RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (test kodifikat)

30.3.2022 - (COM(2020)0739 – C9-0371/2020 – 2020/0329(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Manon Aubry
(Kodifikazzjoni – Artikolu 109 tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2020/0329(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0080/2022
Testi mressqa :
A9-0080/2022
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (test kodifikat)

(COM(2020)0739 – C9-0371/2020 – 2020/0329(COD))

Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2020)0739),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0371/2020),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' Jannar 2021[1],

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi[2],

 wara li kkunsidra l-Artikoli 109 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0080/2022),

A. billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr ebda tibdil sustanzjali;

1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fl-opinjonijiet tiegħu tal-31 ta' Marzu 2021 u tal-10 ta' Marzu 2022;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 


 

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI TAL-31 TA' MARZU 2021

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 31 Marzu 2021

OPINJONI

 GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

  TAL-KUNSILL

  TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (test kodifikat)

COM(2020)739 final of 18.11.2020 – 2020/0329(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fil-15 ta' Diċembru 2020 u fl-14 ta' Jannar 2021 kellu laqgħat iddedikati għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

 

Waqt l-eżami[3] tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika d-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara, il-Grupp, bi qbil komuni, innota dan li ġej.

1. Fil-punt (d) tal-Artikolu 19, minflok il-kliem finali "b'lingwa/i komuni tax-xogħol", għandha terġa' tiddaħħal l-espressjoni "bil-lingwa(i) tax-xogħol komuni", li bħalissa tinsab fil-punt (d) tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2008/106/KE.

2. Fl-Artikolu 23(1), fil-verżjoni Ingliża, iż-żieda tal-artikolu "a" qabel il-kliem "valid dispensation" kellha tiġi identifikata bi vleġeġ tal-adattament.

3. Fl-Artikolu 29(2), ir-referenza għall-"Anness V" għandha tiġi sostitwita b'referenza għall-"Anness III".


Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

 

 

F. DREXLER  T. BLANCHET  D. CALLEJA CRESPO

Ġurikonsult  Ġurikonsult  Direttur Ġenerali


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI TAL-10 TA' MARZU 2022

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 10 ta' Marzu 2022

OPINJONI

 GĦALL-ATTENZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

  TAL-KUNSILL

  TAL-KUMMISSJONI

 

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (test kodifikat)

COM(2020) 739 final of 18.11.2020 - 2020/0329 (COD)

 

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikulari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-2 ta' Diċembru 2021 kellu laqgħa, b'segwitu tal-laqgħat preċedenti tal-15 ta'Diċembru 2020 u tal-14 ta' Jannar 2021, iddedikata għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

 

Waqt l-eżami[4] tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika d-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, bi qbil komuni, innota li minbarra l-punti 1, 2 u 3 tal-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tal-31 ta'Marzu 2021, adattament ulterjuri huwa wkoll meqjus xieraq fir-rigward tal-abbozz tat-test kodifikat.

 

Kif ġie ssuġġerit mir-rapporteur tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament Ewropew, il-premessa 16 tad-Direttiva (UE) 2019/1159 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva 2008/106/KE dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara għandha tiddaħħal fil-preambolu għall-att kodifikat. Il-premessi li ġejjin għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid skont dan.


Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

 

 

F. DREXLER  T. BLANCHET  D. CALLEJA CRESPO

Ġurikonsult  Ġurikonsult  Direttur Ġenerali

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2020)0739 – C9-0371/2020 – 2020/0329(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

18.11.2020

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

23.11.2020

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Manon Aubry

1.7.2021

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Magdalena Adamowicz, Karen Melchior, Manon Aubry

Data tal-adozzjoni

28.3.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Manon Aubry, Gunnar Beck, Ilana Cicurel, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Ibán García Del Blanco, Jean-Paul Garraud, Sergey Lagodinsky, Gilles Lebreton, Maria-Manuel Leitão-Marques, Sabrina Pignedoli, Jiří Pospíšil, Franco Roberti, Raffaele Stancanelli, Adrián Vázquez Lázara, Axel Voss, Marion Walsmann, Tiemo Wölken, Lara Wolters

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Patrick Breyer, Daniel Buda, Emil Radev, Yana Toom

Data tat-tressiq

30.3.2022

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

PPE

Pascal Arimont, Jiří Pospíšil, Emil Radev, Axel Voss, Marion Walsmann

S&D

Ibán García Del Blanco, Maria-Manuel Leitão-Marques, Franco Roberti, Tiemo Wölken, Lara Wolters

Renew

Ilana Cicurel, Pascal Durand, Yana Toom, Adrián Vázquez Lázara

ID

Gunnar Beck, Jean-Paul Garraud, Gilles Lebreton

Verts/ALE

Patrick Breyer, Sergey Lagodinsky

ECR

Angel Dzhambazki, Raffaele Stancanelli

The Left

Manon Aubry

NI

Sabrina Pignedoli

 

0

-

 

 

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Marzu 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza