RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Makkinarju u l-prodotti relatati
5.5.2022 - (COM(2021)0202 – C9‑0145/2021 – 2021/0105(COD)) - ***I
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Ivan Štefanec
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Makkinarju u l-prodotti relatati
(COM(2021)0202 – C9‑0145/2021 – 2021/0105(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2021)0202),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0145/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Settembru 2021[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0141/2022),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 2019/1020 jistabbilixxi l-kompiti tal-operaturi ekonomiċi rigward prodotti soġġetti għal ċerta leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. Jipprevedi wkoll li tali prodotti jistgħu jiġu introdotti fis-suq biss jekk ikun hemm operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni li jkun responsabbli għal dawk il-kompiti. Tali leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tinkludi d-Direttiva 2006/42/KE. Għalhekk, il-makkinarju u l-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament jiġu introdotti fis-suq biss jekk ikun hemm operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni li jkun responsabbli għall-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 2019/1020 fir-rigward tagħhom. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Fejn ikun hemm possibbiltà li l-makkinarju u l-prodotti relatati jintużaw minn konsumatur, jiġifieri, operatur mhux professjonist, jenħtieġ li l-manifattur iqis il-fatt li l-konsumatur ma għandux l-istess għarfien u esperjenza fl-immaniġġjar ta' makkinarju u l-prodotti relatati fid-disinn u l-kostruzzjoni tal-prodotti. L-istess japplika meta makkinarju u l-prodotti relatati normalment jintużaw biex jiġi pprovdut servizz lil konsumatur. |
(10) Fejn ikun hemm possibbiltà li l-makkinarju u l-prodotti relatati jintużaw minn konsumatur, jiġifieri, operatur mhux professjonist, jenħtieġ li l-manifattur iqis il-fatt li l-konsumatur ma għandux l-istess għarfien u esperjenza fl-immaniġġjar ta' makkinarju u l-prodotti relatati fid-disinn u l-kostruzzjoni tal-prodotti u jenħtieġ li jikkunsidra l-implikazzjonijiet relatati mas-sikurezza f'dan is-sens. L-istess japplika meta makkinarju u l-prodotti relatati normalment jintużaw biex jiġi pprovdut servizz lil konsumatur. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Billi l-fini ta' dan ir-Regolament huwa li jindirizza r-riskji li jinħolqu mill-funzjoni tal-makkinarju u mhux mit-trasport ta' oġġetti jew ta' persuni, jenħtieġ li ma japplikax għal vetturi li l-uniku objettiv tagħhom huwa s-sempliċi trasport ta' oġġetti jew ta' persuni bit-triq, bl-ajru, fuq l-ilma jew fuq in-networks ferrovjarji, irrispettivament mil-limiti tal-veloċità. Madankollu, il-makkinarju mmuntat fuq tali vetturi jew makkinarju mobbli maħsub għall-iffaċilitar ta' xogħlijiet bħal f'siti tal-kostruzzjoni jew f'imħażen, pereżempju dumpers u forklifts, għandu funzjoni ta' makkinarju u, għalhekk, jenħtieġ li jkun kopert minn dan ir-Regolament. Billi l-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-vetturi b'żewġ jew tliet roti u l-kwadriċikli, kif ukoll is-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati, il-partijiet u t-tagħmir iddisinjati u mibnija għal tali vetturi, jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 u tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 rispettivament, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(15) Billi l-fini ta' dan ir-Regolament huwa li jindirizza r-riskji li jinħolqu mill-funzjoni tal-makkinarju u mhux mit-trasport ta' oġġetti, persuni jew annimali, jenħtieġ li ma japplikax għall-vetturi li l-uniku objettiv tagħhom huwa s-sempliċi trasport ta' annimali bit-triq, bl-ajru, fuq l-ilma jew fuq in-networks ferrovjarji jew trasport ta' oġġetti jew persuni bl-ajru, fuq l-ilma jew bil-ferrovija, irrispettivament mil-limiti tal-veloċità. Madankollu, il-makkinarju mmuntat fuq tali vetturi jew makkinarju mobbli maħsub għall-iffaċilitar ta' xogħlijiet bħal f'siti tal-kostruzzjoni jew fi mħażen, pereżempju dumpers u forklifts, għandu funzjoni ta' makkinarju u, għalhekk, jenħtieġ li jkun kopert minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-vetturi mhux skont l-approvazzjoni tat-tip jew off-road, kif ukoll ir-roti elettriċi, ir-roti elettriċi għall-ġarr, l-iscooters elettriċi u mezzi ta' trasport simili jenħtieġ li jkunu koperti wkoll minn dan ir-Regolament fir-rigward tal-funzjoni tal-makkinarju tagħhom, bl-eċċezzjoni tar-riskji għaċ-ċirkolazzjoni stradali, sa meta tali mezzi ta' trasport isiru suġġetti għal leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni. Billi l-vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija u l-vetturi b'żewġ jew tliet roti u l-kwadriċikli, kif ukoll is-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati, il-partijiet u t-tagħmir iddisinjati u mibnija għal tali vetturi, jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 u tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 rispettivament, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
__________________ |
__________________ |
19 Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1). |
19 Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1). |
20 Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52). |
20 Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52). |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) L-apparati elettrodomestiċi maħsuba għal użu fid-dar li ma humiex għamara mħaddma bl-elettriku, tagħmir awdjo u vidjo, tagħmir tat-teknoloġija tal-informatika, makkinarju tal-uffiċċju, kommutaturi u tagħmir ta' kontroll u muturi elettroniċi ta' voltaġġ baxx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Uħud minn dawk il-prodotti, pereżempju l-magni tal-ħasil, qed jinkorporaw progressivament funzjonijiet tal-Wi-Fi, u għalhekk huma koperti mid-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 bħala tagħmir tar-radju. Jenħtieġ li dawk il-prodotti wkoll jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(16) L-apparati elettrodomestiċi maħsuba għal użu fid-dar li ma humiex għamara mħaddma bl-elettriku, tagħmir awdjo u vidjo, tagħmir tat-teknoloġija tal-informatika, makkinarju tal-uffiċċju, kommutaturi u tagħmir ta' kontroll u muturi elettriċi ta' voltaġġ baxx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 u, għalhekk, jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Uħud minn dawk il-prodotti, pereżempju l-magni tal-ħasil, qed jinkorporaw progressivament funzjonijiet tal-Wi-Fi, u għalhekk huma koperti mid-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22 bħala tagħmir tar-radju. Jenħtieġ li dawk il-prodotti wkoll jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
__________________ |
__________________ |
21 Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 35). |
21 Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 35). |
22 Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62). |
22 Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62). |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jippreżentaw riskji li huma indirizzati mir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament, iżda huma koperti wkoll bis-sħiħ jew b'mod parzjali minn leġiżlazzjoni oħra aktar speċifika tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax sal-punt li dawk ir-riskji jkunu koperti minn dik il-leġiżlazzjoni l-oħra tal-Unjoni. F'każijiet oħrajn, il-makkinarju u l-prodotti relatati jistgħu jippreżentaw riskji li ma humiex koperti mir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament. Pereżempju, il-makkinarju u l-prodotti relatati li jinkorporaw funzjoni tal-Wi-Fi jew sistema ta' intelliġenza artifiċjali jistgħu jippreżentaw riskji li ma humiex indirizzati mir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament, minħabba li dan ir-Regolament ma jittrattax ir-riskji speċifiċi għal tali sistemi. Għas-sistemi ta' intelliġenza artifiċjali, jenħtieġ li tapplika l-leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni dwar l-intelliġenza artifiċjali, billi din fiha rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi għal sistemi ta' intelliġenza artifiċjali b'riskju kbir. Sabiex jiġi evitat in-nuqqas ta' koerenza fir-rigward tat-tip ta' valutazzjoni tal-konformità u sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni ta' rekwiżiti biex jitwettqu żewġ valutazzjonijiet tal-konformità, jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi madankollu jiġu vverifikati bħala parti mill-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġu applikati fi kwalunkwe każ sabiex tiġi żgurata, fejn applikabbli, l-integrazzjoni sikura tas-sistema tal-intelliġenza artifiċjali fil-makkinarju kollu kemm hu, sabiex ma tiġix kompromessa s-sikurezza tal-makkinarju u l-prodotti relatati fl-assjem tagħhom. |
(19) Meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jippreżentaw riskji li huma indirizzati mir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament, iżda huma koperti wkoll bis-sħiħ jew b'mod parzjali minn leġiżlazzjoni oħra aktar speċifika tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax sal-punt li dawk ir-riskji jkunu koperti minn dik il-leġiżlazzjoni l-oħra tal-Unjoni. F'każijiet oħrajn, il-makkinarju u l-prodotti relatati jistgħu jippreżentaw riskji li ma humiex koperti mir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament. Pereżempju, il-makkinarju u l-prodotti relatati li jinkorporaw funzjoni tal-Wi-Fi jistgħu jippreżentaw riskji li ma humiex indirizzati mir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament, minħabba li dan ir-Regolament ma jittrattax ir-riskji speċifiċi għal tali sistemi. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 21
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) L-evoluzzjoni tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku fis-settur tal-makkinarju għandha impatt fuq il-klassifikazzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir. Sabiex il-makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir kollha jkunu riflessi kif suppost, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji għall-valutazzjoni mill-Kummissjoni dwar liema makkinarju u l-prodotti relatati jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir. |
(21) L-evoluzzjoni tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku fis-settur tal-makkinarju għandha impatt fuq il-klassifikazzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati. Sabiex il-makkinarju u l-prodotti relatati kollha, u l-perikli marbuta magħhom, ikunu riflessi kif suppost, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji għall-valutazzjoni mill-Kummissjoni dwar liema makkinarju u l-prodotti relatati jenħtieġ li jiddaħħlu fil-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati li jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 23
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Sabiex jiġi żgurat li l-makkinarju u l-prodotti relatati, meta jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz, ma jinvolvux riskji għas-saħħa u s-sikurezza għall-persuni jew għall-annimali domestiċi u ma jikkawżawx ħsara lill-proprjetà u, fejn applikabbli, lill-ambjent, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati sabiex il-makkinarju u l-prodotti relatati jkunu permessi fis-suq. Jenħtieġ li l-makkinarju u l-prodotti relatati jkunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza meta jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Meta tali makkinarju u l-prodotti relatati sussegwentement jiġu mmodifikati, b'mezzi fiżiċi jew diġitali, b'mod li ma jkunx previst mill-manifattur u li jista' jimplika li ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza, jenħtieġ li l-modifika titqies bħala sostanzjali. Pereżempju, l-utenti jistgħu japplowdjaw software f'makkinarju u l-prodotti relatati li ma jkunx previst mill-manifattur u li jista' jiġġenera riskji ġodda. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' tali makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza, jenħtieġ li l-persuna li twettaq il-modifika sostanzjali tintalab twettaq valutazzjoni tal-konformità ġdida qabel ma tqiegħed il-makkinarju u l-prodotti relatati mmodifikati fis-suq jew fis-servizz. Jenħtieġ li dak ir-rekwiżit japplika biss fir-rigward tal-parti mmodifikata tal-makkinarju u l-prodotti relatati, diment li l-modifika ma taffettwax il-makkinarju u l-prodotti relatati fl-assjem tagħhom. Sabiex jiġi evitat piż bla bżonn u sproporzjonat, il-persuna li twettaq il-modifika sostanzjali ma jenħtieġx li tintalab tirrepeti t-testijiet u tipproduċi dokumentazzjoni ġdida b'rabta ma' aspetti tal-makkinarju u l-prodotti relatati li ma jiġux affettwati mill-modifika. Jenħtieġ li jkun f'idejn il-persuna li twettaq il-modifika sostanzjali li turi li l-modifika ma għandhiex impatt fuq il-makkinarju u l-prodotti relatati fl-assjem tagħhom. |
(23) Sabiex jiġi żgurat li l-makkinarju u l-prodotti relatati, meta jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz, ma jinvolvux riskji għas-saħħa u s-sikurezza għall-persuni jew għall-annimali domestiċi u ma jikkawżawx ħsara lill-proprjetà u, fejn applikabbli, lill-ambjent, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza li għandhom jiġu ssodisfati sabiex il-makkinarju u l-prodotti relatati jkunu permessi fis-suq. Jenħtieġ li l-makkinarju u l-prodotti relatati jkunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza meta jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz. Meta tali makkinarju u l-prodotti relatati sussegwentement jiġu mmodifikati, b'mezzi fiżiċi jew diġitali, b'mod li ma jkunx previst mill-manifattur u li jista' jimplika li ma għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza, jenħtieġ li l-modifika titqies bħala sostanzjali. Madankollu, jenħtieġ li l-operazzjonijiet ta' tiswija u manutenzjoni li ma jaffettwawx il-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza ma jitqisux modifiki sostanzjali. Pereżempju, l-utenti jistgħu jtellgħu software f'makkinarju u l-prodotti relatati li ma jkunx previst mill-manifattur u li jista' jiġġenera riskji ġodda. Bidla fil-hardware jew fis-software f'makkinarju u l-prodotti relatati tista' tbiddel il-funzjonijiet, it-tip jew il-prestazzjoni maħsuba tagħhom, li jistgħu jbiddlu n-natura tal-periklu jew iżidu l-livell ta' riskju. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ta' tali makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza, jenħtieġ li l-persuna li twettaq il-modifika sostanzjali tintalab twettaq valutazzjoni tal-konformità ġdida qabel ma jiġu introdotti fis-suq u jitqiegħdu fis-servizz il-makkinarju u l-prodotti relatati mmodifikati. Jenħtieġ li dak ir-rekwiżit japplika biss fir-rigward tal-parti mmodifikata tal-makkinarju u l-prodotti relatati, dment li l-modifika ma taffettwax il-makkinarju u l-prodotti relatati fl-assjem tagħhom. Sabiex jiġi evitat piż bla bżonn u sproporzjonat, il-persuna li twettaq il-modifika sostanzjali ma jenħtieġx li tintalab tirrepeti t-testijiet u tipproduċi dokumentazzjoni ġdida b'rabta ma' aspetti tal-makkinarju u l-prodotti relatati li ma jiġux affettwati mill-modifika. Jenħtieġ li jkun f'idejn il-persuna li twettaq il-modifika sostanzjali li turi li l-modifika ma għandhiex impatt fuq il-makkinarju u l-prodotti relatati fl-assjem tagħhom. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 24
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Fis-settur tal-makkinarju, madwar 98 % tal-kumpaniji huma intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju (SMEs). Sabiex jitnaqqas il-piż regolatorju fuq l-SMEs, jenħtieġ li l-korpi notifikati jadattaw it-tariffi għall-valutazzjonijiet tal-konformità u jnaqqsuhom b'mod proporzjonali għall-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs. |
(24) Fis-settur tal-makkinarju, madwar 98 % tal-kumpaniji huma intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju (SMEs). Bil-għan li jiġu evitati piżijiet bla bżonn fuq l-SMEs, jenħtieġ li l-korpi notifikati jissemplifikaw u jiffaċilitaw il-proċeduri. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 25
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu responsabbli għall-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, b'rabta mar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, fejn xieraq, tal-annimali domestiċi u tal-proprjetà u, fejn applikabbli, tal-ambjent, kif ukoll kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni. |
(25) Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu responsabbli għall-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, b'rabta mar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, b'mod partikolari tal-konsumaturi u tal-operaturi professjonisti, fejn xieraq, tal-annimali domestiċi u tal-proprjetà u, fejn applikabbli, tal-ambjent, kif ukoll kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 29
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(29) Jenħtieġ li l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur jiżgura wkoll li titwettaq valutazzjoni tar-riskji għall-makkinarju u l-prodotti relatati li l-manifattur ikun jixtieq iqiegħed fis-suq. Għal dan l-iskop, jenħtieġ li l-manifattur jiddetermina liema mir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza huma applikabbli għall-makkinarju u l-prodotti relatati u li fir-rigward tagħhom iridu jittieħdu miżuri biex jiġu indirizzati r-riskji li jista' jippreżenta l-makkinarju u l-prodotti relatati. Meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jintegraw sistema ta' intelliġenza artifiċjali, ir-riskji identifikati matul il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jinkludu dawk ir-riskji li jistgħu jidhru matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-makkinarju u l-prodotti relatati minħabba evoluzzjoni intenzjonata tal-imġiba tagħhom biex joperaw b'livelli differenti ta' awtonomija. F'dan ir-rigward, meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jintegraw sistema ta' intelliġenza artifiċjali, jenħtieġ li l-valutazzjoni tar-riskju għall-makkinarju u l-prodotti relatati tikkunsidra l-valutazzjoni tar-riskji għal dik is-sistema ta' intelliġenza artifiċjali li tkun twettqet skont ir-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23. |
(29) Jenħtieġ li l-manifattur jiżgura wkoll li titwettaq valutazzjoni tar-riskji għall-makkinarju u l-prodotti relatati li l-manifattur ikun jixtieq jintroduċi fis-suq. Għal dan l-iskop, jenħtieġ li l-manifattur jiddetermina liema mir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza huma applikabbli għall-makkinarju u l-prodotti relatati u li fir-rigward tagħhom iridu jittieħdu miżuri biex jiġu indirizzati r-riskji li jista' jippreżenta l-makkinarju u l-prodotti relatati. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tar-riskji tindirizza wkoll l-aġġornamenti jew l-iżviluppi futuri tas-software installat fil-makkinarju u l-prodotti relatati, li kienu previsti meta l-makkinarju u l-prodotti relatati ġew introdotti fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz. Ir-riskji identifikati matul il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li jinkludu dawk ir-riskji li jistgħu jidhru matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-makkinarju u l-prodotti relatati minħabba evoluzzjoni intenzjonata tal-imġiba tagħhom biex joperaw b'livelli differenti ta' awtonomija. |
__________________ |
|
23 + ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument ... |
|
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 31
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(31) Huwa essenzjali li, qabel ma jfassal id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur stabbilit fl-Unjoni jħejji fajl tekniku tal-kostruzzjoni, li jenħtieġ li jintalab jagħmel disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali jew għall-korpi notifikati, fuq talba. Il-pjanijiet dettaljati tas-subassemblaġġi użati għall-manifattura tal-makkinarju u l-prodotti relatati jenħtieġ li jkunu meħtieġa biss bħala parti mill-fajl tekniku tal-kostruzzjoni fejn l-għarfien ta' tali pjanijiet ikun essenzjali għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(31) Huwa essenzjali li, qabel ma jfassal id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE, il-manifattur iħejji fajl tekniku tad-dokumentazzjoni, li jenħtieġ li jintalab jagħmel disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali jew għall-korpi notifikati, fuq talba. Il-pjanijiet dettaljati tas-subassemblaġġi użati għall-manifattura tal-makkinarju u l-prodotti relatati jenħtieġ li jkunu meħtieġa biss bħala parti mill-fajl tekniku tad-dokumentazzjoni li fih l-għarfien ta' tali pjanijiet ikun essenzjali għall-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 32
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(32) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-makkinarju u l-prodotti relatati minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u ma jippreżentawx riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, fejn xieraq, għall-annimali domestiċi u għall-proprjetà u, fejn applikabbli, għall-ambjent, u b'mod partikolari, li jkunu twettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa mill-manifatturi fir-rigward ta' tali makkinarju u l-prodotti relatati. Għalhekk, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiżguraw li l-makkinarju u l-prodotti relatati li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u ma jippreżentawx riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, fejn xieraq, għall-annimali domestiċi u għall-proprjetà u, fejn applikabbli, għall-ambjent. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni wkoll għall-importaturi biex jiżguraw li jkunu twettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u li l-markatura CE u d-dokumentazzjoni teknika mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għal spezzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
(32) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-makkinarju u l-prodotti relatati minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u ma jippreżentawx riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, b'mod partikolari tal-konsumaturi u tal-operaturi professjonisti, fejn xieraq, għall-annimali domestiċi u għall-proprjetà u, fejn applikabbli, għall-ambjent, u b'mod partikolari, li jkunu twettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa mill-manifatturi fir-rigward ta' tali makkinarju u l-prodotti relatati. Għalhekk, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiżguraw li l-makkinarju u l-prodotti relatati li jintroduċu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u ma jippreżentawx riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, fejn xieraq, għall-annimali domestiċi u għall-proprjetà u, fejn applikabbli, għall-ambjent. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni wkoll għall-importaturi biex jiżguraw li jkunu twettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u li l-markatura CE u d-dokumentazzjoni teknika mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għal spezzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 34
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(34) Meta l-importatur iqiegħed makkinarju u l-prodotti relatati fis-suq, jenħtieġ li fuq il-makkinarju u l-prodotti relatati jindika ismu, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tiegħu u l-indirizz postali fejn jista' jiġi kkuntattjat. Jenħtieġ li jiġu previsti eċċezzjonijiet f'każijiet fejn id-daqs jew in-natura tal-makkinarju u l-prodotti relatati ma jippermettux li dan isir. Dawn jinkludu każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex ipoġġi l-isem u l-indirizz tiegħu fuq il-makkinarju u l-prodotti relatati. |
(34) Meta l-importatur jintroduċi makkinarju u l-prodotti relatati fis-suq, jenħtieġ li fuq il-makkinarju u l-prodotti relatati jindika ismu, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tiegħu, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz postali fejn jista' jiġi kkuntattjat. Jenħtieġ li jiġu previsti eċċezzjonijiet f'każijiet li fihom id-daqs jew in-natura tal-makkinarju u l-prodotti relatati ma jippermettux li dan isir. Dawn jinkludu każijiet fejn l-importatur ikollu jiftaħ l-imballaġġ biex ipoġġi l-isem u l-indirizz tiegħu fuq il-makkinarju u l-prodotti relatati. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 35
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(35) Bil-ħsieb li jiġu żgurati s-saħħa u s-sikurezza tal-utenti tal-makkinarju u l-prodotti relatati, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jiżguraw li d-dokumentazzjoni rilevanti kollha, bħall-istruzzjonijiet tal-utent, filwaqt li jkun fiha informazzjoni preċiża u li tinftiehem, tkun tinftiehem faċilment, tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u l-bidliet fl-imġiba tal-utent finali, kif ukoll tkun kemm jista' jkun aġġornata. Meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jitqiegħdu fis-suq f'pakketti li jkun fihom unitajiet multipli, jenħtieġ li l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni jakkumpanjaw l-iżgħar unità disponibbli kummerċjalment. |
(35) Bil-ħsieb li jiġu żgurati s-saħħa u s-sikurezza tal-utenti tal-makkinarju u l-prodotti relatati, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jiżguraw li d-dokumentazzjoni rilevanti kollha, bħall-istruzzjonijiet tal-utent, filwaqt li jkun fiha informazzjoni preċiża u li tinftiehem, tkun tinftiehem faċilment u disponibbli b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-utenti finali, kif iddeterminat mill-Istati Membri kkonċernati, tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u l-bidliet fl-imġiba tal-utent finali, kif ukoll tkun kemm jista' jkun aġġornata. Meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jitqiegħdu fis-suq f'pakketti li jkun fihom unitajiet multipli, jenħtieġ li l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni jakkumpanjaw l-iżgħar unità disponibbli kummerċjalment. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 40
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(40) Fin-nuqqas ta' standards armonizzati rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza. Ir-rikors għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jenħtieġ li jintuża bħala soluzzjoni ta' riżerva biex jiġi ffaċilitat l-obbligu tal-manifattur li jikkonforma mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, pereżempju, meta l-proċess ta' standardizzazzjoni jiġi mblukkat minħabba nuqqas ta' kunsens bejn il-partijiet ikkonċernati jew ikun hemm dewmien bla bżonn fl-istabbiliment ta' standard armonizzat. Tali dewmien jista' pereżempju jseħħ meta ma tintlaħaqx il-kwalità meħtieġa. |
(40) Fin-nuqqas ta' standards armonizzati rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista', fuq bażi eċċezzjonali, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza dment li hi u tagħmel dan, tirrispetta debitament ir-rwol u l-funzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni. Ir-rikors għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jenħtieġ li jintuża bħala soluzzjoni ta' riżerva biex jiġi ffaċilitat l-obbligu tal-manifattur li jikkonforma mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, pereżempju, meta l-proċess ta' standardizzazzjoni jiġi mblukkat minħabba nuqqas ta' kunsens bejn il-partijiet ikkonċernati jew ikun hemm dewmien bla bżonn fl-istabbiliment ta' standard armonizzat. Tali dewmien jista' pereżempju jseħħ meta ma tintlaħaqx il-kwalità meħtieġa. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 45
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(45) Il-lista ta' makkinarju b'riskju kbir fl-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE sa issa hija bbażata fuq ir-riskju li jirriżulta mill-użu maħsub jew minn kwalunkwe użu ħażin li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli ta' dak il-makkinarju. Madankollu, is-settur tal-makkinarju jinkludi modi ġodda ta' tfassil u kostruzzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati li jistgħu jimplikaw riskji kbar, irrispettivament minn tali użu maħsub jew kwalunkwe użu ħażin li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli. Pereżempju, software li jiżgura funzjonijiet ta' sikurezza ta' makkinarju bbażat fuq l-intelliġenza artifiċjali, kemm jekk ikun inkorporat fil-makkinarju u l-prodotti relatati kif ukoll jekk le, jenħtieġ li jiġi kklassifikat bħala makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir minħabba l-karatteristiċi tal-intelliġenza artifiċjali bħad-dipendenza fuq id-data, l-opaċità, l-awtonomija u l-konnettività, li jistgħu jżidu ħafna l-probabbiltà u s-severità tal-ħsara u jaffettwaw b'mod serju s-sikurezza tal-makkinarju u l-prodotti relatati. Barra minn hekk, is-suq għal software li jiżgura funzjonijiet ta' sikurezza ta' makkinarju u l-prodotti relatati bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali sa issa huwa żgħir ħafna, li jirriżulta f'nuqqas ta' esperjenza u data. Għalhekk, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-konformità tas-software li jiżgura funzjonijiet ta' sikurezza bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali titwettaq minn parti terza. |
(45) Il-lista ta' makkinarju fl-Anness IV tad-Direttiva 2006/42/KE sa issa hija bbażata fuq ir-riskju li jirriżulta mill-użu maħsub jew minn kwalunkwe użu ħażin li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli ta' dak il-makkinarju. Madankollu, is-settur tal-makkinarju jinkludi modi ġodda ta' ddisinjar u kostruzzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati li jistgħu jimplikaw riskji kbar, irrispettivament minn tali użu maħsub jew kwalunkwe użu ħażin li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli. Pereżempju, software li jiżgura funzjonijiet ta' sikurezza ta' makkinarju bbażat fuq l-intelliġenza artifiċjali, kemm jekk ikun inkorporat fil-makkinarju u l-prodotti relatati kif ukoll jekk le, jenħtieġ li jiġi kklassifikat bħala makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju potenzjalment kbir minħabba l-karatteristiċi tal-intelliġenza artifiċjali bħad-dipendenza mid-data, l-opaċità, l-awtonomija u l-konnettività, li jistgħu jżidu ħafna l-probabbiltà u l-gravità tal-ħsara u jaffettwaw b'mod serju s-sikurezza tal-makkinarju u l-prodotti relatati. Għalhekk, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-konformità tas-software li jiżgura funzjonijiet ta' sikurezza bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali titwettaq minn parti terza. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 45a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(45a) Madankollu, id-dispożizzjonijiet relatati mal-valutazzjoni tal-konformità tas-software li jiżgura funzjonijiet ta' sikurezza li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw biss għas-sistemi tal-IA bi mġiba li tevolvi u awtodeterminanti matul it-tħaddim normali li huma żviluppati permezz ta' kwalunkwe teknika u approċċ ta' apprendiment awtomatiku. Għall-kuntrarju, dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li ma japplikawx għal software konvenzjonali li ma jkunx kapaċi jitgħallem jew jevolvi, u pprogrammat biss biex jeżegwixxi ċerti funzjonijiet awtomatizzati tal-makkinarju u l-prodotti relatati. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 46a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(46a) L-istandards armonizzati rilevanti għal dan ir-Regolament jenħtieġ li jqisu r-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2019/882 (l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà.1a |
|
__________________ |
|
1a ĠU L 23, 27.1.2010, p. 35. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 50
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(50) Jenħtieġ li l-manifatturi jkunu responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati tagħhom ma' dan ir-Regolament. Madankollu, għal ċerti tipi ta' makkinarju u l-prodotti relatati li għandhom fattur ta' riskju ogħla, jenħtieġ li tkun meħtieġa proċedura ta' ċertifikazzjoni aktar stretta li tkun tirrikjedi l-parteċipazzjoni ta' korp notifikat. |
(50) Jenħtieġ li l-manifatturi jkunu responsabbli li jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tal-konformità fir-rigward tal-makkinarju u l-prodotti relatati tagħhom f'konformità ma' dan ir-Regolament. Madankollu, għal ċerti tipi ta' makkinarju u l-prodotti relatati li għandhom fattur ta' riskju ogħla, tista' tkun applikata proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità aktar stretta li tkun tirrikjedi l-parteċipazzjoni ta' korp notifikat. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 60
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(60) Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-makkinarju u l-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk, meta jiġu installati u użati kif suppost għall-għan maħsub tagħhom, jew taħt kundizzjonijiet tal-użu li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli, ma jipperikolawx is-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni u, fejn xieraq, l-annimali domestiċi u l-proprjetà u, fejn applikabbli, l-ambjent. Jenħtieġ li l-makkinarju u l-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament jitqiesu bħala mhux konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament biss taħt kundizzjonijiet tal-użu li jistgħu jirriżultaw minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli. |
(60) Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-makkinarju u l-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu introdotti fis-suq biss jekk, meta jiġu installati u użati kif suppost għall-għan maħsub tagħhom, jew f'kundizzjonijiet tal-użu li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli, ma jipperikolawx is-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, b'mod partikolari tal-konsumaturi u tal-operaturi professjonisti, u, fejn xieraq, l-annimali domestiċi u l-proprjetà u, fejn applikabbli, l-ambjent. Jenħtieġ li l-makkinarju u l-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament jitqiesu bħala mhux konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament biss f'kundizzjonijiet tal-użu li jistgħu jirriżultaw minn imġiba umana leġittima u faċilment prevedibbli. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 65
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(65) Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u tal-għarfien jew l-evidenza xjentifika ġdida, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir u tal-lista indikattiva ta' komponenti tas-sikurezza. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(65) Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u tal-għarfien jew tal-evidenza xjentifika l-ġdida, u jiġi żgurat livell suffiċjenti ta' disponibbiltà tad-data, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati fl-Anness I u tal-lista indikattiva ta' komponenti tas-sikurezza fl-Anness II, u biex jiġu ssupplimentati l-obbligi tal-Istati Membri biex jikkomunikaw l-informazzjoni dwar il-kategoriji tal-makkinarju u l-prodotti relatati suġġetti għal proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità. Meta makkinarju ġdid jew prodott ġdid relatat jiddaħħal fil-lista tal-Anness I, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-operaturi ekonomiċi jingħataw biżżejjed żmien biex ikunu konformi mal-obbligi tagħhom fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż ma' esperti u partijiet ikkonċernati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 66
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(66) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni li permezz tagħhom tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza, titlob lill-Istat Membru tan-notifika jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa fir-rigward ta' korp notifikat li ma jissodisfax ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu u tistabbilixxi jekk miżura nazzjonali fir-rigward ta' makkinarju konformi li Stat Membru jsib li jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni hijiex ġustifikata. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. |
(66) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni li permezz tagħhom tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, titlob lill-Istat Membru tan-notifika jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa fir-rigward ta' korp notifikat li ma jissodisfax ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu u tistabbilixxi jekk miżura nazzjonali fir-rigward ta' makkinarju konformi li Stat Membru jsib li jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, b'mod partikolari tal-konsumaturi u tal-operaturi professjonisti, hijiex ġustifikata. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26. |
__________________ |
__________________ |
26 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). |
26 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-kostruzzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati biex jippermettu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta' makkinarju u l-prodotti relatati, u jistabbilixxi regoli dwar il-moviment liberu ta' makkinarju u l-prodotti relatati fl-Unjoni. |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-kostruzzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati biex jippermettu l-introduzzjoni fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta' makkinarju u l-prodotti relatati, u jistabbilixxi regoli dwar il-moviment liberu ta' makkinarju u l-prodotti relatati fl-Unjoni u jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi u għall-operaturi professjonisti tal-Unjoni. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) vetturi li għandhom bħala l-uniku objettiv tagħhom it-trasport ta' oġġetti jew ta' persuni bit-triq, bl-ajru, fuq l-ilma jew bil-ferrovija, ħlief għal makkinarju mmuntat fuq dawk il-vetturi; |
(e) vetturi li għandhom bħala l-uniku objettiv tagħhom it-trasport ta' oġġetti, persuni jew annimali bl-ajru, fuq l-ilma jew bil-ferrovija, ħlief għal makkinarju mmuntat fuq dawk il-vetturi; |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, kif ukoll sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, partijiet u tagħmir iddisinjati u mibnija għal tali vetturi, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2018/858, ħlief għal makkinarju mmuntat fuq dawk il-vetturi; |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli, kif ukoll sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, partijiet u tagħmir iddisinjati u mibnija għal tali vetturi, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 168/2013; |
(f) vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli, kif ukoll sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, partijiet u tagħmir iddisinjati u mibnija għal tali vetturi, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 168/2013, ħlief għal makkinarju mmuntat fuq dawk il-vetturi; |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, kif ukoll sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, partijiet u tagħmir iddisinjati u mibnija għal tali vetturi, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 167/2013; |
(g) tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, kif ukoll sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, partijiet u tagħmir iddisinjati u mibnija għal tali tratturi, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 167/2013, ħlief għall-makkinarju mmuntat fuqhom; |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ga) vetturi bil-mutur maħsuba esklużivament għall-kompetizzjoni; |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) assemblaġġi ta' makkinarju msemmija fil-punti (a), (b), (c) jew makkinarju parzjalment komplut imsemmi fil-punt (7) li, għall-ksib tal-istess għan, huma ppożizzjonati u kkontrollati b'mod jiffunzjonaw bħala unità integrali; |
(d) assemblaġġi ta' makkinarju msemmija fil-punti (a), (b), (c) jew makkinarju parzjalment komplut imsemmi fil-punt (10) li, għall-ksib tal-istess għan, huma ppożizzjonati u kkontrollati b'mod li jiffunzjonaw bħala unità integrali; |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) assemblaġġ kif imsemmi fil-punti (a), (b), (c), (d) u (e), li jkun nieqes biss mill-applowd ta' software maħsub għall-applikazzjoni speċifika tiegħu. |
(f) assemblaġġ kif imsemmi fil-punti (a), (b), (c), (d) u (e), li jkun nieqes biss mit-tlugħ ta' software maħsub għall-applikazzjoni speċifika prevista mill-manifattur. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) "makkinarju u l-prodotti relatati" tfisser "makkinarju", "tagħmir interkambjabbli", "komponent tas-sikurezza", "aċċessorju għall-irfigħ", "ktajjen", "ħbula", "bragi", "ċinturini", "apparat tat-trażmissjoni mekkanika li jista' jitneħħa" u "makkinarju parzjalment komplut"; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) "tagħmir interkambjabbli" tfisser apparat li, wara t-tqegħid fis-servizz ta' makkinarju u l-prodotti relatati, jiġi assemblat ma' dak il-makkinarju u l-prodotti relatati mill-operatur innifsu sabiex ibiddel il-funzjoni tiegħu jew tiġi attribwita funzjoni ġdida lilu, sa fejn dak it-tagħmir ma jkunx għodda; |
(2) "tagħmir interkambjabbli" tfisser apparat li, wara t-tqegħid fis-servizz ta' makkinarju, jiġi assemblat ma' dak il-makkinarju mill-operatur innifsu sabiex ibiddel il-funzjoni tiegħu jew tiġi attribwita funzjoni ġdida lilu, sa fejn dak it-tagħmir ma jkunx għodda; |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) "komponent tas-sikurezza" tfisser komponent fiżiku jew diġitali, inkluż software, ta' makkinarju li jservi biex jissodisfa funzjoni ta' sikurezza u li jitqiegħed fis-suq b'mod indipendenti, li n-nuqqas ta' funzjonament jew il-ħsara tiegħu jipperikolaw is-sikurezza tal-persuni, iżda li ma huwiex meħtieġ sabiex il-makkinarju jiffunzjona jew li jista' jiġi sostitwit minn komponenti normali sabiex il-makkinarju jiffunzjona; |
(3) "komponent tas-sikurezza" tfisser komponent fiżiku jew diġitali, inkluż software, ta' makkinarju u l-prodotti relatati, bl-eċċezzjoni ta' makkinarju parzjalment komplut li huwa ddisinjat jew maħsub biex jissodisfa funzjoni ta' sikurezza u li jiġi introdott fis-suq b'mod indipendenti, li n-nuqqas ta' funzjonament jew il-ħsara tiegħu jipperikolaw is-sikurezza tal-persuni, iżda li ma huwiex meħtieġ sabiex il-makkinarju jiffunzjona jew li jista' jiġi sostitwit minn komponenti normali sabiex il-makkinarju jiffunzjona; |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) "funzjoni ta' sikurezza" tfisser miżura protettiva, iddisinjata biex telimina, jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex tnaqqas, riskju; |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) "makkinarju parzjalment komplut" tfisser assemblaġġ li huwa makkinarju, iżda għall-fatt li minnu nnifsu ma jistax jiffunzjona b'tali mod li jwettaq applikazzjoni speċifika u li huwa maħsub biss biex ikun inkorporat fi jew immuntat ma' makkinarju jew makkinarju parzjalment komplut jew tagħmir ieħor, biex b'hekk jifforma makkinarju u l-prodotti relatati; |
(10) "makkinarju parzjalment komplut" tfisser assemblaġġ li huwa makkinarju, iżda li minnu nnifsu ma jistax jiffunzjona b'tali mod li jwettaq applikazzjoni speċifika u li huwa maħsub biss biex ikun inkorporat fi jew immuntat ma' makkinarju jew makkinarju parzjalment komplut jew tagħmir ieħor, biex b'hekk jifforma makkinarju u l-prodotti relatati; |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) "tqegħid fis-servizz" tfisser l-ewwel użu, għall-għan maħsub tiegħu, fl-Unjoni, ta' makkinarju u l-prodotti relatati; |
(13) "tqegħid fis-servizz" tfisser l-ewwel użu, għall-għan maħsub tiegħu, fl-Unjoni, ta' makkinarju u l-prodotti relatati, bl-eċċezzjoni ta' makkinarju parzjalment komplut; |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) "sistema ta' intelliġenza artifiċjali" tfisser sistema ta' intelliġenza artifiċjali kif definita fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28 |
imħassar |
__________________ |
|
28 + ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument … u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna." |
|
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) "modifika sostanzjali" tfisser modifika ta' makkinarju u l-prodotti relatati, b'mezzi fiżiċi jew diġitali wara li dak il-makkinarju u l-prodotti relatati jkunu ġew introdotti fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz, li ma hijiex prevista mill-manifattur u li bħala riżultat tagħha tista' tiġi affettwata l-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza; |
(16) "modifika sostanzjali" tfisser modifika ta' makkinarju u l-prodotti relatati, bl-eċċezzjoni ta' makkinarju parzjalment komplut, b'mezzi fiżiċi jew diġitali wara li dak il-makkinarju u l-prodotti relatati jkunu ġew introdotti fis-suq jew tqiegħdu fis-servizz, li ma hijiex prevista jew ippjanata mill-manifattur u ma hijiex indirizzata fil-valutazzjoni tar-riskju inizjali, li bħala riżultat tagħha hija affettwata l-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza; |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 17
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) "manifattur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura makkinarju u l-prodotti relatati jew li tordna d-disinjar jew il-manifattura ta' makkinarju u l-prodotti relatati, u li tikkummerċjalizza dak il-makkinarju u l-prodotti relatati taħt isimha jew trademark tagħha jew li tiddisinja u tibni makkinarju u l-prodotti relatati għall-użu tagħha stess; |
(17) "manifattur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura makkinarju u l-prodotti relatati jew li tordna d-disinjar jew il-manifattura ta' makkinarju u l-prodotti relatati, u li (i) tikkummerċjalizza dak il-makkinarju u l-prodotti relatati taħt isimha jew it-trademark tagħha jew (ii) tuża makkinarju u l-prodotti relatati għall-finijiet tagħha stess fl-iżvolġiment tan-negozju tagħha; |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) "struzzjonijiet għall-użu" tfisser l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz biex jinforma lill-utent tal-makkinarju u l-prodotti relatati dwar l-għan maħsub u l-użu xieraq ta' dak il-makkinarju u l-prodotti relatati, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe prekawzjoni li għandha tittieħed meta jintuża jew jiġi installat il-makkinarju u l-prodotti relatati, inkluża informazzjoni dwar l-aspetti tas-sikurezza; |
(18) "struzzjonijiet għall-użu" tfisser l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur meta l-makkinarju u l-prodotti relatati, bl-eċċezzjoni ta' makkinarju parzjalment komplut, jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz biex l-utent tal-makkinarju u l-prodotti relatati jiġi infurmat dwar l-użu maħsub u korrett ta' dak il-makkinarju u l-prodotti relatati, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe prekawzjoni li għandha tittieħed meta jintuża jew jiġi installat il-makkinarju u l-prodotti relatati, inkluża informazzjoni dwar l-aspetti tas-sikurezza, u dwar il-mod kif dak il-makkinarju u l-prodotti relatati jinżammu sikuri u jiġi żgurat li jibqgħu "adatti għall-iskop" tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom; |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 25
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) "markatura CE" tfisser markatura li permezz tagħha l-manifattur jindika li makkinarju u l-prodotti relatati huma konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tipprevedi t-twaħħil tagħha; |
(25) "markatura CE" tfisser markatura li permezz tagħha l-manifattur jindika li makkinarju u l-prodotti relatati, bl-eċċezzjoni ta' makkinarju parzjalment komplut, ikunu konformi mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni li tipprevedi t-twaħħil tagħha; |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 28
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(28) "valutazzjoni tal-konformità" tfisser il-proċess li juri jekk ikunux ġew issodisfati r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza ta' dan ir-Regolament relatati mal-makkinarju u l-prodotti relatati; |
(28) "valutazzjoni tal-konformità" tfisser il-proċess li juri jekk ikunux ġew issodisfati r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza ta' dan ir-Regolament relatati mal-makkinarju u l-prodotti relatati, bl-eċċezzjoni ta' makkinarju parzjalment komplut; |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 30
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(30) "korp notifikat" tfisser korp ta' valutazzjoni tal-konformità notifikat f'konformità mal-Artikolu 26 ta' dan ir-Regolament; |
(30) "korp notifikat" tfisser korp ta' valutazzjoni tal-konformità notifikat f'konformità mal-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament; |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 33a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(33a) "tul ta' ħajja" tfisser il-perjodu mill-mument meta makkinarju u l-prodotti relatati jiġu introdotti fis-suq jew jidħlu fis-servizz sal-mument meta jintremew, inkluż iż-żmien effettiv li fih il-makkinarju u l-prodotti relatati huma kapaċi li jintużaw u l-fażijiet tat-trasport, tal-assemblaġġ, taż-żarmar, tal-waqfien tat-tħaddim. tal-iskrappjar jew modifiki fiżiċi jew diġital oħra previsti mill-manifattur; |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 33b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(33b) "operatur professjonist" tfisser persuna fiżika li tuża jew tħaddem makkinarju u l-prodotti relatati fl-iżvolġiment tal-attività professjonali jew tax-xogħol tagħha. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir |
Kategoriji ta' makkinarju u l-prodotti relatati soġġetti għal proċedura speċifika ta' valutazzjoni tal-konformità |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir elenkati fl-Anness I għandhom ikunu soġġetti għal proċedura speċifika ta' valutazzjoni tal-konformità, kif imsemmi fl-Artikolu 21(2). |
1. Il-makkinarju u l-prodotti relatati li jidħlu fil-kategoriji elenkati fl-Anness I għandhom ikunu soġġetti għall-proċedura speċifika ta' valutazzjoni tal-konformità, imsemmija fl-Artikolu 21(2) u (2a). |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 45 biex temenda l-Anness I fid-dawl tal-progress tekniku u l-għarfien jew evidenza xjentifika ġdida billi tinkludi fil-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir makkinarju u l-prodotti relatati ġodda jew tirtira makkinarju u l-prodotti relatati eżistenti minn dik il-lista, skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4. |
2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 45 biex temenda l-Anness I, wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, u fid-dawl tal-progress tekniku u l-għarfien jew evidenza xjentifika ġdida billi ddaħħal fil-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati fl-Anness I makkinarju ġdid jew prodotti relatati ġodda jew tirtira makkinarju u l-prodotti relatati eżistenti minn dik il-lista, skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir fl-Anness I jekk huma jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li jitqiesu d-disinn u l-għan maħsub tagħhom. Makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġu rtirati mil-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir fl-Anness I jekk ma jibqgħux jippreżentaw tali riskju. Ir-riskju ppreżentat minn makkinarju u l-prodotti relatati partikolari għandu jiġi stabbilit abbażi tal-kombinament tal-probabbiltà ta' okkorrenza ta' ħsara u s-severità ta' dik il-ħsara. |
3. Makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiddaħħlu fil-lista ta' kategoriji ta' makkinarju u l-prodotti relatati fl-Anness I jekk jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li jitqiesu d-disinn, l-għan maħsub u kwalunkwe użu prevedibbli tagħhom. Makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġu rtirati mil-lista ta' kategoriji ta' makkinarju u l-prodotti relatati fl-Anness I jekk ma jibqgħux jippreżentaw tali riskju. Ir-riskju ppreżentat minn makkinarju u l-prodotti relatati partikolari għandu jiġi stabbilit abbażi tal-kombinament tal-probabbiltà ta' okkorrenza ta' ħsara u l-gravità ta' dik il-ħsara. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bir-reqqa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 abbażi tal-informazzjoni disponibbli. B'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri meta ssir disponibbli għalihom b'konnessjoni mas-sorveljanza tas-suq jew bħala riżultat tat-tħassib imsemmi fil-ħames paragrafu: |
4. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bir-reqqa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3 abbażi tal-informazzjoni disponibbli. B'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri b'konnessjoni mas-sorveljanza tas-suq jew bħala riżultat tat-tħassib imsemmi fil-ħames paragrafu: |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) statistika dwar l-aċċidenti kkawżati mill-makkinarju u l-prodotti relatati għall-erba' snin preċedenti bbażata fuq, b'mod partikolari, informazzjoni miksuba mis-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS), il-klawżoli ta' salvagwardja, is-Sistema ta' Twissija Rapida (RAPEX) u r-rapportar tal-Grupp ta' Kooperazzjoni Amministrattiva dwar il-Makkinarju. |
(d) statistika dwar l-aċċidenti kkawżati mill-makkinarju u l-prodotti relatati għall-erba' snin preċedenti bbażata fuq, b'mod partikolari, informazzjoni miksuba mis-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS), il-klawżoli ta' salvagwardja, is-Sistema ta' Twissija Rapida (RAPEX), id-Database Ewropea dwar il-Korrimenti (EU-IDB) u r-rapportar tal-Grupp ta' Kooperazzjoni Amministrattiva dwar il-Makkinarju. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sa ... [id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 52], u kull tliet snin wara, l-Istati Membri għandhom ifornu l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità tal-Artikolu 45 biex tissupplimenta l-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu billi tispeċifika l-obbligi tal-Istati Membri li jikkomunikaw l-informazzjoni permezz tal-ħolqien ta' metodoloġija komuni dwar il-valutazzjoni, l-analiżi u l-istatistika msemmija fil-punti (a) sa (d) bil-għan li tiżgura livell suffiċjenti ta' disponibbiltà tad-data biex issir valutazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 4; |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4b. Il-makkinarju u l-prodotti relatati li għalihom jiġi stabbilit li jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem skont il-paragrafu 3 għandhom jiddaħħu fil-lista ta' kategoriji ta' makkinarju u prodotti relatati fl-Anness I, Parti A, jekk tiġi ssodisfata almenu waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: |
|
(a) ma jeżisti l-ebda standard armonizzat jew ma teżisti l-ebda speċfikazzjoni teknika li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza għall-kategorija tal-makkinarju u l-prodotti relatati inkwistjoni; |
|
(b) jeżistu riskji residwi minħabba nuqqasijiet tal-miżuri protettivi u l-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4 turi rikorrenza ta' aċċidenti jew ħsara serji jew fatali għas-saħħa fir-rigward ta' dawn ir-riskji residwi; |
|
(c) l-istatistika dwar l-aċċidenti msemmija fil-paragrafu 4 turi nuqqasijiet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti jew applikazzjoni mhux korretta rikorrenti tal-istandards armonizzati jew tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti; |
|
(d) il-grad ta' inċertezza tar-riskju potenzjali relatat ma' tipi ġodda ta' makkinarju jew teknoloġiji. |
|
Makkinarju u l-prodotti relatati li għalihom jiġi stabbilit li jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem skont il-paragrafu 3 u li ma jissodisfaw l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu għandhom jiddaħħlu fil-lista ta' kategoriji ta' makkinarju u l-prodotti relatati fl-Anness I, Parti B, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2015 dwar l-oġġezzjonijiet formali kontra standards armonizzati. |
|
Hija u tistabbilixxi jekk makkinarju u l-prodotti relatati jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha, fost affarijiet oħra, tqis l-informazzjoni kkomunikata lilha skont il-paragrafu 4. |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Makkinarju parzjalment komplut għandu jsir disponibbli fis-suq biss jekk jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali applikabbli tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness III u l-manifattur ikun iddikjara li dan hu l-każ fid-dikjarazzjoni ta' inkorporazzjoni. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 9 |
|
Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill+ |
imħassar |
Fejn il-makkinarju u l-prodotti relatati jkun fihom sistema ta' intelliġenza artifiċjali, li għaliha japplikaw ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza tar-Regolament (UE) …/…, dan ir-Regolament għandu, b'rabta ma' dik is-sistema ta' intelliġenza artifiċjali, japplika biss fir-rigward tal-integrazzjoni sikura tagħha fil-makkinarju ġenerali, sabiex ma tiġix kompromessa s-sikurezza tal-makkinarju u l-prodotti relatati fl-assjem tagħhom. |
|
__________________ |
|
29 + ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument … |
|
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Meta jqiegħdu makkinarju u l-prodotti relatati fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dan ikun ġie ddisinjat u mibni f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness III. |
1. Meta jiġu introdotti jew jitqiegħdu fis-servizz makkinarju u l-prodotti relatati fis-suq, il-manifatturi għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mibnija f'konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness III. |
Emenda 58
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Qabel ma jqiegħdu makkinarju u l-prodotti relatati fis-suq, il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness IV ("dokumentazzjoni teknika") u jwettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità rilevanti msemmija fl-Artikolu 21 jew fl-Artikolu 22 jew iqabbdu lil ħaddieħor biex iwettaqhom. |
2. Qabel ma jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz makkinarju u l-prodotti relatati fis-suq, il-manifatturi għandhom ifasslu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness IV ("dokumentazzjoni teknika") u jwettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità rilevanti msemmija fl-Artikolu 21 jew fl-Artikolu 22 jew iqabbdu lil ħaddieħor biex iwettaqhom. |
Emenda 59
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, fejn rilevanti, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq tal-makkinarju u l-prodotti relatati. Fejn rilevanti, il-kodiċi tas-sors jew il-loġika pprogrammata inklużi fid-dokumentazzjoni teknika għandhom ikunu disponibbli fuq talba motivata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, diment li jkunu neċessarji sabiex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness III. |
3. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika u d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE f'forma stampata jew elettronika, fejn rilevanti, għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal għaxar snin wara l-introduzzjoni fis-suq tal-makkinarju u l-prodotti relatati. Fejn rilevanti, il-kodiċi tas-sors jew il-loġika pprogrammata inklużi fid-dokumentazzjoni teknika għandhom ikunu disponibbli fuq talba motivata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, dment li jkunu neċessarji sabiex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness III. |
Emenda 60
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-makkinarju u l-prodotti relatati li jqiegħdu fis-suq ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew xi element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, fejn id-daqs jew in-natura tal-makkinarju u l-prodotti relatati ma jkunux jippermettu dan, li l-informazzjoni meħtieġa tiġi pprovduta fuq l-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja l-makkinarju u l-prodotti relatati. |
5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-makkinarju u l-prodotti relatati li jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-servizz ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew xi element ieħor biex ikunu jistgħu jiġu identifikati, jew, fejn id-daqs jew in-natura tal-makkinarju u l-prodotti relatati ma jkunux jippermettu dan, li l-informazzjoni meħtieġa tiġi pprovduta fuq l-imballaġġ jew f'dokument li jakkumpanja l-makkinarju u l-prodotti relatati. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, l-indirizz postali u l-indirizz elettroniku fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-makkinarju u l-prodotti relatati jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-makkinarju u l-prodotti relatati. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
6. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, l-indirizz postali u l-indirizz tas-sit web jew tal-posta elettronika fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-makkinarju u l-prodotti relatati jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-makkinarju u l-prodotti relatati. L-indirizz għandu jindika punt uniku fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
Emenda 62
Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li makkinarju u l-prodotti relatati, li jkunu qiegħdu fis-suq jew fis-servizz, ma humiex konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness III għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex iġibu dak il-makkinarju u l-prodotti relatati konformi, biex jirtirawhom mis-suq jew biex jordnaw is-sejħa lura tagħhom, kif xieraq. Barra minn hekk, fejn il-makkinarju u l-prodotti relatati jippreżenta riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu qiegħdu l-makkinarju u l-prodotti relatati fis-suq għal dak l-għan, billi jagħtu dettalji, b'mod partikolari, tan-nuqqas ta' konformità u ta' kwalunkwe miżura korrettiva meħuda. |
9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li makkinarju u l-prodotti relatati, li jkunu introduċew fis-suq jew qiegħdu fis-servizz, ma humiex konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness III għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex iġibu dak il-makkinarju u l-prodotti relatati konformi, biex jirtirawhom mis-suq jew biex jordnaw is-sejħa lura tagħhom, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jippreżentaw riskju, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri fejn huma jkunu introduċew fis-suq jew qiegħdu fis-servizz il-makkinarju u l-prodotti relatati għal dak l-għan, billi jagħtu dettalji, b'mod partikolari, tan-nuqqas ta' konformità u ta' kwalunkwe miżura korrettiva meħuda. |
Emenda 63
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) iżomm id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq tal-makkinarju u l-prodotti relatati; |
(a) iżomm f'format elettroniku d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal għaxar snin wara l-introduzzjoni fis-suq tal-makkinarju u l-prodotti relatati; |
Emenda 64
Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati; |
(b) wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdi lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati. Din tista' tkun f'forma stampata jew elettronika; |
Emenda 65
Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, l-indirizz postali u l-indirizz elettroniku fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-makkinarju u l-prodotti relatati jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-makkinarju u l-prodotti relatati. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
3. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, l-indirizz postali u l-indirizz tas-sit web jew tal-posta elettronika fejn jistgħu jiġu kkuntattjati fuq il-makkinarju u l-prodotti relatati jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-makkinarju u l-prodotti relatati. Id-dettalji ta' kuntatt għandhom ikunu b'lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti finali u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. |
Emenda 66
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza għal standards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; |
(a) ma tkun ġiet ippubblikata l-ebda referenza għal standards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 u l-ebda tali referenza mhi mistennija tiġi ppubblikata fi żmien raġonevoli; u |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-Kummissjoni tkun talbet lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standard armonizzat għar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza u jkun hemm dewmien bla bżonn fil-proċedura ta' standardizzazzjoni jew it-talba ma tkun ġiet aċċettata minn ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni. |
(b) il-Kummissjoni tkun talbet lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standard armonizzat għar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza u l-istandard mitlub ma jkunx ġie żviluppat fi żmien tliet snin wara t-talba ta' standardizzazzjoni jew it-talba ma tkun ġiet aċċettata minn ebda waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni. |
Emenda 68
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta b'mod debitu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. |
Emenda 69
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4 a. Jekk jiġu żviluppati standards armonizzati li jkopru r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness III u r-referenzi għalihom huma ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti ma għandhomx jibqgħu japplikaw. |
Emenda 70
Proposta għal regolament
Artikolu 18 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness V, għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Annessi VI, VII, VIII u IX u għandha tiġi aġġornata kontinwament. Hija għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fih il-makkinarju u l-prodotti relatati jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-suq. |
2. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE għandha tkun tista' timtela elettronikament u għandu jkollha l-istruttura tal-mudell stabbilita fl-Anness V, għandu jkun fiha l-elementi speċifikati fil-moduli rilevanti stabbiliti fl-Annessi VI, VII, VIII u IX. Hija għandha tiġi tradotta fil-lingwa jew il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru li fih il-makkinarju u l-prodotti relatati jiġu introdotti fis-suq jew jitqiegħdu fis-suq. |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sabiex tiġi ċċertifikata l-konformità ta' makkinarju u l-prodotti relatati ma' dan ir-Regolament, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu u l-persuna li tkun wettqet modifika sostanzjali lill-makkinarju u l-prodotti relatati, għandhom japplikaw waħda mill-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafi 2 u 3. |
1. Sabiex tiġi ċċertifikata l-konformità ta' makkinarju u l-prodotti relatati ma' dan ir-Regolament, il-manifattur u l-persuna li tkun wettqet modifika sostanzjali lill-makkinarju u l-prodotti relatati, għandhom japplikaw waħda mill-proċeduri għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafi 2, 2a u 3. |
Emenda 72
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jkunu makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir elenkati fl-Anness I, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur u l-persuna li tkun wettqet modifika sostanzjali fil-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom japplikaw waħda mill-proċeduri li ġejjin: |
2. Meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jkunu makkinarju u l-prodotti relatati elenkati fl-Anness I, Parti A, il-manifattur u l-persuna li tkun wettqet modifika sostanzjali fil-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom japplikaw waħda mill-proċeduri li ġejjin: |
Emenda 73
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jkunu makkinarju u l-prodotti relatati elenkati fl-Anness I, Parti B, u ġew immanifatturi skont l-istandards armonizzati jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jkopru r-rekwiżiti essenzjali kollha tas-saħħa u s-sikurezza, il-manifattur u l-persuna li tkun wettqet modifika sostanzjali fil-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom japplikaw waħda mill-proċeduri li ġejjin: |
|
(a) il-proċedura ta' kontroll intern tal-produzzjoni (il-modulu A) stabbilita fl-Anness VI; |
|
(b) il-proċedura ta' eżami tal-UE tat-tip (il-modulu B) prevista fl-Anness VII, segwita minn konformità mat-tip abbażi tal-kontroll intern tal-produzzjoni (il-modulu C) stabbilita fl-Anness VIII; |
|
(c) konformità bbażata fuq assigurazzjoni tal-kwalità sħiħa (il-modulu H) stabbilita fl-Anness IX. |
Emenda 74
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta l-makkinarju u l-prodotti relatati ma jkunux makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir elenkati fl-Anness I, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur u l-persuna li tkun wettqet modifika sostanzjali fil-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom japplikaw il-proċedura ta' kontroll intern tal-produzzjoni (il-modulu A) stabbilita fl-Anness VI. |
3. Meta l-makkinarju u l-prodotti relatati ma jkunux makkinarju u l-prodotti relatati elenkati fl-Anness I, il-manifattur u l-persuna li tkun wettqet modifika sostanzjali fil-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom japplikaw il-proċedura ta' kontroll intern tal-produzzjoni (il-modulu A) stabbilita fl-Anness VI. |
Emenda 75
Proposta għal regolament
Artikolu 21 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-korpi notifikati għandhom iqisu l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju meta jistabbilixxu t-tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità u jnaqqsu dawk it-tariffi b'mod proporzjonat għall-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. |
4. Il-korpi notifikati għandhom iqisu l-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju meta jistabbilixxu t-tariffi għall-valutazzjoni tal-konformità. |
Emenda 76
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità għal makkinarju parzjalment komplut |
Proċeduri għal makkinarju parzjalment komplut |
Emenda 77
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-manifattur ta' makkinarju parzjalment komplut jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur għandu, qabel ma jqiegħed makkinarju parzjalment komplut fis-suq, jiżgura li jitfasslu d-dokumenti li ġejjin: |
1. Il-manifattur ta' makkinarju parzjalment komplut għandu, qabel ma jintroduċi fis-suq makkinarju parzjalment komplut, jiżgura li jitfasslu d-dokumenti li ġejjin, f'forma stampata jew elettronika: |
Emenda 78
Proposta għal regolament
Artikolu 22 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fejn rilevanti, il-manifattur ta' makkinarju parzjalment komplut jew ir-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur għandu jagħmel disponibbli għall-awtorità nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħha, il-kodiċi tas-sors jew il-loġika pprogrammata inklużi fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, diment li jkunu meħtieġa sabiex dik l-awtorità tkun tista' tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness III. L-istruzzjonijiet tal-assemblaġġ imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u d-dikjarazzjoni ta' inkorporazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jakkumpanjaw il-makkinarju parzjalment komplut sakemm dan jiġi inkorporat fil-makkinarju u l-prodotti relatati finali u wara għandhom jifformaw parti mill-fajl tekniku għal dak il-makkinarju u l-prodotti relatati. |
2. Fejn rilevanti, il-manifattur ta' makkinarju parzjalment komplut għandu jagħmel disponibbli għall-awtorità nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħha, il-kodiċi tas-sors jew il-loġika pprogrammata inklużi fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, diment li jkunu meħtieġa sabiex dik l-awtorità tkun tista' tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fl-Anness III. L-istruzzjonijiet tal-assemblaġġ imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u d-dikjarazzjoni ta' inkorporazzjoni tal-UE msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jakkumpanjaw il-makkinarju parzjalment komplut sakemm dan jiġi inkorporat fil-makkinarju u l-prodotti relatati finali u wara għandhom jifformaw parti mill-fajl tekniku għal dak il-makkinarju u l-prodotti relatati. |
Emenda 79
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-installatur, l-akkwirent, is-sid, l-utent jew il-persuna responsabbli mill-manutenzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati li huma jivvalutaw, lanqas ir-rappreżentant ta' kwalunkwe waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu ta' makkinarju u l-prodotti relatati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta' makkinarju u l-prodotti relatati għal skopijiet personali. |
4. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjatur, il-manifattur, il-fornitur, l-importatur, id-distributur, l-installatur, l-akkwirent, is-sid, l-utent jew il-persuna responsabbli mill-manutenzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati li huma jivvalutaw, lanqas ir-rappreżentant awtorizzat ta' kwalunkwe waħda minn dawk il-partijiet. Dan ma għandux jipprekludi l-użu ta' makkinarju u l-prodotti relatati li huma meħtieġa għall-operazzjonijiet tal-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jew l-użu ta' makkinarju u l-prodotti relatati għal skopijiet personali. |
Emenda 80
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati, jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f'dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività li tista' tkun f'kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li għalihom jiġu notifikati. Dan għandu japplika b'mod partikolari għas-servizzi ta' konsulenza. |
Korp ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, l-importazzjoni, id-distribuzzjoni, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni, l-installazzjoni, l-użu jew il-manutenzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati, jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f'dawk l-attivitajiet. Huma ma għandhom jinvolvu ruħhom fl-ebda attività li tista' tkun f'kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li għalihom jiġu notifikati. Dan għandu japplika b'mod partikolari għas-servizzi ta' konsulenza. |
Emenda 81
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 6 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Annessi VII, VIII u IX u li b'rabta magħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità nnifsu, kif ukoll jekk jitwettqu f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu. |
6. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq l-kompiti kollha ta' valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Annessi VII, VIII u IX u li b'rabta magħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jitwettqu mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità nnifsu, kif ukoll jekk jitwettqu f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu. |
Emenda 82
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) persunal b'għarfien tekniku u b'esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità; |
(a) persunal b'għarfien tekniku u b'esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità; |
Emenda 83
Proposta għal regolament
Artikolu 28 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) politiki u proċeduri xierqa biex jiddistingwi bejn l-attivitajiet li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħrajn; |
(c) politiki u proċeduri xierqa li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp innotifikat u attivitajiet oħrajn; |
Emenda 84
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li makkinarju u l-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni u, fejn xieraq, għall-annimali domestiċi jew għall-proprjetà u, fejn applikabbli, għall-ambjent, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-makkinarju u l-prodotti relatati kkonċernati li tkun tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak l-iskop. |
1. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikollhom raġuni suffiċjenti biex jaħsbu li makkinarju u l-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jew jippreżentaw riskju għas-saħħa jew għas-sikurezza tal-persuni u, fejn xieraq, għall-annimali domestiċi jew għall-proprjetà u, fejn applikabbli, għall-ambjent, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni b'rabta mal-makkinarju u l-prodotti relatati kkonċernati li tkun tkopri r-rekwiżiti rilevanti kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal dak l-iskop. |
Emenda 85
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta, matul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-makkinarju u l-prodotti relatati ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, huma għandhom jitolbu, mingħajr dewmien, lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa biex iġib il-makkinarju u l-prodotti relatati konformi ma' dawk ir-rekwiżiti, biex jirtira l-makkinarju u l-prodotti relatati mis-suq, jew biex jordna s-sejħa lura tagħhom fi żmien raġonevoli li jkun proporzjonat man-natura tar-riskju msemmi fl-ewwel subparagrafu. |
Meta, matul l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-makkinarju u l-prodotti relatati ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, huma għandhom jitolbu, mingħajr dewmien, lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-azzjonijiet korrettivi xierqa u proporzjonati, kif previsti fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020, biex itemm in-nuqqas ta' konformità jew biex jelimina r-riskju li jispeċifikaw fi żmien raġonevoli li jkun proporzjonat man-natura tar-riskju msemmi fl-ewwel subparagrafu. |
Emenda 86
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi kollha xierqa fir-rigward tal-makkinarju u l-prodotti relatati kollha kkonċernati li l-operatur ekonomiku jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha. |
3. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa fir-rigward tal-makkinarju u l-prodotti relatati kollha kkonċernati li l-operatur ekonomiku jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni kollha. |
Emenda 87
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux azzjoni korrettiva adegwata fil-perjodu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji kollha xierqa biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu t-tqegħid tal-makkinarju u l-prodotti relatati fis-suq nazzjonali tagħhom, biex jirtiraw il-makkinarju u l-prodotti relatati minn dak is-suq jew biex jordnaw is-sejħa lura tagħhom. |
4. Meta l-operatur ekonomiku rilevanti ma jiħux l-azzjoni korrettiva msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-perjodu speċifikat jew meta n-nuqqas ta' konformita jew ir-riskju msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, jippersistu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw li l-makkinarju u l-prodotti relatati kkonċernati jiġu rtirati jew jissejħu lura jew li t-tqegħid fis-suq jiġi pprojbit jew ristrett, u li l-pubbliku, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jiġu infurmati kif xieraq. |
Emenda 88
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 4 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, mingħajr dewmien, dwar dawk il-miżuri. |
imħassar |
Emenda 89
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 5 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-makkinarju u l-prodotti relatati mhux konformi, l-oriġini ta' dak il-makkinarju u l-prodotti relatati, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex dovut għal xi waħda minn dawn li ġejjin: |
5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tinkludi d-dettalji disponibbli kollha, b'mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-makkinarju u l-prodotti relatati mhux konformi, l-oriġini ta' dak il-makkinarju u l-prodotti relatati, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex dovut għal xi waħda minn dawn li ġejjin: |
Emenda 90
Proposta għal regolament
Artikolu 41 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Meta, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura proviżorja meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies bħala ġustifikata. |
7. Meta, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies bħala ġustifikata. |
Emenda 91
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) għal perjodu ta' ħames snin minn... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 5(2), 5(4a) u 6(2) għal perjodu ta' ħames snin minn... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
Emenda 92
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 5(2) u 6(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ. |
4. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(2), 5(4a) u 6(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ. |
Emenda 93
Proposta għal regolament
Artikolu 45 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2) u 6(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
6. Att delegat adottat skont l-Artikoli 5(2), 5(4a) u 6(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
Emenda 94
Proposta għal regolament
Artikolu 49 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Id-Direttiva 2006/42/KE titħassar b'effett minn … [30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
2. Id-Direttiva 2006/42/KE titħassar b'effett minn … [48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
Emenda 95
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri ma għandhomx sa … [42 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta' makkinarju li kien tqiegħed fis-suq f'konformità mad-Direttiva 2006/42/KE qabel …[id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Madankollu, il-Kapitolu VI ta' dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għal tali makkinarju minflok l-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva, inkluż makkinarju li għalih diġà tkun inbdiet proċedura skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42/KE minn …[id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
1. L-Istati Membri ma għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta' makkinarju li kien tqiegħed fis-suq f'konformità mad-Direttiva 2006/42/KE qabel …[id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. Madankollu, il-Kapitolu VI ta' dan ir-Regolament għandu japplika mutatis mutandis għal tali makkinarju minflok l-Artikolu 11 ta' dik id-Direttiva, inkluż makkinarju li għalih diġà tkun inbdiet proċedura skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42/KE minn …[id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. |
Emenda 96
Proposta għal regolament
Artikolu 50 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Iċ-ċertifikati tal-eżami tal-UE tat-tip u d-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni maħruġa f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/42/KE għandhom jibqgħu validi sa [42 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], sakemm ma jiskadux qabel dik id-data. |
2. Iċ-ċertifikati tal-eżami tat-tip KE u d-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni maħruġa f'konformità mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/42/KE għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu. |
Emenda 97
Proposta għal regolament
Artikolu 51 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sa … [54 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi. |
1. Sa … [72 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi. |
Emenda 98
Proposta għal regolament
Artikolu 51 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli għall-makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir elenkati fl-Anness I. |
(b) il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità applikabbli għall-makkinarju u l-prodotti relatati elenkati fl-Anness I. |
Emenda 99
Proposta għal regolament
Artikolu 52 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandu japplika minn … [30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
Għandu japplika minn … [48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
Emenda 100
Proposta għal regolament
Anness I – subintestatura 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
MAKKINARJU U L-PRODOTTI RELATATI B'RISKJU KBIR |
Kategoriji ta' makkinarju u l-prodotti relatati soġġetti għal proċedura speċifika ta' valutazzjoni tal-konformità |
|
Parti A |
Emenda 101
Proposta għal regolament
Anness I – punt 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Srieraq ċirkolari (b'xafra waħda jew b'diversi xfafar) għall-qtugħ tal-injam u ta' materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili jew għall-qtugħ tal-laħam u ta' materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili, tat-tipi li ġejjin: |
imħassar |
Emenda 102
Proposta għal regolament
Anness I – punt 1 – punt 1.1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1.1. makkinarju għall-issegar b'xafra fissa jew bi xfafar fissi matul il-qtugħ, b'mejda fissa jew b'appoġġ fiss, b'feed manwali tal-materjal li jkun qed jinħadem jew b'power feed li jista' jitneħħa; |
imħassar |
Emenda 103
Proposta għal regolament
Anness I – punt 1 – punt 1.2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1.2. makkinarju għall-issegar b'xafra fissa jew bi xfafar fissi matul il-qtugħ, b'bank jew b'karru għas-segi b'moviment li jalterna li jitħaddem b'mod manwali; |
imħassar |
Emenda 104
Proposta għal regolament
Anness I – punt 1 – punt 1.3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1.3. makkinarju għall-issegar b'xafra fissa jew bi xfafar fissi matul il-qtugħ, b'feed device mekkaniku integrat għall-materjal li jkun qed jinħadem, b'tagħbija u/jew b'ħatt manwali; |
imħassar |
Emenda 105
Proposta għal regolament
Anness I – punt 1 – punt 1.4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1.4. makkinarju għall-issegar bi xfafar li jistgħu jiġu mċaqilqa, b'moviment mekkaniku tax-xafra, b'tagħbija u/jew b'ħatt manwali. |
imħassar |
Emenda 106
Proposta għal regolament
Anness I – punt 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Makkinarju għall-inċanar tas-superfiċje għal xogħol tal-injam li l-materjal li jkun qed jinħadem bih jiddaħħal fih bl-idejn. |
imħassar |
Emenda 107
Proposta għal regolament
Anness I – punt 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Ċani tat-tip thicknesser għal inċanar fuq naħa waħda, b'feed device mekkaniku integrat, b'tagħbija u/jew b'ħatt manwali. |
imħassar |
Emenda 108
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Band-saws b'tagħbija u/jew b'ħatt manwali għal xogħol tal-injam u ta' materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili jew għall-qtugħ tal-laħam u ta' materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili, tat-tipi li ġejjin: |
imħassar |
Emenda 109
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – punt 4.1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4.1. makkinarju għall-issegar b'xafra fissa jew bi xfafar fissi matul il-qtugħ, b'mejda jew b'appoġġ fissi jew b'moviment li jalterna għall-materjal li jkun qed jinħadem; |
imħassar |
Emenda 110
Proposta għal regolament
Anness I – punt 4 – punt 4.2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4.2. makkinarju għall-issegar b'xafra jew bi xfafar immuntati fuq karru b'moviment li jalterna. |
imħassar |
Emenda 111
Proposta għal regolament
Anness I – punt 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Makkinarju kombinat tat-tipi msemmija fil-punti 1 sa 4 u fil-punt 7 għal xogħol tal-injam u ta' materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili. |
imħassar |
Emenda 112
Proposta għal regolament
Anness I – punt 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Makkinarju għall-minċotti li l-materjal li jkun qed jinħadem bih jiddaħħal fih bl-idejn, b'diversi postijiet biex jinżammu l-għodod għal xogħol tal-injam. |
imħassar |
Emenda 113
Proposta għal regolament
Anness I – punt 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Makkinarju għall-iffurmar b'pern b'assi vertikali (vertical spindle moulder) li l-materjal li jkun qed jinħadem bih jiddaħħal fih bl-idejn, għal xogħol tal-injam u ta' materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili. |
imħassar |
Emenda 114
Proposta għal regolament
Anness I – punt 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
10. Makkinarju għall-iffurmar tal-plastik b'injezzjoni jew bil-kompressjoni, b'tagħbija jew b'ħatt manwali. |
imħassar |
Emenda 115
Proposta għal regolament
Anness I – punt 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
11. Makkinarju għall-iffurmar tal-lastiku b'injezzjoni jew bil-kompressjoni, b'tagħbija jew b'ħatt manwali. |
imħassar |
Emenda 116
Proposta għal regolament
Anness I – punt 12 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
12. Makkinarju għal xogħlijiet taħt l-art tat-tipi li ġejjin: |
imħassar |
Emenda 117
Proposta għal regolament
Anness I – punt 12 – punt 12.1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
12.1. lokomottivi u vaguni brake-vans; |
imħassar |
Emenda 118
Proposta għal regolament
Anness I – punt 12 – punt 12.2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
12.2. reffieda tas-soqfa li jaħdmu b'sistema idrawlika. |
imħassar |
Emenda 119
Proposta għal regolament
Anness I – punt 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
19. Apparat ta' protezzjoni ddisinjat għad-detezzjoni tal-preżenza ta' persuni. |
imħassar |
Emenda 120
Proposta għal regolament
Anness I – punt 20
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
20. Ilqugħ li jistgħu jiġu mċaqilqa, b'lokkjatura u li jaħdmu bl-elettriku, li għandhom jintużaw bħala salvagwardji fil-makkinarju msemmi fil-punti 9, 10 u 11. |
imħassar |
Emenda 121
Proposta għal regolament
Anness I – punt 21
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
21. Unitajiet tal-loġika għall-iżgurar tal-funzjonijiet tas-sikurezza. |
imħassar |
Emenda 122
Proposta għal regolament
Anness I – punt 22
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
22. Strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib (ROPS). |
imħassar |
Emenda 123
Proposta għal regolament
Anness I – punt 23
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
23. Strutturi ta' protezzjoni minn oġġetti li jaqgħu (FOPS). |
imħassar |
Emenda 124
Proposta għal regolament
Anness I – punt 24
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
24. Software li jiżgura l-funzjonijiet tas-sikurezza, inklużi s-sistemi tal-IA. |
24. Sistemi tal-IA b'imġiba awtodeterminanti u li qed tevolvi li huma komponent ta' sikurezza u li huma żviluppati permezz ta' tekniki u approċċi ta' tagħlim awtomatiku. |
Emenda 125
Proposta għal regolament
Anness I – punt 25
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
25. Makkinarju li jintegra sistemi tal-IA li jiżguraw funzjonijiet ta' sikurezza. |
25. Makkinarju li jintegra sistemi tal-IA b'imġiba awtodeterminanti u li tevolvi bħala komponent ta' sikurezza li ma ġiex introdott fis-suq b'mod indipendenti u li jiġi żviluppat permezz ta' tekniki u approċċi ta' tagħlim awtomatiku. |
Emenda 126
Proposta għal regolament
Anness I – punt 25a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Parti B |
|
25a. Srieraq ċirkolari (b'xafra waħda jew b'diversi xfafar) għall-qtugħ tal-injam u ta' materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili jew għall-qtugħ tal-laħam u ta' materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili, tat-tipi li ġejjin: |
|
25a.1. Makkinarju tas-serrar bi xfafar fissi matul il-qtugħ, li jkollhom sodda fissa jew appoġġ bit-tmigħ manwali tal-biċċa li għandha tinħadem jew bi tmigħ tal-enerġija, li jista' jiġi żmuntat; |
|
25a.2. Makkinarju tas-serrar bi xfafar fissi matul il-qtugħ, li jkollhom bank tas-serrar jew karozza li jirreċiproka, operat b'mod manwali; |
|
25a.3. Magni tas-serrar bi xfafar fissi matul il-qtugħ, li jkollhom mezz għat-tmigħ mekkaniku mibni fihom tal-biċċa li għandha tinħadem, b'tagħbija u/jew ħatt bl-idejn; |
|
25a.4. Magni tas-serrar bi xfafar li jistgħu jinqalgħu matul il-qtugħ, li jkollhom moviment mekkaniku tax-xafra, b'tagħbija u/jew ħatt bl-idejn. |
|
25b. Makkinarju għall-inċanar tas-superfiċje għal xogħol tal-injam li l-materjal li jkun qed jinħadem bih jiddaħħal fih bl-idejn. |
|
25c. Ċani tat-tip thicknesser għal inċanar fuq naħa waħda, b'feed device mekkaniku integrat, b'tagħbija u/jew b'ħatt manwali. |
|
25d. Band-saws b'tagħbija u/jew b'ħatt manwali għal xogħol tal-injam u ta' materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili jew għall-qtugħ tal-laħam u ta' materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili, tat-tipi li ġejjin: |
|
25d.1. Magni tas-serrar b'xafra jew xfafar fissi matul il-qtugħ, li jkollhom sodda fissa jew ta' moviment li tirreċiproka jew irfid għall-biċċa tax-xogħol; |
|
25d.2. Makkinarju tas-serrar b'xafra jew xfafar muntati fuq il-karozza b'ċaqlieq li jirreċiproka. |
|
25e. Makkinarju kombinat tat-tipi prevista mill-punti 25a sa 25d u fil-punt 25g għax-xogħol bl-injam u materjal b'karatteristiċi fiżiċi simili. |
|
25f. Makkinarju għall-minċotti li l-materjal li jkun qed jinħadem bih jiddaħħal fih bl-idejn, b'diversi postijiet biex jinżammu l-għodod għal xogħol tal-injam. |
|
25g. Makkinarju għall-iffurmar b'pern b'assi vertikali (vertical spindle moulder) li l-materjal li jkun qed jinħadem bih jiddaħħal fih bl-idejn, għal xogħol tal-injam u ta' materjali b'karatteristiċi fiżiċi simili. |
|
25h. Makkinarju għall-iffurmar tal-plastik b'injezzjoni jew bil-kompressjoni, b'tagħbija jew b'ħatt manwali. |
|
25i. Makkinarju għall-iffurmar tal-lastiku b'injezzjoni jew bil-kompressjoni, b'tagħbija jew b'ħatt manwali. |
|
25j. Makkinarju għal xogħlijiet taħt l-art tat-tipi li ġejjin: |
|
25j.1. Lokomottivi u vannijiet-brejk; |
|
25j.2. Reffieda tas-soqfa mħaddmin bil-fluwidu (idrawliku). |
|
25k. Apparat ta' protezzjoni ddisinjat għad-detezzjoni tal-preżenza ta' persuni. |
|
25l. Mezzi ta' lqugħ li jistgħu jiċċaqilqu, li jillokkjaw ma' xulxin u li jitħaddmu bid-dawl, li għandhom jintużaw bħala salvagwardja fil-makkinarju previst mill-punti 9, 25h u 25i. |
|
25m. Unitajiet tal-loġika għall-iżgurar tal-funzjonijiet tas-sikurezza. |
|
25n. Strutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib (ROPS). |
|
25o. Strutturi ta' protezzjoni minn oġġetti li jaqgħu (FOPS). |
Emenda 127
Proposta għal regolament
Anness II – punt 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
18. Software li jiżgura l-funzjonijiet tas-sikurezza, inklużi s-sistemi tal-IA. |
18. Sistemi tal-IA b'imġiba awtodeterminanti u li qed tevolvi li huma komponent ta' sikurezza u li huma żviluppati permezz ta' tekniki u approċċi ta' tagħlim awtomatiku. |
Emenda 128
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-manifattur ta' makkinarju u l-prodotti relatati, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, għandu jiżgura li titwettaq valutazzjoni tar-riskju sabiex jiġu ddeterminati r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, li japplikaw għall-makkinarju u l-prodotti relatati. Il-makkinarju u l-prodotti relatati imbagħad għandhom jiġu ddisinjati u mibnija b'mod li jipprevjenu u jimminimizzaw ir-riskji rilevanti kollha, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju. |
1. Il-manifattur ta' makkinarju u l-prodotti relatati għandu jiżgura li titwettaq valutazzjoni tar-riskju sabiex jiġu ddeterminati r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, li japplikaw għall-makkinarju u l-prodotti relatati. Il-makkinarju u l-prodotti relatati imbagħad għandhom jiġu ddisinjati u mibnija b'mod li jipprevjenu u jimminimizzaw ir-riskji rilevanti kollha, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju. |
Emenda 129
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Permezz ta' proċess iterattiv tal-valutazzjoni tar-riskju u tat-tnaqqis tar-riskju msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu: |
Permezz ta' proċess iterattiv tal-valutazzjoni tar-riskju u tat-tnaqqis tar-riskju msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-manifattur għandu: |
Emenda 130
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – subparagrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jidentifika l-perikli li jistgħu jiġu ġġenerati mill-makkinarju u l-prodotti relatati u mis-sitwazzjonijiet ta' periklu assoċjati, inklużi l-perikli li jistgħu jiġu ġġenerati matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-makkinarju u l-prodotti relatati li huma prevedibbli fiż-żmien tal-introduzzjoni tal-makkinarju u l-prodotti relatati fis-suq bħala evoluzzjoni intenzjonata tal-imġiba jew il-loġika tiegħu li tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali bħala riżultat tal-makkinarju u l-prodotti relatati ddisinjati biex jaħdmu b'livelli differenti ta' awtonomija. F'dan ir-rigward, meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jintegraw sistema ta' intelliġenza artifiċjali, il-valutazzjoni tar-riskju tal-makkinarju għandha tqis il-valutazzjoni tar-riskju għal dik is-sistema ta' intelliġenza artifiċjali li tkun twettqet skont ir-Regolament … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill+ dwar approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali+30;. . |
(c) jidentifika l-perikli li jistgħu jiġu ġġenerati mill-makkinarju u l-prodotti relatati u mis-sitwazzjonijiet ta' periklu assoċjati, inklużi l-perikli li jistgħu jiġu ġġenerati matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-makkinarju u l-prodotti relatati li huma prevedibbli fiż-żmien tal-introduzzjoni tal-makkinarju u l-prodotti relatati fis-suq bħala evoluzzjoni intenzjonata tal-imġiba jew il-loġika tiegħu li tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali bħala riżultat tal-makkinarju u l-prodotti relatati ddisinjati biex jaħdmu b'livelli differenti ta' awtonomija; |
__________________ |
|
30 + ĠU: Fit-test għandu jiddaħħal in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument... u għandhom jiddaħħlu n-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna. |
|
Emenda 131
Proposta għal regolament
Anness III – punt 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-obbligi stabbiliti mir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza japplikaw biss meta jeżisti l-periklu korrispondenti għal dan il-makkinarju u l-prodotti relatati meta jintuża fil-kundizzjonijiet previsti mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, kif ukoll f'sitwazzjonijiet mhux normali li jistgħu jiġu previsti. Madankollu, il-prinċipji tal-integrazzjoni tas-sikurezza stabbiliti fit-taqsima 1.1.2 u l-obbligi dwar l-immarkar ta' makkinarju u l-prodotti relatati u l-istruzzjonijiet imsemmija fit-taqsimiet 1.7.3 u 1.7.4 japplikaw fil-każijiet kollha. |
2. L-obbligi stabbiliti mir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza japplikaw biss meta jeżisti l-periklu korrispondenti għal dan il-makkinarju u l-prodotti relatati meta jintuża fil-kundizzjonijiet previsti mill-manifattur kif ukoll f'sitwazzjonijiet mhux normali li jistgħu jiġu previsti. Madankollu, il-prinċipji tal-integrazzjoni tas-sikurezza stabbiliti fit-taqsima 1.1.2 u l-obbligi dwar l-immarkar ta' makkinarju u l-prodotti relatati u l-istruzzjonijiet imsemmija fit-taqsimiet 1.7.3 u 1.7.4 japplikaw fil-każijiet kollha. |
Emenda 132
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'mod li jkunu xierqa għall-funzjoni tagħhom, u b'mod li jkunu jistgħu jitħaddmu, jiġu aġġustati u miżmuma mingħajr ma jqiegħdu lil persuni f'riskju meta dawn l-operazzjonijiet isiru skont il-kundizzjonijiet previsti, iżda filwaqt li jitqies ukoll kwalunkwe użu ħażin tagħhom li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli. L-għan tal-miżuri protettivi għandu jkun li jiġi eliminat kull riskju matul il-ħajja prevista tal-makkinarju u l-prodotti relatati, inkluż fil-fażijiet tat-trasport, tal-assemblaġġ, taż-żarmar, tal-waqfien tat-tħaddim u tal-iskrappjar. |
(a) Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'mod li jkunu xierqa għall-funzjoni tagħhom, u b'mod li jkunu jistgħu jitħaddmu, jiġu aġġustati u miżmuma mingħajr ma jqiegħdu lil persuni f'riskju meta dawn l-operazzjonijiet isiru skont il-kundizzjonijiet previsti, iżda filwaqt li jitqies ukoll kwalunkwe użu jew użu ħażin tagħhom li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli. L-għan tal-miżuri protettivi għandu jkun li jiġi eliminat kull riskju tul il-ħajja prevista tal-makkinarju u l-prodotti relatati, inkluż fil-fażijiet tat-trasport, tal-assemblaġġ, taż-żarmar, tal-waqfien tat-tħaddim u tal-iskrappjar. |
Emenda 133
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.2 – punt b – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) Meta jkun qiegħed jagħżel l-aktar metodi xierqa, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu japplika l-prinċipji li ġejjin, fl-ordni li ġej: |
(b) Meta jkun qiegħed jagħżel l-aktar metodi xierqa, il-manifattur għandu japplika l-prinċipji li ġejjin, fl-ordni li ġej: |
Emenda 134
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Meta jkun qed jiddisinja u jibni makkinarju u l-prodotti relatati u meta jkun qed jabbozza l-istruzzjonijiet, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jipprevedi mhux biss l-użu maħsub tal-makkinarju u l-prodotti relatati iżda wkoll kwalunkwe użu ħażin tagħhom li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli. Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li jipprevjenu l-użu anormali jekk użu bħal dan jista' jikkawża riskju. Meta jkun xieraq, abbażi ta' esperjenza fl-użu tal-makkinarju u l-prodotti relatati, l-istruzzjonijiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-utent għal modi kif il-makkinarju u l-prodotti relatati jenħtieġ li ma jintużawx. |
(c) Meta jkun qed jiddisinja u jibni makkinarju u l-prodotti relatati u meta jkun qed jabbozza l-istruzzjonijiet, il-manifattur għandu jipprevedi mhux biss l-użu maħsub tal-makkinarju u l-prodotti relatati iżda wkoll kwalunkwe użu ħażin tagħhom li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli. Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li jipprevjenu l-użu anormali jekk użu bħal dan jista' jikkawża riskju. Meta jkun xieraq, abbażi ta' esperjenza fl-użu tal-makkinarju u l-prodotti relatati, l-istruzzjonijiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni tal-utent għal modi kif il-makkinarju u l-prodotti relatati jenħtieġ li ma jintużawx. |
Emenda 135
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.2 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'mod li jkun possibbli għall-utent li jittestja l-funzjonijiet tas-sikurezza, u l-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġu fornuti bit-tagħmir u l-aċċessorji speċjali kollha u, meta jkun xieraq, b'deskrizzjoni tal-proċeduri ta' ttestjar funzjonali speċifiċi, li huma essenzjali biex ikunu jistgħu jiġu ttestjati, aġġustati, miżmuma u użati b'mod sikur. |
(e) Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'mod li jkun possibbli għall-utent li jittestja l-funzjonijiet tas-sikurezza. Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġu fornuti bit-tagħmir u l-aċċessorji speċjali kollha, u fejn xieraq, bid-deskrizzjoni tal-proċeduri ta' ttestjar funzjonali speċifiċi, li huma essenzjali biex ikunu jistgħu jiġu ttestjati, aġġustati, miżmuma u użati b'mod sikur. |
Emenda 136
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.5 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Matul it-trasport tal-makkinarju u l-prodotti relatati u/jew tal-partijiet komponenti tiegħu, ma għandux ikun hemm il-possibbiltà ta' moviment f'salt jew ta' periklu minħabba l-instabbiltà sakemm il-makkinarju u l-prodotti relatati u/jew il-partijiet komponenti tiegħu jkunu mmaniġġjati skont l-istruzzjonijiet. |
Matul it-trasport tal-makkinarju u l-prodotti relatati jew tal-partijiet komponenti tiegħu, ma għandux ikun hemm il-possibbiltà ta' moviment f'salt jew ta' periklu minħabba l-instabbiltà sakemm il-makkinarju u l-prodotti relatati jew il-partijiet komponenti tiegħu jkunu mmaniġġjati skont l-istruzzjonijiet. |
Emenda 137
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.6 –subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Skont il-kundizzjonijiet maħsuba tal-użu, l-iskumdità, l-għejja u t-tensjoni fiżika u psikoloġika li jiffaċċja l-operatur għandhom jitnaqqsu sal-inqas livell possibbli, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji ergonomiċi bħal: |
Skont il-kundizzjonijiet maħsuba tal-użu, l-iskumdità, l-għejja u l-piż fiżiku u konjittiv tax-xogħol li jiffaċċja l-operatur għandhom jiġu eliminati jew jitnaqqsu sal-inqas livell possibbli, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji ergonomiċi bħal: |
Emenda 138
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.6 – subparagrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) li tiġi evitata rata ta' xogħol stabbilita mill-magna; |
(c) li tiġi evitata rata ta' xogħol stabbilita mill-magna billi jkunu permessi adattamenti; |
Emenda 139
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.6 – subparagrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) l-adattament tal-makkinarju u l-prodotti relatati b'imġiba jew loġika mfassla biex tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali li huma ddisinjati biex jaħdmu b'livelli differenti ta' awtonomija biex jirreaġixxu għan-nies b'mod adegwat u xieraq (verbalment permezz ta' kliem u mhux verbalment permezz ta' ġesti, espressjonijiet tal-wiċċ jew movimenti tal-ġisem) u biex jikkomunikaw l-azzjonijiet ippjanati tagħhom (jiġifieri x'se jagħmlu u għaliex) lill-operaturi b'mod li jinftiehem. |
(f) l-adattament tal-makkinarju u l-prodotti relatati b'imġiba jew loġika mfassla biex tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali li huma ddisinjati biex jaħdmu b'livelli differenti ta' awtonomija biex jirreaġixxu għan-nies b'mod adegwat u xieraq (bħal verbalment permezz ta' kliem u mhux verbalment permezz ta' ġesti, espressjonijiet tal-wiċċ jew movimenti tal-ġisem) u biex jikkomunikaw l-azzjonijiet ippjanati tagħhom (bħal x'se jagħmlu u għaliex) lill-operaturi b'mod li jinftiehem. |
Emenda 140
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.7 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-pożizzjoni tat-tħaddim għandha tkun iddisinjata u mibnija b'tali mod li tipprevjeni kull riskju li jista' jiġi kkawżat minn gassijiet tal-egżost u/jew minn nuqqas ta' ossiġenu. |
Il-pożizzjoni tat-tħaddim għandha tkun iddisinjata u mibnija b'tali mod li tipprevjeni kull riskju li jista' jiġi kkawżat minn gassijiet tal-egżost jew minn nuqqas ta' ossiġenu. |
Emenda 141
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.7 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta jkun xieraq, il-pożizzjoni tat-tħaddim għandha tkun mgħammra b'kabina adegwata ddisinjata, mibnija u/jew mgħammra b'mod li tissodisfa r-rekwiżiti ta' hawn fuq. Il-ħruġ għandu jippermetti evakwazzjoni malajr. Barra minn hekk, meta jkun applikabbli, għandu jiġi pprovdut ħruġ ta' emerġenza f'direzzjoni li tkun differenti mill-ħruġ tas-soltu. |
Meta jkun xieraq, il-pożizzjoni tat-tħaddim għandha tkun mgħammra b'kabina adegwata ddisinjata, mibnija jew mgħammra b'mod li tissodisfa r-rekwiżiti ta' hawn fuq. Il-ħruġ għandu jippermetti evakwazzjoni malajr. Barra minn hekk, meta jkun applikabbli, għandu jiġi pprovdut ħruġ ta' emerġenza f'direzzjoni li tkun differenti mill-ħruġ tas-soltu. |
Emenda 142
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.9 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-komponenti tal-hardware għall-konnessjoni li huma ta' importanza kritika għall-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu protetti b'mod xieraq kontra l-korruzzjoni aċċidentali jew intenzjonata. Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġbru evidenza ta' interventi leġittimi jew mhux leġittimi fil-komponenti tal-hardware. |
Komponent tal-hardware li jkun rilevanti għall-konnessjoni ma' jew għall-aċċess għal, software li hu ta' importanza kritika għall-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza għandu jkun iddisinjat b'tali mod li jkun protett b'mod xieraq kontra l-korruzzjoni aċċidentali jew intenzjonata. Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġbru evidenza ta' interventi leġittimi jew mhux leġittimi f'dak il-komponent tal-hardware. |
Emenda 143
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1 – subparagrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jistgħu jifilħu, meta xieraq għaċ-ċirkostanzi u r-riskji, għall-istrapazz operattiv maħsub u għal influwenzi esterni maħsuba u mhux intenzjonati, inkluż tentattivi malizzjużi minn partijiet terzi biex tinħoloq sitwazzjoni ta' periklu; |
(a) jistgħu jifilħu, meta xieraq għaċ-ċirkostanzi u r-riskji, għall-istrapazz operattiv maħsub u għal influwenzi esterni maħsuba u mhux intenzjonati, inkluż użu ħażin prevedibbli minn partijiet terzi li joħloq sitwazzjoni jew funzjoni potenzjalment ta' periklu; |
Emenda 144
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1 – subparagrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) il-funzjonijiet tas-sikurezza ma jistgħux jinbidlu lil hinn mil-limiti definiti mill-manifattur fil-valutazzjoni tar-riskju tal-makkinarju u l-prodotti relatati. L-istabbiliment tal-limiti tal-funzjonijiet tas-sikurezza għandu jkun parti mill-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-manifattur, inkluż kwalunkwe modifiki fil-konfigurazzjonijiet jew fir-regoli ġġenerati mill-makkinarju u l-prodotti relatati jew mill-operaturi, anki waqt il-fażi tat-tagħlim, li ma jistgħux jaqbżu l-limiti indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju; |
(d) il-funzjonijiet tas-sikurezza ma jistgħux jinbidlu jew jiġu aġġornati lil hinn mil-limiti definiti mill-manifattur fil-valutazzjoni tar-riskju tal-makkinarju u l-prodotti relatati. L-istabbiliment tal-limiti tal-funzjonijiet tas-sikurezza għandu jkun parti mill-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-manifattur, inkluż kwalunkwe modifiki fil-konfigurazzjonijiet jew fir-regoli ġġenerati mill-makkinarju u l-prodotti relatati jew mill-operaturi, anki waqt l-iżvilupp tagħha bbażat fuq it-tagħlim awtomatiku, li ma jistgħux jaqbżu l-limiti indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju; |
Emenda 145
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1 – subparagrafu 4 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) għandhom jiġu pprevenuti modifiki tal-konfigurazzjonijiet jew tar-regoli, iġġenerati mill-makkinarju u l-prodotti relatati jew mill-operaturi anki fil-fażi tat-tagħlim, meta tali modifiki jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' periklu; |
(c) għandhom jiġu pprevenuti modifiki tal-konfigurazzjonijiet jew tar-regoli, iġġenerati mill-makkinarju u l-prodotti relatati jew mill-operaturi anki fil-proċess tat-tagħlim awtomatiku, meta tali modifiki jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' periklu; |
Emenda 146
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.2 – subparagrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fejn jibqa' r-riskju ta' qsim jew ta' diżintegrazzjoni minkejja l-miżuri meħuda, il-partijiet ikkonċernati għandhom jiġu assemblati, ippożizzjonati u/jew protetti bi lqugħ b'tali mod li ma jtirux biċċiet, u b'hekk jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' periklu. |
Fejn jibqa' r-riskju ta' qsim jew ta' diżintegrazzjoni minkejja l-miżuri meħuda, il-partijiet ikkonċernati għandhom jiġu assemblati, ippożizzjonati jew protetti bi lqugħ b'tali mod li ma jtirux biċċiet, u b'hekk jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' periklu. |
Emenda 147
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.7 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1.3.7. Riskji relatati ma' partijiet li jiċċaqilqu u stress psikoloġiku |
1.3.7. Riskji relatati ma' partijiet li jiċċaqilqu u piż konjittiv tax-xogħol |
Emenda 148
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.7 – subparagrafu 4 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-prevenzjoni tar-riskji ta' kuntatt li jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' periklu u l-istress psikoloġiku li jista' jiġi kkawżat mill-interazzjoni mal-magna għandhom jiġu adattati għal: |
Il-prevenzjoni tar-riskji ta' kuntatt li jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' periklu u l-piż konjittiv tax-xogħol li jista' jiġi kkawżat mill-interazzjoni mal-magna għandhom jiġu adattati għal: |
Emenda 149
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.7 – paragrafu 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Makkinarju u l-prodotti relatati b'imġiba jew loġika li tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali u li huma ddisinjati biex jaħdmu b'livelli differenti ta' awtonomija għandhom jiġu adattati biex jirreaġixxu għan-nies b'mod adegwat u xieraq (verbalment permezz ta' kliem jew mhux verbali permezz ta' ġesti, espressjonijiet tal-wiċċ jew movimenti tal-ġisem) u biex jikkomunikaw l-azzjonijiet ippjanati tagħhom (jiġifieri x'se jagħmlu u għaliex) lill-operaturi b'mod li jinftiehem. |
imħassar |
Emenda 150
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.5 – punt 1.5.1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-objettivi tas-sikurezza stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE għandhom japplikaw għall-makkinarju u l-prodotti relatati. Madankollu, l-obbligi li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-konformità u l-introduzzjoni fis-suq u/jew it-tqegħid fis-servizz ta' makkinarju u l-prodotti relatati fir-rigward tal-perikli marbuta mal-elettriku huma rregolati biss minn dan ir-Regolament. |
L-objettivi tas-sikurezza stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE għandhom japplikaw għall-makkinarju u l-prodotti relatati. Madankollu, l-obbligi li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-konformità u l-introduzzjoni fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta' makkinarju u l-prodotti relatati fir-rigward tal-perikli marbuta mal-elettriku huma rregolati biss minn dan ir-Regolament. |
Emenda 151
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.5 – punt 1.5.4 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandha tiġi eliminata kull possibbiltà li jsiru żbalji li jistgħu jseħħu meta jiġu ffittjati jew iffittjati mill-ġdid ċerti partijiet li jistgħu jkunu sors ta' riskju, permezz tad-disinn u l-bini ta' dawn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta' dan, permezz ta' informazzjoni li tingħata fuq il-partijiet infushom u/jew fuq il-post fejn jitwaħħlu. L-istess informazzjoni għandha tingħata fuq il-partijiet li jiċċaqilqu u/jew fuq il-post fejn jitwaħħlu fejn ikun hemm bżonn li d-direzzjoni taċ-ċaqliq tkun magħrufa sabiex jiġi evitat ir-riskju. |
Għandha tiġi eliminata kull possibbiltà li jsiru żbalji li jistgħu jseħħu meta jiġu ffittjati jew iffittjati mill-ġdid ċerti partijiet li jistgħu jkunu sors ta' riskju, permezz tad-disinn u l-bini ta' dawn il-partijiet jew, fin-nuqqas ta' dan, permezz ta' informazzjoni li tingħata fuq il-partijiet infushom jew fuq il-post fejn jitwaħħlu. L-istess informazzjoni għandha tingħata fuq il-partijiet li jiċċaqilqu jew fuq il-post fejn jitwaħħlu fejn ikun hemm bżonn li d-direzzjoni taċ-ċaqliq tkun magħrufa sabiex jiġi evitat ir-riskju. |
Emenda 152
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.6 – punt 1.6.2 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fil-każ ta' makkinarju li fih għandhom jidħlu persuni għal interventi ta' tħaddim, aġġustament, manutenzjoni jew tindif, l-aċċessi tal-makkinarju għandhom ikunu ta' daqs xieraq u adattati għall-użu ta' tagħmir tas-salvataġġ b'tali mod li jkun garantit salvataġġ f'waqtu tal-persuni. |
Fil-każ ta' makkinarju li fih għandhom jidħlu persuni għal interventi ta' tħaddim, aġġustament, manutenzjoni jew tindif, l-aċċessi tal-makkinarju għandhom ikunu ddisinjati b'mod li jiggarantixxi s-salvataġġ ta' emerġenza tal-persuni. |
Emenda 153
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.7 – punt 1.7.4 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Bħala eċċezzjoni, l-istruzzjonijiet għall-manutenzjoni maħsuba għall-użu minn persunal speċjalizzat imqabbad mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jistgħu jingħataw f'lingwa waħda biss tal-Unjoni li tinftiehem mill-persunal speċjalizzat. |
Bħala eċċezzjoni, l-istruzzjonijiet għall-manutenzjoni maħsuba għall-użu minn persunal speċjalizzat imqabbad mill-manifattur jistgħu jingħataw f'lingwa waħda biss tal-Unjoni li tinftiehem mill-persunal speċjalizzat. |
Emenda 154
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.7 – punt 1.7.4 – subparagrafu 4 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jippreżenta l-istruzzjonijiet f'format li jippermetti lill-utent aħħari jniżżilhom u jaħżinhom fuq apparat elettroniku sabiex ikun jista' jaċċessahom f'kull ħin, b'mod partikolari waqt ħsara fil-magna. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal makkinarju u l-prodotti relatati li jkollhom il-manwal tal-istruzzjonijiet inkorporat fis-software tagħhom. Prinċipji ġenerali għall-abbozzar tal-istruzzjonijiet |
(c) jippreżenta l-istruzzjonijiet f'format li jippermetti lill-utent aħħari jniżżilhom tul il-ħajja tal-makkinarju u l-prodotti relatati u jaħżinhom fuq apparat elettroniku sabiex ikun jista' jaċċessahom f'kull ħin, b'mod partikolari waqt ħsara fil-magna. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal makkinarju u l-prodotti relatati li jkollhom il-manwal tal-istruzzjonijiet inkorporat fis-software tagħhom. |
Emenda 155
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.7 – punt 1.7.4 – punt 1.7.4.2 – punt 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, jew dokument li jistabbilixxi l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, li juri d-dettalji tal-makkinarju u l-prodotti relatati, u li mhux neċessarjament jinkludi n-numru tas-serje u l-firma, jew l-indirizz tal-internet fejn tista' tiġi aċċessata d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE. |
(c) id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, jew dokument li jistabbilixxi l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, li juri d-dettalji tal-makkinarju u l-prodotti relatati, u li mhux neċessarjament jinkludi n-numru tas-serje u l-firma, jew l-indirizz tal-internet fejn tista' tiġi aċċessata d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE tul il-ħajja tal-makkinarju u l-prodotti relatati; |
Emenda 156
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 2 – punt 2.2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2.2. MAKKINARJU PORTABBLI LI JISTA' JINŻAMM FL-IDEJN U/JEW LI JISTA' JIĠI GGWIDAT BL-IDEJN |
2.2. MAKKINARJU PORTABBLI LI JISTA' JINŻAMM FL-IDEJN JEW LI JISTA' JIĠI GGWIDAT BL-IDEJN |
Emenda 157
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 2 – punt 2.2 – punt 2.2.1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-makkinarju portabbli li jista' jinżamm fl-idejn u/jew li jista' jiġi ggwidat bl-idejn għandu: |
Il-makkinarju portabbli li jista' jinżamm fl-idejn jew li jista' jiġi ggwidat bl-idejn għandu: |
Emenda 158
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 2 – punt 2.2 – punt 2.2.1 – subparagrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) ma jippreżentax riskji ta' startjar aċċidentali u/jew tħaddim kontinwu wara li l-operatur ikun telaq il-mankijiet minn idejh. Għandhom jittieħdu passi ekwivalenti jekk dan ir-rekwiżit ma jkunx teknikament fattibbli; |
(c) ma jippreżentax riskji ta' startjar aċċidentali jew tħaddim kontinwu wara li l-operatur ikun telaq il-mankijiet minn idejh. Għandhom jittieħdu passi ekwivalenti jekk dan ir-rekwiżit ma jkunx teknikament fattibbli; |
Emenda 159
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 2 – punt 2.2 – punt 2.2.1 – subparagrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) ikollu apparat jew sistema konnessa tal-egżost, bi żbokk ta' konnessjoni għall-estrazzjoni jew sistema ekwivalenti biex jinqabdu jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi perikolużi. Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta l-applikazzjoni tiegħu tirriżulta fil-ħolqien ta' riskju ġdid, meta l-funzjoni ewlenija tal-makkinarju tkun l-isprejjar ta' sustanzi perikolużi u għall-emissjonijiet ta' magni b'kombustjoni interna. Il-mankijiet tal-makkinarju portabbli għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li jippermettu startjar u waqfien sempliċi. |
(e) ikollu apparat jew sistema konnessa tal-egżost, bi żbokk ta' konnessjoni għall-estrazzjoni jew sistema ekwivalenti biex jinqabdu jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi perikolużi. Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta l-applikazzjoni tiegħu tirriżulta fil-ħolqien ta' riskju ġdid, meta l-funzjoni ewlenija tal-makkinarju tkun l-isprejjar ta' sustanzi perikolużi u għall-emissjonijiet ta' magni b'kombustjoni interna. Meta l-użu ta' apparati esterni ma jkunx fattibbli, fl-istruzzjonijiet għandha tingħata informazzjoni dwar l-użu ta' tagħmir protettiv personali (PPE) xieraq. |
Emenda 160
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 2 – punt 2.2 – punt 2.2.1 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-mankijiet tal-makkinarju portabbli għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li jippermettu startjar u waqfien sempliċi ta' dak il-makkinarju. |
Emenda 161
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 3 – punt 3.2 – punt 3.2.2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta jkun hemm riskju li operaturi jew persuni oħra trasportati mill-makkinarju jistgħu jitgħaffġu bejn il-partijiet tal-makkinarju u l-inħawi fejn jinsab il-makkinarju f'każ li l-makkinarju jinqaleb fuq ġenb jew 'il quddiem jew lura, b'mod partikolari b'referenza għal makkinarju mgħammar bi struttura protettiva kif imsemmi fit-taqsima 3.4.3 jew 3.4.4, il-makkinarju għandu jkun iddisinjat jew mgħammar b'sistema ta' trażżin li żżomm il-persuni fis-sedili tagħhom jew fl-istruttura protettiva, mingħajr ma tirrestrinġi l-movimenti meħtieġa għat-tħaddim jew il-movimenti b'mod relattiv għall-istruttura kkawżati mis-sospensjoni tas-sedili. Dawn is-sistemi ta' trażżin ma għandhomx jiġu installati jekk iżidu r-riskju. |
Meta jkun hemm riskju li operaturi jew persuni oħra trasportati mill-makkinarju jistgħu jitgħaffġu bejn il-partijiet tal-makkinarju u l-inħawi fejn jinsab il-makkinarju f'każ li l-makkinarju jinqaleb fuq ġenb jew 'il quddiem jew lura, b'mod partikolari b'referenza għal makkinarju mgħammar bi struttura protettiva kif imsemmi fit-taqsima 3.4.3 jew 3.4.4, il-makkinarju għandu jkun iddisinjat jew mgħammar b'sistema ta' trażżin li żżomm il-persuni fis-sedili tagħhom jew fl-istruttura protettiva, mingħajr ma tirrestrinġi l-movimenti meħtieġa għat-tħaddim jew il-movimenti b'mod relattiv għall-istruttura kkawżati mis-sospensjoni tas-sedili. Dawn is-sistemi ta' trażżin għandhom iqisu l-prinċipji ergonomiċi u ma għandhomx jiġu installati jekk iżidu r-riskju. |
Emenda 162
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 3 – punt 3.2 – punt 3.2.2 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandu jiġi pprovdut sinjal viżwali jew akustiku fil-post tas-sewqan li jwissi lis-sewwieq meta s-sistema ta' trażżin ma tkunx attiva. |
Għandu jiġi pprovdut sinjal viżwali u akustiku fil-post tas-sewqan li jwissi lis-sewwieq meta s-sewwieq ikun fil-post tas-sewqan u ma jkunx qed juża s-sistema ta' trażżin. |
Emenda 163
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 3 – punt 3.2 – punt 3.2.4 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-makkinarju mobbli awtonomu u l-prodotti relatati għandu jkollhom funzjoni ta' kontroll superviżorju speċifika għall-modalità awtonoma. Din il-funzjoni għandha tippermetti lill-operatur jirċievi informazzjoni mill-bogħod mill-magna. Il-funzjoni ta' kontroll superviżorju għandha tippermetti biss azzjonijiet għall-istartjar u t-twaqqif tal-magna mill-bogħod. Għandha tkun iddisinjata u mibnija biex tippermetti dawk l-azzjonijiet biss meta s-sewwieq ikun jista' jara direttament jew indirettament iż-żona tal-moviment u tax-xogħol tal-magna u meta l-apparat protettiv ikun attivat. |
Il-makkinarju mobbli awtonomu u l-prodotti relatati għandu jkollhom funzjoni ta' kontroll superviżorju speċifika għall-modalità awtonoma. Din il-funzjoni għandha tippermetti lill-operatur jirċievi informazzjoni mill-bogħod mill-magna. Il-funzjoni ta' kontroll superviżorju għandha tippermetti biss azzjonijiet għall-istartjar u t-twaqqif tal-magna mill-bogħod u għandha tinkludi funzjoni li tippermetti lill-operatur ipoġġi lill-makkinarju fi stat sigur. |
Emenda 164
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 3 – punt 3.3 – punt 3.3.3 – subparagrafu 6 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-makkinarju mobbli awtonomu u l-prodotti relatati għandhom jikkonformaw ma' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: |
Il-makkinarju mobbli awtonomu u l-prodotti relatati għandhom jikkonformaw ma' mill-inqas waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: |
Emenda 165
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 4 – punt 4.1 – punt 4.1.3 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta l-makkinarju jew l-aċċessorji għall-irfigħ jiġu introdotti fis-suq għall-ewwel darba, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura, billi jieħu l-miżuri xierqa jew jordna li dawn jittieħdu, li l-makkinarju jew l-aċċessorji għall-irfigħ li jkunu lesti biex jintużaw, kemm jekk dawn jitħaddmu manwalment kif ukoll jekk jitħaddmu bl-elettriku, ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet speċifiċi tagħhom b'mod sikur. |
Meta l-makkinarju jew l-aċċessorji għall-irfigħ jiġu introdotti fis-suq għall-ewwel darba, il-manifattur għandu jiżgura, billi jieħu l-miżuri xierqa jew jordna li dawn jittieħdu, li l-makkinarju jew l-aċċessorji għall-irfigħ li jkunu lesti biex jintużaw, kemm jekk dawn jitħaddmu manwalment kif ukoll jekk jitħaddmu bl-elettriku, ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet speċifiċi tagħhom b'mod sikur. |
Emenda 166
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 4 – punt 4.3 – punt 4.3.1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull tul ta' katina, ħabel jew ċinturin għall-irfigħ li ma jagħmilx parti minn assemblaġġ għandu jkollu fuqu marka jew, fejn dan ma jkunx possibbli, pjanċa jew ċirku li ma jistgħux jitneħħew, bl-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu u r-referenza ta' identifikazzjoni taċ-ċertifikat rilevanti. |
Kull tul ta' katina, ħabel jew ċinturin għall-irfigħ li ma jagħmilx parti minn assemblaġġ għandu jkollu fuqu marka jew, fejn dan ma jkunx possibbli, pjanċa jew ċirku li ma jistgħux jitneħħew, bl-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu u r-referenza ta' identifikazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-konformità rilevanti. |
Emenda 167
Proposta għal regolament
Anness IV – Parti A – subparagrafu 2 – punt o
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(o) għal makkinarju u l-prodotti relatati li jinteraġixxu ma' informazzjoni minn sensuri, li huma mmexxija mill-bogħod, jew li huma awtonomi, jekk l-operazzjonijiet relatati mas-sikurezza huma kkontrollati minn data tas-sensuri, deskrizzjoni, fejn xieraq, tal-karatteristiċi ġenerali, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema, id-data, l-iżvilupp, l-ittestjar u l-proċessi ta' validazzjoni użati, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti għas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali (IA) stabbiliti fir-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33 jekk is-software relatat mas-sikurezza jinkludi sistema tal-IA; |
(o) għal makkinarju u l-prodotti relatati li jinteraġixxu ma' informazzjoni minn sensuri, li huma mmexxija mill-bogħod, jew li huma awtonomi, jekk l-operazzjonijiet relatati mas-sikurezza huma kkontrollati minn data tas-sensuri, deskrizzjoni, fejn xieraq, tal-karatteristiċi ġenerali, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema, id-data, l-iżvilupp, l-ittestjar u l-proċessi ta' validazzjoni użati; |
__________________ |
|
33 + ĠU: Fit-test għandu jiddaħħal in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument... u għandhom jiddaħħlu n-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna. |
|
Emenda 168
Proposta għal regolament
Anness IV – Parti B – subparagrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) deskrizzjoni sħiħa tal-makkinarju parzjalment komplut u tal-użu maħsub tiegħu; |
(a) deskrizzjoni sħiħa tal-makkinarju parzjalment komplut u tal-funzjoni maħsuba tiegħu meta jkun inkorporat fi jew immuntat ma' makkinarju jew makkinarju parzjalment komplut jew tagħmir ieħor; |
Emenda 169
Proposta għal regolament
Anness IV – Parti B – subparagrafu 2 – punt j
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) kopja tal-istruzzjonijiet għall-assemblaġġ għall-makkinarju parzjalment komplut kif stabbilit fit-taqsima 1.7.4 tal-Anness III; |
(j) id-dikjarazzjoni ta' inkorporazzjoni tal-UE għal makkinarju parzjalment komplut kif stabbilit fl-Anness V u l-istruzzjonijiet tal-assemblaġġ rilevanti għal tali makkinarju stabbiliti fl-Anness X; |
Emenda 170
Proposta għal regolament
Anness IV – Parti B – subparagrafu 2 – punt k
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(k) għal makkinarju u l-prodotti relatati parzjalment kompluti prodotti f'serje, il-miżuri interni li se jiġu implimentati biex jiġi żgurat li l-makkinarju u l-prodotti relatati parzjalment kompluti jibqgħu konformi mar-rekwiżiti essenzjali dwar is-saħħa u s-sikurezza applikati; |
(k) għal makkinarju parzjalment komplut prodott f'serje, il-miżuri interni li se jiġu implimentati biex jiġi żgurat li l-makkinarju u l-prodotti relatati parzjalment kompluti jibqgħu konformi mar-rekwiżiti essenzjali dwar is-saħħa u s-sikurezza applikati; |
Emenda 171
Proposta għal regolament
Anness IV – Parti B – subparagrafu 2 – punt m
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(m) għal makkinarju parzjalment komplut li jinteraġixxi ma' informazzjoni minn sensuri, li huwa mmexxi mill-bogħod, jew li huwa awtonomu, jekk l-operazzjonijiet relatati mas-sikurezza huma kkontrollati minn data tas-sensuri, deskrizzjoni, fejn xieraq, tal-karatteristiċi ġenerali, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema, id-data, l-iżvilupp, l-ittestjar u l-proċessi ta' validazzjoni użati, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti għas-sistemi tal-intelliġenza artifiċjali (IA) stabbiliti fir-Regolament (UE).../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 jekk is-software relatat mas-sikurezza jinkludi sistema tal-IA; |
(m) għal makkinarju parzjalment komplut li jinteraġixxi ma' informazzjoni minn sensuri, li huwa mmexxi mill-bogħod, jew li huwa awtonomu, jekk l-operazzjonijiet relatati mas-sikurezza huma kkontrollati minn data tas-sensuri, deskrizzjoni, fejn xieraq, tal-karatteristiċi ġenerali, il-kapaċitajiet u l-limitazzjonijiet tas-sistema, id-data, l-iżvilupp, l-ittestjar u l-proċessi ta' validazzjoni użati; |
__________________ |
|
34 + ĠU: Fit-test għandu jiddaħħal in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument... u għandhom jiddaħħlu n-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna. |
|
Emenda 172
Proposta għal regolament
Anness V – punt 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-indirizz fejn il-makkinarju u l-prodotti relatati huma installati b'mod permanenti, biss għal makkinarju u l-prodotti relatati għall-irfigħ installati f'bini jew fi struttura: |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 173
Proposta għal regolament
Anness V – punt 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. L-objettiv tad-dikjarazzjoni deskritta fil-punt 4 huwa f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni: |
6. L-objettiv tad-dikjarazzjoni deskritta fil-punt 5 huwa f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni: |
Emenda 174
Proposta għal regolament
Anness IX – punt 3 – punt 3.3 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiġi notifikat bid-deċiżjoni. |
Il-manifattur għandu jiġi notifikat bid-deċiżjoni. |
Emenda 175
Proposta għal regolament
Anness IX – punt 5 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-markatura tal-konformità u d-dikjarazzjoni tal-konformità |
5. Il-markatura CE u d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE |
Emenda 176
Proposta għal regolament
Anness IX – punt 5 – punt 5.1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-markatura tal-konformità meħtieġa stabbilita f'dan ir-Regolament u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta' identifikazzjoni ta' dan tal-aħħar, ma' kull prodott individwali li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament. |
5.1. Il-manifattur għandu jwaħħal il-marka CE u, taħt ir-responsabbiltà tal-korp notifikat imsemmi fil-punt 3.1, in-numru ta' identifikazzjoni ta' dan tal-aħħar ma' kull makkinarju u prodott relatat li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 177
Proposta għal regolament
Anness IX – punt 5 – punt 5.2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5.2. Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità bil-miktub għal kull makkinarju u l-prodotti relatati u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu ta' għaxar snin minn meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jiġu introdotti fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tidentifika l-mudell tal-prodott li għalih tkun saret. |
5.2. Il-manifattur għandu jagħmel dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE bil-miktub għal kull makkinarju u l-prodotti relatati u jżommha għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għal perjodu ta' għaxar snin minn meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jiġu introdotti fis-suq. Id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE għandha tidentifika l-mudell tal-prodott li għalih tkun saret. |
Emenda 178
Proposta għal regolament
Anness IX – punt 5 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità lill-awtoritajiet rilevanti. |
Meta ssir talba għaliha, għandha tiġi pprovduta kopja tad-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE lill-awtoritajiet rilevanti. |
Emenda 179
Proposta għal regolament
Anness X – subparagrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-istruzzjonijiet għall-immuntar jistgħu jiġu pprovduti mill-manifattur f'forma elettronika. |
NOTA SPJEGATTIVA
Id-Direttiva 2006/42/KE dwar il-Makkinarju tistabbilixxi qafas regolatorju għat-tqegħid tal-makkinarju fis-Suq Uniku, filwaqt li jiġi żgurat il-moviment liberu tiegħu, u livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti u persuni oħra esposti għall-makkinarju u l-prodotti relatati.
Fil-21 ta' April 2021, il-Kummissjoni ressqet proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Makkinarju. Ir-reviżjoni proposta ġiet 15-il sena wara l-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-Makkinarju, attwalment fis-seħħ, u kienet tirrifletti l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2020 taħt il-prijorità "Ewropa adattata għall-Era Diġitali". B'mod parallel, il-Kummissjoni pproponiet Att ġdid dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, bl-għan ewlieni li tirrifletti l-bidla tat-tranżizzjoni diġitali u l-impatt ta' teknoloġiji ġodda fuq il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti.
Billi s-settur tal-makkinarju huwa parti esssenzjali mill-industrija tal-inġinerija u wieħed mill-pilastri industrijali tal-ekonomija tal-UE, ir-Rapporteur iqis li huwa importanti ħafna li t-tibdil għall-qafas leġiżlattiv tiegħu jitqies b'attenzjoni xierqa sabiex jiġi żgurat irkupru sostenibbli mill-kriżi tal-COVID-19 filwaqt li jiġu ffaċilitati l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta' disinn ġdid, u biex il-produtturi u d-disinjaturi Ewropej jibqgħu kompetittivi fil-kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni globali.
Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-makkinarju u l-prodotti relatati u jappoġġja bis-sħiħ l-allinjament tiegħu mal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid (NLF) billi jġib koerenza mal-atti leġiżlattivi l-oħra dwar is-sikurezza tal-prodotti u t-trasparenza orizzontali. Ir-Rapporteur jappoġġja wkoll il-konverżjoni tad-Direttiva f'Regolament billi dan jiffaċilita l-applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha tal-UE u għalhekk il-moviment liberu ta' oġġetti.
Waqt it-tħejjija tal-abbozz ta' rapport, ir-Rapporteur wettaq konsultazzjoni wiesgħa ma' partijiet ikkonċernati, filwaqt li sema' l-opinjonijiet u l-ħtiġijiet tal-manifatturi, il-korpi nnotifikati u l-konsumaturi, u, barra minn hekk, iddiskuta l-proposta mal-Kummissjoni.
Abbażi ta' dan, ir-Rapporteur jipproponi t-tibdil ewlieni li ġej għall-proposta tal-Kummissjoni.
1. Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet
Ir-Rapporteur jipproponi li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-esklużjoni tal-vetturi bil-mutur mir-Regolament. Barra minn hekk, ir-Rapporteur jipproponi kjarifiki ta' diversi definizzjonijiet, bħal "komponent tas-sikurezza", "modifika sostanzjali" u "manifattur", u jissuġġerixxi definizzjonijiet ġodda dwar "makkinarju u l-prodotti relatati", "funzjoni ta' sikurezza", "dokumentazzjoni teknika" u "ċiklu tal-ħajja" sabiex isir kontribut għall-fehim aktar ċar tad-dispożizzjonijiet ta' promulgazzjoni.
Ladarba r-Regolament japplika għal "makkinarju u l-prodotti relatati" li, skont il-proposta tal-Kummissjoni, ikopru wkoll "makkinarju parzjalment komplut", ir-Rapporter iqis li huwa importanti li ssir distinzjoni aktar ċara bejn id-definizzjonijiet li japplikaw għal "makkinarju parzjalment komplut" u dawk li japplikaw għal kategoriji oħra ta' makkinarju u l-prodotti relatati.
Din id-distinzjoni għandha ssir ukoll fir-rigward tar-rekwiżiti għall-makkinarju u l-prodotti relatat inġenerali u dawk għal "makkinarju parzjalment komplut", u fir-rigward tal-obbligi, inklużi proċeduri ta' valutazzjoni (tal-konformità), ta' operaturi ekonomiċi.
2. Makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir
Ir-Rapporteur jipproponi li t-terminu "makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir" jiġi sostitwit bi "makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju potenzjalment kbir" tul it-test kollu billi jqis li makkinarju u l-prodotti relatati mqiegħda fis-suq illum il-ġurnata ma jippreżentawx riskju kbir b'mod awtomatiku iżda f'ċerti sitwazzjonijiet biss.
Barra minn hekk, fir-rigward tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni biex tadotta atti delegati li jemendaw l-Anness I li jelenka makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir, ir-Rapporteur jipproponi li tali atti delegati ma għandhomx japplikaw qabel 36 xahar mid-dħul fis-seħħ tagħhom, sabex il-manifatturi jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw id-disinn u l-produzzjoni tagħhom.
Ir-Rapporteur enfasizza fir-rapport li l-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza meta jitqiegħdu fis-suq jew fis-servizz.
Fl-aħħar nett, fl-Anness III, ir-rapporteur speċifika li l-kontroll mill-bogħod għal funzjoni ta' kontroll superviżorju għal operazzjonijiet awtonomi għandu jiġi implimentat biss bħala opzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-azzjonijiet mill-bogħod ma jżidux il-livell ta' riskju.
3. Il-valutazzjoni tal-konformità ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir
Ir-Rapporteur jipproponi li jżomm il-possibbiltà li l-manifatturi jużaw ukoll il-proċedura ta' kontroll intern tal-produzzjoni (il-modulu A) stabbilita fl-Anness VI għal makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju potenzjalment kbir, billi mhuwiex konvint li hemm biżżejjed argumenti għat-tneħħija ta' din l-opzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati kemm is-sikurezza tal-makkinarju u l-prodotti relatati kif ukoll il-kompetittività tas-settur tal-makkinarju u l-flessibbiltà għal innovazzjoni. Barra minn hekk, iż-żamma tal-possibbiltà li tintuża l-proċedura ta' kontroll intern tal-produzzjoni hija ta' importanza partikolari għall-SMEs.
Barra minn hekk, ir-Rapporteur jemmen li r-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur ma għandux ikollu mandat biex jiżgura l-valutazzjoni tal-konformità għal makkinarju u l-prodotti relatati jew biex ikun responsabbli għat-tħejjija ta' dokumentazzjoni teknika. Il-manifattur għandu jkun l-uniku wieħed responsabbli għal dawn il-kompiti, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-NLF.
4. It-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni biex tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi
Fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni li tkun tista' tadotta b'mod eċċezzjonali atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza f'każ ta' nuqqas ta' standards armonizzati, ir-Rapporteur jipproponi li dawn l-ispeċifikazzjonijiet teknċi ma japplikawx jekk jiġu żviluppati standards armonizzati fil-futur. Barra minn hekk, ir-Rapporteur jemmen li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu jiġu abbozzati mill-Kummissjoni biss jekk organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjonijiet Ewropej ma jkunux ħarġu standards armonizzati 3 snin wara t-talba ta' standardizzazzjoni.
5. Dokumentazzjoni
Id-dokumentazzjoni teknika, l-istruzzjonijiet tal-assemblaġġ u d-dikjarazzjonijiet rilevanti kollha għandhom jiġu pprovduti f'forma diġitali jew stampata u, jekk jiġu pprovduti f'format diġitali, għandhom ikunu aċċessibbli matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-makkinarju u l-prodotti relatati.
6. Sorveljanza tas-suq
Ir-Rapporteur jiċċara d-drittijiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri u d-dmirijiet tal-operaturi ekonomiċi f'każ fejn il-makkinarju u l-prodotti relatati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti f'dan ir-Regolament jew joħolqu riskju. Waqt li jagħmel dan, huwa jistinka biex jallinja d-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq mar-Regolament (UE) 2019/1020 dwar is-Sorveljanza tas-Suq.
7. Skadenzi u dispożizzjonijiet tranżitorji
Ir-Rapporteur jipproponi l-estensjoni tal-iskadenza għat-tħassir tad-Direttiva 2006/42/KE minn 30 għal 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid. F'konformità ma' dan, il-perjodu tranżitorju ġie estiż ukoll minn 42 sa 60 xahar, u l-iskadenza biex il-Kummissjoni tippreżenta l-ewwel rapport tagħha dwar l-evalwazzjoni tar-Regolament ġiet estiża minn 54 sa 72 xahar.
Fl-aħħar nett, id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ġiet posposta minn 30 sa 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI (8.3.2022)
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-makkinarju u l-prodotti relatati
(COM(2021)0202 – C9‑0145/2021 – 2021/0105(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Marianne Vind
EMENDI
Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Is-settur tal-makkinarju huwa parti importanti mill-industrija tal-inġinerija u huwa wieħed mill-pedamenti industrijali tal-ekonomija tal-Unjoni. Il-kost soċjali tal-għadd kbir ta' aċċidenti kkawżati direttament mill-użu tal-makkinarju jista' jitnaqqas permezz tad-disinn u l-kostruzzjoni sikuri b'mod inerenti u permezz ta' installazzjoni u manutenzjoni xierqa. |
(2) Is-settur tal-makkinarju huwa parti importanti mill-industrija tal-inġinerija u huwa wieħed mill-pedamenti industrijali tal-ekonomija tal-Unjoni. Il-kost soċjali tal-għadd kbir ta' aċċidenti kkawżati direttament mill-użu tal-makkinarju jista' jitnaqqas permezz tad-disinn u l-kostruzzjoni sikuri b'mod inerenti u permezz ta' installazzjoni u manutenzjoni xierqa. F'dan l-isfond u fid-dawl tal-implimentazzjoni li ġejja tal-qafas strateġiku l-ġdid tal-UE dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol 2021-2027 u l-approċċ tiegħu ta' "viżjoni żero" għall-imwiet relatati max-xogħol, l-għanijiet ta' dan ir-Regolament huma li jistabbilixxi saħħa okkupazzjonali ambizzjuża u rekwiżiti ta' sikurezza għall-makkinarju u l-prodotti relatati. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Rekwiżiti ta' livell għoli ta' saħħa u sikurezza okkupazzjonali huma essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin u postijiet tax-xogħol sikuri. Il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom hija kruċjali biex jiġu protetti s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, inkluż meta jiġu installati u mħaddma l-makkinarju u l-prodotti relatati. Min iħaddem, t-trade unions u r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-rekwiżiti ta' saħħa u sikurezza okkupazzjonali fil-post tax-xogħol. Għandhom ikunu involuti mill-qrib fil-fażijiet rilevanti kollha rigward il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-politiki tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 24
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Fis-settur tal-makkinarju, madwar 98 % tal-kumpaniji huma intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju (SMEs). Sabiex jitnaqqas il-piż regolatorju fuq l-SMEs, jenħtieġ li l-korpi notifikati jadattaw it-tariffi għall-valutazzjonijiet tal-konformità u jnaqqsuhom b'mod proporzjonali għall-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs. |
(24) Fis-settur tal-makkinarju, madwar 98 % tal-kumpaniji huma intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju (SMEs). Sabiex jitnaqqas il-piż regolatorju fuq l-SMEs, jenħtieġ li l-korpi notifikati jadattaw it-tariffi għall-valutazzjonijiet tal-konformità u jnaqqsuhom b'mod proporzjonali għall-interessi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs. Ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw bl-istess mod għall-impriżi kollha. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 25
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu responsabbli għall-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, b'rabta mar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, fejn xieraq, tal-annimali domestiċi u tal-proprjetà u, fejn applikabbli, tal-ambjent, kif ukoll kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni. |
(25) Jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jkunu responsabbli għall-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, b'rabta mar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-interessi pubbliċi, bħas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, b'mod partikolari l-ħaddiema u l-utenti, fejn xieraq, tal-annimali domestiċi u tal-proprjetà u, fejn applikabbli, tal-ambjent, kif ukoll kompetizzjoni ġusta fis-suq tal-Unjoni. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 32
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(32) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-makkinarju u l-prodotti relatati minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u ma jippreżentawx riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, fejn xieraq, għall-annimali domestiċi u għall-proprjetà u, fejn applikabbli, għall-ambjent, u b'mod partikolari, li jkunu twettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa mill-manifatturi fir-rigward ta' tali makkinarju u l-prodotti relatati. Għalhekk, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiżguraw li l-makkinarju u l-prodotti relatati li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u ma jippreżentawx riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, fejn xieraq, għall-annimali domestiċi u għall-proprjetà u, fejn applikabbli, għall-ambjent. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni wkoll għall-importaturi biex jiżguraw li jkunu twettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u li l-markatura CE u d-dokumentazzjoni teknika mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għal spezzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
(32) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-makkinarju u l-prodotti relatati minn pajjiżi terzi li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u ma jippreżentawx riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, b'mod partikolari l-ħaddiema u l-utenti, fejn xieraq, għall-annimali domestiċi u għall-proprjetà u, fejn applikabbli, għall-ambjent, u b'mod partikolari, li jkunu twettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità xierqa mill-manifatturi fir-rigward ta' tali makkinarju u l-prodotti relatati. Għalhekk, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-importaturi biex jiżguraw li l-makkinarju u l-prodotti relatati li jqiegħdu fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u ma jippreżentawx riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, fejn xieraq, għall-annimali domestiċi u għall-proprjetà u, fejn applikabbli, għall-ambjent. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni wkoll għall-importaturi biex jiżguraw li jkunu twettqu l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u li l-markatura CE u d-dokumentazzjoni teknika mfassla mill-manifatturi jkunu disponibbli għal spezzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 35
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(35) Bil-ħsieb li jiġu żgurati s-saħħa u s-sikurezza tal-utenti tal-makkinarju u l-prodotti relatati, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jiżguraw li d-dokumentazzjoni rilevanti kollha, bħall-istruzzjonijiet tal-utent, filwaqt li jkun fiha informazzjoni preċiża u li tinftiehem, tkun tinftiehem faċilment, tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u l-bidliet fl-imġiba tal-utent finali, kif ukoll tkun kemm jista' jkun aġġornata. Meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jitqiegħdu fis-suq f'pakketti li jkun fihom unitajiet multipli, jenħtieġ li l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni jakkumpanjaw l-iżgħar unità disponibbli kummerċjalment. |
(35) Bil-ħsieb li jiġu żgurati s-saħħa u s-sikurezza tal-utenti tal-makkinarju u l-prodotti relatati, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi jiżguraw li d-dokumentazzjoni rilevanti kollha, bħall-istruzzjonijiet tal-utent, filwaqt li jkun fiha informazzjoni preċiża u li tinftiehem, tkun tinftiehem faċilment u disponibbli bil-lingwi rilevanti kollha, tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u l-bidliet fl-imġiba tal-utent finali, kif ukoll tkun kemm jista' jkun aġġornata. Meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jitqiegħdu fis-suq f'pakketti li jkun fihom unitajiet multipli, jenħtieġ li l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni jakkumpanjaw l-iżgħar unità disponibbli kummerċjalment. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 39
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(39) Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun limitat għall-istabbiliment tar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza, issupplimentati minn għadd ta' rekwiżiti aktar speċifiċi għal ċerti kategoriji ta' makkinarju u l-prodotti relatati. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, huwa meħtieġ li tiġi prevista preżunzjoni tal-konformità għall-makkinarju li huwa konformi mal-istandards armonizzati li huma żviluppati u li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 bl-iskop li jiġu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. |
(39) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, issupplimentati minn għadd ta' rekwiżiti aktar speċifiċi għal ċerti kategoriji ta' makkinarju u l-prodotti relatati. Sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, huwa meħtieġ li tiġi prevista preżunzjoni tal-konformità għall-makkinarju li huwa konformi mal-istandards armonizzati li huma żviluppati u li r-referenzi tagħhom huma ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 bl-iskop li jiġu espressi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi dettaljati ta' dawk ir-rekwiżiti. |
__________________ |
__________________ |
12 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE(52), 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12). |
12 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE(52), 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12). |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 39a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(39a) Jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) tistabbilixxi mekkaniżmu ta' twissija fl-istruttura istituzzjonali eżistenti biex fil-futur tidentifika n-nuqqasijiet relatati mas-saħħa u sikurezza okkupazzjonali ta' dan ir-Regolament fi stadju bikri, speċjalment fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni u l-Intelliġenza Artifiċjali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi bażi tad-data dwar il-korrimenti (IDB)1, li tkopri t-tipi kollha ta' korrimenti marbuta mal-użu tal-makkinarju u l-prodotti relatati, biex timmonitorja r-riskji. L-involviment tas-sħab soċjali huwa essenzjali fiż-żewġ każijiet. |
|
____________________________ |
|
[1]https://ec.europa.eu/health/system/files/2020-12/idb_flyer_en_0.pdf |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 40
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(40) Fin-nuqqas ta' standards armonizzati rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza. Ir-rikors għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jenħtieġ li jintuża bħala soluzzjoni ta' riżerva biex jiġi ffaċilitat l-obbligu tal-manifattur li jikkonforma mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, pereżempju, meta l-proċess ta' standardizzazzjoni jiġi mblukkat minħabba nuqqas ta' kunsens bejn il-partijiet ikkonċernati jew ikun hemm dewmien bla bżonn fl-istabbiliment ta' standard armonizzat. Tali dewmien jista' pereżempju jseħħ meta ma tintlaħaqx il-kwalità meħtieġa. |
(40) Fin-nuqqas ta' standards armonizzati rilevanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza. Ir-rikors għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jenħtieġ li jintuża bħala soluzzjoni ta' riżerva biex jiġi ffaċilitat l-obbligu tal-manifattur li jikkonforma mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, pereżempju, meta l-proċess ta' standardizzazzjoni jiġi mblukkat minħabba nuqqas ta' kunsens bejn il-partijiet ikkonċernati jew ikun hemm dewmien bla bżonn fl-istabbiliment ta' standard armonizzat. Tali dewmien jista' pereżempju jseħħ meta ma tintlaħaqx il-kwalità meħtieġa. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 41
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(41) Jenħtieġ li l-konformità mal-istandards armonizzati u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Kummissjoni tkun volontarja. Għalhekk, jenħtieġ li jkunu aċċettabbli soluzzjonijiet tekniċi alternattivi meta tintwera l-konformità tal-makkinarju mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza fil-fajl tekniku. |
(41) Jenħtieġ li l-konformità mal-istandards armonizzati u mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-Kummissjoni tkun volontarja iżda jenħtieġ li din titqies bħala gwida. Għalhekk, jenħtieġ li jkunu aċċettabbli soluzzjonijiet tekniċi alternattivi meta tintwera l-konformità tal-makkinarju mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza fil-fajl tekniku. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 42
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(42) Jenħtieġ li r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza jiġu ssodisfati sabiex jiġi żgurat li l-makkinarju u l-prodotti relatati jkun sikur. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiġu applikati b'dixxerniment biex jitqiesu l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku fil-mument tal-kostruzzjoni u r-rekwiżiti tekniċi u ekonomiċi. |
(42) Jenħtieġ li r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza jiġu ssodisfati sabiex jiġi żgurat li l-makkinarju u l-prodotti relatati jkun sikur. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jiġu applikati b'dixxerniment biex jitqiesu l-ogħla livell u r-riskji prevedibbli ta' żvilupp tekniku fil-mument tal-kostruzzjoni u r-rekwiżiti tekniċi u ekonomiċi. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 43
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(43) Bil-ħsieb li jiġu indirizzati r-riskji li jinħolqu minn azzjonijiet malizzjużi ta' partijiet terzi li għandhom impatt fuq is-sikurezza tal-makkinarju u l-prodotti relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkludi r-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza li għalihom tista' tingħata preżunzjoni ta' konformità sal-punt xieraq permezz ta' ċertifikat jew dikjarazzjoni ta' konformità maħruġa bħala parti minn skema ta' ċibersigurtà rilevanti adottata skont u f'konformità mal-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 . |
(43) Bil-ħsieb li jiġu indirizzati r-riskji li jinħolqu minn azzjonijiet malizzjużi ta' partijiet terzi li għandhom impatt fuq is-sikurezza tal-makkinarju u l-prodotti relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jinkludi r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza li għalihom tista' tingħata preżunzjoni ta' konformità sal-punt xieraq permezz ta' ċertifikat jew dikjarazzjoni ta' konformità maħruġa bħala parti minn skema ta' ċibersigurtà rilevanti adottata skont u f'konformità mal-Artikolu 54(3) tar-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13. |
_________________ |
_________________ |
13 Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15). |
13 Ir-Regolament (UE) 2019/881 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 15). |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 45
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(45) Il-lista ta' makkinarju b'riskju kbir fl-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE sa issa hija bbażata fuq ir-riskju li jirriżulta mill-użu maħsub jew minn kwalunkwe użu ħażin li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli ta' dak il-makkinarju. Madankollu, is-settur tal-makkinarju jinkludi modi ġodda ta' tfassil u kostruzzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati li jistgħu jimplikaw riskji kbar, irrispettivament minn tali użu maħsub jew kwalunkwe użu ħażin li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli. Pereżempju, software li jiżgura funzjonijiet ta' sikurezza ta' makkinarju bbażat fuq l-intelliġenza artifiċjali, kemm jekk ikun inkorporat fil-makkinarju u l-prodotti relatati kif ukoll jekk le, jenħtieġ li jiġi kklassifikat bħala makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir minħabba l-karatteristiċi tal-intelliġenza artifiċjali bħad-dipendenza fuq id-data, l-opaċità, l-awtonomija u l-konnettività, li jistgħu jżidu ħafna l-probabbiltà u s-severità tal-ħsara u jaffettwaw b'mod serju s-sikurezza tal-makkinarju u l-prodotti relatati. Barra minn hekk, is-suq għal software li jiżgura funzjonijiet ta' sikurezza ta' makkinarju u l-prodotti relatati bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali sa issa huwa żgħir ħafna, li jirriżulta f'nuqqas ta' esperjenza u data. Għalhekk, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-konformità tas-software li jiżgura funzjonijiet ta' sikurezza bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali titwettaq minn parti terza. |
(45) Il-lista ta' makkinarju b'riskju kbir fl-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE sa issa hija bbażata fuq ir-riskju li jirriżulta mill-użu maħsub jew minn kwalunkwe użu ħażin li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli ta' dak il-makkinarju. Madankollu, is-settur tal-makkinarju jinkludi modi ġodda ta' tfassil u kostruzzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati li jistgħu jimplikaw riskji kbar, irrispettivament minn tali użu maħsub jew kwalunkwe użu ħażin li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli. Pereżempju, software li jiżgura funzjonijiet ta' sikurezza ta' makkinarju bbażat fuq l-intelliġenza artifiċjali, kemm jekk ikun inkorporat fil-makkinarju u l-prodotti relatati kif ukoll jekk le, jenħtieġ li jiġi kklassifikat bħala makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir minħabba l-karatteristiċi tal-intelliġenza artifiċjali bħad-dipendenza fuq id-data, l-opaċità, l-awtonomija u l-konnettività, li jistgħu jżidu ħafna l-probabbiltà u s-severità tal-ħsara u jaffettwaw b'mod serju s-sikurezza tal-makkinarju u l-prodotti relatati. Għalhekk, jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-konformità tas-software li jiżgura funzjonijiet ta' sikurezza bbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali u t-tagħlim awtomatiku titwettaq minn parti terza. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 60
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(60) Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-makkinarju u l-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk, meta jiġu installati u użati kif suppost għall-għan maħsub tagħhom, jew taħt kundizzjonijiet tal-użu li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli, ma jipperikolawx is-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni u, fejn xieraq, l-annimali domestiċi u l-proprjetà u, fejn applikabbli, l-ambjent. Jenħtieġ li l-makkinarju u l-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament jitqiesu bħala mhux konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament biss taħt kundizzjonijiet tal-użu li jistgħu jirriżultaw minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli. |
(60) Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-makkinarju u l-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk, meta jiġu installati u użati kif suppost għall-għan maħsub tagħhom, jew taħt kundizzjonijiet tal-użu li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli, ma jipperikolawx is-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, b'mod partikolari l-ħaddiema u l-utenti, u, fejn xieraq, l-annimali domestiċi u l-proprjetà u, fejn applikabbli, l-ambjent. Jenħtieġ li l-makkinarju u l-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament jitqiesu bħala mhux konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti f'dan ir-Regolament biss taħt kundizzjonijiet tal-użu li jistgħu jirriżultaw minn imġiba umana legali u faċilment prevedibbli. Madankollu, hija mistennija antiċipazzjoni raġonevoli ta' żvilupp u użu potenzjalment ta' periklu biex tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 65
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(65) Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u tal-għarfien jew l-evidenza xjentifika ġdida, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir u tal-lista indikattiva ta' komponenti tas-sikurezza. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(65) Sabiex jittieħed kont tal-progress tekniku u tal-għarfien jew l-evidenza xjentifika ġdida, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir u tal-lista indikattiva ta' komponenti tas-sikurezza. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inklużi s-sħab soċjali u esperti oħra. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 66
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(66) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni li permezz tagħhom tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sikurezza, titlob lill-Istat Membru tan-notifika jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa fir-rigward ta' korp notifikat li ma jissodisfax ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu u tistabbilixxi jekk miżura nazzjonali fir-rigward ta' makkinarju konformi li Stat Membru jsib li jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni hijiex ġustifikata. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 . |
(66) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni li permezz tagħhom tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza, titlob lill-Istat Membru tan-notifika jieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa fir-rigward ta' korp notifikat li ma jissodisfax ir-rekwiżiti għan-notifika tiegħu u tistabbilixxi jekk miżura nazzjonali fir-rigward ta' makkinarju konformi li Stat Membru jsib li jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persuni, b'mod partikolari l-ħaddiema u l-utenti, hijiex ġustifikata. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14. |
_________________ |
_________________ |
14 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). |
14 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13). |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 76
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(76) Huwa meħtieġ li jiġi previst biżżejjed żmien sabiex l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u sabiex l-Istati Membri jistabbilixxu l-infrastruttura amministrattiva meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi differita, |
(76) Huwa meħtieġ li jiġi previst biżżejjed żmien u b'mod raġonevoli, sabiex l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u sabiex l-Istati Membri jistabbilixxu l-infrastruttura amministrattiva meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 76a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(76a) L-istandards armonizzati rilevanti għal dan ir-Regolament jenħtieġ li jqisu l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-kostruzzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati biex jippermettu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta' makkinarju u l-prodotti relatati, u jistabbilixxi regoli dwar il-moviment liberu ta' makkinarju u l-prodotti relatati fl-Unjoni. |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-disinn u l-kostruzzjoni ta' makkinarju u l-prodotti relatati biex jippermettu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz ta' makkinarju u l-prodotti relatati, u jistabbilixxi regoli dwar il-moviment liberu ta' makkinarju u l-prodotti relatati fl-Unjoni u jiżgura protezzjoni ta' livell għoli għall-ħaddiema kollha u utenti oħra. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) Meta l-makkinarju jkun fih software inkorporat, installat minn qabel jew installat sussegwentement, dan tal-aħħar għandu jitqies bħala parti integrata tal-makkinarju; |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 4a – (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4a (ġdid) |
|
Il-Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Korrimenti |
|
1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna u testendi l-Bażi tad-Data Ewropea tal-Korrimenti (IDB), biex tiġbor informazzjoni dwar kull tip ta' korriment marbut mal-makkinarju u l-prodotti relatati koperti minn dan ir-Regolament. |
|
2. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-data rilevanti f'konformità mar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data. |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija komuni għall-ġbir tad-data. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir fl-Anness I jekk huma jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li jitqiesu d-disinn u l-għan maħsub tagħhom. Makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġu rtirati mil-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir fl-Anness I jekk ma jibqgħux jippreżentaw tali riskju. Ir-riskju ppreżentat minn makkinarju u l-prodotti relatati partikolari għandu jiġi stabbilit abbażi tal-kombinament tal-probabbiltà ta' okkorrenza ta' ħsara u s-severità ta' dik il-ħsara. |
Makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir fl-Anness I jekk huma jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li jitqiesu d-disinn u l-għan maħsub u l-użu prevedibbli tagħhom. Makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġu rtirati mil-lista ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'riskju kbir fl-Anness I jekk ma jibqgħux jippreżentaw tali riskju. Ir-riskju ppreżentat minn makkinarju u l-prodotti relatati partikolari għandu jiġi stabbilit abbażi tal-kombinament tal-probabbiltà ta' okkorrenza ta' ħsara u s-severità ta' dik il-ħsara. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) statistika dwar l-aċċidenti kkawżati mill-makkinarju u l-prodotti relatati għall-erba' snin preċedenti bbażata fuq, b'mod partikolari, informazzjoni miksuba mis-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS), il-klawżoli ta' salvagwardja, is-Sistema ta' Twissija Rapida (RAPEX) u r-rapportar tal-Grupp ta' Kooperazzjoni Amministrattiva dwar il-Makkinarju. |
(d) statistika dwar l-aċċidenti kkawżati mill-makkinarju u l-prodotti relatati għall-erba' snin preċedenti bbażata fuq, b'mod partikolari, informazzjoni miksuba mis-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS), il-klawżoli ta' salvagwardja, is-Sistema ta' Twissija Rapida (RAPEX), ir-rapportar tal-Grupp ta' Kooperazzjoni Amministrattiva dwar il-Makkinarju u l-Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Korrimenti. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 17 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 46(3). |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 46(3). Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi s-sħab soċjali f'dan il-kuntest. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 23 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti biex jiżguraw li l-persuni, inklużi l-ħaddiema, ikunu protetti meta jinstallaw u jużaw makkinarju u l-prodotti relatati, diment li tali regoli ma jippermettux li ssir modifika ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'mod li ma jkunx kompatibbli ma' dan ir-Regolament. |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti, inklużi dawk dwar id-disponibbiltà tat-taħriġ, ir-riżorsi u t-tagħmir suffiċjenti biex jiżguraw li l-persuni, inklużi l-ħaddiema, ikunu protetti meta jinstallaw u jużaw makkinarju u l-prodotti relatati, diment li tali regoli ma jippermettux li ssir modifika ta' makkinarju u l-prodotti relatati b'mod li ma jkunx kompatibbli ma' dan ir-Regolament. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Anness I – punt 24a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
24a. Komponent tas-sikurezza b'imġiba jew loġika li tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Anness I – punt 25
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
25. Makkinarju li jintegra sistemi tal-IA li jiżguraw funzjonijiet ta' sikurezza. |
25. Makkinarju li jintegra komponent li jiżgura funzjonijiet ta' sikurezza b'imġiba jew loġika li tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jidentifika l-perikli li jistgħu jiġu ġġenerati mill-makkinarju u l-prodotti relatati u mis-sitwazzjonijiet ta' periklu assoċjati, inklużi l-perikli li jistgħu jiġu ġġenerati matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-makkinarju u l-prodotti relatati li huma prevedibbli fiż-żmien tal-introduzzjoni tal-makkinarju u l-prodotti relatati fis-suq bħala evoluzzjoni intenzjonata tal-imġiba jew il-loġika tiegħu li tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali bħala riżultat tal-makkinarju u l-prodotti relatati ddisinjati biex jaħdmu b'livelli differenti ta' awtonomija. F'dan ir-rigward, meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jintegraw sistema ta' intelliġenza artifiċjali, il-valutazzjoni tar-riskju tal-makkinarju għandha tqis il-valutazzjoni tar-riskju għal dik is-sistema ta' intelliġenza artifiċjali li tkun twettqet skont ir-Regolament … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill+ dwar approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali+30 ; . |
(c) jidentifika l-perikli li jistgħu jiġu ġġenerati mill-makkinarju u l-prodotti relatati u mis-sitwazzjonijiet ta' periklu assoċjati, inklużi l-perikli li jistgħu jiġu ġġenerati matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-makkinarju u l-prodotti relatati li huma prevedibbli fiż-żmien tal-introduzzjoni tal-makkinarju u l-prodotti relatati fis-suq bħala evoluzzjoni intenzjonata tal-imġiba jew il-loġika tiegħu li tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali bħala riżultat tal-makkinarju u l-prodotti relatati ddisinjati biex jaħdmu abbażi ta' teknoloġiji tat-tagħlim awtomatiku, potenzjalment b'livelli differenti ta' awtonomija. F'dan ir-rigward, meta l-makkinarju u l-prodotti relatati jintegraw sistema ta' intelliġenza artifiċjali, il-valutazzjoni tar-riskju tal-makkinarju għandha tqis il-valutazzjoni tar-riskju għal dik is-sistema ta' intelliġenza artifiċjali li tkun twettqet skont ir-Regolament … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill+ dwar approċċ Ewropew għall-Intelliġenza Artifiċjali+30 ; . |
__________________ |
__________________ |
30 + ĠU: Fit-test għandu jiddaħħal in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument... u għandhom jiddaħħlu n-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna. |
30 + ĠU: Fit-test għandu jiddaħħal in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument... u għandhom jiddaħħlu n-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna. |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jagħmel stima tar-riskji, filwaqt li jqis is-severità tal-possibbiltà ta' korrimenti jew ħsara għas-saħħa u l-probabbiltà li dawn iseħħu; |
(d) jagħmel stima tar-riskji, filwaqt li jqis is-severità tal-possibbiltà ta' korrimenti jew ħsara għas-saħħa, inkluża s-saħħa mentali, u l-probabbiltà li dawn iseħħu; |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Anness III – punt 1 – paragrafu 2 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jelimina l-perikli jew inaqqas ir-riskji assoċjati ma' dawn il-perikli billi japplika l-miżuri protettivi, fl-ordni tal-prijorità stabbilita fit-taqsima 1.1.2(b). |
(f) jelimina l-perikli jew inaqqas b'mod suffiċjenti r-riskji assoċjati ma' dawn il-perikli billi japplika l-miżuri protettivi, fl-ordni tal-prijorità stabbilita fit-taqsima 1.1.2(b). |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.1. – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) "periklu" tfisser sors potenzjali ta' korriment jew ħsara għas-saħħa; |
(a) "periklu" tfisser sors potenzjali ta' korriment jew ħsara għas-saħħa, inkluża s-saħħa mentali; |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.2. – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'mod li jkunu xierqa għall-funzjoni tagħhom, u b'mod li jkunu jistgħu jitħaddmu, jiġu aġġustati u miżmuma mingħajr ma jqiegħdu lil persuni f'riskju meta dawn l-operazzjonijiet isiru skont il-kundizzjonijiet previsti, iżda filwaqt li jitqies ukoll kwalunkwe użu ħażin tagħhom li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli. L-għan tal-miżuri protettivi għandu jkun li jiġi eliminat kull riskju matul il-ħajja prevista tal-makkinarju u l-prodotti relatati, inkluż fil-fażijiet tat-trasport, tal-assemblaġġ, taż-żarmar, tal-waqfien tat-tħaddim u tal-iskrappjar. |
(a) Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'mod li jkunu xierqa għall-funzjoni tagħhom, u b'mod li jkunu jistgħu jitħaddmu, jiġu aġġustati u miżmuma mingħajr ma jqiegħdu lil persuni f'riskju meta dawn l-operazzjonijiet isiru skont kundizzjonijiet tal-użu li jistgħu b'mod raġonevoli jiġu previsti, iżda filwaqt li jitqies ukoll kwalunkwe użu ħażin tagħhom li jista' jiġi previst b'mod raġonevoli. L-għan tal-miżuri protettivi għandu jkun li jiġi eliminat kull riskju matul iċ-ċiklu tal-ħajja prevedibbli tal-makkinarju u l-prodotti relatati, inkluż fil-fażijiet tat-trasport, tal-assemblaġġ, taż-żarmar, tal-waqfien tat-tħaddim u tal-iskrappjar. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.2. – punt ea (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Anness iridu jiġu implimentati u interpretati bil-kunsens tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) b'mod li jiżgura bis-sħiħ is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema jew tal-operaturi tal-makkinarju u l-prodotti relatati. Il-manifatturi u l-fornituri tal-makkinarju u l-prodotti relatati jridu dejjem jimmiraw li jipprovdu l-ogħla standards possibbli tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali sabiex jiżguraw il-prevenzjoni tal-inċidenti u l-użu sikur tal-makkinarju u l-prodotti relatati. L-operaturi tal-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġu pprovduti b'tagħmir protettiv adegwat biex jiżguraw użu sikur u manutenzjoni. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.6. – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Skont il-kundizzjonijiet maħsuba tal-użu, l-iskumdità, l-għejja u t-tensjoni fiżika u psikoloġika li jiffaċċja l-operatur għandhom jitnaqqsu sal-inqas livell possibbli, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji ergonomiċi bħal: |
Skont il-kundizzjonijiet maħsuba tal-użu, l-iskumdità, l-għejja u l-piż fiżiku u konjittiv tax-xogħol li jiffaċċja l-operatur għandhom jiġu eliminati jew jitnaqqsu sal-inqas livell possibbli, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji ergonomiċi bħal: |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.6. – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) li tiġi evitata rata ta' xogħol stabbilita mill-magna; |
(c) il-prevenzjoni ta' rata ta' xogħol stabbilita mill-magna billi jkunu permessi adattamenti; |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.6. – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) li jiġi evitat monitoraġġ li jeħtieġ konċentrazzjoni fit-tul; |
(d) il-prevenzjoni ta' monitoraġġ li jeħtieġ konċentrazzjoni fit-tul; |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.6. – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) l-adattament tal-interfaċċa bejn il-bniedem u l-makkinarju u l-prodotti relatati għall-karatteristiċi prevedibbli tal-operaturi, inkluż fir-rigward tal-makkinarju u l-prodotti relatati b'imġiba jew loġika mfassla biex tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali li hija ddisinjata biex taħdem b'livelli differenti ta' awtonomija; |
(e) l-adattament tal-interfaċċa bejn il-bniedem u l-makkinarju u l-prodotti relatati, inklużi s-sistemi ta' sigurtà u s-sistemi ta' interruzzjoni ta' emerġenza, għall-karatteristiċi prevedibbli tal-operaturi, inkluż fir-rigward tal-makkinarju u l-prodotti relatati b'imġiba jew loġika mfassla biex tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali li hija ddisinjata biex taħdem b'livelli differenti ta' awtonomija; |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.6. – paragrafu 1 – punt f
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) l-adattament tal-makkinarju u l-prodotti relatati b'imġiba jew loġika mfassla biex tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali li huma ddisinjati biex jaħdmu b'livelli differenti ta' awtonomija biex jirreaġixxu għan-nies b'mod adegwat u xieraq (verbalment permezz ta' kliem u mhux verbalment permezz ta' ġesti, espressjonijiet tal-wiċċ jew movimenti tal-ġisem) u biex jikkomunikaw l-azzjonijiet ippjanati tagħhom (jiġifieri x'se jagħmlu u għaliex) lill-operaturi b'mod li jinftiehem. |
(f) l-adattament tal-makkinarju u l-prodotti relatati b'imġiba jew loġika mfassla biex tevolvi bis-sħiħ jew b'mod parzjali li huma ddisinjati biex jaħdmu abbażi ta' teknoloġiji tat-tagħlim awtomatiku, potenzjalment b'livelli differenti ta' awtonomija biex jirreaġixxu għan-nies b'mod adegwat u xieraq (verbalment permezz ta' kliem u mhux verbalment permezz ta' ġesti, espressjonijiet tal-wiċċ jew movimenti tal-ġisem). |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.6. – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) il-komunikazzjoni mal-operaturi tal-azzjonijiet ippjanati tal-makkinarju u l-prodotti relatati (x'se jagħmlu u għaliex) b'mod li jinftiehem. |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.9. – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li l-konnessjoni ta' apparat ieħor magħhom, permezz ta' kwalunkwe karatteristika tal-apparat konness innifsu jew permezz ta' kwalunkwe apparat remot li jikkomunika mal-makkinarju u l-prodotti relatati, ma twassalx għal sitwazzjoni ta' periklu. |
Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li l-konnessjoni ta' apparat ieħor magħhom, permezz ta' kwalunkwe karatteristika tal-apparat konness innifsu jew permezz ta' kwalunkwe apparat remot li jikkomunika mal-makkinarju u l-prodotti relatati, ma twassalx għal sitwazzjonijiet potenzjalment ta' periklu. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.1 – punt 1.1.9. – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-komponenti tal-hardware għall-konnessjoni li huma ta' importanza kritika għall-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu protetti b'mod xieraq kontra l-korruzzjoni aċċidentali jew intenzjonata. Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġbru evidenza ta' interventi leġittimi jew mhux leġittimi fil-komponenti tal-hardware. |
Il-komponenti tal-hardware għall-konnessjoni jew għall-aċċess għal software li huma ta' importanza kritika għall-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati mar-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza għandhom ikunu ddisinjati b'tali mod li jkunu protetti b'mod xieraq kontra l-korruzzjoni aċċidentali jew intenzjonata. Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom jiġbru evidenza ta' interventi leġittimi jew mhux leġittimi fil-komponenti tal-hardware msemmija hawn fuq. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1. – paragrafu 2 – punt (a)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jistgħu jifilħu, meta xieraq għaċ-ċirkostanzi u r-riskji, għall-istrapazz operattiv maħsub u għal influwenzi esterni maħsuba u mhux intenzjonati, inkluż tentattivi malizzjużi minn partijiet terzi biex tinħoloq sitwazzjoni ta' periklu; |
(a) jistgħu jifilħu, meta xieraq għaċ-ċirkostanzi u r-riskji, għall-istrapazz operattiv maħsub u għal influwenzi esterni maħsuba u mhux intenzjonati, inkluż użu ħażin prevedibbli minn partijiet terzi biex tinħoloq sitwazzjoni jew funzjoni potenzjalment ta' periklu; |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1. – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) il-funzjonijiet tas-sikurezza ma jistgħux jinbidlu lil hinn mil-limiti definiti mill-manifattur fil-valutazzjoni tar-riskju tal-makkinarju u l-prodotti relatati. L-istabbiliment tal-limiti tal-funzjonijiet tas-sikurezza għandu jkun parti mill-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-manifattur, inkluż kwalunkwe modifiki fil-konfigurazzjonijiet jew fir-regoli ġġenerati mill-makkinarju u l-prodotti relatati jew mill-operaturi, anki waqt il-fażi tat-tagħlim, li ma jistgħux jaqbżu l-limiti indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju; |
(d) il-funzjonijiet tas-sikurezza ma jistgħux jinbidlu lil hinn mil-limiti definiti mill-manifattur fil-valutazzjoni tar-riskju tal-makkinarju u l-prodotti relatati. L-istabbiliment tal-limiti tal-funzjonijiet tas-sikurezza għandu jkun parti mill-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-manifattur, inkluż kwalunkwe modifiki fil-konfigurazzjonijiet jew fir-regoli ġġenerati mill-makkinarju u l-prodotti relatati jew mill-operaturi, anki waqt l-iżvilupp tagħha bbażat fuq it-tagħlim awtomatiku, li ma jistgħux jaqbżu l-limiti indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju; |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1. – paragrafu 2 – punt g
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) ir-reġistrazzjoni tad-data dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet relatat mas-sikurezza wara li l-makkinarju u l-prodotti relatati jkunu ġew introdotti fis-suq jew imdaħħla fis-servizz, tkun attivata u li tali data tinżamm għal sena wara li tinġabar, esklużivament biex tintwera l-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati ma' dan l-Anness wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti. |
(g) ir-reġistrazzjoni tad-data dwar il-proċess tat-tagħlim awtomatiku relatat mas-sikurezza wara li l-makkinarju u l-prodotti relatati jkunu ġew introdotti fis-suq jew imdaħħla fis-servizz, tkun attivata u li tali data tinżamm għal sena wara li tinġabar, esklużivament biex tintwera l-konformità tal-makkinarju u l-prodotti relatati ma' dan l-Anness wara talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti. |
Emenda 45
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1. – paragrafu 4 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) għandhom jiġu pprevenuti modifiki tal-konfigurazzjonijiet jew tar-regoli, iġġenerati mill-makkinarju u l-prodotti relatati jew mill-operaturi anki fil-fażi tat-tagħlim, meta tali modifiki jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' periklu; |
(c) għandhom jiġu pprevenuti modifiki tal-konfigurazzjonijiet jew tar-regoli, iġġenerati mill-makkinarju u l-prodotti relatati jew mill-operaturi anki fil-proċess tat-tagħlim awtomatiku, meta tali modifiki jistgħu jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' periklu; |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.7. – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1.3.7. Riskji relatati ma' partijiet li jiċċaqilqu u stress psikoloġiku |
1.3.7. Riskji relatati ma' partijiet li jiċċaqilqu, stress psikoloġiku u piż konjittiv tax-xogħol |
Emenda 47
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.7. – paragrafu 4 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-prevenzjoni tar-riskji ta' kuntatt li jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' periklu u l-istress psikoloġiku li jista' jiġi kkawżat mill-interazzjoni mal-magna għandhom jiġu adattati għal: |
Il-prevenzjoni tar-riskji ta' kuntatt li jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' periklu kif ukoll l-istress psikoloġiku u l-piż konjittiv tax-xogħol li jista' jiġi kkawżat mill-interazzjoni mal-magna għandhom jiġu adattati għal: |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.3 – punt 1.3.7. – paragrafu 4 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) interazzjoni bejn il-bniedem u l-magni. |
(b) kollaborazzjoni diretta bejn il-bniedem u l-magni fi spazju kondiviż. |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.5 – punt 1.5.13. – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta ma jkunx possibbli li riskju jiġi eliminat, il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu mgħammra b'tali mod li l-materjali u s-sustanzi perikolużi jkunu jistgħu jiġu kkontrollati, maqbuda, evakwati, ippreċipitati bl-isprejjar tal-ilma, iffiltrati jew trattati permezz ta' metodu ieħor li jkun effettiv bl-istess mod. |
Meta ma jkunx possibbli li riskju jiġi eliminat, il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu mgħammra b'tali mod li l-materjali u s-sustanzi perikolużi jkunu jistgħu jiġu kkontrollati, maqbuda, evakwati, ippreċipitati bl-isprejjar tal-ilma, iffiltrati jew trattati permezz ta' metodu ieħor li jkun effettiv bl-istess mod. F'każijiet fejn l-użu ta' apparati esterni ma jkunx fattibbli, għandha tingħata informazzjoni dwar l-użu ta' tagħmir protettiv personali (PPE) xieraq fl-istruzzjonijiet tat-tħaddim. |
Emenda 50
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.7 – punt 1.7.4 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-istruzzjonijiet jistgħu jiġu pprovduti f'format diġitali. Madankollu, fuq talba tax-xerrej fil-ħin tax-xiri tal-makkinarju u l-prodotti relatati, l-istruzzjonijiet għandhom jiġu pprovduti f'format stampat mingħajr ħlas. |
L-istruzzjonijiet għandhom jiġu pprovduti f'format diġitali matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-makkinarju u l-prodotti relatati. Madankollu, fuq talba tax-xerrej l-istruzzjonijiet għandhom jiġu pprovduti f'format stampat mingħajr ħlas sa sentejn wara x-xiri tal-makkinarju u l-prodotti relatati. |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.7 – punt 1.7.4. – paragrafu 4 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jippreżenta l-istruzzjonijiet f'format li jippermetti lill-utent aħħari jniżżilhom u jaħżinhom fuq apparat elettroniku sabiex ikun jista' jaċċessahom f'kull ħin, b'mod partikolari waqt ħsara fil-magna. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal makkinarju u l-prodotti relatati li jkollhom il-manwal tal-istruzzjonijiet inkorporat fis-software tagħhom. Prinċipji ġenerali għall-abbozzar tal-istruzzjonijiet |
(c) jippreżenta l-istruzzjonijiet f'format li jippermetti lill-utent aħħari jniżżilhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-makkinarju u l-prodotti relatati u jaħżinhom fuq apparat elettroniku sabiex ikun jista' jaċċessahom f'kull ħin, b'mod partikolari waqt ħsara fil-magna. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għal makkinarju u l-prodotti relatati li jkollhom il-manwal tal-istruzzjonijiet inkorporat fis-software tagħhom. Prinċipji ġenerali għall-abbozzar tal-istruzzjonijiet |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 1 – punt 1.7 – punt 1.7.4. – punt 1.7.4.2 – punt 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, jew dokument li jistabbilixxi l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, li juri d-dettalji tal-makkinarju u l-prodotti relatati, u li mhux neċessarjament jinkludi n-numru tas-serje u l-firma, jew l-indirizz tal-internet fejn tista' tiġi aċċessata d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE. |
(c) id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, jew dokument li jistabbilixxi l-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE, li juri d-dettalji tal-makkinarju u l-prodotti relatati, u li mhux neċessarjament jinkludi n-numru tas-serje u l-firma, jew l-indirizz tal-internet fejn tista' tiġi aċċessata d-dikjarazzjoni ta' konformità tal-UE matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-makkinarju u l-prodotti relatati. |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 2 – punt 2.2 – punt 2.2.1. – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) ikollu apparat jew sistema konnessa tal-egżost, bi żbokk ta' konnessjoni għall-estrazzjoni jew sistema ekwivalenti biex jinqabdu jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi perikolużi. Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta l-applikazzjoni tiegħu tirriżulta fil-ħolqien ta' riskju ġdid, meta l-funzjoni ewlenija tal-makkinarju tkun l-isprejjar ta' sustanzi perikolużi u għall-emissjonijiet ta' magni b'kombustjoni interna. Il-mankijiet tal-makkinarju portabbli għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li jippermettu startjar u waqfien sempliċi. |
(e) ikollu apparat jew sistema konnessa tal-egżost, bi żbokk ta' konnessjoni għall-estrazzjoni jew sistema ekwivalenti biex jinqabdu jew jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi perikolużi. Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta l-applikazzjoni tiegħu tirriżulta fil-ħolqien ta' riskju ġdid, meta l-funzjoni ewlenija tal-makkinarju tkun l-isprejjar ta' sustanzi perikolużi u għall-emissjonijiet ta' magni b'kombustjoni interna. Il-mankijiet tal-makkinarju portabbli għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b'tali mod li jippermettu startjar u waqfien sempliċi. Il-makkinarju jista' jkun mgħammar biss b'konnessjoni għal sistema tal-egżost jekk ikun maħsub għal ma' dan it-tip ta' tħaddim. F'sitwazzjonijiet fejn l-użu ta' apparati esterni ma jkunx fattibbli, għandha tingħata informazzjoni dwar l-użu ta' tagħmir protettiv personali (PPE) xieraq fl-istruzzjonijiet tat-tħaddim. |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Anness III – parti 3 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-makkinarju li jippreżenta riskji minħabba l-mobbiltà tiegħu għandu jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali kollha tas-saħħa u tas-sikurezza deskritti f'dan il-kapitolu (ara l-Prinċipji Ġenerali, il-punt 4). |
Ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza stabbiliti f'dan l-Anness huma obbligatorji. Il-makkinarju u l-prodotti relatati għandhom ikunu ddisinjati u mibnija bl-iskop li jqarrbu lejn dawk l-objettivi. |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 3 – punt 3.2 – punt 3.2.2. – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta jkun hemm riskju li operaturi jew persuni oħra trasportati mill-makkinarju jistgħu jitgħaffġu bejn il-partijiet tal-makkinarju u l-inħawi fejn jinsab il-makkinarju f'każ li l-makkinarju jinqaleb fuq ġenb jew 'il quddiem jew lura, b'mod partikolari b'referenza għal makkinarju mgħammar bi struttura protettiva kif imsemmi fit-taqsima 3.4.3 jew 3.4.4, il-makkinarju għandu jkun iddisinjat jew mgħammar b'sistema ta' trażżin li żżomm il-persuni fis-sedili tagħhom jew fl-istruttura protettiva, mingħajr ma tirrestrinġi l-movimenti meħtieġa għat-tħaddim jew il-movimenti b'mod relattiv għall-istruttura kkawżati mis-sospensjoni tas-sedili. Dawn is-sistemi ta' trażżin ma għandhomx jiġu installati jekk iżidu r-riskju. |
Meta jkun hemm riskju li operaturi jew persuni oħra trasportati mill-makkinarju jistgħu jitgħaffġu bejn il-partijiet tal-makkinarju u l-inħawi fejn jinsab il-makkinarju f'każ li l-makkinarju jinqaleb fuq ġenb jew 'il quddiem jew lura, b'mod partikolari b'referenza għal makkinarju mgħammar bi struttura protettiva kif imsemmi fit-taqsima 3.4.3 jew 3.4.4, il-makkinarju għandu jkun iddisinjat jew mgħammar b'sistema ta' trażżin li żżomm il-persuni fis-sedili tagħhom jew fl-istruttura protettiva, mingħajr ma tirrestrinġi l-movimenti meħtieġa għat-tħaddim jew il-movimenti b'mod relattiv għall-istruttura kkawżati mis-sospensjoni tas-sedili. Dawn is-sistemi ta' trażżin għandu jkollhom disinn ergonomiku u ma għandhomx jiġu installati jekk iżidu r-riskju. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 3 – punt 3.2 – punt 3.2.2. – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandu jiġi pprovdut sinjal viżwali jew akustiku fil-post tas-sewqan li jwissi lis-sewwieq meta s-sistema ta' trażżin ma tkunx attiva. |
Il-makkinarju ma għandux ikun jista' jiċċaqlaq meta s-sistema ta' trażżin ma tkunx attiva f'każ li jkun hemm riskju sinifikanti li jinqaleb fuq ġenbu jew 'il quddiem jew lura. Għandu jiġi pprovdut sinjal viżwali u akustiku fil-post tas-sewqan li jwissi lis-sewwieq meta s-sistema ta' trażżin ma tkunx attiva |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Anness III – Parti 3 – punt 3.3 – punt 3.3.3. – paragrafu 6 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-makkinarju mobbli awtonomu u l-prodotti relatati għandhom jikkonformaw ma' kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: |
Il-makkinarju mobbli awtonomu u l-prodotti relatati għandhom jikkonformaw ma' mill-inqas waħda miż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Il-makkinarju u l-prodotti relatati |
|||
Referenzi |
COM(2021)0202 – C9-0145/2021 – 2021/0105(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 7.6.2021 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 16.12.2021 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Marianne Vind 1.12.2021 |
|||
Eżami fil-kumitat |
13.1.2022 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
3.3.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
51 0 2 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Atidzhe Alieva-Veli, Dominique Bilde, Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Sylvie Brunet, Jordi Cañas, David Casa, Leila Chaibi, Ilan De Basso, Margarita de la Pisa Carrión, Özlem Demirel, Jarosław Duda, Estrella Durá Ferrandis, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Rosa Estaràs Ferragut, Nicolaus Fest, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Helmut Geuking, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, France Jamet, Agnes Jongerius, Radan Kanev, Ádám Kósa, Stelios Kympouropoulos, Katrin Langensiepen, Miriam Lexmann, Elena Lizzi, Giuseppe Milazzo, Kira Marie Peter-Hansen, Dragoş Pîslaru, Manuel Pizarro, Dennis Radtke, Elżbieta Rafalska, Guido Reil, Daniela Rondinelli, Mounir Satouri, Monica Semedo, Michal Šimečka, Beata Szydło, Eugen Tomac, Romana Tomc, Marie-Pierre Vedrenne, Nikolaj Villumsen, Marianne Vind, Maria Walsh, Stefania Zambelli, Tatjana Ždanoka |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Evelyn Regner, Eugenia Rodríguez Palop, Sara Skyttedal |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
51 |
+ |
ECR |
Giuseppe Milazzo, Margarita de la Pisa Carrión, Elżbieta Rafalska, Beata Szydło |
ID |
Dominique Bilde, France Jamet, Elena Lizzi, Stefania Zambelli |
NI |
Ádám Kósa, Daniela Rondinelli |
PPE |
David Casa, Jarosław Duda, Rosa Estaràs Ferragut, Loucas Fourlas, Cindy Franssen, Helmut Geuking, Radan Kanev, Stelios Kympouropoulos, Miriam Lexmann, Dennis Radtke, Sara Skyttedal, Eugen Tomac, Romana Tomc, Maria Walsh |
Renew |
Atidzhe Alieva-Veli, Sylvie Brunet, Jordi Cañas, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Dragoş Pîslaru, Monica Semedo, Michal Šimečka, Marie-Pierre Vedrenne |
S&D |
Gabriele Bischoff, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Brglez, Ilan De Basso, Estrella Durá Ferrandis, Elisabetta Gualmini, Alicia Homs Ginel, Agnes Jongerius, Manuel Pizarro, Evelyn Regner, Marianne Vind |
The Left |
Leila Chaibi, Özlem Demirel, Eugenia Rodríguez Palop, Nikolaj Villumsen |
Verts/ALE |
Katrin Langensiepen, Kira Marie Peter-Hansen, Mounir Satouri, Tatjana Ždanoka |
0 |
- |
|
|
2 |
0 |
ID |
Nicolaus Fest, Guido Reil |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Il-makkinarju u l-prodotti relatati |
|||
Referenzi |
COM(2021)0202 – C9-0145/2021 – 2021/0105(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
22.4.2021 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 7.6.2021 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 16.12.2021 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Ivan Štefanec 27.5.2021 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
27.5.2021 |
28.10.2021 |
1.12.2021 |
28.2.2022 |
Data tal-adozzjoni |
3.5.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
38 7 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alex Agius Saliba, Andrus Ansip, Pablo Arias Echeverría, Brando Benifei, Adam Bielan, Hynek Blaško, Biljana Borzan, Markus Buchheit, Andrea Caroppo, Anna Cavazzini, Dita Charanzová, Deirdre Clune, David Cormand, Alexandra Geese, Sandro Gozi, Maria Grapini, Svenja Hahn, Krzysztof Hetman, Virginie Joron, Eugen Jurzyca, Kateřina Konečná, Andrey Kovatchev, Jean-Lin Lacapelle, Maria-Manuel Leitão-Marques, Morten Løkkegaard, Adriana Maldonado López, Antonius Manders, Leszek Miller, Anne-Sophie Pelletier, Miroslav Radačovský, René Repasi, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Róża Thun und Hohenstein, Kim Van Sparrentak, Marion Walsmann, Marco Zullo |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Anna-Michelle Asimakopoulou, Marco Campomenosi, Maria da Graça Carvalho, Carlo Fidanza, Francisco Guerreiro, Kosma Złotowski |
|||
Data tat-tressiq |
5.5.2022 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
38 |
+ |
ECR |
Adam Bielan, Carlo Fidanza, Eugen Jurzyca, Kosma Złotowski |
ID |
Hynek Blaško, Markus Buchheit, Marco Campomenosi, Virginie Joron, Jean‑Lin Lacapelle |
NI |
Miroslav Radačovský |
PPE |
Pablo Arias Echeverría, Anna‑Michelle Asimakopoulou, Andrea Caroppo, Maria da Graça Carvalho, Deirdre Clune, Krzysztof Hetman, Andrey Kovatchev, Antonius Manders, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Marion Walsmann |
Renew |
Sandro Gozi, Róża Thun und Hohenstein |
S&D |
Alex Agius Saliba, Brando Benifei, Biljana Borzan, Maria Grapini, Maria‑Manuel Leitão‑Marques, Adriana Maldonado López, Leszek Miller, René Repasi, Christel Schaldemose |
Verts/ALE |
Anna Cavazzini, David Cormand, Alexandra Geese, Francisco Guerreiro, Kim Van Sparrentak |
7 |
- |
Renew |
Andrus Ansip, Dita Charanzová, Svenja Hahn, Morten Løkkegaard, Marco Zullo |
The Left |
Kateřina Konečná, Anne‑Sophie Pelletier |
0 |
0 |
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU C 517, 22.12.2021, p. 67.