RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/954 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19

29.4.2022 - (COM(2022)0055 – C9‑0032/2022 – 2022/0030(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Juan Fernando López Aguilar


Proċedura : 2022/0030(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0137/2022
Testi mressqa :
A9-0137/2022
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/954 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19

(COM(2022)0055 – C9‑0032/2022 – 2022/0030(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0055),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2), il-punt (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0032/2022),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0137/2022),

1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

F'Ġunju 2021, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2021/954 abbażi tal-Artikolu 77 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropa (TFUE), biex jiffaċilitaw l-ivvjaġġar fiż-Żona Schengen matul il-pandemija tal-COVID-19, u b'hekk jestendu l-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju ta' Stat Membru u li huma intitolati jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f'konformità mad-dritt tal-UE. Dan jikkomplementa r-Regolament (UE) 2021/953 ibbażat fuq l-Artikolu 21 tat-TFUE li jistabbilixxi l-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan.

 

Din il-proposta, li għandha l-għan li testendi l-perjodu ta' applikazzjoni tal-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE kif japplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju ta' Stat Membru u li huma intitolati li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f'konformità mal-liġi tal-UE, għalhekk tikkomplementa l-proposta COM(2022) 50 final.

 

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur, filwaqt li jirrikonoxxi bis-sħiħ li l-użu taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jrid ikun limitat fiż-żmien u għandu jintemm ladarba s-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika tippermetti dan, jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni, li tfittex biss li temenda t-tul ta' żmien tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/954.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (21.4.2022)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2021/954 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri matul il-pandemija tal-COVID-19

(COM(2022)0055 – C9‑0032/2022 – 2022/0030(COD))

Rapporteur għal opinjoni: José Ramón Bauzá Díaz

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Punt ta' tluq:

 

Ir-Regolament (UE) 2021/954 jestendi r-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/953 (li jistabbilixxi l-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tal-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan) għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju ta' Stat Membru u li huma intitolati jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħra f'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

 

Dawn iż-żewġ Regolamenti ġew adottati f'Ġunju 2021 u huma validi sat-30 ta' Ġunju 2022. Mill-adozzjoni tiegħu, iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ġie varat b'suċċess madwar l-Unjoni. Kiseb ukoll sinifikat globali dejjem akbar billi ffaċilita l-ivvjaġġar internazzjonali sikur.

 

Peress li l-perjodu ta' applikazzjoni għal dawn iż-żewġ Regolamenti jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2022, hija meħtieġa reviżjoni mmirata ta' dawn ir-Regolamenti, bil-għan li tkompli l-applikazzjoni tal-qafas taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE għal perjodu ta' żmien addizzjonali.

 

Il-Kummissjoni tipproponi li tillimita l-estensjoni għal 12-il xahar (sat-30 ta' Ġunju 2023) u li tallinja awtomatikament id-data tal-applikazzjonijiet taż-żewġ Regolamenti billi tintroduċi kontroreferenza.

 

Il-ħtieġa ta' ċertezza legali u prevedibbiltà kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-industrija:

 

L-ewwel nett, minħabba r-rikonoxximent tas-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE bħala waħda mis-soluzzjonijiet diġitali ewlenin għar-restawr tal-ivvjaġġar internazzjonali, huwa meħtieġ li jintlaħaq ftehim dwar il-validità standard tiegħu, sabiex jiġu evitati l-frammentazzjoni u d-diskrepanzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE.

 

It-tieni nett, minn mindu ġew adottati dawn iż-żewġ Regolamenti, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-pandemija tal-COVID-19 evolviet konsiderevolment. Minkejja r-rati dejjem jiżdiedu ta' tilqim komplut, għad hemm diskrepanzi sinifikanti bejn ir-rati ta' tilqim fost l-Istati Membri u din tibqa' waħda mir-raġunijiet ewlenin li jipprevjenu t-tneħħija totali tar-restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-persuni.

 

Ir-Rapporteur jirrimarka li estensjoni tas-sistema attwali taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE hija meħtieġa għar-raġunijiet li ġejjin:

1) Ħtieġa ta' regoli ċari, armonizzati u koerenti fil-livell tal-UE sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu tal-persuni u taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi qabel l-istaġun tas-sajf tal-2022;

2) Ċertezza legali għall-industrija tat-turiżmu qabel l-istaġun il-ġdid tal-vaganzi;

3) Prevedibbiltà u kapaċità organizzattiva li għandhom jiġu żgurati sabiex jippermettu l-moviment liberu tal-persuni u jiżguraw ir-reżiljenza tal-ivvjaġġar internazzjonali;

 

Madankollu, ir-Rapporteur huwa tal-fehma li filwaqt li l-objettiv ewlieni tar-reviżjoni huwa li tiġi estiża l-applikazzjoni ta' dawn iż-żewġ Regolamenti, huwa meħtieġ li din l-estensjoni ma tinftiehemx bħala li tirrikjedi li l-Istati Membri, b'mod partikolari dawk li jneħħu l-miżuri nazzjonali tas-saħħa, iżommu jew jimponu restrizzjonijiet għall-moviment liberu tal-persuni, inklużi ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri, fl-Unjoni matul l-istaġun tas-sajf tal-2022. Jeħtieġ li lanqas ma tinftiehem li tirrikjedi li l-Istati Membri jżommu jew jimponu l-użu taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE jew ta' sistemi oħra ta' ċertifikati COVID-19 għal finijiet domestiċi mhux meħtieġa u mhux ġustifikati.

 

Approċċ f'żewġ stadji għall-estensjoni tas-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE:

 

Ir-rapporteur jissuġġerixxi li:

1) Kwalunkwe estensjoni tas-sistema taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u kwalunkwe restrizzjoni għall-moviment liberu tal-persuni u taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni, inkluż ir-rekwiżit li jiġu ppreżentati ċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE, jeħtieġ li jitneħħew hekk kif is-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti.

2) Jeħtieġ li niżguraw ċertezza legali u prevedibbiltà kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-industrija qabel l-istaġun tas-sajf tal-2022. Għalhekk, għandu jsir l-ewwel pass - l-estensjoni primarja għandha tkun limitata għal 4 xhur - sal-31 ta' Ottubru 2022.

3) Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li l-Istati Membri jibqgħu jirrikjedu liċ-ċittadini tal-Unjoni u liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jippreżentaw prova tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan mill-COVID-19 wara l-31 ta' Ottubru 2022. Fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-ECDC wara s-sitwazzjoni epidemjoloġika, tista' titqies meħtieġa estensjoni ulterjuri taċ-Ċertifikati COVID Diġitali tal-UE.

4) F'dan il-każ, għandu jittieħed it-tieni pass - il-Kummissjoni għandha tkun tista' testendi l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'4 xhur, sat-28 ta' Frar 2023.

5) Filwaqt li titqies l-evoluzzjoni tal-pandemija, kif ukoll it-tneħħija tar-restrizzjonijiet nazzjonali mill-Istati Membri, jeħtieġ li jittieħed pass 'il quddiem fl-estensjoni ta' dawn iż-żewġ Regolamenti sabiex jintbagħat sinjal ġust u bbilanċjat liċ-ċittadini tal-UE u liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali ma jitħallewx jimponu restrizzjonijiet bla bżonn u mhux ġustifikati billi jużaw iċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE.

 

It-tul ta' żmien tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/954 għandu jibqa' allinjat mat-tul ta' żmien tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 għandha tiġi estiża bi 12-il xahar. Peress li l-objettiv tar-Regolament (UE) 2021/954 huwa li jestendi l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 għal ċerti kategoriji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu jew joqogħdu legalment fl-Unjoni, it-tul ta' żmien tal-applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li jkun marbut direttament ma' dak tar-Regolament (UE) 2021/953. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2021/954 jiġi emendat skont dan.

(4) L-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 għandha tiġi estiża bi tmien xhur, inkluża l-possibbiltà għal estensjoni ulterjuri b'erba' xhur mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati, jekk meħtieġ u wara opinjoni xjentifika taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC). Peress li l-objettiv tar-Regolament (UE) 2021/954 huwa li jestendi l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/953 għal ċerti kategoriji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu jew joqogħdu legalment fl-Unjoni, it-tul ta' żmien tal-applikazzjoni tiegħu jenħtieġ li jkun marbut direttament ma' dak tar-Regolament (UE) 2021/953. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2021/954 jiġi emendat skont dan.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) 2021/954 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri matul il-pandemija tal-COVID-19

Referenzi

COM(2022)0055 – C9-0032/2022 – 2022/0030(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.3.2022

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

7.3.2022

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

José Ramón Bauzá Díaz

7.3.2022

Eżami fil-kumitat

31.3.2022

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.4.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Adamowicz, Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Erik Bergkvist, Izaskun Bilbao Barandica, Paolo Borchia, Karolin Braunsberger-Reinhold, Marco Campomenosi, Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Carlo Fidanza, Mario Furore, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Jens Gieseke, Elsi Katainen, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Cláudia Monteiro de Aguiar, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Rovana Plumb, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Vera Tax, István Ujhelyi, Henna Virkkunen, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clare Daly, Anne-Sophie Pelletier, Annalisa Tardino, Marianne Vind, Jörgen Warborn

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

41

+

ECR

Carlo Fidanza, Peter Lundgren, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

NI

Mario Furore

PPE

Magdalena Adamowicz, Karolin Braunsberger-Reinhold, Gheorghe Falcă, Jens Gieseke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Massimiliano Salini, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Jörgen Warborn

Renew

José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Elsi Katainen, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Andris Ameriks, Erik Bergkvist, Ismail Ertug, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Rovana Plumb, Vera Tax, István Ujhelyi, Marianne Vind, Petar Vitanov

Verts/ALE

Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Tilly Metz

 

5

-

ID

Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Annalisa Tardino

The Left

Clare Daly, Anne-Sophie Pelletier

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) 2021/954 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joqogħdu jew jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri matul il-pandemija tal-COVID-19

Referenzi

COM(2022)0055 – C9-0032/2022 – 2022/0030(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

3.2.2022

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.3.2022

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

7.3.2022

TRAN

7.3.2022

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

ENVI

31.3.2022

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Juan Fernando López Aguilar

16.3.2022

 

 

 

Eżami fil-kumitat

31.3.2022

28.4.2022

 

 

Data tal-adozzjoni

28.4.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

16

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdalena Adamowicz, Abir Al-Sahlani, Katarina Barley, Pietro Bartolo, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Karolin Braunsberger-Reinhold, Saskia Bricmont, Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Damien Carême, Caterina Chinnici, Clare Daly, Marcel de Graaff, Anna Júlia Donáth, Lena Düpont, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Nicolaus Fest, Jean-Paul Garraud, Maria Grapini, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Assita Kanko, Fabienne Keller, Peter Kofod, Łukasz Kohut, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Hélène Laporte, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Lukas Mandl, Nuno Melo, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Emil Radev, Karlo Ressler, Diana Riba i Giner, Birgit Sippel, Sara Skyttedal, Vincenzo Sofo, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Annalisa Tardino, Tomas Tobé, Yana Toom, Milan Uhrík, Tom Vandendriessche, Bettina Vollath, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jadwiga Wiśniewska, Elena Yoncheva

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bartosz Arłukowicz, Olivier Chastel, Daniel Freund, Anne-Sophie Pelletier, Morten Petersen, Domènec Ruiz Devesa, Isabel Santos, Petar Vitanov, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Data tat-tressiq

29.4.2022

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

48

+

ID

Peter Kofod

NI

Laura Ferrara

PPE

Magdalena Adamowicz, Bartosz Arłukowicz, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Karolin Braunsberger-Reinhold, Lena Düpont, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Nuno Melo, Nadine Morano, Emil Radev, Karlo Ressler, Sara Skyttedal, Tomas Tobé, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Renew

Abir Al-Sahlani, Olivier Chastel, Anna Júlia Donáth, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Moritz Körner, Morten Petersen, Ramona Strugariu, Yana Toom

S&D

Katarina Barley, Pietro Bartolo, Caterina Chinnici, Evin Incir, Łukasz Kohut, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, Domènec Ruiz Devesa, Isabel Santos, Birgit Sippel, Petar Vitanov, Bettina Vollath, Elena Yoncheva

The Left

Cornelia Ernst

Verts/ALE

Saskia Bricmont, Damien Carême, Daniel Freund, Alice Kuhnke, Diana Riba i Giner, Tineke Strik

 

16

-

ECR

Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Patryk Jaki, Assita Kanko, Vincenzo Sofo, Jadwiga Wiśniewska

ID

Nicolaus Fest, Jean-Paul Garraud, Marcel de Graaff, Hélène Laporte, Annalisa Tardino, Tom Vandendriessche

NI

Milan Uhrík

S&D

Maria Grapini

The Left

Clare Daly, Anne-Sophie Pelletier

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Mejju 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza