RAPPORT dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2023, Taqsima III – Kummissjoni

24.3.2022 - (2021/2226(BUI))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Nicolae Ştefănuță


Proċedura : 2021/2226(BUI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0062/2022
Testi mressqa :
A9-0062/2022
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2023, Taqsima III – Kummissjoni

(2021/2226(BUI))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 106(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[1],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027[2],

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-tisħiħ ta' programmi speċifiċi u l-adattament ta' atti bażiċi[3],

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-użu ta' rimborżi mill-Faċilità ta' Investiment tal-AKP għall-benefiċċju tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali[4],

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-użu mill-ġdid ta' fondi diżimpenjati fir-rigward tal-programm ta' riċerka[5],

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-trattament tal-ispejjeż tal-imgħax u r-ripagamenti ta' NGEU fil-QFP 2021-2027[6],

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-iskrutinju baġitarju ta' proposti ġodda bbażati fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE b'implikazzjonijiet potenzjali apprezzabbli għall-baġit tal-Unjoni[7],

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet dwar id-dħul assenjat estern u l-għoti u t-teħid b'self fir-Regolament Finanzjarju[8],

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027[9],

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2021 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (COM(2021)0569),

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda[10],

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[11],

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2021 biex temenda dik id-Deċiżjoni (COM(2021)0570),

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2020/2094 tal-14 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19[12],

 wara li kkunsidra  r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni[13],

 wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR), ipproklamat mill-Kunsill Ewropew, il-Parlament u l-Kummissjoni f'Novembru 2017, il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tal-4 ta' Marzu 2021 u d-Dikjarazzjoni ta' Porto dwar l-affarijiet soċjali adottata mill-membri tal-Kunsill Ewropew f'Mejju 2021,

 wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar it-tfassil tal-politika tal-edukazzjoni diġitali[14],

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2021 bit-titolu "Il-Kumpass Diġitali tal-2030: l-approċċ Ewropew għad-Deċennju Diġitali" (COM(2021)0118),

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew[15],

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika[16] (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima),

 wara li kkunsidra r-rapporti speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar tisħin globali ta' 1.5 °C, dwar it-tibdil fil-klima u l-art, u dwar l-oċeani u l-krijosfera fi klima li qed tinbidel,

 wara li kkunsidra l-ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) li saret f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2022 dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna[17],

 wara li kkunsidra r-rapport ta' valutazzjoni globali dwar il-bijodiversità u s-servizzi ekosistemiċi tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi (IPBES),

 wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025,

 wara li kkunsidra r-rapport speċjali 10/2021 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tas-26 ta' Mejju 2021 bit-titolu "L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE: wasal iż-żmien li l-kliem jissarraf f'azzjoni",

 wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2022[18] u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li huma annessi miegħu,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2022 dwar il-linji gwida baġitarji għall-2023 (07218/2022),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,

 wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għas-Sajd u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0062/2022),

A. billi f'sensiela ta' riżoluzzjonijiet, il-Parlament irrakkomanda li l-Istati Membri kollha jallokaw minimu ta' 2 % tal-finanzjament tagħhom tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) għas-setturi kulturali u kreattivi u minimu ta' 10 % għall-edukazzjoni, u li jallokaw mill-inqas 5 % tar-riżorsi tagħhom tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) b'ġestjoni kondiviża biex jappoġġaw attivitajiet taħt il-Garanzija Ewropea għat-Tfal;

Baġit 2023: l-irkupru jinżamm fit-triq it-tajba għal kulħadd

1. Jinnota li minkejja s-sinjali inkoraġġanti li jagħtu lok għal tkabbir ulterjuri mistenni fl-2022, l-inċertezza fil-perspettiva ekonomika għada tippersisti, fid-dawl ta' fatturi bħat-tfixkil fil-katina tal-provvista, il-prezzijiet għoljin tal-enerġija, l-inflazzjoni li qed tiżdied u l-pandemija tal-COVID-19 li għadha għaddejja, kif ukoll il-konsegwenzi tal-invażjoni tal-Ukrajna; ifakkar, għalhekk, li l-baġit tal-Unjoni għall-2023 se jkollu rwol importanti fit-tisħiħ tal-ekonomija tal-Unjoni u l-kompetittività tagħha, kif ukoll fil-bini tar-reżiljenza komuni tagħna, billi jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u ta' tranżizzjoni ġusta, sabiex ħadd ma jitħalla jibqa' lura, u fit-trawwim tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bħala waħda mill-pedamenti tal-irkupru flimkien mar-rispons għall-isfidi ġeopolitiċi;

2. Jimpenja ruħu għalhekk li jaħdem biex jadotta baġit orjentat lejn il-futur li jaqbel mal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni li jiżguraw Unjoni tas-Saħħa aktar b'saħħitha, jagħmel suċċess mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u jrawwem irkupru ġust, inklużiv, sostenibbli u reżiljenti, inkluża żieda fl-appoġġ għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs), jippromwovi l-istat tad-dritt, il-valuri tal-UE, u d-drittijiet fundamentali u l-applikazzjoni tagħhom, jikkontribwixxi għal opportunitajiet akbar għal kulħadd, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ madwar l-Unjoni kollha, u jiżgura Ewropa aktar b'saħħitha għaċ-ċittadini tagħha u fid-dinja;

3. Jissottolinja r-rwol ċentrali tal-politika ta' koeżjoni tal-UE bħala politika ta' investiment essenzjali tal-Unjoni u wieħed mill-pedamenti ta' rkupru sostenibbli u inklużiv, u jindika l-valur miżjud Ewropew uniku u l-kontribut tagħha għall-iżvilupp armonjuż kumplessiv tal-UE u tal-Istati Membri u r-reġjuni tagħha; jindika li l-2023 se tkun l-aħħar sena tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE mill-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020, b'mod partikolari dawk b'ġestjoni kondiviża fil-qasam tal-koeżjoni, kif ukoll is-sena li fiha l-implimentazzjoni ta' programmi ġodda se tibda żżid fir-ritmu; jistenna għalhekk li dan jiġi rifless f'żieda sostanzjali fl-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit għall-2023;

4. Jenfasizza l-fatt li l-politika agrikola komuni (PAK) il-ġdida se tidħol fis-seħħ mill-2023; ifakkar fl-importanza ċentrali tal-PAK u l-politika komuni tas-sajd għas-sistema tal-ikel tal-Ewropa li tipprovdi ikel affordabbli u ta' kwalità għolja u sigurtà nutrizzjonali għall-Ewropej kollha; jindika wkoll l-importanza tal-funzjonament xieraq tas-swieq agrikoli, l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni rurali, il-qligħ stabbli u aċċettabbli għall-bdiewa u s-sajjieda, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-preservazzjoni tal-bijodiversità kif ukoll it-tiġdid ġenerazzjonali tal-bdiewa; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-agrikoltura fuq skala żgħira, lill-bdiewa żgħażagħ u lin-negozji ż-żgħar tas-sajd billi jsir l-aħjar użu tal-programmi kollha rilevanti tal-UE; jindika li numru ta' setturi agrikoli ntlaqtu ħażin mit-tifqigħa tal-COVID-19, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u kriżijiet oħra;

5. Jissottolinja l-ħtieġa li l-Istati Membri jikkuntrattaw ir-riżorsi disponibbli kollha fl-RRF sal-aħħar tal-2023 u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri u lill-benefiċjarji f'dan ir-rigward filwaqt li tinvolvi lill-Parlament fis-superviżjoni u l-valutazzjoni trasparenti tal-proċess; ifakkar, barra minn hekk, fl-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi rilevanti tal-UE;

Unjoni tas-Saħħa aktar b'saħħitha

6. Ifakkar li l-kriżi tal-COVID-19 poġġiet lis-sistemi tas-saħħa pubblika taħt stress bla preċedent u aggravat l-isfidi eżistenti; jilqa' l-prijorità mogħtija lill-politika tas-saħħa tal-Unjoni u jenfasizza l-programm EU4Health u r-raggruppament tas-saħħa fi ħdan Orizzont Ewropa; jinnota li l-baġit għall-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) huwa meħud minn dawk il-programmi u mill-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, u jesprimi tħassib kbir li dan jista' jikkomprometti l-kisba ta' objettivi importanti oħra tas-saħħa maqbula mil-leġiżlaturi; ifakkar għalhekk fil-ħtieġa li jiġu pprovduti riżorsi ġodda lill-HERA; jissottolinja, barra minn hekk, li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-iskrutinju tal-Parlament tal-HERA; jenfasizza l-importanza li jinbena l-Korp Mediku Ewropew fl-ambitu tal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili u jistieden lill-Istati Membri kollha jikkontribwixxu għalih b'aktar riżorsi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat finanzjament adegwat għall-Pjan biex Jingħeleb il-Kanċer b'enfasi qawwija fuq azzjonijiet li jagħtu riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini, pereżempju l-Inizjattiva Ewropea dwar l-Immaġnijiet tal-Kanċer jew il-programmi ta' tilqim kontra l-HPV;

7. Jirrikonoxxi l-importanza ta' programmi oħra tal-Unjoni, inkluża l-RRF, li jipprovdu investiment u appoġġ għall-prevenzjoni tal-kriżijiet tas-saħħa u għat-tisħiħ tar-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-infrastruttura; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' allinjament bejn dawk l-attivitajiet u programmi oħra ffinanzjati mill-UE, inkluż l-EU4Health, filwaqt li jitnaqqsu d-disparitajiet fl-aċċess għall-kura tas-saħħa; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-kampanji ta' informazzjoni dwar it-tilqim fl-Istati Membri kollha u lil hinn minnhom; ifakkar, barra minn hekk, fl-importanza ta' implimentazzjoni kostanti u aċċess għall-assistenza teknika għall-Istati Membri b'kapaċità amministrattiva baxxa; jenfasizza li l-aġenziji u l-korpi deċentralizzati relatati mas-saħħa u s-sikurezza għandhom jingħataw finanzjament u persunal adegwati u, jekk meħtieġ, jiġu msaħħa;

Jiġi garantit is-suċċess mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali

8. Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-kisba tal-għan tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050 u l-ambizzjoni ta' tniġġis żero se jirrikjedu investimenti pubbliċi u privati sinifikanti sabiex jitnaqqas id-distakk fl-investiment fit-tranżizzjoni ekoloġika identifikat mill-Kummissjoni u jintlaħqu l-objettivi vinkolanti tal-Ftehim ta' Pariġi; jisħaq, madankollu, li l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni tkun ħafna ogħla; jenfasizza li l-baġit tal-Unjoni huwa fil-qalba tal-isforzi biex issir tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni aktar ekoloġika, sostenibbli, soċjalment inklużiva, aktar reżiljenti u kompetittiva u li huma meħtieġa sforzi finanzjarji akbar; jisħaq b'mod partikolari fuq il-ħtieġa li jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji adegwati biex l-Unjoni tkun tista' twettaq l-impenji tagħha filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla jibqa' lura; jinsisti li s-suċċess tal-Patt Ekoloġiku Ewropew se jiddependi anki mill-finanzjament tiegħu u jitlob il-varar bi prijorità tal-istrumenti ta' finanzjament tal-Unjoni fir-reġjuni, is-setturi u ż-żoni li se jkunu affettwati l-aktar mit-tranżizzjoni ekoloġika, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li l-SMEs ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet li jirriżultaw mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u mit-tranżizzjoni tan-negozju tagħhom stess lejn is-sostenibbiltà ambjentali u d-diġitalizzazzjoni;

9. Ifakkar fil-ħtieġa li jiġu pprovduti riżorsi ambizzjużi għall-programmi li jappoġġaw l-azzjoni dwar il-klima u l-bijodiversità u l-protezzjoni ambjentali, bħal LIFE, u l-ħtieġa li jiġi aċċellerat u implimentat bis-sħiħ il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, inkluż billi tiġi pprovduta aktar assistenza teknika biex tappoġġa lill-Istati Membri f'dan il-kompitu; ifakkar ukoll fil-ħtieġa li jiġi żgurat li l-infiq tal-Unjoni jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż billi tissaħħaħ it-tħejjija għad-diżastri naturali, b'mod partikolari permezz tal-Mekkaniżmu Ewropew għall-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll biex jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità; jistenna li l-Kummissjoni tonora l-impenn tagħha, li sar matul il-konċiljazzjoni għall-baġit tal-2022, biex issaħħaħ l-aġenzija f'dak il-qasam, b'mod partikolari fid-dawl tar-rwol ċentrali tagħha fl-implimentazzjoni tal-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55 %" u r-rapportar relatat; jinsab imħasseb ħafna, barra minn hekk, dwar in-nuqqas fit-tul ta' riżorsi umani f'ċerti servizzi tal-Kummissjoni u għalhekk itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura livelli adegwati ta' riżorsi u persunal; Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipju ta' "la tagħmilx ħsara" sabiex tiġi żgurata l-koerenza meħtieġa bejn l-objettivi tal-politiki u l-effiċjenza massima tal-infiq matul it-tranżizzjoni u lil hinn minnha;

10. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni f'teknoloġiji, proċessi u ħiliet ekoloġiċi, inkluż bil-ħsieb li l-Unjoni tingħata vantaġġ kompetittiv fl-ekonomija futura ta' newtralità karbonika, u jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati riżorsi adegwati għal Orizzont Ewropa f'dak il-kuntest; iqis li l-għoti ta' appoġġ adegwat għall-SMEs huwa essenzjali biex jitjieb ir-rwol tagħhom fir-riċerka u l-innovazzjoni; iqis li l-Unjoni jeħtiġilha tagħmel użu sħiħ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) biex timmodernizza u tgħaqqad l-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija tagħha u biex iżżid is-sostenibbiltà tagħha, issaħħaħ is-sigurtà u l-awtonomija tal-enerġija tal-UE u tiżviluppa aktar l-Unjoni Ewropea permezz tal-interkonnettività bejn l-Istati Membri; iqis għalhekk li jeħtieġ li jiġu żgurati biżżejjed riżorsi għall-FNE; jisħaq ukoll fuq l-importanza tal-programm spazjali tal-UE;

11. Jieħu nota tal-proposti leġiżlattivi mressqa mill-Kummissjoni għal Att dwar iċ-Ċipep u programm ta' konnettività sigura; ifakkar fil-prinċipju li m'għandhomx jinħolqu programmi ġodda għad-detriment ta' dawk eżistenti u jtenni l-pożizzjoni li ilu jħaddan li inizjattivi ġodda għandhom jiġu ffinanzjati bl-użu ta' riżorsi ġodda; biħsiebu jeżamina mill-qrib l-implikazzjonijiet baġitarji tal-proposti u l-impatt tagħhom fuq il-proċedura baġitarja tal-2023;

12. Iqis li huwa essenzjali għall-kompetittività tal-Unjoni li l-ekonomija u s-settur pubbliku jiġu diġitalizzati aktar; jemmen li tranżizzjoni diġitali ta' suċċess tirrikjedi sforzi ta' riċerka u innovazzjoni sostanzjali fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa, investiment sinifikanti fl-infrastruttura diġitali permezz tal-FNE-Diġitali, u appoġġ f'oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà u l-computing ta' prestazzjoni għolja tal-UE permezz tal-programm Ewropa Diġitali; jindika l-ħtieġa li tiġi indirizzata d-diskrepanza fil-ħiliet diġitali billi jiġu promossi ħiliet diġitali avvanzati u apprendiment inklużiv; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' għodod ta' rikonverżjoni professjonali; jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati biżżejjed finanzjament tal-programmi tal-UE u allinjament bejniethom biex jinħolqu kundizzjonijiet għall-adozzjoni mis-suq ta' teknoloġiji u innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, u li jippermettu lill-ekonomija u lis-settur pubbliku tal-Ewropa jkunu fuq quddiem nett tat-tranżizzjoni diġitali u l-kompetittività;

13. Jirrikonoxxi l-kontribut tal-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni għall-irkupru ekonomiku, għall-ġlieda kontra l-qgħad u l-għoti ta' spinta għall-investiment, u b'mod partikolari bħala sostenn għall-SMEs u n-negozji ġodda; ifakkar li l-SMEs jibqgħu s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u jkomplu jaqdu rwol vitali fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir; jenfasizza l-programm InvestEU, it-tieqa għall-SMEs tiegħu u l-possibbiltà għall-SMEs milquta b'mod negattiv mill-pandemija li jirċievu appoġġ kapitali fl-ambitu tal-programm; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss suq uniku li jiffunzjona tajjeb permezz ta' finanzjament suffiċjenti sabiex tiġi garantita l-protezzjoni tal-konsumatur, tingħata spinta lill-kompetittività tan-negozji ż-żgħar bl-iżvilupp ta' ħiliet diġitali u intraprenditorjali, jiġi mtejjeb l-aċċess għas-swieq, titkompla l-ħidma fuq Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ, u jiġu estiżi aktar l-opportunitajiet biex jinħolqu u jiżdiedu n-negozji ġodda;

14. Jesprimi solidarjetà ma' dawk li jaħdmu f'setturi affettwati serjament mill-pandemija, b'mod partikolari fit-turiżmu, l-ospitalità, u s-setturi kulturali u kreattivi; jenfasizza li dawk is-setturi jirrappreżentaw pilastru importanti tal-ekonomija tal-Unjoni u jimpjegaw sehem sinifikanti mill-forza tax-xogħol tagħha, b'mod speċjali f'SMEs; iqis li dawk is-setturi għandhom jibbenefikaw minn appoġġ akbar mill-Istati Membri u mill-Unjoni, inkluż permezz tal-RRF, u jappella għal miżuri addizzjonali għal dawk is-setturi u finanzjament suffiċjenti għal programmi relatati tal-UE; jinsisti li, jekk il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB) tinbidel f'inizjattiva jew programm aktar fit-tul, tkun teħtieġ riżorsi ġodda; itenni d-diżappunt tiegħu li t-talba li ilu jagħmel il-Parlament għal programm tal-UE ddedikat għat-turiżmu ma ntlaħqitx;

Promozzjoni tal-istat tad-dritt, il-valuri tal-UE u d-drittijiet fundamentali u l-applikazzjoni tagħhom

15. Iqis li huwa essenzjali għall-kredibbiltà tal-Unjoni li tiżgura l-użu xieraq tal-fondi tal-Unjoni u li tieħu l-passi kollha biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jenfasizza r-rabta ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; iqis li r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni għandu jiġi applikat immedjatament u b'mod sħiħ, kif mitlub ripetutament mill-Parlament; jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma implimentatx ir-Regolament, minkejja l-fatt li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2021, u jissottolinja l-konformità sħiħa tar-Regolament mat-Trattati tal-UE kif ikkonfermat mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta' Frar 2022[19]; jistenna li l-Kummissjoni tiskatta l-Artikolu 6(1) tar-Regolament mingħajr dewmien għall-Istati Membri fejn ikunu diġà ntbagħtu ittri ta' informazzjoni, skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament; jemmen li għandu jkun hemm disponibbli riżorsi adegwati għall-aġenziji u l-korpi f'dan il-qasam, u għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), b'mod partikolari fid-dawl tal-ammont ta' xogħol dejjem jiżdied tagħhom, inkluż fil-monitoraġġ u l-kontroll tan-nefqa tal-RRF;

16. Jenfasizza li l-istat tad-dritt jipproteġi l-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni u huwa intrinsikament marbut mar-rispett għad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali; jesprimi tħassib kbir dwar id-deterjorament sinifikanti tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, inklużi l-indipendenza tal-ġudikatura, is-separazzjoni tas-setgħat, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-indipendenza u l-libertà tal-media f'xi Stati Membri; jenfasizza l-importanza tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri, b'mod partikolari fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet u l-valuri kif minquxa fit-Trattati tal-UE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fis-sostenn u l-iżvilupp ulterjuri tal-involviment u tal-edukazzjoni taċ-ċittadini, u soċjetajiet miftuħa, bbażati fuq id-drittijiet, demokratiċi, indaqs u inklużivi; jitlob, għalhekk, li jiġi allokat livell ambizzjuż ta' riżorsi għal dan il-programm; ifakkar li l-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-awtoritajiet nazzjonali hija essenzjali għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-Unjoni; jappella għal finanzjament adegwat għall-programm tal-ġustizzja;

Opportunitajiet akbar għal kulħadd u b'mod partikolari għaż-żgħażagħ fl-Unjoni kollha

17. Jirrikonoxxi li l-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt negattiv sever fuq iż-żgħażagħ, il-prospetti ta' impjieg, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-saħħa mentali tagħhom, u dan wassal għal telf ta' opportunitajiet u prospetti mnaqqsa u t-twessigħ tad-distakk edukattiv; jindika l-importanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f'dan il-kuntest; jemmen bis-sħiħ li l-baġit 2023 għandu jinkludi enfasi fuq iż-żgħażagħ biex jinbena l-momentum tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 b'azzjonijiet u politiki konkreti li għandhom jitkomplew fl-2023; jenfasizza l-importanza ta' Erasmus+ u jissottolinja l-importanza kbira li jiġu żgurati biżżejjed riżorsi finanzjarji għal dak il-programm, li s-suċċess tiegħu fit-twessigħ tal-edukazzjoni, tat-taħriġ u tal-opportunitajiet ta' xogħol fl-Unjoni kollha huwa inkontestabbli u li kiseb riżultati tanġibbli; iqis li dan għandu jsir aktar inklużiv u joffri opportunitajiet akbar u aċċess indaqs għal kulħadd, b'mod partikolari għal persuni li jkunu ġejjin minn ambjent żvantaġġat u minn żoni rurali u remoti;

18. Jisħaq li jridu jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli u fit-tul biex jiġu miġġielda b'suċċess l-isfidi demografiċi strutturali u biex jiġi mmitigat l-eżodu ta' mħuħ f'żoni rurali, remoti u anqas żviluppati tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' riżorsi finanzjarji biex f'żoni li qed ibatu minn tnaqqis fil-popolazzjoni jinħolqu opportunitajiet ta' impjiegi lokali ta' kwalità għolja u terġa' tingħata l-ħajja lil dawn l-opportunitajiet; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-baġit tal-UE fil-kontribut għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u fit-tisħiħ tal-azzjonijiet soċjali lokali u reġjonali, it-tisħiħ tad-djalogu soċjali u l-għoti ta' aċċess lil kulħadd għal servizzi ewlenin essenzjali bħall-kura tas-saħħa, il-mobilità, nutrizzjoni adegwata u akkomodazzjoni deċenti;

19. Jindika wkoll il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li jgħin liż-żgħażagħ jiksbu esperjenza prattika fi Stat Membru ieħor, u b'hekk iżidu l-impjegabbiltà u l-opportunitajiet għall-ħajja tagħhom; ifakkar fl-importanza ta' finanzjament adegwat tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet tal-UE għaż-żgħażagħ u t-tfal, b'mod partikolari taħt l-FSE+, ir-ReactEU u l-RRF; ifakkar li l-Kummissjoni għandha tirrapporta fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni dwar l-istabbiliment ta' Garanzija Ewropea għat-Tfal u Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa;

20. Ifakkar li l-pandemija kellha impatt sever fuq l-anzjani wkoll; jinsisti li l-baġit 2023 għandu jipprovdi biżżejjed appoġġ lil dawk fosthom li huma l-aktar vulnerabbli u jipproteġi l-benesseri, id-dinjità u d-drittijiet fundamentali tagħhom; jinnota li Erasmus+ joffri opportunitajiet għall-adulti u l-anzjani u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn jibbenefikaw ħafna aktar minnu; jindika r-rwol tal-baġit tal-UE fil-kontribut għall-iżgurar tal-aċċess tal-anzjani għas-servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa, il-mobilità u l-opportunitajiet għall-volontarjat; jistieden lill-UE tissimplifika u żżid l-azzjonijiet tagħha mmirati lejn l-anzjani fi ħdan qafas koerenti assoċjat mal-finanzjament mill-programmi tal-UE;

 Unjoni aktar b'saħħitha għall-poplu tagħha u fid-dinja

21. Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-invażjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa u t-tentattivi kollha biex jiġu destabbilizzati s-sħab tal-UE fil-Viċinat tal-Lvant, kif ukoll l-involviment tal-Belarussja f'din l-aggressjoni; jissottolinja l-ħtieġa li l-Unjoni tibqa' magħquda u jappella għal kooperazzjoni u solidarjetà msaħħa fost l-Istati Membri f'dan il-kuntest diffiċli; iħeġġeġ lill-Unjoni tiggarantixxi finanzjament sinifikanti biex tindirizza l-konsegwenzi ġeopolitiċi tal-kriżi attwali inkluż l-appoġġ għall-varar ta' miżuri umanitarji u ta' tħejjija biex ir-refuġjati jintlaqgħu fl-Istati Membri u fil-Viċinat tal-Lvant; ifakkar li l-istabbiltà tal-Unjoni tiddependi wkoll fuq l-istabbiltà tal-viċinat tagħha;

22. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmobilizzaw il-mezzi finanzjarji kollha disponibbli biex jappoġġaw lill-Ukrajna; itenni l-appoġġ tiegħu, f'dan il-kuntest, għall-mobilizzazzjoni tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi; jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri jipprovdu lill-Parlament b'rapporti u informazzjoni bikrija u trasparenti f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu aktar għajnuna umanitarja ta' emerġenza lill-Ukrajna f'kooperazzjoni mal-aġenziji umanitarji tan-NU u ma' organizzazzjonijiet sħab internazzjonali oħra; jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm enfasi speċjali fuq il-gruppi vulnerabbli, il-minoranzi u n-nisa u t-tfal, peress li dawn jiġu affettwati b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt u jeħtieġu protezzjoni u appoġġ speċjali; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-mezzi kollha disponibbli biex tiżgura l-għoti ta' appoġġ fl-ambitu tal-programmi rilevanti tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tas-servizzi soċjali u mediċi u l-edukazzjoni;

23. Itenni l-appoġġ sod tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi kollha tas-Sħubija tal-Lvant u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġawhom, b'mod partikolari r-Repubblika tal-Moldova, fl-għoti ta' kenn temporanju lir-refuġjati mill-Ukrajna; itenni l-ħtieġa ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri fir-rilokazzjoni lejn Stati Membri oħra tar-refuġjati mill-Ukrajna li waslu l-Polonja, l-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovakkja;

24. Jirrikonoxxi l-importanza tas-sanzjonijiet u l-unità tal-Unjoni fl-impożizzjoni tagħhom u jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u tiffaċilita l-mezzi u l-modi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tagħhom għall-UE;

25. Jissottolinja l-importanza strateġika tal-politika tat-tkabbir fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi provdut finanzjament adegwat lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u lill-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar, b'mod partikolari dawk li jimplimentaw Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mal-UE, biex jiġu appoġġati riformi politiċi u soċjoekonomiċi komprensivi u jissaħħu s-soċjetà ċivili u l-istat tad-dritt, kif ukoll bħala għajnuna għall-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 u l-konsegwenzi ekonomiċi fit-tul tagħha; jenfasizza l-importanza ta' appoġġ finanzjarju li jkun biżżejjed għall-assistenza teknika sabiex l-assorbiment tal-fondi tal-UE jittejjeb f'dawk ir-reġjuni;

26. Jistenna li, anki wara l-kriżi attwali, l-ażil u l-migrazzjoni jibqgħu prijorità fuq l-aġenda tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' appoġġ finanzjarju kontinwu għall-akkoljenza, ir-reġistrazzjoni, l-eżami u l-integrazzjoni tal-applikanti għall-ażil, u li jiġi żgurat finanzjament adegwat għall-objettivi speċifiċi tal-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, bil-ħsieb li tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil; jisħaq li din is-sistema trid tkun ibbażata fuq is-solidarjetà u r-responsabbiltà kondiviża, jiġifieri b'mod li wħud mill-Istati Membri ma jitgħabbewx iż-żejjed u b'mod sproporzjonat, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-promozzjoni tal-integrazzjoni, l-istabbiliment ta' qafas għall-migrazzjoni legali, kif mitlub mill-Parlament, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u t-titjib tas-sistemi għar-ritorn effettiv, sikur u dinjituż tal-persuni u għar-ritorn volontarju, f'konformità mal-valuri u l-impenji internazzjonali tal-UE; jappella, barra minn hekk, għal finanzjament adegwat għall-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi sabiex jissaħħu s-sistemi ta' ġestjoni tal-fruntieri;

27. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda benefiċjarju ta' fondi tal-UE (inklużi kuntratturi jew sottokuntratturi, parteċipanti fi gruppi ta' ħidma jew sessjonijiet ta' taħriġ, jew partijiet terzi) fuq il-lista ta' persuni jew entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi tal-UE;

28. Jisħaq li l-Unjoni għandha bżonn biżżejjed riżorsi biex tirreaġixxi għal kriżijiet kbar kif ukoll għall-isfidi fit-tul fil-viċinat tagħha u madwar id-dinja, filwaqt li jfakkar li l-limitu massimu tal-Intestatura 6 tal-QFP diġà huwa baxx wisq u li reviżjoni tal-QFP attwali hija indispensabbli; jappella għal finanzjament li jkun biżżejjed għall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali u għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rwol kruċjali tagħhom fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u demokratiku u r-riformi politiċi u ekonomiċi, il-protezzjoni tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, l-appoġġ għall-proċessi elettorali u l-indirizzar tal-isfidi soċjali u klimatiċi u l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni; jindika l-ħtieġa li jingħata appoġġ kontinwu lir-refuġjati, b'mod partikolari dawk fit-Turkija u fir-reġjun usa', u li jkun hemm rispons għall-iżviluppi fl-Afganistan, filwaqt li jtenni li l-baġit tal-Unjoni m'għandux ikun l-uniku sors ta' finanzjament; jappella li l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-NU għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) tirċievi livell ambizzjuż ta' finanzjament mill-baġit tal-UE fl-2023 biex tkun tista' tipprovdi appoġġ adegwat għall-istabbiltà reġjonali u ssaħħaħ ir-reżiljenza tar-refuġjati Palestinjani; jisħaq fuq l-importanza tal-programm ta' għajnuna umanitarja u jinnota li r-riżorsi mhumiex jiżdiedu b'mod allinjat ma' bżonnijiet ogħla minn qatt qabel; jappella, għalhekk, li l-programm jiġi allokat finanzjament aktar sinifikanti u li l-Istati Membri jżidu l-għajnuna umanitarja tagħhom;

29. Itenni l-fehma tiegħu li l-Unjoni għandu jkollha biżżejjed mezzi biex tirreaġixxi għal żviluppi mhux mistennija ġewwa u barra l-UE; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, twettaq analiżi fil-fond tal-implikazzjonijiet differenti tal-isfidi attwali u tal-impatt tagħhom fuq il-proċedura baġitarja tal-2023 kif ukoll fuq il-QFP 2021-2027 kollu, u tivvaluta meta tkun xierqa reviżjoni tal-QFP;

30. Iqis li l-aħħar żieda fl-għadd ta' infezzjonijiet bil-COVID-19 hija prova ulterjuri li għandu jsir aktar biex titlaqqam id-dinja kollha; ifakkar fil-ftehim bejn it-tliet istituzzjonijiet bħala parti mill-baġit 2022 biex tiġi rieżaminata l-evoluzzjoni tar-rispons għall-pandemija sal-aħħar ta' Ġunju 2022, b'mod partikolari fir-rigward tat-tilqim internazzjonali, u biex tittieħed kwalunkwe azzjoni neċessarja mingħajr aktar dewmien;

31. Jenfasizza l-ħtieġa dejjem akbar ta' appoġġ finanzjarju adegwat għas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni, inkluż permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża, li jappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp fis-settur tad-difiża; jappella għal sforzi akbar biex jissaħħu l-iskjerabbiltà u l-effettività operazzjonali u biex tittejjeb il-mobilità militari, anke bil-ħsieb li jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-istabbiltà fil-viċinat tal-UE u lil hinn minnu, u biex jiġi indirizzat it-theddid ibridu u ċibernetiku; iqis li tali sforzi jżidu l-awtonomija strateġika tal-Unjoni u jsaħħu l-kompetittività tal-industrija tad-difiża Ewropea; jappella, barra minn hekk, għal finanzjament adegwat għall-Fond għas-Sigurtà Interna;

32. Jappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tal-UE biex tindirizza t-theddid dejjem akbar għas-sigurtà bħat-tixrid tad-diżinformazzjoni, inklużi d-diżinformazzjoni online, il-kampanji ta' aħbarijiet foloz kontra l-UE, it-terroriżmu, ir-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti fl-UE u fil-pajjiżi ġirien tagħha; iqis li l-allokazzjonijiet tal-finanzjament għandhom jirriflettu n-natura dejjem tinbidel tat-theddid u l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tiegħu u li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-isforzi tal-Unjoni f'dan il-qasam;

33. Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex ilestu l-integrazzjoni fix-Schengen tal-Istati Membri kollha, b'mod partikolari tar-Rumanija, tal-Bulgarija u tal-Kroazja, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi kollha; iqis li t-tkabbir ekonomiku u l-prosperità, is-sigurtà interna, il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE, id-drittijiet fundamentali, il-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen u l-libertà ta' moviment fi ħdan l-UE huma marbuta b'mod inseparabbli u huma ta' benefiċċju reċiproku; iqis li huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-aġenziji kollha li joperaw fl-oqsma tad-drittijiet fundamentali, l-ażil, is-sigurtà, il-ġustizzja u l-ġestjoni integrata tal-fruntieri jkollhom finanzjament, riżorsi umani u taħriġ tal-persunal adegwati; ifakkar li ż-żona Schengen iġġib benefiċċji ekonomiċi għall-istati parteċipanti;

Kwistjonijiet trażversali

34. Ifakkar li l-ispejjeż tal-finanzjament għall-Istrument tal-UE għall-Irkupru (EURI) għandhom jiġġarrbu mill-baġit tal-Unjoni, inkluż minn biżżejjed rikavati minn riżorsi proprji ġodda, u għandhom ikunu sostnuti minn approprjazzjonijiet meħtieġa u f'waqthom; jisħaq li l-pakketti finanzjarji tal-programmi tan-nefqa m'għandhomx jintużaw biex jimmaniġġjaw l-imprevedibbiltà tal-ispejjeż tal-finanzjament tal-EURI; iqis li l-awtorità baġitarja għandha s-setgħa sħiħa biex tiddeċiedi li ssaħħaħ kwalunkwe programm tal-UE, inkluż meta l-ispejjeż tal-finanzjament tal-EURI jkunu aktar baxxi milli mistenni; ifakkar li d-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-ispiża tal-finanzjament tal-EURI fl-2022, miftiehma fil-15 ta' Novembru 2021 matul il-perjodu ta' konċiljazzjoni tapplika għall-proċedura baġitarja tal-2022 u ma toħloqx preċedent; ifakkar li d-deċiżjonijiet futuri kollha jistgħu jittieħdu biss matul il-proċedura baġitarja annwali;

35. Ifakkar li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni qablu fil-Ftehim Interistituzzjonali (FII) dwar pjan direzzjonali legalment vinkolanti għall-introduzzjoni ta' basket ta' riżorsi proprji ġodda biex jiġi żgurat li l-kapital, u l-imgħax relatat, tal-pjan ta' rkupru tal-UE jitħallas kollu, mingħajr ma titnaqqas in-nefqa tal-programmi jew tal-istrumenti ta' investiment taħt il-QFP, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-universalità; jilqa' l-pakkett finanzjarju propost mill-Kummissjoni fit-22 ta' Diċembru 2021, li fih aġġornament tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, bi tliet riżorsi proprji ġodda: mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri; skambju ta' kwoti tal-emissjonijiet; u sehem mill-profitti residwi tal-akbar intrapriżi multinazzjonali u dawk l-aktar profittabbli; iqis li l-progress ta' dan il-pakkett huwa tal-akbar importanza; jitlob, għalhekk, li l-Kunsill jirrispetta l-iskeda ta' żmien miftiehma u jagħmel progress bl-ewwel basket ta' riżorsi proprji qabel ma tiġi finalizzata l-proċedura baġitarja tal-2023; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Kummissjoni, tressaq proposta għat-tieni basket ta' riżorsi proprji ġodda qabel Diċembru 2023 sabiex jiġu żgurati biżżejjed riżorsi għall-ħlasijiet lura tan-NextGenerationEU; ifakkar li l-2023 se tkun it-tieni sena ta' applikazzjoni tal-aġġustament speċifiku għall-programm skont l-Artikolu 5 tar-Regolament li jistabbilixxi l-QFP;

36. Jinnota li kien hemm ammont għoli mhux mistenni ta' diżimpenji għar-riċerka (aktar minn EUR 469 miljun), f'livell li ma kienx antiċipat fil-ftehim dwar il-QFP, u għalhekk mhuwiex kopert minnu; iqis li d-diżimpenji kollha għar-riċerka għandhom ikunu disponibbli kollha skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju; biħsiebu jiffoka d-diżimpenji li huma addizzjonali għall-ammonti li għandhom jiġu inklużi mill-Kummissjoni fl-abbozz ta' baġit fuq għadd ta' oqsma essenzjali;

37. Jistenna bil-ħerqa l-applikazzjoni tal-metodoloġija riveduta tat-trekkjar klimatiku fl-abbozz ta' baġit 2023 skont l-FII dwar id-dixxiplina baġitarja u fir-rapportar dwar il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" fir-rapport dwar il-prestazzjoni; jistenna li l-Kummissjoni tadotta metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva għat-trekkjar tal-bijodiversità mill-aktar fis possibbli, filwaqt li żżomm f'moħħha l-miri stabbiliti għall-2024, l-2026 u l-2027; jistieden lill-Kummissjoni tqis kif xieraq is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha rilevanti sabiex kull nefqa fil-futur tkun trasparenti u tistabbilixxi rabta aktar ċara bejn in-nefqa klimatika u dik għall-bijodiversità u l-impatti reali tagħhom, inkluż bl-applikazzjoni ta' indikaturi tal-output u tar-riżultati; jappella għall-involviment sħiħ tal-Parlament fl-iżvilupp tal-metodoloġiji, kif stipulat fil-FII; jistenna li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Parlament dwar il-metodoloġija għall-bijodiversità qabel il-pubblikazzjoni tal-abbozz ta' baġit 2023;

38 Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija għat-trekkjar tan-nefqa soċjali fil-baġit tal-UE abbażi tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

39. Itenni li n-nisa ġew affettwati b'mod sproporzjonat mill-kriżi ekonomika u soċjali b'riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, inkluż b'żieda fil-każijiet ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru; jitlob, għalhekk, finanzjament sinifikanti għall-fergħa Daphne tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri; jappella għal aktar finanzjament fil-baġit tal-UE mmirat lejn l-avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-indirizzar tad-diskriminazzjoni, b'mod partikolari kontra n-nisa u l-persuni LGBTI+, u jappella lill-Kummissjoni trawwem sinerġiji akbar bejn il-programmi tal-UE f'dawn l-oqsma; jappella wkoll għal riżorsi sinifikanti biex jiġu appoġġati l-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva, kif ukoll l-aċċess universali għalihom, u biex jiġu appoġġati d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem;

40. Ifakkar li l-Kummissjoni jeħtiġilha, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023, timplimenta metodoloġija, akkumpanjata mill-ġbir, ir-rapportar u l-evalwazzjoni sistematiċi ta' data diżaggregata skont il-ġeneru, biex tkejjel in-nefqa rilevanti għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll id-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd; jissottolinja l-importanza tal-implimentazzjoni u tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri bħala prinċipju orizzontali fl-attivitajiet, il-politiki u l-programmi kollha tal-UE; jissottolinja r-rwol importanti li għandhom l-aġenziji u l-korpi f'dan il-qasam u l-ħtieġa li jiġu żgurati finanzjament u riżorsi umani adegwati biex jitwettqu l-kompiti tagħhom; jappella għall-implimentazzjoni rapida tal-istrateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2020-2025;

41. Ifakkar fil-ħidma essenzjali mwettqa mill-aġenziji deċentralizzati; iqis li l-aġenziji jrid ikollhom ammont xieraq ta' riżorsi umani u riżorsi oħra adegwati sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom; ifakkar li l-kompiti tal-aġenziji jevolvu f'konformità mal-prijoritajiet tal-politiki u jisħaq li r-responsabbiltajiet l-ġodda jridu jkunu akkumpanjati minn livelli korrispondenti ta' riżorsi ġodda;

42. Iqis li l-baġit 2023 għandu jkun fih livell suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament biex ikopri kemm il-programmi l-ġodda kif ukoll it-tlestija ta' dawk kurrenti, parzjalment biex jiġi żgurat li l-baġit tal-Unjoni jipprovdi l-istimolu ekonomiku meħtieġ; jenfasizza, filwaqt li jislet tagħlimiet mill-oqfsa finanzjarji pluriennali tal-passat, li hemm bżonn li l-implimentazzjoni tal-programm titħaffef biex jiġu evitati l-arretrati ta' pagamenti fit-tieni nofs tal-perjodu tal-QFP;

43. Iqis li, meta jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, l-approprjazzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu disponibbli;

44. Jissottolinja l-valur tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji (PP-PAs) fl-ittestjar ta' inizjattivi ta' politiki ġodda u fit-tħejjija tal-pedamenti għal azzjonijiet futuri tal-Unjoni; biħsiebu, għalhekk, jipproponi pakkett ta' PP-PAs f'konformità mal-prijoritajiet politiċi tiegħu u l-valutazzjoni tal-Kummissjoni; fiduċjuż li l-Kummissjoni se tevalwa l-proposti tal-PP-PAs b'mod imparzjali abbażi ta' valutazzjoni legali u finanzjarja u jistenna li jirċievi spjegazzjonijiet preċiżi u dettaljati meta proġett jitqies "kopert" mill-programmi u l-politiki tal-UE, b'eżempji konkreti tal-azzjonijiet tal-UE li jitqies li jkopru l-proposti; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiżgura li l-PP-PAs adottati fil-baġit jiġu implimentati bis-sħiħ, b'mod f'waqtu u b'kooperazzjoni mal-Parlament, u jingħataw viżibbiltà akbar sabiex l-impatt tagħhom jiġi massimizzat;

°

° °

45. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (3.3.2022)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-linji gwida għall-baġit 2023 – Taqsima III

(2021/2226(BUI))

Rapporteur għal opinjoni: Christian Ehler

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jissottolinja l-importanza li l-baġit jiġi allinjat mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Ftehim ta' Pariġi billi jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti biex jikkontribwixxi għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali lejn in-newtralità klimatika sal-2050 u biex jissawwar id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa, filwaqt li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE u l-kompetittività tal-industriji tagħha; ifakkar fir-rwol kruċjali tal-prospettiva strateġika u l-importanza tat-tfassil ta' politika antiċipatorja bbażata fuq l-evidenza; jenfasizza li l-2023 trid tkun sena ta' żvilupp soċjali għall-Ewropa u li l-baġit tal-UE għandu jiffoka fuq l-iżvilupp soċjali, l-impjiegi ta' kwalità għal standards tal-għajxien ta' kwalità għolja u l-indirizzar tal-impatti soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni fuq iċ-ċittadini, l-industriji u l-komunitajiet tal-UE; ifakkar li l-2023 se tkun l-aħħar sena tan-Next Generation EU (NGEU); jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiżgura li jintuża l-ammont kollu allokat taħt l-NGEU għat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi;

2. Ifakkar fil-miri maqbula fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027 għall-kisba ta' livelli ta' nfiq ta' 10 % għall-bijodiversità u 30 % għall-integrazzjoni tal-azzjoni klimatika; itenni t-talba tiegħu li titkompla l-ħidma fuq il-metodoloġiji tat-trekkjar għan-nefqiet relatati mal-klima u mal-bijodiversità, filwaqt li tiġi applikata metodoloġija aktar robusta, trasparenti u komprensiva; jitlob l-involviment sħiħ tal-Parlament Ewropew fl-iżvilupp ta' dawn il-metodoloġiji u jistenna bil-ħerqa l-konsultazzjonijiet annwali dwar il-miri tal-klima u l-bijodiversità kif stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[20];

3. Jemmen li inizjattivi ġodda, bħall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep, għandhom ikunu akkumpanjati minn riżorsi baġitarji ġodda li għandhom jiżdiedu mal-programmi tal-QFP rilevanti meta jiġu stabbiliti l-prijoritajiet ġodda ta' nfiq; jirrikonoxxi li xi aspetti ta' inizjattivi ġodda huma koperti minn prijoritajiet ta' nfiq eżistenti u jinkoraġġixxi li jinstabu sinerġiji bejn il-programmi eżistenti u l-objettivi tal-politika sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni; iwissi, madankollu, kontra li l-programmi eżistenti jiġu mgħobbija żżejjed bi prijoritajiet ta' politika ġodda, peress li dan jista' jpoġġi lil dawk il-programmi f'riskju;

4. Jinnota bi tħassib li wħud mill-programmi tal-UE li jaqgħu fil-mandat ta' dan il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE) kellhom bidu kajman, b'livelli relattivament baxxi ta' impenji fl-2021; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-approprjazzjonijiet ta' impenn kollha disponibbli jintużaw, peress li l-investimenti pubbliċi jibqgħu essenzjali biex jittaffa l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19; jitlob li l-Kummissjoni tirrapporta lill-ITRE dwar il-previżjonijiet tagħha tal-pagamenti fis-sena li ġejja fid-dawl tal-bidla fl-impenji minħabba l-bidu kajman tal-programmi;

5. Ifakkar li rati baxxi ta' suċċess kienu sfida sostanzjali għal Orizzont 2020; jinnota li l-ewwel indikazzjonijiet jimplikaw li r-rati ta' suċċess f'Orizzont Ewropa jistgħu jirriżultaw saħansitra aktar baxxi minn dawk għal Orizzont 2020; jinnota li rati ta' suċċess estremament baxxi se jiskoraġġixxu lill-aħjar riċerkaturi milli japplikaw għall-finanzjament; jissottolinja l-ħtieġa li Orizzont Ewropa jiġi mgħammar b'finanzjament suffiċjenti u jirrakkomanda sinerġiji akbar ma' fondi oħra tal-UE u l-applikazzjoni tat-tikketta tal-kwalità tas-siġill ta' eċċellenza fejn possibbli; jistieden, għalhekk, lill-Kunsill jaqbel mal-infiq massimu għal Orizzont Ewropa taħt il-QFP attwali, bl-użu tal-flessibbiltà kollha offruta;

6. Jitlob l-użu sħiħ tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju sabiex jiġu allokati d-diżimpenji kollha disponibbli għal Orizzont Ewropa; ifakkar fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar l-użu mill-ġdid ta' fondi diżimpenjati fir-rigward tal-programm ta' riċerka[21]; jinnota, f'dan il-kuntest, ir-rwol tal-impriżi konġunti, li jimmobilizzaw l-investimenti privati fir-riċerka lejn objettivi tal-politika pubblika, inklużi kwistjonijiet soċjetali urġenti bħall-bini ta' ekonomija kompetittiva, diġitali, b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u ċirkolari, l-esplorazzjoni tal-potenzjal tas-setturi kulturali u kreattivi, il-promozzjoni ta' trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi li jikkontribwixxu għall-inklużjoni u t-tkabbir, u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, billi s-setturi tal-enerġija u tat-trasport jagħmluhom aktar favur il-klima u l-ambjent, aktar effiċjenti u kompetittivi, aktar intelliġenti, sikuri u reżiljenti, u billi jippromwovu l-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika; jinnota li d-diżimpenji tal-użu mill-ġdid minbarra l-infiq miftiehem fil-ftehim tal-QFP, jistgħu jingħataw skop għal finanzjament ġdid li jista' jappoġġja objettivi ta' politika ġodda; iwissi kontra l-forniment minn qabel tal-fondi, speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-2023 hija l-aħħar sena tal-NGEU;

7. Iqis lill-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) u fuq kollox l-approċċ il-ġdid tiegħu għall-finanzjament tal-innovazzjoni tat-teknoloġija profonda bħala strument kruċjali għall-kompetittività tal-Ewropa; jenfasizza li dan l-approċċ il-ġdid jista' jirnexxi biss jekk il-Fond tal-EIC ikun jista' jieħu r-riskju li jkun l-investitur ewlieni fi proġetti mhux bankabbli; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Fond tal-EIC ikun istituzzjonalment immirat lejn dawn it-tipi ta' investimenti; itenni li l-leġiżlazzjoni tal-programm Orizzont tirrikjedi li l-applikanti għall-Programm tal-Aċċelleratur tal-EIC jingħataw deċiżjoni waħda ta' finanzjament;

8. Jenfasizza li l-libertà akkademika hija dritt fundamentali kopert mill-Artikolu 13 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE; ifakkar fil-premessa 72 tar-Regolament dwar Orizzont Ewropa, li tafferma li dak ir-rispett tal-libertà akkademika għandu jkun promoss fil-pajjiżi kollha li jibbenefikaw mill-fondi ta' Orizzont Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija kredibbli biex tipproteġi l-libertà akkademika fil-pajjiżi kollha fejn jiġu żborżati l-fondi tal-UE, permezz ta' Orizzont Ewropa;

9. Jenfasizza li Orizzont Ewropa huwa programm ta' investiment ċentrali biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika tal-UE, inkluż permezz tar-raggruppamenti stabbiliti fil-Pilastru II; jenfasizza li, b'mod partikolari, l-investimenti fir-riċerka f'innovazzjonijiet diġitali u sostenibbli huma kruċjali għall-futur tal-Ewropa; jirrimarka li Orizzont Ewropa jirrappreżenta kontribut sinifikanti tal-infiq tal-UE biex tibqa' fuq quddiem nett fi prijoritajiet definiti strateġikament, inklużi s-sigurtà ċivili, il-kultura u l-kreattività, u l-agrikoltura;

10. Jiddeplora l-fatt li l-ftehim baġitarju tal-2022 immodifika l-allokazzjoni tad-diżimpenji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Politika Konġunta dwar l-użu mill-ġdid ta' fondi diżimpenjati f'Orizzont Ewropa[22]; itenni li l-allokazzjoni finali mfassla fid-dikjarazzjoni kienet parti integrali mill-ftehim baġitarju bbilanċjat milħuq matul it-trilogu ta' Orizzont Ewropa; ifakkar li l-allokazzjoni tad-diżimpenji ma kinitx parti mill-att bażiku biss minħabba li ma kinitx teknikament possibbli; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żgurata fiduċja reċiproka bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u li l-Parlament Ewropew u l-kumitati kompetenti tiegħu jiġu involuti aktar meta l-modifiki baġitarji jistgħu jipperikolaw il-kisbiet tal-prijoritajiet tal-politika tal-UE; jitlob, għalhekk, li l-ftehim baġitarju bbilanċjat jerġa' jiddaħħal billi jintużaw diżimpenji addizzjonali disponibbli fl-2023 u jiġi żgurat li dawn jitqassmu fil-programm kollu b'mod ġust u proporzjonat;

11. Jilqa' l-inizjattivi l-ġodda tal-Kummissjoni fl-oqsma tar-riċerka, tal-ispazju, il-kura tas-saħħa, il-mikroċipep u r-reżiljenza globali, iżda jissottolinja li dawn għandhom jiġu ffinanzjati b'riżorsi addizzjonali mingħajr ma dawn ikunu għad-detriment ta' programmi kritiċi eżistenti bħal Copernicus, Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u Ewropa Diġitali, fost oħrajn; jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa li jiġu appoġġjati l-kompetittività u l-kapaċità industrijali tal-Ewropa; jissottolinja, barra minn hekk, l-importanza li tissaħħaħ aktar l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE; iqis, barra minn hekk, li sabiex jiġi żgurat ir-rwol globali tal-Ewropa, it-teknoloġiji fixkiela bħall-blockchain, il-computing kwantistiku u l-intelliġenza artifiċjali (IA) għandhom jingħataw prijorità ferm ogħla u jiġu pprovduti bil-programmi ta' finanzjament tagħhom stess;

12. Jilqa' l-iżvilupp li għaddej tal-perkorsi ta' tranżizzjoni għall-14-il ekosistema koperti mill-istrateġija industrijali Ewropea; jissottolinja li kwalunkwe innovazzjoni rivoluzzjonarja ġdida prevista biex tirfed il-perkorsi għandha titqies bħala prijorità ġdida u għalhekk għandha tiġi ffinanzjata apparti l-baġits eżistenti għall-programmi rilevanti; jitlob sinerġiji ma' programmi eżistenti tal-Unjoni meta l-perkorsi ta' innovazzjoni jeħtieġu allinjata mal-aġendi ta' riċerka eżistenti;

13. Jisħaq li l-impatt u l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 aggravaw id-dgħufijiet persistenti fis-sistemi tas-saħħa u wrew il-ħtieġa ta' investiment pubbliku fir-riċerka dwar is-saħħa; jitlob li jiġu investiti riżorsi adegwati fir-riċerka ta' trattament effettiv għall-finijiet tat-tħejjija għal kriżijiet futuri;

14. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat appoġġ finanzjarju sostanzjali lil dawk l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), il-mikrointrapriżi u n-negozji ġodda li ntlaqtu u għadhom affettwati serjament mill-kriżi;

15. Jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex issaħħaħ il-katina tal-valur u l-ekosistema tal-industrija tas-semikondutturi tal-Ewropa; ifakkar li kemm it-tranżizzjoni diġitali kif ukoll dik ekoloġika se jiddependu ħafna fuq l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda li l-biċċa l-kbira tagħhom se jeħtieġu mikroċipep biex jiffunzjonaw, u jikkonkludi għalhekk li d-disponibbiltà taċ-ċipep fl-Ewropa hija kruċjali għaż-żewġ tranżizzjonijiet; jirrikonoxxi li kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri tagħha se jkollhom jagħmlu investimenti sinifikanti sabiex jiżguraw awtonomija strateġika miftuħa f'dan is-settur kruċjali tal-ekonomija; ifakkar li kwalunkwe prijorità ġdida għandha tiġi ffinanzjata b'riżorsi ġodda fil-QFP u li l-fondi eżistenti m'għandhomx ikunu mgħobbija żżejjed b'objettivi ta' politika ġodda;

16. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura finanzjament suffiċjenti għall-inizjattivi spazjali emblematiċi tal-UE, bħal Copernicus; jinnota bi tħassib li d-dewmien tal-assoċjazzjoni tar-Renju Unit ma' Copernicus jista' jwassal għal sfidi finanzjarji għall-proġett; itenni li t-tnedija ta' inizjattivi ġodda u meħtieġa m'għandhiex tfisser li dawk eżistenti ma jiġux iffinanzjati biżżejjed;

17. Jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni reċenti fis-suq tal-enerġijia, li rat żieda bla preċedent fil-prezzijiet tal-enerġija li għandha impatt soċjoekonomiku dirett fuq iċ-ċittadini Ewropej u l-approfondiment tal-faqar enerġetiku; jenfasizza l-importanza ta' investimenti bikrija u sostanzjali f'miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi biex tiġi żgurata l-kisba rapida tal-għanijiet tal-UE dwar l-enerġija u l-klima; jissottolinja, f'dan il-kuntest, l-importanza ta' investiment robust fi tranżizzjoni tal-enerġija teknoloġikament, ekonomikament u soċjalment sostenibbli, enerġija aktar nadifa, teknoloġiji rinnovabbli u sistema tal-enerġija effiċjenti u interkonnessa li tista' tissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista; ifakkar li l-indipendenza enerġetika għall-UE ttejjeb l-istabbiltà u l-affordabbiltà tal-prezzijiet tal-enerġija għaċ-ċittadini u n-negozji tagħha, speċjalment l-SMEs; ifakkar li l-2023 se tkun is-sena biex tiġi stabbilita l-lista li jmiss ta' Proġetti tal-Enerġija ta' Interess Komuni u jistieden lill-Kummissjoni biex tirriserva finanzjament adegwat; jilqa' l-proposti fil-pakkett "Lesti għall-Mira ta' 55 %" tal-Kummissjoni u jenfasizza l-ħtieġa ta' riżorsi suffiċjenti u miżuri adegwati biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni diġitali ekoloġika u sostenibbli, filwaqt li jiġi żgurat ukoll li l-isforzi ta' dekarbonizzazzjoni tal-UE jiġu kkoordinati fil-livell globali sabiex jiġu evitati l-esportazzjonijiet tal-emissjonijiet;

18. F'dan il-kuntest, ifakkar fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Settembru 2020 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE[23] u jilqa' l-proposti leġiżlattivi reċenti dwar il-ġenerazzjoni li jmiss ta' riżorsi proprji għall-baġit tal-UE; jenfasizza l-importanza li l-pjan direzzjonali l-ġdid dwar ir-riżorsi proprji jiġi implimentat b'suċċess;

19. Jilqa' l-inizjattiva l-ġdida Global Gateway u jitlob li jingħata finanzjament adegwat fil-qafas tal-inizjattiva għal proġetti ta' interkonnettività tal-enerġija u l-komunikazzjoni, kif ukoll faċilitajiet li jippermettu l-aċċess għall-SMEs u fuq kollox għall-mikrointrapriżi Ewropej għall-opportunitajiet li tipprovdi;

20. Jirrikonoxxi l-kontribut tal-programmi ta' finanzjament tal-UE għall-irkupru ekonomiku u għaż-żamma tat-tkabbir sostenibbli u inklużiv, li jgħin biex jitnaqqas id-distakk diġitali, biex jiġi żgurat il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u l-innovazzjoni, u b'mod partikolari għall-appoġġ tal-SMEs, il-mikrointrapriżi u n-negozji ġodda; jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq ambjent tan-negozju favorevoli għall-SMEs; jinnota d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-intrapriżi ż-żgħar biex jaċċessaw l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE u dawk nazzjonali; jenfasizza, f'dan il-kuntest, ir-rwol ta' InvestEU, it-tieqa għall-SMEs tiegħu, u l-possibbiltà li l-SMEs jaċċessaw il-finanzjament taħtu; ifakkar fl-importanza tal-appoġġ pubbliku u privat biex imexxi ż-żieda fl-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni u biex titħaffef il-kisba tal-għanijiet ekoloġiċi u diġitali; jenfasizza r-rilevanza tal-istrumenti ta' Orizzont Ewropa bħall-EIC, il-missjonijiet tal-UE u s-sħubijiet Ewropej;

21. Ifakkar li l-kompetittività industrijali u l-politika dwar il-klima jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku, u li għalhekk l-infiq f'riindustrijalizzazzjoni innovattiva u newtrali għall-klima se joħloq impjiegi lokali u jiżgura l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea;

22. Jistenna l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd , speċjalment fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM);

23. Jilqa' l-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida, li tgħaqqad id-dinja tax-xjenza, it-teknoloġija, l-arti u l-kultura biex tindirizza b'mod effiċjenti l-kwistjonijiet soċjetali u toħloq tkabbir ekonomiku sostenibbli iżda jinnota bi tħassib li għad m'hemmx approċċ koerenti u strateġiku għall-finanzjament tal-inizjattiva; iqis li s-sempliċi użu ta' fondi eżistenti jista' ma jkunx biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi ta' din l-inizjattiva u jenfasizza l-ħtieġa ta' fondi ġodda; jistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk ikunx meħtieġ l-istabbiliment ta' Programm tal-UE ddedikat biex jappoġġja l-inizjattiva;

24. Jappella għal finanzjament u persunal suffiċjenti għall-aġenziji u l-korpi kollha tal-UE li jidħlu fil-kompetenza tal-Kumitat ITRE, b'mod partikolari l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, l-Aġenzija tal-UE għall-Programm Spazjali u l-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

3.3.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

7

15

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Matteo Adinolfi, Nicola Beer, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Michael Bloss, Manuel Bompard, Paolo Borchia, Marc Botenga, Markus Buchheit, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Maria da Graça Carvalho, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Nicola Danti, Pilar del Castillo Vera, Martina Dlabajová, Christian Ehler, Valter Flego, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Claudia Gamon, Nicolás González Casares, Bart Groothuis, Christophe Grudler, András Gyürk, Henrike Hahn, Ivo Hristov, Ivars Ijabs, Romana Jerković, Eva Kaili, Seán Kelly, Łukasz Kohut, Zdzisław Krasnodębski, Andrius Kubilius, Thierry Mariani, Marisa Matias, Eva Maydell, Georg Mayer, Joëlle Mélin, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Angelika Niebler, Ville Niinistö, Aldo Patriciello, Mauri Pekkarinen, Tsvetelina Penkova, Morten Petersen, Pina Picierno, Markus Pieper, Clara Ponsatí Obiols, Manuela Ripa, Robert Roos, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Jessica Stegrud, Riho Terras, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Marie Toussaint, Isabella Tovaglieri, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop G. Dalunde, Francesca Donato, Adriana Maldonado López

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

48

+

ECR

Zdzisław Krasnodębski, Grzegorz Tobiszowski, Evžen Tošenovský

NI

András Gyürk

PPE

François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Maria da Graça Carvalho, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Seán Kelly, Andrius Kubilius, Eva Maydell, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Markus Pieper, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Riho Terras, Henna Virkkunen, Pernille Weiss

Renew

Nicola Beer, Nicola Danti, Martina Dlabajová, Valter Flego, Claudia Gamon, Bart Groothuis, Christophe Grudler, Ivars Ijabs, Iskra Mihaylova, Mauri Pekkarinen, Morten Petersen

S&D

Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Nicolás González Casares, Ivo Hristov, Romana Jerković, Eva Kaili, Łukasz Kohut, Adriana Maldonado López, Dan Nica, Tsvetelina Penkova, Pina Picierno, Patrizia Toia, Carlos Zorrinho

 

7

-

ECR

Robert Roos, Jessica Stegrud

ID

Matteo Adinolfi, Paolo Borchia, Markus Buchheit, Georg Mayer, Isabella Tovaglieri

 

15

0

ID

Thierry Mariani, Joëlle Mélin

NI

Francesca Donato, Clara Ponsatí Obiols

The Left

Manuel Bompard, Marc Botenga, Marisa Matias

Verts/ALE

Michael Bloss, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Henrike Hahn, Ville Niinistö, Manuela Ripa, Marie Toussaint

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (7.2.2022)

għall-Kumitat għall-Baġits

Linji gwida għall-Baġit 2023 - Taqsima III

(2021/2226(BUI))

Rapporteur għal opinjoni: Vlad Gheorghe

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi s-settur tat-trasport tal-UE huwa essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-Unjoni, għas-sostenibbiltà tagħha u għall-iżgurar tal-aċċessibbiltà u l-konnettività territorjali tar-reġjuni kollha tagħha, b'attenzjoni partikolari għar-reġjuni periferiċi, rurali, muntanjużi, insulari u ultraperiferiċi u għal żoni ġeografikament żvantaġġati oħra;

B. billi l-kisba ta' trasport sostenibbli se tkun kruċjali biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 u l-miri intermedji stabbiliti fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima; billi jeħtieġ biżżejjed investiment u investiment immirat biex tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn mobilità sostenibbli u intelliġenti f'konformità mal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;

C. billi l-Unjoni għandha trendi t-trasport sostenibbli realtà filwaqt li tiżgura l-funzjonament tas-suq intern u l-kompetittività tal-UE fil-livell dinji; billi s-settur tat-trasport huwa wieħed mill-akbar impjegaturi fl-Ewropa u l-isfidi li qed jiffaċċja għandhom jiġu indirizzati b'tali mod li jinħolqu benefiċċji għall-ħolqien tal-impjiegi b'remunerazzjoni tajba, jiġi żgurat li jkun hemm ekwità u li ħadd ma jitħalla lura, u jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sikurezza tal-ħaddiema tat-trasport; billi jeħtieġ li jsiru aktar sforzi biex il-professjoni ta' ħaddiem fil-qasam tat-trasport issir aktar attraenti,

D. billi t-turiżmu, li jimpjega direttament jew indirettament madwar 27 miljun ħaddiem, huwa settur essenzjali għall-ekonomija tal-UE u r-raba' l-akbar industrija tal-esportazzjoni tagħha, u għandu rwol importanti fl-ekonomija, il-kompetittività, l-impjiegi u l-promozzjoni tal-benesseri soċjali tal-UE; billi hija meħtieġa tranżizzjoni kontinwa u rapida lejn mudelli ta' turiżmu aktar sostenibbli, ta' kwalità u mhux staġjonali; billi ħafna intrapriżi fis-settur huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u proprjetà tal-familja, u jsibuha diffiċli biex ikollhom aċċess għas-self bankarju u s-swieq finanzjarji;

E. billi l-attività ekonomika u l-koeżjoni soċjali ta' ħafna reġjuni tal-UE jiddependu ħafna mit-turiżmu u għalhekk dawn ir-reġjuni ntlaqtu partikolarment mill-pandemija tal-COVID-19;

F. billi s-setturi tat-trasport u tat-turiżmu huma fost dawk li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi attwali tal-COVID-19; billi t-trasport irriżulta vitali għall-iżgurar tal-fluss kontinwu ta' merkanzija u d-distribuzzjoni ta' vaċċini tal-COVID-19 fl-UE kollha;

1. Jilqa' l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-pakkett "Lesti għall-Mira ta' 55 %" f'Lulju 2021 u n-negozjati li ġejjin li se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' mobilità sostenibbli u intelliġenti u jiżguraw tranżizzjoni ġusta lejn il-mira tan-newtralità klimatika sal-2050; itenni l-ħtieġa ta' finanzjament suffiċjenti għall-proġetti ewlenin, l-objettivi u l-inizjattivi tal-istrateġija, b'mod partikolari t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju u esternalitajiet negattivi oħra, il-produzzjoni u l-użu ta' fjuwils alternattivi sostenibbli flimkien ma' punti ta' ċċarġjar, il-promozzjoni ta' mobilità multimodali konnessa, interoperabbli u awtomatizzata, u sikurezza u sigurtà mtejba tat-trasport; itenni li finanzjament xieraq għall-proġetti tat-trasport se jkun strumentali biex l-irkupru tas-settur jingħata spinta u biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn mobilità sostenibbli u intelliġenti;

2. Itenni li t-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika għandha tkun ġusta, inklużiva u nondiskriminatorja biex jiġi żgurat li l-forza tax-xogħol, in-negozji u l-SMEs fis-settur tat-trasport u tat-turiżmu ikunu jistgħu jaġġustaw f'ħin utli għal din it-tranżizzjoni, biex jiġu appoġġati r-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar milquta billi jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet lokali u jikkondividu l-aħjar prattiki u biex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet fil-qasam tal-mobilità tal-aktar vulnerabbli jiġu ssodisfati; iqis li huwa importanti li jiġi allokat finanzjament xieraq għal dan il-proċess ta' aġġustament, kif ukoll għat-taħriġ u l-ksib ta' kompetenzi u ħiliet ġodda għall-ħaddiema tas-settur għall-finijiet ta' prospetti u rekwiżiti futuri ta' impjiegi; jenfasizza li dan se jgħin biex tiżdied l-attraenza tas-settur tat-trasport, jiġu indirizzati t-tixjiħ tal-forza tax-xogħol u n-nuqqas ta' ħaddiema, u tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa fis-settur; jindika l-ħtieġa li n-nisa jiġu inklużi aktar fl-oqsma differenti tas-settur tat-trasport, kemm fil-forza tax-xogħol kif ukoll fir-rwoli maniġerjali tiegħu;

3. Itenni r-rwol kruċjali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) fit-trawwim tal-iżvilupp u t-tlestija fil-ħin ta' Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) ta' prestazzjoni għolja, li jkun sostenibbli, sikur, multimodali, interoperabbli u interkonness fl-infrastrutturi tat-trasport, tal-enerġija u tas-servizzi diġitali; itenni li finanzjament xieraq għall-proġetti tat-trasport, anki dawk li jikkontribwixxu għall-kisba ta' 60 % tal-mira ta' nfiq fuq il-klima fl-ambitu tal-FNE u f'konformità mal-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, se jkun strumentali biex l-irkupru tas-settur jingħata spinta u biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn mobilità sostenibbli u intelliġenti; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, għat-tnaqqis tal-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-qasam tat-trasport tal-FNE fl-2022 meta mqabbla mal-2021 u mal-qafas finanzjarju pluriennali preċedenti (QFP); ifakkar fl-importanza li jiġu ppreżentati sejħiet għal proposti b'benefiċċji speċifiċi biex ir-reġjuni ultraperiferiċi jindirizzaw it-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi;

4. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw approċċ artikolat u komplementari għall-użu tal-fondi disponibbli (il-FNE, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni u InvestEU) biex jimmassimizzaw l-effett tagħhom fuq l-irkupru filwaqt li jiżguraw finanzjament adegwat fit-tul għall-proġetti tal-UE, kif ukoll l-implimentazzjoni f'waqtha tat-TEN-T;

5. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-politika tat-TEN-T, li għandha l-għan li tagħmel in-network TEN-T adattat għall-futur u li tallinja aktar l-iżvilupp tan-network TEN-T mat-twettiq tas-suq uniku, il-ħolqien ta' Żona Unika Ewropea tat-Trasport, l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-miri klimatiċi tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima;

6. Jistieden lill-Kummissjoni twettaq il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji meħtieġa, inklużi l-valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, meta tfassal il-leġiżlazzjoni l-ġdida tagħha dwar id-dekarbonizzazzjoni tal-modi kollha tat-trasport; jenfasizza li l-isforzi ta' dekarbonizzazzjoni ma għandhomx iwasslu għal żieda sostanzjali fl-ispejjeż tat-trasport għall-passiġġieri;

7. Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi malajr pakkett multimodali biex tiżgura approċċ integrat tal-politiki tat-trasport;

8. Jinnota li ż-żieda żgħira fil-kontribuzzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni għall-FNE għat-trasport fl-2022 mhijiex biżżejjed biex tikkumpensa għat-tnaqqis fl-2021; jitlob li din il-kontribuzzjoni tkompli tiżdied fil-baġit tal-2023 biex tirrifletti r-rwol kruċjali tal-politika tal-UE fil-qasam tat-trasport u t-turiżmu fit-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika; jitlob kalendarju ċar għal aktar azzjonijiet biex tinkiseb it-tlestija sħiħa tat-TEN-T fl-iskadenzi stabbiliti, li se tiffaċilita l-konnessjonijiet transfruntiera, tistimula t-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali u territorjali fl-Ewropa, trawwem is-sikurezza tat-trasport u toħloq l-impjiegi;

9. Jieħu nota, minkejja t-tnaqqis drastiku tal-ambizzjonijiet ta' mobilità militari fin-negozjati tal-QFP, taż-żieda ċkejkna fil-baġit tal-mobilità militari fl-2022 sabiex jiġu adattati partijiet min-networks TEN-T għall-użu doppju tal-infrastruttura tat-trasport bil-ħsieb li tittejjeb il-mobilità kemm ċivili kif ukoll militari;

10. Jilqa' ż-żieda fil-finanzjament għall-programm InvestEU fl-2022 meta mqabbel mal-2021 minħabba r-rwol importanti tal-programm fit-trawwim ta' infrastruttura sostenibbli u sikura; jenfasizza, madankollu, li din iż-żieda kienet meħtieġa biex tikkumpensa għat-tnaqqis konsiderevoli fl-2021 u jitlob li l-programm jiġi ffinanzjat kif suppost fl-2023;

11. Jappella għal aktar riċerka u investimenti fl-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, sabiex jiġi appoġġat il-varar ta' soluzzjonijiet tat-trasport innovattivi, it-tranżizzjoni modali, soluzzjonijiet ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi u fjuwils sostenibbli alternattivi;

12. Ifakkar fl-importanza tat-trasparenza tal-finanzjament tal-UE fis-settur tat-trasport; ifakkar li l-investiment pubbliku fl-infrastruttura huwa partikolarment espost għall-frodi; jisħaq fuq l-importanza li tkun garantita proċedura ta' akkwist trasparenti u kompetittiva għal proġetti ta' infrastruttura tat-trasport fuq skala kbira ffinanzjati mill-UE; iqis li huwa essenzjali li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' kontroll adegwati fuq il-kwalità tal-materjali u t-tekniki tal-kostruzzjoni, biex ma tiġix kompromessa s-sikurezza;

13. Jilqa' r-rwol tal-RRF u tal-pjanijiet nazzjonali relatati fl-istimulu tal-irkupru fis-setturi tat-trasport u tat-turiżmu waqt li fl-istess ħin javvanzaw il-prijoritajiet tal-Unjoni għal tranżizzjoni ekoloġika u diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-proġetti rilevanti, inkluż b'għarfien espert u assistenza teknika, filwaqt li tagħti attenzjoni speċjali lill-proġetti transfruntiera; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li s-settur tat-turiżmu jirċievi parti suffiċjenti ta' assistenza fl-ambitu tal-RRF;

14. Jemmen li r-rispett għall-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" għandu jiġi minqux fil-leġiżlazzjoni kollha relatata mal-finanzjament tat-trasport;

15. Jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa u timmobilizza biżżejjed finanzjament biex issaħħaħ is-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport, b'mod partikolari billi ttejjeb il-manutenzjoni tal-infrastruttura b'enfasi speċjali fuq l-utenti vulnerabbli tat-triq, tintroduċi żoni ta' parkeġġ siguri u protetti mal-awtostradi u barra l-awtostradi, tintegra aħjar is-sikurezza fit-toroq fil-linji gwida għall-pjanijiet ta' mobilità urbana sostenibbli, toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar is-sikurezza fit-toroq f'żoni residenzjali u tieħu kont tal-iżviluppi fil-qasam tal-mobilità bħad-droni; jistieden lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa u b'mod regolari l-progress tal-Istati Membri f'dan ir-rigward u tipprovdi assistenza teknika fuq talba tal-awtoritajiet rilevanti;

16. Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw aktar investiment fix-xogħlijiet tal-infrastruttura u l-użu ta' żoni ta' parkeġġ sikuri u protetti, fost l-oħrajn billi jnaqqsu l-piżijiet burokratiċi u ż-żmien meħtieġ għall-proċeduri amministrattivi;

17. Jieħu nota tal-possibilitajiet ta' finanzjament tal-UE disponibbli għall-ekosistema tat-turiżmu (SMEs, mikroimpriżi u ħaddiema) u ż-żieda fl-appoġġ għall-SMEs fis-settur tat-turiżmu fil-baġit 2022; itenni, madankollu, it-talba urġenti u ripetuta tiegħu li jinħolqu programm speċifiku tal-UE dwar it-turiżmu sostenibbli u linja baġitarja speċifika biex tirrifletti l-importanza u l-ħtiġijiet tas-settur; ifakkar fit-talba magħmula mill-Parlament Ewropew li tiġi stabbilita Aġenzija Ewropea għat-Turiżmu;

18. Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa u timmobilizza biżżejjed finanzjament fil-baġit tal-2023 għall-iżvilupp rapidu ta' pjan direzzjonali għal turiżmu sostenibbli; jenfasizza li d-diversifikazzjoni tal-offerta u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni jistgħu jikkontribwixxu biex jattiraw firxa usa' ta' turisti u jżidu s-sehem tas-suq, filwaqt li jnaqqsu l-impronta klimatika u ambjentali tas-settur; jenfasizza l-attraenza tal-prodotti u s-servizzi pan-Ewropej fil-qasam tat-turiżmu, bħall-itinerarji transnazzjonali; jitlob li jingħata appoġġ addizzjonali għat-tranżizzjoni diġitali bħala pedament għal settur tat-turiżmu u ekonomija tal-UE reżiljenti;

19. Jinnota li minkejja l-isforzi intensivi tal-Kummissjoni biex tiffaċilita l-finanzjament tal-UE għas-settur tat-turiżmu, l-impriżi jiffaċċjaw diffikultajiet serji biex jaċċessaw il-finanzjament tal-UE; itenni t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex toħloq mekkaniżmu tal-UE għall-monitoraġġ tal-għoti ta' appoġġ lill-mikrointrapriżi u lill-SMEs sabiex tiffaċilita l-modernizzazzjoni tagħhom u l-implimentazzjoni ta' proġetti innovattivi u sostenibbli, filwaqt li tiżgura t-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u s-simplifikazzjoni amministrattiva;

20. Jinnota li t-turiżmu sostenibbli għandu jqis l-effetti attwali u futuri mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali tas-setturi tat-turiżmu u tal-ivvjaġġar, billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-viżitaturi, l-industrija, l-ambjent u l-komunitajiet lokali; jenfasizza l-ħtieġa li jitfasslu soluzzjonijiet sostenibbli u flessibbli għat-trasport multimodali u li jiġu żviluppati politiki għall-preservazzjoni tal-wirt naturali u l-bijodiversità, filwaqt li tiġi rispettata l-awtentiċità soċjokulturali tal-komunitajiet ospitanti, tiġi żgurata s-sostenibbiltà u jiġu ġġenerati benefiċċji soċjoekonomiċi għall-partijiet ikkonċernati kollha, bħal impjiegi lokali, ta' kwalità tajba u permanenti fis-settur;

21. Jitlob li l-finanzjament tal-aġenziji Ewropej tat-trasport u tal-impriżi konġunti jikkorrispondi mal-livell ta' responsabbiltà tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa partikolari li jiżdied il-baġit tal-Aġenzija tal-UE għall-Ferroviji sabiex din tingħata l-mezzi meħtieġa biex taġixxi bħala awtorità effiċjenti, b'attenzjoni partikolari għall-implimentazzjoni tar-raba' pakkett ferrovjarju, u biex jiġi pprovdut appoġġ addizzjonali għall-objettivi tat-tlestija tat-TEN-T, b'mod partikolari s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju u s-sezzjonijiet transfruntiera; ifakkar, barra minn hekk, fir-rwol tal-Aġenzija tal-UE għall-Ferroviji fil-ħidma biex tinkiseb tranżizzjoni dejjiema mit-trasport bit-triq għall-ferrovija flimkien mal-impriża konġunta Shift2Rail;

22. Ifaħħar il-gwida maħruġa għas-settur tal-avjazzjoni mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-UE (EASA) matul il-kriżi tal-COVID-19 u jitlob li jiġi allokat il-livell xieraq ta' riżorsi lill-aġenzija fid-dawl tar-responsabbiltajiet tagħha; ifaħħar il-fatt li l-impriżi konġunti għar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) u Clean Sky 2 kienu kapaċi jżommu l-livell ta' ambizzjoni tagħhom minkejja ċ-ċirkostanzi;

23. Itenni li fl-2018, l-EASA, li hi kklassifikata bħala aġenzija ta' investiment strateġiku Ewropew, ingħatat kompiti ewlenin sinifikanti ġodda fir-rigward taċ-ċibersigurtà fl-avjazzjoni, id-droni u l-mobilità urbana tal-ajru, il-ħarsien tal-ambjent, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-kooperazzjoni internazzjonali; jitlob, għalhekk, li jkun hemm baġit adegwat għall-aġenzija; jissottolinja r-rwol tal-EASA fil-Patt Ekoloġiku permezz tal-ħidma tagħha fit-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-avjazzjoni, anki permezz tal-iżvilupp ta' standards ġodda fil-qasam tas-CO2, il-monitoraġġ tal-prevenzjoni tal-frodi ambjentali, il-kunċett ta' programm tal-Ekotikketta tal-UE u valutazzjonijiet taċ-ċiklu ta' ħajja, it-tnaqqis ta' effetti mhux CO2 tal-avjazzjoni, u l-promozzjoni tal-użu ta' fjuwils sostenibbli iċċertifikati kif xieraq, kif ukoll it-tiġdid ekoloġiku tal-flotot tal-linji tal-ajru;

24. Itenni li, b'riżorsi addizzjonali, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima tista' tiżvolġi rwol importanti fl-appoġġ lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom diretti lejn il-mitigazzjoni tar-riskji ambjentali relatati mat-trasport marittimu, l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u t-tniġġis qawwi tal-baħar b'mod partikolari, lejn it-titjib tas-sostenibbiltà tas-settur marittimu u lejn il-kontribut għall-effiċjenza ġenerali tat-traffiku marittimu u t-trasport marittimu, sabiex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment ta' Spazju Ewropew tat-Trasport Marittimu mingħajr ostakli;

25. Ifaħħar l-istabbiliment tal-impriżi konġunti Avjazzjoni Nadifa, Ferroviji tal-Ewropa u SESAR 3 u s-sħubija għall-Idroġenu Nadif; jitlob li dawn l-isforzi jiġu ffinanzjati b'mod adegwat sabiex ikunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom fit-tisħiħ tal-innovazzjoni u r-riċerka u fit-titjib tal-prestazzjoni, is-sikurezza u s-sostenibbiltà tas-settur tat-trasport; jirrimarka li l-programmi ta' finanzjament tal-UE bħal Orizzont Ewropa jistgħu jaqdu rwol ewlieni fil-promozzjoni ta' sħubiji mal-pajjiżi tal-UE, mas-settur privat, ma' fondazzjonijiet u ma' partijiet ikkonċernati oħra; jilqa' f'dan ir-rigward iż-żieda fil-baġit tal-programm ta' riċerka Orizzont Ewropa fl-2022 u jistieden lill-Kummissjoni żżomm livell għoli ta' finanzjament fl-2023;

26. Itenni l-bżonn li ssir riflessjoni dwar metodi ta' kif jiġu promossi modi ta' trasport sostenibbli, inkluż permezz ta' inċentivi baġitarji, billi jitqies l-eżempju tas-Sena Ewropea tal-Ferroviji 2021; jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi sinerġiji bejn is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 u l-inizjattiva DiscoverEU sabiex tippromwovi mobilità sostenibbli u intelliġenti fost iż-żgħażagħ.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

7.2.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Adamowicz, Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Paolo Borchia, Karolin Braunsberger-Reinhold, Marco Campomenosi, Ciarán Cuffe, Karima Delli, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Carlo Fidanza, Mario Furore, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Elsi Katainen, Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Cláudia Monteiro de Aguiar, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Rovana Plumb, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, István Ujhelyi, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sara Cerdas, Clare Daly, Roman Haider, Ljudmila Novak, Jutta Paulus, Andreas Schieder, Marianne Vind

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ECR

Carlo Fidanza, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

NI

Mario Furore

PPE

Magdalena Adamowicz, Karolin Braunsberger-Reinhold, Gheorghe Falcă, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Ljudmila Novak, Massimiliano Salini, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo

RENEW

José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Elsi Katainen, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Andris Ameriks, Sara Cerdas, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Rovana Plumb, Andreas Schieder, István Ujhelyi, Marianne Vind

The Left

Clare Daly, Elena Kountoura

VERTS/ALE

Ciarán Cuffe, Karima Delli, Tilly Metz, Jutta Paulus

 

1

-

ECR

Peter Lundgren

 

6

0

ID

Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Roman Haider, Julie Lechanteux, Philippe Olivier

The Left

Kateřina Konečná

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI (2.3.2022)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-linji gwida għall-Baġit 2023 – Taqsima III

(2021/2226(BUI))

Rapporteur għal opinjoni: Andrea Caroppo

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Ifakkar fil-ħtieġa li jitħeġġeġ u jiġi promoss it-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur agrikolu billi tiġi ffaċilitata l-akkwiżizzjoni tal-azjendi agrikoli miż-żgħażagħ u min-nisa, għax din hi waħda mill-isfidi ewlenin għall-agrikoltura Ewropea; ifakkar fil-ħtieġa ta' appoġġ finanzjarju adegwat għall-bdiewa żgħażagħ taħt il-politika agrikola komuni (PAK) riformata; jenfasizza li l-prevenzjoni tal-abbandun tal-azjendi agrikoli hija komponent importanti tal-viżjoni fit-tul tal-Kummissjoni għaż-żoni rurali u jenfasizza li l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali huma oqsma ta' politika ta' investiment ewlenin u huma strumentali biex jintlaħqu l-objettivi tal-UE dwar is-sigurtà tal-ikel, it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-inklużjoni soċjali, il-bilanċ territorjali, il-protezzjoni ambjentali u t-trattament xieraq tal-annimali;

2. Jisħaq fuq l-importanza li jiġu ffinanzjati r-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur agroalimentari permezz ta' fondi tal-iżvilupp rurali, il-baġit ta' Orizzont Ewropa, is-Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni (EIPs), il-proġetti pilota, l-azzjonijiet preparatorji u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ta' evoluzzjoni megħjuna sabiex tittejjeb il-kompetittività, jiġu stimulati soluzzjonijiet intelliġenti u tiġi appoġġata tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-bdiewa jingħataw assistenza teknika għall-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda u l-ħtieġa li jiġi żgurat li r-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni jilħqu lill-azjendi agrikoli u lill-bdiewa;

3. Jilqa' l-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex taċċellera t-trasformazzjoni diġitali fl-agrikoltura u fiż-żoni rurali; jinnota l-importanza kontinwa li jiġu appoġġati l-investimenti fil-modernizzazzjoni u l-innovazzjoni, jekk is-settur agrikolu għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, l-istrateġija għall-bijodiversità u l-miżuri "Mill-Għalqa sal-Platt"; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika sorsi addizzjonali ta' appoġġ finanzjarju għall-bdiewa bil-ħsieb li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta u bbilanċjata fid-diġitalizzazzjoni tas-settur agrikolu, peress li għad hemm differenzi sinifikanti fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-UE;

4. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-kreditu u għal strumenti finanzjarji oħra għall-azjendi agrikoli, speċjalment għall-azjendi agrikoli żgħar u tal-familja;

5. Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ u tappoġġa finanzjarjament proġetti ta' integrazzjoni vertikali li jippromwovu l-produzzjoni sostenibbli sabiex jiġi implimentat b'mod effettiv il-mudell "Mill-Għalqa sal-Platt" u jkomplu jitrawmu l-għarfien u l-konsum ta' ikel prodott b'mod sostenibbli, reġjonali u tajjeb għas-saħħa minn, pereżempju, id-dieta Mediterranja jew skemi ta' kwalità nazzjonali jew reġjonali oħra, inklużi t-termini tal-kwalità fakultattivi "prodott tal-muntanji" u "prodott tal-biedja tal-gżejjer", kif ukoll prodotti ta' kwalità b'valur miżjud għoli, indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini;

6. Jafferma mill-ġdid l-importanza tal-iskema tal-iskejjel tal-UE biex tgħin lit-tfal isegwu dieta tajba għas-saħħa; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi appoġġ xieraq għall-iskema tal-iskejjel; jistieden lill-Istati Membri jużaw bis-sħiħ l-allokazzjonijiet tagħhom u jagħtu prijorità lill-produzzjoni sostenibbli, lokali u ta' kwalità għolja;

7. Jisħaq li l-bdiewa Ewropej għad għandhom rwol strateġiku matul il-pandemija u wrew ir-reżiljenza kontinwa tagħhom billi żguraw provvista tal-ikel stabbli u sigura għaċ-ċittadini Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni, fl-ambitu tas-setgħat tagħha, tiżgura s-sigurtà alimentari Ewropea u tnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi mhux tal-UE; jenfasizza li, fil-każ ta' importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE, il-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li l-prodotti importati jikkonformaw mal-istandards tal-kwalità billi, b'mod partikolari, jimplimentaw ir-reċiproċità tal-istandards għall-prodotti agrikoli minn barra l-UE sabiex jiġi garantit ikel sikur għall-konsumaturi Ewropej;

8. Jilqa' l-pjan ta' kontinġenza tal-Kummissjoni biex jiġu żgurati l-provvista tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fi żminijiet ta' kriżi u l-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Tħejjija u Rispons għall-Kriżijiet tas-Sigurtà tal-Ikel (EFSCM); jirrimarka li n-nuqqas ta' koordinazzjoni dwar il-proċeduri ta' emerġenza u l-interpretazzjonijiet differenti tal-Istati Membri tal-miżuri implimentati mill-UE ma jistgħux jiggarantixxu l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku; jilqa' għalhekk ir-rwol tal-EFSCM li jimmira li jtejjeb il-livell ta' tħejjija u kooperazzjoni bejn is-setturi; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri biex tindirizza l-vulnerabbiltajiet tas-settur agroalimentari għall-kriżijiet, inkluż bħala parti mill-istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt";

9. Jemmen li kontrolli aktar stretti fuq rekwiżiti ta' importazzjoni ta' pjanti, prodotti agrikoli oħrajn, prodotti ta' protezzjoni tal-pjanti u prodotti għall-użu agrikolu li jidħlu fit-territorju tal-UE se jgħinu biex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-konsumaturi, il-bijodiversità u l-introjtu tal-bdiewa Ewropej;

10. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq mingħajr dewmien pjanijiet komuni ta' konverżjoni tal-varjetà għar-reġjuni diġà affettwati mill-patoġeni u tagħmel l-appoġġ finanzjarju relatat u l-assistenza teknika bla ħlas disponibbli għall-bdiewa;

11. Ikompli jinsisti li d-dħul fil-baġit tal-UE li huwa derivat minn kwalunkwe dħul assenjat jew rimborż ta' irregolaritajiet mill-agrikoltura fis-snin ta' qabel għandu jibqa' taħt dan id-dominju;

12. Ifakkar li mill-1 ta' Jannar 2023, il-PAK riformata, b'mudell ta' implimentazzjoni ġdid, se tidħol fis-seħħ u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati implimentazzjoni bla xkiel u applikazzjoni immedjata tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK biex ikun hemm baġit adegwat disponibbli minnufih; jenfasizza li hemm għadd ta' prattiki u miżuri ġodda taħt il-pjanijiet strateġiċi, bħas-servizzi u l-prattiki konsultattivi għall-azjendi agrikoli u ekoskemi mtejba ġodda, li se jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti taħt l-istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt", inkluż fir-rigward tas-sekwestru tal-karbonju f'art agrikola, l-agroforestrija u l-paludikultura;

13. Ifakkar fl-impenji li saru skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar ir-riforma tal-PAK biex jinżamm il-finanzjament għall-Programm ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità (POSEI) u l-programm għall-gżejjer minuri tal-Eġew fil-livelli tagħhom tal-2020 fil-baġit tal-2023; jenfasizza l-importanza vitali tal-programm POSEI għaż-żamma tal-attività agrikola u l-provvista tal-ikel u l-prodotti agrikoli fir-reġjuni ultraperiferiċi, li jridu jiġu pprovduti b'riżorsi adegwati; ifakkar fil-problemi soċjoekonomiċi speċifiċi ta' dawk ir-reġjuni bħala riżultat tas-sitwazzjoni ġeografika tagħhom, b'mod partikolari d-distanza, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima diffiċli tagħhom, kif rikonoxxut fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

14. Jissottolinja li s-settur agrikolu tal-UE bħalissa qed jiffaċċja sfidi kbar, li jirriżultaw b'mod partikolari mill-pandemija tal-COVID-19, mill-kriżi tal-enerġija u miż-żieda fil-prezzijiet tal-fertilizzanti u tal-għalf, u li dan jagħmel il-ħtieġa għal investiment sostenibbli fis-settur agrikolu akbar minn qatt qabel, inkluż minn sorsi barra mill-baġit tal-PAK, sabiex tiġi żgurata l-produzzjoni ta' ikel suffiċjenti, affordabbli u ta' kwalità għolja għall-konsumaturi u tgħin lill-bdiewa jindirizzaw kriżijiet futuri;

15. Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-kriżi li għaddejja bħalissa fis-suq tal-majjal, tidentifika mekkaniżmi li jappoġġaw lill-bdiewa tal-ħnieżer u lill-produtturi tal-majjal, filwaqt li tqis l-impatt negattiv tad-deni Afrikan tal-ħnieżer;

16. Jitlob lill-Kummissjoni tindirizza l-problemi li jaffettwaw ħafna setturi minħabba l-ispejjeż dejjem jiżdiedu tal-inputs, b'mod partikolari l-fertilizzanti, l-għalf u l-enerġija, permezz ta' interventi mmirati tas-suq u jitlob tisħiħ immirat kontinwu u dejjem jiżdied għall-partiti baġitarji rilevanti għall-miżuri ta' appoġġ għas-suq;

17. Jilqa' r-riżerva agrikola l-ġdida prevista fil-PAK il-ġdida li se tgħin lis-settur agrikolu f'każ ta' żviluppi tas-suq jew kriżijiet li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola, u li l-Parlament appoġġa bis-sħiħ matul in-negozjati tal-PAK il-ġdida; jenfasizza li din ir-riżerva se tammonta għal mill-inqas EUR 450 miljun fis-sena u inizjalment għandha tiġi ffinanzjata minn approprjazzjonijiet disponibbli taħt is-sottolimitu massimu tal-Fond Ewropew ta' Garanzija għall-Agrikoltura u sussegwentement, jekk ikun meħtieġ, minn fondi ta' riżerva għall-kriżijiet mhux użati disponibbli fi tmiem l-2022; jinnota li r-riżerva agrikola se tiġi implimentata għall-ewwel darba fl-2023 u jisħaq li l-bqija tal-fondi ta' riżerva għall-kriżijiet tal-2022 li ma ntużawx għandhom jiġu rimborżati lill-bdiewa; jenfasizza li r-riżerva agrikola taħt il-PAK il-ġdida għandha ssir għodda aktar effiċjenti biex jiġu indirizzati kriżijiet kemm kbar kif ukoll fuq skala żgħira fis-settur agrikolu maż-żmien u li tirrappreżenta buffer faċilment aċċessibbli biex jiġu indirizzati l-inċertezzi tas-suq; ifakkar fil-ħtieġa li jsir użu sħiħ mill-appoġġ addizzjonali pprovdut lill-fond agrikolu Ewropew għall-iżvilupp rurali mill-fondi tan-NextGenerationEU;

18. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jinstab finanzjament minn barra l-PAK biex jingħata appoġġ ad hoc lil setturi affettwati minn restrizzjonijiet politiċi esterni jew dawk relatati mas-saħħa.


 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

1.3.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

7

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mazaly Aguilar, Clara Aguilera, Atidzhe Alieva-Veli, Álvaro Amaro, Attila Ara-Kovács, Carmen Avram, Adrian-Dragoş Benea, Benoît Biteau, Mara Bizzotto, Daniel Buda, Asger Christensen, Angelo Ciocca, Ivan David, Paolo De Castro, Jérémy Decerle, Salvatore De Meo, Herbert Dorfmann, Luke Ming Flanagan, Dino Giarrusso, Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Martin Hlaváček, Krzysztof Jurgiel, Jarosław Kalinowski, Elsi Katainen, Hélène Laporte, Camilla Laureti, Gilles Lebreton, Norbert Lins, Colm Markey, Marlene Mortler, Ulrike Müller, Maria Noichl, Juozas Olekas, Eugenia Rodríguez Palop, Bronis Ropė, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Simone Schmiedtbauer, Annie Schreijer-Pierik, Marc Tarabella, Veronika Vrecionová, Sarah Wiener, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Zbigniew Kuźmiuk, Alin Mituța, Pina Picierno

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ECR

Mazaly Aguilar, Krzysztof Jurgiel, Zbigniew Kuźmiuk, Veronika Vrecionová

ID

Mara Bizzotto, Angelo Ciocca, Hélène Laporte, Gilles Lebreton

NI

Dino Giarrusso

PPE

Álvaro Amaro, Daniel Buda, Salvatore De Meo, Herbert Dorfmann, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Colm Markey, Marlene Mortler, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Simone Schmiedtbauer, Annie Schreijer-Pierik, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Renew

Atidzhe Alieva-Veli, Asger Christensen, Jérémy Decerle, Martin Hlaváček, Elsi Katainen, Alin Mituța, Ulrike Müller

S&D

Clara Aguilera, Attila Ara-Kovács, Carmen Avram, Adrian-Dragoş Benea, Paolo De Castro, Camilla Laureti, Maria Noichl, Juozas Olekas, Pina Picierno, Marc Tarabella

 

7

-

The Left

Luke Ming Flanagan, Eugenia Rodríguez Palop

Verts/ALE

Benoît Biteau, Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Bronis Ropė, Sarah Wiener

 

1

0

ID

Ivan David

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI (7.2.2022)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-linji gwida għall-baġit 2023 – Taqsima III

(2021/2226(BUI))

Rapporteur għal opinjoni: Morten Løkkegaard

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jinsab imħasseb ħafna dwar l-impatt persistenti tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-edukazzjoni, is-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi, iż-żgħażagħ; il-media u l-isport; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, biex flimkien mal-Istati Membri, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex itaffu dawn l-impatti ħalli jiżguraw l-irkupru ta' dawn is-setturi u jkomplu jiffaċilitaw it-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi tagħhom, kif ukoll jappoġġaw lill-benefiċjarji tal-programmi Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, inkluż billi jsaħħu r-riżorsi annwali allokati għal dawn il-programmi fil-qafas tal-QFP attwali;

2. Ifakkar li l-programm Ewropa Kreattiva huwa l-uniku programm tal-UE ddedikat speċifikament biex jappoġġa s-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi; jitlob li jiġi offrut appoġġ partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fis-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi, speċjalment sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess tagħhom għall-finanzjament tal-Unjoni u biex jiġu megħjuna jegħlbu l-ostakli tas-suq, bil-għan li dawn il-kumpaniji jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mit-trasformazzjoni diġitali;

3. Jinnota li t-tfixkil bla preċedent fit-tagħlim minħabba l-pandemija tal-COVID-19 żied id-distakk fl-edukazzjoni u, miegħu, l-inugwaljanzi fis-sistemi edukattivi, b'mod partikolari fir-rigward tal-edukazzjoni diġitali, l-apprendiment mill-bogħod u l-aċċess għall-internet u t-tagħmir tal-IT;

4. Jesprimi d-dispjaċir tiegħu, f'dan ir-rigward, li xi Stati Membri mhumiex jinvestu perċentwal suffiċjenti tal-prodott domestiku gross (PDG) tagħhom fl-edukazzjoni u t-taħriġ u jistieden lill-Kummissjoni tfassal miżuri ta' appoġġ speċifiċi biex tindirizza b'mod partikolari l-effetti ta' tfixkil bħal dan fuq il-benessri mentali u tevalwa l-effettività ta' approċċi differenti implimentati fl-Istati Membri biex jinbnew sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ aktar reżiljenti u inklużivi;

5. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta eżempji tal-aħjar prattiki tal-Istati Membri diġà fl-2023, u fl-aħħar mill-aħħar fl-evalwazzjoni interim tal-programm Erasmus+;

6. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdied l-appoġġ finanzjarju għall-patrimonju kulturali fid-dawl tal-impatti tal-pandemija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-finanzjament għal azzjonijiet li jindirizzaw speċifikament il-professjonisti tal-patrimonju u x-xogħlijiet meħtieġa ta' konservazzjoni u manutenzjoni;

7. Jitlob li jiġi allokat aktar appoġġ għall-isport li kien affettwat ħafna mill-pandemija; jissottolinja l-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni lill-isport tal-iskola, l-isport komunitarju, l-atleti u l-ħarrieġa milquta mil-limitazzjonijiet imposti minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali;

8. Jistenna li jara żieda sostanzjali fil-finanzjament tal-Erasmus+ għas-settur tal-isport fl-2023 meta jibdew isiru l-iskambji individwali tal-persunal sportiv tal-Azzjoni Ewlenija 1;

9. Jinnota bi tħassib li, skont l-ipprogrammar finanzjarju tal-Kummissjoni, il-pakkett ġenerali Ewropa Kreattiva huwa mistenni li jonqos b'20 % bejn l-2022 u l-2023, anke wara li titqies iż-żieda stmata għall-2023 li tirriżulta mill-aġġustament speċifiku għall-programm previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament QFP; iqis li, minħabba li l-irkupru sħiħ tas-setturi kulturali u kreattivi mhuwiex mistenni qabel l-2024, għandhom jiġu allokati fondi addizzjonali għal dan il-programm fl-2023;

10. Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li tidderieġi mill-ġdid ir-riżorsi mhux użati jew imfaddla lejn il-programmi tal-kultura, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, l-isport u l-media;

11. Ifakkar fis-sinerġiji u l-komplementarjetajiet possibbli bejn Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà minn naħa, u programmi u sorsi ta' finanzjament oħra tal-UE min-naħa l-oħra, bħall-Fond Soċjali Ewropew+ (FSE+), il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-programm Orizzont Ewropa, il-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV) u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jiddispjaċih għall-fatt li fil-prattika, dawn is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet mhumiex qed jiġu kkoordinati bis-sħiħ fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri;

12. Jistieden lill-Kummissjoni, minkejja l-ħtieġa ta' finanzjament suffiċjenti għall-programmi msemmija, teżamina aktar dawn is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet u tappoġġa lill-Istati Membri fil-koordinazzjoni tagħhom, inkluż billi tipprovdi gwida fil-livell tal-UE u billi tiffaċilita l-iskambju ta' prattiki tajba;

13. Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tipproponi pjan ta' taħriġ biex tgħin lill-aġenziji nazzjonali jikkomunikaw b'mod aktar effettiv mal-ministeri responsabbli tagħhom sabiex il-fondi tal-FSE+ jintużaw għal żidiet tal-Erasmus+ għal dawk l-istudenti li ma jaffordjawx jipparteċipaw fl-Erasmus+ u jappoġġaw il-programm b'modi oħra;

14. Ifakkar li hemm finanzjament sinifikanti disponibbli għas-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi fi ħdan il-programm Orizzont Ewropa u jistieden lill-Kummissjoni tesplora bis-sħiħ ir-Raggruppament 2 dwar "il-Kultura, il-Kreattività u s-Soċjetà Inklużiva" billi tippubblika sejħiet għal proposti aktar miftuħa, li se jgħinu lis-settur jirkupra u jlaħħaq mat-tranżizzjoni diġitali;

15. Huwa konvint li l-kapaċità biex jinbnew sinerġiji bejn il-programmi tal-UE hija essenzjali biex tinkiseb Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, biex jiġi implimentat il-pjan ta' azzjoni għall-edukazzjoni diġitali u biex l-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 jkunu suċċess; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, biex f'dan ir-rigward, iżidu l-isforzi tagħhom ħalli jimmassimizzaw in-natura komplementari tal-investimenti u tal-azzjonijiet tagħhom u jiżguraw li dawn jiġu appoġġati fost is-sorsi kollha ta' finanzjament tal-UE;

16. Jinsisti li l-implimentazzjoni tal-inizjattivi msemmija hawn fuq ma tridx issir għad-detriment tar-riżorsi baġitarji u l-attivitajiet ewlenin tal-programmi Erasmus+, Ewropa Kreattiva u tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

17. Ifakkar li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija ffukata fuq l-irkupru tal-Unjoni u jinsab imħasseb ħafna li t-tir li 2 % tal-pakkett baġitarju jiġi ddedikat għall-kultura nkiseb f'livell aggregat tal-UE biss; jinnota li 14-il Stat Membru biss inkludew il-kultura fil-pjanijiet tagħhom tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet preċedenti biex 10 % tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jiġu allokati għall-appoġġ tal-edukazzjoni;

18. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport dettaljat dwar kif il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza qed tikkontribwixxi għas-setturi kulturali u kreattivi u għall-edukazzjoni;

19. Jilqa' l-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida, li tibni pontijiet bejn id-dinja tax-xjenza u t-teknoloġija minn naħa u dik tal-arti u l-kultura min-naħa l-oħra, biex tindirizza b'mod effiċjenti l-kwistjonijiet tas-soċjetà u tibni spazji ta' għajxien sostenibbli u inklużivi; madanakollu, jinnota bi tħassib li għad m'hemmx approċċ koerenti u strateġiku għall-finanzjament tal-inizjattiva;

20. Iqis li s-sempliċi użu ta' fondi eżistenti jista' ma jkunx biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi ta' din l-inizjattiva u jenfasizza l-ħtieġa għal fondi ġodda;

21. Jitlob reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, li fiha jistgħu jiġu esplorati possibbiltajiet biex jiġi stabbilit finanzjament fit-tul iddedikat għall-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida kif ukoll għaż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni;

22. Jilqa' l-miżuri ta' inklużjoni mressqa mill-Kummissjoni bil-għan li sal-2027 jsaħħu l-programmi Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta miżuri ta' inklużjoni konkreti fir-rigward tal-programm Ewropa Kreattiva, u twettaq valutazzjoni trasparenti tal-implimentazzjoni tagħhom u tirrapporta dwar l-eżiti lill-Parlament;

23. Jitlob miżuri speċifiċi ta' inklużjoni mmirati lejn persuni b'inqas opportunitajiet u persuni b'diżabilità, inklużi ż-żgħażagħ; jitlob ukoll li tingħata attenzjoni partikolari lill-benefiċjarji ta' tali miżuri minn żoni rurali, remoti u muntanjużi;

24. Jinsab kuntent li l-Parlament irnexxielu jiżgura EUR 8 miljun addizzjonali għall-programm Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà biex jiffinanzja s-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, u b'hekk jiżgura li l-attivitajiet ewlenin taż-żewġ programmi mhux se jiġu affettwati; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li din is-somma addizzjonali għadha ħafna inqas minn dik biżżejjed biex tkopri l-ħtiġijiet ta' din l-inizjattiva;

25. Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tappoġġa l-impenn tal-koleġiżlaturi għas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 biex iħallu wirt dejjiemi billi jippjanaw attivitajiet ta' segwitu u jiżguraw finanzjament adegwat għall-2023 u billi jwettqu evalwazzjoni bir-reqqa tas-Sena; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-impenn tal-Kummissjoni li twettaq eżerċizzju ta' mmappjar matul is-sena u fi ħdan il-QFP attwali u l-programmi u l-istrumenti tal-UE, li tidentifika kwalunkwe finanzjament addizzjonali lil hinn mill-2022 u tirrapporta regolarment lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-progress f'dan ir-rigward;

26. Itenni l-ħtieġa li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni bir-reqqa u tippreżenta rapport lill-Parlament, fi tmiem l-2023, li jkopri l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet iffinanzjati mis-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ;

27. Jenfasizza l-konsegwenzi tar-reċessjoni ekonomika u jtenni bil-qawwa t-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-appoġġ disponibbli għas-settur tal-media tal-aħbarijiet u dak awdjoviżiv; itenni t-talba tiegħu għal fond permanenti għall-media tal-aħbarijiet tal-UE biex jagħti s-setgħa lill-kopertura indipendenti tal-aħbarijiet, jissalvagwardja l-indipendenza tal-ġurnalisti u l-ġurnaliżmu Ewropej, u jiggarantixxi l-libertà tal-istampa;

28. Jieħu nota bidla fl-istruttura ta' sjieda ta' Euronews; madankollu, jibqa' mħasseb li l-kundizzjonijiet kollha biex tiġi ggarantita l-indipendenza ġurnalistika jistgħu ma jiġux issodisfati; huwa tal-fehma li l-iżgurar ta' fond ta' riżerva għal Euronews irid ikun kundizzjonali fuq l-għoti ta' miżuri bil-miktub, dettaljati u konkreti mill-azzjonisti ewlenin biex jiggarantixxu l-indipendenza ġurnalistika b'mod effettiv; jinsisti li dawn l-impenji jkunu adattati għal valutazzjoni xierqa u għal rieżami regolari mill-istituzzjonijiet tal-UE;

29. Itenni t-talba tiegħu għal aktar trasparenza u għal rieżami komprensiv tal-infiq tal-UE fuq azzjonijiet multimedjali sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà, il-prevedibbiltà u l-iskrutinju ta' dawk l-azzjonijiet;

30. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura jkomplu jtejbu s-sistemi u l-għodod tal-IT tagħhom u jagħmluhom aktar aċċessibbli, filwaqt li jressqu miżuri ta' simplifikazzjoni amministrattiva addizzjonali li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni bla xkiel u ta' suċċess tal-programmi Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, fl-2023.

31. Jilqa' l-gwida interattiva l-ġdida tal-Kummissjoni li timmappja l-opportunitajiet ta' finanzjament rilevanti kollha għas-setturi u l-industriji kulturali u kreattivi sabiex itejbu l-għarfien u l-possibbiltajiet tagħhom biex jibbenefikaw mill-appoġġ disponibbli tal-Unjoni u jitlob li jsir rappurtar regolari dwar l-effettività ta' din l-għodda;

32. Jinnota li għad hemm bżonn li jkomplu jittejbu l-viżibbiltà u l-fehim tal-azzjonijiet tal-UE mmirati lejn il-kultura, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, il-media u l-isport; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ssaħħaħ l-istrateġija ta' komunikazzjoni esterna tagħha u l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, inkluż billi tiddiversifika l-għodod użati attwalment;

33. Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' għarfien fost iċ-ċittadini dwar il-ħajja demokratika fl-Ewropa u n-nuqqas ta' parteċipazzjoni tagħhom fiha; jisħaq fuq il-ħtieġa għal aktar inizjattivi, lil hinn mit-twaqqif tan-networks tal-universitajiet Ewropej, biex tissaħħaħ l-edukazzjoni ċivika u dwar iċ-ċittadinanza fil-livell tal-UE, inklużi l-politiki u l-programmi tal-UE u, fejn possibbli, il-ħolqien ta' strutturi permanenti fil-livell tal-Istati Membri bil-għan li jitrawwem l-iżvilupp tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza u l-mobbiltà bħala fatturi li jwasslu għal sens akbar ta' appartenenza Ewropea fost iż-żgħażagħ;

34. Jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni ta' wara l-Brexit tal-istudenti tal-UE li jixtiequ jieħdu sehem fi skambji ta' studju fir-Renju Unit; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-mezzi diplomatiċi kollha disponibbli biex tipperswadi lir-Renju Unit bil-vantaġġi li jerġa' jingħaqad ma' Erasmus+ bħala membru sħiħ;

35. Jistieden lill-Kummissjoni tibda tinnegozja mal-Iżvizzera dwar il-parteċipazzjoni sħiħa tagħha fil-programm Erasmus+, indipendentement min-negozjati dwar aspetti oħra tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iżvizzera.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

7.2.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Ilana Cicurel, Gianantonio Da Re, Laurence Farreng, Tomasz Frankowski, Alexis Georgoulis, Catherine Griset, Sylvie Guillaume, Hannes Heide, Irena Joveva, Petra Kammerevert, Niyazi Kizilyürek, Predrag Fred Matić, Dace Melbārde, Victor Negrescu, Peter Pollák, Marcos Ros Sempere, Monica Semedo, Andrey Slabakov, Massimiliano Smeriglio, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Salima Yenbou, Theodoros Zagorakis

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Christian Ehler, Loucas Fourlas, Elżbieta Kruk, Viola Von Cramon-Taubadel

 


 

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ECR

Dace Melbārde

PPE

Asim Ademov, Christian Ehler, Loucas Fourlas, Tomasz Frankowski, Peter Pollák, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Theodoros Zagorakis

Renew

Ilana Cicurel, Laurence Farreng, Irena Joveva, Monica Semedo

S&D

Sylvie Guillaume, Hannes Heide, Petra Kammerevert, Predrag Fred Matić, Victor Negrescu, Marcos Ros Sempere, Massimiliano Smeriglio

The Left

Alexis Georgoulis, Niyazi Kizilyürek

Verts/ALE

Viola Von Cramon-Taubadel, Salima Yenbou

 

1

-

ID

Catherine Griset

 

3

0

ECR

Elżbieta Kruk, Andrey Slabakov

ID

Gianantonio Da Re

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

 

 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (10.2.2022)

għall-Kumitat tal-Baġits

dwar il-linji gwida għall-Baġit 2023 – Taqsima III

(2021/2226(BUI))

Rapporteur għal opinjoni: Monika Vana

 

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija valur ewlieni tal-Unjoni minqux fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; billi l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jgħid li "fl-azzjonijiet kollha tagħha l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tinkoraġixxi ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa", b'hekk tistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri, li jistipula li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri trid tkun inkorporata fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju;

B. billi d-diskriminazzjoni jeħtieġ li tinqered u tiġi indirizzata b'mod effettiv mill-Istati Membri u mill-UE; billi perċentwal dejjem akbar tal-baġit tal-UE, inklużi l-fondi strutturali tal-UE u l-investimenti f'servizzi ta' kura ta' kwalità għolja, irid jitfassal biex jiffaċilita bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għal kulħadd b'enfasi speċifika fuq it-titjib tal-ugwaljanza, inkluż għan-nisa, il-bniet u l-persuni LGBTI+;

1. Jinnota li, għalkemm l-istituzzjonijiet kollha tal-UE huma ggwidati mit-Trattati u mill-istrateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2020-2025 biex jimplimentaw l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri meta jfasslu l-politika u l-affarijiet istituzzjonali tagħhom, bħalissa ma hemm l-ebda approċċ koerenti jew kooperazzjoni strutturata; jappella għall-implimentazzjoni rapida tal-istrateġija tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2020-2025 u jenfasizza l-ħtieġa li tittieħed azzjoni addizzjonali;

2. Jiddispjaċih li, minkejja t-talbiet ripetuti tal-Parlament biex l-użu tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri jkunu promossi u implimentati fl-oqsma kollha ta' politika tal-Unjoni, ir-Rapport Speċjali 10/2021 ippubblikat mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri[24], ikkonferma li ċ-ċiklu baġitarju tal-UE għadu ma jqisx b'mod adegwat l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u li l-Kummissjoni għadha ma ssodisfatx l-impenn tagħha li tinkludi l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-baġit tal-UE; jisħaq li din is-sitwazzjoni għandha tiġi indirizzata b'mod adegwat mill-Kummissjoni fil-proposta baġitarja tagħha għall-2023; ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-2021 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;

3. Jissottolinja li perspettiva tal-ġeneru għandha tiġi integrata bis-sħiħ u b'mod adegwat fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju, b'mod partikolari fid-dawl tal-impatt fuq il-ġeneru tal-pandemija tal-COVID-19 u r-rigressjoni dejjem akbar kontra d-drittijiet tan-nisa, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, f'diversi Stati Membri; jitlob l-ibbaġitjar skont il-ġeneru u l-inklużjoni ta' objettivi relatati mal-ġeneru fil-programmi kollha tal-UE u l-identifikazzjoni ta' linji baġitarji rilevanti, il-monitoraġġ effettiv tal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u rieżami sensittiv għall-ġeneru tal-programmi b'infiq aġġustat skont il-konklużjonijiet;

4. Jinnota li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija rikonoxxuta b'mod wiesa' bħala forza sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku, u li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) jistma li t-titjib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri jista' jwassal għal żieda fil-PDG per capita tal-UE ta' bejn 6,1 % u 9,6 % sal-2050;

5. Jisħaq fuq il-ħtieġa li b'mod sistematiku tinġabar, tiġi rrappurtata u evalwata data diżaggregata skont il-ġeneru ta' kwalità għolja, li s'issa għadha ma nġabritx b'mod xieraq u ma ntużatx biżżejjed; jitlob l-inklużjoni ta' rekwiżiti biex din id-data tinġabar u tiġi rrappurtata b'mod sistematiku fil-proposti leġiżlattivi li jmiss għall-programmi ta' finanzjament tal-UE u bħala parti mir-rapporti dwar il-prestazzjoni fil-baġit annwali, filwaqt li titqies li l-istrateġija dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri 2020-2025 u jisħaq fuq il-ħtieġa li tinġabar data adegwata u impenji relatati mill-Kummissjoni;

6. Jiddispjaċih li s'issa l-Kummissjoni għadha ma inkorporatx b'mod adegwat l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-proċess baġitarju minkejja l-fatt li din hija prinċipju orizzontali fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni li tiżviluppa metodoloġija biex tkejjel in-nefqa rilevanti għall-ġeneru u l-valutazzjoni kontinwa tagħha tal-ġbir ta' data relatata mal-ġeneru; jistenna li l-Parlament jiġi kkonsultat tul il-proċess ta' valutazzjoni, inkluż qabel il-pubblikazzjoni tar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni; ifakkar li l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Ġeneru (GAP) III u l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV) għandhom miri ta' nfiq relatati mal-ġeneru; jistenna li l-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ l-impenji tagħha u tirrapporta speċifikament dwar dan lill-awtorità tal-baġit;

7. Jisħaq fuq l-importanza ta' taħriġ biex il-persunal jingħata l-għarfien espert biex jiġu implimentati b'mod effettiv l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru;

8. Ifakkar fir-rwol importanti tal-EIGE fil-ġbir tad-data tal-inugwaljanza bejn il-ġeneri fl-UE u fl-għoti tal-għarfien espert dwar dan; jistieden lill-Kummissjoni żżid b'mod adegwat ir-riżorsi għall-EIGE, kemm f'termini ta' baġit kif ukoll ta' persunal, biex ikun jista' jwettaq id-dmirijiet essenzjali tiegħu, speċjalment fil-kuntesti tal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u r-rigressjoni kontra d-drittijiet tan-nisa;

9. Jisħaq fuq l-importanza ta' investimenti f'servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja, inklużi l-kura tas-saħħa u l-infrastruttura soċjali, biex jiġu indirizzati l-kriżijiet soċjali u tas-saħħa, tinbena r-reżiljenza soċjali u jiġu miġġielda l-inugwaljanzi; jisħaq fuq l-importanza li jinħolqu impjiegi ta' kwalità għolja f'dawn is-setturi biex tinkiseb tranżizzjoni ġusta lejn soċjetà li tuża inqas karbonju;

10. Itenni li n-nisa ġew affettwati b'mod sproporzjonat mill-pandemija tal-COVID-19, inkluż rigward ż-żieda tal-vjolenza u l-fastidju abbażi tal-ġeneru, l-aċċess ristrett għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, it-tqassim mhux imħallsa u inugwali tar-responsabbiltajiet tal-kura u dawk domestiċi, u l-impjiegi, b'mod partikolari għal dawk f'impjieg prekarju, is-setturi femminilizzati u l-ekonomija informali; jisħaq fuq l-importanza li jittaffew l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta' bbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza previsti fin-Next Generation EU u l-politika ta' koeżjoni, u billi tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fid-diġitalizzazzjoni; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza li l-edukazzjoni u l-għarfien diġitali tat-teknoloġiji diġitali jiġu promossi u li d-dimensjoni tal-ġeneru tiġi kkunsidrata fil-politiki tal-UE dwar id-diġitalizzazzjoni;

11. Jiddispjaċih għad-disparità bejn il-ġeneri fil-ħiliet diġitali, fil-karrieri relatati max-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), fit-tmexxija industrijali u l-intraprenditorija; jisħaq fuq l-importanza li l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa tiġi promossa billi, fost miżuri oħra, tiġi appoġġjata l-intraprenditorija tan-nisa; itenni li l-baġit tal-UE għandu jkun mgħammar b'għodod li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni u l-interess tan-nisa fl-ekonomija diġitali u fis-setturi u l-karrieri STEM permezz ta' programmi tal-Unjoni f'oqsma li jinkludu r-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġija; jistieden lill-Kummissjoni talloka aktar riżorsi għal dawn l-oqsma, issaħħaħ l-istrumenti disponibbli u tiżviluppa kooperazzjoni bejn dawn l-istrumenti biex isir aktar avvanz fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri f'dawn is-setturi, inkluż għan-nisa f'żoni rurali;

12. Jisħaq fuq l-importanza ta' riżorsi finanzjarji adegwati u ddedikati għall-programmi rilevanti, inkluż taħt strumenti tal-UE bħall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali u CERV, f'kuntest ta' rigressjoni dejjem akbar kontra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa u żieda fil-vjolenza abbażi tal-ġeneru matul il-kriżi tal-COVID-19;

13. Jitlob allokazzjonijiet baġitarji ambizzjużi u speċifiċi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fi ħdan Daphne;

14. jistieden lill-Kummissjoni żżid l-allokazzjoni baġitarja lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu d-drittijiet tan-nisa fl-Ewropa u lil hinn minnha, inklużi dawk li jaħdmu fuq is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, bħal dawk li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transfruntiera bejn organizzazzjonijiet li jipprovdu aborti sikuri u legali;

15. Ifakkar fir-rekwiżit li jiġu allokati mill-inqas 40 % tal-fondi ddedikati għall-fergħa tal-ugwaljanza, id-drittijiet u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-fergħa Daphne ta' CERV għal attivitajiet intiżi biex jipprevjenu u jiġġieldu l-forom kollha ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru u mill-inqas 15 % għal attivitajiet li jippromwovu t-tgawdija sħiħa tan-nisa tad-drittijiet, l-emanċipazzjoni, l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluż il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

16. Jisħaq fuq l-importanza ta' politika ta' koeżjoni fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jilqa' l-fatt li ġiet inkluża sistema ta' traċċar tan-nefqa relatata mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, li se tippermetti monitoraġġ aħjar tal-investimenti relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jiddispjaċih dwar il-valutazzjoni, matul in-negozjati, li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet it-tqassim skont il-ġeneru mhuwiex rilevanti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni;

17. Itenni t-talba għal linji baġitarji ddedikati separati li jimmiraw speċifikament miżuri relatati mal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri f'CERV; itenni li l-programmi kollha, bħala prattika standard, għandhom jinkludu għanijiet u indikaturi relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri biex iwasslu impatti konkreti u li jistgħu jitkejlu, u għandu jkollhom linji baġitarji ddedikati meta jinkludu miżuri b'mira speċifika;

18. Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-finanzjament iddedikat għall-kampanji ta' sensibilizzazzjoni u għall-ġlieda kontra l-istereotipi marbuta mal-ġeneru;

19. Jitlob koordinazzjoni akbar bejn l-istrumenti disponibbli fil-baġit tal-UE biex isir aktar avvanz fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jiġi appoġġjat l-aċċess tan-nisa għas-suq tax-xogħol, inkluż billi jiġi żgurat investiment fil-faċilitajiet tal-kura;

20. Itenni l-ħtieġa għal sforzi akbar biex jiġu appoġġjati n-nisa f'sitwazzjonijiet aktar vulnerabbli, inklużi n-nisa b'diżabilità, l-ommijiet waħedhom, in-nisa migranti, in-nisa li jgħixu f'żoni rurali remoti u n-nisa li jiffaċċjaw diskriminazzjoni abbażi ta' razza, kulur jew oriġini etnika, kif ukoll persuni LGBTI+.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

10.2.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Simona Baldassarre, Robert Biedroń, Vilija Blinkevičiūtė, Annika Bruna, Margarita de la Pisa Carrión, Rosa Estaràs Ferragut, Frances Fitzgerald, Cindy Franssen, Heléne Fritzon, Lina Gálvez Muñoz, Lívia Járóka, Arba Kokalari, Alice Kuhnke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Radka Maxová, Andżelika Anna Możdżanowska, Maria Noichl, Sandra Pereira, Pina Picierno, Sirpa Pietikäinen, Samira Rafaela, Evelyn Regner, Terry Reintke, Diana Riba i Giner, Eugenia Rodríguez Palop, María Soraya Rodríguez Ramos, Christine Schneider, Sylwia Spurek, Jessica Stegrud, Isabella Tovaglieri, Hilde Vautmans, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Chrysoula Zacharopoulou, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sylvie Brunet

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

PPE

Isabella Adinolfi, Rosa Estaràs Ferragut, Frances Fitzgerald, Cindy Franssen, Arba Kokalari, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Sirpa Pietikäinen, Christine Schneider, Elissavet Vozemberg‑Vrionidi

Renew

Sylvie Brunet, Samira Rafaela, María Soraya Rodríguez Ramos, Hilde Vautmans, Chrysoula Zacharopoulou, Marco Zullo

S&D

Robert Biedroń, Vilija Blinkevičiūtė, Heléne Fritzon, Lina Gálvez Muñoz, Radka Maxová, Maria Noichl, Pina Picierno, Evelyn Regner

The Left

Sandra Pereira, Eugenia Rodríguez Palop

Verts/ALE

Alice Kuhnke, Terry Reintke, Diana Riba i Giner, Sylwia Spurek

 

4

-

ECR

Andżelika Anna Możdżanowska, Margarita de la Pisa Carrión, Jessica Stegrud

ID

Annika Bruna

 

3

0

ID

Simona Baldassarre, Isabella Tovaglieri

NI

Lívia Járóka

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

POŻIZZJONI FIL-FORMA TA' EMENDI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI (3.2.2022)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-linji gwida għall-Baġit 2023 – Taqsima III

(2021/2226(BUI))

F'isem il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali: Dragoş Pîslaru (President)

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kunsiderazzjoni 8a (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

 wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR), ipproklamat mill-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea f'Novembru 2017, il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tal-4 ta' Marzu 2021 u d-Dikjarazzjoni ta' Porto dwar l-affarijiet soċjali adottata mill-membri tal-Kunsill Ewropew f'Mejju 2021,

Emenda  2

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kunsiderazzjoni 9a (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' [......] dwar l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ Ewropej: impjiegi u rkupru soċjali wara l-pandemija,

Emenda  3

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 1

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

1. Jindika l-irkupru ekonomiku fl-2021 u t-tkabbir ulterjuri mistenni fl-2022; jinnota, madankollu, l-inċertezza fil-perspettiva ekonomika, fid-dawl ta' fatturi bħat-tfixkil fil-katina tal-provvista, il-prezzijiet għoljin tal-enerġija, l-inflazzjoni li qed tiżdied u l-pandemija kontinwa tal-COVID-19; ifakkar għalhekk li l-baġit tal-Unjoni għall-2023 se jkollu rwol importanti fit-tisħiħ tal-ekonomija tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura li ħadd ma jitħalla lura, u fit-trawwim tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

1. Jindika l-irkupru ekonomiku fl-2021 u t-tkabbir ulterjuri mistenni fl-2022; jinnota li l-2023 se tkun ukoll sena importanti għall-irkupru soċjali u ekonomiku mill-kriżi wara l-pandemija tal-COVID-19; jinnota, madankollu, l-inċertezza fil-perspettiva ekonomika, fid-dawl ta' fatturi bħat-tfixkil fil-katina tal-provvista, il-prezzijiet għoljin tal-enerġija, l-inflazzjoni li qed tiżdied, l-isfidi soċjali sinifikanti bħaż-żieda fil-qgħad u l-faqar u l-pandemija kontinwa tal-COVID-19; jinnota li f'dan ix-xenarju soċjali ta' inugwaljanzi li qed jiżdiedu, in-nisa, it-tfal, iż-żgħażagħ u l-anzjani huma affettwati b'mod speċjali mid-diversi sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi prekarji kkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 u jinsabu f'riskju li jitħallew lura; jenfasizza li l-isfidi soċjali u dawk relatati mal-impjiegi kkawżati mill-pandemija kellhom impatt sproporzjonat fuq xi Stati Membri, reġjuni u gruppi soċjali, u b'mod partikolari l-popolazzjonijiet u s-swieq tax-xogħol l-aktar vulnerabbli; ifakkar għalhekk li l-baġit tal-Unjoni għall-2023 se jkollu rwol importanti fit-tisħiħ tal-ekonomija u tal-kompetittività tal-Unjoni, u filwaqt li jiżgura tranżizzjoni ġusta, ġustizzja soċjali u reżiljenza sabiex ħadd ma jitħalla lura, u fit-trawwim tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u konverġenza soċjali 'l fuq;

Emenda  4

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

2. Jimpenja ruħu għalhekk li jaħdem biex jadotta baġit orjentat lejn il-futur li jaqbel mal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, jiżgura Unjoni tas-Saħħa aktar b'saħħitha, jagħmel suċċess mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u jrawwem l-irkupru, inkluż aktar appoġġ għall-SMEs, jippromwovi l-istat tad-dritt u l-applikazzjoni tiegħu, jikkontribwixxi għal opportunitajiet akbar għaż-żgħażagħ fl-Unjoni kollha, u jiżgura Ewropa aktar b'saħħitha;

2. Jimpenja ruħu għalhekk li jaħdem biex jadotta baġit orjentat lejn il-futur u lejn l-investiment b'dimensjoni b'saħħitha sostenibbli soċjali u ekonomikament sostenibbli li jaqbel mal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, u s-sitt pilastri tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jissottolinja li dawn il-prijoritajiet jinkludu l-iżgurar Unjoni tas-Saħħa aktar b'saħħitha, li ħadd ma jitħalla jibqa' lura fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u jrawwem rkupru inklużiv, sostenibbli u reżiljenti, inkluż permezz ta' aktar appoġġ għall-SMEs, jippromwovi l-istat tad-dritt u l-applikazzjoni tiegħu, jinvesti fil-ġenerazzjonijiet żgħażagħ u jikkontribwixxi għal opportunitajiet akbar għaż-żgħażagħ u għall-gruppi l-aktar fil-bżonn u gruppi żvantaġġjati oħra, bħal tfal, familji LGBTIQ+, familji b'ġenitur wieħed, persuni b'diżabilità, migranti u rifuġjati, u persuni Rom fl-Unjoni kollha, jadatta għat-tibdil fis-suq tax-xogħol imminenti bl-appoġġ tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi mgħammra sew, jippreserva u joħloq impjiegi ta' kwalità u sostenibbli b'rispett sħiħ għad-drittijiet tax-xogħol u x-xogħol deċenti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, b'tali mod li jgħin fil-ġlieda kontra l-faqar, inaqqas l-esklużjoni soċjali, l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-tfal u ż-żgħażagħ, jiżgura inklużjoni soċjali akbar tal-anzjani, u jiżgura Ewropa aktar b'saħħitha, aktar reżiljenti u kompetittiva bbażata fuq awtonomija strateġika u sovranità;

Emenda  5

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

2a. Jenfasizza li hekk kif il-pandemija tal-COVID-19 qed tkompli toħloq inċertezza ekonomika, huwa importanti li jitkompla l-finanzjament tal-irkupru u li jiġu indirizzati l-isfidi soċjali u relatati mal-impjiegi li jirriżultaw mill-pandemija, kif ukoll li l-ħaddiema u n-negozji jiġu appoġġjati fi triqithom lejn ekonomija aktar ibbażata fuq is-solidarjetà, diġitali, aktar ekoloġika u newtrali għall-klima; jenfasizza, għalhekk, li l-baġit tal-UE huwa opportunità biex nimxu lejn aġenda ta' sostenibbiltà mmexxija minn impenn imsaħħaħ biex jiġu promossi t-tkabbir sostenibbli, l-impjieg sħiħ u x-xogħol deċenti billi jiġu prijoritizzati l-investimenti u l-azzjonijiet ta' politika li jwasslu għan-nies, jinħolqu impjiegi ta' kwalità, jiġu protetti l-ħaddiema u jinbnew istituzzjonijiet Ewropej aktar b'saħħithom impenjati għas-solidarjetà u l-progress soċjali;

Emenda  6

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Subintestatura 1a (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

L-iżgurar ta' koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali sħiħa u l-kisba tal-ogħla standards dwar id-drittijiet soċjali u tax-xogħol

Emenda  7

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

2b. Huwa tal-fehma li, fid-dawl tad-deterjorament ulterjuri tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, ċifri allarmanti dwar il-faqar u l-esklużjoni soċjali, livelli ta' qgħad inkwetanti u problemi kontinwi ta' diskriminazzjoni, huwa meħtieġ rispons baġitarju aktar ambizzjuż; jitlob għalhekk allokazzjonijiet robusti ddedikati għall-FSE+;

Emenda  8

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 3

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

3. Jilqa' l-prijorità mogħtija lill-politika tas-saħħa tal-Unjoni u jenfasizza f'dan ir-rigward il-programm EU4Health u Cluster Health f'Orizzont Ewropa; jinnota li l-baġit għall-attivitajiet ta' tħejjija mill-Awtorità għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa huwa meħud minn dawk il-programmi u mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, u jesprimi tħassib kbir li dan jista' jikkomprometti l-kisba ta' objettivi importanti oħra tas-saħħa; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat finanzjament adegwat għall-Pjan biex Jingħeleb il-Kanċer;

3. Jilqa' l-prijorità mogħtija lill-politika tas-saħħa tal-Unjoni u jenfasizza f'dan ir-rigward il-programm EU4Health u r-raggruppament tas-Saħħa f'Orizzont Ewropa; jirrikonoxxi d-data reċenti1a li turi kif il-benesseri mentali laħaq l-aktar livell baxx tiegħu fil-gruppi tal-etajiet kollha tal-Ewropej mill-bidu tal-pandemija; jinnota li l-baġit għall-attivitajiet ta' tħejjija mill-Awtorità għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa huwa meħud minn dawk il-programmi u mill-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, u jesprimi tħassib kbir li dan jista' jikkomprometti l-kisba ta' objettivi importanti oħra tas-saħħa; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat finanzjament adegwat għall-Pjan biex Jingħeleb il-Kanċer u jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza tal-leġiżlazzjoni tal-UE li tistabbilixxi standards minimi fis-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali u fl-iżgurar tal-ogħla protezzjoni għall-ħaddiema li hija teknikament possibbli; jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tiżgura biżżejjed persunal sabiex twettaq il-kompiti tagħha fir-rigward tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, u b'mod partikolari tħejji pjan ta' azzjoni li jkopri mill-inqas 25 limitu addizzjonali ta' esponiment okkupazzjonali u tiżgura segwitu leġiżlattiv mingħajr dewmien;

 

__________________

 

1a https://www.eurofound.europa.eu/publications/report/2021/living-working-and-covid-19-update-april-2021-mental-health-and-trust-decline-across-eu-as-pandemic

Emenda  9

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 4

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

4. Jirrikonoxxi l-importanza ta' programmi oħra tal-Unjoni, inkluża l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), fl-għoti ta' investiment f'miżuri u infrastruttura tas-saħħa u jenfasizza l-ħtieġa ta' sinerġiji bejn dawk l-attivitajiet u EU4Health; ifakkar ukoll fl-importanza ta' implimentazzjoni kostanti u aċċess għall-assistenza teknika għall-Istati Membri b'kapaċità amministrattiva baxxa; jenfasizza li l-aġenziji tas-saħħa deċentralizzati għandhom ikunu ffinanzjati b'mod adegwat;

4. Jirrikonoxxi l-importanza ta' programmi oħra tal-Unjoni, inkluża l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), fl-għoti ta' investiment f'kura tas-saħħa preventiva u f'sistemi u infrastrutturi ta' kura tas-saħħa reżiljenti u jenfasizza l-ħtieġa ta' sinerġiji bejn dawk l-attivitajiet u EU4Health; ifakkar ukoll fl-importanza ta' implimentazzjoni kostanti u aċċess għall-assistenza teknika għall-Istati Membri b'kapaċità amministrattiva baxxa; jenfasizza li l-aġenziji tas-saħħa deċentralizzati għandhom ikunu ffinanzjati b'mod adegwat sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti u r-responsabbiltajiet mogħtija lilhom u jitlob trasparenza fir-rigward tal-investimenti pubbliċi;

Emenda  10

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 4a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

4a. Ifakkar li t-tranżizzjonijiet doppji lejn ekonomija ekoloġika u diġitali li tipprovdi kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u tirrispetta d-drittijiet tax-xogħol se jirrikjedu riżorsi u investimenti adegwati sabiex jadattaw għall-infrastruttura, il-konnettività u l-faċilitajiet ta' produzzjoni meħtieġa u jipprovdu appoġġ xieraq għall-ħaddiema;

Emenda  11

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 5

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

5. Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku u l-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet se jirrikjedu investiment massiv, filwaqt li jenfasizza li l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni tkun ħafna ogħla; jenfasizza li l-baġit tal-Unjoni huwa fil-qalba tal-isforzi biex issir tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni aktar ekoloġika u aktar reżiljenti li fiha ħadd ma jitħalla lura; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi implimentat bis-sħiħ il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta;

5. Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku u l-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jirrikjedu investiment massiv urġenti, inkluż fl-adozzjoni ta' faċilitajiet ta' produzzjoni industrijali u t-titjib tal-infrastruttura relatata, filwaqt li jenfasizza li l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni tkun ħafna ogħla; jenfasizza li l-miżuri klimatiċi għandhom ikunu akkumpanjati minn politiki soċjali adegwati, inkluża l-infrastruttura soċjali, mhux l-inqas biex jappoġġjaw il-ħolqien ta' impjiegi deċenti u sostenibbli u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema għal tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni aktar ekoloġika u aktar reżiljenti; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu adottati strumenti li jipprevjenu lill-gruppi vulnerabbli milli jsofru kwalunkwe konsegwenza soċjali negattiva li tista' tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi tal-Patt Ekoloġiku; jinsisti li sabiex jitfasslu dawn il-politiki ta' bidla radikali ta' ġenerazzjoni li jmiss, il-politiki u l-objettivi soċjali u ambjentali jridu jingħataw l-istess importanza bħal dawk ekonomiċi; jenfasizza li l-baġit tal-Unjoni huwa strumentali biex tinkiseb tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni aktar ekoloġika u aktar reżiljenti li fiha ħadd ma jitħalla lura; jisħaq fuq l-importanza ta' politiki u miżuri li jappoġġjaw it-tranżizzjoni tas-suq tax-xogħol u l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomiji tagħna fil-kuntest tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi implimentat bis-sħiħ il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta f'komplementarjetà sħiħa ma' strumenti oħra, bħall-Fond Soċjali Ewropew+ (FSE+) u l-Fond Soċjali għall-Klima li jmiss biex jakkumpanja lill-persuni l-aktar vulnerabbli f'din it-tranżizzjoni, kemm f'termini ta' inklużjoni fis-suq tax-xogħol kif ukoll fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jinvestu f'apparati tal-enerġija aktar effiċjenti;

Emenda  12

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 5a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

5a. Huwa favur interazzjoni aktar b'saħħitha bejn il-pakkett il-ġdid "Lesti għall-Mira ta' 55 %" u l-EPSR peress li kwalunkwe proposta leġiżlattiva dwar il-klima għandha tkun akkumpanjata minn miżuri soċjali adegwati biex tiġi garantita tranżizzjoni ġusta kif ukoll il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Fond Soċjali għall-Klima biex jittaffa l-impatt soċjali negattiv tal-estensjoni tal-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq; iwissi li l-istrument propost huwa b'mod ċar insuffiċjenti kemm fl-għanijiet tiegħu kif ukoll fil-finanzjament tiegħu u jemmen li għandu jintuża wkoll biex jippromwovi impjiegi ta' kwalità għolja u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti; jinsisti li sabiex jitfasslu dawn il-politiki ta' bidla radikali ta' ġenerazzjoni ġdida, il-politiki u l-objettivi soċjali u ambjentali jridu jiġu integrati fuq l-istess livell ma' dawk ekonomiċi;

Emenda  13

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 6

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

6. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni f'teknoloġiji u proċessi ekoloġiċi, inkluż bil-ħsieb li l-Unjoni tingħata vantaġġ kompetittiv fl-ekonomija żero netta futura, u jenfasizza Orizzont Ewropa f'dak il-kuntest; iqis li l-Unjoni jeħtiġilha tagħmel użu sħiħ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) biex timmodernizza u tgħaqqad l-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija tagħha;

6. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni f'teknoloġiji, proċessi u ħiliet ekoloġiċi, inkluż bil-ħsieb li l-Unjoni tingħata vantaġġ kompetittiv fl-ekonomija żero netta futura, u jenfasizza Orizzont Ewropa f'dak il-kuntest; iqis li l-Unjoni jeħtiġilha tagħmel użu sħiħ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) biex timmodernizza u tgħaqqad l-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija tagħha;

Emenda  14

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 8

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

8. Iqis li huwa essenzjali għall-kompetittività tal-Unjoni li tkompli tiddiġitalizza l-ekonomija u s-settur pubbliku; jemmen li tranżizzjoni diġitali ta' suċċess tirrikjedi sforzi ta' riċerka u innovazzjoni taħt Orizzont Ewropa, investiment sinifikanti fl-infrastruttura diġitali permezz tal-FNE-Diġitali, u appoġġ f'oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà permezz tal-Programm Ewropa Diġitali; jindika l-ħtieġa li jiġi indirizzat id-distakk fil-ħiliet diġitali billi jiġu promossi ħiliet diġitali avvanzati;

8. Iqis li huwa essenzjali għall-kompetittività tal-Unjoni li tkompli tiddiġitalizza l-ekonomija u s-settur pubbliku filwaqt li tegħleb il-frammentazzjoni, tiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-atturi ekonomiċi kollha, tiżgura drittijiet tax-xogħol u impjiegi deċenti għall-ħaddiema kollha, inklużi l-ħaddiema mhux standard u dawk tal-pjattaformi, u tirrispetta bis-sħiħ il-GDPR; jirrikonoxxi l-vantaġġi li ġġib magħha t-trasformazzjoni diġitali u l-intelliġenza artifiċjali (IA) fir-rigward tal-ħolqien ta' impjiegi ġodda; jenfasizza, madankollu, li l-awtomatizzazzjoni u l-IA jistgħu jwasslu wkoll għal telf ta' impjiegi u tfixkil fis-suq tax-xogħol u jfakkar fil-ħtieġa ta' protezzjoni adegwata għall-ħaddiema affettwati minn dawn il-bidliet u l-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u d-dritt ta' skonnessjoni, speċjalment fil-kuntest tal-użu dejjem jikber tal-IA u t-telexogħol; jenfasizza l-ħtieġa li l-mekkaniżmi ta' prevenzjoni tal-qgħad u l-għodod ta' rikonverżjoni professjonali jsiru disponibbli għall-ħaddiema sabiex jappoġġjaw b'mod sostenibbli t-tranżizzjoni diġitali kif ukoll l-investimenti fit-titjib tal-infrastrutturi relatati, il-konnettività, is-sigurtà tan-network u l-organizzazzjoni futura tax-xogħol; jemmen li tranżizzjoni diġitali ta' suċċess tirrikjedi sforzi ta' riċerka u innovazzjoni taħt Orizzont Ewropa, investiment sinifikanti fl-infrastruttura diġitali permezz tal-FNE-Diġitali, u appoġġ f'oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà permezz tal-Programm Ewropa Diġitali; jindika l-ħtieġa li jiġi indirizzat id-distakk fil-ħiliet diġitali billi jiġu promossi ħiliet diġitali avvanzati u aċċess ugwali għall-edukazzjoni u l-programmi ta' taħriġ f'dan ir-rigward, mhux l-inqas billi jiġi żgurat li l-fondi tal-UE mmirati għall-ħiliet diġitali avvanzati huma konformi mal-ħtiġijiet soċjoekonomiċi tas-suq tax-xogħol futur; jinnota l-ħtieġa ta' investiment fil-ħiliet diġitali anke għall-anzjani u l-persuni li jgħixu f'żoni remoti;

Emenda  15

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 8a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

8a. Jindika l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-politiki u l-miżuri futuri dwar il-ħiliet biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni tas-suq tax-xogħol u aġġustament aħjar għat-tibdil demografiku, l-awtomatizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, b'mod partikolari billi jittejjeb il-qafas ta' politika għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużivi, u li jiġi ggarantit ukoll id-dritt għat-tagħlim għall-adulti u l-aċċess għal taħriġ ta' titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, liv edukattiv imħallas, kwalifika sħiħa, validazzjoni tat-tagħlim informali u mhux formali, u gwida u konsulenza;

Emenda  16

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 9

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

9. Jirrikonoxxi l-kontribut tal-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni għall-irkupru ekonomiku, u b'mod partikolari għall-appoġġ tal-SMEs; jenfasizza, f'dan ir-rigward, InvestEU, u t-tieqa għall-SMEs tiegħu kif ukoll il-possibbiltà taħt il-programm għall-SMEs affettwati b'mod negattiv mill-pandemija li jirċievu appoġġ kapitali; jenfasizza l-ħtieġa ta' finanzjament suffiċjenti għall-Programm tas-Suq Uniku;

9. Jirrikonoxxi l-kontribut tal-programmi ta' finanzjament tal-Unjoni għall-irkupru ekonomiku, u b'mod partikolari għall-appoġġ tal-SMEs u l-mikrointrapriżi; jenfasizza, f'dan ir-rigward, InvestEU, u t-tieqa għall-SMEs tiegħu kif ukoll il-possibbiltà taħt il-programm għall-SMEs affettwati b'mod negattiv mill-pandemija li jirċievu appoġġ finanzjarju u tekniku; jenfasizza l-ħtieġa ta' finanzjament suffiċjenti għall-Programm tas-Suq Uniku; ifakkar li l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) jikkostitwixxu s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u jirrikonoxxi r-rwol tagħhom fil-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u prosperità ekonomika;

Emenda  17

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Subintestatura 3a (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Il-promozzjoni ta' rkupru soċjali b'saħħtu mill-pandemija

Emenda  18

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 9a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

9a. Jemmen li l-indirizzar tad-distakki soċjali mal-baġits tal-UE u tal-gvern permezz ta' investiment soċjali f'oqsma ta' politika ewlenin li jtejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol ta' persuni affettwati kemm mill-kriżi li rriżultat mill-pandemija kif ukoll mit-tranżizzjoni lejn trasformazzjonijiet ekoloġiċi u diġitali aċċellerati għandha tkun fil-qalba tal-istrateġija ta' rkupru tal-UE; jenfasizza li sakemm l-effetti ekonomiċi tal-pandemija jkunu viżibbli, tali miżuri jridu jiġu kkomplementati mill-"klawżola liberatorja ġenerali" appoġġjata minn politiki kompatibbli tal-BĊE u mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir li għandhom l-għan ta' benesseri ġenerali tan-nies, l-inklużività tas-suq tax-xogħol, u l-protezzjoni tal-ħaddiema;

Emenda  19

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 9b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

9b. Iqis li l-identifikazzjoni tar-riskji soċjali u l-kunsiderazzjoni tal-effetti diverġenti li jirriżultaw mill-pandemija fuq l-impjiegi u l-qgħad fit-tul f'industriji partikolari għandhom jiġu indirizzati b'mod adegwat u evitati kemm jista' jkun; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jsir investiment f'miżuri mmirati li jindirizzaw ir-riskji ta' kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, it-tranżizzjonijiet minn impjieg għal ieħor u l-mobilità tal-forza tax-xogħol;

Emenda  20

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 9c (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

9c. Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-fondi u l-programmi Ewropej kollha fil-qasam soċjali, b'mod partikolari l-FSE+, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), ir-REACT-EU bir-riżorsi addizzjonali tiegħu għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE), l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD), u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF), fost l-oħrajn; jinsisti għalhekk li, fl-isforzi tal-irkupru fis-snin li ġejjin, il-programmi kollha fil-qasam soċjali u b'mod partikolari l-FSE+ u l-FEAD, ikunu ffinanzjati b'mod adegwat biex jegħlbu ż-żieda fil-qgħad u l-faqar fl-Ewropa;

Emenda  21

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 9d (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

9d. Huwa tal-fehma li l-prinċipji tal-konverġenza 'l fuq u l-progress soċjali jridu jiggwidaw l-adozzjoni tal-miri ta' Porto dwar l-impjiegi, il-faqar, l-edukazzjoni/it-taħriġ u l-adozzjoni ta' sottomiri fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta metodoloġija ta' traċċar tan-nefqa tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli għall-baġit tal-UE li jista' jintuża wkoll għall-valutazzjoni tal-investimenti fl-ambitu tal-pjanijiet nazzjonali ta' rkupru;

Emenda  22

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 9e (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

9e. Jirrikonoxxi li l-FSE+ u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jridu jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali billi jimplimentaw il-prinċipji tiegħu u jintegraw objettivi soċjali fil-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-pjanijiet ta' implimentazzjoni rilevanti kollha marbuta ma' Next Generation EU; jenfasizza li għandhom jiġu allokati riżorsi adegwati biex jiġi ffinanzjat u implimentat il-Pjan ta' Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali adottat f'Porto u biex jintlaħqu l-miri ewlenin ta' Porto; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tiżgura persunal adegwat biex jiġi appoġġjat dan il-kompitu; jemmen li l-miri ta' Porto dwar il-faqar għandhom ikunu dettaljati aħjar fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza kollha u fil-livell tal-UE bi pjan ta' azzjoni u strateġija b'saħħitha kontra l-faqar appoġġjati minn investimenti sostanzjali li jindirizzaw l-aspetti kollha tal-faqar, inkluż il-faqar fost dawk li jaħdmu;

Emenda  23

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 9f (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

9f. Jitlob li t-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali u l-indikaturi tal-benesseri jintużaw biex jitkejlu l-impatt ġenerali tal-fondi, l-istrumenti u l-faċilitajiet differenti ffinanzjati fl-ambitu tal-QFP u Next Generation EU; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa l-metodoloġija għat-traċċar tan-nefqa soċjali fil-baġit tal-UE abbażi tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

Emenda  24

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 9g (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

9g. Jitlob iż-żamma tal-appoġġ għal skemi ta' impjieg b'ħinijiet iqsar u ta' introjtu tal-ħaddiema, kif ukoll forom oħra ta' impjieg u appoġġ għall-introjtu, sakemm il-pandemija u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħha jbattu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, filwaqt li tibni fuq l-esperjenza pożittiva ta' SURE, tintroduċi strument permanenti fil-forma ta' Skema Ewropea ta' Riassigurazzjoni tal-Qgħad biex tipproteġi l-impjiegi u tiġġieled kontra l-qgħad, inkluża l-preservazzjoni tal-impjiegi u tal-introjtu tal-ħaddiema f'sitwazzjonijiet ta' xokkijiet esterni;

Emenda  25

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 9h (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

9h. Jenfasizza li d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv huma kruċjali biex jiġu żgurati l-ugwaljanza, il-koeżjoni soċjali, il-mobbiltà soċjali u t-tkabbir sostenibbli; ifakkar li d-djalogu soċjali u s-sħab soċjali jridu jkunu element ċentrali tal-Pjan ta' Rkupru u li l-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu allinjati mal-pjan ta' azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u mal-miri ewlenin ta' Porto; jenfasizza l-importanza tal-prinċipju tas-sħubija, sabiex jiġi żgurat l-involviment tas-sħab soċjali fl-istadji kollha tal-ippjanar, it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, kif ukoll f'fondi rilevanti oħra tal-UE, inkluża l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u REACT-EU;

Emenda  26

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 10

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

10. Iqis li huwa essenzjali għall-kredibbiltà tal-Unjoni li tiżgura l-użu xieraq tal-fondi tal-Unjoni u li tieħu l-passi kollha biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jenfasizza r-rabta ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; iqis li r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni għandu jiġi applikat immedjatament u b'mod sħiħ; jemmen li għandhom ikunu disponibbli riżorsi adegwati għall-korpi tal-Unjoni f'dan il-qasam, bħall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-OLAF, jew l-Eurojust;

10. Iqis li huwa essenzjali għall-kredibbiltà tal-Unjoni li tiżgura l-użu xieraq tal-fondi tal-Unjoni u li tieħu l-passi kollha biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jenfasizza r-rabta ċara bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba; iqis li r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni għandu jiġi applikat immedjatament u b'mod sħiħ; jemmen li għandhom ikunu disponibbli riżorsi adegwati għall-korpi tal-Unjoni f'dan il-qasam, bħall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-OLAF, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), jew l-Eurojust;

Emenda  27

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 11

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

11. Jenfasizza li l-istat tad-dritt jipproteġi l-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni u huwa intrinsikament marbut mar-rispett għad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali; jenfasizza l-importanza tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri fis-sostenn u l-iżvilupp ulterjuri ta' soċjetajiet miftuħa, ibbażati fuq id-drittijiet, demokratiċi, ugwali u inklużivi;

11. Jenfasizza li l-istat tad-dritt jipproteġi l-valuri fundamentali l-oħra li fuqhom hija msejsa l-Unjoni u huwa intrinsikament marbut mar-rispett għad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali u l-libertà tal-media; jenfasizza li l-promozzjoni tal-valuri u l-kulturi Ewropej għandha rwol attiv fl-appoġġ tad-demokrazija, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u fl-indirizzar tad-diżinformazzjoni u l-aħbarijiet foloz; jenfasizza l-importanza tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri fis-sostenn u l-iżvilupp ulterjuri ta' soċjetajiet miftuħa, ibbażati fuq id-drittijiet, demokratiċi, ugwali u inklużivi; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi pprovdut finanzjament suffiċjenti għal dan il-programm u li jissaħħu r-riżorsi ddedikati għall-appoġġ tal-vittmi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru permezz tal-programm Daphne;

Emenda  28

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 12

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

12. Jirrikonoxxi li l-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt negattiv serju fuq iż-żgħażagħ u wasslet għal opportunitajiet mitlufa u prospetti mnaqqsa; jemmen bis-sħiħ li l-baġit 2023 għandu jinkludi enfasi fuq iż-żgħażagħ, filwaqt li jibni fuq il-momentum tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022; jenfasizza l-importanza ta' Erasmus+, li għandu jsir aktar inklużiv, li joffri opportunitajiet akbar lil persuni minn ambjenti żvantaġġati;

12. Jirrikonoxxi li l-kriżi tal-COVID-19 kellha impatt negattiv serju fuq iż-żgħażagħ, b'mod partikolari fuq is-saħħa mentali tagħhom, u wasslet għal opportunitajiet mitlufa, ostakoli għall-impjieg, sitwazzjonijiet ta' xogħol prekarju, insigurtà finanzjarja u prospetti mnaqqsa; jemmen bis-sħiħ li l-baġit 2023 għandu jinkludi enfasi fuq iż-żgħażagħ, jivvaluta l-impatt fuq iż-żgħażagħ fl-oqsma kollha ta' politika u joffri possibbiltajiet biex jiġu appoġġjati ħalli jlaħħqu mal-isfidi l-ġodda li ġabet magħha l-pandemija, b'mod partikolari fir-rigward tas-saħħa mentali, filwaqt li jibni fuq il-momentum tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jenfasizza l-importanza tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ Imsaħħa u Erasmus+, li għandhom isiru aktar inklużivi u aċċessibbli, filwaqt li joffru diversità akbar u opportunitajiet akbar lil persuni minn minoranzi, bħar-Rom, il-persuni li ġejjin minn kuntest ta' migrazzjoni, il-komunità LGBTIQ+, il-persuni b'diżabilità u l-persuni li ġejjin minn kuntesti ekonomiċi żvantaġġati;

Emenda  29

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 12a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

12a. jissottolinja, f'dan il-kuntest, l-importanza tar-riforma tal-programmi edukattivi nazzjonali u t-tisħiħ tal-azzjoni tal-UE f'dan il-qasam billi jiġi żgurat li s-sistemi u l-programmi ta' taħriġ u edukazzjoni u l-kwalifiki tal-ħaddiema jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-ekonomija u tas-soċjetà; jissottolinja l-ħtieġa li dawk li jfasslu l-politika fil-livell tal-UE u dak nazzjonali jiżguraw tagħlim u taħriġ sostenibbli u ta' kwalità u jiffaċilitaw u jappoġġjaw liż-żgħażagħ biex jidħlu (mill-ġdid) u jibqgħu fis-suq tax-xogħol, jaċċessaw akkomodazzjoni ta' kwalità tajba, ilestu t-trajettorja edukattiva tagħhom u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, inklużi l-ħiliet diġitali u ekoloġiċi;

Emenda  30

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 12b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

12b. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jagħmlu l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ prijorità, b'mod partikolari bħala parti mill-isforz ta' rkupru Ewropew, jallokaw finanzjament adegwat għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa u jiżguraw li l-istrumenti finanzjarji disponibbli fl-ambitu ta' Next Generation EU jintużaw bis-sħiħ; jistieden lill-Istati Membri kollha, u mhux biss lil dawk l-aktar affettwati mill-qgħad fost iż-żgħażagħ, ikomplu jinvestu fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u jallokaw biżżejjed riżorsi tal-FSE+ għal miżuri u riformi li jkollhom l-għan li jappoġġjaw impjiegi ta' kwalità għaż-żgħażagħ, inklużi t-titjib tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja;

Emenda  31

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 12c (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

12c. Jissottolinja li trid tiġi indirizzata r-rabta bejn fatturi soċjoekonomiċi, bħall-qgħad, l-insigurtà tal-akkomodazzjoni, il-pressjonijiet akkademiċi u s-saħħa mentali u l-benesseri biex tiġi żgurata l-adozzjoni ta' approċċ olistiku fir-rigward tas-saħħa mentali fil-livell tal-UE; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jagħmlu s-saħħa mentali parti integrali mill-irkupru soċjoekonomiku tal-UE mill-pandemija u prijorità tas-saħħa okkupazzjonali, b'mod partikolari fl-ambjenti edukattivi u fuq il-postijiet tax-xogħol, u jindirizzaw l-inugwaljanzi fis-saħħa permezz tal-għoti ta' appoġġ adegwat liż-żgħażagħ minn gruppi vulnerabbli; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-saħħa mentali taż-żgħażagħ tkun prijorità strateġika ta' importanza assoluta fl-istrateġija li jmiss tal-UE għall-kura;

Emenda  32

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 13

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

13. Jindika wkoll il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (KES), li jgħin liż-żgħażagħ jiksbu esperjenza prattika fi Stat Membru ieħor u b'hekk jiżdiedu l-impjegabbiltà u l-opportunitajiet għall-ħajja tagħhom; ifakkar fl-importanza tal-attivitajiet għaż-żgħażagħ taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus, b'mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ, u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;

13. Jindika wkoll il-ħtieġa li jissaħħaħ il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (KES), li jgħin liż-żgħażagħ jiksbu esperjenza prattika fi Stat Membru ieħor u b'hekk jiżdiedu l-impjegabbiltà u l-opportunitajiet fil-ħajja tagħhom kif ukoll is-sentiment tagħhom favur l-UE;

Emenda  33

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 13a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

13a. Jenfasizza li fil-kuntest tal-irkupru mir-reċessjoni ekonomika kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19, l-indirizzar tal-esklużjoni soċjali u l-faqar fost it-tfal huwa essenzjali biex tiġi evitata ġenerazzjoni mitlufa; jilqa' l-adozzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, li għandha l-għan li tiżgura li kull tifel u tifla fl-Ewropa f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali jkollhom aċċess bla ħlas għal kura tas-saħħa, edukazzjoni, edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, kif ukoll għal akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni adegwata; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod effettiv il-Garanzija Ewropea għat-Tfal madwar l-Unjoni billi jintegraw il-Garanzija fis-setturi ta' politika rilevanti kollha;

Emenda  34

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 13b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

13b. Jiddeplora l-fatt li aktar minn kwart tat-tfal kollha fl-UE qegħdin f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali; jenfasizza li, fil-kuntest tal-irkupru mit-tifqigħa tal-COVID-19, l-indirizzar tal-faqar fost it-tfal se jsir saħansitra aktar importanti fis-snin li ġejjin; jilqa', f'dan ir-rigward, il-ħolqien tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal, li għandha l-għan li tiżgura li kull tifel u tifla fl-Ewropa f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali jkollhom aċċess bla ħlas u effettiv għall-aktar sett bażiku ta' drittijiet, bħalma huma l-kura tas-saħħa ta' kwalità għolja, l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, in-nutrizzjoni adegwata u l-akkomodazzjoni deċenti; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni biex tagħmel disponibbli r-riżorsi kollha possibbli għall-implimentazzjoni tal-Garanzija għat-Tfal, inklużi l-FSE+, ir-REACT-EU u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, fost oħrajn, u lill-Istati Membri biex jużawhom;

Emenda  35

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 13c (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

13c. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-inizjattiva l-ġdida ALMA tilħaq liż-żgħażagħ, b'mod partikolari liż-żgħażagħ żvantaġġati ta' bejn it-18 u d-29 sena li jkunu barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs), permezz tal-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali fuq il-post ; ifakkar li għall-aktar gruppi ta' żgħażagħ żvantaġġati, se jkun essenzjali li tingħata gwida biex isibu esperjenza ta' xogħol temporanju fi Stat Membru ieħor, kif ukoll appoġġ qabel, matul u wara l-parteċipazzjoni fil-programm sabiex iż-żgħażagħ jiġu direzzjonati lejn opportunitajiet ta' impjieg ta' kwalità; jinsisti li l-internships imwettqa permezz tal-inizjattiva ALMA jridu jikkonformaw ma' standards minimi ta' kwalità li jirrispettaw id-drittijiet tax-xogħol taż-żgħażagħ bħal remunerazzjoni ġusta u l-aċċess għall-protezzjoni soċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura l-valur miżjud tal-inizjattiva ALMA flimkien mal-opportunitajiet eżistenti fl-ambitu ta' Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà; jitlob l-istabbiliment ta' strateġija ta' inklużjoni sabiex jiġi żgurat l-aċċess ugwali taż-żgħażagħ kollha għall-inizjattiva ALMA, tiġi evitata d-diskriminazzjoni u jiġi indirizzat kwalunkwe ostakoli li jista' jkun hemm;

Emenda  36

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 14

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

14. Ifakkar li l-pandemija kellha impatt qawwi wkoll fuq l-anzjani; jinnota li Erasmus+ joffri opportunitajiet għall-adulti u l-anzjani u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn jibbenefikaw aktar minnu; jindika l-ħtieġa li jiġu żgurati l-mobbiltà u l-volontarjat għall-anzjani simili għal dak li jgawdu ż-żgħażagħ taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

14. Ifakkar li l-pandemija kellha impatt qawwi wkoll fuq l-anzjani, u għal darba oħra kixfet in-nuqqas ta' risponsi ta' politika għall-impatt tat-tibdil demografiku fl-UE, bħan-nuqqas ta' akkomodazzjoni adegwata u għall-but ta' kulħadd, faċilitajiet ta' kura ta' kwalità u servizzi ta' kura u appoġġ suffiċjenti; jenfasizza li l-baġit għandu jissottolinja l-importanza li jiġu ssalvagwardjati u promossi d-dinjità tal-persuni akbar fl-età u d-drittijiet fundamentali tagħhom fl-UE billi jiġi introdott kriterju ta' "tixjiħ fid-dinjità"; jitlob, barra minn hekk, finanzjament suffiċjenti biex jiġi appoġġjat l-investiment fl-akkomodazzjoni sabiex jiġu indirizzati b'mod effettiv il-problemi li qed jikbru ta' nuqqas ta' akkomodazzjoni għall-but ta' kulħadd, kundizzjonijiet ħżiena ta' akkomodazzjoni, esklużjoni mill-akkomodazzjoni u l-kondizzjoni ta' persuni mingħajr dar; jinnota li Erasmus+ joffri opportunitajiet għall-adulti u l-anzjani u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn jibbenefikaw aktar minnu; jindika l-ħtieġa li jiġu żgurati l-mobbiltà u l-volontarjat għall-anzjani simili għal dak li jgawdu ż-żgħażagħ taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà;

Emenda  37

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 19a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

19a. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu adottati politiki ambizzjużi sabiex tiġi indirizzata l-esklużjoni soċjali u jiġi miġġieled il-faqar, inkluż il-faqar fost it-tfal, kif ukoll li jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u l-infurzar effettiv tagħhom, is-sigurtà tal-impjieg, protezzjoni soċjali adegwata, opportunitajiet ibbilanċjati bejn il-ġeneri u ambjent sikur u benesseri għal kulħadd fl-Unjoni, mingħajr ma ħadd jitħalla jibqa' lura;

Emenda  38

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 22a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

22a. Jissottolinja li l-Parlament u istituzzjonijiet oħra tal-UE għandhom jagħtu l-eżempju billi jipproteġu lill-ħaddiema kritiċi u jżommu l-impjiegi tagħhom matul il-pandemija; jesprimi, f'dan is-sens, tħassib serju dwar il-kuntratti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jipprovdu servizzi essenzjali u strutturali lill-istituzzjonijiet tal-UE, bħat-tindif u l-catering; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-impjegati kollha, inklużi l-ħaddiema fil-katina tas-sottokuntrattar u l-persunal estern u jesploraw il-possibbiltà li ssir internalizzazzjoni ta' impjiegi u servizzi esterni fl-ambitu tas-servizzi tal-impjieg tagħhom stess;

Emenda  39

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 24

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

24. Ifakkar li l-Kummissjoni għandha timplimenta, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023 u għal ċerti programmi ġestiti ċentralment, metodoloġija biex tkejjel in-nefqa rilevanti għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll id-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd;

24. Jitlob l-integrazzjoni ta' baġit sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru biex il-politiki u l-attivitajiet li jippromwovu l-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa fis-suq tax-xogħol jiġu allinjati aħjar, u li jkun hemm sistemi komprensivi għall-monitoraġġ u l-kejl tal-allokazzjonijiet baġitarji skont il-ġeneru, tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, tal-aċċess għal kuntratti mhux standard, u tad-differenzi fl-impjiegi u fil-pagi; jitlob l-implimentazzjoni ta' bbaġitjar skont il-ġeneru fil-baġit ġenerali billi jiġu assenjati allokazzjonijiet baġitarji b'kont meħud ta' evalwazzjoni sensittiva għal kwistjonijiet ta' ġeneru tal-perjodu baġitarju preċedenti u billi tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-proċess baġitarju; ifakkar li l-Kummissjoni għandha timplimenta, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2023 u għal ċerti programmi ġestiti ċentralment, metodoloġija biex tkejjel in-nefqa rilevanti għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif ukoll id-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd; ifakkar fl-importanza ta' finanzjament ambizzjuż u strumenti oħra ta' appoġġ għal leġiżlazzjoni u politiki kontra d-diskriminazzjoni, u l-implimentazzjoni tagħhom; jitlob, f'dan ir-rigward, żieda fil-finanzjament għall-programm Daphne; jissottolinja r-rwol importanti tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-ħtieġa li jiġu żgurati finanzjament u persunal adegwati għall-kompiti tiegħu;

Emenda  40

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 24a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

24a. Ifakkar li n-nisa ġew affettwati b'mod partikolarment negattiv mill-pandemija f'termini ta' riskji għas-saħħa, telf ta' impjieg, inugwaljanzi preeżistenti f'dak li huwa qgħad, kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, u responsabbiltajiet ta' kura, u huma aktar f'riskju li jsofru l-konsegwenzi soċjali u tal-impjiegi tal-kriżi hekk kif id-differenza bejn il-ġeneri kibret matul il-pandemija; jenfasizza li l-mira ewlenija tal-impjiegi adottata f'Porto tista' tinkiseb biss billi jiġu adottati miri ambizzjużi fil-livell nazzjonali biex in-nisa jiġu inklużi aktar fis-suq tax-xogħol; jippromwovi bil-qawwa soluzzjonijiet biex tintemm id-diskriminazzjoni diretta u indiretta li taffettwa lin-nisa, u jitlob finanzjament adegwat biex jiġu appoġġjati miżuri li jippromwovu l-ugwaljanza u l-aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol;

Emenda  41

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 25

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

25. Ifakkar fil-ħidma essenzjali mwettqa mill-aġenziji deċentralizzati; iqis li l-aġenziji jrid ikollhom ammont xieraq ta' persunal u riżorsi adegwati sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom;

25. Ifakkar fil-ħidma essenzjali mwettqa mill-aġenziji deċentralizzati; iqis li l-aġenziji jrid ikollhom ammont xieraq ta' persunal u riżorsi adegwati sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom; jinsisti, b'mod partikolari, li jkun hemm persunal u finanzjament xierqa tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol il-ġdida;

Emenda  42

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 25a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

25a. Itenni li l-proġetti pilota (PP) u l-azzjonijiet preparatorji (AP) huma għodod ta' valur importanti biex jingħata bidu għal attivitajiet u politiki ġodda fl-oqsma tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, u li fil-passat ġew implimentati b'suċċess diversi ideat tal-Kumitat tal-Parlament għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali bħala PP/AP; jitlob li l-implimentazzjoni tal-PP/AP tkun trasparenti u konformi mal-objettivi u r-rakkomandazzjonijiet adottati tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza, għal raġunijiet ta' effiċjenza, l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti u l-azzjonijiet permezz tal-aġenziji tal-Unjoni meta dawn ikunu jaqgħu taħt l-oqsma ta' għarfien espert tagħhom;

Emenda  43

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 26a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

26a. Jappoġġja bis-sħiħ il-finanzjament tal-koeżjoni bħala l-istrument ta' investiment ewlieni tal-baġit tal-UE li jippermetti l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u bħala wieħed mill-pedamenti tal-irkupru; jenfasizza r-rwol tiegħu biex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tal-UE, bħalma huma l-impjieg, il-ġlieda kontra l-faqar, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-ekonomija newtrali għall-klima, u l-innovazzjoni, u bħala mutur għal Unjoni aktar inklużiva u sostenibbli; jenfasizza li l-politika reġjonali trid taqdi rwol ewlieni fit-tisħiħ tal-opportunitajiet ta' xogħol ugwali għall-ġeneri kollha u fl-appoġġ tat-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema billi tipprovdi taħriġ adegwat tul il-ħajja;

 

 


 

ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN (28.2.2022)

Is-Sur Johan Van Overtveldt

President

Kumitat għall-Baġits

Suġġett: Opinjoni dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2023, Taqsima III (2021/2226(BUI)

Sur President,

Skont il-proċedura inkwistjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin ingħata l-istruzzjoni li jippreżenta opinjoni lill-kumitat tiegħek. Fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Jannar 2022, iddeċieda li jibgħat din l-opinjoni fil-forma ta' ittra. Il-Kumitat AFET eżamina l-kwistjoni waqt il-laqgħat tiegħu tat-28 ta' Frar 2022 u adotta l-opinjoni matul din l-istess laqgħa[25].

Dejjem tiegħek,

David McAllister

SUĠĠERIMENTI

 

 

1.  Jitlob baġit ambizzjuż għall-2023 fil-qasam tal-azzjoni esterna u tad-difiża, li tippermetti lill-UE tilqa' għall-isfidi u għat-theddid esterni dejjem akbar;

 

2.  Jitlob li tissaħħaħ ir-risposta globali tal-UE għall-kriżi tal-COVID-19; jilqa' pożittivament ir-rwol ta' gwida tal-UE fl-isforzi internazzjonali ta' vaċċinazzjoni u jitlob aċċess ekwu għall-vaċċini għall-pajjiżi l-aktar fraġli;

3. Ifakkar fl-importanza strateġika tal-politika tat-tkabbir fil-Balkani tal-Punent; jissottolinja l-kontribut fundamentali tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) u tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) għall-promozzjoni tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem, tar-riformi politiċi u ekonomiċi, tal-konsolidament tal-paċi, tar-rikonċiljazzjoni, tal-medjazzjoni u tal-iżvilupp sostenibbli; jitlob, f'dan ir-rigward, finanzjamenti adegwati għall-Balkani tal-Punent, kif ukoll għas-soċjetà ċivili Torka u għall-pajjiżi tal-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar fl-ambitu tal-Intestatura 6;

4.  Ifakkar li l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) tal-UE jipprevedi kundizzjonalità qawwija u li l-finanzjamenti jridu jiġu modulati jew saħansitra sospiżi fil-każ ta' regressjoni sinifikanti jew ta' nuqqas persistenti ta' progress fil-qasam tal-hekk imsejħa "kwistjonijiet fundamentali", b'mod partikolari f'dawk li għandu x'jaqsam mal-istat tad-dritt u mad-drittijiet fundamentali;

5.  Iqis li l-istruttura tal-linja baġitarja tal-Viċinat Ewropew għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027 hija ssemplifikata żżejjed, peress li tinkludi biss żewġ linji, rispettivament għall-Viċinat tan-Nofsinhar u għas-Sħubija tal-Lvant; jiddispjaċih li tali struttura semplifikata ma tippermettix lill-awtorità baġitarja taqdi b'mod adegwat ir-rwol deċiżjonali u ta' skrutinju tagħha fil-proċedura baġitarja annwali; jemmen li l-ħtiġijiet finanzjarji ta' kull waħda miż-żewġ żoni ġeografiċi għandhom jiġu indirizzati mill-inqas bi tliet linji baġitarji, iddedikati rispettivament għall-kwistjonijiet politiċi, tal-iżvilupp u tas-sigurtà;

6. Jenfasizza li l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem fuq livell dinji huma objettiv fundamental tal-aġenda tal-politika barranija tal-UE; jitlob għalhekk li jissaħħaħ il-baġit għall-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali, peress li r-rwol tagħhom fil-konsolidament tal-istituzzjonijiet demokratiċi u fl-istabbilizzazzjoni tal-pajjiżi fraġli, u li jitqawwew ukoll l-allokazzjonijiet għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem u għall-appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi dawk impenjati favur it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa;

7.  Jitlob finanzjamenti akbar u prevedibbli favur l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) fl-2023, bil-għan li jiġi żgurat forniment konsistenti u bla waqfien ta' servizzi essenzjali lil miljuni ta' rifuġjati Palestinjani u li jiġi rikonoxxut ir-rwol essenzjali tal-Aġenzija hija u tikkontribwixxi għall-istabbiltà reġjonali f'perjodu ta' inċertezza politika fir-reġjun;

8.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-disponibbiltà tal-UE li tindirizza l-isfidi globali l-aktar urġenti billi tinvesti fl-iżvilupp sostenibbli tal-infrastrutturi globali, b'mod partikolari fit-teknoloġiji ekoloġiċi u fil-konnettività diġitali, permezz tal-istrateġija "Global Gateway" tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni taħdem favur governanza effikaċi tal-istrateġija "Global Gateway" tal-UE, bil-għan li ttejjeb il-koordinament intern, il-kooperazzjoni mas-settur privat u l-koordinament ma' Tim Ewropa kif ukoll mal-Parlament Ewropew; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi b'mod debitu lill-Parlament fid-deċiżjonijiet marbuta mal-programmi ta' investiment Global Gateway u żżommu regolarment informat dwar l-iżviluppi rispettivi, inklużi l-implikazzjonijiet baġitarji hekk kif jiżviluppaw;

9. Jissottolinja l-bżonn urġenti li tissaħħaħ u titħaffef il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE għall-azzjoni globali kontra l-kriżi klimatika u t-telfien tal-bijodiversità, fid-dawl tal-konsegwenzi diżastrużi tat-tibdil fil-klima li għaddej bħalissa;

10.  Jisħaq fuq l-importanza li jiżdiedu l-finanzjamenti biex tiġi inkluża u razzjonalizzata l-ġlieda kontra l-indħil malizzjuż u d-diżinformazzjoni u jiġi definit qafas istituzzjonali effikaċi fi ħdan l-UE, pereżempju dawk għall-implimentazzjoni ta' dawk l-istrutturi identifikati fir-rapport INGE adottat dan l-aħħar, fosthom tim StratCom tas-SEAE speċifiku għal-Lvant Imbiegħed, taskforce tal-Kummissjoni u Ċentru Ewropew għal Theddid ta' Ndħil u tal-Integrità tal-Informazzjoni;

11.  Jitlob l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit 2023 u jisħaq fuq il-bżonn ta' indikaturi adegwati u li jistgħu jitkejlu u ta' metodoloġija speċifika, kif ukoll ta' monitoraġġ perjodiku, biex jiġi analizzat l-impatt tal-baġit tal-UE fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiġi implimetat ibbaġitjar skont il-ġeneru relatat mal-azzjoni esterna tal-UE; jisħaq fuq il-bżonn ta' riżorsi adegwati għall-finanzjament tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III (GAP III);

12. Jenfasizza l-bżonn ta' koerenza, obbligu ta' rendikont u effiċjenza fil-finanzjament tal-azzjoni esterna tal-UE; jitlob trasparenza akbar fil-finanzjamenti fl-ambitu tal-istrumenti ta' finanzjament estern (EFIs) u aktar skrutinju demokratiku fir-rigward tagħhom, permezz ta' tmexxija strateġika min-naħa tal-Parlament u djalogu ġeopolitiku msaħħaħ bejn il-Parlament u l-Kummissjoni;

13.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat appoġġ finanzjarju adegwat, min-naħa tal-Istati Membri u permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża, biex tiġi definita politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) soda tal-UE, b'mod partikolari missjonijiet ċivili PSDK ambizzjużi u effikaċi u operazzjonijiet militari PSDK, u biex jiżdiedu s-sigurtà u l-awtonomija strateġika tal-UE; iqis li tali sforzi jkunu jtejbu l-kapaċità tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-istabbiltà, għas-sigurtà u għall-paċi internazzjonali, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-promozzjoni u mar-rispett tad-dritt internazzjonali, f'kooperazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti, man-NATO, mal-OSKE u mal-pajjiżi alleati jew, jekk neċessarju, waħedha.

 


 

ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT (22.2.2022)

Is-Sur Johan Van Overtveldt

Il-President

Kumitat għall-Baġits

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar il-Linji gwida għall-proċedura baġitarja 2023 – Taqsima III 2021/2226(BUI)

Sur President,

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT) jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex iżomm f'moħħu t-tħassib li ġej fit-tħejjija tiegħu tal-Linji gwida tal-Parlament Ewropew għall-proċedura baġitarja 2023.

Impenji pendenti (RAL) u esponiment finanzjarju

1. Il-Kumitat CONT jinsab imħasseb bil-fatti li l-impenji pendenti (RAL) komplew jikbru fl-2020, u laħqu EUR 303,2 biljun fl-aħħar tal-2020 (meta mqabbla ma' EUR 298 biljun fl-2019); jissottolinja li ammont ta' impenji pendenti li huwa ugwali għal sentejn sħaħ ta' approprjazzjonijiet ta' pagament jista' jikkostitwixxi riskju għat-tħaddim bla xkiel tal-baġit fil-futur;

2. Jieħu nota li skont il-previżjoni fit-tul tal-Kummissjoni, li ma tinkludix l-istrument Next Generation EU (NGEU), l-ammont ta' impenji pendenti għandu jibqa' pjuttost stabbli f'dan il-livell għoli sal-2027; jenfasizza li l-impenji pendenti se jiżdiedu jekk, bħal fil-perjodu 2016 – 2020, l-impenji jibqgħu għoljin u t-talbiet għall-pagamenti jkunu aktar baxxi milli antiċipat minħabba dewmien fl-implimentazzjoni;

3. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-esponiment totali tal-baġit tal-UE għall-obbligazzjonijiet kontinġenti żdied minn EUR 90,5 biljun fi tmiem l-2019 għal EUR 131,9 biljun sa tmiem l-2020, żieda ta' 46 %; jenfasizza li dan kien kważi kompletament dovut għall-introduzzjoni tal-istrument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta' qgħad f'emerġenza (l-Istrument SURE);

4. Jinnota li l-istrument NGEU se jżid b'mod sostanzjali l-esponiment ġenerali tal-baġit tal-UE b'massimu ta' EUR 750 biljun (fi prezzijiet tal-2018) fis-snin li ġejjin; jenfasizza li minħabba l-introduzzjoni tal-istrumenti NGEU u SURE, l-esponiment tal-baġit tal-UE se jiżdied b'mod sostanzjali, b'madwar EUR 940 biljun; iqis li minħabba l-kobor tiegħu, l-esponiment finanzjarju għandu jkun ikkontrollat bir-reqqa mill-Qorti tal-Awdituri u mill-Parlament fil-proċedura ta' kwittanza;

Mekkaniżmu ta' kundizzjonalità

5. Jinsab imħasseb dwar it-telf finanzjarju kkawżat minn nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt f'għadd ta' Stati Membri, li jrendu l-mekkaniżmi eżistenti tal-ilmenti u tal-protezzjoni nulli jew ineffettivi; ifakkar li l-istrumenti kollha għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE, li jinkludu l-appoġġ tekniku, ir-rati ta' żamma, l-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet tal-pagamenti, u l-proċedura ta' ksur, iridu jiġu applikati b'mod konsistenti u fi żmien xieraq; ifakkar li d-dewmien fl-applikazzjoni tagħhom wassal għal tħassib legali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Unjoni fid-dimensjonijiet kollha u mingħajr dewmien, u tiskatta immedjatament il-mekkaniżmu ta' kundizzjonalità sabiex jiġi evitat aktar impatt negattiv fuq il-baġit tal-UE;

6. Ifakkar li l-protezzjoni tal-baġit tiddependi ħafna fuq l-affidabbiltà tal-awtoritajiet nazzjonali ta' ġestjoni u ta' awditjar biex jiġu żgurati l-obbligu ta' rendikont u l-ġestjoni finanzjarja tajba; jenfasizza li l-kwalità u l-kompletezza tad-data miġbura u aggregata mill-Istati Membri jikkostitwixxu l-bażi għall-maġġoranza l-kbira tad-deċiżjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni;

Assorbiment f'waqtu tal-FSIE

7. Jinnota li l-veloċità ta' assorbiment tal-FSIE taħt il-QFP 2014 – 2020 għadha lura meta mqabbla ma' dik tal-QFP preċedenti, peress li l-assorbiment kumulattiv medju laħaq biss 55 % sa tmiem l-2020 u 65 % sal-aħħar ta' Ottubru 2021; jenfasizza li hemm differenzi sostanzjali fl-assorbiment bejn l-Istati Membri; jinnota bi tħassib li sa tmiem l-2020 kien għad fadal EUR 209 biljun ta' fondi mill-FSIE impenjati biex jiġu assorbiti sa tmiem l-2023 u li l-pressjoni ta' ħin toħloq riskju li mhux il-finanzjament kollu se jiġi assorbit; jistieden lill-Kummissjoni tniedi mill-ġdid it-taskforce għal implimentazzjoni aħjar (TFBI) biex iżżid ir-rata ta' assorbiment u tiżviluppa l-aħjar prattiki fost l-Istati Membri;

8. Ifakkar li l-2023 se tkun l-aħħar perjodu ta' referenza n+3 għall-FSIE taħt il-QFP 2014 – 2020 u li l-Kummissjoni se jkollha tivverifika u tiddetermina s-somma tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ikkanċellati taħt il-programmi ta' koeżjoni; jissottolinja l-ħtieġa li jkun hemm ħarsa ġenerali ċara tal-approprjazzjonijiet ta' pagament korrispondenti biex jiġu riflessi l-ħtiġijiet tal-baġit tal-UE għall-2023; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi analizzata bir-reqqa l-kapaċità ta' assorbiment għal fondi ta' ġestjoni kondiviża regolari b'mod parallel ma' dik għall-approprjazzjonijiet ipprovduti taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jiġu vvalutati l-ħtiġijiet reali għall-pagamenti mill-Istati Membri; 

Diġitalizzazzjoni, estrazzjoni tad-data u l-ġlieda kontra l-frodi

9.  Jirrimarka l-ħtieġa li jiġu żgurati t-trasparenza, l-effettività tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll, l-aċċettabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa sottostanti; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' sistema diġitali interoperabbli ta' monitoraġġ u rapportar biex b'mod sistematiku u f'ħin reali tiġi traċċata n-nefqa li tirriżulta mill-baġit tal-Unjoni u l-benefiċjarji aħħarin tal-finanzjament (persuni fiżiċi) biex tiġi żgurata l-konformità mal-istandards ta' ġestjoni finanzjarja tajba; jenfasizza li s-sistema trid tippermetti l-aggregazzjoni tal-pagamenti individwali kollha li jikkonċernaw l-istess benefiċjarju finali jew l-istess sid benefiċjarju f'somma totali waħda;

10. Jissottolinja t-talbiet b'saħħithom u ripetuti tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżguraw il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni billi tagħmel użu globali u sistematiku mis-sistemi diġitali u awtomatizzati għar-rapportar, il-monitoraġġ u l-awditjar; jirrimarka li dan għandu jinkludi, iżda ma jkunx limitat għall-istabbiliment ta' bażi ta' data interoperabbli unika obbligatorja dwar il-benefiċjarji tal-fondi mill-programmi kollha tal-Unjoni; jenfasizza li sistema integrata u interoperabbli bħal din għandha tibni fuq identifikaturi uniċi għar-riċevituri kollha, inkluża informazzjoni dwar il-benefiċjarji finali tagħhom u għandha barra minn hekk tiżgura awtomatikament l-użu ta' sistemi bħall-għodda tal-estrazzjoni tad-data, ARACHNE, sabiex tipprevedi l-aqwa protezzjoni possibbli tal-finanzi tal-Unjoni;

11. Jinnota li din id-diġitalizzazzjoni jmissha ġa saret u hija indispensabbli minħabba n-natura transfruntiera tal-użu ħażin tal-fondi, il-frodi, l-approprjazzjonijiet ħżiena, il-kunflitti ta' interess, il-finanzjament doppju u problemi sistemiċi oħrajn;  jirrikjedi li din l-għodda unika tal-estrazzjoni tad-data tkun tista' tiġi mfittxija u disponibbli faċilment għall-OLAF, l-UPPE u l-Kummissjoni, sabiex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni u n-Next Generation EU kontra l-irregolaritajiet, il-frodi u l-kunflitti ta' interess;

12. Itenni l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi fil-ġlieda kontra l-frodi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak tal-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-UPPE u l-OLAF; jisħaq fuq ir-rwol tal-UPPE fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; ifakkar fl-importanza li l-UPPE u l-OLAF jingħataw riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti;

13. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija u timmultiplika l-kontrolli ex post u l-missjonijiet fuq il-post rigward l-użu tal-fondi NGEU u l-impatti tagħhom fuq l-irkupru tal-Istati Membri;

Kwistjonijiet trażversali

14. Itenni l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati r-regoli u l-proċeduri, jiġu żviluppati sessjonijiet ta' taħriġ obbligatorji u informazzjoni prattika għall-applikanti, u speċjalment għall-applikanti ġodda, u jittejbu l-assistenza u l-linji gwida għall-SMEs, l-ispin-off, in-negozji ġodda, l-aġenziji tal-amministrazzjoni u tal-pagamenti u l-partijiet interessati rilevanti l-oħra kollha;

15. Ifakkar li l-Parlament talab il-mobilizzazzjoni ta' diżimpenji fil-qasam tar-riċerka li tammonta għal EUR 486 miljun fl-2022 biex isiru disponibbli għall-użu mill-ġdid skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolamenti Finanzjarji; jistenna li għandhom ikunu disponibbli u jintalbu ammonti simili, u b'hekk jiġu pprovduti fondi addizzjonali għall-finanzjament, fost affarijiet oħra, ta' attivitajiet li javvanzaw ir-riċerka dwar is-saħħa;

16. Jisħaq fuq l-importanza akbar tar-rapportar u tal-awditjar tal-prestazzjoni, inklużi l-għażla ta' indikaturi konċiżi u sinifikanti, id-definizzjoni ċara tal-miri u l-istadji importanti u l-monitoraġġ u r-rapportar preċiż, partikolarment fid-dawl tal-mudelli l-ġodda ta' implimentazzjoni għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Politika Agrikola Komuni riformata;

17. Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi bilanċ bejn il-ġeneri u approċċ ta' bbaġitjar reattiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fil-fondi allokati; jilqa' l-progress tal-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' metodoloġija għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri sabiex tintegra perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-oqsma kollha ta' politika;

18. Jistieden lill-Kummissjoni tivverifika bir-reqqa l-użu tal-fondi tal-Unjoni minn entitajiet terzi, l-affiljati tagħhom, u/jew persuni fiżiċi biex tiżgura li l-ebda fond ma jkun allokat jew marbut ma' xi kawża jew forma ta' terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika; tiżgura li individwi jew gruppi affiljati, marbuta ma' jew li jappoġġjaw organizzazzjonijiet terroristiċi jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni; tiżgura li dawn il-fondi tal-Unjoni jiġu rkuprati b'mod proattiv, u li r-riċevituri involuti jiġu esklużi mill-finanzjament futur tal-Unjoni;

Dejjem tiegħek,

Monika Hohlmeier  Olivier Chastel

President tal-Kumitat CONT  Rapporteur għall-kwittanza tal-Kummissjoni


 

ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL (15.2.2022)

Is-Sur Johan Van Overtveldt

President

Kumitat għall-Baġits

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar il-Linji Gwida għall-Baġit 2023 – Taqsima III (2021/2226(BUI))

Għażiż Sur President,

Għażiż Sur Van Overtveldt,

Il-koordinaturi tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (ENVI) fit-30 ta' Novembru 2021 iddeċieda li l-Kumitat ENVI jipprovdi opinjoni dwar il-Linji gwida għall-Baġit 2023 – Taqsima III (2021/2226 (BUI)) fil-forma ta' ittra. Għalhekk kemm bħala l-President tal-Kumitat ENVI kif ukoll bħala r-Rapporteur Permanenti għall-Baġit, ippermettili ngħaddilek il-kontribut tal-Kumitat ENVI fl-għamla ta' paragrafi ta' riżoluzzjoni; li kien ġie adottat mill-Kumitat ENVI fil-laqgħa tiegħu[26] tal-10 ta' Frar 2022 u ġentilment nitlob li jiġi kkunsidrat mill-kumitat tiegħek:

  Jissottolinja li t-tieni sena tal-pandemija tal-COVID-19 fakkritna li l-Unjoni jeħtiġilha iżomm l-impenn tagħha biex jinkiseb irkupru ekwu, reżiljenti, sostenibbli, u soċjalment ġust għal kulħadd permezz tal-baġit tal-Unjoni 2023 li jaċċellera t-tranżizzjoni doppja, kif ukoll li tikkonkludi l-qafas rivedut tal-2030 għall-miri dwar il-klima, l-enerġija u l-ambjent tal-Unjoni, inkluż il-waqfien u restawr tat-telf tal-bijodiversità, l-indirizzar tal-faqar enerġetiku u l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-UE sa mhux aktar tard mill-2050;

 Jenfasizza li l-baġit tal-Unjoni għall-2023 għandu jkun allinjat mal-obbligi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi u meta jitqiesu r-riżultati tal-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP26) tal-2021 u l-"Patt Klimatiku ta' Glasgow", b'mod partikolari fil-kuntest tal-objettiv li jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal grad ta' 1,5 kif imfakkar fi Glasgow mill-mexxejja dinjija u tad-deliberazzjoni dwar il-pakkett Fit for 55 li huwa meħtieġ biex tingħata spinta lill-ambizzjonijiet tal-Unjoni stabbiliti fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima, filwaqt li jiġu żgurati l-inklużjoni soċjali u l-koeżjoni reġjonali biex tinkiseb tranżizzjoni ġusta; jistieden lill-partijiet kollha tal-UNFCCC iżidu l-ambizzjoni klimatika qabel il-COP 27; jisħaq li l-baġit tal-Unjoni għall-2023 għandu jkun allinjat ukoll mal-objettivi tal-2030 u mal-viżjoni fit-tul għall-2050 ta' għajxien tajjeb fil-limiti planetarji stabbiliti fit-8 Programm ta' Azzjoni Ambjentali (EAP);

 Jissottolinja l-importanza li jintlaħqu l-miri tal-integrazzjoni tal-klima u l-bijodiversità[27]; jenfasizza li għandu jingħata appoġġ lil attivitajiet li huma konformi mal-prinċipju ta' "la tagħmilx ħsara sinifikanti"; ifakkar li l-pożizzjoni tal-5 ta' Settembru 2019 tal-Kumitat ENVI kienet li tiġi stabbilita mira ta' 40 % għall-integrazzjoni tal-klima fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021–2027;  jappoġġja l-mira li mill-inqas 30 % tan-nefqa ġenerali tal-baġit tal-Unjoni u l-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru tmur għal infiq relatat mal-klima, jinsisti li tal-inqas din il-mira tintlaħaq u jitlob li jsiru sforzi effettivi mill-ewwel sena tal-QFP biex jintlaħaq dan il-livell ta' nfiq; jissottolinja li t-8 EAP jirrikjedi l-istabbiliment ta' skadenza għat-tneħħija gradwali tas-sussidji għall-fjuwils fossili, konsistenti mal-ambizzjoni li t-tisħin globali jiġi limitat għal grad ta' 1,5;

 Jinsisti fuq il-ħtieġa li n-nefqa relatata mal-klima u l-bijodiversità tiġi traċċata b'mod trasparenti u jistenna li l-Kummissjoni twettaq metodoloġiji robusti, trasparenti u komprensivi biex dan jinkiseb; jieħu nota tal-"mekkaniżmu ta' aġġustament għall-klima" l-ġdid li jista' jiġi attivat biex l-infiq jiġi mmodifikat f'każ ta' progress insuffiċjenti; jilqa' l-Komunikazzjoni dwar il-qafas ta' prestazzjoni għall-baġit tal-UE taħt il-QFP 2021–2027 li tiddefinixxi l-indikaturi tal-klima tal-UE; jistenna bil-ħerqa l-konsultazzjonijiet annwali dwar il-mira klimatika, kif stabbilit fil-Ftehim Interistituzzjonali[28];

 Jenfasizza l-ħtieġa għal ħidma kontinwa lejn l-infiq relatat mal-bijodiversità ta' 7,5 % fl-2024 u 10 % fl-2026 'il quddiem tal-QFP u jitlob li l-mira tal-bijodiversità ta' 10 % tintlaħaq malajr kemm jista' jkun mill-2021 'il quddiem, kif diġà mitlub fir-Rapport tal-Parlament ta' Ġunju 2021 "Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna "kif ukoll mill-Kumitat ENVI fi Frar 2021.

 Ifakkar fil-ħtieġa li jiġu assenjati biżżejjed riżorsi, inkluż persunal, għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030, tal-Istrateġija Mill-Għalqa sal-Platt, tal-Pjan ta' Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, tal-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà u ta' Pjan ta' Azzjoni għal Tniġġis Żero fil-baġit tal-Unjoni għall-2023; f'dan ir-rigward jitlob li jiżdied l-appoġġ baġitarju għall-programm LIFE l-ġdid u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-programmi l-oħra kollha li jappoġġjaw u jipproteġu l-konservazzjoni tan-natura; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis ir-rapport speċjali 16/2021[29] mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri meta tabbozza u timplimenta l-metodoloġija futura dwar in-nefqa relatata mal-klima u l-bijodiversità kif ukoll l-ekoskemi;

- Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri jfasslu kif xieraq u jallokaw riżorsi xierqa għall-ekoskemi fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK biex jiżguraw il-kisba tal-ambizzjoni ekoloġika fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u fl-implimentazzjoni tal-arkitettura ekoloġika tal-PAK;

 Sabiex l-Unjoni tkun tista' tirrispondi għal emerġenzi bħal għargħar reċenti, nirien, il-pandemija u avvenimenti oħra mhux previsti, għandu jiġi żgurat finanzjament adegwat tal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili;

 Il-pandemija tal-COVID-19 tenfasizza kemm huma vitali s-saħħa pubblika u s-servizzi tal-kura aċċessibbli u għall-but ta' kulħadd. Jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza li jiżdied il-livell ta' appoġġ għall-Unjoni Ewropea tas-Saħħa flimkien mal-programm EU4Health fil-baġit tal-Unjoni għall-2023; jenfasizza l-importanza li jissaħħu s-sostenibbiltà u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa filwaqt li jitnaqqsu d-disparitajiet ta' aċċess ugwali u ekwu għall-kura tas-saħħa; jiddispjaċih li EUR 2,8 biljun mill-programm EU4Health diġà huma impenjati għall-HERA li jirriżultaw f'sehem iżgħar għal azzjonijiet u inizjattivi importanti oħra; jenfasizza li n-nefqa fuq is-saħħa għandha ssegwi l-approċċi "Saħħa Waħda" u "Saħħa fil-politiki kollha"; jisħaq li għandhom jiġu allokati biżżejjed riżorsi biex jiżdiedu l-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tas-saħħa fost l-oħrajn fit-titjib tat-tħejjija u l-ġestjoni tal-pandemiji, u li inizjattivi tas-saħħa ġodda jew emerġenti, inkluża l-Awtorità Ewropea għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA), għandhom jiġu ffinanzjati b'fondi addizzjonali u mhux minn programmi eżistenti; jitlob li tiġi żgurata t-trasparenza fil-ftehimiet ta' xiri bil-quddiem tal-vaċċini u l-infiq relatat;

 Jilqa' l-ftehim milħuq bejn il-koleġiżlaturi biex jittejjeb il-mandat taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) li se jippermetti liċ-Ċentru jimmonitorja l-kapaċitajiet tas-sistemi tas-saħħa u jorganizza żjarat biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-attivitajiet nazzjonali tal-ippjanar tat-tħejjija u tar-rispons; ifakkar, bħala tagħlima meħuda mill-pandemija tal-COVID-19, fil-ħtieġa li jiżdiedu l-persunal u r-riżorsi taċ-Ċentru biex jiġu żgurati tħejjija u ġestjoni mtejba għall-pandemija;

- Jilqa', barra minn hekk, il-ftehim milħuq mill-Parlament u mill-Kunsill dwar l-espansjoni tal-mandat tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) biex tirrispondi aħjar għall-kriżi tas-saħħa pubblika u biex tipprevjeni n-nuqqasijiet ta' prodotti mediċinali u ta' apparati mediċi; jitlob, f'dan is-sens, li jiżdiedu r-riżorsi għall-implimentazzjoni tal-kompiti l-ġodda tal-Aġenzija, speċjalment fil-livell tal-persunal;

- Ifakkar li sabiex jissodisfaw il-mandati ewlenin tagħhom, l-aġenziji l-oħra tal-Unjoni li jaqgħu taħt il-mandat tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (ECHA, EEA u EFSA) jeħtiġilhom jirċievu appoġġ finanzjarju adegwat filwaqt li jiżguraw koordinazzjoni kosteffiċjenti tal-ħidma tal-aġenziji differenti; jissottolinja li l-ġestjoni b'suċċess tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew ma jistgħux jinkisbu jekk dawk l-aġenziji ma jkollhomx persunal xieraq;

 - Jitlob li l-baġit tal-Unjoni tal-2023 jappoġġja lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab globali biex jiżguraw l-aċċess rapidu, ugwali u għall-but ta' kulħadd għall-vaċċini u t-trattamenti kollha għall-COVID‑19 hekk kif dawn isiru disponibbli, għall-popli kollha madwar id-dinja; jisħaq li wieħed mill-aħjar modi biex jiġu indirizzati l-varjanti l-ġodda tal-COVID-19 huwa li jiġi estiż it-tilqim madwar id-dinja u jissaħħu s-sistemi pubbliċi tal-kura tas-saħħa;  jisħaq fuq l-importanza għal strateġija fit-tul, koerenti u kkoordinata għal varjanti emerġenti tal-COVID-19 ta' tħassib; itenni l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess ugwali għal mediċini għall-but ta' kulħadd fl-UE u jappoġġja n-negozjar kollettiv tal-prezz tal-mediċini mal-industriji farmaċewtiċi;

- Jenfasizza l-importanza ta' sistema ta' riżorsi proprji li tkun kapaċi tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Unjoni dwar is-saħħa, l-ambjent u l-klima.

 

Bgħatt ittra simili lis-Sur Karlo Ressler, rapporteur ġenerali għall-Baġit 2023.

Dejjem tiegħek,

 

Pascal CANFIN

 


 

ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (2.3.2022)

Is-Sur Johan Van Overtveldt

President tal-Kumitat għall-Baġits

WIE 05U012

BRUSSELL

 

 

Suġġett: Opinjoni dwar l-abbozz ta' rapport dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2023, Taqsima III – il-Kummissjoni

(2021/2226(BUD))

Sur President,

Skont il-proċedura inkwistjoni, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI) ngħata l-istruzzjoni li jippreżenta opinjoni lill-Kumitat tiegħek. Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI) ddeċieda li jibgħat din l-opinjoni fil-forma ta' ittra. Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI) jistieden lill-Kumitat għall-Baġits (BUDG), bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu ta' hawn taħt:

 

* * *

 

1. Billi skont l-Artikolu 174 tat-TFUE, sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha inġenerali, l-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha. B'mod partikolari, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti. Fost ir-reġjuni konċernati, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, lil żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħal pereżempju l-gżejjer, ir-reġjuni ultraperiferiċi, transfruntiera u muntanjużi.

 

2. L-investimenti tal-politika ta' koeżjoni u tal-iżvilupp reġjonali wrew li jipproduċu valur miżjud sinifikanti f'termini tas-sehem tal-finanzjament madwar l-Unjoni Ewropea, u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi orizzontali kollha tal-UE bħall-iżvilupp ugwali tar-reġjuni u tal-Istati Membri Ewropej kollha, soluzzjonijiet sostenibbli għat-tkabbir ekonomiku, l-investimenti u l-kompetittività, il-Patt Ekoloġiku, il-promozzjoni tal-innovazzjoni, l-opportunitajiet indaqs, u l-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn l-ekonomija diġitali.

 

3.  Ifakkar li l-għan iddikjarat tal-politika ta' koeżjoni tal-UE huwa li ssaħħaħ il-benesseri ekonomiku u soċjali tar-reġjuni tal-UE filwaqt li tnaqqas id-disparitajiet reġjonali. Barra minn hekk, ifakkar li l-politika ta' koeżjoni hija mmirata lejn ir-reġjuni, il-bliet u ż-żoni rurali kollha fl-Unjoni Ewropea sabiex tappoġġa l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja, il-kompetittività tan-negozji, b'mod partikolari fir-rigward tal-SMEs, it-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp sostenibbli, u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, inkluża l-edukazzjoni. Barra minn hekk, ifakkar li l-politika ta' koeżjoni hija waħda mill-elementi ewlenin tal-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 kif ukoll tal-bini mill-ġdid tar-reżiljenza.

 

4.  Jappella, fid-dawl taż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni li jikkoinċidu (2014-2020/n+3 u 2021-2027), li jiġi żgurat li l-Istati Membri jibqgħu jużaw il-massimu tal-fondi disponibbli fil-pakkett tagħhom mill-aħħar perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. F'dak il-kuntest, jappella għall-użu tal-ogħla livell ta' flessibilità, simplifikazzjoni u rata ta' kofinanzjament permess fl-ambitu tal-qafas leġiżlattiv attwali, sabiex l-Istati Membri u r-reġjuni jiġu megħjuna bir-rata ta' assorbiment responsabbli tal-Fondi li għadhom ma ntużawx. 

 

5. Iqis li l-baġit 2023 għandu jkun fih biżżejjed approprjazzjonijiet ta' pagament, b'mod partikolari għall-Koeżjoni, biex tiġi evitata akkumulazzjoni ta' talbiet għal pagamenti mhux imħallsa fit-tieni nofs tal-perjodu tal-QFP.

 

6.  Jemmen li l-kisba ta' konsistenza, komplementarjetà u sinerġiji bejn il-politika ta' koeżjoni u n-Next Generation EU tirrappreżenta sfida kbira ħafna. Għalhekk, huwa kruċjali li jiġu evitati duplikazzjonijiet u inkonsistenzi fil-programmazzjoni tal-proġetti fuq il-post maħsuba għall-istess objettivi. Itenni l-ħtieġa għal koordinazzjoni fil-livell baġitarju fost l-istrumenti finanzjarji kollha li jappoġġaw il-politika ta' koeżjoni bħall-FEŻR, l-FSE+, ir-REACT-EU, il-JTF, is-CRII u s-CRII+, li jfisser li huwa importanti li jiġi żgurat li l-programmi ma jdgħajfux lil xulxin. Barra minn hekk, minħabba l-pressjoni għal assorbiment rapidu kif ukoll għall-prijoritizzazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) fuq il-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni, inqas attenzjoni u kapaċità biex jiġu indirizzati l-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni għall-2021–2027, jikkontribwixxu għal aktar dewmien li jista' jirriżulta fis-sottoimplimentazzjoni u fl-użu insuffiċjenti tal-proġetti kif ukoll fi proġetti mhux imwettqa. Jisħaq li l-politika ta' koeżjoni tibqa' l-aktar għodda ta' investiment importanti tal-UE biex tinkiseb konverġenza territorjali, soċjali u ekonomika fit-tul fl-Unjoni.

 

7.  Jappella għal miżuri tal-politika ta' koeżjoni kuraġġużi għal żoni u komunitajiet rurali aktar b'saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperi, speċjalment f'termini tal-kunċett tal-Irħula Intelliġenti fejn it-teknoloġiji u l-innovazzjonijiet diġitali jistgħu jappoġġaw il-kwalità tal-ħajja, livell ogħla ta' għajxien, l-aċċess għall-kultura, is-servizzi pubbliċi għaċ-ċittadini, l-edukazzjoni ta' kwalità għolja, l-użu aħjar tar-riżorsi, inqas impatt fuq l-ambjent, u opportunitajiet ġodda għall-ktajjen tal-valur tal-SMEs rurali f'termini ta' prodotti, kummerċ elettroniku u proċessi mtejba.

 

8.  Jemmen li flimkien ma' mekkaniżmi oħra mmirati għall-irkupru u r-reżiljenza, il-politika ta' koeżjoni, bħala l-politika ta' investiment ewlenija tal-UE, se tikkontribwixxi wkoll b'mod sinifikanti biex jiġi żgurat is-suċċess ta' tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, u t-tkabbir sostenibbli fejn ħadd ma jitħalla jibqa' lura. Jissottolinja wkoll f'dan il-kuntest, l-importanza tal-investimenti meħtieġa fl-infrastruttura u s-servizzi pubbliċi sabiex il-kostijiet tat-tranżizzjoni ma jaqgħux fuq iċ-ċittadini, il-bdiewa, il-ħaddiema, l-SMEs, eċċ. tagħna. Jinnota li l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) jeħtieġ li jiġi aġġustat b'riżorsi finanzjarji adegwati biex jiġi żgurat li jkun jista' jiġi implimentat b'mod effettiv fl-Istati Membri biex jiġu protetti ċ-ċittadini f'żoni rurali, industrijali, remoti u insulari, kif ukoll ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni.

 

9. Ifakkar li l-innovazzjoni għandha rwol dejjem akbar fl-ekonomija tal-UE li jipprovdi benefiċċji kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-ħaddiema fl-UE u hija essenzjali għall-ħolqien ta' impjiegi aħjar, il-bini ta' soċjetà diġitali u aktar ekoloġika u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja tagħna, iżda wkoll biex is-sostenibbiltà u l-kompetittività tal-UE jinżammu fis-suq globali. Jemmen, madankollu, li xi Stati Membri u reġjuni ma għandhomx il-kapaċità biex jimplimentaw b'mod xieraq proġetti ta' innovazzjoni, u għalhekk li jkollhom aċċess għal aktar fondi tal-UE għall-SMEs: is-sinsla tal-ekonomija Ewropea, huwa importanti f'din il-kwistjoni.

 

10.  Jemmen li l-pandemija tal-COVID-19 tirrappreżenta mument ta' trasformazzjoni uniku għall-investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa. Jindika li l-kriżi tal-COVID-19 uriet il-ħtieġa għal investiment sostenibbli fit-tul fl-adegwatezza, it-tħejjija, il-kapaċità tar-rispons u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, filwaqt li tiġi żgurata l-kooperazzjoni transfruntiera madwar l-UE. Ifakkar li hemm differenzi sinifikanti fil-prestazzjoni tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u fil-kwalità tas-servizz u r-riżultati tagħhom madwar l-UE. Għalhekk, il-politika ta' koeżjoni hija waħda mill-aktar għodod importanti biex jitnaqqsu d-disparitajiet fis-saħħa f'termini ta' aċċess għal kura tas-saħħa ta' kwalità, infrastruttura tas-saħħa, persunal tal-kura tas-saħħa adegwat u d-disponibbiltà ta' tagħmir mediku.

 

11. Jenfasizza l-problema tal-baġit EU4Health, li jidher li huwa allokat primarjament għall-Awtorità Ewropea għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) u għalhekk, iqajjem tħassib li mhux se jibqa' biżżejjed fondi għal prijoritajiet oħra tas-saħħa, bħat-tnaqqis tad-disparitajiet f'termini ta' Networks Ewropej ta' Referenza (NRE), li huma kritiċi f'termini ta' għoti tal-kura tas-saħħa transfruntiera, b'mod partikolari f'dawk iż-żoni inqas żviluppati fejn il-pazjenti għandhom nuqqas ta' aċċess għal kura tas-saħħa ta' kwalità.

 

12. Jissottolinja l-ħtieġa għal enfasi qawwija fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet bejn il-programm EU4Health, il-politika ta' koeżjoni u programmi oħra tal-UE, bħal Orizzont, bil-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali fl-Ewropa.

13. Jappella għal aktar fondi għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE), magħrufa aħjar bħala Interreg, sabiex timplimenta azzjonijiet konġunti u skambji ta' politika bejn atturi nazzjonali, reġjonali u lokali minn Stati Membri differenti. Ifakkar li matul il-pandemija tal-COVID-19, l-Interreg uriet li hija strument tal-UE siewi u effettiv; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta proposta riveduta dwar Mekkaniżmu Transfruntier Ewropew.

14.  Jinnota li l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, l-inflazzjoni dejjem tiżdied u l-kontinwazzjoni tal-pandemija tal-COVID-19 qed jindikaw li dan x'aktarx se jwassal għal perjodi ġodda ta' reċessjoni f'aktar minn Stat Membru wieħed, u għalhekk għandhom jiġu allokati aktar flessibbiltà u riżorsi finanzjarji straordinarji għal dan il-għan fil-baġit tal-UE għall-2023.

15.  Jafferma mill-ġdid li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet oħrajn jeħtiġilhom jikkollaboraw u jiżviluppaw djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-universitajiet u ċ-ċentri ta' innovazzjoni, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni. Barra minn hekk, itenni l-bżonn għat-tisħiħ tal-ħila amministrattiva u tal-kapaċità tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, liema tisħiħ huwa komponent essenzjali fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni xierqa ta' inizjattivi u proġetti fuq il-post.

16. Jenfasizza r-rabta eżistenti bejn ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba: l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, kif stipulati fir-Regolament Finanzjarju;

17. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-riżorsi tal-Unjoni jintużaw b'mod trasparenti, ġust u responsabbli.

Dejjem tiegħek,

Younous Omarjee


ITTRA TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD (17.2.2022)

Is-Sur Johan Van Overtveldt

Il-President

Kumitat għall-Baġits

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar il-Linji Gwida għall-Baġit 2023 - Taqsima III (2021/2226(BUI))

Sur President,

Skont il-proċedura inkwistjoni, il-Kumitat għas-Sajd ingħata l-istruzzjoni li jippreżenta opinjoni lill-Kumitat tiegħek. Il-Kumitat għas-Sajd iddeċieda li jibgħat din l-opinjoni fil-forma ta' ittra. L-opinjoni ġiet adottata mill-Koordinaturi permezz ta' proċedura bil-miktub fis-16 ta' Frar 2022.

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu.

Dejjem tiegħek,

Pierre Karleskind

 

 


SUĠĠERIMENTI

1. Jenfasizza l-ħtieġa li l-FEMSA jkollu baġit iffinanzjat biżżejjed għall-2023; itenni li, sabiex is-sajd sostenibbli, inkluż is-sajd fuq skala żgħira, u l-akkwakultura sostenibbli jkomplu jkunu vijabbli u kompetittivi, huwa meħtieġ finanzjament xieraq għal dawn is-setturi;

 

2. Jemmen li l-baġit għal dawn is-setturi jrid jissodisfa l-ħtiġijiet identifikati mill-Istati Membri, iqis l-objettivi soċjali, ambjentali u ekonomiċi u jikkontribwixxi għall-objettivi tal-UE, b'mod partikolari dawk stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku, l-istrateġija industrijali l-ġdida, l-istrateġija "Mill-Għalqa sal-Platt", l-approċċ il-ġdid għal ekonomija blu sostenibbli u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030; Huwa tal-fehma li ż-żamma tal-pożizzjoni kompetittiva tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura trid timxi id f'id mal-ilħuq ta' dawn l-għanijiet, u li kwalunkwe proposta trid għalhekk tkun soġġetta għal valutazzjoni tal-impatt;

3. Jenfasizza li t-tiġdid ġenerazzjonali huwa waħda mill-prijoritajiet tas-settur tas-sajd Ewropew; jistieden lill-Istati Membri biex jużaw il-FEMSA biex jiffinanzjaw l-introduzzjoni ta' programmi mfassla speċifikament biex jiffaċilitaw l-aċċess taż-żgħażagħ għal professjonijiet fis-sajd, biex irendu s-settur aktar varjat u biex jinkoraġġixxu persuni minn gruppi sottorappreżentati, b'mod partikolari n-nisa, biex jidħlu fis-settur;

4. Ifakkar li l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni tas-16 ta' Settembru 2021 intitolata "Sajjieda għall-futur: Nattiraw ġenerazzjoni ġdida ta' ħaddiema lejn l-industrija tas-sajd u niġġeneraw impjiegi fil-komunitajiet kostali" (2019/2161(INI))

5. Itenni l-inkoraġġiment tal-Parlament għall-ħolqien ta' assoċjazzjoni ta' sajjieda żgħażagħ Ewropej biex tippromwovi t-tiġdid ġenerazzjonali tas-settur tas-sajd u biex tirrappreżenta u tlaqqa' flimkien lil sajjieda żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet tagħhom fl-Unjoni kollha; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-mobilizzazzjoni ta' riżorsi baġitarji għall-implimentazzjoni ta' proġetti biex dak l-għan jintlaħaq;

6. Jenfasizza l-importanza tal-kontroll fl-iżgurar tal-objettivi tal-PKS; jenfasizza l-importanza ta' finanzjament addizzjonali preċedenti allokat lill-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA); jitlob lill-Aġenzija twettaq l-attivitajiet tagħha biex b'hekk tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-PKS, speċjalment fid-dawl taż-żieda fil-kumplessità u l-isfidi konnessi mal-Brexit.

 

 


ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI (28.2.2022)

Is-Sur Johan Van Overtveldt

Il-President

Kumitat għall-Baġits

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar il-Linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2023, Taqsima III – Il-Kummissjoni (2021/2226(BUI))

Għażiż Sur President,

Skont il-proċedura msemmija hawn fuq, il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali ngħata l-istruzzjoni li jippreżenta opinjoni lill-Kumitat tiegħek. Fil-laqgħa tiegħu tas-26 ta' Jannar 2022, il-kumitat iddeċieda li jibgħat din l-opinjoni fil-forma ta' ittra. Huwa eżamina l-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Frar 2022 u adotta l-opinjoni f'dik il-laqgħa[30], filwaqt li stieden lill-Kumitat għall-Baġits jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu.

Il-membri tal-kumitat jisħqu li l-baġit tal-Unjoni għall-2023 irid ikun biżżejjed biex jiffinanzja l-eżerċizzju tal-kompetenzi attribwiti lill-Unjoni mit-Trattati, ikun iffokat fuq l-interess komuni Ewropew u jippermetti lill-Unjoni tagħti r-riżultati li huma importanti għaċ-ċittadini Ewropej.

Il-membri tal-kumitat ifakkru li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni qablu dwar pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda biex jiġi żgurat il-ħlas lura tal-pjan ta' rkupru. Huwa importanti li t-tliet Istituzzjonijiet jaderixxu maż-żmien miftiehem.

Il-membri tal-kumitat jissottolinjaw ukoll li l-baġit għall-2023 għandu jkollu r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (Konferenza), inkluż fil-forma ta' proposti leġiżlattivi jew bidliet fit-Trattat.

Komunikazzjoni u konsultazzjoni effettivi ma' ċittadini għandhom ikunu fost l-ogħla prijoritajiet tal-baġit sabiex jiġi żgurat l-involviment effettiv u sinifikattiv taċ-ċittadini. B'mod partikolari, għandhom jiġu żgurati mezzi finanzjarji għall-organizzazzjoni ta' konsultazzjonijiet regolari maċ-ċittadini dwar l-objettivi, l-isfidi u l-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni bħala segwitu għall-Konferenza.

Il-membri tal-kumitat ifakkru fil-ħtieġa ta' finanzjament adegwat tal-programmi, l-attivitajiet u l-inizjattivi tal-Unjoni li huma vitali għall-intensifikazzjoni tal-proċessi tad-demokrazija parteċipattiva fl-UE, il-bini tal-fiduċja taċ-ċittadini u t-tisħiħ tal-fehim tagħhom tal-politiki tal-UE, b'mod partikolari l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej u l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV). F'dan ir-rigward, ifakkar fil-ħtieġa li tiġi inkluża linja baġitarja għall-elaborazzjoni ta' kurrikulu primarju u sekondarju dimostrattiv u volontarju għall-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-UE u dik globali. Filwaqt li dawn jikkontribwixxu għall-iżvilupp ulterjuri ta' soċjetajiet miftuħa, ibbażati fuq id-drittijiet, demokratiċi, ugwali u inklużivi, ir-rispett għad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali, inkluż in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jenħtieġ li jingħataw aktar prijorità.

Barra minn hekk, ifakkru li jeħtieġ li jiġu żgurati l-livelli xierqa ta' finanzjament għall-istrutturi fi ħdan l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE li huma responsabbli għall-komunikazzjoni maċ-ċittadini u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni bħal, fost l-oħrajn, ir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u l-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew (EPLOs), sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effettiv.

Il-membri tal-kumitat ifakkru fl-importanza li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-entitajiet lokali, il-bliet u l-irħula tal-Unjoni, lil hinn mill-bliet kapitali tal-Istati Membri fil-ħajja demokratika tal-Unjoni; jilqa', f'dan ir-rigward, l-implimentazzjoni tal-BELE - Nibnu l-Ewropa mal-entitajiet lokali.

Barra minn hekk, huma jindikaw il-ħtieġa li jiġi applikat ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta' kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni b'mod sħiħ sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-membri tal-kumitat jissuġġerixxu li għandhom jiġu żgurati riżorsi baġitarji adegwati għall-funzjonament tal-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej (APPF) bil-ħsieb li tespandi l-kompiti tagħha fil-qasam tar-reklamar politiku u l-kontroll tad-donazzjonijiet abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2021 għal riformulazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Apparti dan, jekk tinħoloq Awtorità Elettorali Ewropea sal-2023, għandu jiġi previst finanzjament adegwat għal din l-entità.

Ninsab fiduċjuż li l-Kumitat għall-Baġits ser iqis dawn is-suġġerimenti meta jħejji l-linji gwida għall-Baġit 2023.

 

 

Dejjem tiegħek,

Antonio Tajani

 

 


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

16.3.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

4

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, Andor Deli, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Vlad Gheorghe, Valentino Grant, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabetta Gualmini, Henrike Hahn, Petros Kokkalis

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

32

+

ECR

Johan Van Overtveldt

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Renew

Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

S&D

Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Victor Negrescu, Nils Ušakovs

The Left

Petros Kokkalis, Dimitrios Papadimoulis

Verts/ALE

Rasmus Andresen, David Cormand, Francisco Guerreiro, Henrike Hahn

 

4

-

ID

Joachim Kuhs, Hélène Laporte

NI

Andor Deli, Lefteris Nikolaou­Alavanos

 

4

0

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 1 ta' April 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza