RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

17.5.2022  - (COM(2021) 579 – C9‑978/2012 – 2021/0297(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Heidi Hautala
Rapporteur għal opinjoni (*):
Maria Arena, Kumitat għall-Affarijiet Barranin
(*) Kumitat assoċjat – Regola 57 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2021)0579 – C9‑978/2012 – 2021/0297(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0579),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0364/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0147/2022),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-politika kummerċjali komuni tal-Unjoni għandha tkun iggwidata mill-prinċipji u ssegwi l-objettivi stabbiliti fid-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni, stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

(2) L-azzjoni esterna tal-Unjoni hija ggwidata mill-prinċipji u l-objettivi stipulati fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. L-Unjoni tfittex li tmexxi 'l quddiem dawk il-prinċipji u l-objettivi fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi. Għalhekk, l-azzjonijiet u l-miżuri kollha meħuda mill-Unjoni fil-livell internazzjonali jenħtieġ li jiġu kkunsidrati, imfassla u implimentati bil-ħsieb li jiġi żgurat approċċ koerenti fil-konfront tal-pajjiżi sħab, u tissaħħaħ ir-rilevanza u s-saħħa tal-impatt tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Għal dak il-għan, l-Unjoni jenħtieġ li tiżgura li l-politika kummerċjali tagħha titwettaq b'koordinazzjoni mill-qrib ma' politiki esterni oħra, u li l-kuntatt regolari mal-pajjiżi sħab previst fil-qafas tad-diversi strumenti tal-azzjoni esterna jsegwi kif xieraq l-obbligi u l-kwistjonijiet identifikati fl-implimentazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni u l-istrumenti relatati mal-kummerċ. Is-SĠP tkopri aktar minn 60 pajjiż u żewġ biljun ruħ fid-dinja u tirrappreżenta wieħed mill-istrumenti ewlenin tal-politika kummerċjali tal-Unjoni għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-objettivi ġenerali tas-SĠP huma li tiġi appoġġata l-qerda tal-faqar fil-forom kollha tiegħu, f'konformità mal-Aġenda 2030 u l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 17.12 u li tiġi promossa l-aġenda għall-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tiġi evitata l-ħsara għall-interessi tal-industrija tal-UE. L-Evalwazzjoni ta' Nofs it-Terminu tas-SĠP tal-2018 u l-Istudju ta' Sostenn tal-2021 għall-Valutazzjoni tal-Impatt li jirfed dan ir-Regolament ikkonkludew li l-qafas tas-SĠP skont ir-Regolament Nru 978/2012 laħaq dawn l-objettivi ewlenin, li kienu fil-qalba tar-riforma sħiħa tal-2012 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/200815.

(5) L-objettivi ġenerali tas-SĠP huma li tiġi appoġġata l-qerda tal-faqar fil-forom kollha tiegħu, f'konformità mal-Aġenda 2030 u l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 17.12, li tiġi promossa l-aġenda għall-iżvilupp sostenibbli u li tiġi inkuraġġita d-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet minn pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP, filwaqt li tiġi evitata l-ħsara għall-interessi tal-industrija tal-UE. Is-SĠP ħolqot ukoll benefiċċju għan-negozji tal-UE. L-Evalwazzjoni ta' Nofs it-Terminu tas-SĠP tal-2018 u l-Istudju ta' Sostenn tal-2021 għall-Valutazzjoni tal-Impatt li jirfed dan ir-Regolament ikkonkludew li l-qafas tas-SĠP skont ir-Regolament Nru 978/2012 laħaq parzjalment dawn l-objettivi ewlenin, li kienu fil-qalba tar-riforma sħiħa tal-2012 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/200815, flimkien man-nuqqas ta' progress rigward id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

 

______________

______________

15 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-1 ta' Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1).

15 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta' Lulju 2008 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-1 ta' Jannar 2009 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Dawn l-objettivi għadhom rilevanti fil-kuntest globali attwali u huma konsistenti mal-analiżi u l-perspettiva tal-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni Rieżami tal-Politika Kummerċjali "Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva"16 ("TPR", Trade Policy Review). Skont it-TPR, l-Unjoni għandha "interess strateġiku li tappoġġa integrazzjoni msaħħa fl-ekonomija dinjija ta' pajjiżi vulnerabbli li qed jiżviluppaw" u "trid tuża bis-sħiħ is-saħħa pprovduta mill-ftuħ tagħha u l-attraenza tas-Suq Uniku tagħha" biex tappoġġa l-multilateraliżmu u tiżgura l-aderenza mal-valuri universali. Għas-SĠP speċifikament, it-TPR jinnota r-rwol importanti tagħha fil-"promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tax-xogħol" u jistabbilixxi l-objettiv għas-SĠP "li jkomplu jiżdiedu l-opportunitajiet tal-kummerċ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex inaqqsu l-faqar u joħolqu impjiegi bbażati fuq valuri u prinċipji internazzjonali". Barra minn hekk, jenħtieġ li l-iskema tassisti lill-benefiċjarji fl-irkupru mill-impatt tal-COVID-19 u fil-bini mill-ġdid tal-ekonomiji tagħhom b'mod sostenibbli, inkluż fir-rigward tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, ambjentali u ta' governanza tajba Jenħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza bejn is-SĠP u l-objettivi tagħha u l-assistenza pprovduta lill-pajjiżi benefiċjarji, f'konformità mal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD, Policy Coherence for Development) tal-Unjoni, li tikkostitwixxi pilastru ewlieni tal-isforzi tal-Unjoni biex jittejjeb l-impatt pożittiv u tiżdied l-effettività tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

(6) Dawn l-objettivi għadhom rilevanti fil-kuntest globali attwali u huma konsistenti mal-analiżi u l-perspettiva tal-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni Rieżami tal-Politika Kummerċjali "Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva"16 ("TPR", Trade Policy Review). Skont it-TPR, l-Unjoni għandha "interess strateġiku li tappoġġa integrazzjoni msaħħa fl-ekonomija dinjija ta' pajjiżi vulnerabbli li qed jiżviluppaw" u "trid tuża bis-sħiħ is-saħħa pprovduta mill-ftuħ tagħha u l-attraenza tas-Suq Uniku tagħha" biex tappoġġa l-multilateraliżmu u tiżgura l-aderenza mal-valuri universali. Għas-SĠP speċifikament, it-TPR jinnota r-rwol importanti tagħha fil-"promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tax-xogħol" u jistabbilixxi l-objettiv għas-SĠP "li jkomplu jiżdiedu l-opportunitajiet tal-kummerċ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex inaqqsu l-faqar u joħolqu impjiegi bbażati fuq valuri u prinċipji internazzjonali". Għalhekk, it-tisħiħ tal-għodod biex titrawwem il-kundizzjonalità pożittiva fir-rigward tal-konvenzjonijiet internazzjonali, kif ukoll l-inkoraġġiment proattiv lill-pajjiżi benefiċjarji biex jirratifikaw dawk il-konvenzjonijiet, huma elementi essenzjali biex jiġi żgurat li l-opportunitajiet tal-kummerċ addizzjonali pprovduti mis-SĠP jappoġġaw l-iżvilupp tal-pajjiżi benefiċjarji b'mod sostenibbli. Billi jiffoka b'mod partikolari fuq il-prodotti anqas kompetittivi, ir-reġim tariffarju favorevoli taħt l-iskema jenħtieġ li jappoġġa wkoll lill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP tal-UE biex jiżviluppaw bażi industrijali solida biex titrawwem id-diversifikazzjoni tat-traffiku kummerċjali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-iskema tassisti lill-benefiċjarji fl-irkupru mill-impatt tal-COVID-19, billi ssaħħaħ il-bini tal-kapaċitajiet tagħhom, u fil-bini mill-ġdid tal-ekonomiji tagħhom b'mod sostenibbli, inkluż fir-rigward tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, ambjentali u ta' governanza tajba Jenħtieġ li jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà bejn is-SĠP u l-objettivi tagħha u l-assistenza pprovduta lill-pajjiżi benefiċjarji, f'konformità mal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD, Policy Coherence for Development) tal-Unjoni, li tikkostitwixxi pilastru ewlieni tal-isforzi tal-Unjoni biex jittejjeb l-impatt pożittiv u tiżdied l-effettività tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Jenħtieġ li l-assistenza tal-Unjoni, minħabba l-vulnerabbiltà ekonomika tagħhom, tipprovdi appoġġ immirat lill-pajjiżi benefiċjarji fit-twettiq tal-impenji u l-obbligi tagħhom fir-rigward tar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali taħt l-Iskemi SĠP.

 

________________________

________________________

16 COM(2021)0066, 18 ta' Frar 2021

16 COM(2021)0066, 18 ta' Frar 2021

17 L-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE rigward il-PCD jgħid: "L-Unjoni għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw".

17 L-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE rigward il-PCD jgħid: "L-Unjoni għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw".

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Billi tipprovdi aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni, jenħtieġ li l-iskema tassisti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-faqar u jiksbu u jippromwovu governanza tajba u żvilupp sostenibbli billi tgħinhom jiġġeneraw dħul addizzjonali permezz tal-kummerċ internazzjonali, li mbagħad ikun jista' jiġi investit mill-ġdid għall-benefiċċju tal-iżvilupp tagħhom proprju u, barra minn hekk, biex jiddiversifikaw l-ekonomiji tagħhom. Jenħtieġ li l-preferenzi tariffarji tal-iskema jiffukaw fuq dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom ħtiġijiet akbar ta' żvilupp, ta' kummerċ u ta' finanzi.

(7) Billi tipprovdi aċċess preferenzjali għas-suq tal-Unjoni, jenħtieġ li l-iskema tassisti lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-faqar u jiksbu u jippromwovu governanza tajba u żvilupp sostenibbli billi tgħinhom jiġġeneraw dħul addizzjonali permezz tal-kummerċ internazzjonali, li mbagħad ikun jista' jiġi investit mill-ġdid għall-benefiċċju tal-iżvilupp sostenibbli tagħhom proprju u, barra minn hekk, biex jiddiversifikaw l-ekonomiji il-produzzjoni u l-esportazzjonijiet tagħhom. Jenħtieġ li l-preferenzi tariffarji tal-iskema jiffukaw fuq dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom ħtiġijiet akbar ta' żvilupp, ta' kummerċ u ta' finanzi u jappoġġaw b'mod partikolari opportunitajiet għal prodotti anqas kompetittivi. B'dan il-mod, l-iskema tappoġġa t-tranżizzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw lejn status ta' dħul medju superjuri.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Is-SĠP jenħtieġ li jkollha rwol importanti fil-promozzjoni tal-kummerċ, kompatibbli mar-regoli tad-WHO, fi prodotti mmanifatturati b'mod sostenibbli u jenħtieġ li jitfasslu u jiġu pprovduti żvilupp immirat u assistenza teknika sabiex jiġi żgurat li l-pajjiżi benefiċjarji jkunu jistgħu wkoll jieħdu sehem sħiħ fil-kummerċ sostenibbli.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) L-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki kollha tal-Unjoni hija stabbilita sew fl-Artikolu 8 tat-TFUE u hija wkoll fil-qalba tal-Aġenda 2030 tan-NU, kif minquxa fl-SDG 5; madankollu, il-ftehimiet kummerċjali u ta' investiment għandhom it-tendenza li jaffettwaw lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti minħabba l-inugwaljanzi strutturali bejn il-ġeneri. L-iskema tas-SĠP għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-impjiegi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa. L-aktar taqsimiet prominenti ta' prodotti taħt it-tliet arranġamenti tas-SĠP tal-UE huma l-oġġetti tat-tessuti u tal-ilbies, li jammontaw għal sa 80 % tal-importazzjonijiet preferenzjali fl-ambitu tal-arranġament tal-KMA, filwaqt li aktar minn 80 % tas-60 miljun ħaddiem fid-dinja fil-fabbriki tal-ħwejjeġ huma nisa.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Jenħtieġ li l-iskema tikkonsisti f'arranġament bażiku ("arranġament tas-SĠP standard"), u żewġ arranġamenti speċjali, jiġifieri l-"arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba – SĠP+" u l-"arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati - KMA". Għaldaqstant, din tkompli l-istruttura tal-għaxar snin preċedenti, li tqiesu ta' suċċess, billi tiffoka fuq il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn u tindirizza l-ħtiġijiet ta' żvilupp tal-benefiċjarji li jvarjaw.

(8) Jenħtieġ li l-iskema tikkonsisti f'arranġament bażiku ("arranġament tas-SĠP standard"), u żewġ arranġamenti speċjali, jiġifieri l-"arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba – SĠP+" u l-"arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati - KMA". Għaldaqstant, din tkompli l-istruttura tal-għaxar snin preċedenti, billi tiffoka fuq il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn u tindirizza l-ħtiġijiet ta' żvilupp tal-benefiċjarji li jvarjaw, li jenħtieġ li jinkludu wkoll il-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali tagħhom. Jenħtieġ li l-iskema tapplika għat-territorju sħiħ tal-pajjiżi benefiċjarji, inkluż għaż-żoni ekonomiċi speċjali u ż-żoni ta' pproċessar għall-esportazzjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Jenħtieġ li l-arranġament tas-SĠP standard jingħata lil dawk il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw li jikkondividu ħtieġa ta' żvilupp komuni u jinsabu fi stadju simili ta' żvilupp ekonomiku. Ma hemm l-ebda definizzjoni ta' "pajjiż li qed jiżviluppa" fil-livell tad-WTO, u huwa f'idejn il-pajjiżi li jagħtu l-preferenzi li jiddeterminaw il-lista tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma eliġibbli għas-SĠP. Jenħtieġ li l-pajjiżi li rnexxielhom ilestu t-tranżizzjoni tagħhom minn ekonomiji ċentralizzati għal dawk tas-suq, u li llum huma ekonomiji b'saħħithom b'pożizzjoni b'saħħitha fil-kummerċ internazzjonali, bħaċ-Ċina, Hong Kong, il-Macao u r-Russja, ma jitqisux bħala pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-kuntest tas-SĠP u, għaldaqstant, jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta' pajjiżi eliġibbli. Pajjiżi li huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi ta' dħul għoli jew medju superjuri għandhom livelli ta' dħul per capita li jippermettulhom jiksbu livelli ogħla ta' diversifikazzjoni mingħajr preferenzi tariffarji tal-iskema. Dawn jinsabu fi stadju differenti tal-iżvilupp ekonomiku u, għaldaqstant, ma għandhomx l-istess ħtiġijiet ta' żvilupp, ta' kummerċ u ta' finanzjament bħall-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi dħul baxx jew li huma aktar vulnerabbli. Sabiex tkun evitata diskriminazzjoni mhux ġustifikata, jeħtiġilhom ikunu ttrattati b'mod differenti; għaldaqstant, ma jibbenefikawx mill-arranġament tas-SĠP standard. Barra minn hekk, l-użu tal-preferenzi tariffarji pprovduti bl-iskema minn pajjiżi bi dħul għoli jew medju superjuri jżid il-pressjoni kompetittiva fuq esportazzjonijiet minn pajjiżi ifqar, aktar vulnerabbli u, għaldaqstant, jista' jimponi piż mhux ġustifikabbli fuq dawk il-pajjiżi aktar vulnerabbli li qed jiżviluppaw. Jenħtieġ li l-arranġament tas-SĠP standard iqis il-fatt li l-ħtiġijiet tal-iżvilupp, tal-kummerċ u tal-finanzjament huma soġġetti għal tibdil, u jiżgura li l-arranġament jibqa' miftuħ jekk is-sitwazzjoni ta' pajjiż tinbidel.

(9) Jenħtieġ li l-arranġament tas-SĠP standard jingħata lil dawk il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw li jikkondividu ħtieġa ta' żvilupp komuni u jinsabu fi stadju simili ta' żvilupp ekonomiku u li impenjaw ruħhom li jiffirmaw u jirratifikaw il-konvenzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Anness VI. Jekk dawk il-pajjiżi jonqsu milli jirratifikaw il-konvenzjonijiet internazzjonali fi żmien ħames snin mill-applikazzjoni tal-preferenzi kummerċjali, jenħtieġ li l-iskema tiġi sospiża. Ma hemm l-ebda definizzjoni ta' "pajjiż li qed jiżviluppa" fil-livell tad-WTO, u huwa f'idejn il-pajjiżi li jagħtu l-preferenzi li jiddeterminaw il-lista tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma eliġibbli għas-SĠP. Jenħtieġ li l-pajjiżi li rnexxielhom ilestu t-tranżizzjoni tagħhom minn ekonomiji ċentralizzati għal dawk tas-suq, u li llum huma ekonomiji b'saħħithom b'pożizzjoni b'saħħitha fil-kummerċ internazzjonali, bħaċ-Ċina, Hong Kong, il-Macao u r-Russja, ma jitqisux bħala pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-kuntest tas-SĠP u, għaldaqstant, jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta' pajjiżi eliġibbli. Pajjiżi li huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi ta' dħul għoli jew medju superjuri għandhom livelli ta' dħul per capita li jippermettulhom jiksbu livelli ogħla ta' diversifikazzjoni mingħajr preferenzi tariffarji tal-iskema. Dawn jinsabu fi stadju differenti tal-iżvilupp ekonomiku u, għaldaqstant, ma għandhomx l-istess ħtiġijiet ta' żvilupp, ta' kummerċ u ta' finanzjament bħall-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi dħul baxx jew li huma aktar vulnerabbli. Sabiex tkun evitata diskriminazzjoni mhux ġustifikata, jeħtiġilhom ikunu ttrattati b'mod differenti; għaldaqstant, ma jibbenefikawx mill-arranġament tas-SĠP standard. Barra minn hekk, l-użu tal-preferenzi tariffarji pprovduti bl-iskema minn pajjiżi bi dħul għoli jew medju superjuri jżid il-pressjoni kompetittiva fuq esportazzjonijiet minn pajjiżi ifqar, aktar vulnerabbli u, għaldaqstant, jista' jimponi piż mhux ġustifikabbli fuq dawk il-pajjiżi aktar vulnerabbli li qed jiżviluppaw. Jenħtieġ li l-arranġament tas-SĠP standard iqis il-fatt li l-ħtiġijiet tal-iżvilupp, tal-kummerċ u tal-finanzjament huma soġġetti għal tibdil, u jiżgura li l-arranġament jibqa' miftuħ jekk is-sitwazzjoni ta' pajjiż tinbidel.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SĠP+) huwa bbażat fuq il-kunċett integrali ta' żvilupp sostenibbli, kif rikonoxxut minn konvenzjonijiet u strumenti internazzjonali bħad-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1986 dwar id-Dritt għall-Iżvilupp, id-Dikjarazzjoni ta' Rio tal-1992 dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organisation) tal-1998 dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tal-2000, id-Dikjarazzjoni ta' Johannesburg tal-2002 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, id-Dikjarazzjoni taċ-Ċentenarju tal-ILO għall-Futur tax-Xogħol tal-2019, id-Dokument ta' Eżitu tas-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2015 "Transforming Our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development", il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima. Konsegwentement, jenħtieġ li l-preferenzi tariffarji addizzjonali previsti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jingħataw lil dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li, minħabba nuqqas ta' diversifikazzjoni, huma ekonomikament vulnerabbli, u rratifikaw konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-klima u l-ħarsien tal-ambjent, u l-governanza tajba, u jimpenjaw ruħhom li jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tagħhom. Jenħtieġ li l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jgħin lil dawk il-pajjiżi biex jassumu r-responsabbiltajiet addizzjonali li jirriżultaw mir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva ta' dawn il-konvenzjonijiet. Jenħtieġ li l-lista ta' konvenzjonijiet rilevanti għas-SPĠ tiġi aġġornata biex tirrifletti aħjar l-evoluzzjoni tal-istrumenti u l-istandards internazzjonali fundamentali u tieħu approċċ proattiv għall-iżvilupp sostenibbli f'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 2030. F'dan ir-rigward, jiżdiedu l-konvenzjonijiet li ġejjin: il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima (2015) – li jissostitwixxi l-Protokoll ta' Kjoto; il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (CRPD, Convention on the Rights of Persons with Disabilities); il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati (OP-CRC-AC, Optional Protocol to the Convention on the Rights of the Child on the Involvement of Children in Armed Conflict); il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 81 dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol; il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 144 dwar il-Konsultazzjoni Tripartitika; u l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali.

(11)  L-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SĠP+) huwa bbażat fuq il-kunċett integrali ta' żvilupp sostenibbli, kif rikonoxxut minn konvenzjonijiet u strumenti internazzjonali bħad-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1986 dwar id-Dritt għall-Iżvilupp, id-Dikjarazzjoni ta' Rio tal-1992 dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organisation) tal-1998 dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tal-2000, id-Dikjarazzjoni ta' Johannesburg tal-2002 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, id-Dikjarazzjoni taċ-Ċentenarju tal-ILO għall-Futur tax-Xogħol tal-2019, id-Dokument ta' Eżitu tas-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2015 "Transforming Our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development", il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima. Konsegwentement, jenħtieġ li l-preferenzi tariffarji addizzjonali previsti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jingħataw lil dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li, minħabba nuqqas ta' diversifikazzjoni, huma ekonomikament vulnerabbli, irratifikaw u bdew jimplimentaw konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-klima u l-ħarsien tal-ambjent, u l-governanza tajba, u jimpenjaw ruħhom li jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva u li jikkollaboraw fil-monitoraġġ tagħhom. Jenħtieġ li l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jgħin lil dawk il-pajjiżi biex jassumu r-responsabbiltajiet addizzjonali li jirriżultaw mir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva ta' dawn il-konvenzjonijiet. Jenħtieġ li l-lista ta' konvenzjonijiet rilevanti għas-SĠP tiġi aġġornata biex tirrifletti aħjar l-evoluzzjoni tal-istrumenti u l-istandards internazzjonali fundamentali u tieħu approċċ proattiv għall-iżvilupp sostenibbli f'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 2030. F'dan ir-rigward, jiżdiedu l-konvenzjonijiet li ġejjin: il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima (2015) – li jissostitwixxi l-Protokoll ta' Kjoto; il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (CRPD, Convention on the Rights of Persons with Disabilities); il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati (OP-CRC-AC, Optional Protocol to the Convention on the Rights of the Child on the Involvement of Children in Armed Conflict); il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 81 dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol; il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 144 dwar il-Konsultazzjoni Tripartitika; il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali; l-Ewwel u t-Tieni Protokoll Fakultattivi għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

______________

____________

18 In-Nazzjonijiet Uniti (2015). Ir-Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta' Settembru 2015, Transforming our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development (A/RES/70/1), li tinsab hawn: https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld

18 In-Nazzjonijiet Uniti (2015). Ir-Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta' Settembru 2015, Transforming our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development (A/RES/70/1), li tinsab hawn: https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) L-Unjoni stabbiliet għanijiet ambizzjużi biex tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet umani, soċjali, ekonomiċi u ambjentali tagħha, b'mod partikolari permezz tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, jew fl-oqsma ta' diliġenza dovuta korporattiva u deforestazzjoni sostenibbli, li se jiskattaw bidliet fundamentali fix-xejriet tal-kummerċ b'impatti rilevanti fuq l-iskema tas-SĠP matul id-deċennju li ġej. L-implimentazzjoni tal-iskema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji għandha tintegra d-diskussjonijiet attwali dwar l-inizjattivi tal-UE, li se jinvolvu, għall-prodotti tal-Unjoni u prodotti importati fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, żieda sinifikanti fl-istandards ta' produzzjoni ambjentali, soċjali u tas-saħħa.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 11b (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) L-UE għandha timpenja ruħha mal-pajjiżi benefiċjarji, b'fehim komuni u b'mod kontinwu u kooperattiv, biex tgħinhom jilħqu u jimplimentaw standards internazzjonali, soċjali, umani u ambjentali, filwaqt li tqis il-livell ta' żvilupp tal-pajjiżi.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 11c (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11c) Billi tqiegħed aktar enfasi fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin imsemmija fl-Anness VI, u bħala miżura ta' trasformazzjoni pożittiva, l-iskema għandha tikkontribwixxi għal dan l-objettiv u tiffaċilita l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi u ambjentali meħtieġa biex tinkiseb progressivament ir-reċiproċità fl-istandards tal-produzzjoni mill-pajjiżi benefiċjarji fit-tul.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Jenħtieġ li l-pajjiżi li jiggradwaw mill-kategorija tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDC, Least-Developed Country) stabbilita min-NU jiġu inċentivati biex ikomplu fit-triq tal-iżvilupp sostenibbli. Għal dan l-iskop, jenħtieġ li l-kriterji ta' vulnerabbiltà ekonomika biex jikkwalifikaw għall-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jiġu llaxkati meta mqabbel mar-Regolament (UE) Nru 978/2012, biex jiġi ffaċilitat l-aċċess minn għadd akbar ta' pajjiżi li jiggradwaw mill-kategorija tal-pajjiżi l-anqas żviluppati.

(12) Jenħtieġ li l-pajjiżi li jiggradwaw mill-kategorija tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati (LDC, Least-Developed Country) stabbilita min-NU jiġu inċentivati biex ikomplu fit-triq tal-iżvilupp sostenibbli. Għal dan l-iskop, jenħtieġ li l-kriterji ta' vulnerabbiltà ekonomika biex jikkwalifikaw għall-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jiġu llaxkati meta mqabbel mar-Regolament (UE) Nru 978/2012, biex jiġi ffaċilitat l-aċċess minn għadd akbar ta' pajjiżi li jiggradwaw mill-kategorija tal-pajjiżi l-anqas żviluppati. Il-progress kontinwu u sostnut lejn ir-ratifika tal-konvenzjonijiet internazzjonali koperti b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi mmonitorjat mill-qrib mill-Kummissjoni, u l-ipprogrammar tal-finanzjament għall-iżvilupp tal-UE jenħtieġ li jitfassal biex iqis kif xieraq dan l-objettiv.

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 13 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Jenħtieġ li jitfasslu preferenzi biex jippromwovu tkabbir ekonomiku ulterjuri u, b'hekk, jirrispondu b'mod pożittiv għall-ħtieġa ta' żvilupp sostenibbli. Għaldaqstant, taħt l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba, jenħtieġ li t-tariffi ad valorem jiġu sospiżi għall-pajjiżi benefiċjarji kkonċernati. Jenħtieġ li jiġu sospiżi wkoll id-dazji speċifiċi, sakemm ma jkunux magħqudin ma' dazju ad valorem.

(13) Jenħtieġ li jitfasslu preferenzi biex jippromwovu tkabbir ekonomiku ulterjuri u, b'hekk, jirrispondu b'mod pożittiv għall-ħtieġa ta' żvilupp sostenibbli. Għajnuna mmirata tal-UE għall-finanzjament tal-kummerċ u tal-iżvilupp, inklużi l-finanzi u l-garanziji mħallta, jenħtieġ li tiġi pprovduta b'mod korrispondenti, biex tgħin fil-promozzjoni ta' kummerċ u investiment sostenibbli lejn il-kapaċità tal-produzzjoni, id-diversifikazzjoni u ż-żieda tal-valur, b'mod partikolari minn pajjiżi b'introjtu aktar baxx. Għaldaqstant, taħt l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba, jenħtieġ li t-tariffi ad valorem jiġu sospiżi għall-pajjiżi benefiċjarji kkonċernati. Jenħtieġ li jiġu sospiżi wkoll id-dazji speċifiċi, sakemm ma jkunux magħqudin ma' dazju ad valorem.

 

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Jenħtieġ li l-pajjiżi li ngħataw l-arranġament speċjali ta' inċentiv għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jippreżentaw applikazzjoni ġdida fi żmien sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, il-preferenzi tariffarji skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba previsti fir-Regolament (UE) Nru 978/2012 jinżammu matul il-perjodu li fih tiġi vvalutata l-applikazzjoni tagħhom. Talbiet għal assistenza teknika u finanzjarja minn pajjiżi applikanti relatati mar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet jistgħu jiġu eżaminati b'mod favorevoli.

(15) Jenħtieġ li l-pajjiżi li ngħataw l-arranġament speċjali ta' inċentiv għall-iżvilupp sostenibbli u governanza tajba f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jippreżentaw applikazzjoni ġdida fi żmien sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u ċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, il-preferenzi tariffarji skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba previsti fir-Regolament (UE) Nru 978/2012 jinżammu matul il-perjodu li fih tiġi vvalutata l-applikazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li l-Unjoni taqbel, kemm jista' jkun, li tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja għall-pajjiżi applikanti relatati mar-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet. Il-progress kontinwu u sostnut lejn ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin jenħtieġ li jiġi mmonitorjat mill-qrib, u l-assistenza teknika u finanzjarja tal-UE jenħtieġ li titfassal biex tqis kif xieraq dan l-objettiv.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) L-applikazzjoni għall-arranġament speċjali ta' inċentivi għall-iżvilupp sostenibbli jenħtieġ li tinkludi, fost l-oħrajn, pjan ta' azzjoni pubbliku li jħares 'il quddiem u li jagħti dettalji ta' lista ta' miżuri orjentata lejn il-prijoritajiet li għandhom jittieħdu u li huma kkunsidrati meħtieġa biex jiġu implimentati b'mod effettiv il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jikkostitwixxu l-parametri referenzjarji għas-sospensjoni progressiva tat-tariffi u jiġu elenkati fi iskeda ta' sospensjoni tat-tariffi, inkluż mal-pjan ta' azzjoni. Dan il-pjan ta' azzjoni, li dwaru l-pajjiż benefiċjarju jenħtieġ li jkun laħaq ftehim komuni mal-Kummissjoni u fejn xieraq mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jenħtieġ li jinkludi wkoll skadenzi u jidentifika l-korpi rilevanti tal-pajjiż benefiċjarju responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-validità tal-pjanijiet ta' azzjoni hija soġġetta għat-tul ta' żmien ta' dan ir-Regolament.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Jenħtieġ li l-Kummissjoni u, fejn xieraq, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jagħmlu monitoraġġ tal-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent u l-governanza tajba u tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom, billi jeżaminaw l-informazzjoni rilevanti, b'mod partikolari, meta disponibbli, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti stabbiliti skont dawk il-konvenzjonijiet. Kull tliet snin, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet rispettivi, il-konformità tal-pajjiżi benefiċjarji ma' kull obbligu ta' rapportar skont dawk il-konvenzjonijiet u l-istat tal-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet fil-prattika.

(16) Jenħtieġ li l-Kummissjoni u, fejn xieraq, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jagħmlu monitoraġġ tal-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent u l-governanza tajba u tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom, billi jivvalutaw b'mod trasparenti l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni, billi jeżaminaw l-informazzjoni rilevanti, b'mod partikolari, meta disponibbli, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti stabbiliti skont dawk il-konvenzjonijiet. Dan il-monitoraġġ jenħtieġ li jkun ibbażat ukoll fuq missjonijiet ta' livell għoli fuq il-post. Fil-qafas ta' missjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi benefiċjarji jiġu kkonsultati kif xieraq. Kull tliet snin, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet rispettivi, il-konformità tal-pajjiżi benefiċjarji ma' kull obbligu ta' rapportar skont dawk il-konvenzjonijiet u l-istat tal-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet fil-prattika, b'mod partikolari abbażi tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni. Fil-konklużjonijiet tagħhom dwar il-monitoraġġ, il-Kummissjoni u, fejn xieraq, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li jipprovdu rakkomandazzjonijiet ċari dwar il-kwistjonijiet u l-azzjonijiet li għandhom jingħataw prijorità għall-perjodu ta' wara.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Id-Delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi benefiċjarji jenħtieġ li jkollhom rwol kruċjali fl-implimentazzjoni ġenerali ta' dan ir-Regolament. Id-Delegazzjonijiet tal-UE jenħtieġ li jistabbilixxu punti fokali li jiżguraw koordinazzjoni fost id-diversi għodod b'appoġġ għall-pajjiż benefiċjarju biex jiġu implimentati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Is-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra jenħtieġ li jiġu kkonsultati matul iċ-ċiklu ta' monitoraġġ abbażi ta' proċeduri pubbliċi u skadenzi, u jenħtieġ li l-informazzjoni li jissottomettu titqies kif xieraq.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 16c (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi dimensjoni b'saħħitha tal-iżvilupp sostenibbli fi ktajjen tal-valur mondjali, f'konformità mal-obbligi tad-diliġenza dovuta stabbiliti fil-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni u, meta applikabbli, l-irtirar ta' preferenzi tariffarji, ir-rapporti mill-korpi ta' monitoraġġ rilevanti huma essenzjali. Madankollu, dawn ir-rapporti jistgħu jiġu ssupplimentati b'informazzjoni oħra disponibbli għall-Kummissjoni, inkluża informazzjoni miksuba taħt programmi ta' assistenza bilaterali jew multilaterali, u permezz ta' sorsi oħra ta' informazzjoni, dment li jkunu preċiżi u affidabbli. Dawn jistgħu jinkludu informazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, gvernijiet, organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali, jew tilwim riċevut permezz tas-SEP dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti. Nuqqasijiet identifikati matul il-proċess ta' monitoraġġ jista' jinforma l-ipprogrammar futur tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Kummissjoni b'mod aktar immirat.

(17) Għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni u, meta applikabbli, l-għoti u l-irtirar sussegwenti ta' preferenzi tariffarji, ir-rapporti mill-korpi ta' monitoraġġ rilevanti huma essenzjali. Madankollu, dawn ir-rapporti jistgħu, sal-punt l-aktar wiesa' possibbli, jiġu ssupplimentati b'informazzjoni oħra disponibbli, inkluża informazzjoni miksuba taħt programmi ta' assistenza bilaterali jew multilaterali, u permezz ta' sorsi oħra ta' informazzjoni, dment li jkunu preċiżi u affidabbli. Dawn jistgħu jinkludu informazzjoni mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji jew mill-aġenziji tal-Unjoni, mill-gvernijiet, mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, mis-soċjetà ċivili, mis-sħab soċjali, mir-rappreżentanti tal-interessi ekonomiċi, jew ilmenti riċevuti permezz tas-SEP, dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti. Nuqqasijiet identifikati matul il-proċess ta' monitoraġġ jenħtieġ li jservu ta' informazzjoni fl-ipprogrammar futur tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Kummissjoni u l-provvista ta' assistenza teknika b'mod aktar immirat.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) F'Lulju 2020, il-Kummissjoni ħatret lill-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ bl-irwol li jinforza r-regoli kummerċjali. F'din il-konnessjoni, f'Novembru 2020, il-Kummissjoni nediet mekkaniżmu ġdid tal-ilmenti, il-Punt ta' Dħul Uniku ("SEP", Single Entry Point), bħala parti miż-żieda fl-isforzi tagħha biex issaħħaħ l-infurzar u l-implimentazzjoni tal-impenji kummerċjali. Permezz tas-SEP, il-Kummissjoni tirċievi lmenti dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-politika kummerċjali, inkluż ksur tal-impenji tas-SĠP. Jenħtieġ li din is-sistema ġdida ta' lmenti tiġi integrata fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

(18) F'Lulju 2020, il-Kummissjoni ħatret lill-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ bl-irwol li jinforza r-regoli kummerċjali. F'din il-konnessjoni, f'Novembru 2020, il-Kummissjoni nediet mekkaniżmu ġdid tal-ilmenti, il-Punt ta' Dħul Uniku ("SEP", Single Entry Point), bħala parti miż-żieda fl-isforzi tagħha biex issaħħaħ l-infurzar u l-implimentazzjoni tal-impenji kummerċjali. Permezz tas-SEP, il-Kummissjoni tirċievi lmenti dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-politika kummerċjali, inkluż ksur tal-impenji tas-SĠP. Is-SEP huwa aċċessibbli għaċ-ċittadini, l-entitajiet, it-trade unions, il-partijiet ikkonċernati, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u s-soċjetà ċivili, stabbilit fl-Unjoni jew fil-pajjiżi benefiċjarji, u l-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-kunfidenzjalità tal-ilmenti, inkluża l-identità tal-ilmentaturi u l-elementi rilevanti kollha li jappartjenu lill-ilment. Jenħtieġ li din is-sistema ġdida ta' lmenti tiġi integrata u formalizzata fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Jenħtieġ li d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq prodotti mhux sensittivi jkomplu jiġu sospiżi, filwaqt li jenħtieġ li dazji fuq prodotti sensittivi jgawdu minn tnaqqis ta' tariffi biex tkun żgurata rata ta' użu sodisfaċenti filwaqt li fl-istess ħin titqies il-qagħda tal-industriji korrispondenti tal-Unjoni.

(21)  Jenħtieġ li d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq prodotti mhux sensittivi jkomplu jiġu sospiżi, filwaqt li jenħtieġ li dazji fuq prodotti sensittivi jgawdu minn tnaqqis ta' tariffi biex tkun żgurata rata ta' użu sodisfaċenti u jiġi massimizzat l-effett tal-iżvilupp filwaqt li fl-istess ħin titqies il-qagħda tal-industriji korrispondenti tal-Unjoni.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Jenħtieġ li dan it-tip ta' tnaqqis tariffarju jkun attraenti biżżejjed sabiex jimmotiva lill-kummerċjanti biex jużaw l-opportunitajiet offruti mill-iskema. Għaldaqstant, ġeneralment jenħtieġ li d-dazji ad valorem jitnaqqsu b'rata fissa ta' 3,5 punti perċentwali mir-rata ta' dazji tan-"nazzjon l-aktar iffavorit", filwaqt li jenħtieġ li tali dazji għal tessuti u għal prodotti tat-tessuti jitnaqqsu b'20 %. Jenħtieġ li dazji speċifiċi jitnaqqsu bi 30 %. Meta dazju minimu jkun speċifikat, jenħtieġ li dak id-dazju minimu ma jkunx japplika.

(22)  Jenħtieġ li t-tnaqqis tariffarju jkun attraenti biżżejjed sabiex jimmotiva lill-kummerċjanti biex jużaw l-opportunitajiet offruti mill-iskema. Għaldaqstant, ġeneralment jenħtieġ li d-dazji ad valorem jitnaqqsu b'rata fissa ta' 3,5 punti perċentwali mir-rata ta' dazji tan-"nazzjon l-aktar iffavorit", filwaqt li jenħtieġ li tali dazji għal tessuti u għal prodotti tat-tessuti jitnaqqsu b'20 %. Jenħtieġ li dazji speċifiċi jitnaqqsu bi 30 %. Meta dazju minimu jkun speċifikat, jenħtieġ li dak id-dazju minimu ma jkunx japplika.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Is-salvagwardji huma mekkaniżmi essenzjali biex titnaqqas id-dipendenza tal-pajjiżi benefiċjarji fuq ftit prodotti, biex il-preferenzi jiġu ffukati fuq prodotti inqas kompetittivi u biex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku. Jenħtieġ li l-iskema ssaħħaħ l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni billi tipprovdi salvagwardji effettivi u infurzabbli għal prodotti sensittivi li fl-istess ħin jenħtieġ li jtejbu d-diversifikazzjoni tal-ekonomiji tagħhom u l-implimentazzjoni tad-drittijiet soċjali u ambjentali fil-pajjiżi benefiċjarji.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Jenħtieġ li l-gradwazzjoni tal-prodotti tkun ibbażata fuq kriterji relatati ma' taqsimiet u kapitoli tat-Tariffa Doganali Komuni. Jenħtieġ li l-gradwazzjoni tal-prodotti tapplika fir-rigward ta' taqsima jew subtaqsima sabiex jitnaqqsu każijiet fejn prodotti eteroġeni jkunu gradwati. Jenħtieġ li l-gradwazzjoni ta' taqsima jew ta' subtaqsima (magħmulin minn kapitoli) għal pajjiż benefiċjarju tkun applikata meta t-taqsima tissodisfa l-kriterji għal gradwazzjoni tul tliet snin konsekuttivi, sabiex il-gradwazzjoni tkun aktar prevedibbli u ġusta billi jkun eliminat l-effett ta' varjazzjonijiet kbar u eċċezzjonali fl-istatistika tal-importazzjoni. Jenħtieġ li l-gradwazzjoni tal-prodotti ma tapplikax għall-pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SĠP+) u għall-pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati (KMA) billi dawn għandhom profil ekonomiku simili ħafna li jagħmilhom vulnerabbli minħabba bażi ta' esportazzjoni baxxa u mhux diversifikata. Il-preferenzi tariffarji previsti f'dan ir-Regolament japplikaw għal prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi benefiċjarji f'konformità mar-regoli tal-oriġini stipulati fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u l-atti legali adottati f'konformità mas-setgħat mogħtija minn dak il-Kodiċi, b'mod partikolari r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/244619 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/244720. Jenħtieġ li jingħataw l-akkumulazzjoni reġjonali bejn il-pajjiżi ta' gruppi reġjonali differenti u l-akkumulazzjoni estiża dment li l-pajjiż benefiċjarju applikant ikollu provi biżżejjed li l-akkumulazzjoni tirrispondi għall-ħtiġijiet tiegħu għall-iżvilupp, il-finanzjament u l-kummerċ, u b'hekk twassal, fost affarijiet oħra, għal tkabbir ekonomiku, il-qerda tal-faqar, id-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet u l-industrijalizzazzjoni, u dment li ma jkollhiex impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ta' pajjiżi oħra, speċjalment il-pajjiżi benefiċjarji tal-KMA. Meta tivvaluta jekk l-għoti tal-akkumulazzjoni tirrispondix għall-ħtiġijiet tal-pajjiż rikjedenti għall-iżvilupp, il-finanzjament u l-kummerċ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis id-dipendenza tal-pajjiż benefiċjarju fuq il-pajjiż fornitur u l-perspettivi futuri fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni.

(24)  Jenħtieġ li l-gradwazzjoni tal-prodotti tkun ibbażata fuq kriterji relatati ma' taqsimiet u kapitoli tat-Tariffa Doganali Komuni. Jenħtieġ li l-gradwazzjoni tal-prodotti tapplika fir-rigward ta' taqsima jew subtaqsima sabiex jitnaqqsu każijiet fejn prodotti eteroġeni jkunu gradwati. Jenħtieġ li l-gradwazzjoni ta' taqsima jew ta' subtaqsima (magħmulin minn kapitoli) għal pajjiż benefiċjarju tkun applikata meta t-taqsima tissodisfa l-kriterji għal gradwazzjoni tul tliet snin konsekuttivi, sabiex il-gradwazzjoni tkun aktar prevedibbli u ġusta billi jkun eliminat l-effett ta' varjazzjonijiet kbar u eċċezzjonali fl-istatistika tal-importazzjoni. Jenħtieġ li l-gradwazzjoni tal-prodotti ma tapplikax għall-pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SĠP+) u għall-pajjiżi benefiċjarji tal-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati (KMA) billi dawn għandhom profil ekonomiku simili ħafna li jagħmilhom vulnerabbli minħabba bażi ta' esportazzjoni baxxa u mhux diversifikata. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili, l-iżvilupp u l-potenzjal tal-esportazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji li jistgħu potenzjalment jilħqu l-Istatus ta' Pajjiż b'Introjtu Medju Superjuri. Jenħtieġ li dan il-monitoraġġ ikollu l-għan li jtejjeb it-tqegħid fil-mira ta' prodotti sensittivi fl-ambitu tal-mekkaniżmu tal-gradwazzjoni tal-prodotti, jipprovdi rakkomandazzjonijiet ċari dwar azzjonijiet biex tittejjeb id-diversifikazzjoni tal-esportazzjoni u jiżgura li l-preferenzi tariffarji fl-ambitu tas-SĠP jiġu rtirati mill-prodotti kompetittivi sabiex jiġu pprovduti aktar opportunitajiet fis-suq tal-UE għall-esportazzjonijiet tal-pajjiżi li l-aktar jinsabu fil-bżonn. Il-preferenzi tariffarji previsti f'dan ir-Regolament japplikaw għal prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi benefiċjarji f'konformità mar-regoli tal-oriġini stipulati fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u l-atti legali adottati f'konformità mas-setgħat mogħtija minn dak il-Kodiċi, b'mod partikolari r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/244619 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/244720. L-akkumulazzjoni reġjonali bejn il-pajjiżi ta' gruppi reġjonali differenti u l-akkumulazzjoni estiża jikkostitwixxu strument importanti biex tiġi appoġġata l-integrazzjoni reġjonali u jenħtieġ li jiġu mħeġġa wkoll fl-ambitu ta' dan ir-Regolament bħala dimensjoni importanti tal-iżvilupp sostenibbli. Jenħtieġ li l-akkumulazzjoni reġjonali tingħata dment li l-pajjiż benefiċjarju applikant ikollu provi biżżejjed li l-akkumulazzjoni tirrispondi għall-ħtiġijiet tiegħu għall-iżvilupp, il-finanzjament u l-kummerċ, u li tappoġġa l-integrazzjoni reġjonali, u b'hekk twassal, fost affarijiet oħra, għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-qerda tal-faqar, id-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet u l-iżvilupp tal-kapaċità tal-manifattura, benefiċċji tanġibbli għall-popolazzjonijiet lokali, u dment li ma jkollhiex impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni ta' pajjiżi oħra, speċjalment il-pajjiżi benefiċjarji tal-KMA. Meta tivvaluta jekk l-għoti tal-akkumulazzjoni tirrispondix għall-ħtiġijiet tal-pajjiż rikjedenti għall-iżvilupp, il-finanzjament u l-kummerċ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis id-dipendenza tal-pajjiż benefiċjarju fuq il-perspettivi futuri tal-pajjiż fornitur fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni u l-impatti fuq l-integrazzjoni reġjonali. Kwalunkwe rekwiżit formali u piż amministrattiv assoċjat mal-applikazzjoni għall-aċċess estiż għall-akkumulazzjoni reġjonali jenħtieġ li jiġu stabbiliti proporzjonalment baxxi, biex jiġi evitat li l-benefiċjarji tas-SĠP jiġu skoraġġuti milli jinvestu fil-ktajjen tal-provvista reġjonali.

__________________

__________________

19 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

19 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).

20 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

20 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558–893).

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu inkoraġġiti termini aħjar għall-akkumulazzjoni reġjonali (kif deskritt fil-premessa 24 u fl-Artikolu 33(3)), peress li se jkomplu jippermettu lill-pajjiżi tas-SĠP jiżviluppaw il-ktajjen tal-provvista tagħhom u jiġu integrati aħjar mal-ekonomija globali. Għalhekk, huwa importanti li d-dispożizzjonijiet dwar l-akkumulazzjoni ma jippermettux rekwiżiti sproporzjonati biex il-pajjiżi tas-SĠP jakkumulaw il-prodotti tagħhom mas-sħab reġjonali, peress li dan sempliċement jiskoraġġixxi l-investiment fl-iżvilupp ta' ktajjen tal-provvista reġjonali aktar avvanzati. Il-formulazzjoni attwali titlob lill-benefiċjarji tas-SĠP "biżżejjed evidenza li l-akkumulazzjoni twieġeb għall-ħtiġijiet tagħhom ta' żvilupp, finanzjament u kummerċjali". Filwaqt li mhuwiex pjuttost ċar dan x'jinvolvi, il-Kummissjoni għandha tiġi inkoraġġita tnaqqas il-piżijiet amministrattivi, u r-rekwiżiti formali, għal minimu assolut, sabiex trawwem l-aħjar kundizzjonijiet biex is-sħab tas-SĠP jakkumulaw liberament.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Jenħtieġ li r-raġunijiet biex l-arranġamenti taħt l-iskema jkunu rtirati temporanjament jinkludu ksur gravi u sistematiku tal-prinċipji stipulati f'konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem (inklużi ċerti prinċipji ta' liġi umanitarja internazzjonali minquxa f'dawk il-konvenzjonijiet), id-drittijiet tax-xogħol, il-klima u l-ħarsien tal-ambjent, u governanza tajba, biex jiġu promossi l-objettivi ta' dawk il-konvenzjonijiet. Jenħtieġ li preferenzi tariffarji skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jkunu rtirati temporanjament jekk il-pajjiż benefiċjarju ma jirrispettax l-impenn obbligatorju tiegħu li jżomm ir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva ta' dawk il-konvenzjonijiet jew li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' rapportar imposti mill-konvenzjonijiet rispettivi, jew jekk il-pajjiż benefiċjarju ma jikkooperax mal-proċeduri ta' monitoraġġ tal-Unjoni kif stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-irtirar temporanju jkompli sakemm ma jibqgħux japplikaw ir-raġunijiet li jiġġustifikawh. F'sitwazzjonijiet ikkaratterizzati minn gravità eċċezzjonali tal-ksur, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tirrispondi b'mod rapidu billi tadotta miżuri fi żmien iqsar. Taħt l-approċċ ta' tolleranza żero tal-Unjoni għat-tħaddim tat-tfal, jenħtieġ li r-raġunijiet għal irtirar temporanju jinkludu esportazzjonijiet ta' merkanzija li ssir minn tħaddim tat-tfal ipprojbit internazzjonalment, kif ukoll xogħol furzat inkluż l-iskjavitù u x-xogħol fil-ħabsijiet, kif identifikat fil-Konvenzjonijiet rilevanti fl-Anness VI.

(25)  Jenħtieġ li r-raġunijiet biex l-arranġamenti taħt l-iskema jkunu rtirati temporanjament jinkludu ksur gravi u sistematiku tal-prinċipji stipulati f'konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem (inklużi ċerti prinċipji ta' liġi umanitarja internazzjonali minquxa f'dawk il-konvenzjonijiet), id-drittijiet tax-xogħol, il-klima u l-ħarsien tal-ambjent, u governanza tajba, biex jiġu promossi l-objettivi ta' dawk il-konvenzjonijiet. Hi u tiddetermina jekk tali ksur serju u sistematiku jeżistix, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-valutazzjonijiet, il-kummenti, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet kollha disponibbli tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti u t-tħassib issostanzjat espress mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-organizzazzjonijiet internazzjonali u mis-soċjetà ċivili, inklużi t-trade unions, jew li jaġixxu meta jsir ilment. Jenħtieġ li preferenzi tariffarji skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jkunu rtirati temporanjament jekk il-pajjiż benefiċjarju ma jirrispettax l-impenn obbligatorju tiegħu li jżomm ir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva ta' dawk il-konvenzjonijiet jew li jkun konformi mar-rekwiżiti ta' rapportar imposti mill-konvenzjonijiet rispettivi, jew li jżomm l-implimentazzjoni effettiva tal-pjan ta' azzjoni pprovdut fit-talba tiegħu biex jibbenefika mill-arranġament jew jekk il-pajjiż benefiċjarju ma jikkooperax mal-proċeduri ta' monitoraġġ tal-Unjoni kif stabbiliti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-irtirar temporanju jintuża bħala l-aħħar istanza dment li jkunu ġew esplorati toroq oħra għad-djalogu u l-involviment. Jenħtieġ li l-irtirar temporanju jkompli sakemm ma jibqgħux japplikaw ir-raġunijiet li jiġġustifikawh. F'sitwazzjonijiet ikkaratterizzati minn gravità eċċezzjonali tal-ksur, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tirrispondi b'mod rapidu billi tadotta miżuri fi żmien iqsar. Taħt l-approċċ ta' tolleranza żero tal-Unjoni għat-tħaddim tat-tfal, jenħtieġ li r-raġunijiet għal irtirar temporanju jinkludu esportazzjonijiet ta' merkanzija li ssir minn tħaddim tat-tfal ipprojbit internazzjonalment, kif ukoll xogħol furzat inkluż l-iskjavitù u x-xogħol fil-ħabsijiet, kif identifikat fil-Konvenzjonijiet rilevanti fl-Anness VI. Madankollu, il-qerda tat-tħaddim tat-tfal hija proċess li jieħu żmien twil, speċjalment fil-pajjiżi fejn mhi disponibbli l-ebda alternattiva bħal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, skola b'xejn u xibka ta' sikurezza soċjali. Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 19(1)(b), il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra jekk il-pajjiż benefiċjarju jkunx adotta f'kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol qafas ta' politiki u pjanijiet direzzjonali li jkollhom l-għan li jnaqqsu t-tħaddim tat-tfal u jekk il-monitoraġġ tagħhom jurix progress u azzjonijiet konkreti lejn konformità sħiħa mal-konvenzjonijiet tal-ILO. Il-Kummissjoni tista' tappoġġa lill-pajjiżi benefiċjarji biex jilħqu dan il-għan permezz tal-assistenza teknika, il-bini tal-kapaċità u għajnuna finanzjarja oħra.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Hi u tiddetermina jekk hemmx ksur sistematiku u serju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-lista mhux eżawrjenti li ġejja ta' sitwazzjonijiet: ġenoċidju; delitti kontra l-umanità; tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra; skjavitù jew xogħol furzat; eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u qtil, għajbien sfurzat ta' persuni; arresti jew detenzjonijiet arbitrarji; traffikar tal-bnedmin, inkluża l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' bnedmin; vjolenza sesswali u sessista; ksur ieħor tal-liġijiet u tal-konswetudnijiet tal-gwerra; ksur jew abbużi tal-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni paċifika; ksur jew abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, ksur jew abbużi tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin; barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis in-nuqqas ta' konformità mal-obbligi fir-rigward tal-kontributi determinati fil-livell nazzjonali fil-qafas tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 25b (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25b) Jenħtieġ li l-irtirar temporanju tal-arranġamenti jitqies bħala miżura tal-aħħar istanza. Id-deċiżjonijiet relatati jistgħu jkunu akkumpanjati minn analiżi tal-impatt soċjoekonomiku tal-irtirar bil-ħsieb li jiġu minimizzati l-effetti negattivi minn fuq il-popolazzjonijiet tal-pajjiż benefiċjarju filwaqt li jiġi massimizzat l-ingranaġġ fuq il-gvern tiegħu. Kull meta r-rekord tal-konformità mal-obbligi rilevanti spjegati f'dan ir-Regolament jiddeterjora serjament, il-Kummissjoni u s-SEAE jenħtieġ li jżidu d-djalogu mal-pajjiżi benefiċjarji u jvaraw proċess ta' impenn imsaħħaħ fejn il-pajjiżi jimpenjaw ruħhom għal azzjonijiet permezz tal-implimentazzjoni ta' pjanijiet direzzjonali mmirati li jwasslu għal progress evidenti ġeneralment fuq terminu qasir jew, kull meta l-kwistjonijiet ikunu aktar kumplessi u sensittivi, fuq terminu medju.  Wara l-varar u matul id-durata ġenerali tal-proċedura tal-irtirar, il-pajjiżi benefiċjarji jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jibdew jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe ħin. Jekk il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza li pajjiż benefiċjarju qed jikser b'mod serju u sistematiku l-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI, jenħtieġ li hija minnufih tagħti bidu għall-proċedura għall-irtirar temporanju. Meta l-ksur ikun ta' gravità eċċezzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tattiva l-mekkaniżmu ta' rispons rapidu.  Kull meta l-impenn imsaħħaħ jiġi estiż għat-tieni sena, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżid il-pajjiż ma' lista pubblika, bil-ħsieb li tiġi pprovduta prevedibbiltà u jiġi mmassimizzat l-ingranaġġ.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-migrazzjoni internazzjonali ordnata tista' ġġib benefiċċji importanti għall-pajjiżi tal-oriġini u tad-destinazzjoni tal-migranti u tikkontribwixxi għall-ħtiġijiet ta' żvilupp sostenibbli tagħhom. Iż-żieda fil-koerenza bejn il-politiki kummerċjali, tal-iżvilupp u tal-migrazzjoni hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-migrazzjoni jgawdu minnhom b'mod reċiproku kemm il-pajjiżi tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li kemm il-pajjiżi tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni jindirizzaw sfidi komuni, bħaż-żieda tal-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni ta' persuni nazzjonali proprji u r-riintegrazzjoni sostenibbli tagħhom fil-pajjiż tal-oriġini, b'mod partikolari sabiex jiġi evitat eżodu kostanti fil-popolazzjoni attiva fil-pajjiżi tal-oriġini, bil-konsegwenzi fit-tul li jirriżultaw fuq l-iżvilupp, u biex jiġi żgurat li l-migranti jiġu ttrattati b'dinjità.

imħassar

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Approċċ aktar ikkoordinat, olistiku u strutturat għall-migrazzjoni jista' jġib benefiċċji importanti għall-pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u ta' destinazzjoni tal-migranti. Approċċ ikkoordinat għall-migrazzjoni huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-migrazzjoni jakkumulaw. Jenħtieġ li jinbnew sħubijiet komprensivi biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni furzata u jintlaħqu l-miri u l-objettivi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Dan l-approċċ u l-azzjonijiet rilevanti jenħtieġ li jiġu implimentati b'rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali, inklużi d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju u dritt internazzjonali dwar ir-refuġjati, il-kompetenzi tal-Unjoni u dawk nazzjonali, u jenħtieġ li jkunu konformi mal-prinċipji minquxa fil-Patt Globali dwar ir-Refuġjati u fil-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari. Jenħtieġ li l-Unjoni tiffavorixxi involviment kostruttiv u ta' benefiċċju reċiproku dwar l-aspetti kollha tal-migrazzjoni, inklużi s-sħubijiet għall-mobilità, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni. It-titjib tar-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw lejn pajjiżhom u tal-familji tagħhom, u l-monitoraġġ ta' din ir-riintegrazzjoni, inkluż permezz tal-bini tal-kapaċità, isaħħu b'mod sinifikanti l-involviment ta' benefiċċju reċiproku mal-pajjiżi sħab.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Ir-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni huma sfida komuni għall-UE u s-sħab tagħha. B'mod partikolari, kull Stat għandu l-obbligu tar-riammissjoni tal-persuni nazzjonali proprji tiegħu skont il-dritt konswetudinarju internazzjonali, u konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali bħall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944. It-titjib tar-riintegrazzjoni u tal-bini tal-kapaċità sostenibbli jsaħħaħ b'mod sinifikanti l-iżvilupp lokali fil-pajjiżi sħab.

imħassar

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 36

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effetti tal-iskema taħt dan ir-Regolament permezz tal-kumitati istituzzjonali rilevanti. Sal-1 ta' Jannar 2030, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' nofs it-terminu ta' dan ir-Regolament u tivvaluta l-ħtieġa li tiġi rieżaminata l-iskema. Ir-rapport huwa meħtieġ biex janalizza l-impatt tal-iskema fuq il-ħtiġijiet tal-iżvilupp, il-kummerċ u l-finanzi tal-benefiċjarji kif ukoll fuq il-kummerċ bilaterali u fuq id-dħul tariffarju tal-Unjoni, b'attenzjoni partikolari għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli.

(36) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effetti tal-iskema taħt dan ir-Regolament permezz tal-kumitati istituzzjonali rilevanti. Sal-1 ta' Jannar 2029, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' nofs it-terminu ta' dan ir-Regolament u tivvaluta l-ħtieġa li tiġi rieżaminata l-iskema. Ir-rapport huwa meħtieġ biex jiġi analizzat l-impatt tal-iskema fuq il-ħtiġijiet tal-iżvilupp, il-qerda tal-faqar, id-diversifikazzjoni ekonomika, il-kummerċ u l-finanzi tal-benefiċjarji, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament fir-rigward tal-prodotti, inkluż fejn jidħol il-ħruġ ta' prodotti sostenibbli, u lil kwalunkwe żvilupp rilevanti li jirrigwarda l-kundizzjonalitajiet, kif ukoll fuq il-kummerċ bilaterali, l-impatt fuq il-produtturi tal-UE, u fuq id-dħul tariffarju tal-Unjoni, b'attenzjoni partikolari għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 9a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) "prodotti sensittivi" tfisser merkanzija li minħabba l-livell tar-rata ta' utilizzazzjoni mill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP Standard jista' jkollha impatt negattiv fuq l-abbiltà u l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jimmanifatturaw jew jipproċessaw l-istess merkanzija fuq perjodu ta' żmien fit-tul;

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 10a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) "pjan ta' azzjoni" tfisser lista, li tħares 'il quddiem u li hija orjentata lejn il-prijoritajiet, ta' miżuri li għandhom jiġu adottati, inklużi miżuri leġiżlattivi, u ta' azzjonijiet li għandhom jittieħdu minn pajjiż benefiċjarju li huma meħtieġa biex jiġu implimentati b'mod effettiv il-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin imsemmija fl-Anness VI, u li tkun ibbażata, fost oħrajt, fuq l-informazzjoni disponibbli u b'mod partikolari l-konklużjonijiet l-aktar riċenti tal-korpi ta' monitoraġġ tal-konvenzjonijiet; il-pjan ta' azzjoni għandu jipprevedi wkoll qafas ta' żmien għal kull miżura u azzjoni elenkata u jidentifika b'mod preċiż kemm jista' jkun l-istituzzjoni jew l-istruttura rilevanti responsabbli fil-pajjiż benefiċjarju għall-implimentazzjoni u s-sorveljanza tagħha; Kull miżura u azzjoni elenkata, jew sett tagħhom, tikkostitwixxi l-parametri referenzjarji għas-sospensjoni progressiva tat-tariffi, kif maqbul fl-iskeda ta' sospensjoni tat-tariffi inkluża fil-pjan ta' azzjoni.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 10b (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) "impenn imsaħħaħ" tfisser djalogu li għandu l-għan li jiffaċilita u jinċentiva lill-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2) biex jagħmlu progress f'oqsma kritiċi fir-rigward tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti u li bih il-pajjiżi u l-Kummissjoni jilħqu fehim komuni dwar azzjonijiet ta' prijorità konkreti u soluzzjonijiet sostenibbli biex jiġu indirizzati nuqqasijiet serji fir-rigward tal-konvenzjonijiet;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 10c (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10c) "lista ta' kwistjonijiet" tfisser lista mhux eżawrjenti tal-kwistjonijiet ewlenin li jeżistu f'pajjiż benefiċjarju u li jaffettwaw l-implimentazzjoni b'suċċess tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti għall-arranġament tas-SĠP+ u tal-pjan ta' azzjoni, kif identifikati mill-korpi ta' monitoraġġ, inkluż kif ipprovduti mill-partijiet ikkonċernati u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti, u abbażi tal-konklużjonijiet deskritti fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 14 u fir-rigward taċ-ċiklu ta' monitoraġġ preċedenti;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 11

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) "implimentazzjoni effettiva" tfisser l-implimentazzjoni integrali tal-impenji u l-obbligi kollha meħuda skont il-konvenzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Anness VI, biex b'hekk jiġi assigurat li l-prinċipji, l-objettivi u d-drittijiet garantiti f'dawn il-konvenzjonijiet ikunu mħarsa fit-territorju kollu tal-pajjiż benefiċjarju;

 

(11) "implimentazzjoni effettiva" tfisser l-implimentazzjoni integrali tal-impenji u l-obbligi kollha meħuda skont il-konvenzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Anness VI, biex b'hekk jiġi assigurat li l-prinċipji, l-objettivi u d-drittijiet garantiti f'dawn il-konvenzjonijiet ikunu mħarsa fit-territorju kollu tal-pajjiż benefiċjarju, inkluż fiż-żoni ekonomiċi speċjali tiegħu u ż-żoni ta' pproċessar għall-esportazzjoni;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 11a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) "ksur serju u sistematiku" tfisser ksur jew abbużi mifruxa u sistematiċi relatati mal-konvenzjonijiet internazzjonali tal-Anness VI, kif definiti u determinati fil-qafas ta' dawk il-konvenzjonijiet;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 11b (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) "obbligi ta' diliġenza dovuta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem" tfisser ir-responsabbiltà li għandhom l-intrapriżi kummerċjali li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u li jipprovdu l-protezzjoni kontra l-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-intrapriżi. Ir-responsabbiltà li għandhom l-intrapriżi kummerċjali li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem tirreferi għad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment – mifhuma, bħala minimu, bħal dawk espressi fil-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-prinċipji li jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali stabbiliti fid-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 12

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) "ilment" tfisser ilment imressaq lill-Kummissjoni permezz tal-Punt Uniku ta' Kuntatt.

(12) "ilment" tfisser ilment imressaq lill-Kummissjoni permezz tal-Punt Uniku ta' Kuntatt minn ċittadini, entitajiet, partijiet ikkonċernati jew is-soċjetà ċivili tal-Unjoni jew il-pajjiżi benefiċjarji koperti mill-iskemi msemmija fl-Artikolu 1(2) u relatat mal-kundizzjonijiet u r-raġunijiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 19, li l-kunfidenzjalità tiegħu għandha tkun iggarantita, inkluż fir-rigward tal-identità tal-ilmentatur;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 12a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) "prodotti li jikkompetu direttament" tfisser prodott li, wara jew qabel trasformazzjoni industrijali, jista' jitqabbel ma' prodott ieħor.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) ma jkunx hemm bażi suffiċjenti biex jitqies li jeżisti ksur serju u sistematiku u ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(a), (b), (c), (d) u​(e).

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġament standard imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jirratifikaw il-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI, fi żmien ħames snin wara l-applikazzjoni tal-preferenzi.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-ipprogrammar tal-finanzjament għall-iżvilupp tal-UE fl-ambitu tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'appoġġ għall-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġament speċjali msemmi fil-paragrafu 1, għandu jagħti prijorità lir-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sal-1 ta' Jannar ta' kull sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-Anness I. Biex tagħti ħin lill-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP standard u operaturi ekonomiċi biex jadattaw għall-bidla fl-istat tal-pajjiż skont l-iskema:

2. Fir-rigward tal-kriterji ekonomiċi msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) u (b), sal-1 ta' Jannar ta' kull sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ u tirrieżamina l-Anness I fir-rigward tal-pajjiżi benefiċjarji li jkunu laħqu l-Istatus ta' Pajjiż b'Introjtu Medju Superjuri. Biex tagħti ħin lill-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP standard u operaturi ekonomiċi biex jadattaw għall-bidla fl-istat tal-pajjiż skont l-iskema:

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness III sabiex tinkorpora bidliet li jkunu saru meħtieġa b'emendi għan-Nomenklatura Magħquda.

2. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness III sabiex:

 

(a) tinkorpora bidliet li jkunu saru meħtieġa b'emendi għan-Nomenklatura Magħquda;

 

(b) timmodifika l-klassifikazzjoni tal-prodotti bħala sensittivi jew mhux sensittivi.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu -1 (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- 1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja, f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mas-soċjetà ċivili, l-iżvilupp u l-potenzjal tal-esportazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji li jistgħu potenzjalment jiggradwaw lejn l-Istatus ta' Pajjiż b'Introjtu Medju Superjuri.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tadotta att ta' implimentazzjoni, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), sabiex tissospendi jew terġa' tistabbilixxi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu japplika mill-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

3. Kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-lista msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tadotta att ta' implimentazzjoni, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), sabiex tissospendi jew terġa' tistabbilixxi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikolu 7. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jibda japplika 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt b

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ikun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VI (il-"konvenzjonijiet rilevanti"), u l-Kummissjoni ma tkunx identifikat, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, b'mod partikolari l-aktar konklużjonijiet disponibbli riċenti tal-korpi ta' monitoraġġ skont dawn il-konvenzjonijiet, ksur serju biex timplimenta b'mod effettiv kwalunkwe waħda minn dawn il-konvenzjonijiet;

(b) ikun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VI (il-"konvenzjonijiet rilevanti"), u l-Kummissjoni ma tkunx identifikat, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, b'mod partikolari l-aktar konklużjonijiet disponibbli riċenti tal-korpi ta' monitoraġġ skont dawn il-konvenzjonijiet kif ukoll l-informazzjoni mressqa mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali, li naqas serjament milli jimplimenta b'mod effettiv kwalunkwe waħda minn dawn il-konvenzjonijiet;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – punt d

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) jidħol f'impenn vinkolanti li jżomm ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, akkumpanjat minn pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti;

(d) jidħol f'impenn vinkolanti li jżomm ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u li jwettaq u jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, akkumpanjat minn pjan ta' azzjoni marbut mal-ħin ta' passi u miżuri li huma meħtieġa biex jiġu implimentati b'mod effettiv il-konvenzjonijiet imsemmija fl-Anness VI; il-pajjiż benefiċjarju u l-Kummissjoni għandhom jilħqu ftehim komuni dwar dan il-pjan ta' azzjoni, li minn hemm 'il quddiem għandu jsir pubbliku;

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-Kummissjoni tqis, abbażi ta' eżami tat-talba, li l-pajjiż benefiċjarju jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9.

(b) il-Kummissjoni tqis, abbażi ta' eżami tat-talba, inkluż iżda mhux limitat għall-pjan ta' azzjoni u jekk il-pajjiż ikunx beda jimplimentah, li l-pajjiż rikjedenti jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pajjiż rikjedenti għandu jippreżenta t-talba tiegħu lill-Kummissjoni bil-miktub. It-talba għandha tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u għandha tinkludi l-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f).

2. Il-pajjiż rikjedenti għandu jippreżenta t-talba tiegħu lill-Kummissjoni bil-miktub. It-talba għandha tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar ir-ratifika u l-istat tal-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet rilevanti u għandha tinkludi l-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), inkluż pjan ta' azzjoni finalizzat.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Wara li teżamina t-talba, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I sabiex pajjiż rikjedenti jingħata l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba billi dak il-pajjiż jiġi inkluż fil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+.

4. Waqt li tiġi eżaminata t-talba, għandhom jitqiesu kif dovut il-fehmiet espressi mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u mis-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra kif imsemmi fl-Artikolu 35a. Wara li teżamina t-talba, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I sabiex pajjiż rikjedenti jingħata l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba billi dak il-pajjiż jiġi inkluż fil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9, il-punti (a) jew (c) jew jirtira kwalunkwe wieħed mill-impenji vinkolanti tiegħu msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I sabiex tneħħi lil dak il-pajjiż mill-arranġament tas-SĠP+.

5. Meta pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9, il-punti (a) jew (c) jew jirtira kwalunkwe wieħed mill-impenji vinkolanti tiegħu msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), inklużi kwistjonijiet pendenti relatati mal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I sabiex tneħħi lil dak il-pajjiż mill-arranġament tas-SĠP+.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dazji ad valorem tat-Tariffa Doganali Komuni fuq il-prodotti kollha elenkati fl-Anness III u fl-Anness VII li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ għandhom jiġu sospiżi.

1. Id-dazji ad valorem tat-Tariffa Doganali Komuni fuq il-prodotti kollha elenkati fl-Anness III u fl-Anness VII li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ għandhom jiġu sospiżi skont skeda ta' sospensjoni tat-tariffi, kif imsemmi fl-Artikolu 2(10)(a)(ġdid).

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dazji speċifiċi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq il-prodotti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu sospiżi għalkollox, ħlief għall-prodotti li fuqhom id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni jinkludu dazji ad valorem. Għal prodotti bil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 1704 10 90, id-dazju speċifiku għandu jkun limitat għal 16 % tal-valur doganali.

2. Id-dazji speċifiċi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq il-prodotti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu sospiżi skont skeda ta' sospensjoni tat-tariffi, kif imsemmi fl-Artikolu 2(10)(a)(ġdid), ħlief għall-prodotti li fuqhom id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni jinkludu dazji ad valorem. Għal prodotti bil-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 1704 10 90, id-dazju speċifiku għandu jkun limitat għal 16 % tal-valur doganali.

 

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mid-data tal-għoti tal-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba, il-Kummissjoni, fir-rigward ta' kull wieħed mill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+, għandha tkompli tirrieżamina u tagħmel monitoraġġ tal-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, kif ukoll il-kooperazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ mal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti. B'hekk, il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti.

1. Mid-data tal-għoti tal-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba, il-Kummissjoni, fir-rigward ta' kull wieħed mill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+, għandha tkompli tirrieżamina u tagħmel monitoraġġ tal-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, kif ukoll il-kooperazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ mal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti. B'hekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod trasparenti u abbażi ta' kriterji oġġettivi l-progress magħmul mill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni rispettivi tagħhom, u teżamina l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, kif ukoll informazzjoni debitament sostanzjata sottomessa minn ċittadini individwali, atturi tas-settur privat, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, rappreżentanti tat-trade unions, partijiet ikkonċernati rilevanti oħra u kwalunkwe lment riċevut. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iżommu kuntatti regolari mas-soċjetà ċivili lokali u internazzjonali biex jivvalutaw l-impenji ta' implimentazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji. Permezz ta' dan qed jiġi stabbilit ċiklu ta' tliet snin għar-rieżami, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni (minn hawn 'il quddiem iċ-ċiklu ta' monitoraġġ).

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ għandu jikkoopera mal-Kummissjoni u jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tivvaluta r-rispett tiegħu għall-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f) u s-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Artikolu 9, il-punti (b) u (c).

2. Pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ għandu jikkoopera mal-Kummissjoni u jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tivvaluta r-rispett tiegħu għall-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d) - inkluża l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu - (e) u (f) u s-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Artikolu 9, il-punti (b) u (c).

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni, b'mod konġunt mas-SEAE fejn applikabbli, għandha twettaq mill-inqas missjoni waħda ta' monitoraġġ ta' livell għoli għal kull ċiklu ta' monitoraġġ fil-pajjiżi benefiċjarji sabiex tivvaluta l-progress fuq il-post, f'konformità, fost oħrajn, mal-pjanijiet ta' azzjoni. Fil-qafas ta' dawk il-missjonijiet, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lis-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra msemmija fl-Artikolu 35a f'konformità mal-proċeduri u l-iskadenzi li l-Kummissjoni kienet adottat u ppubblikat għal tali konsultazzjoni. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mgħarrfa bit-tħejjija u l-eżitu ta' dawk il-missjonijiet.

 

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2b (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Fil-bidu ta' kull ċiklu ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tibgħat lista rilevanti ta' kwistjonijiet lil kull pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ u tiddeskrivi kwistjonijiet ta' implimentazzjoni li jeħtieġ li jiġu indirizzati matul iċ-ċiklu. Il-listi ta' kwistjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 2c (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  Il-pjanijiet ta' azzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar azzjonijiet ta' implimentazzjoni prijoritarji għandhom jitqiesu fl-implimetazzjoni tal-Istrument skont ir-Regolament (UE) 2021/947, inkluż bil-ħsieb li jiġu pprovduti assistenza teknika speċifika, għarfien espert u pariri biex il-pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP+ jiġu appoġġjati fil-kisba u l-konformità mal-impenji internazzjonali tagħhom.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2d (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d. Fi tmiem kull ċiklu ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tivvaluta liema punti ta' riferiment ikunu ġew issodisfati mill-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti, u tieħu miżuri xierqa għas-sospensjoni tad-dazji tariffarji, f'konformità mal-Artikolu 12.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-1 ta' Jannar 2027, u kull tliet snin wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-konformità tal-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ ma' kull obbligu ta' rapportar skont dawk il-konvenzjonijiet u dwar l-istat tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

1. Sal-1 ta' Jannar 2027, u kull tliet snin wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-konformità tal-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ ma' kull obbligu ta' rapportar skont dawk il-konvenzjonijiet u dwar l-istat tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom, abbażi wkoll tal-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt (b)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u, fejn xieraq, tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, dwar jekk kull pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu li jkun konformi ma' obbligi ta' rapportar, li jikkoopera ma' korpi ta' monitoraġġ rilevanti f'konformità mal-konvenzjonijiet rilevanti u li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom;

(b) il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u, fejn xieraq, tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, dwar jekk kull pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu li jkun konformi ma' obbligi ta' rapportar, li jikkoopera ma' korpi ta' monitoraġġ rilevanti f'konformità mal-konvenzjonijiet rilevanti u li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, inkluż permezz ta' valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu.

Ir-rapport jista' jinkludi kwalunkwe informazzjoni minn kwalunkwe sors li l-Kummissjoni tqis xierqa.

Ir-rapport jista' jinkludi kwalunkwe informazzjoni minn kwalunkwe sors li l-Kummissjoni tqis xierqa inkluż mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet tan-negozju u trejdjunjins. Ir-rapport għandu jagħti attenzjoni wkoll lill-impatt ekonomiku tal-importazzjonijiet taħt l-SĠP+ fuq il-produtturi tal-UE, b'mod partikolari f'każijiet fejn il-prodotti huma kompetittivi ħafna.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħhom rigward l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-Kummissjoni u, fejn xieraq, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jivvalutaw il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, kif ukoll, mingħajr preġudizzju għal sorsi oħrajn, informazzjoni ppreżentata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill kif ukoll partijiet terzi, inklużi gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili, u sħab soċjali.

3. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħhom rigward l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-Kummissjoni u, fejn xieraq, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni, ibbażati wkoll fuq il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, kif ukoll, mingħajr preġudizzju għal sorsi oħrajn, informazzjoni ppreżentata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill kif ukoll partijiet terzi, inklużi gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili, u sħab soċjali. Il-Kummissjoni u, fejn applikabbli, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet u azzjonijiet li għandhom jingħataw prijorità fiċ-ċiklu ta' monitoraġġ li ġej, inkluż dwar il-forniment ta' assistenza teknika u appoġġ għall-iżvilupp, kif xieraq. Fil-każ ta' nuqqasijiet kbar fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni, ir-rapport għandu jindika liema miżuri huma meħtieġa sabiex titkompla l-implimentazzjoni tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(d).

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba għandu jkun irtirat temporanjament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+, meta dak il-pajjiż ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), jew il-pajjiż benefiċjarju tas-SPĠ+ ikun ifformula riżerva li hija pprojbita minn xi waħda mill-konvenzjonijiet rilevanti jew li hija inkompatibbli mal-objettiv u l-fini ta' dik il-konvenzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 9, il-punt (c).

1. L-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba għandu jkun irtirat temporanjament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti, inklużi ċerti setturi, li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+, meta dak il-pajjiż ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), inkluż fil-każ li jiġu identifikati nuqqasijiet kbar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni msemmi fl-Artikolu 9(d), b'nuqqas ta' azzjonijiet konkreti fil-ħin u fil-liġi, jew il-pajjiż benefiċjarju tas-SPĠ+ ikun ifformula riżerva li hija pprojbita minn xi waħda mill-konvenzjonijiet rilevanti jew li hija inkompatibbli mal-objettiv u l-fini ta' dik il-konvenzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 9, il-punt (c).

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta, abbażi tal-konklużjonijiet tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 14 jew abbażi tal-evidenza disponibbli, inkluża l-evidenza ppreżentata permezz ta' lment, il-Kummissjoni jkollha dubju raġonevoli li pajjiż benefiċjarju partikolari tas-SĠP+ ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), jew ikun ifformula riżerva li hija pprojbita minn xi waħda mill-konvenzjonijiet rilevanti jew li hija inkompatibbli mal-objettiv u l-fini ta' dik il-konvenzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 9, il-punt (c), hija għandha, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba. Il-Kummissjoni għandha informa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

3. Meta, abbażi tal-konklużjonijiet u tas-segwitu tal-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ għar-rakkomandazzjonijiet u l-azzjonijiet prijoritarji kif ipprovdut mir-rapport imsemmi fl-Artikolu 14 jew abbażi tal-evidenza disponibbli, inkluża l-evidenza ppreżentata permezz ta' lment, jew abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fil-qafas tad-djalogu previst fl-Artikolu 35b, jew mill-Kunsill, il-Kummissjoni jkollha dubju raġonevoli li pajjiż benefiċjarju partikolari tas-SĠP+ ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu, jew ikun ifformula riżerva li hija pprojbita minn xi waħda mill-konvenzjonijiet rilevanti jew li hija inkompatibbli mal-objettiv u l-fini ta' dik il-konvenzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 9, il-punt (c), hija għandha, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni u dwar is-segwitu li tkun tat għall-informazzjoni ppreżentata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

Fil-valutazzjoni tagħha dwar jekk il-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu msemmija fl-Artikolu 9(d), il-Kummissjoni għandha tqis b'mod partikolari jekk il-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, it-trattati u l-mekkaniżmi superviżorji wrewx nuqqas potenzjalment serju biex jiġu implimentati b'mod effettiv il-konvenzjonijiet rilevanti, ibbażati fuq indikaturi bħal:

 

- l-istabbiliment ta' kummissjonijiet ta' inkjesta, missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni, rapporteurs speċjali tal-pajjiżi, jew mekkaniżmi oħra ta' monitoraġġ mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jew l-Assemblea Ġenerali jew il-Korp Governattiv tal-ILO;

 

- sejbiet mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Proċeduri Speċjali tan-NU jew esperti oħra indipendenti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem;

 

- proċeduri rilevanti fil-qafas tal-Kumitat tal-Applikazzjoni tal-Istandards tal-ILO, bħall-introduzzjoni ta' paragrafu speċjali;

 

- deċiżjonijiet u opinjonijiet minn qrati internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

 

- rapporti minn gruppi prominenti lokali u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

 

- indikaturi rilevanti għall-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet ambjentali multilaterali u ta' governanza tajba.

 

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lis-soċjetà ċivili u lill-partijiet ikkonċernati kif imsemmi fl-Artikolu 35a dwar l-ilmenti riċevuti, u tinfurmahom, kif ukoll lill-ilmentatur, fejn tqis li l-ilment ma jipprovdix biżżejjed evidenza fir-rigward tal-indikaturi msemmija f'dan l-Artikolu.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ ikkonċernat kull opportunità li jikkoopera matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b).

5. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ ikkonċernat kull opportunità li jikkoopera u jimpenja ruħu bil-ħsieb li jindirizza l-ksur tal-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 3 matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, punt (b).

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 6

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha tara li tikseb l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa inklużi, inter alia, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni rilevanti kollha. 

6. Il-Kummissjoni għandha tara li tikseb l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa inklużi, inter alia, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti u l-informazzjoni pprovduta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, kif ukoll mill-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tan-negozju u t-trejdjunjins. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni rilevanti kollha.

 

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 7

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Fi żmien tliet xhur wara l-iskadenza tal-perjodu speċifikat fl-avviż, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi:

7. Fi żmien tliet xhur wara l-iskadenza tal-perjodu speċifikat fl-avviż, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi:

(a) li ttemm il-proċedura ta' rtirar temporanju;

(a) li ttemm il-proċedura ta' rtirar temporanju, jew minħabba li r-raġunijiet għad-dubju raġonevoli mhumiex ikkonfermati fil-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, jew minħabba li l-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ intrabat u impenja ruħu li jindirizza l-ksur tal-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 3;

(b) li tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba.

(b) li tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 8

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Meta l-Kummissjoni tqis li s-sejbiet ma jiġġustifikawx irtirar temporanju, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex ittemm il-proċedura ta' rtirar temporanju f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jkun ibbażat, inter alia, fuq l-evidenza riċevuta.

8. Fejn il-Kummissjoni tqis, abbażi tal-elementi msemmija fil-paragrafi 5 u 6, li rtirar temporanju mhuwiex iġġustifikat, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex ittemm il-proċedura ta' rtirar temporanju f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jkun ibbażat, inter alia, fuq l-evidenza riċevuta.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 9

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Meta l-Kummissjoni tqis li s-sejbiet jiġġustifikaw irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I u l-Anness II sabiex tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b). Fl-adozzjoni tal-att delegat, fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tqis l-effett soċjoekonomiku tal-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji fil-pajjiż benefiċjarju.

9. Meta l-Kummissjoni tqis, abbażi tal-eżitu tal-kooperazzjoni u l-impenn u s-sejbiet imsemmija fil-paragrafi 5 u 6, u wara li tikkonsulta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lis-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 35a, li rtirar temporanju huwa ġġustifikat għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I u l-Anness II sabiex tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b). Il-Kummissjoni għandha tiddikjara pubblikament ir-raġunijiet għall-irtirar tal-preferenzi u għandha tistabbilixxi punti ta' referenza li l-pajjiż benefiċjarju għandu jilħaq biex jerġgħu jiddaħħlu l-preferenzi. L-att delegat adottat mill-Kummissjoni jista', meta jkun xieraq u speċjalment meta jiġi kkunsidrat irtirar parzjali, ikun akkumpanjat minn analiżi dwar l-effett soċjoekonomiku tal-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji fil-pajjiż benefiċjarju b'mod partikolari l-impatt tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem, fuq l-aktar partijiet vulnerabbli tal-popolazzjoni, u fuq l-impjiegi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, bil-ħsieb li jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq il-popolazzjonijiet tal-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ filwaqt li jiġi massimizzat l-ingranaġġ fuq il-gvern tiegħu.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 10

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar irtirar temporanju, dan l-att delegat għandu jsir applikabbli sitt xhur wara l-adozzjoni tiegħu.

10. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar irtirar temporanju, dan l-att delegat għandu jsir applikabbli xahar wara l-adozzjoni tiegħu.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 10a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. Matul l-applikazzjoni ta' rtirar temporanju, il-Kummissjoni għandha tkompli d-djalogu mal-pajjiż benefiċjarju, inkluż fil-qafas imsemmi fl-Artikolu 18a, bil-għan li jiġu rrimedjati r-raġunijiet għall-irtirar imsemmi fil-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod regolari l-effetti tal-irtirar fuq ir-rimedju tal-ksur, inkluż fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 14. Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta perjodikament lis-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 35a.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Pajjiż eliġibbli għandu jibbenefika mill-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (c), jekk dak il-pajjiż ikun identifikat min-Nazzjonijiet Uniti bħala pajjiż l-anqas żviluppat.

1. Pajjiż eliġibbli għandu jibbenefika mill-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (c), jekk dak il-pajjiż ikun identifikat min-Nazzjonijiet Uniti bħala pajjiż l-anqas żviluppat u jekk il-pajjiż ikun konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19, paragrafu 1.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni u, fejn applikabbli, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jiżguraw li l-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġament speċjali msemmi fil-paragrafu 1 jagħmlu progress kontinwu u sostnut lejn ir-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI.

 

Fl-implimentazzjoni tal-Istrument skont ir-Regolament (UE) 2021/947, għandha tingħata prijorità lill-appoġġ lill-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġament speċjali msemmi fil-paragrafu 1 bil-għan li jsir progress lejn ir-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta pajjiż benefiċjarju tal-KMA ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I sabiex tneħħi lill-pajjiż mill-arranġament tal-KMA wara perjodu tranżizzjonali ta' tliet snin mid-data li fiha l-pajjiż benefiċjarju tal-KMA ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Meta pajjiż benefiċjarju tal-KMA ma jibqax jissodisfa l-kriterji ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I sabiex tneħħi lill-pajjiż mill-arranġament tal-KMA wara perjodu tranżizzjonali ta' tliet snin mid-data li fiha l-pajjiż benefiċjarju tal-KMA ma jibqax jissodisfa l-kriterji ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Rieżami ġenerali tal-istatus tal-pajjiż fil-qafas tal-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jitwettaq kull sena fil-qafas ta' ftehim ta' kooperazzjoni, sħubija jew assoċjazzjoni li l-Unjoni tkun ikkonkludiet ma' pajjiż benefiċjarju. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni, u fejn rilevanti s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u l-pajjiż benefiċjarju għandhom jirrieżaminaw il-kwistjonijiet li jappartjenu għall-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(1), inkluż fir-rigward ta' kwalunkwe lment li tirċievi l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, u fejn rilevanti s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u l-pajjiż benefiċjarju għandhom jirrieżaminaw ukoll l-istatus tar-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI kif imsemmi fl-Artikolu 4(1a) u l-progress magħmul lejn ir-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI kif imsemmi fl-Artikolu 17(1a). Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jikkooperaw ukoll mal-pajjiżi benefiċjarji bil-ħsieb li jsir progress lejn l-implimentazzjoni sħiħa tat-Tliet Pilastri tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Kapitolu V – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjonijiet ta' rtirar temporanju komuni għall-arranġamenti kollha

Impenn imsaħħaħ u dispożizzjonijiet ta' rtirar temporanju komuni għall-arranġamenti kollha

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2) jistgħu jkunu rtirati temporanjament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, għal kull waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

1. L-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2) jistgħu jkunu rtirati temporanjament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti, inklużi ċerti setturi, li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, għal kull waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) ksur serju u sistematiku tal-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI;

(a) ksur serju u sistematiku tal-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI;  

 

(aa) nuqqas ta' konformità mal-obbligu ta' ratifika ta' dawn il-konvenzjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 4.1(b);

(b) esportazzjonijiet ta' merkanzija li ssir minn tħaddim tat-tfal ipprojbit internazzjonalment, kif ukoll xogħol furzat inkluż l-iskjavitù u x-xogħol fil-ħabsijiet;

(b) esportazzjonijiet ta' merkanzija li ssir minn tħaddim tat-tfal ipprojbit internazzjonalment, kif ukoll xogħol furzat inkluż l-iskjavitù u x-xogħol fil-ħabsijiet;

(c) nuqqasijiet serji fil-kontrolli doganali dwar l-esportazzjoni jew it-tranżitu ta' drogi (sustanzi jew prekursuri illeċiti), jew relatati mal-obbligu ta' riammissjoni tal-persuni nazzjonali proprji tal-pajjiż benefiċjarju jew nuqqas serju ta' konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali kontra t-terroriżmu jew kontra l-ħasil tal-flus;

(c) nuqqasijiet serji fil-kontrolli doganali dwar l-esportazzjoni jew it-tranżitu ta' drogi (sustanzi jew prekursuri illeċiti), jew nuqqas serju ta' konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali kontra t-terroriżmu u kontra l-ħasil tal-flus;

(d) prattiki kummerċjali mhux ġusti, serji u sistematiċi inklużi dawk li jaffettwaw il-forniment ta' materja prima, li jkollhom effett ħażin fuq l-industrija tal-Unjoni u li ma jkunux ġew indirizzati mill-pajjiż benefiċjarju. Fir-rigward ta' dawk il-prattiki kummerċjali mhux ġusti, li huma pprojbiti jew persegwibbli, skont il-Ftehimiet tad-WTO, l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandha tkun abbażi ta' determinazzjoni ta' qabel għal dak il-fini mill-korp kompetenti tad-WTO;

(d) prattiki kummerċjali inġusti, serji u sistematiċi inklużi dawk li jaffettwaw il-forniment ta' materja prima, jew kif identifikat fil-qafas ta' investigazzjoni konkluża skont ir-Regolament 2015/1843 li jkollhom effett negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni u li ma jkunux ġew indirizzati mill-pajjiż benefiċjarju. Fir-rigward ta' dawk il-prattiki kummerċjali mhux ġusti, li huma pprojbiti jew persegwibbli, skont il-Ftehimiet tad-WTO, l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandha tkun abbażi ta' determinazzjoni ta' qabel għal dak il-fini mill-korp kompetenti tad-WTO;

(e) ksur serju u sistematiku tal-objettivi adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd jew ta' kwalunkwe arranġament internazzjonali li l-Unjoni tkun parti għalih li jikkonċerna l-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd.

(e)  ksur serju u sistematiku tal-objettivi adottati mill-Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd jew ta' kwalunkwe arranġament internazzjonali li l-Unjoni tkun parti għalih li jikkonċerna l-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd, jew ksur serju tal-prinċipji tax-xogħol deċenti fis-sajd kif stipulat fil-Konvenzjoni tal-ILO Nru 188 (2007);

 

L-irtirar temporanju tal-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jitqies bħala l-aħħar għażla meta l-mezzi l-oħra kollha biex jiġi indirizzat il-ksur serju u sistematiku jkunu fallew.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt (a) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod partikolari jekk il-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, it-trattati u l-mekkaniżmi ta' sorveljanza wrewx ksur potenzjalment serju u sistematiku tal-prinċipji tal-konvenzjonijiet rilevanti, abbażi ta' indikaturi bħal:

 

- l-istabbiliment ta' kummissjonijiet ta' inkjesta, missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni, rapporteurs speċjali tal-pajjiżi, jew mekkaniżmi oħra ta' monitoraġġ mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU jew l-Assemblea Ġenerali jew il-Korp Governattiv tal-ILO;

 

- sejbiet mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Proċeduri Speċjali tan-NU jew esperti oħra indipendenti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem;

 

- proċeduri rilevanti fil-qafas tal-Kumitat tal-Applikazzjoni tal-Istandards tal-ILO, bħall-introduzzjoni ta' paragrafu speċjali;

 

- deċiżjonijiet u opinjonijiet minn qrati internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

 

- rapporti minn gruppi prominenti lokali u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

 

- indikaturi rilevanti għall-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet ambjentali multilaterali u ta' governanza tajba.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tinnotifika lill-pajjiż benefiċjarju, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk il-ksur tal-prinċipji tal-konvenzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Anness VI ikun jirrikjedi hekk, abbażi ta' valutazzjonijiet disponibbli, kummenti, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, jew ibbażati fuq tħassib issostanzjat espress mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, organizzazzjonijiet internazzjonali, u s-soċjetà ċivili inklużi t-trade unions, jew li jaġixxu meta jsir ilment.

 

Mid-data tan-notifika u għal perjodu ta' sena, il-pajjiż benefiċjarju u l-Kummissjoni għandhom jidħlu f'impenn imsaħħaħ, li bih il-pajjiż benefiċjarju jimpenja ruħu li jadotta pjanijiet direzzjonali marbuta biż-żmien li jipprevedu azzjonijiet konkreti u soluzzjonijiet sostenibbli għall-ksur serju identifikat.

 

Fil-każijiet fejn il-ksur ikun laħaq l-istadju ta' ksur serju u sistematiku, il-Kummissjoni għandha minnufih tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju, kif imsemmi fl-Artikolu 19.4.

 

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta regolarment mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill matul il-proċess ta' involviment imsaħħaħ u tikkonsulta mas-soċjetà ċivili u mal-partijiet ikkonċernati kif imsemmi fl-Artikolu 35a.

 

Fl-implimentazzjoni tal-Istrument skont ir-Regolament (UE) 2021/947, għandu jingħata appoġġ lill-pajjiżi benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet direzzjonali.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2b (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Jekk jitqies meħtieġ, l-impenn imsaħħaħ jista' jittawwal b'sena oħra. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' pajjiżi li magħhom l-impenn imsaħħaħ ikun ittawwal aktar minn sena u għandha taġġorna regolarment il-lista kif meħtieġ. Il-pjanijiet direzzjonali msemmija fil-paragrafu 2a għandhom isiru pubbliċi.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-Kummissjoni, li taġixxi fuq ilment jew fuq inizjattiva tagħha stess, tqis li jkun hemm raġunijiet suffiċjenti li jiġġustifikaw irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont kwalunkwe arranġament preferenzjali msemmi fl-Artikolu 1(2) abbażi tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għal irtirar temporanju f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni.

3. Meta l-Kummissjoni, li taġixxi fuq ilment, abbażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fil-qafas tad-djalogu previst fl-Artikolu 35b, jew mill-Kunsill, jew fuq inizjattiva tagħha stess, tqis li jkun hemm raġunijiet suffiċjenti li jiġġustifikaw irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont kwalunkwe arranġament preferenzjali msemmi fl-Artikolu 1(2) minħabba li l-pajjiż benefiċjarju naqas milli jwettaq il-pjan direzzjonali tiegħu msemmi fl-Artikolu 19(2a), jew b'mod aktar ġenerali l-impenn imsaħħaħ, jew abbażi ta' raġunijiet oħra msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għal irtirar temporanju f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni u dwar is-segwitu li tkun tat għall-informazzjoni ppreżentata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lis-soċjetà ċivili u lill-partijiet ikkonċernati kif imsemmi fl-Artikolu 35a dwar l-ilmenti riċevuti, u tinfurmahom, kif ukoll lill-ilmentatur, fejn tqis li l-ilment ma jipprovdix biżżejjed evidenza fir-rigward tal-indikaturi msemmija f'dan l-Artikolu.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jħabbar il-bidu ta' proċedura ta' rtirar temporanju, u għandha tinnotifika lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat dwar dan. L-avviż għandu:

4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jħabbar il-bidu ta' proċedura ta' rtirar temporanju, u għandha tinnotifika lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat dwar dan, u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-avviż għandu:

(a) jagħti raġunijiet suffiċjenti fir-rigward tal-att ta' implimentazzjoni sabiex tinbeda proċedura ta' rtirar temporanju, imsemmija fil-paragrafu 3;

(a) jagħti raġunijiet suffiċjenti fir-rigward tal-att ta' implimentazzjoni sabiex tinbeda proċedura ta' rtirar temporanju, imsemmija fil-paragrafu 3;

(b) jiddikjara li l-Kummissjoni se tagħmel monitoraġġ tas-sitwazzjoni fil-pajjiż benefiċjarju kkonċernat u tevalwaha matul il-perjodu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.

(b) jiddikjara li l-Kummissjoni se tkompli ssegwi d-djalogu fil-qafas tal-impenn imsaħħaħ u tagħmel monitoraġġ tas-sitwazzjoni fil-pajjiż benefiċjarju kkonċernat u tevalwaha matul il-perjodu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat kull opportunità li jikkoopera matul il-perjodu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni ta' sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż.

5. Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ u evalwazzjoni matul perjodu ta' sitt xhur mill-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 4. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat kull opportunità li jibda jieħu impenji u jikkoopera fi kwalunkwe ħin matul dak il-perjodu.

 

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha tara li tikseb l-informazzjoni kollha li hija tqis meħtieġa, inter alia, il-valutazzjonijiet, il-kummenti, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet disponibbli tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, u l-informazzjoni rilevanti minn sorsi oħra, inkluża l-evidenza ppreżentata permezz ta' lment jew ipprovduta minn partijiet terzi, kif xieraq. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni rilevanti kollha.

6. Il-Kummissjoni għandha tara li tikseb l-informazzjoni kollha li hija tqis meħtieġa, inter alia, il-valutazzjonijiet, il-kummenti, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet disponibbli tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, u l-informazzjoni rilevanti minn sorsi oħra, inkluż mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mill-organizzazzjonijiet tan-negozju u t-trejdjunjins u l-evidenza ppreżentata permezz ta' lment jew ipprovduta minn partijiet terzi, kif xieraq, kif ukoll l-informazzjoni pprovduta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

 

Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħha l-Kummissjoni għandha tevalwa l-informazzjoni kollha rilevanti u tqis il-progress li jkun sar mill-pajjiż benefiċjarju fit-twettiq tal-pjan direzzjonali tiegħu fil-qafas tal-impenn imsaħħaħ imsemmi fl-Artikolu 19.2a.

 

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 7

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fi żmien tliet xhur mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat. Il-pajjiż benefiċjarju jkollu d-dritt li jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport. Il-perjodu għall-kummenti ma għandux jaqbeż xahar.

7. Fi żmien xahar mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 5, u wara konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili u l-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 35a, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-pajjiż benefiċjarju jkollu d-dritt li jippreżenta l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport. Il-perjodu għall-kummenti ma għandux jaqbeż xahar.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 8 – parti introduttorja

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Fi żmien sitt xhur mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi:

8. Fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b), il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi:

(a) li ttemm il-proċedura ta' rtirar temporanju;

(a) li ttemm il-proċedura ta' rtirar temporanju;

(b) li temporanjament tirtira l-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2).

(b) li temporanjament tirtira l-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2).

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 9

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Meta l-Kummissjoni tqis li s-sejbiet ma jiġġustifikawx irtirar temporanju, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), dwar it-tmiem tal-proċedura ta' rtirar temporanju.

9. Meta l-Kummissjoni tqis, abbażi tal-elementi msemmija fil-paragrafi 6 u 7, li rtirar temporanju mhuwiex iġġustifikat, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), dwar it-tmiem tal-proċedura ta' rtirar temporanju.

 

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 10

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Meta l-Kummissjoni tqis li s-sejbiet jiġġustifikaw irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I u l-Anness II sabiex tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2). Fl-adozzjoni tal-att delegat, fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tqis l-effett soċjoekonomiku tal-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji fil-pajjiż benefiċjarju.

10. Meta l-Kummissjoni tqis, abbażi tal-elementi msemmija fil-paragrafi 6 u 7, li l-irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu huwa ġustifikat, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I u l-Anness II sabiex tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2). Il-Kummissjoni għandha tiddikjara pubblikament ir-raġunijiet għall-irtirar tal-preferenzi u tistabbilixxi punti ta' referenza li l-pajjiż benefiċjarju għandu jilħaq biex jerġgħu jiddaħħlu l-preferenzi. L-att delegat adottat mill-Kummissjoni jista', meta jkun xieraq u speċjalment meta jiġi kkunsidrat irtirar parzjali, ikun akkumpanjat minn analiżi dwar l-effett soċjoekonomiku tal-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji fil-pajjiż benefiċjarju, b'mod partikolari l-impatti tagħha fuq id-drittijiet tal-bniedem, fuq l-aktar partijiet vulnerabbli tal-popolazzjoni, u fuq l-impjiegi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, bil-ħsieb li jiġi minimizzat l-impatt soċjoekonomiku negattiv fuq il-popolazzjonijiet tal-pajjiż benefiċjarju filwaqt li jiġi massimizzat l-ingranaġġ fuq il-gvern tiegħu.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 12 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar irtirar temporanju, dan l-att delegat għandu jsir applikabbli sitt xhur wara l-adozzjoni tiegħu.

12. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar irtirar temporanju, dan l-att delegat għandu jsir applikabbli xahar wara l-adozzjoni tiegħu.

 

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 12a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12a. Matul l-applikazzjoni ta' rtirar temporanju, il-Kummissjoni għandha tkompli d-djalogu mal-pajjiż benefiċjarju, inkluż fil-qafas imsemmi fl-Artikolu 18a, bil-għan li jiġu rrimedjati r-raġunijiet għall-irtirar imsemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta perjodikament l-effetti tal-irtirar fuq ir-rimedju tal-ksur, u għal dak l-għan għandha tikkonsulta lis-soċjetà ċivili u lill-partijiet ikkonċernati msemmija fl-Artikolu 35a.

 

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 16

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16. Meta l-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-irtirar temporanju għar-raġuni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (a) u l-gravità eċċezzjonali tal-ksur titlob rispons rapidu fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi fil-pajjiż benefiċjarju, hija għandha tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju f'konformità mal-paragrafi minn (3) sa (15). Madankollu, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b) jitnaqqas għal xahrejn u l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8 titnaqqas għal ħames xhur.

16. Meta l-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-irtirar temporanju għar-raġuni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (a) u l-gravità eċċezzjonali tal-ksur titlob rispons rapidu fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi fil-pajjiż benefiċjarju, hija għandha tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju f'konformità mal-paragrafi minn (3) sa (15). Madankollu, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 jitnaqqas għal xahar, l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8 titnaqqas għal 3xhur.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 17

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar irtirar temporanju skont il-paragrafu 16 ta' dan l-Artikolu, dak l-att delegat jiġi adottat f'konformità mal-Artikolu 37 u għandu japplika wara xahar mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

17. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi dwar irtirar temporanju skont il-paragrafu 16 ta' dan l-Artikolu, dak l-att delegat jiġi adottat f'konformità mal-Artikolu 37 u għandu japplika wara 15-il jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandha tinbeda investigazzjoni meta jitlobha Stat Membru, persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li jaġixxu f'isem il-produtturi tal-Unjoni, jew fuq inizjattiva proprja tal-Kummissjoni jekk il-Kummissjoni jidhrilha li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif ikun determinat abbażi ta' fatturi msemmija fl-Artikolu 23, biex tiġġustifika li tinbeda investigazzjoni bħal din. It-talba biex tinbeda investigazzjoni għandu jkollha evidenza li l-kundizzjonijiet biex tkun imposta l-miżura ta' salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 22(1) ikunu ssodisfati. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, kemm jista' jkun possibbli, għandha teżamina kemm l-evidenza pprovduta fit-talba tkun eżatta u adegwata biex tiddetermina jekk hemmx biżżejjed evidenza prima facie biex tiġġustifika li jingħata bidu għal investigazzjoni.

2. Għandha tinbeda investigazzjoni meta jitlobha Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li jaġixxu f'isem il-produtturi tal-Unjoni, jew fuq inizjattiva proprja tal-Kummissjoni jekk il-Kummissjoni jidhrilha li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif ikun determinat abbażi ta' fatturi msemmija fl-Artikolu 23, biex tiġġustifika li tinbeda investigazzjoni bħal din. It-talba biex tinbeda investigazzjoni għandu jkollha evidenza li l-kundizzjonijiet biex tkun imposta l-miżura ta' salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 22(1) ikunu ssodisfati. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, kemm jista' jkun possibbli, għandha teżamina kemm l-evidenza pprovduta fit-talba tkun eżatta u adegwata biex tiddetermina jekk hemmx biżżejjed evidenza prima facie biex tiġġustifika li jingħata bidu għal investigazzjoni.

 

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Investigazzjoni, inklużi l-passi proċedurali msemmija fl-Artikoli 25, 26 u 27, għandha tingħalaq fi żmien 12-il xahar minn meta tinbeda.

4. Investigazzjoni, inklużi l-passi proċedurali msemmija fl-Artikoli 25, 26 u 27, għandha tingħalaq fi żmien 9 xhur minn meta tinbeda.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida pubbliċi li jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha biex tappoġġja lill-produtturi tal-Unjoni biex jitolbu bidu ta' investigazzjoni ta' salvagwardja, inkluż fir-rigward tat-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi pprovduta bil-ħsieb li tiġi ddeterminata l-eżistenza ta' diffikultajiet serji għall-produtturi tal-Unjoni, jew theddida ta' dan, kif imsemmi fl-Artikolu 22, paragrafu 1, u l-Artikolu 23.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4b (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli kwestjonarji u formoli standard fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE li l-produtturi tal-Unjoni jistgħu jippreżentaw lill-Kummissjoni sabiex jipprovdu evidenza li jeżistu diffikultajiet serji jew theddida ta' diffikultajiet serji.

 

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4c (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c. Bil-ħsieb li jkun hemm aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti b'mod irħas u aktar iffrankat il-ħin, il-Helpdesk għad-Difiża tal-Kummerċ tal-SMEs stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2016/1036 għandu jkun disponibbli għal investigazzjonijiet ta' salvagwardja skont dan ir-Regolament.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 26

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kundizzjonijiet ippreżentati fl-Artikolu 22(1) jkunu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex iddaħħal mill-ġdid id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 39(3). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jidħol fis-seħħ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kundizzjonijiet ippreżentati fl-Artikolu 22(1) jkunu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex iddaħħal mill-ġdid id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jidħol fis-seħħ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 27

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kundizzjonijiet ippreżentati fl-Artikolu 22(1) ma jkunux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jtemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 39(3). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jekk ma jiġi ppubblikat l-ebda att ta' implimentazzjoni fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 24(4), l-investigazzjoni għandha titqies bħala mitmuma u kwalunkwe att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25 għandu jiskadi awtomatikament. Kwalunkwe dazju tat-Tariffa Doganali Komuni miġbur b'riżultat ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jiġi rimborsat.

Meta l-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kundizzjonijiet ippreżentati fl-Artikolu 22(1) ma jkunux issodisfati, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jtemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jekk ma jiġi ppubblikat l-ebda att ta' implimentazzjoni fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 24(4), l-investigazzjoni għandha titqies bħala mitmuma u kwalunkwe att ta' implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 25 għandu jiskadi awtomatikament. Kwalunkwe dazju tat-Tariffa Doganali Komuni miġbur b'riżultat ta' dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandu jiġi rimborsat.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 28

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandha ssir introduzzjoni mill-ġdid sħiħa jew parzjali tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni sakemm ikun meħtieġ b'reazzjoni kontra d-deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika jew finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni, jew sakemm it-theddida ta' dak id-deterjorament tippersisti. Il-perjodu tal-introduzzjoni mill-ġdid ma għandux ikun aktar minn tliet snin, sakemm ma jkunx estiż f'ċirkustanzi debitament ġustifikati.

Għandha ssir introduzzjoni mill-ġdid sħiħa jew parzjali tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni sakemm ikun meħtieġ b'reazzjoni kontra d-deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika jew finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni, jew sakemm it-theddida ta' dak id-deterjorament tippersisti. Il-perjodu tal-introduzzjoni mill-ġdid ma għandux ikun aktar minn erba' snin, sakemm ma jkunx estiż f'ċirkustanzi debitament ġustifikati.

 

Kull meta jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie li t-tneħħija tal-miżuri ta' salvagwardja ġenerali x'aktarx tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' diffikultajiet serji għall-produtturi tal-UE, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra tali rieżami bħala ġustifikat għall-fini ta' estensjoni ulterjuri tal-miżuri.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess u f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), għandha tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex tneħħi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikoli 7 u 12 fir-rigward tal-prodotti mit-taqsimiet tas-SĠP S-11a u S-11b jew tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda 2207 10 00, 2207 20 00, 2909 19 10, 3814 00 90, 3820 00 00, 38249956, 38249957, 38249992, 38248400, 38248500, 38248600, 38248700, 38248800, 38249993, u 38249996 fejn l-importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju u l-valur totali tagħhom:

1. Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess u f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), għandha tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex tneħħi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikoli 7, 12 u 18 fir-rigward tal-prodotti li jagħmlu parti mill-kodiċi tan-Nomenklatura Maqgħuda 100610, 100620, 100630 fejn importazzjonijiet ta' prodotti bħal dawn joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju u t-total tagħhom

(a) għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda 2207 10 00, 2207 20 00, 2909 19 10, 3814 00 90, 3820 00 00, u 38249956, 38249957, 38249992, 38248400, 38248500, 38248600, 38248700, 38248800, 38249993, u 38249996 jaqbeż is-sehem imsemmi fil-punt 1 tal-Anness IV tal-valur tal-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-istess prodotti mill-pajjiżi u t-territorji kollha elenkati fl-Anness I, il-kolonni A u B, matul sena kalendarja

(a) jaqbeż is-sehem imsemmi fil-punt 3a tal-Anness IV tal-valur tal-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-istess prodotti mill-pajjiżi u t-territorji kollha elenkati fl-Anness I, il-kolonna C, matul sena kalendarja

(b) għall-prodotti li jaqgħu taħt it-taqsimiet tas-SĠP S-11a u S-11b jaqbeż is-sehem imsemmi fil-punt 3 tal-Anness IV tal-valur tal-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-prodotti fit-taqsimiet tas-SĠP S-11a u S-11b mill-pajjiżi u t-territorji kollha elenkati fl-Anness I, il-kolonni A u B, matul sena kalendarja.

imħassar

2. Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għal-pajjiżi benefiċjarji tal-KMA, lanqas ma għandu japplika għall-pajjiżi b'sehem għall-prodotti rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 li ma jaqbiżx 6 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-istess prodotti.

2. Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għall-pajjiżi b'sehem għall-prodotti rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 li ma jaqbiżx 6 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-istess prodotti.

3. It-tneħħija tal-preferenzi tariffarji għandha ssir applikabbli xahrejn wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-att tal-Kummissjoni f'dak ir-rigward f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3. It-tneħħija tal-preferenzi tariffarji għandha ssir applikabbli xahrejn wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-att tal-Kummissjoni f'dak ir-rigward f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 29a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 29a

 

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu, fl-1 ta' Jannar ta' kull sena, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja u skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), għandha tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex tneħħi l-preferenzi tariffarji msemmija fl-Artikoli 7 u 12 fir-rigward tal-prodotti mit-taqsimiet tal-SĠP S-11a, S-11b jew għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 1701 fejn l-importazzjonijiet ta' tali prodotti joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju u l-valur totali tagħhom:

 

(a)   għall-prodotti li jaqgħu taħt it-taqsimiet tas-SĠP S-11a u S-11b jaqbeż is-sehem imsemmi fil-punt 3 tal-Anness IV tal-valur tal-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-prodotti fit-taqsimiet tas-SĠP S-11a u S-11b mill-pajjiżi u t-territorji kollha elenkati fl-Anness I, il-kolonna C, matul sena kalendarja.

 

(b)  għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda 1701 is-sehem imsemmi fil-punt 3a tal-Anness IV tal-valur tal-importazzjonijiet tal-Unjoni tal-istess prodotti mill-pajjiżi u t-territorji kollha elenkati fil-kolonna C tal-Anness I, matul sena kalendarja

 

2. Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika għal-pajjiżi benefiċjarji tal-KMA, lanqas ma għandu japplika għall-pajjiżi b'sehem għall-prodotti rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 li ma jaqbiżx 6 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni tal-istess prodotti.

 

3. It-tneħħija tal-preferenzi tariffarji għandha ssir applikabbli xahrejn wara d-data tal-pubblikazzjoni tal-att tal-Kummissjoni f'dak ir-rigward f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu, meta importazzjonijiet ta' prodotti elenkati fl-Anness I tat-TFUE jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, taqlib serju għas-swieq tal-Unjoni, b'mod partikolari għal reġjun ultraperiferiku wieħed jew aktar, jew għall-mekkaniżmi regolatorji ta' dawn is-swieq, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja tagħha jew meta Stat Membru jagħmel talba, wara li tikkonsulta mal-kumitat għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq rilevanti għall-agrikoltura jew għas-sajd, għandha tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex tissospendi l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kkonċernati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 39(3).

Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu, meta importazzjonijiet ta' prodotti elenkati fl-Anness I tat-TFUE bħar-ross u z-zokkor, jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw taqlib serju għas-swieq tal-Unjoni, b'mod partikolari għal reġjun ultraperiferiku wieħed jew aktar, jew għall-mekkaniżmi regolatorji ta' dawn is-swieq, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva proprja tagħha jew meta Stat Membru jagħmel talba, wara li tikkonsulta mal-kumitat għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq rilevanti għall-agrikoltura jew għas-sajd, għandha tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex tissospendi l-arranġamenti preferenzjali fir-rigward tal-prodotti kkonċernati skont il-proċedura konsultattiv imsemmija fl-Artikolu 39(2).

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta t-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu tkunu applikata għall-prodotti fil-Kapitoli minn 1 sa 24 tat-Tariffa Doganali Komuni kif stipulat fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li joriġinaw minn pajjiżi benefiċjarji, il-perjodu msemmi fl-Artikolu 24(4) ta' dan ir-Regolament għandu jitnaqqas għal xahrejn fil-każijiet li ġejjin:

2. Meta t-Taqsima I ta' dan il-Kapitolu tkunu applikata għall-prodotti fil-Kapitoli minn 1 sa 24 tat-Tariffa Doganali Komuni kif stipulat fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, li joriġinaw minn pajjiżi benefiċjarji, il-perjodu msemmi fl-Artikolu 24(4) ta' dan ir-Regolament għandu jitnaqqas għal xahrejn fil-każijiet li ġejjin:

(a) meta l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat ma jiżgurax konformità mar-regoli tal-oriġini jew ma jipprovdix il-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 21;

(a) meta l-pajjiż benefiċjarju kkonċernat ma jiżgurax konformità mar-regoli tal-oriġini jew ma jipprovdix il-kooperazzjoni amministrattiva msemmija fl-Artikolu 21;

(b) meta l-Importazzjonijiet tal-prodotti mill-Kapitoli minn 1 sa 24 tat-Tariffa Doganali Komuni kif stipulati bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, taħt l-arranġamenti preferenzjali mogħtija taħt dan ir-Regolament jaqbżu b'mod massiv il-livelli normali tal-esportazzjonijiet mill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat.

(b) meta l-evidenza pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni tippermetti lill-Kummissjoni tiddetermina li l-Importazzjonijiet tal-prodotti mill-Kapitoli minn 1 sa 24 tat-Tariffa Doganali Komuni kif stipulati bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, taħt l-arranġamenti preferenzjali mogħtija taħt dan ir-Regolament jaqbżu b'mod massiv il-livelli normali tal-esportazzjonijiet mill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tiċċara liema kriterji għandhom jiġu ssodisfati sabiex jintlaħaq ir-rekwiżit ta' "livelli li jaqbżu b'mod massiv".

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3 – punt d (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d) l-akkumulazzjoni ġġib impatt pożittiv fuq l-integrazzjoni reġjonali.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta tivvaluta jekk it-talba hijiex ġustifikata fid-dawl tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-kummerċ, l-iżvilupp u l-finanzjament tal-pajjiż benefiċjarju, b'mod partikolari abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn dak il-pajjiż, il-Kummissjoni għandha tqis il-livell ta' dipendenza tal-pajjiż benefiċjarju fuq il-produzzjoni integrata mal-pajjiżi terzi kkonċernati mit-talba, l-impatt ta' din id-dipendenza għall-pajjiż benefiċjarju, ir-rilevanza tas-setturi b'din il-produzzjoni integrata għall-ekonomija tal-pajjiż benefiċjarju u l-perspettivi ta' żvilupp fil-futur fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni.

4. Meta tivvaluta jekk it-talba hijiex ġustifikata fid-dawl tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-kummerċ, l-iżvilupp u l-finanzjament tal-pajjiż benefiċjarju, b'mod partikolari abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn dak il-pajjiż, il-Kummissjoni għandha tqis il-livell ta' dipendenza tal-pajjiż benefiċjarju fuq il-produzzjoni integrata mal-pajjiżi terzi kkonċernati mit-talba, l-impatt ta' din id-dipendenza fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż benefiċjarju, ir-rilevanza tas-setturi b'din il-produzzjoni integrata għall-ekonomija tal-pajjiż benefiċjarju u l-perspettivi ta' żvilupp fil-futur fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni, inkluż billi jitqies kwalunkwe impatt pożittiv fuq il-qerda tal-faqar, id-diversifikazzjoni ekonomika u l-impatti pożittivi fuq il-popolazzjonijiet lokali, u l-impatti ġenerali fuq l-integrazzjoni reġjonali.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Qabel ma l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha fuq talba, hija għandha tagħti l-opportunità lill-pajjiż benefiċjarju biex jagħti l-fehmiet tiegħu.

5. Qabel ma l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha fuq talba, hija għandha tagħti l-opportunità lill-pajjiż benefiċjarju, u lil pajjiżi oħra milquta b'mod partikolari l-benefiċjarji tal-KMA, biex jagħtu l-fehmiet tagħhom.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 33a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 33a

 

Skont l-Istrateġija tal-UE dwar l-Għajnuna għall-Kummerċ u l-istrumenti ta' finanzjament għall-iżvilupp, għandu jiġi żgurat li l-Istrument skont ir-Regolament (UE) 2021/947, inkluż finanzjament imħallat u garanziji, jappoġġa lill-pajjiżi benefiċjarji fl-użu sħiħ tal-preferenzi mogħtija minn dan ir-Regolament, filwaqt li jippromwovi l-kapaċità ta' produzzjoni, id-diversifikazzjoni ekonomika u tal-esportazzjoni tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward ta' prodotti sostenibbli, żieda fil-valur u sostenibbiltà inklużiva.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 35a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35a

 

Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu regolari mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u mal-partijiet ikkonċernati sabiex tirrevedi, timmonitorja u tivvaluta l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f) u l-pjanijiet ta' azzjoni ppreżentati fil-qafas tal-applikazzjonijiet għall-Iskema SĠP+. Kull meta jkun rilevanti, il-Kummissjoni għandha tadotta proċeduri pubbliċi u skadenzi għall-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-partijiet interessati.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 35b (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35b

 

Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, u biex jiġu żgurati trasparenza u responsabbiltà akbar, il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni u, fejn xieraq, lill-Kunsill, biex jidhru quddiem il-kumitat kompetenti biex jiddiskutu b'mod partikolari l-lista ta' kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(2b), l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-ħtieġa għal irtirar temporanju ta' arranġamenti preferenzjali skont l-Artikolu 15 l-Artikolu 19.

 

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 40

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta' Jannar 2027 u kull tliet snin minn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-effetti tal-iskema li jkun ikopri l-perjodu l-aktar reċenti ta' tliet snin u l-arranġamenti preferenzjali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2).

Sal-1 ta' Jannar 2027 u kull tliet snin minn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-effetti tal-iskema u l-progress li jkun sar fl-ilħiq tal-objettivi u l-kundizzjonalitajiet ta' dan ir-Regolament li jkun ikopri l-perjodu l-aktar reċenti ta' tliet snin u l-arranġamenti preferenzjali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2). Ir-rapport għandu jkun fih deskrizzjoni tal-impatt u l-użu tal-preferenzi kummerċjali, u għandu jiffoka fuq l-iżvilupp u l-potenzjal tal-esportazzjoni tal-aktar pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP kompetittivi, b'mod partikolari dawk il-pajjiżi SĠP Standard li huma eqreb lejn l-istatus ta' Dħul Medju Għoli, inkluż fir-rigward tal-impatt fuq l-industrija tal-UE fir-rigward ta' prodotti kompetittivi.

Sal-1 ta' Novembru 2030, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport, fejn meħtieġ, jista' ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

Sal-1 ta' Jannar 2029, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu, b'mod partikolari:

 

 jivvaluta l-adegwatezza tal-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott meta mqabbel mal-objettivi tal-iżvilupp, il-qerda tal-faqar u d-diversifikazzjoni ekonomika u fir-rigward tal-objettivi usa' u l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, f'konformità mal-evoluzzjoni tal-ambjent normattiv tal-Unjoni, kif ukoll l-opportunità li jiġu introdotti arranġamenti sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ fi prodotti sostenibbli kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE mal-pajjiżi benefiċjarji.

 

 jivvaluta l-implikazzjoni tal-emendi għad-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol, b'mod partikolari bil-ħsieb li possibbilment tinkludi s-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol bħala prinċipju fundamentali u bil-ħsieb li l-Anness VI jiġi emendat kif xieraq.

 

 jivvaluta l-effettività tas-salvagwardji.

 

Ir-rapport għandu fejn meħtieġ, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

 

Emenda  118

Proposta għal regolament

Anness IV

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Modalitajiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8

Modalitajiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8, l-Artikolu 29 u l-Artikolu 29a

1.  L-Artikolu 8 għandu japplika meta s-sehem f'perċentwali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu jaqbeż is-47 %.

1.  L-Artikolu 8 għandu japplika meta s-sehem f'perċentwali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu jaqbeż is-47 %.

2.  L-Artikolu 8 għandu japplika għal kull waħda mit-Taqsimiet SĠP S-2a, S-3 u S-5 tal-Anness III, meta s-sehem f'perċentwali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu jaqbeż is-17,5 %.

2.  L-Artikolu 8 għandu japplika għal kull waħda mit-Taqsimiet SĠP S-2a, S-3 u S-5 tal-Anness III, meta s-sehem f'perċentwali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu jaqbeż is-17,5 %.

3.  L-Artikolu 8 għandu japplika għal kull waħda mit-Taqsimiet SĠP S-11a u S-11b tal-Anness III, meta s-sehem perċentwali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu jaqbeż is-37 %.

3.  L-Artikolu 8 u l-Artikolu 29a għandhom japplikaw għal kull waħda mit-Taqsimiet SĠP S-11a u S-11b tal-Anness III, meta s-sehem perċentwali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu jaqbeż is-37 %.

 

3a. L-Artikolu 29 u 29a għandhom japplikaw għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda 100610, 100620, 100630, u 1701 meta s-sehem perċentwali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dawk l-Artikoli jaqbeż l-10 %.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Anness VI ‑ (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS VI

ANNESS VI

Konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 19(1), il-punt (a)

Konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 19(1), il-punt (a)

Konvenzjonijiet ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol tan-NU/tal-ILO

Konvenzjonijiet ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol tan-NU/tal-ILO

1.  Il-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju (1948)

1.  Il-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta' Ġenoċidju (1948)

 

1a. L-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (1998)

2.  Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali (1965)

2.  Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni Razzjali (1965)

3.  Il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (1966)

3.  Il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (1966)

 

3a. L-Ewwel Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (1966)

 

3b. It-tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li għandu l-għan li jabolixxi l-piena tal-mewt (1989)

4.  Il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (1966)

4.  Il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (1966)

5.  Il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (1979)

5.  Il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (1979)

6. Il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (1984)

6. Il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (1984)

7. Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (1989)

7. Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal (1989)

8. Il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati (2000)

8. Il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati (2000)

9. Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (2007)

9. Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (2007)

10. Il-Konvenzjoni dwar Xogħol Furzat jew Obbligatorju, Nru 29 (1930)

10. Il-Konvenzjoni dwar Xogħol Furzat jew Obbligatorju, Nru 29 (1930)

11. Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, Nru 87 (1948)

11. Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta' Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni, Nru 87 (1948)

12. Il-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol Nru 81 (1947)

12. Il-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol Nru 81 (1947)

13.  Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, Nru 98 (1949)

13.  Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, Nru 98 (1949)

14.  Il-Konvenzjoni dwar Remunerazzjoni Ndaqs għal Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta' Valur Ugwali, Nru 100 (1951)

14.  Il-Konvenzjoni dwar Remunerazzjoni Ndaqs għal Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta' Valur Ugwali, Nru 100 (1951)

15.  Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, Nru 105 (1957)

15.  Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, Nru 105 (1957) 

16.  Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward tal-Impjiegi u x-Xogħol, Nru 111 (1958)

16.  Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward tal-Impjiegi u x-Xogħol, Nru 111 (1958)

17. Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għall-Ammissjoni għax-Xogħol, Nru 138 (1973)

17. Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għall-Ammissjoni għax-Xogħol, Nru 138 (1973)

18. Il-Konvenzjoni dwar Konsultazzjonijiet Tripartitiċi Nru 144 (1976)

18. Il-Konvenzjoni dwar Konsultazzjonijiet Tripartitiċi Nru 144 (1976)

19. Il-Konvenzjoni rigward il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, Nru 182 (1999)

19. Il-Konvenzjoni rigward il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, Nru 182 (1999)

Il-Konvenzjonijiet b'rabta mal-prinċipji tal-klima, l-ambjent u l-governanza tajba

Il-Konvenzjonijiet b'rabta mal-prinċipji tal-klima, l-ambjent u l-governanza tajba

20. Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (1973)

20. Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (1973)

21. Il-Protokoll ta' Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (1987)

21. Il-Protokoll ta' Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (1987)

Il-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll tal-Movimenti Transfruntiera ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu (1989)

Il-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll tal-Movimenti Transfruntiera ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu (1989)

23.Il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika (1992)

23.Il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bioloġika (1992)

24.Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (1992)

24.Il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (1992)

25.Il-Protokoll ta' Cartagena dwar il-Bijosigurtà (2000)

25.Il-Protokoll ta' Cartagena dwar il-Bijosigurtà (2000)

26.Il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (2001)

26.Il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (2001)

27.Il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima (2015)

27.Il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima (2015)

28.Il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi (1961)

28.Il-Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi (1961)

29.Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi (1971)

29.Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sustanzi Psikotropiċi (1971)

30. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi (1988)

30. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi (1988)

31. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (2004)

31. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (2004)

32. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (2000)

32. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (2000)


NOTA SPJEGATTIVA

Mill-1971, l-UE tat preferenzi kummerċjali awtonomi lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-ambitu tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) tagħha u bbażata fuq il-"Klawżola ta' Abilitazzjoni" tad-WTO. L-għanijiet primarji tas-SĠP huma l-qerda tal-faqar, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, id-diversifikazzjoni tal-ekonomiji benefiċjarji u integrazzjoni aħjar tal-pajjiżi benefiċjarji fl-ekonomija dinjija. Is-SĠP tkopri aktar minn 60 pajjiż u żewġ biljun ruħ fid-dinja. Ir-Regolament tas-SĠP attwali jiskadi fl-aħħar tal-2023. Il-proposta tal-Kummissjoni għas-SĠP 2024-2033 iżżomm parti kbira mis-SĠP attwali, u tintroduċi ftit elementi ġodda. Tinżamm id-diviżjoni tas-SĠP fi tliet skemi differenti; SĠP Standard, SĠP+, u Kollox Minbarra Armi (KMA) li jingħata awtomatikament għall-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati.

 

Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni identifikat ċerti nuqqasijiet fir-Regolament tas-SĠP attwali. Il-potenzjal tas-SĠP li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba fil-pajjiżi benefiċjarji ma ġiex sfruttat bis-sħiħ. Is-SĠP ma tilħaqx impatt suffiċjenti fuq id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tax-xogħol, il-governanza tajba, u l-iżvilupp sostenibbli. Fir-rigward tas-SĠP+ b'mod speċifiku, kwistjoni sottostanti kienet informazzjoni insuffiċjenti dwar il-proċess ta' monitoraġġ tas-SĠP+.

 

Barra minn hekk, il-potenzjal tas-SĠP biex tikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar mhuwiex sfruttat bis-sħiħ. Xi pajjiżi benefiċjarji, b'mod partikolari dawk l-aktar fil-bżonn, għandhom rata ta' utilizzazzjoni limitata ħafna tal-preferenzi tas-SĠP, u diversifikazzjoni limitata tal-esportazzjoni. Id-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet hija marbuta mill-qrib mal-livell ta' sfruttament tal-benefiċċji tas-SĠP iżda tiddependi wkoll mill-integrazzjoni usa' tal-opportunitajiet tas-SĠP fil-politiki domestiċi tal-pajjiż benefiċjarju.

 

Biex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-SĠP fir-rigward tal-impatt fuq l-iżvilupp sostenibbli, ir-Rapporteur temmen li hija meħtieġa aktar ċarezza dwar il-proċess ta' monitoraġġ tal-arranġament tas-SĠP+. Iż-żieda fiċ-ċarezza dwar il-passi, il-punti ta' referenza u l-objettivi tal-proċess ta' monitoraġġ tikkontribwixxi għat-titjib tal-ingranaġġ tal-iskema. Fl-istess ħin, din tipprovdi aktar prevedibbiltà lill-partijiet ikkonċernati, inklużi n-negozji u s-soċjetà ċivili, kif ukoll lill-gvernijiet tal-pajjiżi benefiċjarji. Titjib fit-trasparenza tal-proċess ta' monitoraġġ jikkontribwixxi b'mod ugwali għal ingranaġġ akbar u sostnut għall-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet internazzjonali u sussegwentement biex jintlaħaq impatt akbar lejn l-iżvilupp sostenibbli.

 

Ir-Rapporteur tilqa' l-proposta dwar Pjan ta' Azzjoni obbligatorju li għandu jiġi sottomess mal-applikazzjoni għall-Iskema SĠP+ u tqis li għandha ssir l-għodda ewlenija ta' valutazzjoni komparattiva li tiggwida l-kisba tal-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet internazzjonali.

Ir-Rapporteur tipproponi li l-Pjan ta' Azzjoni propost mill-Kummissjoni jiġi ssupplimentat b'aktar dettalji, skadenzi u rekwiżit ta' divulgazzjoni. Barra minn hekk għandu jiġi stabbilit korp konsultattiv magħmul minn partijiet ikkonċernati biex jassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tal-Pjanijiet ta' Azzjoni u fl-isforz ta' monitoraġġ relatat mal-impenji tal-pajjiżi benefiċjarji.

 

Biex jiġi żgurat kontribut imsaħħaħ għall-iżvilupp sostenibbli u l-qerda tal-faqar fl-ambitu tal-iskemi tas-SĠP Standard u tal-KMA, ir-Rapporteur tqis li huwa essenzjali li tissaħħaħ il-kundizzjonalità pożittiva fir-rigward tal-konvenzjonijiet internazzjonali, filwaqt li tħeġġeġ lill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP Standard u tal-KMA biex jirratifikaw il-konvenzjonijiet. Ir-ratifika hija essenzjali peress li din timplika monitoraġġ tal-konformità, u b'hekk tipprovdi assigurazzjonijiet aktar b'saħħithom li l-opportunitajiet ta' kummerċ addizzjonali pprovduti mis-SĠP jappoġġjaw l-iżvilupp tal-pajjiżi benefiċjarji b'mod sostenibbli.

 

Ir-Rapporteur tintroduċi aktar struttura u dettall anke fil-proċess ta' monitoraġġ tal-pajjiżi tas-SĠP Standard u tal-KMA, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi fformalizzata l-prattika eżistenti tat-twettiq ta' "impenn imsaħħaħ" kull meta s-sitwazzjoni fir-rigward tal-prinċipji tal-konvenzjonijiet internazzjonali tilħaq livell kritiku. Filwaqt li l-irtirar tal-preferenzi għandu jibqa' deċiżjoni aħħarija, djalogu u monitoraġġ aktar b'saħħithom huma l-għodod għat-tisħiħ u s-sostenn tal-ingranaġġ lejn il-benefiċjarji filwaqt li jiġi sfruttat il-potenzjal li jipprovdu l-partijiet ikkonċernati meta jaħdmu f'kooperazzjoni għal impatt pożittiv akbar u jsolvu kwistjonijiet ta' konformità.

 

L-UE introduċiet u se tintroduċi leġiżlazzjoni fis-snin li ġejjin biex tiżdied is-sostenibbiltà u l-obbligu ta' rendikont tas-settur privat. Il-pajjiżi benefiċjarji se jibbenefikaw mill-ħidma lejn ambjent li jwassal għal kondotta kummerċjali responsabbli u sostenibbli. Dan se jappoġġja lill-pajjiżi benefiċjarji biex jilħqu l-istandards ta' sostenibbiltà u obbligu ta' rendikont ogħla tal-UE. Hemm rabta mill-qrib bejn id-dmir tal-istat li jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u d-dmir tal-kumpaniji li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem kif deskritt fil-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (UNGP), adottati b'mod unanimu fl-2011. Għal dan il-għan, l-adozzjoni ta' Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem hija introdotta mir-Rapporteur bħala kundizzjoni meħtieġa għal SĠP+ u SĠP Standard filwaqt li tinkoraġġixxi wkoll lill-benefiċjarji tal-KMA għal dan il-għan.

 

Huwa t-twemmin sod tar-Rapporteur li jeħtieġ li tiġi stabbilita rabta mill-qrib bejn is-SĠP u l-assistenza għall-iżvilupp tal-UE biex tiġi żgurata koerenza tal-politiki u impatt imtejjeb tas-SĠP għall-iżvilupp sostenibbli. L-impenji tar-Regolament tas-SĠP jistgħu jkunu ta' piż notevoli fuq il-kapaċità amministrattiva tal-pajjiżi benefiċjarji. L-appoġġ tal-UE għall-għajnuna għall-iżvilupp lill-benefiċjarji għandu jagħti prijorità lill-appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet internazzjonali (SĠP+) u l-proċess ta' ratifika ta' dawk il-konvenzjonijiet (SĠP Standard, KMA), kif ukoll l-impenji tal-pjan direzzjonali tal-gvernijiet benefiċjarji taħt impenn imsaħħaħ.

Bil-ħsieb ta' utilizzazzjoni sħiħa tal-preferenzi tas-SĠP, l-għodod ta' għajnuna għall-iżvilupp tal-UE għandhom jappoġġjaw lill-benefiċjarji fil-promozzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni, id-diversifikazzjoni ekonomika u tal-esportazzjoni, iż-żieda tal-valur u s-sostenibbiltà inklużiva. Dan jappoġġja lill-benefiċjarji fl-integrazzjoni tal-opportunitajiet ipprovduti mill-benefiċċji tas-SĠP b'mod aktar wiesa' fil-politiki domestiċi.

 

Żieda fil-kundizzjonalità pożittiva tas-SĠP Standard se ttejjeb il-kontribuzzjoni għall-għanijiet iddikjarati tas-SĠP filwaqt li tnaqqas id-differenza bejn is-SĠP Standard u l-arranġament tas-SĠP+. Dan iwassal biex il-benefiċjarji tas-SĠP Standard jiġu mħeġġa (li jissodisfaw l-hekk imsejħa kriterji ta' vulnerabbiltà) biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa għar-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet internazzjonali lejn l-applikazzjoni għas-SĠP+, li jipprovdi benefiċċji aktar attraenti.

 

Il-Patt Ekoloġiku tal-UE jipprovdi qafas ġenerali għall-politiki tal-UE. F'dan il-kuntest, il-fehma tar-Rapporteur hija li s-SĠP għandha tipprovdi inċentivi addizzjonali għall-kummerċ fi prodotti sostenibbli. Filwaqt li l-volum ta' esportazzjonijiet ta' prodotti sostenibbli lejn l-UE huwa limitat, dan huwa settur li jista' jesperjenza tkabbir notevoli matul il-perjodu tar-Regolament tas-SĠP li ġej, anke fid-dawl ta' evoluzzjonijiet futuri ta' politika u dawk regolatorji u minn liema l-pajjiżi benefiċjarji għandhom jibbenefikaw.

 

Rigward is-salvagwardji, ir-Rapporteur tqis li l-proposta tal-Kummissjoni hija sodisfaċenti. Ir-Rapporteur tappoġġja ż-żamma tar-regola tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' Salvagwardja Ġenerali għall-iskemi kollha u s-Salvagwardji Awtomatiċi għas-SĠP Standard u s-SĠP+. B'hekk ir-Rapporteur ma pproponiet l-ebda tibdil fil-prodott jew l-ambitu ġeografiku tas-salvagwardji.

 

Il-mekkaniżmu tal-gradwazzjoni tal-prodott japplika biss għas-SĠP Standard. Ir-rapporteur tara l-approċċ tal-Kummissjoni bħala ġustifikabbli.  Estensjoni possibbli tal-gradwazzjoni tal-prodott għall-iskema SĠP+ tnaqqas l-inċentivi biex tapplika għall-iskema filwaqt li bħalissa qed jiġu proposti diversi rekwiżiti ġodda għall-applikanti tas-SĠP+. L-estensjoni tal-mekkaniżmu tal-gradwazzjoni tal-prodott għal LDCs u pajjiżi vulnerabbli li qed jiżviluppaw tkun sinjal drastiku li jikkawża ħsara għar-reputazzjoni lill-UE. Ir-Rapporteur tappoġġja wkoll il-modifika proposta tal-kriterji ta' vulnerabbiltà għall-Iskema SĠP+.

 

Sa issa t-tnedija tal-proċess tal-irtirar kienet qed topera bħala "triq f'direzzjoni waħda". L-irtirar għandu jitqies bħala l-aħħar għażla. Għandu jsir kull sforz biex jiġi evitat irtirar tal-preferenzi, li neċessarjament ikollu impatt negattiv fuq l-ekonomija ta' pajjiż benefiċjarju u x'aktarx jaffettwa ħażin lill-popolazzjoni l-aktar vulnerabbli. Għal dan il-għan, ir-Rapporteur tipproponi li jiġi inkluż proċess ta' Impenn Imsaħħaħ fir-Regolament, b'passi speċifiċi biex jiġi evitat xenarju ta' rtirar. Ir-Rapporteur tipproponi li ġġib aktar ċarezza fil-livell limitu għal dak li jikkostitwixxi "ksur serju u sistematiku" tal-konvenzjonijiet internazzjonali li konsegwentement iwassal għat-tnedija ta' investigazzjoni għall-irtirar.

Ir-Rapporteur tipproponi wkoll strateġija speċifika ta' impenn għall-fażi ta' wara l-irtirar bil-ħsieb li nimxu lejn stabbiliment mill-ġdid tal-preferenzi.

 


 

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM

 

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-PE tat-12 ta' Settembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza, u mal-Artikolu 4(6) tal-Kodiċi ta' Kondotta għall-Membri tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-interessi finanzjarji u l-kunflitti ta' interess (l-Anness I tar-Regoli ta' Proċedura tal-PE), ir-rapporteur tixtieq telenka l-interessi esterni li ġew ikkonsultati dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-suġġett tar-rapport:

 

 

Isem

titolu

organizzazzjoni

Stuart Newman

Konsulent Legali, Kummerċ Sostenibbli u Dwana

Amfori

Stephanie Luong

Viċi President, Affarijiet Pubbliċi

Amfori

L-Ambaxxatur Mahbub Hassan Saleh

Kap tal-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bangladesh fl-Unjoni Ewropea

Gvern tal-Bangladesh

Federico Facchin

Konsulent Politiku

Copa-Cogeca

San Bilal

Kap tal-Programm tat-Trasformazzjoni Ekonomika u l-Kummerċ

Ċentru Ewropew għall-Ġestjoni tal-Politika tal-Iżvilupp (ECDPM)

Il-Kummissarju Jutta Urpilainen

Kummissarju għas-Sħubijiet Internazzjonali

Il-Kummissjoni Ewropea

DĠ INTPA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

DĠ KUMMERĊ

 

Il-Kummissjoni Ewropea

SEAE

 

Il-Kummissjoni Ewropea

DĠ EMPL

 

Il-Kummissjoni Ewropea

Virginia Enssle

Uffiċjal tal-Proġetti u l-Politika

Promozzjoni tal-Kummerċ Ġust

Josetta Nousjoki

Maniġer tal-promozzjoni

Promozzjoni tal-Kummerċ Ġust

Luca Boniolo

Maniġer tal-Politika dwar is-Sostenibbiltà

Federation of the European Sporting goods Industry (FESI)

Youri Mercier

Viċi Segretarju Ġenerali

Federation of the European Sporting goods Industry (FESI)

Radboud Reijn

Koordinatur

NGOPlatform tas-SĠP

Claudio Francavilla

Promotur tal-UE

Human Rights Watch

Jude Kirton Darling

Viċi Segretarju Ġenerali

IndustriALL

Espeth Hathaway

Konsulent politiku

IndustriALL

Eline Blot

Analista tal-Politika għall-programm Global Challenges and SDGs

Istitut għall-Politika Ambjentali Ewropea

Ingrid van Laerhoven

Direttur tal-Affarijiet tal-Gvern għall-Kummerċ Internazzjonali u d-Dwana, EMEA

Nike

L-Ambaxxatur Zaheer Aslam Janjua

Kap tal-Missjoni tal-Pakistan fl-Unjoni Ewropea

Gvern tal-Pakistan

Is-Sur Abdul Razak Dawood

Konsulent tal-Prim Ministru, dwar il-Kummerċ u l-Investiment

Gvern tal-Pakistan

Dr. Shireen M Mazari

Ministru għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Pakistan

Gvern tal-Pakistan

Saleha Asif

Uffiċjal Kap Eżekuttiv

Kunsill tat-Tessuti tal-Pakistan

Isabelle Durand

Viċi Segretarju Ġenerali

Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD)

L-Ambaxxatur Dilyor Khakimov

Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Użbekistan fil-Missjoni fl-Unjoni Ewropea

Gvern tal-Użbekistan

Is-Sur Kadambay Sultanov

Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Użbekistan għall-Finlandja

Gvern tal-Użbekistan

Organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, gruppi ta' riflessjoni u organizzazzjonijiet tan-negozju tal-Pakistan

 

 

 


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN (1.3.2022)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2021)0579 – C9‑0364/2021 – 2021/0297(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Maria Arena

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Unjoni Ewropea (UE) tat preferenzi ta' kummerċ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz tal-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) mill-1971 'il quddiem, bħala parti mill-politika kummerċjali komuni tagħha u f'konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-azzjoni esterna tal-UE. Is-SĠP tgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jintegraw fl-ekonomija dinjija, inaqqsu l-faqar, u jappoġġjaw l-iżvilupp sostenibbli permezz tal-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent, u l-governanza tajba.

Is-SĠP tikkonsisti fi tliet arranġamenti:

• SĠP Standard: għal pajjiżi b'introjtu baxx u pajjiżi b'introjtu medju inferjuri, li tipprovdi tnaqqis jew tneħħija sħiħa tad-dazji doganali fuq żewġ terzi tal-linji tariffarji tal-UE.

• SĠP+: l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba, li jnaqqas it-tariffi għal 0 % għal ġeneralment l-istess linji tariffarji bħas-SĠP Standard. jingħata lill-pajjiżi vulnerabbli b'introjtu baxx u b'introjtu medju inferjuri li jimplimentaw 27 konvenzjoni internazzjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent u l-governanza tajba.

• KMA (Kollox Minbarra Armi): l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs, least developed countries), li jipprovdilhom aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwoti għas-suq tal-UE għall-prodotti kollha minbarra l-armi u l-munizzjon.

L-iskema attwali għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2023.

L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-Kummissjoni u l-istudju tal-esperti ta' sostenn ikkonkludew li l-qafas attwali kien fil-parti l-kbira tiegħu effettiv u laħaq l-objettivi tiegħu. Is-SĠP kellha impatt ekonomiku pożittiv - l-importazzjonijiet lejn l-UE mill-pajjiżi benefiċjarji żdiedu. Madankollu, is-SĠP ma tisfruttax il-potenzjal kollu tagħha fir-rigward tat-titjib tal-istandards tal-għajxien, l-istandards ambjentali jew l-inċentivar tal-pajjiżi benefiċjarji biex itejbu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u drittijiet u obbligi ewlenin oħra relatati mal-iżvilupp sostenibbli.

Il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta għal regolament ġdid għall-perjodu 2024-2034 fit-22 ta' Settembru 2021. Il-proposta żżomm b'mod wiesa' l-karatteristiċi tar-Regolament attwali dwar is-SĠP. Din issaħħaħ is-SĠP attwali f'aspetti li huma ta' rilevanza partikolari għad-AFET bħall-estensjoni tal-lista ta' konvenzjonijiet li jeħtieġ li jiġu osservati bi strumenti addizzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-governanza tajba, tintroduċi titjib fil-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti tas-SĠP+ u tagħti spinta lill-involviment tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tas-SĠP. Din tintroduċi wkoll proċedura ġdida ta' rtirar urġenti f'każijiet ta' ksur gravi tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem.

Madankollu, hemm oqsma fejn ir-rapporteur tad-AFET tixtieq issaħħaħ aktar il-proposta u tagħmilha aktar effettiva, inklużi:

- valutazzjoni tal-impatt ex ante fuq id-drittijiet tal-bniedem qabel l-għoti tas-SĠP standard u tas-SĠP sabiex jiġu identifikati r-riskji tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-abbużi mis-settur fil-pajjiż;

- l-estensjoni tal-kondizzjonalità pożittiva għas-SĠP standard;

- it-tisħiħ tal-Anness VI dwar konvenzjonijiet ewlenin;

- it-tisħiħ tat-trasparenza u tal-effettività tal-proċess ta' monitoraġġ u t-tisħiħ tal-involviment kemm tas-soċjetà ċivili internazzjonali kif ukoll dik domestika;

- il-promozzjoni, permezz ta' dan l-istrument, tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għall-Imġiba Responsabbli fin-Negozju u l-konformità tal-leġiżlazzjoni tal-pajjiżi benefiċjarji mas-sett ta' għodod ta' diliġenza dovuta tal-UE, b'mod partikolari mar-regolament tal-UE Nru 2368/2002 tal-20 ta' Diċembru 2020 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma, ir-Regolament tal-UE 2017/821 tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli kif ukoll ir-Regolament 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam;

- it-tisħiħ tal-mekkaniżmu tal-ilmenti bil-formalizzazzjoni tal-Punt ta' Dħul Uniku fil-proposta u l-fatt li dan isir miftuħ għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

- il-kjarifika tal-possibbiltà ta' rtirar settorjali tal-preferenzi fil-funzjoni ta' okkorrenzi ta' ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem f'settur partikolari.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

 

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Qabel ma tagħti kwalunkwe reġim preferenzjali lil pajjiż, il-Kummissjoni għandha twettaq u tippubblika valutazzjoni ex ante tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent sabiex tidentifika, tivvaluta u tindika miżuri għall-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u l-indirizzar ta' kwalunkwe riskju ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ambjentali u għall-ġlieda kontra tali riskju.

Emenda  2

 

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Jenħtieġ li l-arranġament tas-SĠP standard jingħata lil dawk il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw li jikkondividu ħtieġa ta' żvilupp komuni u jinsabu fi stadju simili ta' żvilupp ekonomiku. Ma hemm l-ebda definizzjoni ta' "pajjiż li qed jiżviluppa" fil-livell tad-WTO, u huwa f'idejn il-pajjiżi li jagħtu l-preferenzi li jiddeterminaw il-lista tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma eliġibbli għas-SĠP. Jenħtieġ li l-pajjiżi li rnexxielhom ilestu t-tranżizzjoni tagħhom minn ekonomiji ċentralizzati għal dawk tas-suq, u li llum huma ekonomiji b'saħħithom b'pożizzjoni b'saħħitha fil-kummerċ internazzjonali, bħaċ-Ċina, Hong Kong, il-Macao u r-Russja, ma jitqisux bħala pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-kuntest tas-SĠP u, għaldaqstant, jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta' pajjiżi eliġibbli. Pajjiżi li huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi ta' dħul għoli jew medju superjuri għandhom livelli ta' dħul per capita li jippermettulhom jiksbu livelli ogħla ta' diversifikazzjoni mingħajr preferenzi tariffarji tal-iskema. Dawn jinsabu fi stadju differenti tal-iżvilupp ekonomiku u, għaldaqstant, ma għandhomx l-istess ħtiġijiet ta' żvilupp, ta' kummerċ u ta' finanzjament bħall-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi dħul baxx jew li huma aktar vulnerabbli. Sabiex tkun evitata diskriminazzjoni mhux ġustifikata, jeħtiġilhom ikunu ttrattati b'mod differenti; għaldaqstant, ma jibbenefikawx mill-arranġament tas-SĠP standard. Barra minn hekk, l-użu tal-preferenzi tariffarji pprovduti bl-iskema minn pajjiżi bi dħul għoli jew medju superjuri jżid il-pressjoni kompetittiva fuq esportazzjonijiet minn pajjiżi ifqar, aktar vulnerabbli u, għaldaqstant, jista' jimponi piż mhux ġustifikabbli fuq dawk il-pajjiżi aktar vulnerabbli li qed jiżviluppaw. Jenħtieġ li l-arranġament tas-SĠP standard iqis il-fatt li l-ħtiġijiet tal-iżvilupp, tal-kummerċ u tal-finanzjament huma soġġetti għal tibdil, u jiżgura li l-arranġament jibqa' miftuħ jekk is-sitwazzjoni ta' pajjiż tinbidel.

(9) Jenħtieġ li l-arranġament tas-SĠP standard jingħata lil dawk il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw li jikkondividu ħtieġa ta' żvilupp komuni u jinsabu fi stadju simili ta' żvilupp ekonomiku u li ffirmaw u impenjaw ruħhom li jirratifikaw il-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin imsemmija fl-Anness VI fi żmien ħames snin mill-applikazzjoni tal-arranġament. Ma hemm l-ebda definizzjoni ta' "pajjiż li qed jiżviluppa" fil-livell tad-WTO, u huwa f'idejn il-pajjiżi li jagħtu l-preferenzi li jiddeterminaw il-lista tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma eliġibbli għas-SĠP. Jenħtieġ li l-pajjiżi li rnexxielhom ilestu t-tranżizzjoni tagħhom minn ekonomiji ċentralizzati għal dawk tas-suq, u li llum huma ekonomiji b'saħħithom b'pożizzjoni b'saħħitha fil-kummerċ internazzjonali, bħaċ-Ċina, Hong Kong, il-Macao u r-Russja, ma jitqisux bħala pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-kuntest tas-SĠP u, għaldaqstant, jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta' pajjiżi eliġibbli. Pajjiżi li huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi ta' dħul għoli jew medju superjuri għandhom livelli ta' dħul per capita li jippermettulhom jiksbu livelli ogħla ta' diversifikazzjoni mingħajr preferenzi tariffarji tal-iskema. Dawn jinsabu fi stadju differenti tal-iżvilupp ekonomiku u, għaldaqstant, ma għandhomx l-istess ħtiġijiet ta' żvilupp, ta' kummerċ u ta' finanzjament bħall-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi dħul baxx jew li huma aktar vulnerabbli. Sabiex tkun evitata diskriminazzjoni mhux ġustifikata, jeħtiġilhom ikunu ttrattati b'mod differenti; għaldaqstant, ma jibbenefikawx mill-arranġament tas-SĠP standard. Barra minn hekk, l-użu tal-preferenzi tariffarji pprovduti bl-iskema minn pajjiżi bi dħul għoli jew medju superjuri jżid il-pressjoni kompetittiva fuq esportazzjonijiet minn pajjiżi ifqar, aktar vulnerabbli u, għaldaqstant, jista' jimponi piż mhux ġustifikabbli fuq dawk il-pajjiżi aktar vulnerabbli li qed jiżviluppaw. Jenħtieġ li l-arranġament tas-SĠP standard iqis il-fatt li l-ħtiġijiet tal-iżvilupp, tal-kummerċ u tal-finanzjament huma soġġetti għal tibdil, u jiżgura li l-arranġament jibqa' miftuħ jekk is-sitwazzjoni ta' pajjiż tinbidel.

Emenda  3

 

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SĠP+) huwa bbażat fuq il-kunċett integrali ta' żvilupp sostenibbli, kif rikonoxxut minn konvenzjonijiet u strumenti internazzjonali bħad-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1986 dwar id-Dritt għall-Iżvilupp, id-Dikjarazzjoni ta' Rio tal-1992 dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organisation) tal-1998 dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tal-2000, id-Dikjarazzjoni ta' Johannesburg tal-2002 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, id-Dikjarazzjoni taċ-Ċentenarju tal-ILO għall-Futur tax-Xogħol tal-2019, id-Dokument ta' Eżitu tas-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2015 "Transforming Our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development", il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima. Konsegwentement, jenħtieġ li l-preferenzi tariffarji addizzjonali previsti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jingħataw lil dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li, minħabba nuqqas ta' diversifikazzjoni, huma ekonomikament vulnerabbli, u rratifikaw konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-klima u l-ħarsien tal-ambjent, u l-governanza tajba, u jimpenjaw ruħhom li jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tagħhom. Jenħtieġ li l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jgħin lil dawk il-pajjiżi biex jassumu r-responsabbiltajiet addizzjonali li jirriżultaw mir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva ta' dawn il-konvenzjonijiet. Jenħtieġ li l-lista ta' konvenzjonijiet rilevanti għas-SPĠ tiġi aġġornata biex tirrifletti aħjar l-evoluzzjoni tal-istrumenti u l-istandards internazzjonali fundamentali u tieħu approċċ proattiv għall-iżvilupp sostenibbli f'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 203018. F'dan ir-rigward, jiżdiedu l-konvenzjonijiet li ġejjin: il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima (2015) – li jissostitwixxi l-Protokoll ta' Kjoto; il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (CRPD, Convention on the Rights of Persons with Disabilities); il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati (OP-CRC-AC, Optional Protocol to the Convention on the Rights of the Child on the Involvement of Children in Armed Conflict); il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 81 dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol; il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 144 dwar il-Konsultazzjoni Tripartitika; u l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali.

(11) L-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SĠP+) huwa bbażat fuq il-kunċett integrali ta' żvilupp sostenibbli, kif rikonoxxut minn konvenzjonijiet u strumenti internazzjonali bħad-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1986 dwar id-Dritt għall-Iżvilupp, id-Dikjarazzjoni ta' Rio tal-1992 dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organisation) tal-1998 dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tal-2000, id-Dikjarazzjoni ta' Johannesburg tal-2002 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, id-Dikjarazzjoni taċ-Ċentenarju tal-ILO għall-Futur tax-Xogħol tal-2019, id-Dokument ta' Eżitu tas-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2015 "Transforming Our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development", il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima. Konsegwentement, jenħtieġ li l-preferenzi tariffarji addizzjonali previsti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jingħataw lil dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li, minħabba nuqqas ta' diversifikazzjoni, huma ekonomikament vulnerabbli, irratifikaw u bdew jimplimentaw konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-klima u l-ħarsien tal-ambjent, u l-governanza tajba, u jimpenjaw ruħhom li jwettqu l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, inkluż – iżda mhux biss – permezz ta' pjan ta' azzjoni pubbliku, ambizzjuż u marbut biż-żmien, adottat f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jgħin lil dawk il-pajjiżi biex jassumu r-responsabbiltajiet addizzjonali li jirriżultaw mir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva ta' dawn il-konvenzjonijiet. Jenħtieġ li l-lista ta' konvenzjonijiet rilevanti għas-SPĠ tiġi aġġornata biex tirrifletti aħjar l-evoluzzjoni tal-istrumenti u l-istandards internazzjonali fundamentali u tieħu approċċ proattiv għall-iżvilupp sostenibbli f'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 203018. F'dan ir-rigward, jiżdiedu l-konvenzjonijiet li ġejjin: il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima (2015) – li jissostitwixxi l-Protokoll ta' Kjoto; il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (CRPD, Convention on the Rights of Persons with Disabilities); il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati (OP-CRC-AC, Optional Protocol to the Convention on the Rights of the Child on the Involvement of Children in Armed Conflict); l-Ewwel Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 81 dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol; il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 144 dwar il-Konsultazzjoni Tripartitika; u l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali.

__________________

__________________

18 In-Nazzjonijiet Uniti (2015). Ir-Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta' Settembru 2015, Transforming our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development (A/RES/70/1), li tinsab hawn: https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld

18 In-Nazzjonijiet Uniti (2015). Ir-Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta' Settembru 2015, Transforming our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development (A/RES/70/1), li tinsab hawn: https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Jenħtieġ li l-Kummissjoni u, fejn xieraq, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jagħmlu monitoraġġ tal-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent u l-governanza tajba u tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom, billi jeżaminaw l-informazzjoni rilevanti, b'mod partikolari, meta disponibbli, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti stabbiliti skont dawk il-konvenzjonijiet. Kull tliet snin, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet rispettivi, il-konformità tal-pajjiżi benefiċjarji ma' kull obbligu ta' rapportar skont dawk il-konvenzjonijiet u l-istat tal-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet fil-prattika.

(16) Jenħtieġ li l-Kummissjoni u, fejn xieraq, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, jagħmlu monitoraġġ tal-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent u l-governanza tajba u tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom, billi jeżaminaw l-informazzjoni rilevanti, b'mod partikolari, meta disponibbli, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti stabbiliti skont dawk il-konvenzjonijiet. Kull sentejn, jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet rispettivi, il-konformità tal-pajjiżi benefiċjarji ma' kull obbligu ta' rapportar skont dawk il-konvenzjonijiet u l-istat tal-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet fil-prattika.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Jenħtieġ li l-Kummissjoni, għal raġunijiet ta' konsistenza tal-politiki tal-Unjoni, tħeġġeġ lill-pajjiżi benefiċjarji jaderixxu ma' standards soċjali u ambjentali ogħla u jippromwovu dimensjoni b'saħħitha tal-iżvilupp sostenibbli fi ktajjen tal-valur mondjali, f'konformità mal-obbligi tad-diliġenza dovuta stabbiliti fil-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament tas-SĠP jeħtieġ li jkun koerenti mal-għodod tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tad-diliġenza dovuta ambjentali kif imsemmi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2016 dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-2010 dwar l-istandards soċjali u ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem u r-responsabbiltà korporattiva (2015/2038(INI).

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) F'Lulju 2020, il-Kummissjoni ħatret lill-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ bl-irwol li jinforza r-regoli kummerċjali. F'din il-konnessjoni, f'Novembru 2020, il-Kummissjoni nediet mekkaniżmu ġdid tal-ilmenti, il-Punt ta' Dħul Uniku ("SEP", Single Entry Point), bħala parti miż-żieda fl-isforzi tagħha biex issaħħaħ l-infurzar u l-implimentazzjoni tal-impenji kummerċjali. Permezz tas-SEP, il-Kummissjoni tirċievi lmenti dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-politika kummerċjali, inkluż ksur tal-impenji tas-SĠP. Jenħtieġ li din is-sistema ġdida ta' lmenti tiġi integrata fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

(18) F'Lulju 2020, il-Kummissjoni ħatret lill-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ bl-irwol li jinforza r-regoli kummerċjali. F'din il-konnessjoni, f'Novembru 2020, il-Kummissjoni nediet mekkaniżmu ġdid tal-ilmenti, il-Punt ta' Dħul Uniku ("SEP", Single Entry Point), bħala parti miż-żieda fl-isforzi tagħha biex issaħħaħ l-infurzar u l-implimentazzjoni tal-impenji kummerċjali. Permezz tas-SEP, il-Kummissjoni tirċievi lmenti dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-politika kummerċjali, inkluż ksur tal-impenji tas-SĠP. Jenħtieġ li din is-sistema ġdida ta' lmenti tiġi integrata fil-qafas ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li tkun aċċessibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kemm mill-Unjoni kif ukoll mill-pajjiżi benefiċjarji.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-migrazzjoni internazzjonali ordnata tista' ġġib benefiċċji importanti għall-pajjiżi tal-oriġini u tad-destinazzjoni tal-migranti u tikkontribwixxi għall-ħtiġijiet ta' żvilupp sostenibbli tagħhom. Iż-żieda fil-koerenza bejn il-politiki kummerċjali, tal-iżvilupp u tal-migrazzjoni hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-migrazzjoni jgawdu minnhom b'mod reċiproku kemm il-pajjiżi tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li kemm il-pajjiżi tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni jindirizzaw sfidi komuni, bħaż-żieda tal-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni ta' persuni nazzjonali proprji u r-riintegrazzjoni sostenibbli tagħhom fil-pajjiż tal-oriġini, b'mod partikolari sabiex jiġi evitat eżodu kostanti fil-popolazzjoni attiva fil-pajjiżi tal-oriġini, bil-konsegwenzi fit-tul li jirriżultaw fuq l-iżvilupp, u biex jiġi żgurat li l-migranti jiġu ttrattati b'dinjità.

(26) Il-migrazzjoni internazzjonali ordnata tista' ġġib benefiċċji importanti għall-pajjiżi tal-oriġini u tad-destinazzjoni tal-migranti u tikkontribwixxi għall-ħtiġijiet ta' żvilupp sostenibbli tagħhom. Iż-żieda fil-koerenza bejn il-politiki kummerċjali, tal-iżvilupp u tal-migrazzjoni hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-migrazzjoni jgawdu minnhom b'mod reċiproku kemm il-pajjiżi tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li kemm il-pajjiżi tal-oriġini kif ukoll dawk tad-destinazzjoni jindirizzaw sfidi komuni, bħaż-żieda fil-kooperazzjoni dwar ir-riammissjoni ta' persuni nazzjonali proprji u r-riintegrazzjoni sostenibbli tagħhom fil-pajjiż tal-oriġini, b'mod partikolari sabiex jiġi evitat eżodu kostanti fil-popolazzjoni attiva fil-pajjiżi tal-oriġini, bil-konsegwenzi fit-tul li jirriżultaw fuq l-iżvilupp, u biex jiġi żgurat li l-migranti jiġu ttrattati b'dinjità u li d-drittijiet tal-bniedem tagħhom jiġu rispettati bis-sħiħ.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Ir-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni huma sfida komuni għall-UE u s-sħab tagħha. B'mod partikolari, kull Stat għandu l-obbligu tar-riammissjoni tal-persuni nazzjonali proprji tiegħu skont il-dritt konswetudinarju internazzjonali, u konvenzjonijiet internazzjonali multilaterali bħall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ffirmata f'Chicago fis-7 ta' Diċembru 1944. It-titjib tar-riintegrazzjoni u tal-bini tal-kapaċità sostenibbli jsaħħaħ b'mod sinifikanti l-iżvilupp lokali fil-pajjiżi sħab.

imħassar

Emenda  9

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) "ksur serju u sistematiku" tfisser il-ksur jew l-abbużi mifruxa u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem li huma ta' tħassib serju, fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta' sigurtà komuni stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-TUE, li jinkludu dawn li ġejjin iżda mhux limitati għalihom:

 

i. il-ġenoċidju;

 

ii. id-delitti kontra l-umanità;

 

iii. it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra;

 

iv. l-iskjavitù jew ix-xogħol furzat;

 

v. l-eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji u l-qtil;

 

vi. l-għajbien furzat ta' persuni;

 

vii. l-arresti jew id-detenzjonijiet arbitrarji;

 

viii. it-traffikar tal-bnedmin, inkluża l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' bnedmin;

 

ix. il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru;

 

x. ksur ieħor tal-liġijiet u tal-konswetudnijiet tal-gwerra;

 

xi. il-ksur jew l-abbużi tal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni;

 

xii. il-ksur jew l-abbużi tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni;

 

xiii. il-ksur jew l-abbużi tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin;

 

L-indikaturi biex jiġi determinat jekk seħħx tali ksur serju u sistematiku għandhom ikunu ċari u jinkludu, fost oħrajn:

 

(i) id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet tal-qrati internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, tal-qrati, tal-bordijiet u t-tribunali ta' arbitraġġ jew ta' awtoritajiet u mekkaniżmi ġudizzjarji oħra;

 

(ii) l-istabbiliment u s-sejbiet ta' kummissjonijiet ta' inkjesta, ta' missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni, ta' rapporteurs speċjali, jew mekkaniżmi oħra ta' monitoraġġ mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem jew l-Assemblea Ġenerali tan-NU jew minn korpi intergovernattivi reġjonali oħra;

 

(iii) is-sejbiet mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Proċeduri Speċjali tan-NU, jew esperti oħra indipendenti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem;

 

(iv) ir-rapporti tal-Korp Konsultattiv u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Emenda  10

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) "obbligi ta' diliġenza dovuta fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem" tirreferi għar-responsabbiltà li għandhom l-intrapriżi kummerċjali li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u li jiżguraw il-protezzjoni kontra l-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem min-negozji kif stabbilit fil-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem (UNGPs) fl-2011. Ir-responsabbiltà li għandhom l-intrapriżi kummerċjali li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem tirreferi għad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment – mifhuma, bħala minimu, bħal dawk espressi fil-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-prinċipji li jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali stabbiliti fid-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol.

Emenda  11

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11c) "organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili" tfisser firxa wiesgħa ta' atturi bi rwoli u mandati multipli, li jistgħu jvarjaw maż-żmien u bejn l-istituzzjonijiet u l-pajjiżi, u tinkludi l-istrutturi indipendenti u mhux vjolenti kollha mhux Statali, mingħajr skop ta' qligħ, li permezz tagħhom persuni jorganizzaw l-insegwiment tal-objettivi u ideali kondiviżi, inkluż dawk politiċi, kulturali, reliġjużi, ambjentali, soċjali jew ekonomiċi, u li joperaw fil-livelli lokali, nazzjonali, reġjonali jew internazzjonali, u li jinkludu organizzazzjonijiet urbani u rurali, indiġeni, formali u informali;

Emenda  12

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent Qabel ma jingħata kwalunkwe reġim preferenzjali lil pajjiż, il-Kummissjoni għandha twettaq u tippubblika valutazzjoni ex ante tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent sabiex tidentifika, tivvaluta u tindika miżuri għall-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u l-indirizzar ta' kwalunkwe riskju ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ambjentali u l-ġlieda kontra tali riskju.

Emenda  13

 

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) ir-riżultati ta' valutazzjoni ex ante tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent imwettqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3a (ġdid) ma jurux riskju konsiderevoli ta' impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem jew fuq l-ambjent fil-pajjiż benefiċjarju, u l-miżuri proposti għall-prevenzjoni u l-indirizzar tiegħu u l-ġlieda kontrih mhumiex biżżejjed jew ma jkunux ġew aċċettati mill-gvern tal-pajjiż benefiċjarju;

Emenda  14

 

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) ma jkunx hemm bażi suffiċjenti biex jitqies li jeżistu nuqqasijiet u ksur serji u sistematiċi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19.1, il-punti (a), (b), (c), (d) u​(e);

Emenda  15

 

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc) ma jkunx iffirma u lanqas irratifika l-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI fi żmien ħames snin mill-applikazzjoni tal-preferenzi;

Emenda  16

 

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt bd (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bd) ma jkunx adotta miżuri leġiżlattivi u amministrattivi domestiċi li manifestament għandhom il-għan li jdgħajfu l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta skont id-dritt tal-Unjoni, u b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, ir-Regolament (UE) 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b u r-Regolament tal-Kunsill (KE) 2368/20021c;

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli (ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1).

 

1b Ir-Regolament (UE) 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).

 

1c Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2368/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 li jimplimenta l-iskema ta' ċertifikazzjoni tal-Kimberley Process fil-kummerċ internazzjonali ta' djamanti mhux maħduma (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 28).

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni u, fejn applikabbli, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jiżguraw li l-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġament standard imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jkunu rratifikaw il-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI fi żmien ħames snin mill-applikazzjoni tal-preferenzi;

Emenda  18

 

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi lill-pajjiżi benefiċjarji jadottaw miżuri f'konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, bħall-adozzjoni ta' Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali u f'konformità mal-impenn tagħhom jiżguraw ir-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI. Għandu jkun possibbli li jiġu ffinanzjati programmi ta' assistenza fl-ambitu tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda  19

 

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ikun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VI (il-"konvenzjonijiet rilevanti"), u l-Kummissjoni ma tkunx identifikat, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, b'mod partikolari l-aktar konklużjonijiet disponibbli riċenti tal-korpi ta' monitoraġġ skont dawn il-konvenzjonijiet, ksur serju biex timplimenta b'mod effettiv kwalunkwe waħda minn dawn il-konvenzjonijiet;

(b) ikun irratifika u beda jimplimenta l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VI (il-"konvenzjonijiet rilevanti"), u l-Kummissjoni ma tkunx identifikat, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, b'mod partikolari l-konklużjonijiet disponibbli l-aktar reċenti tal-korpi ta' monitoraġġ skont dawn il-konvenzjonijiet kif ukoll l-informazzjoni mressqa mill-Korp Konsultattiv jew l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, ksur serju biex timplimenta b'mod effettiv kwalunkwe waħda minn dawn il-konvenzjonijiet;

Emenda  20

 

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jidħol f'impenn vinkolanti li jżomm ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, akkumpanjat minn pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti;

(d) jidħol f'impenn vinkolanti li jirratifika u jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti permezz ta' pjan ta' azzjoni ambizzjuż u pubbliku marbut biż-żmien li jkun fih miżuri li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti, li jistabbilixxi pjan direzzjonali b'punti ta' riferiment u skadenzi ċari, u li għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Il-pajjiż benefiċjarju u l-Kummissjoni għandhom jilħqu fehim komuni dwar il-pjan ta' azzjoni, li minn hemm 'il quddiem għandu jsir pubbliku. Il-pjan ta' azzjoni għandu jservi bħala bażi għar-rapport imsemmi fl-Artikolu 14;

Emenda  21

 

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) ma jkunx adotta miżuri leġiżlattivi u amministrattivi domestiċi li manifestament għandhom l-għan li jdgħajfu l-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta skont id-dritt tal-Unjoni, u b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2017/821, (UE) 995/2010 u (KE) 2368/2002 u jkun adotta Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-implimentazzjoni fil-qasam tan-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, f'konformità mal-Gwida dwar il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

Emenda  22

 

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) ir-riżultati ta' valutazzjoni ex ante tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent imwettqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3a (ġdid) ma jurux riskju konsiderevoli ta' impatt negattiv fuq id-drittijiet tal-bniedem jew fuq l-ambjent fil-pajjiż benefiċjarju, jew il-miżuri proposti għall-prevenzjoni u l-indirizzar ta' tali impatt huma suffiċjenti u jkunu ġew aċċettati mill-gvern tal-pajjiż benefiċjarju;

Emenda  23

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-Kummissjoni tqis, abbażi ta' eżami tat-talba, li l-pajjiż benefiċjarju jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9.

(b) il-Kummissjoni tqis, abbażi ta' eżami tat-talba, inkluż, iżda mhux biss, il-pjan ta' azzjoni kif indikat fil-paragrafu 1(d) tal-Artikolu 9, kif ukoll abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem imsemmija fil-paragrafu a (ġdid) tal-Artikolu 3, li l-pajjiż rikjedenti jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9.

Emenda  24

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu jissottometti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni bil-miktub. It-talba għandha tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u għandha tinkludi l-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f).

2. Il-pajjiż li jagħmel it-talba għandu jissottometti t-talba tiegħu lill-Kummissjoni bil-miktub. It-talba għandha tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet rilevanti u għandha tinkludi l-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), inkluż pjan ta' azzjoni finalizzat.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Wara li teżamina t-talba, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I sabiex pajjiż rikjedenti jingħata l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba billi dak il-pajjiż jiġi inkluż fil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+.

4. Waqt li tkun qed teżamina t-talba, il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif ukoll lill-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 13a (ġdid). Wara li teżamina t-talba, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I sabiex pajjiż rikjedenti jingħata l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba billi dak il-pajjiż jiġi inkluż fil-lista ta' pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-dazji ad valorem tat-Tariffa Doganali Komuni fuq il-prodotti kollha elenkati fl-Anness III u fl-Anness VII li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ għandhom jiġu sospiżi.

1. Id-dazji ad valorem tat-Tariffa Doganali Komuni fuq il-prodotti kollha elenkati fl-Anness III u fl-Anness VII li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ għandhom jiġu sospiżi skont il-kalendarju tas-sospensjoni tat-tariffi msemmi fl-Artikolu 9(2).

Emenda  27

 

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mid-data tal-għoti tal-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba, il-Kummissjoni, fir-rigward ta' kull wieħed mill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+, għandha tkompli tirrieżamina u tagħmel monitoraġġ tal-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, kif ukoll il-kooperazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ mal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti. B'hekk, il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti.

1. Mid-data tal-għoti tal-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba, il-Kummissjoni, fir-rigward ta' kull wieħed mill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+, għandha tkompli tirrieżamina u tagħmel monitoraġġ tal-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, kif ukoll il-kooperazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ mal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti. B'hekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress imwettaq mill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom, kif ukoll teżamina l-informazzjoni rilevanti kollha, inklużi l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, kif ukoll informazzjoni debitament sostanzjata ppreżentata minn ċittadini individwali, atturi tas-settur privat, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, rappreżentanti tat-trade unions u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. L-informazzjoni tista' tiġi ppreżentata wkoll permezz tal-Punt ta' Dħul Uniku, li għandu jkun aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati kemm mill-Unjoni kif ukoll mill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+. Il-Kummissjoni, inkluż permezz tas-SEAE u d-delegazzjonijiet, għandha żżomm kuntatti regolari mas-soċjetà ċivili lokali u internazzjonali biex tivvaluta l-implimentazzjoni mill-pajjiżi benefiċjarji tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI. Qed jiġi stabbilit ċiklu ta' 3 snin għar-rieżami, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni (minn hawn 'il quddiem iċ-ċiklu ta' monitoraġġ). Matul il-perjodu tal-applikazzjoni u ċ-ċiklu ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tistaqsi wkoll dwar il-fehmiet tal-Parlament Ewropew espressi mill-kumitati kompetenti tagħha u permezz tar-riżoluzzjonijiet rilevanti adottati matul il-plenarji.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 13 − paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ għandu jikkoopera mal-Kummissjoni u jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tivvaluta r-rispett tiegħu għall-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f) u s-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Artikolu 9, il-punti (b) u (c).

2. Pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ għandu jikkoopera mal-Kummissjoni u jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tivvaluta r-rispett tiegħu għall-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), inkluża l-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu, (e) u (f) u s-sitwazzjoni tiegħu fir-rigward tal-Artikolu 9, il-punti (b) u (c).

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a Il-Kummissjoni, fejn applikabbli b'mod konġunt mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandha twettaq mill-inqas missjoni waħda ta' monitoraġġ ta' livell għoli għal kull ċiklu ta' monitoraġġ fil-pajjiżi benefiċjarji sabiex tivvaluta l-progress fuq il-post, inkluż f'konformità mal-pjanijiet ta' azzjoni. Fil-qafas tal-missjoni, il-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi benefiċjarji għandhom jiġu kkonsultati kif xieraq.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Fil-bidu ta' kull ċiklu ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tibgħat lista ta' kwistjonijiet lill-pajjiżi benefiċjarji kollha tas-SĠP+ u tiddeskrivi kwistjonijiet ta' implimentazzjoni li jeħtieġ li jiġu indirizzati matul iċ-ċiklu. Il-listi ta' kwistjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 13 - paragrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Il-pjanijiet ta' azzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar azzjonijiet ta' implimentazzjoni prijoritarji għandhom jitqiesu fl-ipprogrammar tal-finanzjament għall-iżvilupp tal-UE sabiex jiġu appoġġati l-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ biex jilħqu l-impenji tagħhom.

Emenda  32

 

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Korp Konsultattiv

 

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita fir-rieżami, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9(d), (e) u (f) minn korp konsultattiv magħmul minn rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-korp konsultattiv fir-rigward tal-pjanijiet ta' azzjoni sottomessi mill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ fid-dawl tal-applikazzjoni tagħhom għall-iskema SĠP+; għal dak il-għan, il-parteċipazzjoni fil-korp konsultattiv għandha tiġi estiża għall-partijiet ikkonċernati fil-pajjiżi benefiċjarji. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta wkoll mal-korp konsultattiv u tirrapporta lill-korp konsultattiv meta tivvaluta l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni matul kull ċiklu ta' monitoraġġ u b'mod aktar ġenerali matul iċ-ċiklu kollu b'mod regolari kif meħtieġ, inkluż qabel u wara l-missjonijiet ta' monitoraġġ.

 

3. Il-korp konsultattiv għandu jimmonitorja wkoll miżuri possibbli mil-leġiżlazzjoni ta' pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ li jimminaw ir-rekwiżiti ta' diliġenza dovuta skont id-dritt tal-Unjoni, u b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2017/821, (UE) 995/2010 u (KE) 2368/2002.

Emenda  33

 

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-1 ta' Jannar 2027, u kull tliet snin wara dik id-data,il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-istatus ta' ratifika tal-konvenzjonijiet relevanti, il-konformità tal-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ ma' kull obbligu ta' rapportar skont dawk il-konvenzjonijiet u dwar l-istatus tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

1. Sal-1 ta' Jannar 2027, u kull sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-istatus ta' ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-konformità tal-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ ma' kull obbligu ta' rapportar skont dawk il-konvenzjonijiet u dwar l-istatus tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom, li jkun jinkludi tabelli ta' punteġġ li qegħdin jiġu vvalutati mal-pajjiżi benefiċjarji u li jkunu bbażati wkoll iżda mhux limitati biss għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u, fejn xieraq, tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, dwar jekk kull pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu li jkun konformi ma' obbligi ta' rapportar, li jikkoopera ma' korpi ta' monitoraġġ rilevanti f'konformità mal-konvenzjonijiet rilevanti u li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom;

(b) il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u, fejn xieraq, tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, dwar jekk kull pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu li jkun konformi ma' obbligi ta' rapportar, li jikkoopera ma' korpi ta' monitoraġġ rilevanti f'konformità mal-konvenzjonijiet rilevanti u li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, inkluż permezz ta' valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu, u

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) kopja tat-tabella ta' punteġġ li l-Kummissjoni evalwat mal-pajjiż benefiċjarju

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport jista' jinkludi kwalunkwe informazzjoni minn kwalunkwe sors li l-Kummissjoni tqis xierqa.

Ir-rapport jista' jinkludi kwalunkwe informazzjoni minn kwalunkwe sors li l-Kummissjoni tqis xierqa, inkluż mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mis-sħab soċjali.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħhom rigward l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-Kummissjoni u, fejn xieraq, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jivvalutaw il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, kif ukoll, mingħajr preġudizzju għal sorsi oħrajn, informazzjoni ppreżentata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill kif ukoll partijiet terzi, inklużi gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili, u sħab soċjali.

3. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħhom rigward l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-Kummissjoni u, fejn xieraq, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jivvalutaw il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti. Hija għandha wkoll titlob l-opinjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u għandha tivvaluta, mingħajr preġudizzju għal sorsi oħrajn, informazzjoni ppreżentata minn partijiet terzi, inkluż ilmenti ppreżentati permezz tal-Punt ta' Dħul Uniku, bħall-gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili, u sħab soċjali.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba għandu jkun irtirat temporanjament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+, meta dak il-pajjiż ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), jew il-pajjiż benefiċjarju tas-SPĠ+ ikun ifformula riżerva li hija pprojbita minn xi waħda mill-konvenzjonijiet rilevanti jew li hija inkompatibbli mal-objettiv u l-fini ta' dik il-konvenzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 9, il-punt (c).

1. L-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba għandu jkun irtirat temporanjament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+, meta dak il-pajjiż ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), inkluż fil-każ li jiġu identifikati nuqqasijiet kbar fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni jew f'każ ta' nuqqas sistemiku tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 9 punt (d), jew il-pajjiż benefiċjarju tas-SPĠ+ ikun ifformula riżerva li hija pprojbita minn xi waħda mill-konvenzjonijiet rilevanti jew li hija inkompatibbli mal-objettiv u l-fini ta' dik il-konvenzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 9, il-punt (c).

Emenda  39

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta, abbażi tal-konklużjonijiet tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 14 jew abbażi tal-evidenza disponibbli, inkluża l-evidenza ppreżentata permezz ta' lment, il-Kummissjoni jkollha dubju raġonevoli li pajjiż benefiċjarju partikolari tas-SĠP+ ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), jew ikun ifformula riżerva li hija pprojbita minn xi waħda mill-konvenzjonijiet rilevanti jew li hija inkompatibbli mal-objettiv u l-fini ta' dik il-konvenzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 9, il-punt (c), hija għandha, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

3. Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew meta, abbażi tal-konklużjonijiet tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 14 jew abbażi tal-evidenza disponibbli, inkluża l-evidenza ppreżentata mill-Parlament Ewropew permezz tal-kumitati kompetenti tiegħu u permezz tar-riżoluzzjonijiet rilevanti adottati matul il-plenarji u ta' evidenza ppreżentata permezz ta' lment, il-Kummissjoni jkollha dubju raġonevoli li pajjiż benefiċjarju partikolari tas-SĠP+ ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), inkluż fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tiegħu jew ikun ifformula riżerva li hija pprojbita minn xi waħda mill-konvenzjonijiet rilevanti jew li hija inkompatibbli mal-objettiv u l-fini ta' dik il-konvenzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 9, il-punt (c), hija għandha, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ ikkonċernat kull opportunità li jikkoopera matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b).

5. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ ikkonċernat kull opportunità li jikkoopera u jimpenja ruħu bil-ħsieb li jindirizza l-ksur tal-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmi fil-paragrafu 3 matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, punt (b).

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha tara li tikseb l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa inklużi, inter alia, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħha l-Kummissjoni għandha tevalwa l-informazzjoni kollha rilevanti.

6. Il-Kummissjoni għandha tara li tikseb l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa inklużi, inter alia, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħha l-Kummissjoni għandha tevalwa l-informazzjoni kollha rilevanti, inkluż mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Fejn il-Kummissjoni tqis li s-sejbiet ma jiġġustifikawx irtirar temporanju, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex ittemm il-proċedura ta' rtirar temporanju skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jkun ibbażat, inter alia, fuq l-evidenza riċevuta.

8. Fejn il-Kummissjoni tqis, abbażi tal-elementi msemmija fil-paragrafi 5 u 6, li rtirar temporanju mhuwiex iġġustifikat, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni sabiex ittemm il-proċedura ta' rtirar temporanju skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jkun ibbażat, inter alia, fuq l-evidenza riċevuta.

Emenda  43

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Meta l-Kummissjoni tqis li s-sejbiet jiġġustifikaw irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I u l-Anness II sabiex tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b). Fl-adozzjoni tal-att delegat, fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tqis l-effett soċjoekonomiku tal-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji fil-pajjiż benefiċjarju.

9. Meta l-Kummissjoni tqis li s-sejbiet jiġġustifikaw irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I u l-Anness II sabiex tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba msemmija fl-Artikolu 1(2), punt (b). Il-Kummissjoni għandha tiddikjara b'mod ċar u pubblikament ir-raġunijiet għall-irtirar tal-preferenzi u tistabbilixxi punti referenzjarji ċari li l-pajjiż benefiċjarju għandu jilħaq biex jerġgħu jiddaħħlu l-preferenzi; tali parametri referenzjarji jistgħu jiggwidaw ukoll approċċ f'fażijiet, inkluż l-irtirar progressiv jew id-dħul mill-ġdid ta' parti mill-benefiċċji skont parametri referenzjarji u kundizzjonijiet ċari.

Emenda  44

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 10a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. Matul l-applikazzjoni ta' rtirar temporanju, il-Kummissjoni għandha tkompli d-djalogu mal-pajjiż benefiċjarju, inkluż fil-qafas imsemmi fl-Artikolu 18a, bil-għan li jiġu rrimedjati r-raġunijiet għall-irtirar imsemmija fil-paragrafu 3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod regolari l-effetti tal-irtirar fuq ir-rimedju tal-ksur, inklużi fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 14, kif ukoll fuq id-drittijiet tal-bniedem u s-sitwazzjoni soċjoekonomika tal-popolazzjoni kkonċernata. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta b'mod regolari mal-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 13a matul il-proċedura kollha.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni u, fejn applikabbli, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jiżguraw li l-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġament speċjali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jagħmlu progress kontinwu u sostnut lejn ir-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI.

 

Il-programmazzjoni tal-finanzi għall-iżvilupp tal-UE għandha tipprijoritizza l-appoġġ lill-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġament speċjali msemmi fil-paragrafu 1 bil-għan li jsir progress lejn ir-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Kapitolu V – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjonijiet ta' rtirar temporanju komuni għall-arranġamenti kollha

Impenn imsaħħaħ u dispożizzjonijiet ta' rtirar temporanju komuni għall-arranġamenti kollha

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a (ġdid)

 

Fil-qafas ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni, Sħubija jew Assoċjazzjoni li l-Unjoni kkonkludiet ma' pajjiż benefiċjarju, kull sena għandu jitwettaq rieżami ġenerali tal-istatus tal-pajjiż fil-qafas tal-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2), u f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni, u fejn rilevanti s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u l-pajjiż benefiċjarju għandhom jirrieżaminaw il-kwistjonijiet li jappartjenu għall-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(1), inkluż fir-rigward ta' kwalunkwe lment li tirċievi l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, fejn rilevanti s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u l-pajjiż benefiċjarju għandhom jirrieżaminaw ukoll l-istatus tar-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), punt (c) u l-progress magħmul lejn ir-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI kif imsemmi fl-Artikolu 17(1a).

Emenda  48

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2) jistgħu jkunu rtirati temporanjament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, għal kull waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

1. L-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2) jistgħu jkunu rtirati temporanjament, kompletament jew parzjalment, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti jew ta' ċerti setturi, li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, għal kull waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

Emenda  49

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) il-pajjiż benefiċjarju jonqos milli juri implimentazzjoni effettiva tal-pjan ta' azzjoni;

Emenda  50

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) meta l-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi fuq ilment jew fuq inizjattiva proprja, tqis li jista' jkun hemm raġunijiet suffiċjenti li jiġġustifikaw l-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont kwalunkwe arranġament preferenzjali msemmi fl-Artikolu 1(2) abbażi tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 19a) jew b), il-Kummissjoni tista', qabel ma tippubblika l-avviż imsemmi fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 19, issaħħaħ l-involviment tagħha mal-pajjiż sieħeb u tinnegozja pjan ta' azzjoni ddedikat u marbut biż-żmien biex tirrimedja l-ksur, inkluż permezz ta' kooperazzjoni sħiħa mal-mekkaniżmi ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tax-xogħol tan-NU;

Emenda  51

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirtira arranġament preferenzjali lil pajjiż benefiċjarju f'settur ekonomiku partikolari, b'applikazzjoni tal-Artikolu 19 (a u b), il-Kummissjoni tista' tippubblika lista ta' kumpaniji, importaturi u fornituri lokali tal-UE, li xorta jistgħu jibbenefikaw minn preferenzi. Din il-lista għandha tiġi stabbilita abbażi tal-evidenza pprovduta mill-kumpaniji, li huma implimentaw bis-sħiħ l-obbligi tagħhom ta' diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem u li għandhom katina tal-provvista ħielsa mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

Emenda  52

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) nuqqasijiet serji fil-kontrolli doganali dwar l-esportazzjoni jew it-tranżitu ta' drogi (sustanzi jew prekursuri illeċiti), jew relatati mal-obbligu ta' riammissjoni tal-persuni nazzjonali proprji tal-pajjiż benefiċjarju jew nuqqas serju ta' konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali kontra t-terroriżmu jew kontra l-ħasil tal-flus;

(c) nuqqasijiet serji fil-kontrolli doganali dwar l-esportazzjoni jew it-tranżitu ta' drogi (sustanzi jew prekursuri illeċiti), jew nuqqas serju ta' konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali kontra t-terroriżmu jew kontra l-ħasil tal-flus;

Emenda  53

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt (a), il-Kummissjoni se tqis b'mod partikolari jekk il-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, il-mekkaniżmi tat-trattati u ta' sorveljanza wrewx ksur potenzjalment serju u sistematiku tal-prinċipji tal-konvenzjonijiet rilevanti, abbażi ta' indikaturi bħal:

 

- l-istabbiliment ta' kummissjoni ta' inkjesta, missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni, rapporteurs speċjali tal-pajjiżi, jew mekkaniżmi oħra ta' monitoraġġ mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem jew mill-Assemblea Ġenerali tan-NU;

 

- is-sejbiet mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Proċeduri Speċjali tan-NU jew esperti oħra indipendenti tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem;

 

- ir-rapporti tal-Kumitat tal-ILO dwar l-Applikazzjoni tal-Istandards;

 

- id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet minn qrati internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

 

- ir-rapporti mill-Korp Konsultattiv u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż benefiċjarju meta b'mod partikolari s-serjetà tal-ksur tal-prinċipji tal-konvenzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Anness VI tirrikjedi hekk, abbażi ta' valutazzjonijiet, kummenti, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet disponibbli tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, jew abbażi ta' tħassib issostanzjat b'mod dovut espress mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, u s-soċjetà ċivili inklużi t-trade unions, jew bħala azzjoni fuq ilment.

 

Mid-data tan-notifika u matul sena waħda, il-pajjiż benefiċjarju u l-Kummissjoni għandhom jidħlu f'impenn imsaħħaħ, fejn il-pajjiż benefiċjarju jimpenja ruħu li jadotta pjanijiet direzzjonali marbuta biż-żmien li jipprevedu azzjonijiet konkreti u soluzzjonijiet sostenibbli għall-ksur sistematiku serju identifikat.

 

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta b'mod regolari mal-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 13a matul il-proċess ta' involviment imsaħħaħ.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Jekk jitqies meħtieġ, l-impenn imsaħħaħ jista' jittawwal sa massimu ta' sena oħra. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' pajjiżi li magħhom l-impenn imsaħħaħ ikun ittawwal aktar minn sena u għandha taġġorna regolarment il-lista kif meħtieġ. Il-pjanijiet direzzjonali msemmija fil-paragrafu 2a għandhom isiru pubbliċi.

Emenda  56

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-Kummissjoni, li taġixxi fuq ilment jew fuq inizjattiva tagħha stess, tqis li jkun hemm raġunijiet suffiċjenti li jiġġustifikaw irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont kwalunkwe arranġament preferenzjali msemmi fl-Artikolu 1(2) abbażi tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għal irtirar temporanju f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni.

3. Fuq talba tal-Parlament Ewropew jew meta l-Kummissjoni, taġixxi fuq ilment jew fuq inizjattiva tagħha stess, tqis li jista' jkun hemm raġunijiet suffiċjenti li jiġġustifikaw irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont kwalunkwe arranġament preferenzjali msemmi fl-Artikolu 1(2) minħabba li l-pajjiż benefiċjarju jonqos milli jikseb riżultati fil-qafas tal-impenn imsaħħaħ, jew abbażi tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għal irtirar temporanju f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni.

Emenda  57

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-ilmenti riċevuti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-ilmentatur, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta tqis li l-ilment ma jipprovdix biżżejjed evidenza fir-rigward tal-indikaturi msemmija f'dan l-artikolu.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jiddikjara li l-Kummissjoni se tagħmel monitoraġġ tas-sitwazzjoni fil-pajjiż benefiċjarju kkonċernat u tevalwaha matul il-perjodu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.

(b) jiddikjara li l-Kummissjoni se tkompli tfittex id-djalogu fil-qafas tal-impenn imsaħħaħ u tagħmel monitoraġġ tas-sitwazzjoni fil-pajjiż benefiċjarju kkonċernat u tevalwaha matul il-perjodu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat kull opportunità li jikkoopera matul il-perjodu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni ta' sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż.

5. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat kull opportunità li jibda jimpenja ruħu u jikkoopera magħha fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta' monitoraġġ u evalwazzjoni ta' sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha tara li tikseb l-informazzjoni kollha li hija tqis meħtieġa, inter alia, il-valutazzjonijiet, il-kummenti, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet disponibbli tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, u l-informazzjoni rilevanti minn sorsi oħra, inkluża l-evidenza ppreżentata permezz ta' lment jew ipprovduta minn partijiet terzi, kif xieraq. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħha l-Kummissjoni għandha tevalwa l-informazzjoni kollha rilevanti.

6. Il-Kummissjoni għandha tara li tikseb l-informazzjoni kollha li hija tqis meħtieġa, inter alia, il-valutazzjonijiet, il-kummenti, id-deċiżjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet disponibbli tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, u l-informazzjoni rilevanti minn sorsi oħra, inkluża l-evidenza ppreżentata permezz ta' lment jew ipprovduta minn partijiet terzi, kif xieraq. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħha l-Kummissjoni għandha tevalwa l-informazzjoni kollha rilevanti u tqis il-progress li jkun sar mill-pajjiż fit-twettiq tal-pjan direzzjonali tiegħu fil-qafas tal-impenn imsaħħaħ kif imsemmi fil-paragrafu 2a.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fi żmien tliet xhur mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat. Il-pajjiż benefiċjarju jkollu d-dritt jissottometti l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport. Il-perjodu għal kummenti m'għandux jaqbeż xahar.

7. Fi żmien tliet xhur mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 5, u wara konsultazzjoni mal-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 13a, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħha lill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat. Il-pajjiż benefiċjarju jkollu d-dritt jissottometti l-kummenti tiegħu dwar ir-rapport. Il-perjodu għal kummenti m'għandux jaqbeż xahar.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Fejn il-Kummissjoni tqis li s-sejbiet ma jiġġustifikawx irtirar temporanju, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), dwar it-tmiem tal-proċedura ta' rtirar temporanju.

9. Fejn il-Kummissjoni tqis, abbażi tal-elementi msemmija fil-paragrafu 6, li rtirar temporanju mhuwiex iġġustifikat, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni, skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), dwar it-tmiem tal-proċedura ta' rtirar temporanju.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Meta l-Kummissjoni tqis li s-sejbiet jiġġustifikaw irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I u l-Anness II sabiex tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2). Fl-adozzjoni tal-att delegat, fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tqis l-effett soċjoekonomiku tal-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji fil-pajjiż benefiċjarju.

10. Meta l-Kummissjoni tqis li s-sejbiet jiġġustifikaw irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I u l-Anness II sabiex tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2).

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12a. Matul l-applikazzjoni ta' rtirar temporanju, il-Kummissjoni għandha tkompli d-djalogu mal-pajjiż benefiċjarju, inkluż fil-qafas imsemmi fl-Artikolu 18a, bil-għan li jiġu rrimedjati r-raġunijiet għall-irtirar imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b'mod regolari l-effetti tal-irtirar fuq ir-rimedju tal-ksur, u għandha tikkonsulta mal-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 13a.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16. Meta l-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-irtirar temporanju għar-raġuni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (a) u l-gravità eċċezzjonali tal-ksur titlob rispons rapidu fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi fil-pajjiż benefiċjarju, hija għandha tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju f'konformità mal-paragrafi minn (3) sa (15). Madankollu, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b) jitnaqqas għal xahrejn u l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8 titnaqqas għal ħames xhur.

16. Meta l-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-irtirar temporanju għar-raġuni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (a) u l-gravità eċċezzjonali tal-ksur titlob rispons rapidu fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi fil-pajjiż benefiċjarju, hija għandha tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju f'konformità mal-paragrafi minn (3) sa (15). Madankollu, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b) jitnaqqas għal xahar wieħed u l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8 titnaqqas għal tliet xhur.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta' Jannar 2027 u kull tliet snin minn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-effetti tal-iskema li jkun ikopri l-perjodu l-aktar reċenti ta' tliet snin u l-arranġamenti preferenzjali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2).

Sal-1 ta' Jannar 2027 u kull sentejn minn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-effetti tal-iskema li jkun ikopri l-perjodu l-aktar reċenti ta' sentejn u l-arranġamenti preferenzjali kollha msemmija fl-Artikolu 1(2).

Emenda  67

 

Proposta għal regolament

Anness VI – paragrafu 1 – ringiela 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (1998)

Emenda  68

 

Proposta għal regolament

Anness VI – paragrafu 1 – ringiela 1b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Ewwel Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (1966)

Emenda  69

 

Proposta għal regolament

Anness VI – paragrafu 1 – ringiela 1c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Konvenzjoni tal-ILO dwar il-Popli Indiġeni u Tribali (1989)


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-applikazzjoni ta’ skema ġeneralizzata ta’ preferenzi tariffarji u t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Referenzi

COM(2021)0579 – C9-0364/2021 – 2021/0297(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

4.10.2021

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

4.10.2021

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

20.1.2022

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Maria Arena

11.11.2021

Eżami fil-kumitat

10.12.2021

 

 

 

Data tal-adozzjoni

2.2.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

60

14

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alviina Alametsä, Alexander Alexandrov Yordanov, François Alfonsi, Maria Arena, Petras Auštrevičius, Traian Băsescu, Nicolas Bay, Malin Björk, Anna Bonfrisco, Reinhard Bütikofer, Fabio Massimo Castaldo, Susanna Ceccardi, Włodzimierz Cimoszewicz, Katalin Cseh, Tanja Fajon, Anna Fotyga, Michael Gahler, Sunčana Glavak, Raphaël Glucksmann, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Sandra Kalniete, Peter Kofod, Dietmar Köster, Andrius Kubilius, Ilhan Kyuchyuk, David Lega, Miriam Lexmann, Nathalie Loiseau, Antonio López-Istúriz White, Claudiu Manda, Lukas Mandl, Thierry Mariani, Pedro Marques, David McAllister, Vangelis Meimarakis, Jörg Meuthen, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Gheorghe-Vlad Nistor, Urmas Paet, Demetris Papadakis, Kostas Papadakis, Tonino Picula, Manu Pineda, Giuliano Pisapia, Thijs Reuten, María Soraya Rodríguez Ramos, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Jacek Saryusz-Wolski, Andreas Schieder, Radosław Sikorski, Jordi Solé, Sergei Stanishev, Tineke Strik, Dominik Tarczyński, Hermann Tertsch, Dragoş Tudorache, Harald Vilimsky, Idoia Villanueva Ruiz, Viola Von Cramon-Taubadel, Thomas Waitz, Witold Jan Waszczykowski, Charlie Weimers, Salima Yenbou, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karsten Lucke, Marisa Matias, Paulo Rangel, Peter van Dalen, Mick Wallace, Javier Zarzalejos

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Samira Rafaela

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

60

+

NI

Fabio Massimo Castaldo

PPE

Alexander Alexandrov Yordanov, Traian Băsescu, Peter van Dalen, Michael Gahler, Sunčana Glavak, Sandra Kalniete, Andrius Kubilius, David Lega, Miriam Lexmann, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Lukas Mandl, Vangelis Meimarakis, Francisco José Millán Mon, Gheorghe-Vlad Nistor, Paulo Rangel, Radosław Sikorski, Javier Zarzalejos, Željana Zovko

Renew

Petras Auštrevičius, Katalin Cseh, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Ilhan Kyuchyuk, Nathalie Loiseau, Javier Nart, Urmas Paet, Samira Rafaela, María Soraya Rodríguez Ramos, Dragoş Tudorache

S&D

Maria Arena, Włodzimierz Cimoszewicz, Tanja Fajon, Raphaël Glucksmann, Dietmar Köster, Karsten Lucke, Claudiu Manda, Pedro Marques, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Giuliano Pisapia, Thijs Reuten, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Andreas Schieder, Sergei Stanishev

The Left

Malin Björk, Marisa Matias, Manu Pineda, Idoia Villanueva Ruiz, Mick Wallace

Verts/ALE

Alviina Alametsä, François Alfonsi, Reinhard Bütikofer, Jordi Solé, Tineke Strik, Viola Von Cramon-Taubadel, Thomas Waitz, Salima Yenbou

 

14

-

ECR

Anna Fotyga, Jacek Saryusz-Wolski, Dominik Tarczyński, Hermann Tertsch, Witold Jan Waszczykowski, Charlie Weimers

ID

Nicolas Bay, Anna Bonfrisco, Susanna Ceccardi, Peter Kofod, Thierry Mariani, Jörg Meuthen, Harald Vilimsky

NI

Kostas Papadakis

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 


 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (8.3.2022)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2021)0579 – C9‑0364/2021 – 2021/0297(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Anna‑Michelle Asimakopoulou

 

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Ir-rapporteur tirrimarka li s-SĠP hija primarjament għodda ta' żvilupp, u li kwalunkwe proposta biex tiġi estiża l-Kondizzjonalità Pożittiva, attwalment applikata esklużivament għall-benefiċjarji tal-SĠP+ bħala parti mill-arranġamenti speċjali ta' inċentivi, tkun kontroproduċenti għal dan il-prinċipju fundamentali.

 

 

Pjanijiet ta' Azzjoni

 

Is-SĠP il-ġdida tipprevedi li l-benefiċjarji tal-SĠP+ jissottomettu Pjan ta' Azzjoni ta' akkumpanjament bħala parti mill-impenji vinkolanti tagħhom biex iżommu r-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

 

Il-Pjanijiet ta' Azzjoni jgħinu biex tiġi żgurata implimentazzjoni f'waqtha u effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti, proċess li jista' jiġi megħjun mill-kontribut ta' partijiet ikkonċernati terzi. Dan ikun possibbli biss jekk il-Pjanijiet ta' Azzjoni konklużi jkunu disponibbli pubblikament.

 

Għalhekk jinħtieġ li jiġi inkluż rekwiżit speċifiku għall-pubblikazzjoni ta' Pjanijiet ta' Azzjonijiet finalizzati. Dan jgħin l-infurzar tagħhom, u jista' jikkontribwixxi għall-għanijiet usa' ta' titjib tat-trasparenza rigward il-proċeduri ta' monitoraġġ u evalwazzjoni assoċjati mal-arranġamenti speċjali ta' inċentivi pprovduti lill-benefiċjarji tal-SĠP+.

 

 

Mekkaniżmu ta' Rispons Rapidu

 

Is-SĠP il-ġdida tipprevedi Mekkaniżmu ta' Rispons Rapidu li jista' jiġi attivat f'każijiet ta' ksur eċċezzjonalment gravi, li għalih rispons jitqies li jkun urġenti.

 

L-introduzzjoni ta' dan il-mekkaniżmu tieħu nota tal-fatt li l-irtirar preċedenti kollu tal-preferenzi taħt is-SĠP ħa sa sentejn biex jiġi konkluż.

 

Minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u l-livell ta' urġenza li fihom dan il-mekkaniżmu huwa maħsub li jintuża, il-perjodu ta' żmien attwali ta' seba' xhur mhuwiex rapidu biżżejjed u għalhekk għandu jkompli jitnaqqas.

 

 

 

 

 

 

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Mill-1971 'il hawn, il-Komunità tat preferenzi ta' kummerċ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw skont l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi ("SĠP") tagħha.

(1) Mill-1971 'il hawn, il-Komunità tat preferenzi ta' kummerċ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw skont l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi ("SĠP") tagħha, li tikkostitwixxi wieħed mill-istrumenti kummerċjali ewlenin tal-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Dawn l-objettivi għadhom rilevanti fil-kuntest globali attwali u huma konsistenti mal-analiżi u l-perspettiva tal-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni Rieżami tal-Politika Kummerċjali "Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva"16 ("TPR", Trade Policy Review). Skont it-TPR, l-Unjoni għandha "interess strateġiku li tappoġġa integrazzjoni msaħħa fl-ekonomija dinjija ta' pajjiżi vulnerabbli li qed jiżviluppaw" u "trid tuża bis-sħiħ is-saħħa pprovduta mill-ftuħ tagħha u l-attraenza tas-Suq Uniku tagħha" biex tappoġġa l-multilateraliżmu u tiżgura l-aderenza mal-valuri universali. Għas-SĠP speċifikament, it-TPR jinnota r-rwol importanti tagħha fil-"promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tax-xogħol" u jistabbilixxi l-objettiv għas-SĠP "li jkomplu jiżdiedu l-opportunitajiet tal-kummerċ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex inaqqsu l-faqar u joħolqu impjiegi bbażati fuq valuri u prinċipji internazzjonali". Barra minn hekk, jenħtieġ li l-iskema tassisti lill-benefiċjarji fl-irkupru mill-impatt tal-COVID-19 u fil-bini mill-ġdid tal-ekonomiji tagħhom b'mod sostenibbli, inkluż fir-rigward tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, ambjentali u ta' governanza tajba Jenħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza bejn is-SĠP u l-objettivi tagħha u l-assistenza pprovduta lill-pajjiżi benefiċjarji, f'konformità mal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD, Policy Coherence for Development) tal-Unjoni, li tikkostitwixxi pilastru ewlieni tal-isforzi tal-Unjoni biex jittejjeb l-impatt pożittiv u tiżdied l-effettività tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp17.

(6) Dawn l-objettivi għadhom rilevanti fil-kuntest globali attwali u huma konsistenti mal-analiżi u l-perspettiva tal-Komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni Rieżami tal-Politika Kummerċjali "Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva"16 ("TPR", Trade Policy Review). Skont it-TPR, l-Unjoni għandha "interess strateġiku li tappoġġa integrazzjoni msaħħa fl-ekonomija dinjija ta' pajjiżi vulnerabbli li qed jiżviluppaw" u "trid tuża bis-sħiħ is-saħħa pprovduta mill-ftuħ tagħha u l-attraenza tas-Suq Uniku tagħha" biex tappoġġa l-multilateraliżmu u tiżgura l-aderenza mal-valuri universali. Għas-SĠP speċifikament, it-TPR jinnota r-rwol importanti tagħha fil-"promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tax-xogħol" u jistabbilixxi l-objettiv għas-SĠP "li jkomplu jiżdiedu l-opportunitajiet tal-kummerċ għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex inaqqsu l-faqar u joħolqu impjiegi bbażati fuq valuri u prinċipji internazzjonali". Barra minn hekk, jenħtieġ li l-iskema tassisti lill-benefiċjarji fl-irkupru mill-impatt tal-COVID-19, fit-tisħiħ tal-kapaċità ta' bini tagħhom u fil-bini mill-ġdid tal-ekonomiji tagħhom b'mod sostenibbli, inkluż fir-rigward tal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, ambjentali u ta' governanza tajba Jenħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza bejn is-SĠP u l-objettivi tagħha u l-assistenza pprovduta lill-pajjiżi benefiċjarji, f'konformità mal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD, Policy Coherence for Development) tal-Unjoni, li tikkostitwixxi pilastru ewlieni tal-isforzi tal-Unjoni biex jittejjeb l-impatt pożittiv u tiżdied l-effettività tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp17. Il-progress kontinwu u sostnut lejn ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin jenħtieġ li jiġi mmonitorjat mill-qrib, u l-ipprogrammar tal-finanzjament għall-iżvilupp tal-Unjoni jenħtieġ li jitfassal biex iqis kif xieraq dak l-objettiv. Tali appoġġ jenħtieġ, bħala prijorità, li jingħata lill-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċjali, minħabba l-vulnerabbiltà ekonomika tagħhom. Barra minn hekk, l-NDICI-Ewropa Globali jenħtieġ li jassisti lill-pajjiżi li jibbenefikaw mill-iskema SĠP biex jgħollu l-istandards tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali f'konformità mal-obbligi minquxa fil-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.

_________________

_________________

16 COM(2021) 66 final, it-18 ta' Frar 2021

16 COM(2021) 66 final, it-18 ta' Frar 2021

17 L-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE rigward il-PCD jgħid: "L-Unjoni għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw".

17 L-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE rigward il-PCD jgħid: "L-Unjoni għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw".

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Jenħtieġ li l-arranġament tas-SĠP standard jingħata lil dawk il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw li jikkondividu ħtieġa ta' żvilupp komuni u jinsabu fi stadju simili ta' żvilupp ekonomiku. Ma hemm l-ebda definizzjoni ta' "pajjiż li qed jiżviluppa" fil-livell tad-WTO, u huwa f'idejn il-pajjiżi li jagħtu l-preferenzi li jiddeterminaw il-lista tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma eliġibbli għas-SĠP. Jenħtieġ li l-pajjiżi li rnexxielhom ilestu t-tranżizzjoni tagħhom minn ekonomiji ċentralizzati għal dawk tas-suq, u li llum huma ekonomiji b'saħħithom b'pożizzjoni b'saħħitha fil-kummerċ internazzjonali, bħaċ-Ċina, Hong Kong, il-Macao u r-Russja, ma jitqisux bħala pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-kuntest tas-SĠP u, għaldaqstant, jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta' pajjiżi eliġibbli. Pajjiżi li huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi ta' dħul għoli jew medju superjuri għandhom livelli ta' dħul per capita li jippermettulhom jiksbu livelli ogħla ta' diversifikazzjoni mingħajr preferenzi tariffarji tal-iskema. Dawn jinsabu fi stadju differenti tal-iżvilupp ekonomiku u, għaldaqstant, ma għandhomx l-istess ħtiġijiet ta' żvilupp, ta' kummerċ u ta' finanzjament bħall-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi dħul baxx jew li huma aktar vulnerabbli. Sabiex tkun evitata diskriminazzjoni mhux ġustifikata, jeħtiġilhom ikunu ttrattati b'mod differenti; għaldaqstant, ma jibbenefikawx mill-arranġament tas-SĠP standard. Barra minn hekk, l-użu tal-preferenzi tariffarji pprovduti bl-iskema minn pajjiżi bi dħul għoli jew medju superjuri jżid il-pressjoni kompetittiva fuq esportazzjonijiet minn pajjiżi ifqar, aktar vulnerabbli u, għaldaqstant, jista' jimponi piż mhux ġustifikabbli fuq dawk il-pajjiżi aktar vulnerabbli li qed jiżviluppaw. Jenħtieġ li l-arranġament tas-SĠP standard iqis il-fatt li l-ħtiġijiet tal-iżvilupp, tal-kummerċ u tal-finanzjament huma soġġetti għal tibdil, u jiżgura li l-arranġament jibqa' miftuħ jekk is-sitwazzjoni ta' pajjiż tinbidel.

(9) Jenħtieġ li l-arranġament tas-SĠP standard jingħata lil dawk il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw li jikkondividu ħtieġa ta' żvilupp komuni u jinsabu fi stadju simili ta' żvilupp ekonomiku u li impenjaw ruħhom li jiffirmaw u jirratifikaw il-konvenzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Anness VI.  Il-pajjiżi jenħtieġ li jkollhom perjodu tranżitorju ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dik id-deċiżjoni biex jikkonformaw mar-ratifiki. Ma hemm l-ebda definizzjoni ta' "pajjiż li qed jiżviluppa" fil-livell tad-WTO, u huwa f'idejn il-pajjiżi li jagħtu l-preferenzi li jiddeterminaw il-lista tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li huma eliġibbli għas-SĠP. Jenħtieġ li l-pajjiżi li rnexxielhom ilestu t-tranżizzjoni tagħhom minn ekonomiji ċentralizzati għal dawk tas-suq, u li llum huma ekonomiji b'saħħithom b'pożizzjoni b'saħħitha fil-kummerċ internazzjonali, bħaċ-Ċina, Hong Kong, il-Macao u r-Russja, ma jitqisux bħala pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-kuntest tas-SĠP u, għaldaqstant, jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta' pajjiżi eliġibbli. Pajjiżi li huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi ta' dħul għoli jew medju superjuri għandhom livelli ta' dħul per capita li jippermettulhom jiksbu livelli ogħla ta' diversifikazzjoni mingħajr preferenzi tariffarji tal-iskema. Dawn jinsabu fi stadju differenti tal-iżvilupp ekonomiku u, għaldaqstant, ma għandhomx l-istess ħtiġijiet ta' żvilupp, ta' kummerċ u ta' finanzjament bħall-pajjiżi li qed jiżviluppaw bi dħul baxx jew li huma aktar vulnerabbli. Sabiex tkun evitata diskriminazzjoni mhux ġustifikata, jeħtiġilhom ikunu ttrattati b'mod differenti; għaldaqstant, ma jibbenefikawx mill-arranġament tas-SĠP standard. Barra minn hekk, l-użu tal-preferenzi tariffarji pprovduti bl-iskema minn pajjiżi bi dħul għoli jew medju superjuri jżid il-pressjoni kompetittiva fuq esportazzjonijiet minn pajjiżi ifqar, aktar vulnerabbli u, għaldaqstant, jista' jimponi piż mhux ġustifikabbli fuq dawk il-pajjiżi aktar vulnerabbli li qed jiżviluppaw. Jenħtieġ li l-arranġament tas-SĠP standard iqis il-fatt li l-ħtiġijiet tal-iżvilupp, tal-kummerċ u tal-finanzjament huma soġġetti għal tibdil, u jiżgura li l-arranġament jibqa' miftuħ jekk is-sitwazzjoni ta' pajjiż tinbidel.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SĠP+) huwa bbażat fuq il-kunċett integrali ta' żvilupp sostenibbli, kif rikonoxxut minn konvenzjonijiet u strumenti internazzjonali bħad-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1986 dwar id-Dritt għall-Iżvilupp, id-Dikjarazzjoni ta' Rio tal-1992 dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organisation) tal-1998 dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tal-2000, id-Dikjarazzjoni ta' Johannesburg tal-2002 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, id-Dikjarazzjoni taċ-Ċentenarju tal-ILO għall-Futur tax-Xogħol tal-2019, id-Dokument ta' Eżitu tas-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2015 "Transforming Our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development", il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima. Konsegwentement, jenħtieġ li l-preferenzi tariffarji addizzjonali previsti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jingħataw lil dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li, minħabba nuqqas ta' diversifikazzjoni, huma ekonomikament vulnerabbli, u rratifikaw konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-klima u l-ħarsien tal-ambjent, u l-governanza tajba, u jimpenjaw ruħhom li jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tagħhom. Jenħtieġ li l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jgħin lil dawk il-pajjiżi biex jassumu r-responsabbiltajiet addizzjonali li jirriżultaw mir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva ta' dawn il-konvenzjonijiet. Jenħtieġ li l-lista ta' konvenzjonijiet rilevanti għas-SPĠ tiġi aġġornata biex tirrifletti aħjar l-evoluzzjoni tal-istrumenti u l-istandards internazzjonali fundamentali u tieħu approċċ proattiv għall-iżvilupp sostenibbli f'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 203018. F'dan ir-rigward, jiżdiedu l-konvenzjonijiet li ġejjin: il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima (2015) – li jissostitwixxi l-Protokoll ta' Kjoto; il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (CRPD, Convention on the Rights of Persons with Disabilities); il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati (OP-CRC-AC, Optional Protocol to the Convention on the Rights of the Child on the Involvement of Children in Armed Conflict); il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 81 dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol; il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 144 dwar il-Konsultazzjoni Tripartitika; u l-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali.

(11) L-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SĠP+) huwa bbażat fuq il-kunċett integrali ta' żvilupp sostenibbli, kif rikonoxxut minn konvenzjonijiet u strumenti internazzjonali bħad-Dikjarazzjoni tan-NU tal-1986 dwar id-Dritt għall-Iżvilupp, id-Dikjarazzjoni ta' Rio tal-1992 dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp, id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO, International Labour Organisation) tal-1998 dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, id-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-NU tal-2000, id-Dikjarazzjoni ta' Johannesburg tal-2002 dwar l-Iżvilupp Sostenibbli, id-Dikjarazzjoni taċ-Ċentenarju tal-ILO għall-Futur tax-Xogħol tal-2019, id-Dokument ta' Eżitu tas-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli tal-2015 "Transforming Our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development", il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima. Konsegwentement, jenħtieġ li l-preferenzi tariffarji addizzjonali previsti fl-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jingħataw lil dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li, minħabba nuqqas ta' diversifikazzjoni, huma ekonomikament vulnerabbli, u rratifikaw u bdew jimplimentaw il-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-klima u l-ħarsien tal-ambjent, u l-governanza tajba, u jimpenjaw ruħhom li jsegwu l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, anki permezz ta' pjan ta' azzjoni pubbliku, ambizzjuż u marbut biż-żmien, adottat f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba jgħin lil dawk il-pajjiżi biex jassumu r-responsabbiltajiet addizzjonali li jirriżultaw mir-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva ta' dawn il-konvenzjonijiet. Jenħtieġ li l-lista ta' konvenzjonijiet rilevanti għas-SPĠ tiġi aġġornata biex tirrifletti aħjar l-evoluzzjoni tal-istrumenti u l-istandards internazzjonali fundamentali u tieħu approċċ proattiv għall-iżvilupp sostenibbli f'konformità mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Aġenda 203018. F'dan ir-rigward, jiżdiedu l-konvenzjonijiet li ġejjin: il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima (2015) – li jissostitwixxi l-Protokoll ta' Kjoto; il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (CRPD, Convention on the Rights of Persons with Disabilities); il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar l-Involviment tat-Tfal f'Kunflitti Armati (OP-CRC-AC, Optional Protocol to the Convention on the Rights of the Child on the Involvement of Children in Armed Conflict); il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 81 dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol; il-Konvenzjoni tal-ILO Nru 144 dwar il-Konsultazzjoni Tripartitika; il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali; l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; Linji Gwida Volontarji għall-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti (VGGT) u d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP) u l-prinċipji tagħha dwar il-Kunsens Ħieles minn Qabel u Infurmat.

_________________

_________________

18 In-Nazzjonijiet Uniti (2015). Ir-Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta' Settembru 2015, Transforming our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development (A/RES/70/1), li tinsab hawn: https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld

18 In-Nazzjonijiet Uniti (2015). Ir-Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta' Settembru 2015, Transforming our World: the 2030 Agenda for Sustainable Development (A/RES/70/1), li tinsab hawn: https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) L-applikazzjoni tal-arranġament speċjali ta' inċentivi jenħtieġ li tinkludi pjan ta' azzjoni pubbliku li jagħti dettalji ta' lista ta' miżuri orjentata lejn il-prijoritajiet li jridu jittieħdu u li huma kkunsidrati meħtieġa biex jiġu implimentati b'mod effettiv il-konvenzjonijiet internazzjonali. Dak il-pjan ta' azzjoni jenħtieġ li jinkludi wkoll skadenzi u jidentifika l-korpi rilevanti tal-pajjiż benefiċjarju responsabbli għall-implimentazzjoni tiegħu. Il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-proċess ta' monitoraġġ u n-nuqqas ta' implimentazzjoni effettiva tal-pjan ta' azzjoni jenħtieġ li jitqies fil-valutazzjoni tal-irtirar temporanju fl-ambitu tal-iskema;

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra jenħtieġ li jiġu kkonsultati f'kull stadju taċ-ċiklu ta' monitoraġġ, u jenħtieġ li l-informazzjoni li jissottomettu titqies kif xieraq. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jitwaqqaf korp konsultattiv magħmul mir-rappreżentanti ta' tali organizzazzjonijiet u partijiet ikkonċernati, biex jassisti lill-Kummissjoni fir-rieżami, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-progress magħmul mill-pajjiżi benefiċjarji.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni u, meta applikabbli, l-irtirar ta' preferenzi tariffarji, ir-rapporti mill-korpi ta' monitoraġġ rilevanti huma essenzjali. Madankollu, dawn ir-rapporti jistgħu jiġu ssupplimentati b'informazzjoni oħra disponibbli għall-Kummissjoni, inkluża informazzjoni miksuba taħt programmi ta' assistenza bilaterali jew multilaterali, u permezz ta' sorsi oħra ta' informazzjoni, dment li jkunu preċiżi u affidabbli. Dawn jistgħu jinkludu informazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, gvernijiet, organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili, is-sħab soċjali, jew tilwim riċevut permezz tas-SEP dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti. Nuqqasijiet identifikati matul il-proċess ta' monitoraġġ jista' jinforma l-ipprogrammar futur tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Kummissjoni b'mod aktar immirat.

(17) Għall-finijiet tal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni u, meta applikabbli, l-irtirar ta' preferenzi tariffarji, ir-rapporti mill-korpi ta' monitoraġġ rilevanti huma essenzjali. Madankollu, dawn ir-rapporti jistgħu jiġu ssupplimentati b'informazzjoni oħra disponibbli għall-Kummissjoni, inkluża informazzjoni miksuba taħt programmi ta' assistenza bilaterali jew multilaterali, u permezz ta' sorsi oħra ta' informazzjoni, dment li jkunu preċiżi u affidabbli. Dawn jistgħu jinkludu informazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, gvernijiet, organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, is-sħab soċjali, jew ilmenti riċevuti permezz tas-SEP dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti. Nuqqasijiet identifikati matul il-proċess ta' monitoraġġ jista' jinforma l-ipprogrammar futur tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Kummissjoni b'mod aktar immirat.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) F'Lulju 2020, il-Kummissjoni ħatret lill-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ bl-irwol li jinforza r-regoli kummerċjali. F'din il-konnessjoni, f'Novembru 2020, il-Kummissjoni nediet mekkaniżmu ġdid tal-ilmenti, il-Punt ta' Dħul Uniku ("SEP", Single Entry Point), bħala parti miż-żieda fl-isforzi tagħha biex issaħħaħ l-infurzar u l-implimentazzjoni tal-impenji kummerċjali. Permezz tas-SEP, il-Kummissjoni tirċievi lmenti dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-politika kummerċjali, inkluż ksur tal-impenji tas-SĠP. Jenħtieġ li din is-sistema ġdida ta' lmenti tiġi integrata fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

(18) F'Lulju 2020, il-Kummissjoni ħatret lill-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ bl-irwol li jinforza r-regoli kummerċjali. F'din il-konnessjoni, f'Novembru 2020, il-Kummissjoni nediet mekkaniżmu ġdid tal-ilmenti, il-Punt ta' Dħul Uniku ("SEP", Single Entry Point), bħala parti miż-żieda fl-isforzi tagħha biex issaħħaħ l-infurzar u l-implimentazzjoni tal-impenji kummerċjali. Permezz tas-SEP, il-Kummissjoni tirċievi lmenti dwar diversi kwistjonijiet relatati mal-politika kummerċjali, inkluż ksur tal-impenji tas-SĠP. Jenħtieġ li din is-sistema ġdida ta' lmenti tiġi integrata fil-qafas ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li tkun aċċessibbli għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Sabiex jinkiseb bilanċ bejn il-ħtieġa li jkun hemm mira aħjar, koerenza u trasparenza akbar minn naħa waħda, u promozzjoni aħjar ta' żvilupp sostenibbli u governanza tajba permezz ta' skema ta' preferenza kummerċjali unilaterali min-naħa l-oħra, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' emendi tal-Annessi ta' dan ir-Regolament u ta' rtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji minħabba ksur serju u sistematiku tal-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet rilevanti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-klima u l-ħarsien tal-ambjent u l-governanza tajba u raġunijiet rilevanti oħra stabbiliti f'dan ir-Regolament, kif ukoll fir-rigward ta' regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-preferenzi tariffarji mogħtija skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba, it-tmexxija ta' rtirar temporanju u investigazzjonijiet ta' salvagwardja sabiex ikunu stabbiliti arranġamenti tekniċi uniformi u dettaljati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet21. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta'atti delegati. Sabiex ikun ipprovdut qafas stabbli għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta att f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tat-tħassir ta' deċiżjoni dwar irtirar temporanju taħt il-proċedura ta' urġenza qabel ma dik id-deċiżjoni li jiġu rtirati temporanjament il-preferenzi tariffarji tieħu effett, meta r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-irtirar temporanju ma jibqgħux japplikaw. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa wkoll li tadotta atti delegati biex tipposponi d-data ta' applikazzjoni ta' att li jimponi l-irtirar temporanju, jew biex timmodifika l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, għal raġunijiet relatati ma' emerġenza sanitarja globali jew ċirkostanzi eċċezzjonali oħra.

(29) Sabiex jinkiseb bilanċ bejn il-ħtieġa li jkun hemm mira aħjar, koerenza u trasparenza akbar minn naħa waħda, u promozzjoni aħjar ta' żvilupp sostenibbli u governanza tajba permezz ta' skema ta' preferenza kummerċjali unilaterali min-naħa l-oħra, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' emendi tal-Annessi ta' dan ir-Regolament u ta' rtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji minħabba ksur tal-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet rilevanti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-klima u l-ħarsien tal-ambjent u l-governanza tajba u raġunijiet rilevanti oħra stabbiliti f'dan ir-Regolament, kif ukoll fir-rigward ta' regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet għall-preferenzi tariffarji mogħtija skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba, it-tmexxija ta' rtirar temporanju u investigazzjonijiet ta' salvagwardja sabiex ikunu stabbiliti arranġamenti tekniċi uniformi u dettaljati. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet21. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta'atti delegati. Sabiex ikun ipprovdut qafas stabbli għall-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta att f'konformità mal-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tat-tħassir ta' deċiżjoni dwar irtirar temporanju taħt il-proċedura ta' urġenza qabel ma dik id-deċiżjoni li jiġu rtirati temporanjament il-preferenzi tariffarji tieħu effett, meta r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-irtirar temporanju ma jibqgħux japplikaw. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa wkoll li tadotta atti delegati biex tipposponi d-data ta' applikazzjoni ta' att li jimponi l-irtirar temporanju, jew biex timmodifika l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, għal raġunijiet relatati ma' emerġenza sanitarja globali jew ċirkostanzi eċċezzjonali oħra.

_________________

_________________

21 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

21 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) "pjan ta' azzjoni" tfisser lista, orjentata lejn il-prijoritajiet, ta' miżuri, inklużi miżuri leġiżlattivi, li għandhom jiġu adottati u ta' azzjonijiet li għandhom jittieħdu minn pajjiż benefiċjarju li huma kkunsidrati meħtieġa biex jiġu implimentati b'mod effettiv il-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin imsemmija fl-Anness VI;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) "involviment imsaħħaħ" tfisser djalogu li għandu l-għan li jiffaċilita u jinċentiva lill-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 1(2) biex jimplimentaw b'mod effettiv il-konvenzjonijiet;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10c) "lista ta' kwistjonijiet" tfisser lista ta' objettivi għall-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin rilevanti għall-arranġament SĠP +, kif identifikati mill-korpi ta' monitoraġġ u kwalunkwe informazzjoni ppreżentata minn partijiet terzi, inklużi s-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u t-trade unions;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) "ilment" tfisser ilment imressaq lill-Kummissjoni permezz tal-Punt Uniku ta' Kuntatt.

(12) "ilment" tfisser ilment imressaq lill-Kummissjoni permezz tal-Punt Uniku ta' Kuntatt minn partijiet terzi, inklużi partijiet ikkonċernati jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili stabbiliti fl-Unjoni jew fil-pajjiżi benefiċjarji koperti mill-iskemi msemmija fl-Artikolu 1(2), u relatat mal-kundizzjonijiet u r-raġunijiet imsemmija fl-Artikoli 9 u 19;

Ġustifikazzjoni

Ir-rikors tal-mekkaniżmu tal-ilmenti permezz tal-Punt Uniku ta' Kuntatt għandu jkun possibbli għall-partijiet ikkonċernati ta' pajjiżi terzi, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li bħalissa mhuwiex il-każ.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) ma jkunx hemm bażi suffiċjenti biex jitqies li jeżistu n-nuqqasijiet u l-ksur tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1), il-punti (a), (b), (c), (d) u​(e).

Ġustifikazzjoni

L-isfruttar tal-kundizzjonalitajiet marbuta mar-reġim standard tas-SĠP huwa meħtieġ biex jiġu promossi b'mod effettiv l-istandards soċjali u ambjentali permezz tal-kummerċ.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) ma jkunx iffirma u lanqas irratifika l-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI fi żmien ħames snin mill-applikazzjoni tal-preferenzi,

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-programmazzjoni tal-finanzjament għall-iżvilupp tal-Unjoni għandha tappoġġa lill-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġament standard imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u li għandhom l-għan li jirratifikaw u jimplimentaw il-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI.

Ġustifikazzjoni

It-tisħiħ tal-kundizzjonalità soċjali u ambjentali biex jittieħed vantaġġ mir-reġim kummerċjali preferenzjali għandu jiġi inkorporat fil-proġetti ta' assistenza teknika u finanzjarja fl-ambitu tal-istrument NDICI-Ewropa Globali.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta b'mod regolari lill-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 13a matul il-proċess ta' monitoraġġ.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ikun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VI (il-"konvenzjonijiet rilevanti"), u l-Kummissjoni ma tkunx identifikat, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, b'mod partikolari l-aktar konklużjonijiet disponibbli riċenti tal-korpi ta' monitoraġġ skont dawn il-konvenzjonijiet, ksur serju biex timplimenta b'mod effettiv kwalunkwe waħda minn dawn il-konvenzjonijiet;

(b) ikun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VI (il-"konvenzjonijiet rilevanti"), u l-Kummissjoni ma tkunx identifikat, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, b'mod partikolari l-aktar konklużjonijiet disponibbli riċenti tal-korpi ta' monitoraġġ skont dawn il-konvenzjonijiet, inkluża l-informazzjoni provduta minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u trade unions, nuqqasijiet fl-implimentazzjoni effettiva ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-konvenzjonijiet;

Ġustifikazzjoni

Il-proċess ta' monitoraġġ marbut mal-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjonijiet għandu jiġi sfruttat permezz ta' involviment aħjar tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u t-trade unions.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ikun irratifika l-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VI (il-"konvenzjonijiet rilevanti"), u l-Kummissjoni ma tkunx identifikat, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, b'mod partikolari l-aktar konklużjonijiet disponibbli riċenti tal-korpi ta' monitoraġġ skont dawn il-konvenzjonijiet, ksur serju biex timplimenta b'mod effettiv kwalunkwe waħda minn dawn il-konvenzjonijiet;

(b) ikun irratifika, u qed jimplimenta, il-konvenzjonijiet kollha elenkati fl-Anness VI (il-"konvenzjonijiet rilevanti"), u l-Kummissjoni ma tkunx identifikat, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, b'mod partikolari l-aktar konklużjonijiet disponibbli riċenti tal-korpi ta' monitoraġġ skont dawn il-konvenzjonijiet, nuqqas serju fl-implimentazzjoni effettiva kwalunkwe waħda minn dawn il-konvenzjonijiet;

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) adotta Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, f'konformità mal-Gwida dwar il-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jidħol f'impenn vinkolanti li jżomm ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, akkumpanjat minn pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti;

(d) jidħol f'impenn vinkolanti li jżomm ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u li jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, akkumpanjat minn pjan ta' azzjoni, għal kull objettiv elenkat, il-pjan ta' azzjoni flimkien ma' skeda ta' żmien u limiti massimi u għandu jidentifika l-istituzzjoni jew l-istruttura rilevanti responsabbli għall-implimentazzjoni u s-superviżjoni tagħha;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-punt (d) għandu jkun disponibbli għall-pubbliku wara li jkun intlaħaq qbil konġunt bejn l-Unjoni u l-benefiċjarju tal-SĠP;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Il-programmazzjoni tal-finanzjamenti għall-iżvilupp tal-Unjoni għandha tagħti prijorità lill-appoġġ favur il-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġament speċjali msemmi fl-Artikolu 9 bil-għan li jsiru r-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI.

Ġustifikazzjoni

It-tisħiħ tal-kundizzjonalità soċjali u ambjentali biex jittieħed vantaġġ mir-reġim kummerċjali preferenzjali għandu jiġi inkorporat fil-proġetti ta' assistenza teknika u finanzjarja fl-ambitu tal-istrument NDICI-Ewropa Globali. Fid-dawl tal-vulnerabbiltà u n-nuqqas ta' diversifikazzjoni ekonomika tagħhom, il-finanzjament għall-iżvilupp tal-UE għandu jagħti prijorità lill-appoġġ favur il-pajjiżi li jibbenefikaw minn arranġamenti speċjali.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pajjiż rikjedenti għandu jippreżenta t-talba tiegħu lill-Kummissjoni bil-miktub. It-talba għandha tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar ir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti u għandha tinkludi l-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f).

2. Il-pajjiż rikjedenti għandu jippreżenta t-talba tiegħu lill-Kummissjoni bil-miktub. It-talba għandha tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet rilevanti u għandha tinkludi l-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f).

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-pjanijiet ta' azzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar azzjonijiet ta' implimentazzjoni prijoritarji għandhom jitqiesu fil-programmazzjoni tal-finanzjament għall-iżvilupp tal-Unjoni sabiex jiġu appoġġati l-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ biex jilħqu l-impenji tagħhom.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Korp Konsultattiv

 

Il-Kummissjoni għandha tkun assistita fir-rieżami, fil-monitoraġġ u fil-valutazzjoni tal-impenji vinkolanti msemmija fl-Artikolu 9, punti (d), (e) u (f) minn korp konsultattiv magħmul minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati tal-Unjoni u tal-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ matul iċ-ċiklu ta' monitoraġġ.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi sfruttat il-proċess ta' monitoraġġġ, korp konsultattiv permanenti magħmul minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati tal-UE u tal-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ jenħtieġ li jassisti lill-Kummissjoni fir-rwol ta' monitoraġġ tagħha.

 

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-1 ta' Jannar 2027, u kull tliet snin wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-konformità tal-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ ma' kull obbligu ta' rapportar skont dawk il-konvenzjonijiet u dwar l-istat tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

1. Sal-1 ta' Jannar 2026, u kull sentejn wara dik id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-istat tar-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-konformità tal-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ ma' kull obbligu ta' rapportar skont dawk il-konvenzjonijiet u dwar l-istat tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport jista' jinkludi kwalunkwe informazzjoni minn kwalunkwe sors li l-Kummissjoni tqis xierqa.

Ir-rapport jista' jinkludi kwalunkwe informazzjoni minn kwalunkwe sors li l-Kummissjoni tqis xierqa, b'mod partikolari f'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħhom rigward l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-Kummissjoni u, fejn xieraq, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jivvalutaw il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, kif ukoll, mingħajr preġudizzju għal sorsi oħrajn, informazzjoni ppreżentata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill kif ukoll partijiet terzi, inklużi gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili, u sħab soċjali.

3. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħhom rigward l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet rilevanti, il-Kummissjoni u, fejn xieraq, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jivvalutaw il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, kif ukoll, mingħajr preġudizzju għal sorsi oħrajn, informazzjoni ppreżentata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill kif ukoll partijiet terzi, inklużi gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, organizzazzazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u sħab soċjali.

 

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta, abbażi tal-konklużjonijiet tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 14 jew abbażi tal-evidenza disponibbli, inkluża l-evidenza ppreżentata permezz ta' lment, il-Kummissjoni jkollha dubju raġonevoli li pajjiż benefiċjarju partikolari tas-SĠP+ ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), jew ikun ifformula riżerva li hija pprojbita minn xi waħda mill-konvenzjonijiet rilevanti jew li hija inkompatibbli mal-objettiv u l-fini ta' dik il-konvenzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 9, il-punt (c), hija għandha, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba. Il-Kummissjoni għandha informa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

3. Meta, abbażi tal-konklużjonijiet tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 14 jew abbażi tal-evidenza disponibbli, inkluża l-evidenza ppreżentata permezz ta' lment, il-Kummissjoni jkollha dubju raġonevoli li pajjiż benefiċjarju partikolari tas-SĠP+ ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 9, il-punti (d), (e) u (f), anki fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tagħha jew ikun ifformula riżerva li hija pprojbita minn xi waħda mill-konvenzjonijiet rilevanti jew li hija inkompatibbli mal-objettiv u l-fini ta' dik il-konvenzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 9, il-punt (c), hija għandha, f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2), tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan.

 

Fil-valutazzjoni tagħha dwar jekk il-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ ma jirrispettax l-impenji vinkolanti tiegħu msemmija fl-Artikolu 9(d), il-Kummissjoni se tqis b'mod partikolari jekk il-korpi ta' monitoraġġ, il-mekkaniżmi tat-trattati u l-mekkaniżmi superviżorji rilevanti wrewx, potenzjalment, nuqqas li jiġu implimentati b'mod effettiv il-konvenzjonijiet rilevanti tal-Anness VI, abbażi ta' ġabra ta' indikaturi identifikati biex jirrapportaw il-progress.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikou 15 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 13a dwar l-ilmenti riċevuti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-ilmentatur, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 13a meta tiddeċiedi li l-ilment ma jipprovdix biżżejjed evidenza fir-rigward tal-indikaturi msemmija f'dan l-Artikolu.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni għandha tara li tikseb l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa inklużi, inter alia, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni rilevanti kollha.

6. Il-Kummissjoni għandha tara li tikseb l-informazzjoni kollha li tqis meħtieġa inklużi, inter alia, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti. Fit-tfassil tal-konklużjonijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-informazzjoni rilevanti kollha, inkluż mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u mis-sħab soċjali.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Meta l-Kummissjoni tqis li s-sejbiet jiġġustifikaw irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I u l-Anness II sabiex tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b). Fl-adozzjoni tal-att delegat, fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tqis l-effett soċjoekonomiku tal-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji fil-pajjiż benefiċjarju.

9. Meta l-Kummissjoni tqis, abbażi tal-eżitu tal-kooperazzjoni u tal-impenn u tas-sejbiet imsemmijin fil-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu, u wara li tikkonsulta lill-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 13a, li l-irtirar temporanju huwa ġġustifikat għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I u l-Anness II sabiex tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament speċjali ta' inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b). Il-Kummissjoni għandha tiddikjara b'mod ċar u pubblikament ir-raġunijiet għall-irtirar tal-preferenzi u tistabbilixxi punti referenzjarji ċari li l-pajjiż benefiċjarju għandu jilħaq biex jerġgħu jiddaħħlu l-preferenzi. Fl-adozzjoni tal-att delegat, fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tqis l-effett soċjoekonomiku u fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji fil-pajjiż benefiċjarju, inkluż fir-rigward tal-impatti fuq l-impjiegi u l-emanċipazzjoni tan-nisa, u, konsegwentement, tikkunsidra rtirar parzjali, bil-ħsieb li tnaqqas sal-minimu l-impatt soċjoekonomiku negattiv fuq il-popolazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ filwaqt li żżid sal-massimu l-effett ta' lieva fuq il-gvern tiegħu.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 10a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. Matul l-applikazzjoni ta' rtirar temporanju, il-Kummissjoni għandha tkompli d-djalogu mal-pajjiż benefiċjarju, inkluż fil-qafas imsemmi fl-Artikolu 18a, bil-għan li jiġu rrimedjati r-raġunijiet għall-irtirar imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta perjodikament l-effetti tal-irtirar fuq ir-rimedju tal-ksur, inkluż fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 14. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta perjodikament lill-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 13a.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni u, meta applikabbli, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jaċċertaw li l-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġament speċjali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jirratifikaw il-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI u jippjanaw l-implimentazzjoni effettiva tagħhom.

 

Il-programmazzjoni tal-finanzjamenti għall-iżvilupp tal-Unjoni għandha tagħti prijorità lill-appoġġ favur il-pajjiżi li jibbenefikaw mill-arranġament speċjali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu bil-għan li jsiru r-ratifika u l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li tiġi inkorporata kundizzjonalità soċjali u ambjentali akbar biex tibbenefika mir-reġim kummerċjali preferenzjali fil-proġetti ta' assistenza teknika u finanzjarja fl-ambitu tal-istrument NDICI-Ewropa Globali. Fid-dawl tal-istatus tagħhom ta' pajjiż l-anqas żviluppat, il-finanzjamenti għall-iżvilupp tal-UE jenħtieġ li jagħtu prijorità lill-appoġġ favur il-pajjiżi li jibbenefikaw minn arranġamenti speċjali.

Emenda   36

Proposta għal regolament

Kapitolu V – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjonijiet ta' rtirar temporanju komuni għall-arranġamenti kollha

Impenn imsaħħaħ u dispożizzjonijiet ta' rtirar temporanju komuni għall-arranġamenti kollha

Emenda   37

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Fil-qafas ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni, Sħubija jew Assoċjazzjoni li l-Unjoni kkonkludiet ma' pajjiż benefiċjarju, kull sena għandu jitwettaq rieżami ġenerali tal-istatus tal-pajjiż fil-qafas tal-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2), u f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna meta jkun rilevanti, u l-pajjiż benefiċjarju għandhom jirrieżaminaw il-kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(1), inkluż fir-rigward ta' kwalunkwe lment li tirċievi l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna meta jkun rilevanti, u l-pajjiż benefiċjarju għandhom jirrieżaminaw ukoll l-istatus tar-ratifika tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(c) u l-progress li jkun sar fir-ratifika u fl-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI kif imsemmi fl-Artikolu 17(1a).

Ġustifikazzjoni

L-arranġamenti kummerċjali preferenzjali għandhom ikunu marbuta mal-implimentazzjoni effettiva tal-istandards soċjali, ambjentali u ta' governanza tajba stabbiliti fil-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI. Għal dan il-għan, mekkaniżmu ta' monitpraġġ formali għandu japplika għall-iskema SĠP kollha kemm hi.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2) jistgħu jkunu rtirati temporanjament, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw minn pajjiż benefiċjarju, għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

1. L-arranġamenti preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2) jistgħu jkunu rtirati temporanjament, kompletament jew parzjalment, fir-rigward tal-prodotti kollha jew ta' ċerti prodotti li joriġinaw f'pajjiż benefiċjarju, jew tas-setturi ekonomiċi kollha jew ta' xi wħud minnhom, għal kwalunkwe raġuni fost dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Meta dak li jkun iqis li l-irtirar tal-preferenzi kummerċjali jista' jkollu impatt negattiv fuq dawk l-aktar vulnerabbli, jenħtieġ li jitqiesu sanzjonijiet immirati, bi qbil mar-reġim ta' sanzjonijiet l-aktar estiż tal-UE li jimmira lejn individwi u entitajiet speċifiċi jew il-proċedura tal-karta s-safra.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ksur serju u sistematiku tal-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI;

(a) ksur tal-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI u nuqqas li tali prinċipji jiġu implimentati b'mod effettiv;

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li jiġu applikati standards uniformi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ambjent u tal-governanza tajba, u jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' parità bejn it-tliet reġimi SĠP, l-arranġamenti kummerċjali preferenzjali kollha għandhom ikunu marbuta mal-implimentazzjoni effettiva tal-istandards soċjali, ambjentali u ta' governanza tajba stabbiliti fil-konvenzjonijiet elenkati fl-Anness VI.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) nuqqasijiet serji fil-kontrolli doganali dwar l-esportazzjoni jew it-tranżitu ta' drogi (sustanzi jew prekursuri illeċiti), jew relatati mal-obbligu ta' riammissjoni tal-persuni nazzjonali proprji tal-pajjiż benefiċjarju jew nuqqas serju ta' konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali kontra t-terroriżmu jew kontra l-ħasil tal-flus;

(c) nuqqasijiet serji fil-kontrolli doganali dwar l-esportazzjoni jew it-tranżitu ta' drogi (sustanzi jew prekursuri illeċiti), jew nuqqas serju ta' konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali kontra t-terroriżmu jew kontra l-ħasil tal-flus;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt 1(a), il-Kummissjoni se tqis b'mod partikolari jekk il-korpi ta' monitoraġġ, il-mekkaniżmi tat-trattati u l-mekkaniżmi ta' sorveljanza rilevanti wrewx, potenzjalment, ksur tal-prinċipji tal-konvenzjonijiet rilevanti tal-Anness VI, abbażi ta' ġabra ta' indikaturi identifikati.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż benefiċjarju meta l-ksur tal-prinċipji tal-konvenzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Anness VI jirrikjedi, abbażi ta' valutazzjonijiet, osservazzjonijiet, deċiżjonijiet, rakkomandazzjonijiet u l-konklużjonijiet disponibbli tal-korpi ta' monitoraġġ rilevanti, jew abbażi ta' tħassib issostanzjat b'mod dovut espress mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill, mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi t-trade unions u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, jew bħala azzjoni rigward ilment.

 

Għal perjodu ta' sena mid-data tan-notifika, il-pajjiż benefiċjarju u l-Kummissjoni għandhom jidħu f'impenn imsaħħaħ, skont liema l-pajjiż jimpenja ruħu li jadotta pjanijiet direzzjonali marbutin biż-żmien li jipprevedu azzjonijiet konkreti u soluzzjonijiet sostenibbli għall-ksur kif identifikat. Ladarba adottat, il-pjan direzzjonali jenħtieġ li jsir pubbliku.

 

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta b'mod regolari lill-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 13a matul il-proċess tal-impenn imsaħħaħ.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta l-Kummissjoni, li taġixxi fuq ilment jew fuq inizjattiva tagħha stess, tqis li jkun hemm raġunijiet suffiċjenti li jiġġustifikaw irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont kwalunkwe arranġament preferenzjali msemmi fl-Artikolu 1(2) abbażi tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għal irtirar temporanju f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni.

3. Meta l-Kummissjoni, li taġixxi fuq ilment jew fuq inizjattiva tagħha stess, tqis li hemm raġunijiet suffiċjenti li jiġġustifikaw irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont kwalunkwe arranġament preferenzjali msemmi fl-Artikolu 1(2) minħabba li l-pajjiż benefiċjarju jonqos milli jikseb riżultati fil-qafas tal-impenn imsaħħaħ, jew abbażi tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għal irtirar temporanju f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta l-Kummissjoni, li taġixxi fuq ilment jew fuq inizjattiva tagħha stess, tqis li hemm raġunijiet suffiċjenti li jiġġustifikaw irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji pprovduti skont kwalunkwe arranġament preferenzjali msemmi fl-Artikolu 1(2) minħabba li l-pajjiż benefiċjarju jonqos milli jikseb riżultati fil-qafas tal-impenn imsaħħaħ, jew abbażi tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha tadotta att ta' implimentazzjoni biex tibda l-proċedura għal irtirar temporanju f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Meta l-Kummissjoni tqis li s-sejbiet jiġġustifikaw irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I u l-Anness II sabiex tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2). Fl-adozzjoni tal-att delegat, fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tqis l-effett soċjoekonomiku tal-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji fil-pajjiż benefiċjarju.

10. Meta l-Kummissjoni tqis li s-sejbiet jiġġustifikaw irtirar temporanju għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 36, biex temenda l-Anness I u l-Anness II sabiex tirtira temporanjament il-preferenzi tariffarji pprovduti taħt l-arranġament preferenzjali msemmija fl-Artikolu 1(2). Fl-adozzjoni tal-att delegat, fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tqis l-effett soċjoekonomiku, inkluż fir-rigward tal-impatti fuq l-impjiegi u l-emanċipazzjoni tan-nisa, tal-irtirar temporanju tal-preferenzi tariffarji fil-pajjiż benefiċjarju u, konsegwentement, tikkunsidra rtirar parzjali, bil-ħsieb li tnaqqas sal-minimu l-impatt soċjoekonomiku negattiv fuq il-popolazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju tas-SĠP+ filwaqt li żżid sal-massimu l-effett ta' lieva fuq il-gvern tiegħu.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12a. Matul l-applikazzjoni ta' rtirar temporanju, il-Kummissjoni għandha tkompli d-djalogu mal-pajjiż benefiċjarju, inkluż fil-qafas imsemmi fl-Artikolu 18a, bil-għan li jiġu rrimedjati r-raġunijiet għall-irtirar imsemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta perjodikament l-effetti tal-irtirar fuq ir-rimedju tal-ksur, u għandha tikkonsulta lill-korp konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 13a.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16. Meta l-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-irtirar temporanju għar-raġuni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (a) u l-gravità eċċezzjonali tal-ksur titlob rispons rapidu fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi fil-pajjiż benefiċjarju, hija għandha tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju f'konformità mal-paragrafi minn (3) sa (15). Madankollu, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b) jitnaqqas għal xahrejn u l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8 titnaqqas għal ħames xhur.

16. Meta l-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-irtirar temporanju għar-raġuni stabbilita fil-paragrafu 1, il-punt (a) u l-gravità eċċezzjonali tal-ksur titlob rispons rapidu fid-dawl taċ-ċirkustanzi speċifiċi fil-pajjiż benefiċjarju, hija għandha tibda l-proċedura għall-irtirar temporanju fl-ambitu tal-mekkaniżmu ta' rispons rapidu f'konformità mal-paragrafi minn (3) sa (15). Madankollu, il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, il-punt (b) jitnaqqas għal xahar u l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 8 titnaqqas għal tliet xhur.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikou 24 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għandha tinbeda investigazzjoni meta jitlobha Stat Membru, persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li jaġixxu f'isem il-produtturi tal-Unjoni, jew fuq inizjattiva proprja tal-Kummissjoni jekk il-Kummissjoni jidhrilha li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif ikun determinat abbażi ta' fatturi msemmija fl-Artikolu 23, biex tiġġustifika li tinbeda investigazzjoni bħal din. It-talba biex tinbeda investigazzjoni għandu jkollha evidenza li l-kundizzjonijiet biex tkun imposta l-miżura ta' salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 22(1) ikunu ssodisfati. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, kemm jista' jkun possibbli, għandha teżamina kemm l-evidenza pprovduta fit-talba tkun eżatta u adegwata biex tiddetermina jekk hemmx biżżejjed evidenza prima facie biex tiġġustifika li jingħata bidu għal investigazzjoni.

2. Għandha tinbeda investigazzjoni fuq talba ta' Stat Membru, tal-Parlament Ewropew, ta' persuna ġuridika jew ta' kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li jaġixxu f'isem il-produtturi tal-Unjoni, jew fuq inizjattiva proprja tal-Kummissjoni jekk il-Kummissjoni jidhrilha li jkun hemm biżżejjed evidenza prima facie, kif ikun determinat abbażi ta' fatturi msemmija fl-Artikolu 23, biex tiġġustifika li tinbeda investigazzjoni bħal din. It-talba biex tinbeda investigazzjoni għandu jkollha evidenza li l-kundizzjonijiet biex tkun imposta l-miżura ta' salvagwardja stabbilita fl-Artikolu 22(1) ikunu ssodisfati. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni, kemm jista' jkun possibbli, għandha teżamina kemm l-evidenza pprovduta fit-talba tkun eżatta u adegwata biex tiddetermina jekk hemmx biżżejjed evidenza prima facie biex tiġġustifika li jingħata bidu għal investigazzjoni.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Anness VI – subintestatura 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni u l-prinċipji tagħha dwar il-Kunsens Liberu, Minn Qabel u Infurmat (UNDRIP) (2007)

Emenda  50

Proposta għal regolament

Anness VI – paragrafu 1b (ġdid)

 

 

Emenda

 

L-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (1998)

Emenda  51

Proposta għal regolament

Anness VI – paragrafu 1c (ġdid)

 

 

Emenda

 

Il-VGGT - Linji Gwida Volontarji dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti (2012).

 

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-applikazzjoni ta' skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji u t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Referenzi

COM(2021)0579 – C9-0364/2021 – 2021/0297(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

4.10.2021

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

4.10.2021

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Anna-Michelle Asimakopoulou

22.9.2021

Data tal-adozzjoni

28.2.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

2

0

 


 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-applikazzjoni ta' skema ġeneralizzata ta' preferenzi tariffarji u t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Referenzi

COM(2021)0579 – C9-0364/2021 – 2021/0297(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

4.10.2021

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

4.10.2021

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Anna-Michelle Asimakopoulou

22.9.2021

Data tal-adozzjoni

28.2.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Barry Andrews, Eric Andrieu, Anna-Michelle Asimakopoulou, Hildegard Bentele, Dominique Bilde, Udo Bullmann, Catherine Chabaud, Antoni Comín i Oliveres, Ryszard Czarnecki, Gianna Gancia, Charles Goerens, Mónica Silvana González, Pierrette Herzberger-Fofana, György Hölvényi, Rasa Juknevičienė, Beata Kempa, Karsten Lucke, Pierfrancesco Majorino, Erik Marquardt, Janina Ochojska, Christian Sagartz, Tomas Tobé, Miguel Urbán Crespo, Bernhard Zimniok

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

María Soraya Rodríguez Ramos, Caroline Roose

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ECR

Ryszard Czarnecki,  Beata Kempa

ID

Gianna Gancia

NI

Antoni Comín i Oliveres,

PPE

Anna‑Michelle Asimakopoulou, Hildegard Bentele, György Hölvényi, Rasa Juknevičienė, Janina Ochojska, Christian Sagartz, Tomas Tobé

Renew

Barry Andrews, Catherine Chabaud, Charles Goerens, María Soraya Rodríguez Ramos

S&D

Eric Andrieu, Udo Bullmann, Mónica Silvana González, Karsten Lucke, Pierfrancesco Majorino

The Left

Miguel Urbán Crespo

Verts/ALE

Pierrette Herzberger‑Fofana, Erik Marquardt, Caroline Roose

 

2

-

ID

Dominique Bilde, Bernhard Zimniok

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-applikazzjoni ta’ skema ġeneralizzata ta’ preferenzi tariffarji u t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Referenzi

COM(2021)0579 – C9-0364/2021 – 2021/0297(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.9.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

4.10.2021

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

4.10.2021

DEVE

4.10.2021

 

 

Kumitati assoċjati

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

20.1.2022

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Heidi Hautala

3.12.2020

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.11.2021

25.1.2022

28.2.2022

 

Data tal-adozzjoni

3.5.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Barry Andrews, Anna-Michelle Asimakopoulou, Tiziana Beghin, Geert Bourgeois, Saskia Bricmont, Markus Buchheit, Udo Bullmann, Jordi Cañas, Daniel Caspary, Arnaud Danjean, Paolo De Castro, Emmanouil Fragkos, Raphaël Glucksmann, Markéta Gregorová, Roman Haider, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Danuta Maria Hübner, Herve Juvin, Bernd Lange, Margarida Marques, Gabriel Mato, Sara Matthieu, Emmanuel Maurel, Samira Rafaela, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Ernő Schaller-Baross, Helmut Scholz, Sven Simon, Dominik Tarczyński, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Campomenosi, Agnes Jongerius, Morten Løkkegaard

 


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-applikazzjoni ta’ skema ġeneralizzata ta’ preferenzi tariffarji u t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Referenzi

COM(2021)0579 – C9-0364/2021 – 2021/0297(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.9.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

4.10.2021

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

4.10.2021

DEVE

4.10.2021

 

 

Kumitati assoċjati

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

20.1.2022

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Heidi Hautala

3.12.2020

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.11.2021

25.1.2022

28.2.2022

 

Data tal-adozzjoni

3.5.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

8

Data tat-tressiq

17.5.2022

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ID

Markus Buchheit, Marco Campomenosi, Roman Haider, Herve Juvin

NI

Tiziana Beghin

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Arnaud Danjean, Danuta Maria Hübner, Gabriel Mato, Massimiliano Salini, Sven Simon, Iuliu Winkler, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Renew

Barry Andrews, Jordi Cañas, Morten Løkkegaard, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Udo Bullmann, Paolo De Castro, Raphaël Glucksmann, Agnes Jongerius, Bernd Lange, Margarida Marques, Inma Rodríguez-Piñero, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt

The Left

Emmanuel Maurel, Helmut Scholz

Verts/ALE

Saskia Bricmont, Markéta Gregorová, Heidi Hautala, Sara Matthieu

 

0

-

 

 

 

8

0

ECR

Geert Bourgeois, Emmanouil Fragkos, Dominik Tarczyński, Jan Zahradil

NI

Ernő Schaller-Baross

PPE

Christophe Hansen, Jörgen Warborn

Renew

Samira Rafaela

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Ġunju 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza