RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti

6.4.2022 - (COM(2021)0656 – C9‑0396/2021 – 2021/0340(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Martin Hojsík


Proċedura : 2021/0340(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0092/2022

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti

(COM(2021)0656 – C9‑0396/2021 – 2021/0340(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0656),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0396/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021[1],

 wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0092/2022),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fis-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret bejn l-4 u l-15 ta' Mejju 2015, kien hemm qbil li l-pentaklorofenol, l-imlieħ u l-esteri tiegħu ("pentaklorofenol") jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Fid-disa' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret mid-29 ta' April sal-10 ta' Mejju 2019, ġie miftiehem li d-dikofol kif ukoll l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Fid-dawl ta' dawk l-emendi għall-Konvenzjoni u biex jiġi żgurat li l-iskart li jkun fih dawk is-sustanzi jiġi ġestit f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, huwa meħtieġ li jiġu emendati wkoll l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 billi jiġu inklużi l-pentaklorofenol, id-dikofol u l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA fl-Annessi u li jindikaw il-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti tagħhom.

(2) Fis-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret bejn l-4 u l-15 ta' Mejju 2015, kien hemm qbil li l-pentaklorofenol, l-imlieħ u l-esteri tiegħu ("pentaklorofenol") jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Fid-disa' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret mid-29 ta' April sal-10 ta' Mejju 2019, ġie miftiehem li d-dikofol kif ukoll l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Fid-dawl ta' dawk l-emendi għall-Konvenzjoni u biex jiġi żgurat li l-iskart li jkun fih dawk is-sustanzi jiġi ġestit f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, huwa meħtieġ li jiġu emendati wkoll l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 billi jiġu inklużi l-pentaklorofenol, id-dikofol u l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA fl-Annessi u li jiġu indikati wkoll il-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti tagħhom.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-pentaklorofenol kien preċedentement elenkat fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/63624, b'valur tal-Anness IV ta' 100 mg/kg u b'valur tal-Anness V ta' 1 000 mg/kg. Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tħassar bir-Regolament (UE) 2019/1021, iżda l-pentaklorofenol tħalla barra b'mod mhux intenzjonat minn dak ir-Regolament. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu emendati l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 biex jinkludu l-pentaklorofenol.

(3) Il-pentaklorofenol kien preċedentement elenkat fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/63624, b'valur tal-Anness IV ta' 100 mg/kg u b'valur tal-Anness V ta' 1 000 mg/kg. Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tħassar bir-Regolament (UE) 2019/1021, iżda l-pentaklorofenol tħalla barra b'mod mhux intenzjonat minn dak ir-Regolament. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu emendati l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 biex issa jinkludu l-pentaklorofenol.

_________________

_________________

23 Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

23 Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

24 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/636 tat-23 ta' April 2019 li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 109, 24.4.2019, p. 6).

24 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/636 tat-23 ta' April 2019 li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 109, 24.4.2019, p. 6).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 diġà fihom limiti ta' konċentrazzjoni għas-sustanzi jew għall-gruppi ta' sustanzi li ġejjin: a) is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil (bl-eċċezzjoni tal-aħħar, li ma huwiex elenkat fl-Anness V ta' dak ir-Regolament); b) Eżabromoċiklododekan; c) Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta' katina qasira) (SCCPs); u d) Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) Skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2019/1021, huwa xieraq li jiġu emendati l-limiti ta' konċentrazzjoni fl-Anness IV għal dawk is-sustanzi biex jadattaw il-valuri limitu tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku. Għal raġunijiet ta' konsistenza mal-lista tal-eteri tad-difenil polibromurati (PBDEs) elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021, is-sustanza etere tad-dekabromodifenil jenħtieġ li tiġi inkluża fost il-PBDEs elenkati fit-tielet kolonna tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.

