RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/53/UE dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju
27.4.2022 - (COM(2021)0547 – C9‑0366/2021 – 2021/0291(COD)) - ***I
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Alex Agius Saliba
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/53/UE dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju
(COM(2021)0547 – C9‑0366/2021 – 2021/0291(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0547),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0366/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021[1]
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0129/2022),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Wieħed mill-objettivi tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huwa li jiġi ggarantit il-funzjonament xieraq tas-suq intern. Skont l-Artikolu 3(3), il-punt (a), ta' dik id-Direttiva, wieħed mir-rekwiżiti essenzjali li jrid jissodisfa t-tagħmir tar-radju huwa li dan ikun interoperabbli mal-aċċessorji, b'mod partikolari maċ-ċarġers komuni. F'dak ir-rigward, il-premessa (12) tad-Direttiva 2014/53/UE tindika li l-interoperabbiltà bejn it-tagħmir tar-radju u l-aċċessorji bħaċ-ċarġers tissimplifika l-użu tat-tagħmir tar-radju u tnaqqas l-iskart u l-ispejjeż bla bżonn. |
(1) Wieħed mill-objettivi tad-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huwa li jiġi ggarantit il-funzjonament xieraq tas-suq intern. Skont l-Artikolu 3(3), il-punt (a), ta' dik id-Direttiva, wieħed mir-rekwiżiti essenzjali li jrid jissodisfa t-tagħmir tar-radju huwa li dan ikun interoperabbli mal-aċċessorji, b'mod partikolari maċ-ċarġers komuni. F'dak ir-rigward, il-premessa (12) tad-Direttiva 2014/53/UE tindika li l-interoperabbiltà bejn it-tagħmir tar-radju u l-aċċessorji bħaċ-ċarġers tissimplifika l-użu tat-tagħmir tar-radju u tnaqqas l-iskart u l-ispejjeż bla bżonn u li l-iżvilupp ta' ċarġer komuni għal kategoriji jew klassijiet partikolari ta' tagħmir tar-radju huwa meħtieġ, b'mod partikolari għall-benefiċċju tal-konsumaturi u utenti finali oħrajn. |
__________________ |
__________________ |
11 Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62). |
11 Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62). |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) Mill-2009, saru sforzi fil-livell tal-Unjoni biex tiġi limitata l-frammentazzjoni tal-interfaċċi tal-iċċarġjar għall-mowbajls u għal oġġetti simili tat-tagħmir tar-radju. Inizjattivi volontarji riċenti ma jissodisfawx bis-sħiħ l-objettivi tal-politika tal-Unjoni biex jitnaqqas l-iskart elettroniku (e-skart), tiġi żgurata l-konvenjenza tal-konsumatur u tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq għall-apparati tal-iċċarġjar. |
|
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Il-Parlament Ewropew appella kemm il-darba għall-introduzzjoni ta' ċarġer komuni u, f'Jannar 2020, adotta riżoluzzjoni dwar ċarġer komuni għat-tagħmir tar-radju mobbli li fiha saħaq li hemm ħtieġa urġenti ta' azzjoni regolatorja tal-Unjoni għal ċarġer komuni għall-mowbajls u apparati ta' tagħmir tar-radju ta' daqs żgħir u medju oħrajn sabiex jitnaqqas l-e-skart, tingħata s-setgħa lill-konsumaturi biex jagħmlu għażliet sostenibbli, u biex il-konsumaturi jitħallew jipparteċipaw bis-sħiħ f'suq intern effiċjenti u li jiffunzjona tajjeb. Dik ir-riżoluzzjoni tenfasizza wkoll l-importanza tar-riċerka u tal-innovazzjoni f'dan il-qasam biex jittejbu t-teknoloġiji eżistenti u jiġu jiżviluppati oħrajn ġodda u l-ħtieġa ta' skrutinju regolari tal-qafas leġiżlattiv għal ċarġer komuni sabiex jitqies il-progress tekniku. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Il-Kummissjoni lestiet studju ta' valutazzjoni tal-impatt, li wera li s-suq intern ma huwiex qed jisfrutta l-potenzjal sħiħ tiegħu peress li l-frammentazzjoni kontinwa tas-suq għall-interfaċċi tal-iċċarġjar u għall-protokolli ta' komunikazzjoni tal-iċċarġjar għal mowbajls u tagħmir tar-radju simili ieħor jirriżulta f'nuqqas ta' konvenjenza tal-konsumatur u f'żieda fl-e-skart. |
(5) Il-Kummissjoni lestiet studju ta' valutazzjoni tal-impatt, li kkonferma li s-suq intern mhuwiex qed jisfrutta l-potenzjal sħiħ tiegħu peress li l-frammentazzjoni kontinwa tas-suq għall-interfaċċi tal-iċċarġjar u għall-protokolli ta' komunikazzjoni tal-iċċarġjar għal mowbajls u tagħmir tar-radju simili ieħor tirriżulta f'nuqqas ta' konvenjenza tal-konsumatur u f'żieda fl-e-skart. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) L-interoperabbiltà bejn tagħmir tar-radju u aċċessorji bħal ċarġers hija mxekkla peress li hemm interfaċċi tal-iċċarġjar differenti għal ċerti kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju li jużaw iċċarġjar bil-fili bħal mowbajls li jinżammu fl-idejn, tablets, kameras diġitali, kuffji, consoles tal-logħob bil-vidjo li jinżammu fl-idejn u spikers portabbli. Barra minn hekk, hemm diversi tipi ta' protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar rapidu li għalihom mhux dejjem ikun garantit livell minimu ta' prestazzjoni. B'riżultat ta' dan, hija meħtieġa azzjoni tal-Unjoni biex jiġi promoss grad komuni ta' interoperabbiltà u l-għoti ta' informazzjoni relatata mal-karatteristiċi tal-iċċarġjar tat-tagħmir tar-radju lill-utenti finali. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti xierqa fid-Direttiva 2014/53/UE rigward il-protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar, l-interfaċċa tal-iċċarġjar (jiġifieri r-reċipjent tal-iċċarġjar) ta' ċerti kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju, kif ukoll l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-utenti finali dwar il-karatteristiċi tal-iċċarġjar ta' dawk il-kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju. |
(6) L-interoperabbiltà bejn tagħmir tar-radju u aċċessorji bħal ċarġers hija mxekkla peress li hemm interfaċċi tal-iċċarġjar differenti għal kategoriji jew klassijiet diversi ta' tagħmir tar-radju ta' daqs żgħir jew medju li jużaw iċċarġjar bil-fili. Barra minn hekk, hemm diversi tipi ta' protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar rapidu li għalihom mhux dejjem ikun garantit livell minimu ta' prestazzjoni. B'riżultat ta' dan, hija meħtieġa azzjoni tal-Unjoni biex jiġi promoss grad komuni ta' interoperabbiltà u funzjonalità ta' ċċarġjar rapidu u l-għoti ta' informazzjoni relatata mal-kunsinna tal-enerġija u mal-karatteristiċi tal-iċċarġjar tat-tagħmir tar-radju lill-utenti finali, sabiex dawn ikunu infurmati adegwatament. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti xierqa fid-Direttiva 2014/53/UE rigward il-protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar, l-interfaċċa tal-iċċarġjar (jiġifieri r-reċipjent tal-iċċarġjar) ta' ċerti kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju li jaħdem b'kunsinna tal-enerġija sa 100 Watt, kif ukoll l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-utenti finali dwar il-karatteristiċi tal-iċċarġjar ta' dawk il-kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju, bħal informazzjoni dwar il-firxa ta' potenza minima u massima jew il-veloċità tal-iċċarġjar, inkluża gwida dwar it-tip ta' ċarġer li jmur l-aktar ma' kategoriji jew klassijiet speċifiċi ta' tagħmir tar-radju, sabiex l-utenti finali jkunu jistgħu faċilment jifhmu liema ċarġers jistgħu jużaw ma' liema apparat ta' tagħmir tar-radju. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) In-nuqqas ta' armonizzazzjoni f'dan il-qasam jista' jwassal għal differenzi sostanzjali bejn il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet jew il-prattiki amministrattivi tal-Istati Membri dwar l-interoperabbiltà tal-mowbajls u kategoriji jew klassijiet simili ta' tagħmir tar-radju bl-apparat tal-iċċarġjar tagħhom, u dwar il-provvista ta' tagħmir tar-radju mingħajr apparat tal-iċċarġjar. |
(7) In-nuqqas ta' armonizzazzjoni f'dan il-qasam jista' jwassal għal differenzi sostanzjali bejn il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet jew il-prattiki amministrattivi tal-Istati Membri dwar l-interoperabbiltà ta' kategoriji u klassijiet ta' tagħmir tar-radju ta' daqs żgħir u medju bl-apparat tal-iċċarġjar tagħhom, u dwar il-provvista ta' tagħmir tar-radju mingħajr apparat tal-iċċarġjar. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Id-daqs tas-suq intern fil-mowbajls rikarikabbli u kategoriji jew klassijiet simili ta' tagħmir tar-radju, il-proliferazzjoni ta' tipi differenti ta' apparati tal-iċċarġjar għal tali tagħmir tar-radju u l-kummerċ transfruntier sinifikanti ta' dawk il-prodotti jitolbu azzjoni leġiżlattiva aktar b'saħħitha fil-livell tal-Unjoni aktar milli fil-livell nazzjonali jew inkella f'miżuri volontarji, sabiex jinkiseb il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. |
(8) Id-daqs tas-suq intern fil-mowbajls rikarikabbli u kategoriji jew klassijiet oħra ta' tagħmir tar-radju ta' daqs żgħir u medju, il-proliferazzjoni ta' tipi differenti ta' apparati tal-iċċarġjar għal tali tagħmir tar-radju, in-nuqqas ta' interoperabbiltà u rekwiżiti insodisfaċenti fil-qasam tas sikurezza, l-ispejjeż tal-adapters għall-konnetturi proprjetarji, id-durabbiltà insuffiċjenti taċ-ċarġers, il-kejbils u l-portijiet, il-ħinijiet tal-iċċarġjar imprevedibbli, iċ-ċarġers falluti jew mitlufa għal ċerti apparati elettroniċi u l-kummerċ transfruntier sinifikanti ta' dawk il-prodotti jitolbu azzjoni leġiżlattiva aktar b'saħħitha fil-livell tal-Unjoni, sabiex jinkiseb il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, protezzjoni aħjar tal-konsumatur u tal-ambjent, u biex jiġi żgurat approċċ flessibbli u li jibqa' validu fil-futur li ma jwaqqafx l-iżvilupp tas-soluzzjonijiet ta' ċċarġjar ġodda u li ma jwassalx għall-effett ta' intrappolament teknoloġiku. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Għalhekk, huwa meħtieġ li l-interfaċċa tal-iċċarġjar u l-protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar jiġu armonizzati għal kategoriji jew għal klassijiet speċifiċi ta' tagħmir tar-radju rikarikabbli permezz ta' ċċarġjar bil-fili. Huwa meħtieġ ukoll li tiġi pprovduta l-bażi għall-adattament għal kwalunkwe progress teknoloġiku futur billi tiġi introdotta armonizzazzjoni tal-interfaċċi tal-iċċarġjar u tal-protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar fir-rigward tat-tagħmir tar-radju li jista' jiġi ċċarġjat permezz ta' kwalunkwe mezz għajr l-iċċarġjar bil-fili, inkluż l-iċċarġjar permezz ta' mewġ tar-radju (iċċarġjar mingħajr fili). Tali armonizzazzjoni jenħtieġ li tnaqqas l-iskart ambjentali, tiżgura l-konvenjenza tal-konsumatur u tevita l-frammentazzjoni tas-suq fost interfaċċi differenti tal-iċċarġjar u l-protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar kif ukoll fost kwalunkwe inizjattiva fil-livell nazzjonali, li tista' tikkawża ostakli għall-kummerċ fis-suq intern. |
(9) Għalhekk, huwa meħtieġ li l-interfaċċa tal-iċċarġjar u l-protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar jiġu armonizzati għal kategoriji jew għal klassijiet speċifiċi ta' tagħmir tar-radju ta' daqs żgħir u medju li jopera b'kunsinna tal-enerġija sa 100 Watt u huwa rikarikabbli permezz ta' ċċarġjar bil-fili. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta b'mod regolari l-kategoriji jew il-klassijiet kollha tat-tagħmir tar-radju li jistgħu jiġu mgħammra bir-reċipjent USB tat-Tip C, u tarmonizza l-interfaċċa tal-iċċarġjar u l-protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar tagħhom, kull meta dan ma jnaqqasx b'mod sproporzjonat il-kapaċitajiet tekniċi tal-apparat u meta jkun teknikament fattibbli. Huwa meħtieġ ukoll li tiġi pprovduta l-bażi għall-adattament għal kwalunkwe progress xjentifiku u teknoloġiku futur jew għall-iżvilupp tal-konvenjenza tal-konsumatur jew dak ambjentali billi tiġi introdotta armonizzazzjoni u interoperabbiltà komini minima tal-interfaċċi tal-iċċarġjar u tal-protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar fir-rigward tat-tagħmir tar-radju li jista' jiġi ċċarġjat permezz ta' kwalunkwe mezz għajr l-iċċarġjar bil-fili, inkluż l-iċċarġjar permezz ta' mewġ tar-radju (iċċarġjar mingħajr fili) sal-31 ta' Diċembru 2026. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa u tqabbel b'mod effettiv l-effiċjenza ta' teknoloġiji differenti tal-iċċarġjar bla fili u tiżgura l-interoperabbiltà tal-interfaċċa tal-iċċarġjar u tal-protokolli tal-iċċarġjar rapidu għall-iċċarġjar bla fili. Tali armonizzazzjoni jenħtieġ li tiżgura li t-teknoloġija tal-iċċarġjar li tuża mezzi oħrajn għajr l-iċċarġjar bil-fili ma tkunx inqas effiċjenti fl-użu tal-enerġija u inqas sikura u li tkun interoperabbli u kapaċi tiċċarġja malajr kategoriji jew klassijiet differenti ta' tagħmir tar-radju ta' daqs żgħir u medju. Tali approċċ jgħin fit-tnaqqis tal-iskart ambjentali, jiżgura l-konvenjenza tal-konsumatur u jevita effetti ta' intrappolament b'soluzzjonijiet ta' ċċarġjar proprjetarji u l-frammentazzjoni tas-suq fost interfaċċi differenti tal-iċċarġjar u l-protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar kif ukoll fost kwalunkwe inizjattiva fil-livell nazzjonali, li tista' tikkawża ostakli għall-kummerċ fis-suq intern. |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 10
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10) Madankollu, armonizzazzjoni bħal din ma tkunx kompluta, jekk ma tkunx ikkombinata ma' rekwiżiti dwar il-bejgħ ikkombinat ta' tagħmir tar-radju u ċ-ċarġers tagħhom u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-utenti finali. Frammentazzjoni tal-approċċi fost l-Istati Membri fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-kategoriji jew tal-klassijiet tat-tagħmir tar-radju kkonċernat u l-apparat tal-iċċarġjar tagħhom tfixkel il-kummerċ transfruntier f'dawk il-prodotti, pereżempju billi tobbliga lill-operaturi ekonomiċi jippakkjaw mill-ġdid il-prodotti tagħhom skont l-Istat Membru, li fih għandhom jiġu fornuti l-prodotti. Dan min-naħa tiegħu jirriżulta f'aktar inkonvenjent għall-konsumaturi u jiġġenera e-skart bla bżonn u b'hekk jikkumpensa għall-benefiċċji li jirriżultaw mill-armonizzazzjoni tal-interfaċċa tal-iċċarġjar u l-protokoll tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu imposti rekwiżiti biex jiġi żgurat li l-utenti finali ma jkunux obbligati jixtru apparat ġdid għall-iċċarġjar kull darba li jixtru mowbajl ġdid jew oġġett simili ta' tagħmir tar-radju. Sabiex tiġi żgurata l-effettività ta' dawn ir-rekwiżiti, l-utenti finali jenħtieġ li jirċievu l-informazzjoni meħtieġa dwar il-karatteristiċi tal-iċċarġjar meta jixtru mowbajl jew oġġett simili ta' tagħmir tar-radju. |
|
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Il-USB tat-Tip-C hija teknoloġija li diġà hija komuni għal ħafna kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju peress li tipprovdi ċċarġjar u trasferiment tad-data ta' kwalità għolja. Ir-reċipjent tal-iċċarġjar tal-USB tat-Tip-C, meta kkombinat mal-protokoll tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar tal-Kunsinna tal-Enerġija tal-USB, ikun kapaċi jipprovdi sa 100W ta' enerġija u għalhekk iħalli biżżejjed spazju għal aktar żvilupp ta' soluzzjonijiet ta' ċċarġjar rapidu, filwaqt li jippermetti lis-suq jipprovdi għal mowbajls ta' livell baxx li ma jeħtiġux iċċarġjar rapidu. Il-mowbajls u tagħmir tar-radju simili li jappoġġaw l-iċċarġjar rapidu jistgħu jinkorporaw il-karatteristiċi tal-Kunsinna tal-Enerġija tal-USB kif deskritti fl-istandard EN IEC 62680-1-2:2020 "Interfaċċi tal-universal serial bus għad-data u l-elettriku - Parti 1-2: Komponenti komuni - Speċifikazzjoni tal-Provvista tal-Elettriku tal-USB". |
(12) Il-USB tat-Tip-C hija teknoloġija li diġà hija komuni għal ħafna kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju peress li tipprovdi ċċarġjar u trasferiment tad-data ta' kwalità għolja. Ir-reċipjent tal-iċċarġjar tal-USB tat-Tip-C, meta kkombinat mal-protokoll tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar tal-Kunsinna tal-Enerġija tal-USB, ikun kapaċi jipprovdi sa 100W ta' enerġija u għalhekk iħalli biżżejjed spazju għal aktar żvilupp ta' soluzzjonijiet ta' ċċarġjar rapidu, filwaqt li jippermetti lis-suq jipprovdi għal apparat tar-radju ta' livell baxx li ma jeħtiġx iċċarġjar rapidu. It-tagħmir tar-radju li jappoġġa l-iċċarġjar rapidu jista' jinkorpora l-karatteristiċi tal-Kunsinna tal-Enerġija tal-USB kif deskritti fl-istandard EN IEC 62680-1-2:2021 "Interfaċċi tal-universal serial bus għad-data u l-elettriku - Parti 1-2: Komponenti komuni - Speċifikazzjoni tal-Provvista tal-Elettriku tal-USB". |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Fir-rigward tal-iċċarġjar bħmezzi oħrajn għajr l-iċċarġjar bil-fili, jistgħu jiġu żviluppati soluzzjonijiet diverġenti fil-futur, li jista' jkollhom impatti negattivi fuq l-interoperabbiltà, fuq il-konvenjenza tal-konsumatur u fuq l-ambjent. Filwaqt li għadu kmieni wisq biex jiġu imposti rekwiżiti speċifiċi fuq tali soluzzjonijiet f'dan l-istadju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tieħu azzjoni lejn l-armonizzazzjoni tagħhom fil-futur, jekk tiġi osservata frammentazzjoni fis-suq intern. |
(13) L-aħħar tendenzi teknoloġiċi jirriflettu l-bidla minn iċċarġjar bil-fili għal iċċarġjar b'mezzi oħrajn, bħal teknoloġiji differenti ta' ċċarġjar mingħajr fili, u dan iwassal għal ħafna benefiċċji potenzjali għall-konsumaturi u l-ambjent. Ħafna mowbajls u kategoriji jew klassijiet oħra ta' tagħmir tar-radju ta' daqs żgħir u medju diġà jużaw metodi differenti ta' ċċarġjar bla fili. Fir-rigward taż-żieda fl-użu u fis-sehem tas-suq tal-iċċarġjar mingħajr fili, jistgħu jiġu żviluppati soluzzjonijiet diverġenti fil-futur, li jista' jkollhom impatti negattivi fuq l-interoperabbiltà, fuq il-konvenjenza tal-konsumatur u fuq l-ambjent. Filwaqt li jista' jkun li għadu kmieni wisq biex jiġu imposti rekwiżiti speċifiċi fuq tali soluzzjonijiet f'dan l-istadju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tieħu azzjoni lejn l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà fil-futur qrib sabiex jiġu evitati impatti negattivi fuq l-interoperabbiltà, il-konvenjenza tal-konsumatur u l-ambjent. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 13a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tadotta, abbażi tal-livell ta' progress xjentifiku u teknoloġiku, u filwaqt li tqis l-objettivi tal-konvenjenza tal-konsumatur u l-ħtiġijiet ambjentali, l-aktar soluzzjonijiet tekniċi xierqa. L-istandards tekniċi rilevanti li jissodisfaw l-objettivi ta' din id-Direttiva u li ġew żviluppati fil-livell Ewropew jew internazzjonali jenħtieġ li jintużaw primarjament għall-għażla ta' tali soluzzjonijiet tekniċi. F'każijiet eċċezzjonali fejn ikun hemm il-ħtieġa li tiġi introdotta, miżjuda jew modifikata speċifikazzjoni teknika eżistenti fin-nuqqas ta' standards Ewropej jew internazzjonali disponibbli pubblikament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, dment li dawn ikunu ġew żviluppati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinvolvi bis-sħiħ ukoll lill-Grupp ta' Esperti tal-Kummissjoni dwar it-Tagħmir tar-Radju matul il-proċess kollu ta' adattament u armonizzazzjoni. |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 13b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13b) Sabiex tiġi żgurata koerenza bejn din id-Direttiva u dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn li jkopru t-tagħmir tar-radju, huwa importanti li jiġi ċċarat li din id-Direttiva tapplika għall-utenti finali kollha inkluż il-konsumaturi u għalhekk id-definizzjoni ta' "utenti finali" użata f'din id-Direttiva jenħtieġ li tinftiehem bħala kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew hija stabbilita fl-Unjoni, u li għaliha prodott sar disponibbli jew bħala konsumatur barra minn kwalunkwe negozju, kummerċ, sengħa jew professjoni jew bħala utent finali professjonali matul l-attivitajiet industrijali jew professjonali tiegħu. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 16
|
||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16) L-Artikolu 10(8) tad-Direttiva 2014/53/UE jipprevedi li l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fl-istruzzjonijiet għall-użu u għalhekk jenħtieġ li jiddaħħlu rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali f'dak l-Artikolu. Id-dettalji tar-rekwiżiti l-ġodda jenħtieġ li jiġu speċifikati fl-anness il-ġdid tad-Direttiva 2014/53/UE. Dawk ir-rekwiżiti ta' informazzjoni jippermettu lill-konsumaturi jiddeterminaw l-aktar provvista tal-elettriku esterna xierqa (EPS) meħtieġa biex jiċċarġjaw it-tagħmir tar-radju tagħhom. Jenħtieġ li jkun possibbli li dawk ir-rekwiżiti jiġu adattati fil-futur sabiex tiġi riflessa kwalunkwe bidla fir-rekwiżiti tat-tikkettar għall-EPS, li tista' tiġi introdotta skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14. |
|
|
__________________ |
__________________ |
|
14 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10). |
14 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10). |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 16a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Ċerti elementi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(8) tad-Direttiva 2014/53/UE jenħtieġ ukoll li jiġu pprovduti permezz ta' tikketta speċifika b'informazzjoni dwar il-kapaċitajiet ta' ċċarġjar u ċarġers kompatibbli, li d-dettalji tagħha se jkunu speċifikati fl-anness il-ġdid għad-Direttiva 2014/53/UE. It-tikketta jenħtieġ li tikkonsisti f'elementi viżwali li jistgħu jinfurmaw faċilment lill-utenti aħħarin dwar il-potenza minima u massima meħtieġa biex it-tagħmir tar-radju jiġi ċċarġjat bil-veloċità massima tal-iċċarġjar. Tali informazzjoni jenħtieġ ukoll li tkun inkluża fl-istruzzjonijiet għall-użu u s-sikurezza li jakkumpanjaw it-tagħmir tar-radju. It-tikketta jenħtieġ li titqiegħed f'pożizzjoni prominenti fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ tiegħu għall-forom kollha ta' provvista, inkluż il-bejgħ online. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 16b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16b) It-tendenza dejjem akbar li wieħed ikollu ħafna apparati, flimkien maċ-ċikli qosra tal-ħajja ta' ċertu tagħmir tar-radju u n-nuqqas ta' tikkettar ċar f'dawn l-aħħar snin wasslu għal għadd ta' problemi għall-konsumaturi, bħall-inabbiltà li jiċċarġjaw ċertu apparat, in-nuqqas ta' aċċessibbiltà għal ċarġers kompatibbli, konfużjoni u kwistjonijiet ta' sikurezza tal-prodotti. Għalhekk, rekwiżit għall-konsumaturi li jkollhom il-possibbiltà ta' għażla infurmata dwar jekk jixtrux jew le sett tal-iċċarġjar ġdid ma' prodott ġdid, se jkun ta' benefiċċju kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-ambjent. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-possibbiltà li tistabbilixxi didaskalija bbażata fuq il-kulur faċli għall-utent bit-tikketta biex tissimplifika l-proċess tat-tqabbil tat-tagħmir tar-radju mal-apparati tal-iċċarġjar l-aktar effiċjenti fil-klassi jew il-kategorija tal-potenza tagħhom sabiex tinkiseb l-aħjar kompatibbiltà u titjieb l-esperjenza tal-iċċarġjar. |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) L-Artikoli 40, 43 u 44 tad-Direttiva 2014/53/UE jenħtieġ li jiġu emendati sabiex ir-referenzi li jinkludu jiġu adattati għad-dispożizzjonijiet il-ġodda li huma introdotti b'din id-Direttiva. |
(18) L-Artikoli 40, 43 u 44 tad-Direttiva 2014/53/UE jenħtieġ li jiġu emendati sabiex ir-referenzi li jinkludu jiġu adattati għad-dispożizzjonijiet il-ġodda li huma introdotti b'din id-Direttiva u jiġi żgurat li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq nazzjonali għandhom il-mezzi proċedurali biex jinfurzaw b'mod effettiv ir-rekwiżiti ġodda introdotti fl-Artikoli 3 u 3a u l-Artikolu 10(8) tad-Direttiva 2014/53/UE u jkunu evitati interpretazzjonijiet diverġenti minn awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq nazzjonali. Matul l-ewwel ħames snin ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, huwa essenzjali li l-Unjoni tiffinanzja l-kampanji ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u tal-Unjoni u attivitajiet assoċjati marbuta mat-tagħmir tar-radju li jidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3(4). Huwa essenzjali li l-Istati Membri jwettqu attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq dwar l-obbligi ta' informazzjoni tal-operaturi ekonomiċi, speċjalment fil-bidu tal-applikabbiltà tar-regoli l-ġodda. Iż-żieda potenzjali fis-sehem mis-suq ta' ċarġers substandard tista' tkun ta' detriment għat-tul tal-ħajja tal-apparat, is-sodisfazzjon u s-sikurezza tal-konsumaturi u l-impatt ambjentali ġenerali ta' din id-Direttiva. Huwa importanti, għalhekk, li l-Istati Membri jiżguraw ukoll finanzjament u riżorsi speċifiċi għall-awtoritajiet kompetenti tagħhom li jkollhom il-kompitu li jwettqu sorveljanza tas-suq, filwaqt li jqisu l-fatt li bħalissa hemm ħafna ċarġers mhux sikuri disponibbli fis-suq u li jwettqu attivitajiet robusti ta' sorveljanza tas-suq fil-qasam tas-sikurezza taċ-ċarġers. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Sabiex jiġi indirizzat kwalunkwe żvilupp futur fit-teknoloġija tal-iċċarġjar u sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà komuni minima bejn it-tagħmir tar-radju u l-apparat tal-iċċarġjar għal tali tagħmir tar-radju, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda l-kategoriji jew il-klassijiet tat-tagħmir tar-radju u l-ispeċifikazzjonijiet dwar l-interfaċċi tal-iċċarġjar u l-protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar, kif ukoll id-dettalji dwar l-informazzjoni fir-rigward tal-iċċarġjar. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201615. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
(19) Sabiex jiġi indirizzat kwalunkwe żvilupp futur fit-teknoloġija tal-iċċarġjar, bħall-ħolqien ta' kategoriji jew klassijiet ġodda ta' tagħmir tar-radju, żieda fil-potenza tal-vultaġġ jew f'teknoloġiji tal-iċċarġjar, u sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà komuni minima bejn it-tagħmir tar-radju u l-apparat tal-iċċarġjar għal tali tagħmir tar-radju, u teknoloġiji mingħajr fili, is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda l-kategoriji jew il-klassijiet tat-tagħmir tar-radju jew rekwiżiti fil-qasam tal-potenza u l-ispeċifikazzjonijiet dwar l-interfaċċi tal-iċċarġjar u l-protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar għal kull wieħed minnhom, kif ukoll id-dettalji addizzjonali u futuri dwar ir-rekwiżiti fil-qasam tal-informazzjoni, il-grafika u t-tikkettar fir-rigward tal-iċċarġjar. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201615. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati. |
__________________ |
__________________ |
15 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1. |
15 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-virgola u l-frażi “, b'mod partikolari maċ-ċargers komuni” huma sostitwiti bil-frażi “għajr l-apparat tal-iċċarġjar għall-kategoriji jew il-klassijiet ta' tagħmir tar-radju, speċifikati fl-Anness Ia, il-Parti I, li huma speċifikament imsemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu”; |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) in paragraph 3, first subparagraph, point (a), the comma and the phrase ‘, in particular with common chargers’ are replaced by the phrase ‘other than the charging devices for the categories or classes of radio equipment, specified in Annex Ia, Part I, which are specifically referred to in paragraph 4 of this Article’ ; |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(aa) fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 44 li jispeċifikaw liema kategoriji jew klassijiet tat-tagħmir tar-radju jkunu kkonċernati minn kull wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (i) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 44 li jissumplimentaw din id-Direttiva billi jispeċifikaw liema kategoriji jew klassijiet tat-tagħmir tar-radju jkunu kkonċernati minn kull wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) sa (i) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. |
|
Fir-rigward tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu u t-tagħmir tar-radju rikarikabbli li jista' jiġi ċċarġjat mill-ġdid permezz ta' ċċarġjar bil-fili iżda li ma jistax jiġi ċċarġjat bir-reċipjent USB tat-Tip C, li ma jidħol fl-ebda waħda mill-kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju speċifikati fil-Parti I tal-Anness Ia, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44, li jemendaw l-Anness Ia billi jidentifikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi xierqa, inklużi standards armonizzati, għal kategoriji jew klassijiet ġodda ta' tagħmir tar-radju biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà minima bejn tali tagħmir tar-radju u aċċessorji bħal reċipjenti tal-iċċarġjar u protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar. |
|
Il-Kummissjoni tista' tadotta għall-ewwel darba att delegat skont it-tieni subparagrafu sal-31 ta' Diċembru 2023, bil-ħsieb li tiżgura l-applikazzjoni tiegħu mill-1 ta' Jannar 2024. Jekk il-Kummissjoni ma tadottax att delegat sal-31 ta' Diċembru 2028, hija għandha tirrapporta u tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
It-tagħmir tar-radju li jaqa' fil-kategoriji jew fil-klassijiet speċifikati fl-Anness Ia, il-Parti I għandu jinbena b'tali mod li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet dwar l-iċċarġjar stabbiliti f'dak l-Anness għall-kategorija jew għall-klassi rilevanti ta' tagħmir tar-radju. |
It-tagħmir tar-radju li jaqa' fil-kategoriji jew fil-klassijiet speċifikati fl-Anness Ia, il-Parti I għandu jinbena b'tali mod li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet dwar il-kapaċitajiet tal-iċċarġjar stabbiliti f'dak l-Anness għall-kategorija jew għall-klassi rilevanti ta' tagħmir tar-radju. |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rigward tat-tagħmir tar-radju li jista' jiġi ċċarġjat mill-ġdid permezz ta' ċċarġjar bil-fili, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 biex temenda l-Anness Ia fid-dawl tal-progress tekniku, u li tiżgura l-interoperabbiltà komuni minima bejn it-tagħmir tar-radju u l-apparat tal-iċċarġjar tiegħu, billi: |
Fir-rigward tat-tagħmir tar-radju li jista' jiġi ċċarġjat mill-ġdid permezz ta' ċċarġjar bil-fili, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 biex temenda l-Parti I tal-Anness Ia, fid-dawl tal-progress xjentifiku u teknoloġiku, l-iżviluppi fil-qasam tal-konvenjenza tal-konsumatur u dawk ambjentali u li tiżgura l-interoperabbiltà komuni minima bejn it-tagħmir tar-radju u l-apparat tal-iċċarġjar tiegħu, billi: |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) timmodifika, iżżid jew tneħħi kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju; |
(a) timmodifika, iżżid jew tneħħi kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju jew rekwiżiti tal-potenza; |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) timmodifika, iżżid jew tneħħi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż ir-referenzi u d-deskrizzjonijiet, fir-rigward tar-reċipjent(i) tal-iċċarġjar u l-protokoll(i) tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar, għal kull kategorija jew klassi ta' tagħmir tar-radju kkonċernat(i).” |
(b) timmodifika, iżżid jew tneħħi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż ir-referenzi u d-deskrizzjonijiet, fir-rigward tar-reċipjent(i) tal-iċċarġjar, ir-rekwiżiti tal-potenza u l-protokoll(i) tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar, għal kull kategorija jew klassi ta' tagħmir tar-radju kkonċernat(i)." |
|
Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod regolari l-kategoriji jew il-klassijiet tat-tagħmir tar-radju li jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid permezz ta' ċċarġjar bil-fili u li jistgħu jiġu mgħammra b'reċipjent USB tat-Tip C, li mhumiex inklużi fil-Parti I tal-Anness Ia, biex tiżgura l-inklużjoni sal-31 ta' Diċembru 2026 ta' dawk il-kategoriji jew klassijiet kollha, kull meta dan ma jnaqqasx b'mod sproporzjonat il-kapaċitajiet tekniċi tal-apparat u jkun teknikament fattibbli, sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji ambjentali u l-konvenjenza tal-konsumatur. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rigward tat-tagħmir tar-radju li jista' jiġi ċċarġjat mill-ġdid permezz ta' mezzi li ma humiex l-iċċarġjar bil-fili, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 sabiex temenda l-Anness Ia fid-dawl tal-progress tekniku, u li tiżgura l-interoperabbiltà komuni minima bejn it-tagħmir tar-radju u l-apparat tal-iċċarġjar tagħhom, billi: |
Fir-rigward tat-tagħmir tar-radju li jista' jiġi ċċarġjat mill-ġdid permezz ta' mezzi li mhumiex l-iċċarġjar bil-fili, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44, sal-31 ta' Diċembru 2026, sabiex temenda l-Anness Ia fid-dawl tal-progress xjentifiku u teknoloġiku, l-iżviluppi fil-qasam tal-konvenjenza tal-konsumatur u dawk ambjentali u li tiżgura l-interoperabbiltà komuni minima bejn it-tagħmir tar-radju u l-apparat tal-iċċarġjar tagħhom, billi: |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tintroduċi, timmodifika, iżżid jew tneħħi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż ir-referenzi u d-deskrizzjonijiet, fir-rigward tal-interfaċċa/i tal-iċċarġjar u tal-protokoll(i) tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar, għal kull kategorija jew klassi ta' tagħmir tar-radju kkonċernat."; |
(b) tintroduċi, timmodifika, iżżid jew tneħħi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, inkluż ir-referenzi u d-deskrizzjonijiet, fir-rigward tal-interfaċċa/i tal-iċċarġjar u tal-protokoll(i) tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar, għal kull kategorija jew klassi ta' tagħmir tar-radju kkonċernat."; |
|
Għall-finijiet tal-punt (b), il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni dwar it-teknoloġiji tal-iċċarġjar mingħajr fili biex tevalwa u tqabbel b'mod effettiv l-effiċjenza ta' teknoloġiji differenti u tal-iżviluppi tas-suq qabel l-adozzjoni tal-att delegat biex tiżgura l-interoperabbiltà minima bejn it-tagħmir tar-radju u l-apparat tal-iċċarġjar tiegħu li juża mezzi oħra għajr l-iċċarġjar bil-fili, ikun kapaċi jiċċarġja malajr kategoriji jew klassijiet differenti ta' tagħmir tar-radju u jkun effiċjenti fl-użu tal-enerġija u sikur. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 3 – paragrafu 4 – subparagrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta tħejji l-atti delegati msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu fir-rigward tat-tagħmir tar-radju li jkun jista' jiġi ċċarġjat mill-ġdid permezz ta' mezzi oħra għajr l-iċċarġjar bil-fili, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jkunu bbażati fuq standards Ewropej jew internazzjonali rilevanti disponibbli. |
|
Fejn tali standards Ewropej jew internazzjonali ma jeżistux, jew f'każijiet fejn il-Kummissjoni tiddetermina, abbażi ta' valutazzjoni teknika, li dawn ma jissodisfawx l-objettivi tat-tnaqqis tal-iskart ambjentali, li jiżguraw il-konvenjenza tal-konsumatur u l-interoperabbiltà bejn interfaċċi tal-iċċarġjar differenti u l-protokolli tal-komunikazzjoni tal-iċċarġjar u li jevitaw il-frammentazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi f'dawk l-atti delegati speċifikazzjonijiet tekniċi li jissodisfaw aħjar dawk l-objettivi. |
|
Dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu żviluppati f'konformità mal-kriterji ta' ftuħ, kunsens u trasparenza, u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina b'mod regolari l-atti delegati msemmija f'dan l-Artikolu, u, meta jkun xieraq, temenda dawk l-atti delegati fid-dawl tal-progress xjentifiku u teknoloġiku, u bil-ħsieb tal-konvenjenza tal-konsumatur u l-iżviluppi fl-ambjent. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 1– paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 3a – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-possibbiltà għall-utenti finali li jiksbu ċerti kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju mingħajr apparat tal-iċċarġjar |
Il-possibbiltà għall-konsumaturi u għal utenti finali oħrajn li jakkwistaw ċerti kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju mingħajr apparat tal-iċċarġjar |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 1– paragrafu 1 – punt 2
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 3a – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Meta operatur ekonomiku joffri lill-utenti finali l-possibbiltà li jakkwistaw tagħmir tar-radju li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3(4) flimkien ma' apparat tal-iċċarġjar, l-utent finali għandu jiġi offrut ukoll il-possibbiltà li jikseb it-tagħmir tar-radju mingħajr ebda apparat tal-iċċarġjar."; |
1. Meta operatur ekonomiku joffri lill-konsumaturi u lil utenti finali oħra l-possibbiltà li jakkwistaw tagħmir tar-radju li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3(4) flimkien ma' apparat tal-iċċarġjar, il-konsumaturi u utenti finali oħrajn għandhom jiġu offruti wkoll il-possibbiltà li jakkwistaw it-tagħmir tar-radju mingħajr ebda apparat tal-iċċarġjar jew kejbil."; |
|
Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-impatt tal-possibbiltà li jinkiseb it-tagħmir tar-radju mingħajr ebda apparat tal-iċċarġjar jew kejbil. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposta biex tiġi emendata din id-Direttiva biex tiġi introdotta separazzjoni obbligatorja. |
|
2. L-operaturi ekonomiċi li jagħmlu disponibbli l-apparat tar-radju għall-konsumaturi u għal utenti finali oħrajn għandhom jiżguraw li t-tagħmir tar-radju li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3(4) jkun akkumpanjat minn grafika faċilment leġġibbli, aċċessibbli u komprensibbli li tindika jekk l-apparat tal-iċċarġjar jiġix offrut jew le flimkien mat-tagħmir tar-radju f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti III tal-Anness Ia. Il-grafika għandha titqiegħed f'pożizzjoni prominenti fuq l-imballaġġ tal-utent finali u tkun viżibbli b'mod ċar għall-utent finali qabel ix-xiri, inkluż f'każijiet fejn ix-xiri jsir online. Fin-nuqqas ta' imballaġġ, it-tikketta għandha titwaħħal fuq it-tagħmir tar-radju. Għalhekk, l-elementi viżwali għandhom jintwerew f'forma grafika u għandhom jippermettu lill-utenti finali, inklużi l-utenti finali b'diżabilità, jiddeterminaw qabel ix-xiri tal-prodott jekk apparat tal-iċċarġjar ikunx inkluż jew le mat-tagħmir tar-radju. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 sabiex temenda l-Parti III tal-Anness Ia, billi tintroduċi, timmodifika, iżżid jew tneħħi kwalunkwe dettall fil-grafika fir-rigward ta' kwalunkwe rekwiżit ta' tikkettar futur għal provvisti tal-enerġija esterna jew kejbils tal-iċċarġjar jew fir-rigward ta' emendi għall-Parti I u II ta' dak l-Anness. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 10 – paragrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) fl-Artikolu 10(8), jiżdied is-subparagrafu li ġej: |
(3) fl-Artikolu 10(8), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin: |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 1– paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 10 – paragrafu 8 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Tagħmir tar-radju li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) għandu jkun akkumpanjat b'informazzjoni dwar speċifikazzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet tal-iċċarġjar u mal-apparat tal-iċċarġjar tiegħu, kif deskritt fil-Parti II tal-Anness Ia. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 sabiex temenda l-Parti II tal-Anness Ia, billi tintroduċi, timmodifika, iżżid jew tneħħi kwalunkwe dettall fir-rigward ta' dik l-informazzjoni jew il-mod kif tali informazzjoni għandha tiġi indikata.; |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li t-tagħmir tar-radju li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) jkun ukoll akkumpanjat b'informazzjoni dwar speċifikazzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet tal-iċċarġjar u mal-apparat tal-iċċarġjar tiegħu, kif deskritt fil-Parti II tal-Anness Ia. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 sabiex temenda l-Parti II tal-Anness Ia, billi tintroduċi, timmodifika, iżżid jew tneħħi kwalunkwe dettall fir-rigward ta' dik l-informazzjoni jew il-mod kif tali informazzjoni għandha tiġi indikata.; |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 1– paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 10 – paragrafu 8 – subparagrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li tagħmir tar-radju li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) jkun akkumpanjat minn tikketta faċilment leġġibbli, aċċessibbli u komprensibbli li b'informazzjoni dwar il-kapaċitajiet tal-iċċarġjar tat-tagħmir tar-radju speċifiku kif deskritt fil-Parti IV tal-Anness Ia. It-tabella għandha titqiegħed f'pożizzjoni prominenti fuq l-imballaġġ tal-utent finali u għandha tkun viżibbli b'mod ċar għall-utent finali qabel ix-xiri, inkluż f'każijiet fejn ix-xiri jsir online. Fin-nuqqas ta' imballaġġ, it-tikketta għandha titwaħħal fuq it-tagħmir tar-radju. It-tikketta għandha tintwera wkoll fuq l-istruzzjonijiet għall-użu, li jakkumpanjaw it-tagħmir tar-radju. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 sabiex temenda l-Parti IV tal-Anness Ia, billi tintroduċi, timmodifika, iżżid jew tneħħi kwalunkwe dettall fit-tabella fir-rigward ta' kwalunkwe rekwiżit ta' tikkettar futur għal provvisti tal-enerġija esterna jew kejbils tal-iċċarġjar jew fir-rigward ta' emendi għall-Partijiet I u II ta' dak l-Anness. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll l-introduzzjoni ta' didaskalija faċli għall-utent li tiddistingwi kategoriji differenti ta' potenza ta' apparati tal-iċċarġjar. |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 1– paragrafu 1 – punt 3
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 10 – paragrafu 8 – subparagrafu 3b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Stat Membru jista', fit-territorju tiegħu, jipprevedi li l-informazzjoni ta' istruzzjoni jew dwar sikurezza u, fejn ikun applikabbli, il-grafika u t-tikketta, ikunu miktubin b'lingwa jew lingwi li jinftiehmu faċilment mill-konsumaturi u mill-utenti finali, kif iddeterminat minn dak l-Istat Membru. |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
‘2a. Jekk jingħata mandat mill-manifattur biex jagħmel it-tagħmir tar-radju disponibbli għall-konsumaturi u għal utenti finali oħrajn, rappreżentant awtorizzat għandu jiżgura li |
|
(a) it-tagħmir tar-radju msemmi fl-Artikolu 3(4) juri u jiġi fornut bit-tikketta u jkollu miegħu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(8); u |
|
(b) it-tikketta tintwera f'pożizzjoni prominenti fuq l-imballaġġ għall-utent aħħari meta t-tagħmir tar-radju jkun disponibbli għall-konsumaturi jew għal utenti finali oħrajn. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) fl-Artikolu 12(4), jiżdied is-subparagrafu li ġej: |
|
"L-importaturi, meta jqiegħdu tagħmir tar-radju għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti finali għandhom jiżguraw li t-tagħmir tar-radju it-tagħmir tar-radju msemmi fl-Artikolu 3(4) juri u jiġi fornut bit-tikketta u jkollu miegħu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(8). L-importaturi għandhom jiżguraw li t-tikketta tintwera f'pożizzjoni prominenti fuq l-imballaġġ għall-utent aħħari meta t-tagħmir tar-radju jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi jew għal utenti finali oħrajn. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3c) fl-Artikolu 13(2), wara l-ewwel subparagrafu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej: |
|
"Id-distributuri, meta jqiegħdu tagħmir tar-radju għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti finali għandhom jiżguraw li t-tagħmir tar-radju it-tagħmir tar-radju msemmi fl-Artikolu 3(4) juri u jiġi fornut bit-tikketta u jkollu miegħu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(8). Id-distributuri għandhom jiżguraw li t-tikketta tintwera f'pożizzjoni prominenti fuq l-imballaġġ għall-utent aħħari meta t-tagħmir tar-radju jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi jew għal utenti finali oħrajn. |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ba (ġdid)
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) fil-paragrafu 5, jiżdied il-punt li ġej: |
|
‘(ba) Meta jwettqu s-sorveljanza tas-suq ta' tagħmir tar-radju li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3(4), l-awtoritajiet rilevanti għandhom jivverifikaw l-obbligi ta' informazzjoni tal-operaturi ekonomiċi dwar il-kapaċitajiet tal-iċċarġjar imsemmija fl-Artikolu 10(8)." |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-aa) il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (f): |
|
‘(fa) il-grafika kif imsemmija fl-Artikolu (3a) jew it-tikketta kif imsemmija fl-Artikolu 10(8), is-subparagrafu (xxx), l-Artikolu 11 (xxx), l-Artikolu 12 (xxx) u l-Artikolu 13 (xxx) ma tkunx tfasslet b'mod korrett;" |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt -ab (ġdid)
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt fb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-ab) il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (f): |
|
‘(fb) il-grafika kif imsemmija fl-Artikolu (3a) jew it-tikketta kif imsemmija fl-Artikolu 10(8), is-subparagrafu (xxx), l-Artikolu 11 (xxx), l-Artikolu 12 (xxx) u l-Artikolu 13 (xxx) ma takkumpanjax it-tagħmir tar-radju rilevanti;" |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt - ac (ġdid)
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt fc (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-ac) il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (f): |
|
‘(fc) il-grafika kif imsemmija fl-Artikolu (3a) jew it-tikketta kif imsemmija fl-Artikolu 10(8), is-subparagrafu (xxx), l-Artikolu 11 (xxx), l-Artikolu 12 (xxx) u l-Artikolu 13 (xxx) ma tkunx tidher b'mod korrett;" |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 43 – paragrafu 1 – punt h
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) fil-punt (h), il-kliem "l-informazzjoni dwar l-użu intiż tat-tagħmir tar-radju" huwa sostitwit bil-kelma "l-informazzjoni"; |
(a) il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
|
‘(h) l-informazzjoni kif stabbilita fl-Artikolu 10(8), is-subparagrafi 1, 2 u 3, l-informazzjoni dwar id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE kif stabbilita fl-Artikolu 10(9) jew l-informazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-użu, kif stabbilit fl-Artikolu 10(10), ma takkumpanjax it-tagħmir tar-radju;" |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 44 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
"Fir-rigward tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 3(4) u fl-Artikolu 10(8), it-tielet subparagrafu, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [OP jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]"; |
"Fir-rigward tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), fl-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), fl-Artikolu 3(4) u fl-Artikolu 10(8), it-tielet, ir-raba' u l-ħames subparagrafi, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]"; |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt b
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 44 – paragrafi 3 u 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) fil-paragrafi 3 u 5, il-frażi "tal-Artikolu 3(3), 4(2) u 5(2)" hija sostitwita bil-frażi "tal-Artikolu 3(3), l-Artikoli 3(4), 4(2) u 5(2) u tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10(8)"; |
(b) fil-paragrafi 3 u 5, il-frażi "tal-Artikolu 3(3), 4(2) u 5(2)" hija sostitwita bil-frażi "tal-Artikolu 3(3), l-Artikolu 3(4), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 5(2) u tat-tielet, ir-raba' u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 10(8)"; |
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
Direttiva 2014/53/UE
Artikolu 47 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) fl-Artikolu 47, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
‘2a. Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'rabta ma' teknoloġiji ta' ċċarġjar ġodda u tirrapporta dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-2025 sa ... [tliet snin wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u kull tliet snin wara dan. Dak ir-rapport għandu jindirizza b'mod partikolari: |
|
(a) l-applikazzjoni tal-Artikolu 3a u tal-Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) u tal-Artikolu 3(4) u l-progress li jkun sar fit-tfassil tal-istandards Ewropej rilevanti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li t-tagħmir tar-radju portabbli jkun interoperabbli mat-teknoloġiji tal-iċċarġjar mingħajr fili; |
|
(b) kwalunkwe żvilupp xjentifiku u teknoloġiku li jista' jaffettwa l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fl-Anness Ia, il-Parti I, bħall-prodotti koperti, il-veloċità tal-iċċarġjar, ir-rekwiżiti relatati mal-potenza, l-effiċjenza enerġetika jew il-ħolqien ta' standards jew teknoloġiji ġodda. |
|
Fejn xieraq u fejn ikun hemm ħtieġa teknika, ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkun akkumpanjat minn proposta għall-emenda ta' din id-Direttiva jew att delegat skont l-Artikolu (żid l-Artikolu rispettiv). |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [OP jekk jogħġbok daħħal id-data – 12-il xahar wara l-adozzjoni ta' din id-direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għalhekk għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawn id-dispożizzjonijiet. |
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa ... [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva. Għalhekk għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawn id-dispożizzjonijiet. |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [OP jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta' traspożizzjoni indikat fis-subparagrafu preċedenti]. |
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn ... [disa' xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' traspożizzjoni indikat fis-subparagrafu preċedenti]. |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Anness
Direttiva 2014/53/UE
Anness Ia – Parti I – punt -1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1. Kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju li jopera b'massimu ta' 100W u li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva: |
|
- mobiles li jinżammu fl-idejn, |
|
- tablets, qarrejja elettroniċi, laptops, |
|
- kameras diġitali, |
|
- kuffji, headsets, earbuds, |
|
- consoles tal-logħob bil-vidjo lijinżammu fl-idejn, tastieri, mice, skrins, printers, |
|
- speakers portabbli, navigaturi portabbli, radji diġitali, |
|
- arloġġi intelliġenti, trackers li jintlibsu u tas-saħħa, apparat tal-kura personali, apparat sportiv u apparat tad-dawl, |
|
- ġugarelli elettroniċi. |
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Anness
Direttiva 2014/53/UE
Anness Ia – Parti I – punt 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Mobiles li jinżammu fl-idejn, tablets, kameras diġitali, kuffji, headsets, consoles tal-logħob vidjo li jinżammu fl-idejn u speakers portabbli, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid permezz ta' iċċarġjar bil-fili, għandhom: |
1. Kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju portabbli elenkati fil-punt -1 ta' dan l-Anness, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid permezz ta' iċċarġjar bil-fili, għandhom: |
(a) ikunu mgħammra bir-reċipjent USB tat-Tip-C, kif deskritt fl-istandard EN IEC 62680-1-3:2021 "Interfaċċi universal serial bus għad-data u l-potenza — Parti 1–3: Jenħtieġ li l-komponenti komuni — Speċifikazzjonijiet tal-Kejbils u l-Konnetturi USB tat-Tip-CTM", jibqgħu aċċessibbli u operattivi l-ħin kollu; |
(a) ikunu mgħammra bir-reċipjent USB tat-Tip-C, kif deskritt fl-istandard EN IEC 62680-1-3:2021 "Interfaċċi universal serial bus għad-data u l-potenza — Parti 1–3: Jenħtieġ li l-komponenti komuni — Speċifikazzjonijiet tal-Kejbils u l-Konnetturi USB tat-Tip-CTM", jibqgħu aċċessibbli u operattivi l-ħin kollu; |
|
L-arloġġi intelliġenti, it-trackers li jintlibsu u tas-saħħa, l-apparat għall-kura personali, l-apparat sportiv u l-apparat tad-dawl huma eżentati minn din id-dispożizzjoni meta d-daqs żgħir tal-prodott ma jippermettix li jkun mgħammar b'reċipjent USB tat-Tip C; |
(b) ikunu kapaċi, fil-każ ta' potenza tal-iċċarġjar ta' inqas minn 60 watts, li jiġi ċċarġjat b'kejbils li jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62680-1-3:2021 "Interfaċċi universal serial bus għad-data u l-potenza — Parti 1–3: Komponenti komuni - Speċifikazzjoni tal-Kejbil u tal-Konnettur tal-USB tat-Tip-CTM |
(b) ikunu kapaċi, fil-każ ta' potenza tal-iċċarġjar ta' inqas minn 60 watts, li jiġi ċċarġjat b'kejbils li jikkonformaw mal-istandard EN IEC 62680-1-3:2021 "Interfaċċi universal serial bus għad-data u l-potenza — Parti 1–3: Komponenti komuni - Speċifikazzjoni tal-Kejbil u tal-Konnettur tal-USB tat-Tip-CTM |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Anness
Direttiva 2014/53/UE
Anness Ia – Parti I – punt 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Mobiles li jinżammu fl-idejn, tablets, kameras diġitali, kuffji, headsets, consoles tal-logħob vidjo li jinżammu fl-idejn u speakers portabbli, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid permezz ta' iċċarġjar bil-fili b'vultaġġi ogħla minn 5 volts jew kurrenti ogħla minn 3 amperes jew potenza ogħla minn 15-il watt, għandhom: |
2. Il-kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju portabbli elenkati fil-punt -1 ta' dan l-Anness, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid permezz ta' ċċarġjar bil-fili b'vultaġġi ta' 5 volts jew ogħla jew kurrenti ta' 3 amperes jew ogħla jew potenza ta' 15-il watt jew ogħla, għandhom: |
(a) jinkorporaw il-Konsenja tal-Potenza tal-USB, kif deskritt fl-istandard EN IEC 62680-1-2:2021 "Interfaċċi universal serial bus għad-data u l-potenza — Parti 1–2: Komponenti komuni — Speċifikazzjoni tal-Konsenja tal-Potenza USB"; |
(a) jinkorporaw il-Konsenja tal-Potenza tal-USB, kif deskritt fl-istandard EN IEC 62680-1-2:2021 "Interfaċċi universal serial bus għad-data u l-potenza — Parti 1–2: Komponenti komuni — Speċifikazzjoni tal-Konsenja tal-Potenza USB"; |
(b) jiżguraw li kwalunkwe protokoll addizzjonali tal-iċċarġjar jippermetti l-funzjonalità sħiħa tal-Konsenja tal-Potenza USB imsemmija fil-punt (a). |
(b) jiżguraw li kwalunkwe protokoll addizzjonali tal-iċċarġjar jippermetti l-funzjonalità sħiħa tal-Konsenja tal-Potenza USB imsemmija fil-punt (a), irrispettivament mill-manifattur tal-apparat tal-iċċarġjar. |
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Anness
Direttiva 2014/53/UE
Anness Ia – Parti II
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-każ ta' tagħmir tar-radju li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi indikata f'forma stampata fuq l-imballaġġ jew, fin-nuqqas ta' imballaġġ, fuq tikketta li takkumpanja t-tagħmir tar-radju bil-kundizzjoni li t-tikketta tista' tkun viżibbli: |
Fil-każ ta' tagħmir tar-radju li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3(4), l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi indikata f'forma stampata fuq l-imballaġġ jew, fin-nuqqas ta' imballaġġ, fuq tikketta mwaħħla mat-tagħmir tar-radju, inkluż fl-istruzzjonijiet u r-rekwiżiti ta' sikurezza, li takkumpanja t-tagħmir tar-radju, bil-kundizzjoni li t-tikketta tista' tkun viżibbli: |
(a) deskrizzjoni tar-rekwiżiti tal-potenza tal-apparat tal-iċċarġjar bil-fili li jista' jintuża ma' dak it-tagħmir tar-radju, inkluża l-potenza massima meħtieġa biex jiġi ċċarġjat it-tagħmir tar-radju espressa f'watts billi jintwera t-test: "Il-potenza minima mogħtija miċ-ċarġer għandha tkun daqs jew ogħla minn [xx] Watts". Jenħtieġ li n-numru ta' watts jesprimi l-potenza massima meħtieġa mit-tagħmir tar-radju; |
(a) deskrizzjoni tar-rekwiżiti tal-potenza tal-apparat tal-iċċarġjar bil-fili li jista' jintuża ma' dak it-tagħmir tar-radju, inkluża l-potenza minima u massima meħtieġa biex jiġi ċċarġjat it-tagħmir tar-radju bil-veloċità ta' ċċarġjar massima espressa f'watts billi jintwera t-test: "Il-potenza mogħtija miċ-ċarġer għandha tkun bejn minimu ta' [xx] Watts u massimu ta' [xx] Watts biex tinkiseb il-veloċità massima tal-iċċarġjar". In-numru ta' watts għandu jesprimi l-potenza minima u massima, rispettivament, meħtieġa mit-tagħmir tar-radju biex tinkiseb il-veloċità massima tal-iċċarġjar; |
(b) Deskrizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet b'rabta mal-kapaċitajiet tal-iċċarġjar tat-tagħmir tar-radju, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid permezz tal-iċċarġjar bil-fili b'vultaġġi ogħla minn 5 volts jew kurrenti ogħla minn 3 amperes jew qawwa ogħla minn 15-il watt, inkluża indikazzjoni li t-tagħmir tar-radju jappoġġa l-protokoll tal-iċċarġjar tal-Konsenja tal-Potenza USB billi juri t-test "USB PD iċċarġjar rapidu" u indikazzjoni ta' kwalunkwe protokoll ieħor tal-iċċarġjar appoġġat billi juri ismu f'format testwali. |
(b) deskrizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet b'rabta mal-kapaċitajiet tal-iċċarġjar tat-tagħmir tar-radju, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ċċarġjati mill-ġdid permezz tal-iċċarġjar bil-fili b'vultaġġi ta' 5 volts jew ogħla jew kurrenti ta' 3 amperes jew ogħla jew potenza ta' 15-il watt jew ogħla, inkluża indikazzjoni li t-tagħmir tar-radju jappoġġa l-protokoll tal-iċċarġjar tal-Konsenja tal-Potenza USB billi juri t-test "USB PD iċċarġjar rapidu" u indikazzjoni ta' kwalunkwe protokoll ieħor tal-iċċarġjar appoġġat billi juri ismu f'format testwali. |
Din l-informazzjoni għandha tkun b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-utenti aħħarin, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u għandha tkun ċara, tinftiehem u intelliġibbli." |
Din l-informazzjoni għandu tkun ukoll ipprovduta u murija online fil-każ ta' bejgħ mill-bogħod. Din l-informazzjoni għandha tkun b'lingwa u format li jkunu jistgħu jinftiehmu faċilment mill-utenti finali, inklużi l-persuni b'diżabilità, kif iddeterminat mill-Istat Membru kkonċernat, u għandha tkun ċara, preċiża, tinftiehem u intelliġibbli." Dik l-informazzjoni għandha tkun ukoll magħmlua disponibbli permezz tal-kodiċijiet QR jew permezz ta' soluzzjonijiet elettroniċi oħrajn. |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Anness
Direttiva 2014/53/UE
Anness Ia – Parti II a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Grafika li tindika jekk l-apparat tal-iċċarġjar jiġix offrut flimkien mat-tagħmir tar-radju jew le |
|
L-apparat tal-iċċarġjar (apparat ta' provvista tal-enerġija estern) offrut mat-tagħmir tar-radju għandu jkun indikat fil-forma tal-grafika li ġejja: |
|
|
|
L-apparat tal-iċċarġjar (apparat ta' provvista tal-enerġija estern) mhux offrut mat-tagħmir tar-radju għandu jkun indikat fil-forma tal-grafika li ġejja: |
|
|
|
Il-grafika għandha tkun tal-istess kulur u daqs li jikkonformaw mal-proporzjonijiet mogħtija fit-tpenġijiet ta' hawn fuq. Il-grafika għandha tintwera wkoll fuq l-istruzzjonijiet għall-użu tat-tagħmir tar-radju speċifiku. Il-grafika għandha tkun disponibbli wkoll permezz ta' kodiċijiet QR jew soluzzjonijiet elettroniċi oħrajn. |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Anness
Direttiva 2014/53/UE
Anness Ia – Parti II b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kontenut u format tat-tikketta li tipprovdi informazzjoni dwar il-kapaċitajiet tal-iċċarġjar tat-tagħmir tar-radju |
|
It-tikketta għandha tkun indikata fil-format li ġej: |
|
|
|
L-ittri XX għandhom jiġu sostitwiti miċ-ċifra li tikkorrispondi għall-potenza minima meħtieġa mit-tagħmir tar-radju biex jiċċarġja. L-ittri YY għandhom jiġu sostitwiti miċ-ċifra li tikkorrispondi għall-potenza massima meħtieġa mit-tagħmir tar-radju biex jikseb l-ogħla veloċità tal-iċċarġjar. Jekk jitqies meħtieġ, tista' tkun ipprovduta ċifra fil-parenteżi li tindika l-kurrent. L-abbrevjazzjoni "USB PD" għandha tiġi murija jekk it-tagħmir tar-radju jaċċetta dan il-protokoll ta' komunikazzjoni għall-iċċarġjar rapidu. |
|
It-tikketta għandha tkun tal-istess kulur u daqs li jikkonformaw mal-proporzjonijiet mogħtija fit-tpenġijiet ta' hawn fuq. It-tikketta għandha tintwera wkoll fuq l-istruzzjonijiet għall-użu tat-tagħmir tar-radju speċifiku. It-tikketta għandha tkun disponibbli wkoll permezz ta' kodiċijiet QR jew soluzzjonijiet elettroniċi oħrajn. |
NOTA SPJEGATTIVA
Ċarġer uniku għall-mowbajls u apparati elettroniċi żgħar oħrajn ikun ta' benefiċċju għal kulħadd - l-ambjent, il-konsumaturi u n-negozji. Għal aktar minn għaxar snin, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur tiegħu stiednu lill-Kummissjoni Ewropea taġixxi u tipproponi ċarġer universali għall-mowbajls u għal apparati elettroniċi ta' daqs żgħir u medju oħrajn, bħal tablets, e-book readers, kameras intelliġenti u tagħmir elettroniku li jista' jintlibes.
Attwalment, l-għadd kbir ta' apparati tal-iċċarġjar, in-nuqqas ta' interoperabbiltà u s-sikurezza fjakka, l-ispejjeż tal-adapters għal konnetturi proprjetarji, l-ispejjeż tal-prodott inkorporati għal ċarġers imballati mal-prodott, in-nuqqas ta' informazzjoni korretta dwar liema ċarġer għandu jintuża ma' liema apparat li jwassal għal konfużjoni, durabbiltà insuffiċjenti taċ-ċarġers, tal-kejbils u tal-ports, ħinijiet ta' ċċarġjar mhux prevedibbli, u ċarġers bil-ħsara jew mitlufa għal ċerti apparati elettroniċi jirrappreżentaw spejjeż mhux meħtieġa u inkonvenjenza għall-konsumaturi.
Lil hinn mill-inkonvenjenza għall-konsumaturi, din hija wkoll problema li tapplika għall-pjaneta tagħna u l-objettivi ambjentali, b'nofs biljun ċarġer jintbagħat għal apparat portabbli fl-Ewropa kull sena li jiġġenera bejn 11 000 u 13 000 tunnellata ta' e-skart. Għalhekk, l-għażla tas-soluzzjoni sostenibbli li jkun hemm port tal-iċċarġjar tal-USB tat-Tip C universali, kif propost mill-Kummissjoni, se tnaqqas eluf ta' tunnellati ta' skart elettroniku fis-sena, tgħin lill-ambjent b'mod dirett, tkompli tgħin biex jintuża mill-ġdid apparat elettroniku antik, tiffranka l-flus, u tnaqqas l-ispejjeż żejda għall-konsumaturi.
Barra minn hekk, il-ftehimiet volontarji bejn l-atturi fl-industrija kienu ta' suċċess biss sa ċertu punt. Filwaqt li ppermettew bidla minn 30 konnettur differenti għal 3, dawn ma wasslux soluzzjoni ta' ċarġer uniku. Attwalment, ma hemmx impenji volontarji jew rekwiżiti vinkolanti dwar ċarġers jew interfaċċi tal-iċċarġjar komuni għall-mowbajls jew apparati portabbli simili oħrajn.
Għalhekk ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar iċ-ċarġer komuni sabiex tiġi emendata d-Direttiva dwar it-Tagħmir tar-Radju (2014/53/UE) għaliex tikkunsidra u tinkludi ħafna mis-suġġerimenti li l-Parlament Ewropew għamel fil-passat. Fir-rapport tiegħu, ir-rapporteur għandu l-għan li jipprovdi rakkomandazzjonijiet għall-Kumitat IMCO tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta tal-Kummissjoni dwar ċarġer komuni biex jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' interoperabbiltà u tnaqqis ta' skart għall-konsumaturi u l-ambjent.
Abbażi tal-valutazzjoni u l-osservazzjonijiet tiegħu, ir-rapporteur jikkonkludi li huwa meħtieġ li jitkabbar il-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta biex jinkludi kategoriji jew klassijiet oħrajn ta' tagħmir tar-radju portabbli ta' daqs żgħir u medju, jiġu introdotti rekwiżiti minimi għall-iċċarġjar mingħajr fili, tiġi żgurata s-separazzjoni effettiva tal-bejgħ taċ-ċarġers, tittejjeb l-informazzjoni għall-konsumatur, tittejjeb l-armonizzazzjoni ta' teknoloġija tal-iċċarġjar rapidu, jissaħħu d-dispożizzjonijiet ta' sorveljanza tas-suq u jitqassar il-perjodu ta' qabel id-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti.
1. Tkabbir tal-kamp ta' applikazzjoni ta' apparati elettroniċi koperti
Il-proposta tal-Kummissjoni tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-inizjattiva għal mowbajls, tablets, kameras diġitali, kuffji, consoles tal-logħob bil-vidjo li jinżammu fl-idejn, u spikers portabbli. Filwaqt li dawn il-prodotti huma rilevanti ħafna, ir-rapporteur jemmen li numru ta' prodotti addizzjonali li huma mistennija li jkunu koperti mill-istess rekwiżiti huma attwalment esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni. Għal dan il-għan, ir-rapporteur jissuġġerixxi li jiżdiedu prodotti addizzjonali fl-Anness Ia, Parti I, bħal e-readers, laptops b'enerġija baxxa, tastieri, mice, earbuds, smart watches, u ġugarelli elettroniċi.
Barra minn hekk, ir-rapporteur jissuġġerixxi wkoll li l-Kummissjoni għandha tkompli taħdem fuq soluzzjoni għal tagħmir tar-radju rikarikabbli ieħor mhux kopert fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Anness Ia, Parti I, u sakemm ikun jista' jiġi ċċarġjat permezz ta' ċċarġjar bil-fili, dan għandu jaħdem ukoll b'ċarġers standard sal-1 ta' Jannar 2030.
2. Rekwiżiti tal-enerġija għall-iċċarġjar ta' prodotti ta' tagħmir tar-radju
Ir-rapporteur jemmen ukoll li għandu jiġi adottat approċċ ieħor, filwaqt li jirreferi b'mod ġenerali għar-rekwiżiti tal-enerġija għall-iċċarġjar ta' prodotti ta' tagħmir tar-radju. Għal dan il-għan, huwa jissuġġerixxi li l-lista tkopri kategoriji jew klassijiet ta' tagħmir tar-radju portabbli ta' daqs żgħir u medju li jopera bit-twassil tal-enerġija sa 100 W jew inqas, filwaqt li jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex timmodifika u tibdel ir-rekwiżiti tal-enerġija fil-funzjoni ta' progress xjentifiku u teknoloġiku possibbli u żviluppi tal-konsumatur u ambjentali fil-futur. Għalhekk, prodotti oħrajn jistgħu faċilment jiżdiedu mal-lista.
3. Armonizzazzjoni u soluzzjonijiet tekniċi dwar l-iċċarġjar mingħajr fili
Kif indikat mill-Kummissjoni, għandhom jitqiesu wkoll sistemi ta' ċċarġjar mingħajr fili għaliex ħafna smartphones diġà qegħdin jużaw l-istandard Qi għall-iċċarġjar. Għalhekk, huwa essenzjali li tiġi evitata kwalunkwe frammentazzjoni futura f'dan il-qasam jew riskju ta' effett ta' intrappolament b'soluzzjonijiet ta' ċċarġjar proprjetarji għal ċarġers mingħajr fili li jpoġġu f'dubju l-kisba tal-objettivi u l-iżviluppi f'dik li hija l-inizjattiva taċ-ċarġer komuni. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni biex tarmonizza s-soluzzjonijiet ta' ċċarġjar mingħajr fili, u sal-31 ta' Diċembru 2025, tinkorpora l-aktar soluzzjonijiet tekniċi xierqa jew standards tekniċi rilevanti.
4. Titjib fuq l-informazzjoni ta' separazzjoni ta' ċarġers
L-objettivi ta' din id-Direttiva ma jkunux kompluti jekk iċ-ċarġers tal-mowbajls jinbiegħu sistematikament ma' kull apparat elettroniku, u jekk l-utenti finali ma jkollhomx l-għażla li jixtru l-apparat waħdu. Għal dan il-għan, it-tagħmir tar-radju għandu jinbiegħ awtomatikament lil utenti finali mingħajr apparat tal-iċċarġjar, u jekk mitlub mill-utenti finali, jista' jinbiegħ flimkien mat-tagħmir tar-radju. Tali miżuri għandhom jiġu kkombinati ma' rekwiżiti ta' informazzjoni obbligatorja li jiġu pprovduti lill-utenti finali permezz tal-imballaġġ, ta' tikketti u ta' grafika qabel il-bejgħ tal-prodott.
Ir-rekwiżiti ta' informazzjoni ġodda se jtejbu l-fehim tal-konsumaturi dwar id-differenzi bejn iċ-ċarġers disponibbli fis-suq. Dawn se jtejbu wkoll l-għarfien tal-konsumaturi dwar l-impatt ambjentali negattiv ta' ċarġers mhux meħtieġa u jiżguraw li huma jkunu informati dwar it-tip rakkomandat ta' ċarġer u kif jiċċarġjaw b'mod sikur l-apparat tagħhom billi jiddeterminaw liema hija l-aktar provvista tal-enerġija esterna (EPS) xierqa biex jiċċarġjaw it-tagħmir tar-radju tagħhom.
5. Salvagwardji għal prodotti mhux konformi jew nuqqas ta' konformità ma' obbligi ta' informazzjoni ġodda
Ir-rapport jintroduċi wkoll dispożizzjonijiet sabiex jiġu żgurati attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq sodi, bħall-introduzzjoni ta' salvagwardji li għandhom jitwettqu għal prodotti mhux konformi jew nuqqas ta' konformità ma' obbligi ta' informazzjoni ġodda.
6. Klawżola ta' rieżami dwar teknoloġiji tal-iċċarġjar futuri
Ir-rapporteur jaqbel li fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi b'rata mgħaġġla, hemm ħtieġa ta' evalwazzjoni u monitoraġġ kontinwi tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari dwar kwalunkwe żvilupp futur tat-teknoloġiji mingħajr fili, ir-rekwiżiti tal-enerġija u l-iżvilupp ta' prodotti ġodda kif ukoll dwar is-separazzjoni u r-rekwiżiti tal-informazzjoni. Għal dan il-għan, huwa jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha timmonitorja u tirrieżamina l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'rabta ma' teknoloġiji tal-iċċarġjar ġodda u tirrapporta dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
7. Dħul fis-seħħ aktar kmieni
Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, ir-rapporteur jemmen li wara stennija ta' aktar minn għaxar snin għal din l-inizjattiva, il-perjodu ta' żmien propost għad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti mhuwiex iġġustifikat. Hija meħtieġa azzjoni b'mod urġenti biex jitnaqqsu l-impatti ambjentali tal-provvisti tal-enerġija u tiġi evitata l-konfużjoni potenzjali tal-konsumaturi fil-bidla lejn l-interoperabbiltà taċ-ċarġers. Għal dan il-għan ir-rapport jissuġġerixxi li jitqassru l-perjodi proposti.
Ir-rapporteur stinka biex jikkonsulta bl-aktar mod wiesa' u trasparenti possibbli mal-partijiet ikkonċernati biex jiżgura li r-rapport jindirizza l-problemi reali u jillimita konsegwenzi bla bżonn u mhux intenzjonati.
ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM
Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċieva kontribut mill-entitajiet li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport:
L-Entità |
l-ANEC - European Association for the Co-ordination of Consumer Representation in Standardisation (L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Koordinament tar-Rappreżentanza tal-Konsumaturi fl-Istandardizzar) |
ECOS - Environmental Coalition on Standards (Koalizzjoni Ambjentali dwar l-Istandards) |
Xiaomi Corporation |
Mobile & Wireless Forum (MWF) |
Apple |
Samsung |
ITI – The Information Technology Industry Council (Il-Kunsill tal-Industrija tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni) |
EPTA - EUROPEAN POWER TOOL ASSOCIATION (Assoċjazzjoni Ewropea tal-għodda tal-enerġija) |
CEN u CENELEC |
Infineon |
APPLiA - Home Appliance Europe |
DIGITALEUROPE |
DĠ Growth, Kummissjoni Ewropea |
Il-Presidenza Slovena tal-Kunsill |
Il-Presidenza Franċiża tal-Kunsill |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Emenda tad-Direttiva 2014/53/UE dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju |
|||
Referenzi |
COM(2021)0547 – C9-0366/2021 – 2021/0291(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
17.9.2021 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 4.10.2021 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 4.10.2021 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 6.10.2021 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Alex Agius Saliba 11.10.2021 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
1.12.2021 |
7.2.2022 |
28.3.2022 |
|
Data tal-adozzjoni |
20.4.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
43 2 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alex Agius Saliba, Andrus Ansip, Brando Benifei, Adam Bielan, Hynek Blaško, Biljana Borzan, Markus Buchheit, Andrea Caroppo, Anna Cavazzini, Dita Charanzová, Deirdre Clune, David Cormand, Alexandra Geese, Sandro Gozi, Maria Grapini, Svenja Hahn, Krzysztof Hetman, Virginie Joron, Eugen Jurzyca, Arba Kokalari, Marcel Kolaja, Kateřina Konečná, Andrey Kovatchev, Jean-Lin Lacapelle, Maria-Manuel Leitão-Marques, Morten Løkkegaard, Adriana Maldonado López, Antonius Manders, Beata Mazurek, Leszek Miller, Anne-Sophie Pelletier, René Repasi, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Róża Thun und Hohenstein, Kim Van Sparrentak, Marion Walsmann, Marco Zullo |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Campomenosi, Maria da Graça Carvalho, Geoffroy Didier, Edina Tóth, Kosma Złotowski |
|||
Data tat-tressiq |
27.4.2022 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
43 |
+ |
ECR |
Adam Bielan, Beata Mazurek, Kosma Złotowski |
ID |
Hynek Blaško, Markus Buchheit, Marco Campomenosi, Virginie Joron, Jean‑Lin Lacapelle |
NI |
Edina Tóth |
PPE |
Andrea Caroppo, Maria da Graça Carvalho, Deirdre Clune, Geoffroy Didier, Krzysztof Hetman, Andrey Kovatchev, Antonius Manders, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Marion Walsmann |
Renew |
Andrus Ansip, Dita Charanzová, Sandro Gozi, Svenja Hahn, Morten Løkkegaard, Róża Thun und Hohenstein, Marco Zullo |
S&D |
Alex Agius Saliba, Brando Benifei, Biljana Borzan, Maria Grapini, Maria‑Manuel Leitão‑Marques, Adriana Maldonado López, Leszek Miller, René Repasi, Christel Schaldemose |
The Left |
Kateřina Konečná, Anne‑Sophie Pelletier |
Verts/ALE |
Anna Cavazzini, David Cormand, Alexandra Geese, Marcel Kolaja, Kim Van Sparrentak |
2 |
- |
ECR |
Eugen Jurzyca |
PPE |
Arba Kokalari |
0 |
0 |
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1]ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0 (Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).