trasport internazzjonali u jiġi stabbilit qafas regolatorju uniformi. Tali qafas jagħti lill-operaturi tat-trasport madwar l-UE aċċess aktar ugwali għas-suq għall-vetturi mikrija għat-trasport tal-merkanzija.
Il-Kummissjoni tipproponi li titneħħa r-restrizzjoni kontra l-użu ta' vettura mikrija fi Stat Membru differenti minn dak fejn tkun stabbilita l-impriża li tikri l-vettura, kif ukoll kontra l-użu ta' vetturi mikrija għat-trasport tal-merkanzija b'piż gross tal-vettura ta' aktar minn sitt tunnellati għal operazzjonijiet għall-kont proprju (attwalment fis-seħħ fi tliet Stati Membri biss).
3. In-Negozjati Interistituzzjonali
B'segwitu għall-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari fil-15 ta' Jannar 2019, minn Lulju sa Ottubru 2021, taħt il-Presidenza Slovena tal-Kunsill, saru negozjati interistituzzjonali (bil-għan li jintlaħaq ftehim bikri fit-tieni qari). It-timijiet tan-negozjati waslu għal ftehim proviżorju matul it-tieni ċiklu ta' trilogi fis-26 ta' Ottubru 2021.
It-test tal-ftehim proviżorju tressaq quddiem il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN) u ġie kkonfermat fil-15 ta' Novembru 2021. Abbażi tal-approvazzjoni tal-Kumitat, il-President tal-Kumitat TRAN, fl-ittra tagħha lill-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (COREPER I), qalet li kienet se tirrakkomanda l-approvazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill mingħajr emendi lill-Plenarja, dment li din tkun konformi mal-ftehim proviżorju milħuq bejn iż-żewġ istituzzjonijiet. B'segwitu għal verifika mill-ġuristi-lingwisti, il-Kunsill adotta formalment il-pożizzjoni tiegħu skont il-ftehim proviżorju fl-20 ta' Diċembru 2021.
4. Elementi Ewlenin tal-Ftehim
Il-ftehim ġenerali li l-Parlament Ewropew laħaq mal-Kunsill u l-Kummissjoni għandu l-għan li jiċċara r-regoli attwali u jarmonizza l-qafas legali għas-suq tal-vetturi mikrija għat-trasport tal-merkanzija. B'mod partikolari, inkiseb dan li ġej:
– Aktar flessibbiltà għall-impriżi tat-trasport f'dak li huwa kiri u lokazzjoni ta' vetturi għat-trasport tal-merkanzija, tipikament sabiex jissodisfaw domanda massima temporanja jew staġjonali, u biex jissostitwixxu vetturi difettużi, u dan għamel l-operazzjonijiet tat-trasport aktar effiċjenti u kkontribwixxa għall-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku. Ir-regoli l-ġodda jagħtu lill-kumpaniji aktar għażliet, il-libertà tal-intraprenditorija u l-opportunità li jallokaw riżorsi bl-aħjar mod possibbli, u jwasslu wkoll għal titjib ambjentali u aktar sikurezza fit-toroq.
Il-ftuħ gradwali tas-suq: bħala regola ġenerali, l-Istati Membri mhux se jitħallew jirrestrinġu l-użu fit-territorju tagħhom ta' vettura mikrija minn kumpanija tat-trasport tal-merkanzija stabbilita fi Stat Membru ieħor, dment li r-regoli rilevanti fl-Istat Membru ta' stabbiliment jiġu segwiti.
– L-introduzzjoni ta' salvagwardji: peress li l-livell tat-taxxa fuq it-trasport bit-triq ivarja b'mod konsiderevoli fl-UE, l-Istati Membri xorta se jkunu jistgħu jirrestrinġu, f'ċerti limiti, l-użu ta' vetturi mikrija fi Stat Membru ieħor mill-kumpaniji tagħhom stess. Dawn ir-restrizzjonijiet jikkonċernaw il-proporzjon ta' vetturi mikrija rreġistrati fi Stat Membru ieħor fil-flotta ta' kumpanija tat-trasport tal-merkanzija, it-tul tal-perjodi ta' lokazzjoni għal vettura mikrija minn barra l-pajjiż, u jintroduċu l-każ speċifiku tal-kumpaniji għall-kont proprju. Il-perjodu minimu garantit ta' lokazzjoni ta' vettura individwali rreġistrata fi Stat Membru ieħor huwa stabbilit għal xahrejn. Se jkun hemm il-possibbiltà ta' garanzija ta' kontinġenza ta' mhux aktar minn 30 jum, jekk ir-regoli nazzjonali dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi jkunu jeħtieġu hekk.
– Infurzar aħjar: l-awtoritajiet kompetenti se jkollhom jirreġistraw in-numri ta' reġistrazzjoni tal-vetturi mikrija minn Stat Membru ieħor fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tagħhom ta' impriżi tat-trasport bit-triq.
5. Rakkomandazzjoni
Peress li l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari hija konformi mal-ftehim proviżorju milħuq matul in-negozjati interistituzzjonali, ir-rapporteur tirrakkomanda li din tiġi approvata mingħajr emendi.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
L-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq |
|||
Referenzi |
13531/1/2021 – C9-0014/2022 – 2017/0113(COD) |
|||
Data tal-ewwel qari tal-PE – Numru P |
15.1.2019 T8-0006/2019 |
|||
Abbozz ta’ att eżaminat fl-1 qari |
COM(2017)0282 - C8-0172/2017 |
|||
Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari |
20.1.2022 |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 20.1.2022 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Cláudia Monteiro de Aguiar 30.6.2017 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
28.10.2021 |
25.1.2022 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
3.3.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 4 4 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdalena Adamowicz, Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Erik Bergkvist, Izaskun Bilbao Barandica, Paolo Borchia, Karolin Braunsberger-Reinhold, Marco Campomenosi, Massimo Casanova, Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Carlo Fidanza, Mario Furore, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Elsi Katainen, Kateřina Konečná, Julie Lechanteux, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Cláudia Monteiro de Aguiar, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, João Pimenta Lopes, Rovana Plumb, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Vera Tax, Barbara Thaler, István Ujhelyi, Henna Virkkunen, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Clare Daly, Maria Grapini, Pär Holmgren |
|||
Data tat-tressiq |
4.3.2022 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
40 |
+ |
ECR |
Carlo Fidanza, Peter Lundgren, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
PPE |
Magdalena Adamowicz, Karolin Braunsberger-Reinhold, Gheorghe Falcă, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Massimiliano Salini, Barbara Thaler, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo |
Renew |
José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Elsi Katainen, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet |
S&D |
Andris Ameriks, Erik Bergkvist, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Bogusław Liberadzki, Rovana Plumb, Vera Tax, István Ujhelyi, Petar Vitanov |
The Left |
Kateřina Konečná |
Verts/ALE |
Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Pär Holmgren, Tilly Metz |
4 |
- |
ID |
Julie Lechanteux, Philippe Olivier |
The Left |
Clare Daly, João Pimenta Lopes |
4 |
0 |
ID |
Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Massimo Casanova |
NI |
Mario Furore |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU Ċ 129, 11.4.2018, p. 71.
- [2] ĠU Ċ 176, 23.5.2018, p. 57.
- [3] Testi adottati tal-15.1.2019, P8_TA(2019)0006.