(4) L-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 diġà fihom limiti ta' konċentrazzjoni għas-sustanzi jew għall-gruppi ta' sustanzi li ġejjin: a) is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil (bl-eċċezzjoni tal-aħħar, li ma huwiex elenkat fl-Anness V ta' dak ir-Regolament); b) Eżabromoċiklododekan; c) Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta' katina qasira) (SCCPs); u d) Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) Skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2019/1021, huwa xieraq li jiġu emendati l-limiti ta' konċentrazzjoni fl-Anness IV għal dawk is-sustanzi biex jadattaw il-valuri limitu tagħhom skont il-progress xjentifiku u tekniku. Għal raġunijiet ta' konsistenza mal-lista tal-eteri tad-difenil polibromurati (PBDEs) elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021, is-sustanza etere tad-dekabromodifenil jenħtieġ li tiġi inkluża fost il-PBDEs elenkati fit-tielet kolonna tal-Anness V ta' dak ir-Regolament.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS ġew proposti mill-Kumitat ta' Rieżami tal-Pollutanti Organiċi Persistenti (POPRC) biex jiġu elenkati taħt l-Anness A tal-Konvenzjoni mingħajr eżenzjonijiet speċifiċi5a wara t-tlestija tal-profil tar-riskju u l-evalwazzjoni tal-ġestjoni tar-riskju għal dawk is-sustanzi. Deċiżjoni biex jiġu inklużi l-PFHxS, l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS hija prevista li tittieħed fil-Konvenzjoni ta' Stokkolma COP-10, li inizjalment kienet skedata għal Lulju 2021, u issa hija skedata li ssir f'Ġunju 2022 minħabba l-evoluzzjoni negattiva tal-pandemija tal-COVID-19 f'ħafna pajjiżi Ewropej. Fir-rigward tal-objettivi tal-Konvenzjoni, għalhekk huwa xieraq, abbażi tal-valutazzjoni tal-impatt attwali5b u biex jiġi żgurat li l-iskart li jkun fih dawk is-sustanzi jiġi ġestit f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, li l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 jiġu emendati minn issa bl-inklużjoni tal-aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS fl-Annessi u li jiġu indikati l-limiti ta' konċentrazzjoni korrispondenti tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrifletti dawk l-emendi għall-Annessi IV u V f'Annessi oħra tar-Regolament (UE) 2019/1021 biex tiżgura l-konsistenza.

 

__________________

 

5a POPRC-15/1

5b SWD(2021) 300 final

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-limiti ta' konċentrazzjoni proposti fl-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 ġew stabbiliti bl-applikazzjoni tal-istess metodoloġija li ntużat biex jiġu stabbiliti l-limiti ta' konċentrazzjoni fl-emendi preċedenti tal-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Il-limiti ta' konċentrazzjoni proposti jenħtieġ li jilħqu l-objettiv ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent assoċjat mal-qerda jew mat-trasformazzjoni irriversibbli tas-sustanzi kkonċernati. Dawk il-limiti jenħtieġ li jqisu wkoll l-objettiv ta' politika usa' li tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima u ċirkolari, minqux fil-Patt Ekoloġiku Ewropew26.

(6) Il-limiti ta' konċentrazzjoni proposti fl-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 ġew stabbiliti bl-applikazzjoni tal-istess metodoloġija li ntużat biex jiġu stabbiliti l-limiti ta' konċentrazzjoni fl-emendi preċedenti tal-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Il-limiti ta' konċentrazzjoni proposti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u jkollhom l-għan li jeliminaw, fejn fattibbli, ir-rilaxx ta' POPs fl-ambjent, sabiex jilħqu l-objettiv ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent assoċjat mal-qerda jew mat-trasformazzjoni irriversibbli tas-sustanzi kkonċernati. Dawk il-limiti jenħtieġ li jqisu wkoll l-objettiv ta' politika usa', li tinkiseb l-ambizzjoni ta' tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi, żieda fir-riċiklaġġ, tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, żvilupp ta' ċikli ta' materjal mhux tossiku fejn jenħtieġ li sustanzi pprojbiti ma jerġgħux jiġu introdotti fis-suq tal-UE permezz ta' attivitajiet ta' riċiklaġġ, u ekonomija ċirkolari, minqux fil-Patt Ekoloġiku Ewropew26.

__________________

__________________

26 COM(2019) 640 final

26 COM(2019) 640 final

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati fl-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 jenħtieġ li jkunu koerenti u li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2020 bit-titolu "Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà - Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità" li tipproponi sett komprensiv ta' azzjonijiet biex jiġi indirizzat l-użu tas-sustanzi perfluworoalkossialkilati u polifluworoalkossialkilati u l-kontaminazzjoni bihom.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Biex jiġi evitat it-taħlit ta' skart kontaminat ma' skart ieħor jew ma' materjali oħra u biex tiġi żgurata traċċabbiltà aħjar u trattament effettiv tal-iskart li jkun fih il-pollutanti organiċi persistenti, teżisti l-ħtieġa li tiġi evitata l-inkonsistenza bejn id-dispożizzjonijiet rigward l-iskart li fih il-pollutanti organiċi persistenti kif stabbiliti oriġinarjament fir-Regolament (KE) Nru 850/2004, issa mħassar bir-Regolament (UE) 2019/1021, u dawk stabbiliti wara. Il-Kummissjoni, għalhekk, jenħtieġ li tivvaluta jekk ikunx xieraq li tirrikonoxxi li l-iskart li fih kwalunkwe pollutant organiku persistenti li jaqbeż il-limiti ta' konċentrazzjoni speċifikati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021 għandu jiġi kklassifikat bħala perikoluż u tressaq, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva biex temenda d-Direttiva 2009/98/KE jew id-Deċiżjoni 2014/955/UE, jew it-tnejn, skont dan;

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

"Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ikunx xieraq li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart jew id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE1a, jew it-tnejn, biex jiġi rikonoxxut li l-iskart li jkun fih kwalunkwe pollutant organiku persistenti li jaqbeż il-limiti ta' konċentrazzjoni indikati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021 għandu jiġi kklassifikat bħala perikoluż, u, jekk xieraq, abbażi ta' dik il-valutazzjoni u mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din il-leġiżlazzjoni, tressaq proposta leġiżlattiva biex temenda d-Direttiva jew id-Deċiżjoni, jew it-tnejn, kif meħtieġ.

 

_________________

 

1a Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE

Emenda  9

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt a – tabella

Regolament (UE) 2019/1021

Anness IV – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

"Pentaklorofenol u l-imlieħ u l-esteri tiegħu

87-86-5 u oħrajn

201-778-6 u oħrajn

100 mg/kg

Dikofol

115-32-2

204-082-0

50 mg/kg

Aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA

335-67-1 u oħrajn

206-397-9 u oħrajn

1 mg/kg

 

 

 

(PFOA u l-imlieħ tiegħu),

 

 

 

40 mg/kg

 

 

 

(komposti relatati mal-PFOA)"

Emenda

"Pentaklorofenol (PCP), l-imlieħ u l-esteri tiegħu

87-86-5 u oħrajn

201-778-6 u oħrajn

100 mg/kg

Dikofol

115-32-2

204-082-0

50 mg/kg

Aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA

335-67-1 u oħrajn

206-397-9 u oħrajn

0,1 mg/kg

 

 

 

(PFOA u l-imlieħ tiegħu),

 

 

 

20 mg/kg

 

 

 

(is-somma tal-komposti relatati mal-PFOA)

Aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS

355-46-4 u oħrajn

355-46-4 u oħrajn

0,1 mg/kg

 

 

 

(PFHxS u l-imlieħ tiegħu),

 

 

 

20 mg/kg

 

 

 

(komposti relatati mal-PFHxS)"

Emenda  10

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt b – tabella

Regolament (UE) 2019/1021

Anness IV – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

"Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta' katina qasira) (SCCPs)

85535-84-8

287-476-5

1 500 mg/kg"

Emenda

"Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta' katina qasira) (SCCPs)

85535-84-8

287-476-5

420 mg/kg"

Emenda  11

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt c – tabella

Regolament (UE) 2019/1021

Anness IV – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

"Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O

40088-47-9
u oħrajn

254-787-2
u oħrajn

Is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil:

Etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O

32534-81-9
u oħrajn

251-084-2
u oħrajn

Etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O

36483-60-0
u oħrajn

253-058-6
u oħrajn

Etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O

68928-80-3
u oħrajn

273-031-2
u oħrajn

Etere tal-bis(pentabromofenil) (etere tad-dekabromodifenil; decaBDE) C12Br10O

1163-19-5
u oħrajn

214-604-9
u oħrajn

 

 

 

(a) sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġobkom daħħlu d-data tal-jum ta' qabel id-data fil-punt li ġej], 500 mg/kg

 

 

 

(b) minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġobkom daħħlu d-data ta' ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], 200 mg/kg jew, jekk ogħla, is-somma tal-konċentrazzjoni ta' dawk is-sustanzi fejn ikunu preżenti f'taħlitiet jew f'oġġetti, kif stabbilit fl-Anness I, ir-raba' kolonna, il-punt 2 għas-sustanzi etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil."

Emenda

"Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O

40088-47-9
u oħrajn

254-787-2
u oħrajn

Is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta' etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O, etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O, etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O, etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O u etere tad-dekabromodifenil C12Br10O:

Etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O

32534-81-9
u oħrajn

251-084-2
u oħrajn

Etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O

36483-60
u oħrajn

253-058-6
u oħrajn

Etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O

68928-80-3
u oħrajn

273-031-2
u oħrajn

Etere tal-bis(pentabromofenil) (etere tad-dekabromodifenil; decaBDE) C12Br10O

1163-19-5
u oħrajn

214-604-9
u oħrajn

 

 

 

(a) sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġobkom daħħlu d-data tal-jum ta' qabel id-data fil-punt li ġej], 200 mg/kg

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta' konċentrazzjoni u, meta xieraq u f'konformità mat-Trattati, għandha tadotta proposta leġiżlattiva biex dak il-valur jitbaxxa mhux aktar tard minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġobkom daħħlu d-data ta' ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

 

 

(b) imħassar

Emenda  12

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt d – tabella

Regolament (UE) 2019/1021

Anness IV – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

"Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs)

 

 

5 µg/kg (2)

________________

(2) Il-limitu huwa kkalkulat bħala s-somma ta' PCDD, PCDF u dl-PCBs skont il-fatturi ta' ekwivalenza tossika (TEFs) stabbiliti fil-Parti 2, fit-tielet subparagrafu, fit-tabella, tal-Anness V."

Emenda

"Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs)

 

 

1 µg/kg (2)

_______________

(2) Il-limitu huwa kkalkulat bħala s-somma ta' PCDD, PCDF u dl-PCBs skont il-fatturi ta' ekwivalenza tossika (TEFs) stabbiliti fil-Parti 2, fit-tielet subparagrafu, fit-tabella, tal-Anness V."

Emenda  13

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt e – tabella

Regolament (UE) 2019/1021

Anness IV – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

"Eżabromoċiklododekan(4)

25637-99-4, 3194-55-6, 134237-50-6, 134237-51-7, 134237-52-8

247-148-4 221-695-9

500 mg/kg"

Emenda

"Eżabromoċiklododekan(4)

25637-99-4, 3194-55-6, 134237-50-6, 134237-51-7, 134237-52-8

247-148-4 221-695-9

(a) sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġobkom daħħlu d-data tal-jum ta' qabel id-data fil-punt li ġej], 200 mg/kg

 

 

 

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta' konċentrazzjoni u, meta xieraq u f'konformità mat-Trattati, għandha tadotta proposta leġiżlattiva biex dak il-valur jitbaxxa għal 100 mg/kg sa mhux aktar tard minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġobkom daħħlu d-data ta' ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda  14

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt a – punt iv (ġdid)

Regolament (UE) 2019/1021

Anness V – paragrafu 2 – Tabella

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS 50 mg/kg (PFHxS u l-imlieħ tiegħu), 2 000 mg/kg (komposti relatati mal-PFHxS).


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li tirrieżamina l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 (ir-Regolament dwar il-POPs) biex tiżgura l-allinjament tagħhom mal-obbligi internazzjonali, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Stokkolma li l-għan ewlieni tagħha huwa "li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent minn pollutanti organiċi persistenti", filwaqt li jitqies l-"approċċ prekawzjonarju" (l-Artikolu 1 tagħha). Peress li l-POPs jagħmlu parti mill-aktar sustanzi kimiċi perikolużi fid-dinja u huma marbutin ma' impatti irriversibbli fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent, il-Konvenzjoni ta' Stokkolma tirrikjedi li l-Partijiet jipprojbixxu u/jew jieħdu l-miżuri legali u amministrattivi neċessarji biex jeliminaw kemm il-produzzjoni kif ukoll l-użu tas-sustanzi kimiċi elenkati fl-Anness A, u l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' dawk is-sustanzi kimiċi. 

 

Il-limiti li qed jipproponi r-rapporteur għall-Annessi IV rispettivi (relatati mal-immaniġġjar tal-iskart tal-POPs) mhux biss se jwasslu għal implimentazzjoni aħjar tal-obbligi internazzjonali tal-UE, iżda se jiżguraw ukoll allinjament aħjar bejn ir-Regolament dwar il-POPs u l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku tal-UE - speċifikament l-ambizzjoni għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi u ekonomija verament ċirkolari. Barra minn hekk, il-proposti tiegħu huma bbażati fuq pożizzjonijiet ċari tal-Parlament Ewropew, li ripetutament fil-passat issottolinjaw il-ħtieġa li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tas-saħħa u l-ambjent minn sustanzi tossiċi, kif ukoll fuq il-Konvenzjoni ta' Basel, li għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent mill-effetti avversi li jirriżultaw mill-ġenerazzjoni, l-immaniġġjar, il-movimenti transkonfinali u r-rimi ta' skart perikoluż u skart ieħor.

 

1. Il-pożizzjoni fuq terminu twil tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-kwistjoni tal-kontaminazzjoni minn sustanzi kimiċi tossiċi, inklużi l-POPs:

 

 Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar "l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari" (2014/2208(INI)) li tiddikjara li "r-riċiklaġġ m'għandux jiġġustifika t-tkomplija tal-użu ta' sustanzi tradizzjonalment perikolużi";

 Fil-pożizzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar "alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart" (P8_TA(2018)0353) li tiddikjara li s-sustanzi ta' tħassib huma dawk li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-REACH bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna, sustanzi pprojbiti skont il-Konvenzjoni ta' Stokkolma (POPs), sustanzi speċifiċi ristretti f'oġġetti elenkati fl-Anness XVII tar-REACH u sustanzi speċifiċi rregolati skont leġiżlazzjoni speċifika settorjali u/jew dwar il-prodotti;

 Fir-riżoluzzjoni tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (P9_TA(2020)0005), issottolinja "li huwa importanti li jiġu żviluppati ċikli ta' materjali mhux tossiċi", appella biex "tiġi intensifikata s-sostituzzjoni ta' sustanzi li jagħtu lok għal tħassib gravi ħafna" u talab li l-Kummissjoni "tikkunsidra miżuri li jindirizzaw prodotti importati li fihom sustanzi jew komponenti pprojbiti fl-UE". Jiddikjara wkoll b'mod espliċitu li sustanzi pprojbiti "ma għandhomx jerġgħu jiddaħħlu fis-suq tal-UE fi prodotti għall-konsumatur permezz ta' attivitajiet ta' riċiklaġġ";

 Fir-riżoluzzjoni tal-10 ta' Lulju 2020 dwar l-Istrateġija għas-Sostenibbiltà fir-rigward tas-Sustanzi Kimiċi (P9_TA(2020)0201) esprima l-importanza li "jiġu żviluppati ċikli ta' materjali mhux tossiċi" u kkunsidra "li oġġetti magħmula minn materjali verġni u dawk magħmula minn materjali riċiklati għandhom jissodisfaw l-istess standards kimiċi" u mill-ġdid afferma li skont il-ġerarkija tal-iskart, kif iddefinita fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, "il-prevenzjoni tieħu prijorità fuq ir-riċiklaġġ u li, għaldaqstant, ir-riċiklaġġ m'għandux jiġġustifika t-tkomplija tal-użu ta' sustanzi tradizzjonalment perikolużi". Barra minn hekk, tenna li "l-kwistjoni tal-prodotti li jkun fihom sustanzi ta' legat ta' tħassib għandha tiġi ttrattata permezz ta' sistema effiċjenti ta' traċċar u rimi";

 Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2021 dwar il-Pjan ta' Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari (2020/2077(INI)) esprima li għat-tranżizzjoni lejn ekonomija verament ċirkolari u suq uniku sostenibbli, huwa importanti li jiġu żgurati ċikli ta' materjali nodfa, mhux tossiċi u restorattivi u li tiġi promossa kwalità għolja tal-flussi tal-ġbir tal-materjali, tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ, biex il-materjali jinżammu fl-ogħla valur tagħhom. Fl-aħħar nett, appella għal "azzjonijiet rapidi biex tiġi implimentata l-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità".

 

2. L-indirizzar tat-tħassib rigward l-impatti fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent u l-kontaminazzjoni tal-ekonomija ċirkolari mill-POPs

 

Peress li l-POPs jippersistu fl-ambjent u għandhom tendenza għall-bijoakkumulazzjoni, huma ta' theddida għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem madwar id-dinja kollha. Jekk jiġu rrilaxxati, dawn il-pollutanti jiġu ttrasportati lil hinn mill-konfini internazzjonali 'l bogħod mis-sorsi tagħhom u saħansitra jakkumulaw f'reġjuni fejn qatt ma jkunu ntużaw jew ġew prodotti. L-adozzjoni ta' limiti għoljin twassal għall-kontaminazzjoni tar-riċiklaġġ mill-POPs, li jerġgħu jidħlu lura fl-ekonomija minflok jintremew. Ir-rapporteur għalhekk qed jipproponi li jissaħħu aktar il-valuri ta' limitu tal-Kummissjoni fl-Annessi IV u V. Dan isir fir-rigward tal-limiti ta' dak li jista' jiġi implimentat b'mod realistiku fid-dawl ta' data eżistenti u tal-possibbiltajiet tal-immaniġġjar tal-iskart.

 

Għas-somma tal-PBDEs, ir-rapporteur jipproponi limitu ta' 200 mg/kg b'limitazzjoni ulterjuri għal 100 fi żmien ħames snin. Għall-SCCPs, huwa jipproponi limitu ta' 420 mg/kg peress li dan il-limitu mhu se jirriżulta f'ebda konġestjoni fil-kapaċità tar-rimi u tal-irkupru fl-UE. Għall-HBCDD, huwa jipproponi 200 mg/kg b'limitazzjoni ulterjuri għal 100 f'ħames snin. Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, għall-PCDD/Fs + dl PCBs, huwa jipproponi valur medju ta' 0,003 mg TEQ/kg li jirrifletti l-impatti potenzjali fuq l-unitajiet domestiċi u l-muniċipalitajiet.

 

Barra minn hekk, ir-rapporteur qed jinkludi fl-Anness IV valuri ta' limitu għall-aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS, peress li l-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha għal din ir-reviżjoni li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jkollhom jinkluduhom dalwaqt għaliex se jiġu elenkati fil-Konvenzjoni ta' Stokkolma fl-2022, wara r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta' Rieżami tal-POPs fl-2019. Ir-rapporteur jemmen li l-inklużjoni tal-PFHxS se tagħti lill-UE mandat ċar ta' negozjar qabel il-laqgħa tal-Partijiet, iżda se tiffranka wkoll mill-kapaċitajiet amministrattivi tal-koleġiżlaturi. Il-valur ta' limitu huwa stabbilit f'konformità mal-valur ta' limitu mnaqqas għall-PFOA, l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA biex jirrifletti l-impenn fl-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà biex titnaqqas il-kontaminazzjoni mill-PFAS. 

 

Fl-aħħar, iżda mhux l-inqas, ir-rapporteur jinkorpora l-impenn li tiġi indirizzata l-inkoerenza bejn id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE tat-18 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE dwar il-lista ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament dwar il-POPs (UE) 2019/1021 fir-rigward tal-limiti ta' konċentrazzjoni li jikkwalifikaw skart bħala skart li jkun fih il-POPs jew dawk li meta jinqabżu skart huwa kkunsidrat bħala perikoluż.

 

Ir-rapporteur jemmen li l-proposta tiegħu se tgħin biex jiġi eliminat ir-riskju tal-esportazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi permezz tal-iskart tal-Unjoni fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif identifikat mil-Laqgħa Reġjonali Afrikana qabel il-laqgħat tal-Konferenzi tal-Partijiet għall-konvenzjonijiet ta' Basel, Rotterdam u Stokkolma (18-20 ta' Marzu 2019, Nairobi), li appoġġaw bis-sħiħ l-adozzjoni tal-aktar livelli stretti tal-POPs għal definizzjonijiet ta' livelli baxxi ta' pollutanti organiċi persistenti bħala parti mil-linji gwida tekniċi tal-Konvenzjoni ta' Basel.


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tal-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti

Referenzi

COM(2021)0656 – C9-0396/2021 – 2021/0340(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.10.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

10.11.2021

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Martin Hojsík

15.12.2021

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.3.2022

 

 

 

Data tal-adozzjoni

31.3.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

66

9

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mathilde Androuët, Bartosz Arłukowicz, Margrete Auken, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Aurélia Beigneux, Monika Beňová, Hildegard Bentele, Sergio Berlato, Alexander Bernhuber, Malin Björk, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Pascal Canfin, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Nathalie Colin-Oesterlé, Esther de Lange, Christian Doleschal, Marco Dreosto, Bas Eickhout, Cyrus Engerer, Cornelia Ernst, Eleonora Evi, Agnès Evren, Pietro Fiocchi, Raffaele Fitto, Malte Gallée, Andreas Glück, Catherine Griset, Jytte Guteland, Teuvo Hakkarainen, Anja Hazekamp, Martin Hojsík, Jan Huitema, Yannick Jadot, Adam Jarubas, Petros Kokkalis, Ewa Kopacz, Joanna Kopcińska, Peter Liese, Sylvia Limmer, Javi López, César Luena, Marian-Jean Marinescu, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Joëlle Mélin, Tilly Metz, Silvia Modig, Alessandra Moretti, Ville Niinistö, Ljudmila Novak, Grace O’Sullivan, Jutta Paulus, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Nicola Procaccini, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Sándor Rónai, Rob Rooken, Silvia Sardone, Christine Schneider, Günther Sidl, Ivan Vilibor Sinčić, Linea Søgaard-Lidell, Maria Spyraki, Nils Torvalds, Edina Tóth, Véronique Trillet-Lenoir, Petar Vitanov, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Pernille Weiss, Emma Wiesner, Michal Wiezik, Tiemo Wölken, Anna Zalewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Nicolás González Casares, Dan-Ştefan Motreanu, Manuela Ripa, Tomislav Sokol

Data tat-tressiq

6.4.2022

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

66

+

PPE

Bartosz Arłukowicz, Hildegard Bentele, Alexander Bernhuber, Nathalie Colin-Oesterlé, Christian Doleschal, Agnès Evren, Adam Jarubas, Ewa Kopacz, Esther de Lange, Peter Liese, Marian-Jean Marinescu, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Dan-Ştefan Motreanu, Ljudmila Novak, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Christine Schneider, Tomislav Sokol, Maria Spyraki, Pernille Weiss

Renew

Pascal Canfin, Andreas Glück, Martin Hojsík, Jan Huitema, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Linea Søgaard-Lidell, Nils Torvalds, Véronique Trillet-Lenoir, Emma Wiesner, Michal Wiezik

S&D

Maria Arena, Marek Paweł Balt, Monika Beňová, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Cyrus Engerer, Nicolás González Casares, Jytte Guteland, Javi López, César Luena, Alessandra Moretti, Sándor Rónai, Günther Sidl, Petar Vitanov, Tiemo Wölken

The Left

Malin Björk, Cornelia Ernst, Anja Hazekamp, Petros Kokkalis, Silvia Modig, Mick Wallace

Verts/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Eleonora Evi, Malte Gallée, Yannick Jadot, Tilly Metz, Ville Niinistö, Grace O'Sullivan, Jutta Paulus, Manuela Ripa

 

9

-

ECR

Sergio Berlato, Pietro Fiocchi, Raffaele Fitto, Joanna Kopcińska, Nicola Procaccini, Rob Rooken, Alexandr Vondra, Anna Zalewska

ID

Sylvia Limmer

 

10

0

ID

Mathilde Androuët, Simona Baldassarre, Aurélia Beigneux, Marco Dreosto, Catherine Griset, Teuvo Hakkarainen, Joëlle Mélin, Silvia Sardone

The Left

Ivan Vilibor Sinčić, Edina Tóth

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' April 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza