RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta' kumpens fir-rigward ta' miżura globali bbażata fuq is-suq għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati fl-Unjoni
16.5.2022 - (COM(2021)0567 – C9‑0323/2021 – 2021/0204(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Sunčana Glavak
Rapporteurs għal opinjoni (*):
Roberts Zīle, Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
(*) Kumitat assoċjati – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta' kumpens fir-rigward ta' miżura globali bbażata fuq is-suq għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati fl-Unjoni
(COM(2021)0567 – C9‑0323/2021 – 2021/0204(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0567),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0323/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Irlandiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2021[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-28 ta' April 2022[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0145/2022),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa -1a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1a. Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 ("il-Ftehim ta' Pariġi")1a. Il-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C. Bl-adozzjoni tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP26) f'Novembru 2021, il-Partijiet tiegħu rrikonoxxew li l-limitazzjoni taż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjaw ruħhom li jsaħħu l-miri tagħhom għall-2030 sa tmiem l-2022 sabiex jiżguraw li l-Partijiet jinsabu fit-triq it-tajba biex jillimitaw it-tisħin globali għal 1,5 °C. |
__________________ |
__________________ |
|
1a Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4). |
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa -1b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1b. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali1d, il-Parlament Ewropew iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni minnufih u ambizzjuża biex tillimita t-tisħin globali għal 1,5 °C. L-urġenza li ma jinqabiżx l-għan tal-Ftehim ta' Pariġi ta' 1,5 °C saret aktar sinifikanti wara l-aktar sejbiet reċenti tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) fir-rapporti tiegħu tat-8 ta' Ottubru 2018 bit-titolu "Global warming of 1,5 °C" (Tisħin globali ta' 1,5 °C), tas-7 ta' Awwissu 2021 bit-titolu "Climate Change 2021: The Physical Science Basis" (It-Tibdil fil-Klima 2021: Il-Bażi tax-Xjenza Fiżika" u tat-28 ta' Frar 2022 bit-titolu "Climate Change 2022: Impacts, Adaptation and Vulnerability" (It-Tibdil fil-Klima 2022: Impatti, Adattament u Vulnerabbiltà). L-IPCC sostna, b'mod ferm kunfidenti, li t-tibdil fil-klima jikkostitwixxi theddida għall-benessri tal-bniedem u s-saħħa tal-pjaneta, u kwalunkwe dewmien ulterjuri f'azzjoni globali antiċipatorja miftiehma dwar l-adattament u l-mitigazzjoni se jwassal biex tintilef opportunità qasira u li qed tingħalaq malajr biex jiġi żgurat futur abitabbli u sostenibbli għal kulħadd. L-IPCC ikkonkluda wkoll li l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima se jkunu ħafna aktar qerrieda jekk ma jirnexxilniex nillimitaw it-tisħin globali għal 1,5 °C u dan jilħaq 2 °C. Barra minn hekk, it-temperatura globali se tilħaq jew taqbeż il-marka ta' 1,5 °C aktar kmieni milli kien antiċipat qabel, jiġifieri matul l-20 sena li jmiss. Huwa sab ukoll li sakemm ma jkunx hemm tnaqqis immedjat u ambizzjuż fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, mhux se jkun aktar possibbli li t-tisħin globali jiġi limitat għal qrib 1,5 °C jew saħansitra 2 °C. Barra minn hekk, fir-riżoluzzjoni tiegħu 48/13 tat-8 ta' Ottubru 2021, il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU rrikonoxxa d-dritt għal ambjent sikur, nadif, tajjeb għas-saħħa u sostenibbli bħala dritt tal-bniedem. |
__________________ |
__________________ |
|
1b ĠU C 232, 16.6.2021, p. 28. |
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa -1c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1c. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2021 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2021 fi Glasgow, ir-Renju Unit (COP26)1c, il-Parlament Ewropew esprima tħassib dwar il-progress bil-mod miksub fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali u tenna f'dan il-kuntest il-ħtieġa li s-settur jiġi rregolat taħt l-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet (EU ETS), li tista' sservi wkoll bħala mudell għall-ħidma parallela, filwaqt li tappoġġa l-ambizzjoni globali ogħla fil-livell internazzjonali, inkluż fl-ICAO. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu l-almu tagħhom biex isaħħu l-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) u jappoġġaw l-adozzjoni mill-ICAO ta' għan fit-tul biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-settur filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-awtonomija leġiżlattiva tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva EU ETS. |
__________________ |
__________________ |
|
1b ĠU C 184, 5.5.2022, p. 118. |
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Soġġett għad-differenzi bejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u CORSIA, innotifikati lill-ICAO b'segwitu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/202714, u l-mod li bih il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jemendaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-UE beħsiebha timplimenta l-CORSIA. |
(2) Soġġett għad-differenzi bejn il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-iskema CORSIA adottata mill-ICAO, innotifikati lill-ICAO b'segwitu tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/202714, u l-mod li bih il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jemendaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-Unjoni beħsiebha timplimenta l-CORSIA permezz tad-Direttiva 2003/87/KE. |
__________________ |
__________________ |
14 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2027 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tal-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati dwar il-Ħarsien Ambjentali – Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 25). |
14 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2027 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tal-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati dwar il-Ħarsien Ambjentali – Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 25). |
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Mingħajr preġudizzju għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha tal-Unjoni u li timplimenta b'mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq, din id-Deċiżjoni hija maħsuba li tkun miżura temporanja li tapplika biss sad-dħul fis-seħħ ta' dik id-Direttiva. |
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 − paragrafu 1
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 12 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jipproduċu emissjonijiet annwali ta' CO2 akbar minn 10 000 tunnellata mill-użu ta' inġenji tal-ajru b'massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art akbar minn 5 700 kg li jwettqu titjiriet koperti mill-Anness I, minbarra dawk li jitilqu u jaslu fl-istess Stat Membru (inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru), mill-1 ta' Jannar 2019. |
(b) jipproduċu emissjonijiet annwali ta' CO2 akbar minn 10 000 tunnellata mill-użu ta' inġenji tal-ajru b'massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art akbar minn 5 700 kg li jwettqu titjiriet koperti mill-Anness I ta' din id-Direttiva u mill-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/16031a, minbarra dawk li jitilqu u jaslu fl-istess Stat Membru (inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru), mill-1 ta' Jannar 2021. |
|
__________________ |
|
1a Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta' Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 10). |
NOTA SPJEGATTIVA
L-Iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) hija miżura globali bbażata fuq is-suq bil-għan li jiġu limitati l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali li ġiet miftiehma mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) fl-2016. CORSIA hija mfassla biex tibqa' għaddejja sal-2035, u tibda b'fażi pilota mill-2021 sal-2023, segwita mill-ewwel fażi tagħha mill-2024 sal-2026, iż-żewġ fażijiet huma volontarji. Mill-2027 'il quddiem se sseħħ fażi obbligatorja. Il-pajjiżi kollha tal-UE ddeċidew li jieħdu sehem fil-fażi volontarja ta' CORSIA mill-bidu tagħha fl-1 ta' Jannar 2021.
L-UE hija proponent ewlieni tal-azzjoni internazzjonali dwar l-ambjent. L-Indiċi ta' Prestazzjoni tat-Tibdil fil-Klima 2022 juri li fil-lista tal-10 pajjiżi bl-aħjar prestazzjoni, aktar minn nofshom huma Stati Membri tal-UE. Madankollu, ir-rapporteur jirrimarka li l-impenji klimatiċi u l-ambizzjonijiet ambjentali tal-Ftehim ta' Pariġi ma jistgħux jinkisbu jekk l-Ewropa taġixxi waħedha. Huma meħtieġa azzjoni u kooperazzjoni konkreti fuq livell globali, għalhekk l-UE se tkompli tmexxi bl-eżempju sabiex tindirizza t-tibdil fil-klima, f'konformità mal-liġi tal-UE dwar il-Klima.
Il-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi emenda għar-regoli tal-avjazzjoni fis-Sistema għan-Negozjar ta' Kwoti tal-Emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea (EU ETS) biex tiġi implimentata n-notifika tal-Istati Membri lil-linji tal-ajru bbażati fl-UE dwar il-kumpens għas-sena 2021 skont CORSIA. Din il-proposta hija miżura temporanja relatata biss ma' CORSIA, peress li huwa improbabbli li l-proposta dwar l-avjazzjoni tal-ETS tkun fis-seħħ għad-data tan-notifika CORSIA tat-30 ta' Novembru 2022. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru, fir-rigward tas-sena 2021, probabbilment se jkollhom kumpens żero fi ħdan CORSIA minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
Ir-rapporteur iqis li dan huwa fajl tekniku ta' natura temporanja. L-għan tiegħu huwa li jiżgura l-konformità mal-ICAO fir-rigward tal-livell ta' kumpens fir-rigward tal-2021.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (29.4.2022)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta' kumpens fir-rigward ta' miżura globali bbażata fuq is-suq għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati fl-Unjoni
(COM(2021)0567 – C9‑0323/2021 – 2021/0204(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Roberts Zīle
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 57 tar-Regoli ta' Proċedura
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
L-iskema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) hija mekkaniżmu ta' kumpens li fil-kuntest tiegħu pajjiżi li jkollhom linji tal-ajru stabbiliti fit-territorju tagħhom jeħtieġ li jiżguraw li dawn jikkumpensaw għall-emissjonijiet tas-CO2 li jaqbżu l-linja bażi rilevanti permezz ta' krediti internazzjonali. Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, f'Ġunju 2020 il-Kunsill tal-ICAO ddeċieda li l-emissjonijiet tal-2019 għandhom jintużaw bħala linja bażi fl-2021-2023 minflok il-medja tal-emissjonijiet għall-2019-2020[3].
Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2027[4], l-UE għandha l-intenzjoni li timplimenta CORSIA. Għalhekk, il-linji tal-ajru bbażati fl-UE għandhom iċedu l-krediti jekk rilevanti biex jikkonformaw mal-kumpens ta' CORSIA fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom għall-2021. Kif previst fl-istandards u l-prattiki rakkomandati ta' CORSIA, l-Istati Membri tal-UE għandhom jikkalkulaw u jinfurmaw lil-linji tal-ajru dwar il-kumpens tagħhom fir-rigward tal-emissjonijiet tal-2021 sat-30 ta' Novembru 2022;
Filwaqt li l-elementi ewlenin tal-iskema CORSIA se jiġu implimentati fir-reviżjoni tal-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet għall-Avjazzjoni[5], kienet meħtieġa proposta tranżitorja biex tiġi implimentata n-notifika tal-Istati Membri lil-linji tal-ajru bbażati fl-UE tal-kumpens għas-sena 2021 fil-qafas ta' CORSIA tal-ICAO. Għalhekk l-għan ta' din il-proposta huwa li din in-notifika tiġi implimentata b'mod li jimminimizza l-piż amministrattiv tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-operaturi tal-linji tal-ajru u li jipprovdi ċertezza legali sakemm il-proposta dwar l-ETS fl-avjazzjoni għadha għaddejja mill-proċess leġiżlattiv.
Minħabba l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq it-traffiku tal-ajru u t-tnaqqis fl-emissjonijiet fl-2021 fir-rigward tal-2019, l-istimi ma jipprevedu l-ebda rekwiżit attwali ta' kumpens ta' CORSIA għall-perjodu 2021. Din il-proposta tipprevedi li ladarba jkun ċar x'inhi ċ-ċifra ta' kumpens addizzjonali fir-rigward tas-sena 2021, x'aktarx żero, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan lil-linji tal-ajru matul is-sena 2022.
Ir-rapporteur jilqa' l-proposta u l-għan tagħha li timminimizza l-piż amministrattiv għall-Istati Membri u t-trasportaturi tal-ajru, filwaqt li tiżgura l-konformità mal-ICAO b'rabta mal-livell ta' kumpens fir-rigward tal-2021 u ċ-ċertezza legali sakemm titlesta r-reviżjoni tal-ETS fl-avjazzjoni.
Għalhekk, ir-Rapporteur jagħraf il-ħtieġa li jiġi stipulat obbligu legali għall-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jinnotifikaw kumpens addizzjonali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru bbażati fl-UE fir-rigward tal-emissjonijiet tagħhom għall-2021.
Filwaqt li dan huwa fajl ta' natura teknika, ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza interkonnessjoni ċara bejn il-mekkaniżmu ta' kumpens ta' CORSIA u l-EU ETS u l-ħtieġa għal approċċ kumpless għaż-żewġ fajls, peress li d-Direttiva EU ETS se tapplika CORSIA għall-emissjonijiet tal-linji tal-ajru bbażati fl-UE minn titjiriet lejn u minn pajjiżi barra ż-ŻEE, li se jkollu impatt fuq il-kompetittività tat-trasportaturi tal-ajru tal-UE.
Ir-rapporteur jipproponi emenda teknika biex il-Proposta tiġi allinjata mal-istandards u l-prattiki rakkomandati ta' CORSIA u mal-kamp ta' applikazzjoni previst fir-Regolament Delegat MRV.
EMENDI
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emenda li ġejja:
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Filwaqt li timplimenta b'mod xieraq miżura globali bbażata fuq is-suq, din id-Deċiżjoni hija maħsuba li tkun miżura temporanja li tapplika biss sakemm tidħol fis-seħħ id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha tal-Unjoni. |
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 1 − paragrafu 1
Direttiva 2003/87/KE
Artikolu 12 – paragrafu 6 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jipproduċu emissjonijiet annwali ta' CO2 akbar minn 10 000 tunnellata mill-użu ta' inġenji tal-ajru b'massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art akbar minn 5 700 kg li jwettqu titjiriet koperti mill-Anness I, minbarra dawk li jitilqu u jaslu fl-istess Stat Membru (inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru), mill-1 ta' Jannar 2019. |
(b) jipproduċu emissjonijiet annwali ta' CO2 akbar minn 10 000 tunnellata mill-użu ta' inġenji tal-ajru b'massa massima ċċertifikata waqt il-qtugħ mill-art akbar minn 5 700 kg li jwettqu titjiriet koperti mill-Anness I ta' din id-Direttiva u mill-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/16031a, minbarra dawk li jitilqu u jaslu fl-istess Stat Membru (inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-istess Stat Membru), mill-1 ta' Jannar 2021. |
|
__________________ |
|
1a Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta’ Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet mill-avjazzjoni għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 250, 30.9.2019, p. 10). |
Ġustifikazzjoni
L-emenda għandha l-għan li tallinja l-proposta mal-istandards u l-prattiki rakkomandati ta' CORSIA u mal-kamp ta' applikazzjoni previst fir-Regolament Delegat dwar il-miżuri tal-ICAO għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Emenda tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta’ kumpens fil-qafas ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq għal operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-Unjoni |
|||
Referenzi |
COM(2021)0567 – C9-0323/2021 – 2021/0204(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 13.9.2021 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 13.9.2021 |
|||
Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
11.11.2021 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Roberts Zīle 10.11.2021 |
|||
Eżami fil-kumitat |
7.2.2022 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
28.4.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
45 2 1 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdalena Adamowicz, Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Erik Bergkvist, Izaskun Bilbao Barandica, Paolo Borchia, Karolin Braunsberger-Reinhold, Marco Campomenosi, Massimo Casanova, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Carlo Fidanza, Mario Furore, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Jens Gieseke, Elsi Katainen, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Cláudia Monteiro de Aguiar, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Rovana Plumb, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Vera Tax, Barbara Thaler, István Ujhelyi, Henna Virkkunen, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Leila Chaibi, Clare Daly, Pär Holmgren |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
45 |
+ |
ECR |
Carlo Fidanza, Peter Lundgren, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
ID |
Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Massimo Casanova, Julie Lechanteux, Philippe Olivier |
NI |
Mario Furore |
PPE |
Magdalena Adamowicz, Karolin Braunsberger-Reinhold, Gheorghe Falcă, Jens Gieseke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Massimiliano Salini, Barbara Thaler, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo |
Renew |
José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Elsi Katainen, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet |
S&D |
Andris Ameriks, Erik Bergkvist, Ismail Ertug, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Bogusław Liberadzki, Rovana Plumb, Vera Tax, István Ujhelyi, Petar Vitanov |
Verts/ALE |
Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Pär Holmgren, Tilly Metz |
2 |
- |
The Left |
Leila Chaibi, Clare Daly |
1 |
0 |
The Left |
Elena Kountoura |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Emenda tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tan-notifika ta’ kumpens fil-qafas ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq għal operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-Unjoni |
|||
Referenzi |
COM(2021)0567 – C9-0323/2021 – 2021/0204(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
15.7.2021 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 13.9.2021 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 13.9.2021 |
|
|
|
Kumitati assoċjati Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 11.11.2021 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Sunčana Glavak 17.9.2021 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
9.9.2021 |
10.2.2022 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
11.5.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
81 1 6 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mathilde Androuët, Nikos Androulakis, Bartosz Arłukowicz, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Traian Băsescu, Aurélia Beigneux, Monika Beňová, Hildegard Bentele, Sergio Berlato, Alexander Bernhuber, Malin Björk, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Pascal Canfin, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Nathalie Colin-Oesterlé, Christian Doleschal, Marco Dreosto, Bas Eickhout, Cyrus Engerer, Eleonora Evi, Agnès Evren, Pietro Fiocchi, Raffaele Fitto, Malte Gallée, Andreas Glück, Catherine Griset, Jytte Guteland, Teuvo Hakkarainen, Anja Hazekamp, Martin Hojsík, Pär Holmgren, Jan Huitema, Yannick Jadot, Adam Jarubas, Petros Kokkalis, Athanasios Konstantinou, Ewa Kopacz, Joanna Kopcińska, Peter Liese, Sylvia Limmer, Javi López, César Luena, Marian-Jean Marinescu, Fulvio Martusciello, Joëlle Mélin, Tilly Metz, Silvia Modig, Dolors Montserrat, Alessandra Moretti, Ville Niinistö, Ljudmila Novak, Grace O’Sullivan, Jutta Paulus, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Nicola Procaccini, Luisa Regimenti, Frédérique Ries, Sándor Rónai, Rob Rooken, Silvia Sardone, Christine Schneider, Günther Sidl, Ivan Vilibor Sinčić, Linea Søgaard-Lidell, Maria Spyraki, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Edina Tóth, Véronique Trillet-Lenoir, Petar Vitanov, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Pernille Weiss, Emma Wiesner, Michal Wiezik, Tiemo Wölken, Anna Zalewska |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Milan Brglez, Deirdre Clune, Anna Deparnay-Grunenberg, Jens Gieseke, Kateřina Konečná, Susana Solís Pérez |
|||
Data tat-tressiq |
16.5.2022 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
81 |
+ |
ECR |
Sergio Berlato, Pietro Fiocchi, Raffaele Fitto, Joanna Kopcińska, Nicola Procaccini, Alexandr Vondra, Anna Zalewska |
ID |
Mathilde Androuët, Aurélia Beigneux, Catherine Griset, Joëlle Mélin |
NI |
Athanasios Konstantinou, Edina Tóth |
PPE |
Bartosz Arłukowicz, Traian Băsescu, Hildegard Bentele, Alexander Bernhuber, Traian Băsescu, Deirdre Clune, Nathalie Colin‑Oesterlé, Christian Doleschal, Agnès Evren, Jens Gieseke, Adam Jarubas, Ewa Kopacz, Peter Liese, Marian‑Jean Marinescu, Fulvio Martusciello, Dolors Montserrat, Ljudmila Novak, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Luisa Regimenti, Christine Schneider, Maria Spyraki, Pernille Weiss |
Renew |
Pascal Canfin, Andreas Glück, Martin Hojsík, Jan Huitema, Frédérique Ries, Susana Solís Pérez, Nicolae Ştefănuță, Linea Søgaard‑Lidell, Nils Torvalds, Véronique Trillet‑Lenoir, Emma Wiesner, Michal Wiezik, |
S&D |
Nikos Androulakis, Marek Paweł Balt, Monika Beňová, Simona Bonafè, Milan Brglez, Delara Burkhardt, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Cyrus Engerer, Jytte Guteland, Javi López, César Luena, Alessandra Moretti, Sándor Rónai, Günther Sidl, Petar Vitanov, Tiemo Wölken |
The Left |
Malin Björk, Anja Hazekamp, Petros Kokkalis, Kateřina Konečná, Silvia Modig, Mick Wallace |
Verts/ALE |
Anna Deparnay‑Grunenberg, Bas Eickhout, Eleonora Evi, Malte Gallée, Pär Holmgren, Yannick Jadot, Tilly Metz, Ville Niinistö, Grace O'Sullivan, Jutta Paulus |
1 |
- |
ID |
Sylvia Limmer |
6 |
0 |
ECR |
Rob Rooken |
ID |
Simona Baldassarre, Marco Dreosto, Teuvo Hakkarainen, Silvia Sardone |
NI |
Ivan Vilibor Sinčić |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] [ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. / Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali].
- [2] [ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. / Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali].
- [3] https://www.icao.int/environmental-protection/CORSIA/Pages/CORSIA-and-Covid-19.aspx
- [4] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2027 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, fir-rigward tal-Ewwel Edizzjoni tal-Istandards Internazzjonali u l-Prattiki Rakkomandati dwar il-Ħarsien Ambjentali — Skema ta' Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (CORSIA) (ĠU L 325, 20.12.2018, p. 25).
- [5] 2021/0207(COD)