RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni
18.5.2022 - (COM(2021)0556 – C9‑0322/2021 – 2021/0197(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Jan Huitema
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni
(COM(2021)0556 – C9‑0322/2021 – 2021/0197(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0556),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0322/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mis-Senat Irlandiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Jannar 2022,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-27 ta' Jannar 2022,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0150/2022),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 ("il-Ftehim ta' Pariġi"). Il-Partijiet parteċipanti qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. |
(1) Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 ("il-Ftehim ta' Pariġi"). Il-Partijiet parteċipanti qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Bl-adozzjoni tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow f'Novembru 2021, il-Partijiet tiegħu rrikonoxxew li ż-żamma taż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjaw ruħhom li jsaħħu l-miri tagħhom għall-2030 sal-aħħar tal-2022 sabiex jaċċelleraw l-azzjoni klimatika f'dan id-deċennju kritiku u jnaqqsu d-distakk fl-ambizzjoni bil-mira ta' 1,5 °C. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew", adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta' Diċembru 201923. Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti ħorox ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni. |
(2) L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi huma fil-qalba tal-Komunikazzjoni dwar "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew", adottata mill-Kummissjoni fil-11 ta' Diċembru 201923. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Parlament Ewropew appella għat-tranżizzjoni meħtieġa għal soċjetà newtrali għall-klima sa mhux aktar tard mill-2050 u, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali, iddikjara emerġenza klimatika u ambjentali. Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti ħorox ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni. |
_________________ |
_________________ |
23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019)640 final tal-11 ta' Diċembru 2019. |
23 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019)640 final tal-11 ta' Diċembru 2019. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jikkombina sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi li jsaħħu lil xulxin immirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u għanja, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura. |
(3) L-UE għandha l-għan li, sal-2050, tistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li tiffoka fuq it-trasformazzjoni tal-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, b'industriji vibranti li jibqgħu mexxejja dinjija fis-segmenti rispettivi tagħhom u motivaturi tal-innovazzjoni globali, filwaqt li tiżgura impjiegi ta' kwalità b'remunerazzjoni għolja fl-Unjoni. Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. F'dak ir-rigward, it-tmien Programm ta' Azzjoni Ambjentali, li jibqa' jopera sal-2030, jistabbilixxi l-objettiv li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika għal ekonomija ċirkolari newtrali għall-klima, sostenibbli, mhux tossika, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ibbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, reżiljenti u kompetittiva b'mod ġust, ekwu u inklużiv, u li jiġi protett, restawrat u mtejjeb l-istat tal-ambjent, u jiġi appoġġat u użat bħala bażi s-sett ta' miżuri u inizjattivi mħabbar fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju, u l-individwi u l-unitajiet domestiċi b'introjtu baxx jew aktar baxx mill-medja. Barra minn hekk, it-tranżizzjoni se taffettwa r-reġjuni tal-Unjoni b'mod differenti, speċjalment ir-reġjuni strutturalment żvantaġġati, periferiċi u ultraperiferiċi. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Fir-Regolament (UE) [--] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, l-Unjoni naqqxet il-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050 fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. |
(5) Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, l-Unjoni stabbiliet il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet għal nett żero sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi wara dan fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mira klimatika intermedjarja domestika vinkolanti tal-Unjoni b'mill-inqas 55 % tnaqqis fl-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra (jiġifieri emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. |
_________________ |
_________________ |
24 Ir-Regolament (UE) […/…] ta' […] 2021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima), [ĠU L, …/… .]. |
24 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tat-30 ta' Ġunju 2021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq. |
(6) Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq. Is-settur tat-trasport huwa l-uniku settur fejn l-emissjonijiet ilhom jiżdiedu mill-1990. Dan jinkludi t-trasport bit-triq b'vetturi ħfief u tqal, li flimkien jammontaw għal aktar minn 70 % tal-emissjonijiet totali tat-trasport. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Huwa importanti li l-mobbiltà individwali tibqa' aċċessibbli u aċċessibbli ekonomikament għal kulħadd, b'mod speċjali għal dawk li jivvjaġġaw mingħajr aċċess għal trasport pubbliku ta' kwalità jew għal soluzzjonijiet oħra ta' mobbiltà. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 6b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6b) Waqt il-"UN Climate Change Conference 2021" (il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2021) fi Glasgow, ir-Renju Unit, magħrufa bħala l-COP26, ġie adottat impenn li jaċċellera t-tranżizzjoni globali għal vetturi b'emissjonijiet żero. Sar ukoll l-impenn li t-tranżizzjoni tkun ġusta u sostenibbli, sabiex l-ebda reġjun jew komunità ma jitħallew lura, u ġiet enfasizzata l-importanza li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta tal-forza tax-xogħol u l-ħolqien ta' xogħol deċenti u impjiegi ta' kwalità. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma meħtieġa bħala parti minn qafas koerenti u konsistenti li huwa indispensabbli biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra. |
(7) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma meħtieġa bħala parti minn qafas koerenti u konsistenti li huwa indispensabbli biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra, kif ukoll id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-fjuwils fossili importati, inklużi importazzjonijiet taż-żejt li kellhom valur ta' EUR 227,5 biljun fl-2018 biss, li għadu l-enerġija predominanti kkunsmata mill-karozzi u mill-vannijiet (94 %). Filwaqt li jitneħħa gradwalment il-konsum taż-żejt, huwa kruċjali li d-dipendenza ma tinbidilx b'oħra. Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fil-futur tal-industrija Ewropea tal-manifattura u tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, huwa essenzjali li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri u mal-partijiet industrijali kkonċernati biex tiżgura l-katina tal-provvista fil-materjali strateġiċi u l-materjali tal-art rari meħtieġa għal teknoloġiji b'livell żero u baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Filwaqt li r-rieżami ta' dan ir-Regolament jifforma parti mill-isforzi biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq sabiex jingħeleb it-tibdil fil-klima, jenħtieġ li jitqiesu wkoll il-konsegwenzi industrijali u soċjali sinifikanti ta' dak il-proċess biex jiġu żgurati impjiegi u mobbiltà aċċessibbli għal kulħadd. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ta' mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta' tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. Mingħajr azzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fit-trasport bit-triq, ikun meħtieġ tnaqqis akbar tal-emissjonijiet f'setturi oħra, inklużi setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni hija aktar ta' sfida. |
(8) Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ta' mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, u jiġi pprovdut perkors ċar lejn dik il-mira u jingħata kontribut għat-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet qabel l-2030, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta' tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. Biex dak l-objettiv jintlaħaq, se jkun meħtieġ li jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-settur tat-trasport b'madwar 90 % skont l-aktar xenarju kosteffiċjenti, filwaqt li, attwalment, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra qed jiżdiedu biss fis-settur tat-trasport. B'mod parallel, huwa ta' importanza kbira li l-atti leġiżlattivi komplementari tal-Unjoni, bħad-Direttiva (UE) 2018/200125a, tiżgura użu rapidu tal-enerġija rinnovabbli sabiex il-flotta tal-karozzi tal-Unjoni tkun imħaddma b'elettriku rinnovabbli addizzjonali. Mingħajr azzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fit-trasport bit-triq, ikun meħtieġ tnaqqis akbar tal-emissjonijiet f'setturi oħra, inklużi setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni hija aktar ta' sfida. It-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika jenħtieġ li jindirizzaw ukoll l-importanza tad-dimensjoni soċjali biex tiġi żgurata mobbiltà aċċessibbli għal kulħadd, inklużi l-impatt tat-tassazzjoni fuq l-enerġija fuq l-aċċessibbiltà ekonomika, l-effett dirett u indirett ta' prezzijiet ogħla tal-enerġija fuq it-trasport f'reġjuni differenti tal-Unjoni, kif ukoll il-konsegwenzi industrijali biex jiġu żgurati l-impjiegi u l-kompetittività tal-industrija. |
__________________ |
__________________ |
25 Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13). |
25 Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13). |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) Studji reċenti jissuġġerixxu li l-vetturi elettriċi bil-batterija diġà jikkompetu ma' karozzi konvenzjonali f'diversi segmenti tal-karozzi meta jitqies il-kost totali tas-sjieda. Żieda fl-istandards tas-CO2 għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief se taċċellera t-tnaqqis fil-kost totali tas-sjieda ta' vetturi elettriċi bil-batteriji, filwaqt li tagħmilhom aktar attraenti mill-vetturi mgħammra b'magni tal-kombustjoni għall-gruppi kollha tal-konsumaturi madwar l-Unjoni. Standards tas-CO2 aktar ambizzjużi għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief għall-perjodu mill-2025 sal-2030 se jaċċelleraw ukoll id-dekarbonizzazzjoni tas-suq tal-affarijiet użati fis-segmenti kollha tal-karozzi, b'benefiċċji akbar għall-konsumaturi b'introjtu baxx u medju. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet żero li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-arja u ta' ffrankar tal-enerġija, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tkun tista' tinżamm. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-UE wkoll trid tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. L-istandards imsaħħa ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 huma teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti huma u jibqgħu disponibbli fl-ilħuq tal-mira għall-flotta kollha ta' emissjonijiet żero. Fil-preżent, vetturi b'emissjoni żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi mgħammra b'ċellola tal-fjuwil u vetturi oħra li jaħdmu bl-idroġenu oħrajn, u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba, jistgħu jkomplu jkollhom rwol bil-mogħdija tat-transizzjoni. |
(9) Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet żero li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-arja, isaħħu s-sigurtà tal-enerġija u l-effiċjenza enerġetika, u l-iffrankar tal-enerġija assoċjat, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tkun tista' tinżamm. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-UE wkoll trid tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. L-istandards imsaħħa ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 huma teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti huma u jibqgħu disponibbli fl-ilħuq tal-mira għall-flotta kollha ta' emissjonijiet żero. Fil-preżent, vetturi b'emissjoni żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi mgħammra b'ċellola tal-fjuwil u vetturi oħrajn li jaħdmu bl-idroġenu, filwaqt li l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba, dment li tkun garantita data preċiża u kompleta dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet ta' dawn it-tipi ta' vetturi, jista' jkompli jkollhom rwol bil-mogħdija tat-tranżizzjoni. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) F'dak l-isfond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri msaħħa ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 kemm għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perjodu mill-2030 'il quddiem. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'livell li jagħti sinjal qawwi biex tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni u biex tiġi stimulata l-innovazzjoni f'teknoloġiji b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti. |
(10) F'dak l-isfond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri msaħħa ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 kemm għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perjodu mill-2025 'il quddiem. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'livell li jagħti sinjal qawwi biex tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni u biex tiġi stimulata l-innovazzjoni f'teknoloġiji b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti, filwaqt li jiġi sfruttat il-momentum rappreżentat mill-bejgħ rekord ta' vetturi b'emissjonijiet żero fl-2021. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) L-innovazzjoni teknoloġika hija prerekwiżit għad-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà fl-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li tiġi appoġġata. Fid-dawl taż-żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali, l-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jesploraw u jiżviluppaw inizjattivi li jippromwovu s-sinerġiji fis-settur, bħall-Alleanza Ewropea tal-Batteriji, u jappoġġaw l-investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-innovazzjoni tas-settur awtomobilistiku tal-Ewropa. Dan jenħtieġ li jkollu l-għan li jżomm il-pożizzjoni ta' tmexxija teknoloġika Ewropea f'dak is-settur, jiżviluppa l-eċċellenza industrijali fit-teknoloġiji tal-futur fl-Unjoni u jiżgura s-sostenibbiltà u l-kompetittività fit-tul tal-bażi industrijali tagħha. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 10b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10b) Ċerti Stati Membri ppreżentaw pjanijiet biex jaċċelleraw l-introduzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero billi jistabbilixxu data għall-eliminazzjoni gradwali għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda li jarmu s-CO2 u li jitqiegħdu fis-suq fit-territorji tagħhom qabel id-data stabbilita fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika għażliet sabiex tiffaċilita t-tranżizzjoni tal-Istati Membri favur vetturi ħfief b'emissjonijiet żero f'konformità ma' tali pjanijiet. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 10c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10c) Sinjali regolatorji ċari jenħtieġ li jippermettu lill-manifatturi jwettqu d-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom. In-nuqqas ta' dawk is-sinjali jista' joħloq riskju li l-industrija awtomobilistika fl-Unjoni titlef kemm il-kompetittività kif ukoll il-pożizzjoni ta' tmexxija teknoloġika billi ma tinvestix b'mod rapidu u titlef is-sehem tas-suq fis-swieq globali u domestiċi. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 10d (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10d) It-tisħiħ tad-djalogu soċjali fis-settur awtomobilistiku huwa kruċjali fil-proċess tan-negozjar u l-adozzjoni tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta u l-pjanijiet soċjali nazzjonali għall-klima fil-livell tal-manifatturi, dak reġjonali u dak settorjali. Huwa kruċjali li tiġi żgurata t-trasformazzjoni tal-forza tax-xogħol f'żona ġeografika partikolari u b'mod li jirrifletti l-possibbiltajiet tar-reġjun. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Il-miri fl-istandards ta' prestazzjoni riveduti tas-CO2 jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn strateġija Ewropea biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati miż-żieda fil-manifattura ta' vetturi b'emissjonijiet żero u teknoloġiji assoċjati, kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Fejn xieraq, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jitqies fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u strumenti oħrajn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija se jippermettu lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida. |
(11) Il-miri fl-istandards ta' prestazzjoni riveduti tas-CO2 jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn strateġija Ewropea biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati miż-żieda fil-manifattura ta' vetturi b'emissjonijiet żero u teknoloġiji assoċjati filwaqt li jiġu kkunsidrati l-ispeċifiċitajiet ta' kull Stat Membru, kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet filwaqt li jinżammu l-livelli tal-impjieg fis-settur awtomobilistiku fl-Unjoni. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt li din it-tranżizzjoni se jkollha fuq il-mikrointrapriżi u l-SMEs tul il-katina tal-provvista. Fejn xieraq, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jiġi allokat fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u strumenti oħrajn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, ikun meħtieġ ukoll fluss ta' finanzjament iddedikat fil-livell tal-Unjoni għat-tranżizzjoni fis-settur awtomobilistiku sabiex jindirizza b'mod partikolari kwalunkwe impatt negattiv fuq l-impjiegi. Ir-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija se jippermettu lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida26 aġġornata tipprevedi l-ħolqien konġunt ta' perkorsi ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku. Il-perkors jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-SMEs fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, il-konsultazzjoni mas-sħab soċjali inkluż mill-Istati Membri, u jenħtieġ li jibni wkoll fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b'inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali biex tingħata spinta lill-affordabbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors. Il-progress li sar f'dan il-perkors komprensiv ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sentejn bħala parti minn rapport tal-progress li jrid jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero, l-iżviluppi fil-prezzijiet tagħhom, l-użu ta' żvilupp tal-fjuwils alternattivi u l-introduzzjoni tal-infrastruttura kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-potenzjal ta' teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq mobbiltà b'newtralità klimatika, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tal-qasam awtomobilistiku, it-titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Ir-rapport ta' progress se jibni wkoll fuq ir-rapporti ta' progress ta' sentejn li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lis-sħab soċjali fit-tħejjija tar-rapport ta' progress, inkluż ir-riżultati fid-djalogu soċjali. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-karozzi qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-produzzjoni tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja, jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima affordabbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta' progress tagħha. |
(12) L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida26 aġġornata tipprevedi l-ħolqien konġunt ta' perkorsi ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku, bi trasparenza sħiħa u f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż billi jitqies l-istabbiliment ta' forum speċifiku għal djalogu soċjali fis-settur awtomobilistiku. Il-perkors jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-SMEs, inklużi l-mikrointrapriżi, fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, il-konsultazzjoni mas-sħab soċjali inkluż mill-Istati Membri, u jenħtieġ li jibni wkoll fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika u fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b'inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali biex tingħata spinta lill-aċċessibbiltà ekonomika u s-sostenibbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors. Ir-rwol li l-akkwist pubbliku jista' jkollu fil-perkors jenħtieġ li jiġi indirizzat ukoll, u f'dan ir-rigward il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra reviżjoni tad-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26a biex tiżgura l-allinjament tagħha mal-objettivi tar-Regolament 2019/631. Il-progress li sar f'dan il-perkors komprensiv ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sena bħala parti minn rapport tal-progress li jrid jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero, l-iżviluppi fil-prezzijiet tagħhom u l-konsum tal-enerġija tagħhom, l-impatti fuq il-konsumaturi, l-użu ta' żvilupp tal-fjuwils alternattivi u l-introduzzjoni tal-infrastruttura kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, żvilupp tas-sehem tal-enerġija rinnovabbli kif meħtieġ skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26b, il-potenzjal ta' teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq mobbiltà b'newtralità klimatika, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tal-qasam awtomobilistiku, it-titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet, speċjalment f'reġjuni b'perċentwal għoli ta' impjiegi relatati mal-katina tal-valur awtomobilistiku, u emissjonijiet marbuta mal-età tal-vetturi ħfief filwaqt li jitqiesu azzjonijiet bil-għan li jiġu eliminati gradwalment b'mod sinkroniku, soċjalment ġust u ambjentalment sod vetturi aktar antiki. Ir-rapport ta' progress se jibni wkoll fuq ir-rapporti ta' progress li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lis-sħab soċjali fit-tħejjija tar-rapport ta' progress, inkluż ir-riżultati fid-djalogu soċjali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta wkoll ma' firxa wiesgħa ta' esperti indipendenti, partijiet ikkonċernati u amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali sabiex tiżgura bażi ta' għarfien komprensiv. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-karozzi qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-produzzjoni tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja u karozzi li jaħdmu bl-idroġenu b'teknoloġija ta' sistema ta' ħażna ta' idroġenu abbord, jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima aċċessibbli ekonomikament. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta' progress tagħha. |
_________________ |
_________________ |
26 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa, COM(2021)350 final tal-5 ta' Mejju 2021 |
26 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa, COM(2021)350 final tal-5 ta' Mejju 2021 |
|
26a Id-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Direttiva 2009/33/KE dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 116). |
|
26b Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328 21.12.2018, p. 82). |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) Għalkemm dan ir-Regolament japplika biss għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, huwa importanti li jiġi inkluż fi pjan ta' azzjoni aktar komprensiv għall-Unjoni kollha għad-dekarbonizzazzjoni tal-flotta eżistenti sabiex jiġu protetti l-ambjent u s-saħħa taċ-ċittadini fl-Istati Membri kollha. Il-flotta attwali se tkompli tkun fattur li jikkontribwixxi għal prestazzjoni ambjentali fqira għal perjodu estiż minħabba l-pass kajman tat-tiġdid tal-flotta. Barra minn hekk, is-suq eżistenti ta' vetturi użati li jniġġsu fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant joħloq ir-riskju li t-tniġġis jiġi ttrasferit lejn reġjuni inqas żviluppati mil-lat ekonomiku fl-Unjoni. L-ilħuq tal-miri klimatiċi ambizzjużi fl-2050 jenħtieġ li jimxi id f'id mad-dritt taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni għal arja aktar nadifa. Biex jiġi aċċellerat it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-flotta eżistenti, huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien miżuri leġiżlattivi li jistabbilixxu qafas li huwa favorevoli għall-modifika retroattiva u jippromwovi l-użu ta' teknoloġiji attwalment disponibbli biex inaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2, bħal fjuwils b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju jew dawl li jikkonsma anqas enerġija, li jaċċelleraw il-bidla modali għall-merkanzija u l-passiġġieri, li jħeġġu drawwiet tat-trasport aktar ekoloġiċi, bħall-carpooling, il-mobbiltà mhux motorizzata u t-trasport pubbliku fil-bliet, u li jindirizzaw ir-riskju possibli ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tas-settur awtomobilistiku fl-Unjoni. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 12b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12b) Biex jiġi żgurat l-allinjament mal-mira klimatika l-ġdida tal-Unjoni għall-2030, kif ukoll mal-istandards imsaħħa tas-CO2, jenħtieġ li jsir aġġornament tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew, inkluża l-possibbiltà li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tagħha biex jinkludi vetturi b'sjieda ta' kumpanija privata, jew mikrija minnha, ta' ċertu daqs ta' flotta, bil-għan li tiġi promossa domanda dejjem tikber għal vetturi b'emissjonijiet żero. Meta wieħed iqis li l-vetturi minn flotot korporattivi jidħlu fis-suq privat aktar malajr, dan ikun jippermetti li jiġi stabbilit aktar malajr suq tal-karozzi użati għall-vetturi b'emissjonijiet żero, li jkun importanti b'mod speċjali għal reġjuni fejn it-tranżizzjoni tkun aktar diffiċli, kif ukoll jikkontribwixxi għal parità tal-prezzijiet aktar mgħaġġla ma' vetturi konvenzjonali madwar l-Unjoni. |
|
____________ |
|
1aId-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi (ĠU L 120 15.5.2009, p. 5). |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Dawk il-miri għall-flotta kollha tal-UE għandhom jiġu kkomplementati mill-implimentazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil kif stabbilit fid-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27. |
(13) Dawk il-miri għall-flotta kollha tal-UE jenħtieġ li jiġu kkomplementati mill-implimentazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil, li huwa kruċjali biex jintlaħqu l-miri msaħħa. Għal dik ir-raġuni, meta titqies l-implimentazzjoni dgħajfa u bil-mod tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, jenħtieġ li l-miri msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jkunu akkumpanjati minn Regolament ambizzjuż dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, li jipprevedi miri obbligatorji ambizzjużi għall-użu ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fis-27 Stat Membru. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu kkomplementati minn miri ambizzjużi għall-użu ta' punti tal-iċċarġjar privati fil-binjiet fid-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. 27a. F'dak il-kuntest, huwa vitali li l-investiment fl-użu meħtieġ tal-infrastruttura jkompli jsir u jiżdied. |
_________________ |
_________________ |
27 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1). |
27 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1). |
|
27a Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13). |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Filwaqt li hemm aktar minn biljun vettura tal-fjuwil fossili madwar id-dinja, responsabbli għal aktar minn 30 % tal-emissjonijiet globali tas-CO2, il-konverżjoni ta' vetturi termali għal dawk elettriċi hija soluzzjoni komplementari għall-offerta tal-manifatturi tradizzjonali, li tagħmilha possibbli li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika filwaqt li tiddependi fuq l-ekonomija ċirkolari; |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Il-manifatturi jenħtieġ li jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti, u għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-approċċ ta' tnaqqis tal-livelli fil-mira fi stadji ta' ħames snin. |
(14) Il-manifatturi jenħtieġ li jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti, li tappoġġa l-kompetittività tagħhom u twitti t-triq għal aktar innovazzjonijiet, filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi pprovduta trajettorja ċara għall-introduzzjoni ta' dawn il-vetturi, u jiġi żgurat il-kontribut tas-settur tat-trasport bit-triq għall-mira klimatika tal-2030 tal-Unjoni. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE mill-2030 'il quddiem, il-manifatturi se jkollhom jużaw b'mod sinifikanti aktar vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi ("ZLEV") ma jibqax jaqdi l-iskop oriġinali tiegħu u jkun qed jirriskja li jimmina l-effikaċja tar-Regolament (UE) 2019/631. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għaż-ZLEV jenħtieġ li jitneħħa mill-2030. Qabel dik id-data u għalhekk matul dan id-deċennju kollu, il-mekkaniżmu ta' inċentiv għaż-ZLEV se jkompli jappoġġa l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet minn żero sa 50 g CO2/km, inklużi vetturi elettriċi tal-batteriji, vetturi elettriċi taċ-ċelloli tal-fjuwil li jużaw l-idroġenu u vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba. Wara dik id-data, il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli jkomplu jgħoddu kontra l-miri għall-flotta kollha li l-manifatturi tal-vetturi jridu jilħqu. |
(15) Bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE, il-manifatturi se jkollhom jużaw b'mod sinifikanti aktar vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi ("ZLEV") ma jibqax jaqdi l-iskop oriġinali tiegħu u jkun qed jirriskja li jimmina l-effikaċja tar-Regolament (UE) 2019/631. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għaż-ZLEV jenħtieġ li jitneħħa. Il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli jkomplu jgħoddu kontra l-miri għall-flotta kollha li l-manifatturi tal-vetturi jridu jilħqu. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Skont ir-Regolament (UE) 2019/631, it-tnaqqis tal-emissjonijiet miksub permezz ta' innovazzjonijiet li mhuwiex meqjus fit-test tal-approvazzjoni tat-tip huwa attwalment meqjus permezz tal-krediti tal-ekoinnovazzjoni, li jista' jingħadd biex tintlaħaq il-mira ta' tnaqqis tal-manifattur. It-tnaqqis tal-emissjonijiet li jista' jiġi ddikjarat huwa attwalment limitat għal 7 g/km għal kull manifattur. Dak il-limitu massimu jenħtieġ li jiġi aġġustat 'l isfel f'konformità mal-miri aktar stretti, biex jiġi żgurat li din is-sistema tibqa' limitata għal innovazzjonijiet veri u ma tkunx qed tinċentiva ambizzjonijiet imnaqqsa fir-rigward tal-bejgħ ta' vetturi b'emissjonijiet żero. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Premessa 15a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15b) L-appoġġ, kemm għall-innovazzjoni teknoloġika kif ukoll dik soċjali, huwa element importanti biex titħeġġeġ tranżizzjoni aktar rapida lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. Diġà huwa disponibbli finanzjament importanti għall-innovazzjoni fl-ekosistema tal-mobbiltà permezz ta' strumenti differenti ta' finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari Orizzont Ewropa, InvestEU, il-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond għall-Innovazzjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Filwaqt li l-miri annwali ambizzjużi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 huma mistennija li jixprunaw l-innovazzjoni fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, l-objettiv primarju ta' dan ir-Regolament huwa li jwassal għal tnaqqis reali, effettiv u verifikabbli tal-emissjonijiet tas-CO2. Konsegwentement jenħtieġ li, fil-miri ta' tnaqqis tal-manifattur, jitqies biss il-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 mit-tailpipe. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2019/631 jintlaħqu parzjalment bil-bejgħ ta' Vetturi Elettriċi Ibridi li jiġu Ċċarġjati Esternament (OVC-HEVs). L-emissjonijiet ta' dawk il-vetturi huma attwalment meqjusa permezz tal-użu ta' fattur ta' utilità stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/11511a, li jirrappreżenta s-sehem tad-distanza vvjaġġata bl-użu tal-batterija meta mqabbla mad-distanza vvjaġġata bl-użu tal-magna tal-kombustjoni. Madankollu, dak il-fattur ta' utilità mhuwiex ibbażat fuq data rappreżentattiva tad-dinja reali, iżda fuq stima. Il-Kummissjoni ilha tiġbor data tad-dinja reali dwar il-konsum tal-fjuwil permezz ta' miters tal-konsum tal-fjuwil abbord f'karozzi tal-passiġġieri mill-1 ta' Jannar 2021, f'konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2019/631. Il-fattur ta' utilità għall-OVC-HEVs jenħtieġ li jiġi rivedut mingħajr dewmien bl-użu ta' dik id-data sabiex jiġi żgurat li jirrifletti l-emissjonijiet reali tas-sewqan. Il-fattur ta' utilità aġġornat jenħtieġ li japplika sa mhux aktar tard mill-2025 u jenħtieġ li jinżamm taħt rieżami biex jiġi żgurat li jibqa' rappreżentattiv tal-emissjonijiet reali. |
|
__________________ |
|
1a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1). |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Premessa 17
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) L-isforz għat-tnaqqis tal-emissjonijiet meħtieġ biex jintlaħqu l-miri għall-flotta kollha tal-UE jitqassam fost il-manifatturi billi tintuża kurva tal-valuri ta' limitu bbażata fuq il-massa medja tal-flotta tal-UE ta' vetturi ġodda u tal-flotta ta' vetturi ġodda tal-manifattur. Filwaqt li huwa xieraq li jinżamm dan il-mekkaniżmu, jeħtieġ li jiġi evitat li bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE, il-mira speċifika tal-emissjonijiet għal manifattur issir negattiva. Għal dik ir-raġuni, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li fejn iseħħ riżultat bħal dan, il-mira speċifika tal-emissjonijiet jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 0 g CO2/km. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni
L-aġġustament tal-miri speċifiċi tal-manifatturi għall-massa medja tal-flotta tal-vetturi l-ġdida tagħha inċentiva l-bejgħ ta' vetturi akbar u b'livell ogħla ta' emissjonijiet madwar l-Ewropa, bħall-SUVs, kif irrappurtat regolarment mill-Aġenzija Ambjentali tal-UE, u b'hekk idgħajjef l-integrità ambjentali ta' dan ir-Regolament. It-tneħħija ta' dak l-inċentiv pervers hija meħtieġa biex jiġi żgurat li dan ir-Regolament jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-objettiv li ngħaddu għal ekonomija kompletament dekarbonizzata u effiċjenti ħafna fl-enerġija.
Emenda 30
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-isforz ta' tnaqqis, iż-żewġ kurvi tal-valuri ta' limitu għal vetturi kummerċjali ħfief eħfef u aktar tqal jenħtieġ li jiġu aġġustati biex jirriflettu l-miri msaħħa għat-tnaqqis tas-CO2. |
imħassar |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Premessa 23
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl-2026. Għal dan ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha kkunsidrati fir-rapportar ta' kull sentejn. |
(23) Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl-2027. Għal dan ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha kkunsidrati fir-rapportar ta' kull sena. |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23a) Huwa importanti li jiġu vvalutati l-emissjonijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi ħfief fil-livell tal-Unjoni. Għal dak l-għan, u sal-31 ta' Diċembru 2023, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti tad-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta' vetturi ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni sabiex tingħata stampa globali tal-impatt ambjentali tagħhom. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta miżuri ta' segwitu, inkluż, fejn xieraq, proposti leġiżlattivi li jappoġġaw il-progress tal-Unjoni favur l-ambizzjonijiet klimatiċi tagħha. Barra minn hekk, huwa importanti li tiġi żviluppata metodoloġija għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali ġenerali tal-vetturi, ikkalkulata mhux biss f'termini ta' emissjonijiet tas-CO2 iżda wkoll billi jitqiesu l-impronti ambjentali ġenerali. |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Premessa 24
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Il-possibbiltà li d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jiġi assenjat għal fond speċifiku jew għal programm rilevanti ġiet evalwata kif meħtieġ skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2019/631, bil-konklużjoni li dan iżid b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv, filwaqt li ma jkunx ta' benefiċċju dirett għas-settur awtomobilistiku fit-tranżizzjoni tiegħu. Għalhekk, id-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi għandu jkompli jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/631. |
(24) L-allokazzjoni tad-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jenħtieġ li tiġi assenjata għall-appoġġ tat-tranżizzjoni ġusta favur ekonomija newtrali għall-klima u, b'mod speċifiku, għall-mitigazzjoni ta' kwalunkwe impatt negattiv fuq l-impjiegi tat-tranżizzjoni fis-settur awtomobilistiku. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta, fejn xieraq, proposta biex tistabbilixxi tali strument ta' finanzjament. Meta tagħmel dan, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati b'mod partikolari reġjuni u komunitajiet affettwati li jistgħu jkunu aktar vulnerabbli minħabba l-preżenza ta' industrija awtomobilistika intensiva jew minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom li jagħmlu t-tranżizzjoni għal trasport bit-triq b'emissjonijiet żero aktar diffiċli, bħar-reġjuni ultraperiferiċi. |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt a
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(-a) il-paragrafu 4, punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(a) għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I; |
"(a) għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 20 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I;" |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt -aa (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt (b)
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(-aa) il-paragrafu 4, punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(b) għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I. |
"(b) għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/631." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex%3A32019R0631)
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 1 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) fil-paragrafu 6, il-kliem "Mill-1 ta' Jannar 2025," huwa sostitwit bil-kliem "Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029,", |
(c) il-paragrafu 6 jitħassar |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) Jiddaħħal il-punt li ġej: |
|
"(aa) vettura ibrida rikarikabbli" jew "PHEV" tfisser vettura mħaddma b'taħlita ta' mutur elettriku b'batterija rikarikabbli u magna ta' kombustjoni interna, li jistgħu joperaw flimkien jew separatament." |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) Jiddaħħal il-punt li ġej: |
|
"(ba) vettura ta' kumpanija" tfisser vettura ta' proprjetà ta' kumpanija privata jew b'kuntratt lokatizju min-naħa ta' kumpanija privata, kif iddefinita skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/20011a u użata għal finijiet kummerċjali. |
|
__________________ |
|
1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001 tat-8 ta' Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta' Kumpannija Ewropea (SE) (ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1). |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Jiddaħħal l-artikolu li ġej: |
|
"3a. Restrizzjoni ta' karozzi tal-passiġġieri li jniġġsu ħafna. |
|
Mill-2030, il-manifatturi ma għandhom jitħallew jirreġistraw l-ebda karozza tal-passiġġieri b'emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ogħla minn 123 g ta' CO2/km." |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
"3a. Vetturi ġodda mgħammra b'magni tal-kombustjoni bl-idroġenu huma definiti bħala vetturi b'emissjonijiet żero, jiġifieri żero grammi ta' emissjonijiet ta' CO2 mill-iżbokk tal-egżost skont id-WLTP." |
Ġustifikazzjoni
L-idroġenu huwa fjuwil mingħajr karbonju li l-użu tiegħu fil-magni b'kombustjoni interna jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fit-trasport bit-triq, billi jipprovdi għażla ta' dekarbonizzazzjoni fil-każijiet ta' użu li fihom ikun diffiċli li jitnaqqsu l-emissjonijiet, bħal fil-vetturi kummerċjali ħfief fejn iridu jinġarru malajr tagħbijiet tqal, spiss fuq distanzi twal, u għalhekk jista' jgħin biex jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fit-trasport bit-triq. Din ir-regola tintuża wkoll fir-regolamentazzjoni tas-CO2 għall-vetturi t-tqal.
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 7 – paragrafu 10
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(aa) Il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
10. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-2030, tevalwa l-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq. |
10. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-2030, tippubblika rapport li jiddefinixxi metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom, inkluża metodoloġija għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-fjuwils tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu u l-enerġija kkonsmata minn tali vetturi. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq. |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ab (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 7 – paragrafu 10a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ab) Jiddaħħal il-paragrafu 10a li ġej: |
|
"10a. Mill-1 ta' Jannar 2024, il-manifatturi jistgħu, fuq bażi volontarja, jittrażmettu d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u lill-Istati Membri, li sussegwentement għandhom jikkomunikawha lill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Mill-1 ta' Jannar 2028, dik id-data għandha tiġi inkorporata fl-informazzjoni elenkata fil-Parti A tal-Annessi II u III;" |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 8 – paragrafu 4
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5a) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
4. L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
4. L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
|
Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport li jistabbilixxi fid-dettall il-bżonn ta' finanzjamenti mmirati maħsuba biex jiżguraw tranżizzjoni ġusta fis-settur awtomobilistiku, bl-objettivi li jtaffu l-impatti negattivi fuq l-impjiegi u impatt ekonomiċi oħra fl-Istati Membri affettwati kollha, b'mod partikolari fir-reġjuni u fil-komunitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-Unjoni maħsub biex jindirizza tali bżonn u, b'mod partikolari, jikkoordina u jiffinanzja miżuri preventivi u reattivi biex jindirizzaw ir-ristrutturar fil-livell lokali u f'dak reġjonali u jiffinanzjaw it-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet għall-ħaddiema fis-settur awtomobilistiku, inklużi l-manifatturi tal-karozzi, tal-fornituri tal-komponenti tagħhom u s-servizzi anċillari ta' manutenzjoni u tiswija, speċjalment fl-impriżi żgħar u ta' daqs medju. |
|
L-istrument ta' finanzjament jista' jkun fil-forma ta' strument ta' finanzjament iddedikat jew ikun parti mill-Fond Soċjali għall-Klima jew Fond għal Tranżizzjoni Ġusta rivedut. Id-dħul li jista' jkun hemm minn primjums għall-emissjonijiet eċċessivi għandu jkun allokat għal dan l-iskop. |
Emenda 44
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(6a) Il-paragrafu 4 tal-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
4. Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skont il-punti 1 sa 4 u 6.3 tal-Parti A tal-Anness I minn manifattur li jkun responsabbli flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri reġistrati kull sena kalendarja fl-Unjoni. |
"4. Tista' ssir applikazzjoni għal deroga mill-mira tal-emissjonijiet speċifiċi kkalkulata skont il-punti 1 sa 4 u 6.3 tal-Parti A tal-Anness I għas-snin sal-2028 inkluża minn manifattur li jkun responsabbli flimkien mal-impriżi kollha assoċjati tiegħu għal bejn 10 000 u 300 000 karozza tal-passiġġieri reġistrati kull sena ta' kalendarju fl-Unjoni. |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32019R0631&qid=1645109141855)
Emenda 45
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 11 – paragrafu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(6b) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
1. Fuq applikazzjoni ta' fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta' CO2 miksub bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta' teknoloġiji innovattivi ("pakketti ta' teknoloġiji innovattivi"). |
1. Fuq applikazzjoni ta' fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta' CO2 miksub bl-użu ta' teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta' teknoloġiji innovattivi ("pakketti ta' teknoloġiji innovattivi"). |
Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli. |
Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli. |
Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' manifattur jista' jkun sa 7 g CO2/km. |
Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta' manifattur jista' jkun sa 7 g CO2/km sal-2024; |
|
- 5 g CO2/km mill-2025; |
|
- 4 g CO2/km mill-2027; |
|
- 2g CO2/km mill-2030 sal-2034 inkluża. |
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġusta l-limitu msemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'effett mill-2025 'il quddiem biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi filwaqt li jiġi żgurat proporzjon bilanċjat tal-livell ta' dak il-limitu b'rabta mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifatturi. |
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġusta 'l isfel il-limitu msemmi fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu b'effett mill-2025 'il quddiem biex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi filwaqt li jiġi żgurat proporzjon bilanċjat tal-livell ta' dak il-limitu b'rabta mal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifatturi. |
Emenda 46
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6c (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 11a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6c) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
Artikolu 11a |
|
Ekodisinn |
|
Sabiex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni lejn mobilità b'emissjonijiet żero tikkontribwixxi bis-sħiħ għall-objettivi tal-effiċjenza fl-enerġija u l-ekonomija ċirkolari tal-Unjoni, il-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2023 għandha tressaq proposti, kif xieraq, dwar l-iffissar ta' rekwiżiti minimi għall-ekodisinn għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief kollha, inklużi rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija, tad-durabbiltà u tal-possibbiltà ta' tiswija għal partijiet essenzjali bħal dwal, komponenti elettroniċi u batteriji, rekwiżiti minimi għall-irkupru ta' metalli, plastik u materja prima kritika, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji applikati għal prodotti oħrajn relatati mal-enerġija fl-ambitu tad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. |
|
_________________ |
|
1a Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10). |
Ġustifikazzjoni
Il-miżuri tal-ekodisinn urew li huma għodda effiċjenti biex jappoġġaw il-kompetittività u l-innovazzjoni industrijali filwaqt li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-UE dwar it-tibdil fil-klima u l-ekonomija ċirkolari billi jippromwovu prestazzjoni ambjentali aħjar għall-prodotti fis-suq intern. L-istabbiliment ta' rekwiżiti minimi tal-ekodisinn għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief ikun għodda aktar effiċjenti biex tiġi promossa l-innovazzjoni fis-settur tal-karozzi, inkluż għall-komponenti elettroniċi, milli jkun l-użu ta' skemi ta' ekoinnovazzjoni.
Emenda 47
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6d (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 12 – paragrafu 3
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(6d) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
3. Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu tkompli tiżdied, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2023, tivvaluta kif id-data dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija tista' tintuża biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-fjuwil jew tal-konsum ta' enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jibqgħu rappreżentattivi ta' emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu fuq tul ta' żmien għal kull manifattur. |
3. Sabiex jiġi evitat li d-diskrepanza fl-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu tkompli tiżdied, il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2023, tivvaluta kif id-data reali dwar il-konsum tal-fjuwil u l-enerġija miġbura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 tista' tintuża biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 u tal-fjuwil jew tal-konsum ta' enerġija stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jibqgħu rappreżentattivi ta' emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali ta' użu fuq tul ta' żmien għal kull manifattur. |
Kull sena, il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tirrapporta dwar kif id-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu tevolvi tul il-perjodu bejn l-2021 u l-2026 u, bil-ħsieb li tevita li dik id-diskrepanza tiżdied, fl-2027 għandha tivvaluta l-fattibbiltà ta' mekkaniżmu li jaġġusta l-emissjonijiet ta' CO2 speċifiċi medji tal-manifattur mill-2030 'il quddiem u, jekk ikun il-każ, tressaq proposta leġiżlattiva biex timplimenta dan il-mekkaniżmu. |
Kull sena, il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tirrapporta dwar kif id-diskrepanza msemmija fl-ewwel subparagrafu tevolvi mill-2021 'il quddiem u għandha, jekk ikun il-każ, malli tkun disponibbli biżżejjed data u mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026, tressaq proposta leġiżlattiva bil-ħsieb li tagħlaq dik il-lakuna billi taġġusta l-emissjonijiet ta' CO2 speċifiċi medji tal-manifattur bl-użu ta' data reali miġbura skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392. |
|
Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tivvaluta l-użu tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-Vetturi Elettriċi Ibridi li jiġu Ċċarġjati Esternament (OVC-HEVs). Bl-użu ta' dik id-data, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 biex tadatta l-fatturi ta' utilità użati għall-OVC-HEVs, sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet tagħhom ikunu rappreżentattivi tas-sewqan f'kundizzjonijiet reali mill-2025 'il quddiem. |
|
_______________ |
|
1aIr-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392 tal-4 ta' Marzu 2021 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta' data relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1014/2010, (UE) Nru 293/2012, (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153 (ĠU L 77, 5.3.2021, p. 8). |
Emenda 48
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6e (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6e) Fl-Artikolu 12 jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
''4a. Sal-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi metodoloġija għall-kejl u t-tqabbil tal-effiċjenza ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi abbażi tal-ammont ta' elettriku neċessarju biex jinstaqu għal mitt kilometru. Dik il-metodoloġija għandha tqis b'mod partikolari l-implikazzjonijiet tal-elettriku użat fuq l-ammont ta' riżorsi meħtieġa mill-batteriji interni għall-ħżin tal-enerġija ta' tali vetturi. |
|
Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tistabbilixxi limiti minimi għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief ġodda b'emissjonijiet żero mqiegħda fis-suq tal-Unjoni." |
Emenda 49
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 14
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(7a) L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 14 |
"Artikolu 14 |
Aġġustamenti tal-valuri M0 u TM0 |
Aġġustamenti tal-valuri M0 |
1. Il-valuri M0 u TM0 imsemmija fil-Partijiet A u B tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati kif ġej: |
1. Il-valuri M0 msemmija fil-Partijiet A u B tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati kif ġej: |
(a) sal-31 ta' Ottubru 2020, il-valur M0 fil-punt 4 tal-Parti A tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja fi stat operattiv tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha reġistrati fl-2017, l-2018 u l-2019. Dak il-valur il-ġdid ta' M0 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2024; |
(a) sal-31 ta' Ottubru 2020, il-valur M0 fil-punt 4 tal-Parti A tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja fi stat operattiv tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha reġistrati fl-2017, l-2018 u l-2019. Dak il-valur il-ġdid ta' M0 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2024; |
(b) sal-31 ta' Ottubru 2022, il-valur M0 fil-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja fi stat operattiv ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fl-2019, l-2020 u l-2021. Dak il-valur M0 il-ġdid għandu japplika fl-2024; |
(b) sal-31 ta' Ottubru 2022, il-valur M0 fil-punt 4 tal-Parti B tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja fi stat operattiv ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fl-2019, l-2020 u l-2021. Dak il-valur M0 l-ġdid għandu japplika fl-2024;" |
(c) sal-31 ta' Ottubru 2022, il-valur TM0 indikattiv għall-2025 għandu jiġi stabbilit bħala l-massa medja tat-test rispettiva tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda kollha u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fl-2021; |
|
(d) sal-31 ta' Ottubru 2024 u kull sentejn wara dan, il-valur TM0 fil-punt 6.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja tat-test rispettiva tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri kollha u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fis-sentejn kalendarji preċedenti, mill-2022 u l-2023 'il quddiem. Il-valuri l-ġodda ta' TM0 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja wara d-data tal-aġġustament. |
|
2. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. |
|
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.L_.2019.111.01.0013.01.MLT&toc=OJ%3AL%3A2019%3A111%3ATOC))
Emenda 50
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 14a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 14a |
Artikolu 14a |
Rapport tal-progress |
Rapport ta' progress |
Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni, inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji. |
Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sena wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress lejn mobilità fit-toroq b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni ġusta, inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji. |
Fir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jinkludi l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi, il-progress fl-ilħuq tal-miri għall-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli biex tintlaħaq il-mobbiltà b'newtralità klimatika, l-impatt fuq il-konsumaturi, il-progress fid-djalogu soċjali kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata ulterjorment it-tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero.; |
Fir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jinkludi: |
|
(a) il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi u fl-aċċessibbiltà ekonomika u l-effiċjenza enerġetika tagħhom; |
|
(b) l-impatti fuq il-konsumaturi, b'mod partikolari fuq dawk b'introjtu baxx jew medju, u r-ritmu ta' adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi f'dawk is-segmenti tal-konsumaturi, kif ukoll id-disponibbiltà u l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri fil-livelli tal-Unjoni, tal-Istati Membri u lokali bħala appoġġ għal tali adozzjoni; |
|
(c) is-suq għall-vetturi użati; |
|
(d) il-progress fl-ilħuq ta' introduzzjoni suffiċjenti tal-infrastruttura pubblika u privata tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil inkluż progress, iżda mhux limitat għal tali progress, fl-ilħuq tal-miri kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi u d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a; |
|
(e) il-progress fiż-żieda tal-ammont ta' enerġija rinnovabbli fl-Unjoni f'konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001; |
|
(f) il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli, inklużi l-fjuwils sintetiċi, biex tintlaħaq in-newtralità klimatika fis-settur tat-trasport; |
|
(g) l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq bl-użu tal-metodoloġija adottata skont l-Artikolu 7(1); |
|
(h) il-progress fid-djalogu soċjali kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata ulterjorment it-tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta, li tqis l-impjiegi u l-kompetittività, lejn mobilità fit-toroq b'emissjonijiet żero; |
|
(i) l-impatti fuq l-impjiegi, li jiġu vvalutati permezz ta' mmappjar granulari tal-iżvilupp ta' impjiegi fl-industrija awtomobilistika u l-effett fuq ir-reġjuni fejn jinsabu tali industriji, kif ukoll il-miżuri, fosthom dawk finanzjarji, fil-livelli tal-Unjoni, tal-Istati Membri jew lokali maħsuba biex itaffu l-impatti soċjoekonomiċi f'dawk ir-reġjuni, inklużi l-programmi ta' titjib tal-ħiliet u ta' taħriġ mill-ġdid; |
|
(k) il-kontribut potenzjali ta' miżuri nazzjonali u tal-Unjoni addizzjonali mmirati biex ibaxxu l-età medja u b'hekk l-emissjonijiet tal-flotta ta' vetturi ħfief, pereżempju miżuri li jkun ta' appoġġ għall-eliminazzjoni gradwali tal-vetturi eqdem b'mod soċjalment ġust u ambjentalment sod; |
|
________ |
|
1a Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153 18.6.2010, p. 13). |
Emenda 51
Proposta għal regolament
Artikolu 1, paragrafu 1, punt 9
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 14a – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) .../... [rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta' tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika], l-Istati Membri huma mistiedna jippreparaw Pjanijiet Territorjali għal Tranżizzjoni Ġusta għall-industrija awtomobilistika tagħhom, fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali, sabiex imexxu l-bidla strutturali b'mod soċjalment aċċettabbli u jevitaw tfixkil soċjali. |
Emenda 52
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 14aa (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Jiddaħħal l-Artikolu 14aa li ġej: |
|
"Artikolu 14aa |
|
Miżuri addizzjonali biex jappoġġaw id-domanda għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni |
|
Sa [sitt xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri addizzjonali biex tappoġġa d-domanda għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni, inkluż permezz ta' inċentivi għal kumpaniji privati b'ċertu daqs ta' flotta sabiex jagħmlu t-tranżizzjoni għal mobilità b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, għandha tressaq proposta biex temenda d-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija1a sabiex tallinja l-miri stabbiliti fiha mal-istandards miżjuda tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali. |
|
_________________ |
|
1a Kif emendat mid-Direttiva (UE) 2019/1161 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 116). |
Emenda 53
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 14b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 14b li ġej: |
|
"Artikolu 14b |
|
F'konformità mal-Artikolu 3(1), punt (b), tad-Direttiva (UE) .../... [id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija Riformulata], l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" fid-deċiżjonijiet relatati mal-politika, l-ippjanar u l-investiment b'rabta mal-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u l-forniment tal-fjuwils alternattivi, inkluż fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija mill-estrazzjoni sal-użu (well-to-wheel) ta' teknoloġiji differenti b'emissjonijiet żero." |
Emenda 54
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 14ab (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9b) Jiddaħħal l-Artikolu 14ab li ġej: |
|
Artikolu 14ab |
|
Miżuri addizzjonali biex jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni |
|
Sa [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 17 biex tarmonizza r-regoli tal-approvazzjoni tat-tip għal vetturi b'magni tal-kombustjoni interna kkonvertiti biex jaħdmu b'batterija jew bl-elettriku permezz ta' ċellola tal-fjuwil, sabiex tkun permessa l-approvazzjoni tas-serje. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-introduzzjoni ta' regola għall-kalkolu tal-ekwivalenti ta' CO2 ta' vetturi b'magna tal-kombustjoni kkonvertita biex taħdem b'batterija jew bl-elettriku permezz ta' ċellola tal-fjuwil fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament; |
Emenda 55
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 15 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fl-2028, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività u l-impatt ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar ta' kull sentejn, u trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami. |
1. Sal-2027, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina bir-reqqa l-effettività u l-impatt ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar ta' kull sena, u trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami. |
Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament. |
Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament. |
Emenda 56
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt aa (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) Fl-Artikolu 15, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
|
1a. Fir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief, abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7(10). Ir-rapport għandu, meta jkun il-każ, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi supplimentat dan ir-Regolament bil-għan li jiġu indirizzati dawn l-emissjonijiet. |
Emenda 57
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt ba (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 15 – paragrafu 6
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(ba) Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
6. Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami tad-Direttiva 1999/94/KE li fih tikkunsidra l-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża, robusta u komparabbli dwar il-konsum tal-fjuwil, l-emissjonijiet ta' CO2 u l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn karozzi ġodda tal-passiġġieri introdotti fis-suq, kif ukoll tevalwa l-possibbiltajiet għall-introduzzjoni ta' tikketta tal-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda. Ir-rieżami għandu, fejn xieraq, jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva. |
'6. Sa ... [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva 1999/94/KE u tikkunsidra l-ħtieġa li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni preċiża, robusta u komparabbli dwar il-konsum reali tal-fjuwil, l-emissjonijiet ta' CO2, l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija minn karozzi ġodda tal-passiġġieri introdotti fis-suq, kif ukoll tevalwa l-possibbiltajiet għall-introduzzjoni ta' tikketta tal-ekonomija fil-fjuwil u l-emissjonijiet ta' CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda. |
Ġustifikazzjoni
Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tikkettar tal-Karozzi li ilha 20 sena hija essenzjali biex tingħata l-informazzjoni t-tajba lill-konsumaturi meta jmorru għand in-negozjant. Din id-dispożizzjoni ġiet inkluża fin-negozjati preċedenti dwar l-istandards ta' CO2 għall-karozzi, iżda l-Kummissjoni naqset milli tippreżenta reviżjoni ta' din id-Direttiva. Minn dakinhar id-data f'kundizzjonijiet reali saret disponibbli f'konformità mar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/392. Fid-dawl tat-tkabbir reċenti u mistenni tal-bejgħ ta' vetturi b'batteriji elettriċi, għall-konsumaturi se jkun importanti wkoll li jkunu jistgħu jagħmel distinzjoni bejn tali vetturi abbażi tal-effiċjenza enerġetika relattiva tagħhom biex il-konsumaturi jkunu orjentati lejn vetturi bl-aħjar prestazzjoni operattiva u b'hekk ikunu jistgħu jnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija u l-użu tal-enerġija.
Emenda 58
Proposta għal regolament
Anness – paragrafu 1 – punt 1 – punt d
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti A – punt 6.2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) fil-punt 6.2, l-intestatura hija sostitwita b'dan li ġej: |
(d) jitħassar il-punt 6.2. |
"Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi" |
|
Ġustifikazzjoni
B'rabta mat-tħassir tal-parametru ta' utilità tal-massa.
Emenda 59
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt da (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti A – punt 6.2.1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(da) il-punt 6.2.1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
6.2.1. Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2025 sal-2029 |
"6.2.1. Miri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet għall-2025 sal-2029 |
Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' referenza = EU fleet-wide target2025 + a2025 (TM – TM0) |
Miri speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet = Mira għall-flotta kollha tal-UE2025 |
fejn: |
fejn: |
EU fleet-wide target2025 hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.1; |
Il-mira għall-flotta kollha tal-UE2025 hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.1" |
a2025 hija |
|
|
|
fejn: |
|
a2021 hija l-inklinazzjoni tal-linja dritta li toqgħod l-aħjar, stabbilita bl-applikazzjoni tal-metodu ta' pożizzjonament tal-minimi kwadrati lineari għall-massa tat-test (varjabbli indipendenti) u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (varjabbli dipendenti) ta' kull karozza ġodda tal-passiġġieri rreġistrata fl-2021; |
|
emissjonijiet medji2021 hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2021 ta' dawk il-manifatturi li għalihom ġiet ikkalkulata mira ta' emissjonijiet speċifiċi f'konformità mal-punt 4; |
|
TM hija l-massa medja tat-test f'kilogrammi (kg) tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha tal-manifattur irreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti; |
|
TM0 huwa l-valur f'kilogrammi (kg) stabbilit skont il-punt (d) tal-Artikolu 14(1). |
|
(32019R0631)
Emenda 60
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt f
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti A – punt 6.3.1 – subparagrafi 1-2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi . Fattur ZLEV |
Mira speċifika għall-emissjonijiet = mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet |
fejn: |
fejn: |
Mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi hija l-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 stabbilita skont il-punt 6.2.1; |
il-mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet hija l-mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet ta' CO2 stabbilita skont il-punt 6.2.1; |
Fattur ZLEV huwa (1 + y – x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew iżgħar minn 1,0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0, skont il-każ; |
|
fejn: |
|
y huwa s-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tal-manifattur ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, ikkalkulat bħala n-numru totali ta' vetturi ġodda b'livell ta' emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific f'konformità mal-formula segwenti, diviż bin-numru totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti: |
|
ZLEVspecific = 1 – |
|
null |
|
Għal karozzi tal-passiġġieri ġodda rreġistrati fl-Istati Membri b'sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta tagħhom taħt is-60 % tal-medja tal-Unjoni fis-sena 2017 u b'inqas minn 1 000 vettura ġdida b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati fl-2017*, iż-ZLEVspeċifiku għandu jiġi kkalkulat, sal-2029 u inkluża dik is-sena, f'konformità mal-formula li ġejja: |
|
ZLEVspecific = |
|
null |
|
Meta s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' Stat Membru ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati f'sena bejn l-2025 u l-2028 jaqbeż il-5 %, dak l-Istat Membru ma għandux ikun eliġibbli għall-applikazzjoni tal-multiplikatur ta' 1,85 fis-snin ta' wara; |
|
x huwa 15 % fil-perjodu mill-2025 sal-2029. |
|
________ |
________ |
* Is-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' Stat Membru ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri hija kkalkulata bħala l-għadd totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati ġodda fl-2017 diviż bl-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-istess sena. |
* Is-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' Stat Membru ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri hija kkalkulata bħala l-għadd totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi rreġistrati ġodda fl-2017 diviż bl-għadd totali ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-istess sena. |
Emenda 61
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt f
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti A – punt 6.3.1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi hija l-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 stabbilita skont il-punt 6.2.1; |
Il-mira għall-flotta kollha tal-UE2025 hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.1; |
Ġustifikazzjoni
B'rabta mat-tħassir tal-parametru ta' utilità tal-massa.
Emenda 62
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt f
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti A – punt 6.3.2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6.3.2 Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034 |
6.3.2 Miri speċifiċi għall-emissjonijiet għall-perjodu mill-2030 sal-2034 |
Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030 + a2030 · (TM-TM0) |
Mira speċifika għall-emissjonijiet = mira għall-flotta kollha tal-UE2030 |
Fejn, |
|
il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030 hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1.2; |
|
a2030 hija |
|
|
|
fejn, |
|
a2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1 |
|
medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1 |
|
TM hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
Emenda 63
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt f
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti A – punt 6.3.3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2035 'il quddiem |
Miri speċifiċi għall-emissjonijiet għall-2035 'il quddiem |
Miri għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035 + a2035 · (TM-TM0) |
Miri speċifiċi għall-emissjonijiet = mira għall-flotta kollha tal-UE2035 |
Fejn, |
|
a2035 hija |
|
fejn |
|
a2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1 |
|
TM hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
Emenda 64
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt ca (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti B – punt 6.2.1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(ca) Il-punt 6.2.1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
6.2.1. Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2025 sal-2029 |
"6.2.1. Miri speċifiċi ta' referenza għall-emissjonijiet għall-2025 sal-2026 |
Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' referenza = EU fleet-wide target2025 + α (TM-TM0) |
Mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet = mira għall-flotta kollha tal-UE2025 |
fejn: |
fejn: |
EU fleet-wide target2025 hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.1; |
Mira għall-flotta kollha tal-UE2025 hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.1" |
α hija fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM stabbilita skont il-punt (d) tal-Artikolu 14(1) u fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM stabbilita skont il-punt (d) tal-Artikolu 14(1); |
|
fejn: |
|
a hija |
|
a hija l-inklinazzjoni tal-linja dritta li toqgħod l-aħjar, stabbilita bl-applikazzjoni tal-metodu ta' pożizzjonament tal-minimi kwadrati lineari għall-massa tat-test (varjabbli indipendenti) u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (varjabbli dipendenti) ta' kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida rreġistrata fl-2021; |
|
emissjonijiet medji hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha rreġistrati fl-2021 ta' dawk il-manifatturi li għalihom ġiet ikkalkulata mira ta' emissjonijiet speċifiċi f'konformità mal-punt 4; |
|
TM hija l-massa medja tat-test f'kilogrammi (kg) tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha tal-manifattur irreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti; |
|
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32019R0631)
Emenda 65
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt d
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti B – punt 6.2.2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = EU fleet-wide target2030 + α·(TM-TM0) |
Mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet = mira għall-flotta kollha tal-UE2030 |
fejn, |
fejn, |
EU fleet-wide target2030 hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.3; |
il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030 hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.3; |
α hija a2030,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a2030,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0; |
α hija a2030,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a2030,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0; |
fejn: |
|
a2030,L hija |
|
a2030,H hija |
|
medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1 |
|
TM hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
Emenda 66
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt e
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti B – punt 6.2.3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = EU fleet-wide target2035 + α·(TM-TM0) |
Mira speċifika tal-emissjonijiet = mira għall-flotta kollha tal-UE2035 |
Emenda 67
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt e
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti B – punt 6.2.3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
α hija a2035,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a2035,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0; |
imħassar |
fejn: |
|
a2035,L hija |
|
a2035,H hija |
|
medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definit fil-punt 6.2.1 |
|
TM hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
Emenda 68
Proposta għal regolament
Anness – paragrafu 1 – punt 2 – punt ea (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti B – punt 6.3.1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) il-punt 6.3.1. huwa sostitwit b'dan li ġej: |
|
"6.3.1 Miri speċifiċi għall-emissjonijiet għall-2025 |
|
Miri speċifiċi għall-emissjonijiet = mira għall-flotta kollha tal-UE2025 |
|
fejn: |
|
il-mira għall-flotta kollha tal-UE2025 hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.1; |
Ġustifikazzjoni
B'rabta mat-tħassir tal-parametru ta' utilità tal-massa u mal-introduzzjoni ta' tnaqqis lineari tal-emissjonijiet bejn l-2025 u l-2030.
Emenda 69
Proposta għal regolament
Anness – paragrafu 1 – punt 2 – punt ea (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti B – punt 6.3.1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(ea) Fil-punt 6.3, is-subparagrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej: |
Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = (il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi – (øtargets – EU fleet-wide target2025))· Fattur ZLEV |
Mira speċifika għall-emissjonijiet = (mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet – (ømiri – mira għall-flotta kollha tal-UE2025)) |
fejn: |
fejn: |
il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur stabbilita skont il-punt 6.2.1; |
il-mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet hija l-mira speċifika għall-emissjonijiet għall-manifattur stabbilita skont il-punt 6.2.1; |
øtargets hija l-medja, abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kollha stabbiliti skont il-punt 6.2.1 |
ømiri hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kollha stabbiliti skont il-punt 6.2.1; |
Fattur ZLEV huwa (1 + y – x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05 jew iżgħar minn 1,0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1,05 jew 1,0, skont il-każ; |
|
fejn: |
|
y huwa s-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fil-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda tal-manifattur, ikkalkulat bħala n-numru totali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific skont il-formula segwenti, diviż bin-numru totali ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti: [EKWAZZJONI] |
|
x huwa 15 %. |
|
Emenda 70
Proposta għal regolament
Anness – paragrafu 1 – punt 2 – punt f
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti B – punt 6.3.2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi – (ømiri - il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030) |
Mira speċifika għall-emissjonijiet = mira speċifika ta' referenza għall-emissjonijiet |
fejn: |
|
Mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi hija l-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur, determinata f'konformità mal-punt 6.2.2; |
|
ømiri hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi kollha determinati f'konformità mal-punt 6.2.2; |
|
il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030 hi kif determinata fil-punt 6.1.2. |
il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030 hi kif determinata fil-punt 6.1.2. |
Emenda 71
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt g
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti B – punt 6.3.3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mira għall-emissjonijiet speċifiċi = mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi – (ømiri – il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035) |
Mira speċifika għall-emissjonijiet = mira tal-flotta kollha tal-UE2030 |
fejn: |
|
Mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi hija l-mira ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur determinata skont il-punt 6.2.3; |
|
ømiri hija l-medja, ponderata abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda għal kull manifattur individwali, tal-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi kollha, determinata f'konformità mal-punt 6.2.3; |
|
il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035 hija kif determinata fil-punt 6.1.3. |
|
Ġustifikazzjoni
B'rabta mat-tħassir tal-parametru ta' utilità tal-massa.
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta leġiżlattiva l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-prestazzjoni tas-CO2 tal-karozzi u l-vannijiet hija parti mill-pakkett Lesti għall-Mira ta' 55 % u għandha impatt dirett mhux biss fuq l-emissjonijiet iżda wkoll fuq il-konsumaturi u l-industrija tal-karozzi. Għar-rapporteur l-elementi li ġejjin huma ta' tħassib ewlieni.
1. Il-klima u l-arja nadifa
Ir-rapporteur jappoġġa bis-sħiħ l-impenn tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030 u n-newtralità klimatika sal-2050. It-trasport bit-triq huwa kontributur ewlieni għall-emissjonijiet tal-Unjoni b'aktar minn 20 % tal-emissjonijiet totali fl-2019. Il-karozzi u l-vannijiet huma responsabbli għal aktar minn 70 % tal-emissjonijiet tat-trasport bit-triq. Filwaqt li l-emissjonijiet f'setturi oħra qed jonqsu, l-emissjonijiet tat-trasport qed ikomplu jiżdiedu. Minbarra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, it-trasport bit-triq huwa emittent sinifikanti ta' sustanzi li jniġġsu fl-arja bħal NOx, SO2 u materja partikolata fina. Għalhekk, hija meħtieġa azzjoni leġiżlattiva biex is-settur tat-trasport jinġieb fit-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika kif ukoll biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu.
Ir-rapporteur iqis li l-istandards tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet urew li huma miżura effettiva biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport bit-triq. Minn meta daħlu fis-seħħ, l-istandards servew bħala inċentiv għall-manifatturi tal-karozzi biex jinvestu aktar fl-iżvilupp ta' vetturi b'emissjonijiet żero. Bħala riżultat, sehem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet żero jitqiegħed fis-suq qabel ma kien mistenni. Ir-rapporteur għalhekk jilqa' t-tisħiħ tal-istandards proposti mill-Kummissjoni biex jinġiebu konformi mal-ambizzjonijiet klimatiċi tal-Unjoni.
Madankollu, meta wieħed iqis li karozzi ġodda ħafna drabi jkunu fit-triq ħafna itwal minn 10-15-il sena kif stmat mill-Kummissjoni, il-miri għandhom ikunu aktar ambizzjużi biex jiġi żgurat li l-UE tilħaq il-mira tagħha għan-newtralità klimatika sal-2050. It-tisħiħ tal-miri għall-2025 u l-2030 u l-introduzzjoni ta' mira intermedja se jiżguraw li l-istandards ikomplu jservu bħala inċentiv biex jitqiegħdu fis-suq aktar vetturi b'emissjonijiet żero.
2. Interessi tal-konsumatur u l-istimulazzjoni tal-innovazzjoni u tal-investiment
Ir-rapporteur ma jemminx li l-penalizzazzjoni tas-sewqan billi jiżdiedu l-ispejjeż għall-konsumaturi huwa l-mod it-tajjeb biex tinkiseb in-newtralità klimatika fl-UE sal-2050. Minflok, jemmen li s-sewqan innifsu għandu jsir b'emissjonijiet żero u bi prezzijiet raġonevoli. Il-prezz tax-xiri ta' karozzi u vannijiet huwa wieħed mill-kriterji ewlenin tax-xiri għall-konsumaturi. F'dawn l-aħħar snin, kien hemm żvilupp mgħaġġel ta' vetturi b'emissjonijiet żero. Aktar u aktar vetturi b'emissjonijiet żero issa huma offruti fis-suq, inklużi mudelli aktar ekonomikament aċċessibbli. Inqas komponenti li jiċċaqilqu jnaqqsu l-ispejjeż tal-manutenzjoni tal-vetturi elettriċi bil-batterija (BEVs). Fit-tul il-BEVs huma kompetittivi fejn jidħlu l-ispejjeż totali tas-sjieda. Sabiex il-vetturi ġodda u użati b'emissjonijiet żero jsiru aktar ekonomikament aċċessibbli u disponibbli biex jinxtraw, ir-rapporteur jixtieq jistimula l-innovazzjoni, il-kompetizzjoni u l-iżvilupp ta' vetturi b'emissjonijiet żero.
Il-mira tal-2035 kif ukoll il-miri intermedji miżjuda għandhom jibagħtu sinjal ċar lejn is-suq u jipprovdu ċertezza tal-investiment għall-manifatturi biex jiżviluppaw aktar vetturi b'emissjonijiet żero, u jagħmluhom, maż-żmien, aktar faċli għall-konsumatur u ekonomikament aċċessibbli. Barra minn hekk, għandhom isiru aktar investimenti fl-infrastruttura tal-iċċarġjar biex ix-xiri ta' vetturi mingħajr emissjonijiet ikun attraenti kemm jista' jkun. Ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi kif propost mill-Kummissjoni għandu jsir aktar ambizzjuż f'termini ta' infrastruttura tal-iċċarġjar għall-karozzi u l-vannijiet, biex jikkorrispondi mal-ambizzjoni tal-istandards tas-CO2. Politiki oħra li jistgħu jappoġġaw aktar it-tranżizzjoni għal trasport newtrali għall-klima għandhom jinġiebu konformi mal-istandards tas-CO2 aktar stretti, bħal reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u d-Direttiva dwar Vetturi Nodfa.
3. Tranżizzjoni ġusta għall-SMEs u l-ħaddiema tagħhom
Għalkemm it-tranżizzjoni għal vetturi b'emissjonijiet żero hija mistennija li jkollha impatt ġenerali pożittiv fuq l-impjiegi, jista' jkun mistenni tnaqqis fl-impjiegi f'setturi u reġjuni speċifiċi. Ir-rapporteur iqis li dawn l-effetti għandhom jiġu indirizzati bir-reqqa mill-Kummissjoni, billi tivvaluta miżuri possibbli matul it-tranżizzjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-SMEs fil-katina kollha tal-provvista, li mhux dejjem ikollhom l-istess għażliet jew riżorsi għal titjib u taħriġ mill-ġdid bħall-manifatturi akbar.
4. L-iżgurar ta' leġiżlazzjoni sempliċi u koerenti
Biex jiġi żgurat regolament sempliċi u koerenti, ir-rapporteur jemmen li d-dispożizzjonijiet fir-regolament li jiddiżinċentivaw il-bejgħ ta' vetturi b'emissjonijiet żero għandhom jitneħħew malajr kemm jista' jkun. Għalhekk, is-sistema ta' kreditu ZLEV għandha titneħħa aktar kmieni milli tipproponi l-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-limitu fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet li jista' jiġi ppremjat permezz ta' ekoinnovazzjonijiet għandu jiġi aġġustat 'l isfel f'konformità mal-istandards il-ġodda, biex jiġi żgurat li ma jinċentivawx ambizzjonijiet imnaqqsa fil-bejgħ ta' vetturi b'emissjonijiet żero.
Għar-rapporteur huwa essenzjali li l-miri jintlaħqu fuq il-bażi tal-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali. Għandhom jiġu evitati differenzi mhux intenzjonati bejn emissjonijiet teoretiċi u emissjonijiet ta' sewqan reali u lakuni. Huwa jinnota li għalkemm il-bidla miċ-Ċiklu Ġdid tas-Sewqan Ewropew (NEDC) għal proċedura ta' ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP) se tirriżulta f'ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-approvazzjoni tat-tip aktar rappreżentattivi, l-ibridi plug-in għadhom jiġu kkontabilizzati b'mod qarrieqi. L-emissjonijiet ta' dawn il-vetturi bħalissa huma kkontabilizzati permezz tal-użu ta' fattur ta' utilità, li jirrappreżenta s-sehem tad-distanza vvjaġġata bl-użu tal-batterija meta mqabbla mad-distanza vvjaġġata bl-użu tal-magna tal-kombustjoni. Madankollu, dan il-fattur ta' utilità mhuwiex ibbażat fuq data rappreżentattiva tad-dinja reali, iżda fuq stima, li ma tirriflettix b'mod korrett ix-xejriet tas-sewqan f'kundizzjonijiet reali. Peress li l-Kummissjoni ilha tiġbor data permezz ta' monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija mill-2021, dan il-fattur ta' utilità għandu jiġi rivedut kemm jista' jkun malajr biex jirrifletti l-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (29.4.2022)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni
(COM(2021)0556 – C9‑0322/2021 – 2021/0197(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Dominique Riquet
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Sabiex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità tal-karbonju sal-2050, kif stabbilit mill-Patt Ekoloġiku, is-setturi kollha tal-UE jridu jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom, inkluż it-trasport bit-triq, li jammonta għal 20 % tal-emissjonijiet. Dan jgħodd partikolarment għall-karozzi u l-vannijiet, li jikkontribwixxu għal tliet kwarti tal-emissjonijiet. Fl-istess ħin, it-tranżizzjoni se taffettwa l-unitajiet domestiċi, it-territorji, il-ħaddiema u l-industrija tal-karozzi, u tirrikjedi investiment pubbliku u privat sinifikanti.
Biex din l-isfida tintrebaħ, il-Kummissjoni qed tipproponi li tipprojbixxi de facto kwalunkwe teknoloġija termali għall-karozzi u l-vannijiet fl-UE mill-2035. Ir-rapporteur jappoġġa l-objettiv ġenerali tad-dekarbonizzazzjoni tal-flotta sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika. Madankollu jixtieq jagħmel għadd ta' rakkomandazzjonijiet biex jingħelbu d-diffikultajiet potenzjali ta' din l-istrateġija, minħabba l-metodoloġija, il-fattibbiltà u l-konsegwenzi tagħha:
1. Għal tnaqqis olistiku fl-emissjonijiet
Ir-rapporteur iqis li billi jiffoka biss fuq l-emissjonijiet mill-egżost, dan ir-Regolament jonqos milli jidentifika approċċ li jirrifletti l-impatt globali tal-karbonju tal-karozzi u l-vannijiet. Bil-prijoritizzazzjoni ta' ċerti sorsi ta' emissjonijiet, it-teknoloġiji m'għadhomx jitqiegħdu fuq l-istess livell, u dan imur kontra l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika.
Biż-żieda f'vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, ir-rilokazzjoni gradwali ta' sorsi ta' emissjonijiet 'il fuq fil-katina tal-valur, li huma indirizzati f'liġijiet oħra, se twassal biex dan ir-Regolament isir dejjem aktar antikwat. Kontra dan ir-riskju ta' frammentazzjoni regolatorja, ir-rapporteur jixtieq jiffavorixxi kontabbiltà estiża għall-karbonju li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi u tal-fjuwil/enerġija, b'tali mod li jkun jista' jitjieb ir-rendikont tal-impatt ambjentali reali ta' teknoloġiji differenti.
2. Inċertezzi relatati mal-qalba totali għall-elettriku
Filwaqt li r-rapporteur jappoġġa l-elettrifikazzjoni tal-istokk u t-trajettorja lejn emissjonijiet żero, jibża' li, permezz ta' deċiżjonijiet politiċi prematuri, l-ispejjeż ekonomiċi, industrijali, soċjali u ambjentali tat-tranżizzjoni jiġu ssottovalutati. Il-vetturi bil-batterija mhumiex mingħajr emissjonijiet għall-ambjent (il-bilanċ tal-karbonju tal-manifattura, il-piż tal-vettura, l-oriġini tal-elettriku, l-estrazzjoni u l-provvista ta' materjali, speċjalment f'kuntest ta' pressjoni akbar għal dawn ir-riżorsi, billi l-produzzjoni tal-batteriji mistennija tiżdied b'għoxrin darba minn hawn u l-2050). Hemm ukoll mistoqsijiet serji dwar in-networks tal-elettriku tagħna (f'termini ta' dekarbonizzazzjoni, disponibbiltà, prestazzjoni u standardizzazzjoni) jew l-infrastruttura tal-iċċarġjar (rabtiet mal-awtonomija, ħtiġijiet kbar ta' investiment filwaqt li l-Istati Membri se jsofru telf u trasferimenti ta' dħul mit-taxxa fuq il-fjuwils).
Fl-istess ħin, id-dipendenza fuq teknoloġija waħda tfixkel setturi oħra billi toħloq problemi industrijali kbar fir-rigward tar-riċerka u l-iżvilupp, l-impjiegi jew il-kompetittività tal-Ewropa. Dan iżid il-vulnerabbiltajiet strutturali tagħna jekk l-Unjoni ma tkunx żviluppat ekosistema industrijali kompetittiva, ma tkunx installat l-infrastruttura adegwata, ma tkunx iddekarbonizzat u kkonsolidat il-ġenerazzjoni tal-elettriku u ma tkunx żgurat il-ktajjen tal-provvista tagħha. Quddiem ġganti internazzjonali li ma joperawx bl-istess standards fil-qasam ambjentali jew kompetittiv, hemm riskju reali li jiżdied l-użu ta' importazzjonijiet ta' teknoloġija barranija, li jikkundannaw lill-Unjoni għal sfida doppja f'termini ta' tnaqqis tal-impronta tal-karbonju u l-konsolidazzjoni tal-industrija tagħha.
3. Teknoloġiji komplementari, appoġġ neċessarju
Fid-dawl ta' dawn l-inċertezzi, m'għandniex nipprojbixxu prematurament u radikalment kwalunkwe alternattiva teknika li tista' tkun rilevanti fil-futur; iżda għandna ninkoraġġixxu l-innovazzjoni u l-komplementarjetajiet ta' teknoloġiji effiċjenti differenti. Dawn it-teknoloġiji ta' tranżizzjoni jistgħu jirriżultaw favorevoli għall-ambjent u joffru soluzzjonijiet komplementari lill-Istati Membri, li jridu jlaħħqu ma' disparitajiet ekonomiċi, ġeografiċi, soċjali jew infrastrutturali qawwijin.
Dan jirrikjedi bidla żgħira għall-mira tal-2035 sabiex jiġi ppreservat is-sinjal qawwi ta' dekarbonizzazzjoni mibgħut lis-settur filwaqt li jinżamm spazju ta' manuvrar għall-iżvilupp ta' teknoloġiji alternattivi effiċjenti. Għaldaqstant qed tiġi introdotta klawżola ta' rieżami fl-2027, meta l-leġiżlatur ikun f'pożizzjoni aħjar biex jimmedja bejn dawn l-inċertezzi, il-progress teknoloġiku u l-iżviluppi tas-suq. Fl-aħħar nett, il-ħolqien ta' fond għall-industrija tal-karozzi huwa neċessarju biex jiġi appoġġat it-tiġdid tal-ħiliet u t-taħriġ tal-ħaddiema, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ta' għodda industrijali Ewropea effiċjenti u kompetittiva fis-suq dinji.
Ir-rapporteur huwa konvint li b'dawn ir-rakkomandazzjonijiet l-UE se tilħaq l-ambizzjonijiet ambjentali tagħha u tissodisfa l-ħtiġijiet soċjali u industrijali tagħha għal ekonomija Ewropea aktar sostenibbli u reżiljenti.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 ("il-Ftehim ta' Pariġi"). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. |
(1) Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 ("il-Ftehim ta' Pariġi"). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Bl-adozzjoni tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow f'Novembru 2021, il-Partijiet għalih irrikonoxxew li ż-żamma taż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjaw ruħhom li jsaħħu l-miri tagħhom għall-2030 sal-aħħar tal-2022 sabiex jaċċelleraw l-azzjoni klimatika f'dan id-deċennju kritiku u jnaqqsu d-distakk fl-ambizzjoni bil-mira ta' 1,5 °C. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma lill-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura. |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050. Biex din tinkiseb, jeħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza bejn l-atti leġiżlattivi li huma marbutin flimkien minħabba n-natura trasversali tal-kwistjonijiet, bħall-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, l-istandards tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet, il-batteriji, l-enerġija rinnovabbli, l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art, u l-forestrija, it-8 programm ta' azzjoni ambjentali. Kwalunkwe frammentazzjoni regolatorja li tibgħat sinjali kunfliġġenti u tistabbilixxi objettivi reċiprokament inkompatibbli jenħtieġ li tiġi evitata. Il-Patt Ekoloġiku jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma lill-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, u li ssaħħaħ kemm l-awtonomija strateġika kif ukoll it-tmexxija industrijali tal-Unjoni fis-setturi ewlenin kollha, filwaqt li trawwem l-innovazzjoni u l-impjiegi ta' kwalità fl-Ewropa. L-istrateġija għandha l-għan ukoll li tipproteġi, tikkonserva u ssaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet nazzonali u reġjonali u l-konsegwenzi soċjali differenti. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq. |
(6) Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq, li huwa l-uniku settur fl-Unjoni fejn l-emissjonijiet ilhom jiżdiedu mis-snin disgħin, u li għandu impronta ekoloġika importanti responsabbli għal 70 % tal-emissjonijiet totali tat-trasport tal-Unjoni, u għal aktar minn 27 % tal-emissjonijiet kollha ta' gassijiet serra fl-Unjoni. Il-Patt Ekoloġiku stabbilixxa mira ambizzjuża ta' tnaqqis ta' 90 % fl-emissjonijiet tat-trasport sabiex tinkiseb in-newtralità karbonika fl-UE sal-2050. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma meħtieġa bħala parti minn qafas koerenti u konsistenti li huwa indispensabbli biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra. |
(7) Il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament huma meħtieġa bħala parti minn qafas koerenti u konsistenti li huwa indispensabbli biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra, kif ukoll id-dipendenza tal-Unjoni fuq il-fjuwils fossili importati, inklużi importazzjonijiet taż-żejt li kellhom valur ta' EUR 227,5 fl-2018 biss, li għadu l-enerġija predominanti kkunsmata mill-karozzi u mill-vannijiet (94 %). Filwaqt li jitneħħa gradwalment il-konsum taż-żejt, huwa kruċjali li d-dipendenza ma tinbidilx b'oħra. Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà fil-futur tal-industrija Ewropea tal-manifattura u tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, huwa essenzjali li l-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri u mal-partijiet industrijali kkonċernati biex tiżgura l-katina tal-provvista fil-materjali strateġiċi u l-materjali tal-art rari meħtieġa għal teknoloġiji b'livell żero u baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Dan ir-Regolament jifforma parti mill-objettiv tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet mill-karozzi tal-passiġġieri u mill-vetturi kummerċjali ħfief bħala parti mill-għan fit-tul li tikseb settur awtomobilistiku b'emissjonijiet żero. Madankollu, biż-żieda gradwali fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi u żero, is-sorsi tal-emissjonijiet se jitilgħu aktar 'il fuq fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku. B'riżultat ta' dan, l-iżvilupp ta' metodoloġiji taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ biex jikkomplementaw l-approċċ tal-emissjonijiet mill-egżost huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-effettività ta' din il-leġiżlazzjoni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-livell tal-Unjoni u tiġi promossa l-produzzjoni ta' batteriji sostenibbli, speċjalment f'termini ta' durabbiltà, effiċjenza, użu mill-ġdid u riċiklaġġ. F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni jenħtieġ li, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, tfassal metodoloġija armonizzata għar-rapportar dwar il-bilanċ tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' dawk il-vetturi ("manifattura – użu – skrappjar") u l-konsum tal-enerġija ("estrazzjoni/produzzjoni – trasport – konsum" jew "Well-to-Tank") sabiex tinkiseb stampa ġenerali u b'hekk tiġi żgurata l-konsistenza fil-mezzi użati biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl-2027 biex jinkludi din il-kontabbiltà estiża tal-karbonju bħala indikatur ġdid għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-settur, li jista' jirrifletti bl-aħjar mod il-bilanċ reali tal-karbonju tal-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ta' mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta' tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. Mingħajr azzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fit-trasport bit-triq, ikun meħtieġ tnaqqis akbar tal-emissjonijiet f'setturi oħra, inklużi setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni hija aktar ta' sfida. |
(8) Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ta' mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta' tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. B'mod parallel, huwa ta' importanza kbira li l-leġiżlazzjoni komplementari tal-Unjoni, bħad-Direttiva (UE) 2018/200125a, tiżgura użu rapidu tal-enerġija rinnovabbli biex il-flotta tal-karozzi tal-Unjoni tkun imħaddma b'elettriku rinnovabbli addizzjonali. Mingħajr azzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fit-trasport bit-triq, ikun meħtieġ tnaqqis akbar tal-emissjonijiet f'setturi oħra, inklużi setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni hija aktar ta' sfida. It-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika jenħtieġ li jindirizzaw ukoll l-importanza tad-dimensjoni soċjali biex tiġi żgurata mobbiltà aċċessibbli għal kulħadd, inklużi l-impatt tat-tassazzjoni fuq l-enerġija fuq l-affordabbiltà, l-effett dirett u indirett ta' prezzijiet ogħla tal-enerġija fuq it-trasport f'reġjuni differenti tal-Unjoni, kif ukoll il-konsegwenzi industrijali biex jiġu żgurati l-impjiegi u l-kompetittività tal-industrija. |
__________________ |
__________________ |
25 Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13). |
25 Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).
|
|
25a Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82). |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet żero li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-arja u ta' ffrankar tal-enerġija, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tkun tista' tinżamm. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-UE wkoll trid tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. L-istandards imsaħħa ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 huma teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti huma u jibqgħu disponibbli fl-ilħuq tal-mira għall-flotta kollha ta' emissjonijiet żero. Fil-preżent, vetturi b'emissjoni żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi mgħammra b'ċellola tal-fjuwil u vetturi oħra li jaħdmu bl-idroġenu oħrajn, u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba, jistgħu jkomplu jkollhom rwol bil-mogħdija tat-transizzjoni. |
(9) Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-arja u ta' ffrankar tal-enerġija, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni, il-kompetittività internazzjonali u l-livelli ta' impjieg fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku jkunu jistgħu jinżammu u li l-mobbiltà tibqa' aċċessibbli u affordabbli għal kulħadd. L-industrija awtomobilistika għadha wieħed mill-pilastri tal-ekonomija tal-Unjoni, filwaqt li tikkontribwixxi 7 % tal-PDG tagħha, tiġġenera 4,6 miljun impjieg u għadha fuq quddiem nett tal-innovazzjoni teknoloġika b'EUR 60 biljun investiti kull sena fir-riċerka u l-iżvilupp. L-industrija jeħtieġ li tkun appoġġata fit-tranżizzjoni ambjentali u diġitali tagħha, billi l-manifatturi Ewropej issa qed jiffaċċjaw restrizzjoni tripla, b'regolamenti ambjentali ambizzjużi, żieda fil-ħtiġijiet ta' investiment fl-innovazzjoni u żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-UE wkoll trid tkompli tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. L-istandards imsaħħa ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 jenħtieġ li jibqgħu teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti li għandhom l-għan li jikkontribwixxu għal flotta kollha ta' emissjonijiet żero fuq terminu twil, bħall-idroġenu, il-bijofjuwils u fjuwils rinnovabbli oħra jenħtieġ li jintużaw u jistgħu jikkontribwixxu wkoll fuq terminu qasir u medju għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 mis-settur tat-trasport, filwaqt li jiżguraw l-affordabbiltà, l-aċċessibbiltà, is-sikurezza u l-inklużività. Fil-preżent, vetturi b'emissjoni żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi mgħammra b'ċellola tal-fjuwil u vetturi oħra li jaħdmu bl-idroġenu oħrajn, u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba, jew vetturi li jużaw fjuwils alternattiv jistgħu jkomplu jkollhom rwol fil-perkors tat-tranżizzjoni. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Il-vetturi elettriċi li jaħdmu bil-batterija għandhom potenzjal qawwi li jiddekarbonizzaw il-flotta u jenħtieġ li jiġu mħeġġa, filwaqt li jitqies il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, sabiex jintużaw f'komplementarjetà ma' teknoloġiji effiċjenti oħra. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-ebda teknoloġija mhi "mingħajr emissjonijiet" jew mingħajr impatt ambjentali, inkluż dak it-tip ta' vetturi, minħabba l-impronta tal-karbonju tal-batterija, il-piż akbar tal-vetturi, l-oriġini tal-elettriku u l-estrazzjoni tal-materja prima. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li r-riskju tal-pressjonijiet tal-provvista jiġi vvalutat u indirizzat sabiex tiġi ssodisfata d-domanda Ewropea f'kuntest ta' pressjoni internazzjonali akbar biex jiġu estratti r-riżorsi meħtieġa għall-manifattura tal-batteriji, bi projezzjonijiet għall-produzzjoni tal-batteriji li sal-2050 mistennija tiżdied b'għoxrin darba. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati l-impatti fuq in-networks tal-elettriku, f'termini ta' dekarbonizzazzjoni, disponibbiltà, prestazzjoni, grilja intelliġenti u standardizzazzjoni, jew fuq l-introduzzjoni tal-infrastrutturi tal-irriċarġjar, f'termini ta' daqs tan-network korrelatat mal-awtonomija u ħtiġijiet kbar ta' investiment privat u pubbliku. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) F'dak l-isfond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri msaħħa ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 kemm għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perjodu mill-2030 'il quddiem. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'livell li jagħti sinjal qawwi biex tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni u biex tiġi stimulata l-innovazzjoni f'teknoloġiji b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti. |
(10) F'dak l-isfond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri msaħħa ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 kemm għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perjodu mill-2030 'il quddiem. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'livell li jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika filwaqt li jagħti sinjal qawwi biex tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi fis-suq tal-Unjoni sabiex isiru affordabbli u aċċessibbli għal-kulħadd, tiġi stimulata l-innovazzjoni u tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea f'teknoloġiji b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti. Il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika huwa fundamentali biex tiġi żgurata pluralità ta' soluzzjonijiet, jiġu ppreservati l-innovazzjoni u l-iżvilupp, inkluż f'teknoloġiji fixkiela, u jkun hemm flessibbiltà fis-suq u diversità fl-imġiba soċjali. Għaldaqstant huwa importanti li t-trasport bit-triq ma jkunx limitat għal teknoloġija waħda biss iżda minflok jitħeġġu l-innovazzjoni u l-komplementarjetajiet bejn teknoloġiji alternattivi effiċjenti, bħall-użu kkombinat ta' vetturi ibridi u fjuwils b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, mingħajr ma tiġi posposta l-adozzjoni ta' teknoloġiji nodfa li huma kompatibbli mal-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni. Barra minn hekk, approċċ "wieħed tajjeb għal kulħadd" fil-livell tal-Unjoni jiġi kompromess mid-diversità ekonomika, soċjali, ġeografika u infrastrutturali kbira fi ħdan u fost l-Istati Membri, filwaqt li taħlita ta' teknoloġiji komplementari tippermetti lil kull reġjun jimplimenta s-soluzzjonijiet li huwa jqis bħala l-aktar xierqa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tiegħu. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) L-innovazzjoni teknoloġika hija prerekwiżit għad-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà fl-Unjoni, u għalhekk jenħtieġ li tiġi appoġġata. Fid-dawl taż-żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali, l-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jesploraw u jiżviluppaw inizjattivi li jippromwovu s-sinerġiji fis-settur, bħall-Alleanza Ewropea tal-Batteriji, u jappoġġaw l-investiment pubbliku u privat fir-riċerka u l-innovazzjoni tas-settur awtomobilistiku tal-Ewropa. Dan jenħtieġ li jkollu l-għan li jżomm it-tmexxija teknoloġika Ewropea f'dak is-settur, jiżviluppa l-eċċellenza industrijali fit-teknoloġiji tal-futur fl-Unjoni u jiżgura s-sostenibbiltà u l-kompetittività fit-tul tal-bażi industrijali tagħha. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Il-miri fl-istandards ta' prestazzjoni riveduti tas-CO2 jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn strateġija Ewropea biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati miż-żieda fil-manifattura ta' vetturi b'emissjonijiet żero u teknoloġiji assoċjati, kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Fejn xieraq, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jitqies fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u strumenti oħrajn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija se jippermettu lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida. |
(11) Il-miri fl-istandards ta' prestazzjoni riveduti tas-CO2 jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn strateġija Ewropea biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati miż-żieda fil-manifattura ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi u teknoloġiji assoċjati, kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet, partikolarment għall-SMEs. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li għalhekk jiżdied fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Soċjali għall-Klima u strumenti oħrajn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija se jippermettu lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida. Dan l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jkun bil-kundizzjoni li l-kumpaniji li jirċevuh jippreservaw l-impjiegi. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida aġġornata26 tipprevedi l-ħolqien konġunt ta' perkorsi ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku. Il-perkors jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-SMEs fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, il-konsultazzjoni mas-sħab soċjali inkluż mill-Istati Membri, u jenħtieġ li jibni wkoll fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b'inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali biex tingħata spinta lill-affordabbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors. Il-progress li sar f'dan il-perkors komprensiv ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sentejn bħala parti minn rapport tal-progress li jrid jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero, l-iżviluppi fil-prezzijiet tagħhom, l-użu ta' żvilupp tal-fjuwils alternattivi u l-introduzzjoni tal-infrastruttura kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-potenzjal ta' teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq mobbiltà b'newtralità klimatika, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tal-qasam awtomobilistiku, it-titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Ir-rapport ta' progress se jibni wkoll fuq ir-rapporti ta' progress ta' sentejn li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lis-sħab soċjali fit-tħejjija tar-rapport ta' progress, inkluż ir-riżultati fid-djalogu soċjali. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-karozzi qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-produzzjoni tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja, jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima affordabbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta' progress tagħha. |
(12) L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida aġġornata26 tipprevedi l-ħolqien konġunt ta' perkorsi ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku, filwaqt li jappoġġa wkoll lir-reġjuni u lill-komunitajiet li huma l-aktar affettwati bil-ħsieb li jitnaqqas id-distakk bejn l-ekonomiji żviluppati u dawk anqas żviluppati fl-Unjoni. Il-perkors jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-SMEs fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, il-konsultazzjoni mas-sħab soċjali inkluż mill-Istati Membri, u jenħtieġ li jibni wkoll fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b'inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali biex tingħata spinta lill-affordabbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors. Il-mobbiltà individwali jenħtieġ li tibqa' aċċessibbli u affordabbli għal kulħadd, speċjalment għaċ-ċittadini taż-żoni rurali, remoti u insulari, bi ftit li xejn aċċess għal trasport pubbliku ta' kwalità jew soluzzjonijiet oħra ta' mobbiltà. Il-progress li sar f'dan il-perkors komprensiv ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sentejn bħala parti minn rapport tal-progress li jrid jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi, l-iżviluppi fil-prezzijiet tagħhom, l-użu ta' żvilupp tal-fjuwils alternattivi u l-introduzzjoni tal-infrastruttura kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-potenzjal ta' teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq mobbiltà b'newtralità klimatika, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tal-qasam awtomobilistiku, it-titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Ir-rapport ta' progress se jibni wkoll fuq ir-rapporti ta' progress ta' kull sena li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lis-sħab soċjali fit-tħejjija tar-rapport ta' progress, inkluż ir-riżultati fid-djalogu soċjali. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-karozzi qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-bijofjuwils avvanzati u l-produzzjoni tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja, jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima affordabbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta' progress tagħha. |
__________________ |
__________________ |
26 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa, COM(2021) 350 final tal-5 ta' Mejju 2021 |
26 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa, COM(2021) 350 final tal-5 ta' Mejju 2021 |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) Għalkemm dan ir-Regolament japplika biss għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, huwa importanti li dan jiġi inkluż fi pjan ta' azzjoni aktar komprensiv għall-Unjoni kollha li jkollu fil-mira d-dekarbonizzazzjoni tal-flotta eżistenti sabiex jiġu protetti l-ambjent u s-saħħa taċ-ċittadini fl-Istati Membri kollha. Il-flotta attwali se tkompli tkun fattur li jikkontribwixxi għal prestazzjoni ambjentali fqira għal żmien twil minħabba l-pass kajman tat-tiġdid tal-flotta. Barra minn hekk, is-suq eżistenti ta' vetturi użati li jniġġsu fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant joħloq ir-riskju li t-tniġġis jiġi ttrasferit lejn reġjuni inqas żviluppati mil-lat ekonomiku fl-Unjoni. L-ilħuq tal-miri klimatiċi ambizzjużi fl-2050 jenħtieġ li jimxi id f'id mad-dritt taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni għal arja aktar nadifa. Sabiex jiġi aċċellerat it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-flotta eżistenti, huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni tippreżenta mingħajr dewmien miżuri leġiżlattivi biex jiġi stabbilit qafas favorevoli għall-modifika retroattiva u jiġi promoss l-użu ta' teknoloġiji attwalment disponibbli li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2, bħall-fjuwils b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju jew dawl li jikkonsma anqas enerġija, biex tiġi aċċellerata l-bidla modali għall-merkanzija u l-passiġġieri, jitħeġġu drawwiet tat-trasport aktar ekoloġiċi, bħall-carpooling, il-mobbiltà mhux motorizzata u t-trasport pubbliku fil-bliet, u jiġi indirizzat ir-riskju possibli ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tas-settur awtoboloistiku fi ħdan l-Unjoni. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Dawk il-miri għall-flotta kollha tal-UE għandhom jiġu kkomplementati mill-implimentazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil kif stabbilit fid-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27. |
(13) It-titjib tal-aċċess tal-konsumaturi għal infrastruttura konvenjenti għall-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi u għar-riforniment bi fjuwils alternattivi huwa prerekwiżit essenzjali għall-iżvilupp tas-suq għall-vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi u, għalhekk, għas-suċċess ta' dan ir-Regolament; Il-miri għall-flotta kollha tal-UE jenħtieġ li jiġu kkomplementati mill-implimentazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil, li ilha s'issa tiffaċċja implimentazzjoni insuffiċjenti madwar l-Unjoni. Għal din ir-raġuni, dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn miri obbligatorji ambizzjużi għall-użu ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fl-Istati Membri kollha, kif ukoll miri ambizzjużi għall-użu ta' punti tal-iċċarġjar privati kif stabbiliti fid-Direttiva 2014/94/EU27 u fid-Direttiva 2010/31/UE, u f'dan ir-rigward, kwalunkwe żieda fil-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, inkluż rigward objettivi interim, jenħtieġ li timxi id f'id ma' żieda fil-miri tal-introduzzjoni. L-infrastruttura tal-iċċarġjar jenħtieġ li tiġi introdotta fejn in-nies jgħixu, jaħdmu u jwettqu l-attivitajiet ta' kuljum tagħhom. Huwa essenzjali li l-ebda reġjun jew territorju tal-Unjoni ma jitħalla jibqa' lura u li d-disparitajiet reġjonali fl-użu tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi jiġu indirizzati kif xieraq, b'mod partikolari f'reġjuni inqas żviluppati jew reġjuni bi ħtiġijiet u ċirkostanzi speċifiċi, bħalma huma r-reġjuni rurali u skarsament popolati, ir-reġjuni remoti u ultraperiferiċi u r-reġjuni insulari u muntanjużi. L-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw appoġġ u għajnuna suffiċjenti biex jilħqu dan l-objettiv fid-dawl tal-ħtiġijiet ta' investiment sinifikanti tagħhom, f'deċennju meta t-telf ta' taxxa u t-trasferimenti tad-dħul mit-taxxa tagħhom lejn fjuwils alternattivi se jiżdiedu. F'dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi ssottolinjat li l-kwistjoni tar-riforniment tal-fjuwil hija marbuta intrinsikament mal-awtonomija tal-vetturi, fis-sens li, aktar ma tiżdied l-awtonomija, aktar tonqos il-frekwenza tal-bżonn ta' riforniment tal-fjuwil – u li għalhekk jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis l-iżviluppi teknoloġiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-awtonomija tal-batteriji, li jaffettwaw l-użu tal-infrastruttura. It-trasport bit-triq jirrappreżenta sehem sinifikanti tal-konsum finali tal-enerġija fl-Unjoni. Id-Direttiva (UE) .../... [Id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija Riformulata] tnaqqax il-Prinċipju tal-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel bħala prinċipju ġenerali li jenħtieġ li jitqies fis-setturi kollha, lil hinn mis-sistema tal-enerġija, u fil-livelli kollha. Għalhekk, il-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" jenħtieġ li jiġi kkunsidrat fid-deċiżjonijiet ta' politika, ta' ppjanar u ta' investiment relatati mal-użu ta' infrastruttura tal-irriċarġjar u għar-riforniment ta' fjuwils alternattivi, inkluż fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika well-to-wheel ta' teknoloġiji differenti b'emissjonijiet żero. |
__________________ |
__________________ |
27 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1). |
27 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1). |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Il-manifatturi jenħtieġ li jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti, u għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-approċċ ta' tnaqqis tal-livelli fil-mira fi stadji ta' ħames snin. |
(14) Il-manifatturi, speċjalment l-SMEs fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, jenħtieġ li jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien meta jitqies li l-karozzi tal-passiġġieri jiġu prodotti u ddisinjati f'mill-inqas ċikli ta' ħames snin, u l-vetturi kummerċjali ħfief saħansitra ċikli itwal, sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi b'mod kosteffiċjenti. Għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-approċċ ta' tnaqqis tal-livelli fil-mira fi stadji. Bil-għan li tiġi żgurata l-effettività ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq, l-avvanzi teknoloġiċi u l-objettiv tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet, jenħtieġ li jsir rieżami ta' dan ir-Regolament fl-2027. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 17
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) L-isforz għat-tnaqqis tal-emissjonijiet meħtieġ biex jintlaħqu l-miri għall-flotta kollha tal-UE jitqassam fost il-manifatturi billi tintuża kurva tal-valuri ta' limitu bbażata fuq il-massa medja tal-flotta tal-UE ta' vetturi ġodda u tal-flotta ta' vetturi ġodda tal-manifattur. Filwaqt li huwa xieraq li jinżamm dan il-mekkaniżmu, jeħtieġ li jiġi evitat li bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE, il-mira speċifika tal-emissjonijiet għal manifattur issir negattiva. Għal dik ir-raġuni, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li fejn iseħħ riżultat bħal dan, il-mira speċifika tal-emissjonijiet jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 0 g CO2/km. |
(17) L-isforz għat-tnaqqis tal-emissjonijiet meħtieġ biex jintlaħqu l-miri għall-flotta kollha tal-UE jitqassam fost il-manifatturi billi tintuża kurva tal-valuri ta' limitu bbażata fuq il-massa medja tal-flotta tal-UE ta' vetturi ġodda u tal-flotta ta' vetturi ġodda tal-manifattur. Jeħtieġ li jiġi evitat li bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE, il-mira speċifika tal-emissjonijiet għal manifattur issir negattiva. Għal dik ir-raġuni, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li fejn iseħħ riżultat bħal dan, il-mira speċifika tal-emissjonijiet jenħtieġ li tiġi stabbilita għal 0 g CO2/km. Il-parametru tal-utilità bbażat fuq il-massa għall-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi ta' manifattur jenħtieġ li jinżamm sal-2025 għall-karozzi tal-passiġġieri. Iż-żieda fil-piż tal-karozzi ntużat bħala għażla ta' tnaqqis li tippermetti lill-manifatturi jistabbilixxu miri inqas ambizzjużi, għalkemm it-tnaqqis fid-daqs u t-tħaffif jistgħu jġibu benefiċċji sostanzjali f'termini ta' effiċjenza enerġetika, użu effiċjenti tal-ispazju urban, sikurezza fit-toroq u saħħa tal-bniedem. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa proposti biex tinċentiva t-tnaqqis tal-massa, inkluż għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi, sabiex tiġi promossa l-produzzjoni ta' vetturi aktar effiċjenti mil-lat ta' materjal. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 21
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Fid-dawl taż-żieda fl-objettivi ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u biex jiġu evitati effetti potenzjali ta' distorsjoni tas-suq, ir-rekwiżiti ta' tnaqqis għall-manifatturi kollha preżenti fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu allinjati, ħlief għal dawk responsabbli għal anqas minn 1 000 vettura ġdida rreġistrati f'sena kalendarja. Konsegwentement, il-possibbiltà li l-manifatturi responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000 karozza tal-passiġġieri jew bejn 1 000 u 22 000 vettura kummerċjali ħafifa rreġistrati ġodda f'sena kalendarja japplikaw għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom jenħtieġ li tieqaf mill-2030 'il quddiem. |
(21) Fid-dawl taż-żieda fl-objettivi ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u biex jiġu evitati effetti potenzjali ta' distorsjoni tas-suq, ir-rekwiżiti ta' tnaqqis għall-manifatturi kollha preżenti fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu allinjati, ħlief għal dawk responsabbli għal anqas minn 1 000 vettura ġdida rreġistrati f'sena kalendarja. Konsegwentement, il-possibbiltà li l-manifatturi responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000 karozza tal-passiġġieri jew bejn 1 000 u 22 000 vettura kummerċjali ħafifa rreġistrati ġodda f'sena kalendarja japplikaw għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom jenħtieġ li tieqaf mill-2030 'il quddiem. Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta, din id-deroga jenħtieġ li tapplika biss għall-manifatturi ta' vetturi speċjali b'utilità soċjali, bħal vetturi ta' emerġenza, vannijiet tat-tifi tan-nar, ambulanzi, u mhux għall-manifatturi tal-aktar karozzi lussużi. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 23
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl-2026. Għal dan ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha kkunsidrati fir-rapportar ta' kull sentejn. |
(23) Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl-2027. Għal dan ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha kkunsidrati fir-rapportar annwali. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 24
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Il-possibbiltà li d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jiġi assenjat għal fond speċifiku jew għal programm rilevanti ġiet evalwata kif meħtieġ skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2019/631, bil-konklużjoni li dan iżid b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv, filwaqt li ma jkunx ta' benefiċċju dirett għas-settur awtomobilistiku fit-tranżizzjoni tiegħu. Għalhekk, id-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi għandu jkompli jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/631. |
(24) It-tranżizzjoni aħħarija lejn vetturi b'emissjonijiet żero strutturalment se twassal għal telf sinifikanti ta' impjiegi fl-industrija awtomobilistika, mill-manifatturi u l-fornituri tal-komponenti tagħhom għal servizzi relatati ta' manutenzjoni u tiswija. Għalhekk, l-isforzi għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq jenħtieġ li jqisu wkoll il-konsegwenzi soċjali sinifikanti li x'aktarx se jġib miegħu dan il-proċess sabiex din it-tranżizzjoni tittaffa u eventwalment tiġi ġestita. L-ammonti tal-primjums għal emissjonijiet eċċessivi jenħtieġ li jitqiesu bħala dħul assenjat għal-linja baġitarja speċifika "appoġġ għas-settur awtomobilistiku" tal-Fond Soċjali għall-Klima, bl-objettiv li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija newtrali għall-klima u jingħata appoġġ lil miżuri ta' taħriġ, taħriġ mill-ġdid, titjib tal-ħiliet u aktar kwalifiki għall-ħaddiema milquta, partikolarment fl-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju. Din il-linja baġitarja jenħtieġ li tiġi ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u mill-introjtu ġġenerat mill-primjums għal emissjonijiet eċċessivi. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid)
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 1 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-a) jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej: |
|
"3a. Sal-31 ta' Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' dan ir-Regolament u, fejn xieraq, tressaq proposta biex tissupplimentah b'miżuri addizzjonali li jinkludu, minbarra l-emissjonijiet mill-egżost, il-bilanċ ġenerali tal-karbonju tal-vettura u tal-fjuwil użat, abbażi tal-metodoloġiji stabbiliti fl-Artikolu 7(10) u fl-Artikolu 12(3a), bil-għan li jiġi żgurat li l-emissjonijiet mis-settur ikunu konformi mal-mira tan-newtralità karbonika tal-Unjoni." |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 1 – paragrafu 5a – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida tal-karozzi tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 100 % tal-mira fl-2021 iddeterminata skont il-punt 6.1.3 tal-Parti A tal-Anness I; |
(a) għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida tal-karozzi tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 90 % tal-mira fl-2021 iddeterminata skont il-punt 6.1.3 tal-Parti A tal-Anness I; |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 1 – paragrafu 5a – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 100 % tal-mira fl-2021 iddeterminata f'konformità mal-Parti B, il-punt 6.1.3, tal-Anness I. |
(b) għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 90 % tal-mira fl-2021 iddeterminata f'konformità mal-Parti B, il-punt 6.1.3, tal-Anness I. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Article 1 – paragraph 1 – point 1 – point c
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 1 – paragrafu 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) Fil-paragrafu 6, il-kliem "Mill-1 ta' Jannar 2025," huwa sostitwit bil-kliem "Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029,", |
(c) il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
|
"6. Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029 għandu japplika punt ta' riferiment għall-vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi ekwivalenti għal sehem ta' 20 % tal-flotot rispettivi ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-punti 6.3 tal-Partijiet A u B tal-Anness I rispettivament.". |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) jiżdied il-punt li ġej: |
|
"(na) "vettura elettrika ibrida plug-in" (PHEV) tfisser vettura mħaddma b'taħlita ta' mutur elettriku b'batterija rikarikabbli u magna ta' kombustjoni interna, li jistgħu joperaw flimkien jew separatament." |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt bb (ġdid)
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt nb (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(bb) jiżdiedu l-punti li ġejjin: |
|
"(nb) "bijofjuwils" tfisser bijofjuwils kif definiti fl-Artikolu 2, punt (33) tad-Direttiva (UE) 2018/2001; |
|
(nc) "bijofjuwils avvanzati" tfisser bijofjuwils avvanzati kif definiti fl-Artikolu 2, punt (34) tad-Direttiva (UE) 2018/2001; |
|
(nd) "fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika" tfisser fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika kif definiti fl-Artikolu 2, punt (36) tad-Direttiva (UE) 2018/2001;" |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 7 – paragrafu 10
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(aa) il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
10. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-2030, tevalwa l-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq. |
"10. Il-Kummissjoni għandha tfassal, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik il-metodoloġija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq." |
(32019R0631)
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ab (ġdid)
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 7 – paragrafu 10a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ab) jiddaħħal il-paragrafu 10a li ġej: |
|
"10a. Mill-1 ta' Jannar 2024, il-manifatturi jistgħu, fuq bażi volontarja, jittrażmettu d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief imqiegħda fis-suq tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 10 ta' dan l-Artikolu lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu u lill-Istati Membri, li sussegwentement għandhom jikkomunikawha lill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 2. Mill-1 ta' Jannar 2028, dik id-data għandha tiġi inkorporata fl-informazzjoni elenkata fil-Parti A tal-Annessi II u III;" |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 8 – paragrafu 4
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5a) fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
4. L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
"4. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat għal-linja baġitarja speċifika "appoġġ għas-settur awtomobilistiku" tal-Fond Soċjali għall-Klima, bl-objettiv li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għal ekonomija newtrali għall-klima billi jittaffa kwalunkwe impatt negattiv li t-tranżizzjoni jkollha fuq l-impjiegi fis-settur awtomobilistiku fl-Istati Membri kollha affettwati, b'mod partikolari fir-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni. B'mod partikolari, il-Fond għandu jiffinanzja t-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u l-kwalifiki ulterjuri tal-ħaddiema fis-settur awtomobilistiku, inklużi l-manifatturi tal-karozzi, il-fornituri tal-komponenti tagħhom u s-servizzi anċillari ta' manutenzjoni u tiswija, speċjalment għall-SMEs. |
|
Din il-linja baġitarja speċifika tal-Fond Soċjali għall-Klima għandha tappoġġja l-mira tal-investiment għall-impjiegi u t-tkabbir fl-Istati Membri kollha. Għandha tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri għall-finanzjament ta' miżuri u investimenti biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tat-tranżizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ mill-ġdid u t-telf mistenni ta' impjiegi fis-settur awtomobilistiku, inkluż fl-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju. |
|
Ir-riżorsi allokati għandhom jiġu mill-baġit tal-Unjoni u mill-introjtu mill-primjums għal emissjonijiet eċċessivi kif definit fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament. Dawn għandhom jappoġġjaw l-attivitajiet li ġejjin: it-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema; l-għajnuna għat-tfittix ta' impjieg u l-inklużjoni attiva ta' min ikun qed ifittex impjieg; l-investiment fil-konverżjoni tan-nisġa industrijali tal-Ewropa." |
(32019R0631)
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 10 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
"Tista' tingħata deroga li tkun saret applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1, mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet applikabbli sa u inkluża s-sena kalendarja 2029."; |
"Tista' tingħata deroga li tkun saret applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1, mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet applikabbli sa u inkluża s-sena kalendarja 2029."; |
|
Manifattur ta' vetturi speċjali b'utilità soċjali, bħal vetturi ta' emerġenza, vannijiet tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar u ambulanzi jista' japplika għal deroga. Ma tistax tingħata deroga lil manifattur ta' vetturi li jaqgħu fis-segment F, is-segment S u s-segment SUV fl-iskema ta' klassifikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (Euro Car Segment). |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 11a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 11a |
|
Ekodisinn |
|
Sabiex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero tikkontribwixxi bis-sħiħ għall-objettivi tal-Unjoni dwar l-effiċjenza enerġetika u l-ekonomija ċirkolari, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2023, tressaq proposti, kif xieraq, dwar il-ħolqien ta' rekwiżiti minimi tal-ekodisinn għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha, inklużi rekwiżiti ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija, emissjonijiet integrati, durabbiltà u possibbiltà ta' tiswija għall-partijiet essenzjali bħal dwal, komponenti elettroniċi u batteriji, rekwiżiti minimi għall-irkupru ta' metalli, plastik u materja prima kritika, filwaqt li tqis il-prinċipji applikati għal prodotti oħra relatati mal-enerġija skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. |
|
__________________ |
|
1a Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10)." |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Article 1 – paragraph 1 – point 6 b (new)
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6b) fl-Artikolu 12, jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej: |
|
"3a. Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tfassal metodoloġija komuni tal-UE għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu kollu tal-fjuwils u l-enerġija kkunsmata mill-vetturi fis-suq tal-Unjoni. |
|
Din għandha tinkludi wkoll metodoloġija għall-kejl u t-tqabbil tal-effiċjenza ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi abbażi tal-ammont ta' elettriku li jkollhom bżonn biex jinstaqu għal mitt kilometru. Dik il-metodoloġija għandha tqis b'mod partikolari l-implikazzjonijiet tal-elettriku użat fuq l-ammont ta' riżorsi meħtieġa mill-batteriji interni għall-ħżin tal-enerġija jew għall-produzzjoni ta' fjuwils alternattivi ta' tali vetturi. |
|
B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-użu tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija msemmija fil-paragrafu 1 għall-Vetturi Elettriċi Ibridi li jiġu Ċċarġjati Esternament (OVC-HEVs). Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex tadatta l-fatturi ta' utilità użati għall-OVC-HEVs, sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet tagħhom ikunu rappreżentattivi tas-sewqan fid-dinja reali mill-2025 'il quddiem." |
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(7a) fl-Artikolu 14(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(c) sal-31 ta' Ottubru 2022, il-valur TM0 indikattiv għall-2025 għandu jiġi stabbilit bħala l-massa medja tat-test rispettiva tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda kollha u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fl-2021; |
"(c) sal-31 ta' Ottubru 2022, il-valur TM0 indikattiv għall-2025 għandu jiġi stabbilit bħala l-massa medja tat-test rispettiva tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fl-2021;" |
(32019R0631)
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt d
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(7b) fl-Artikolu 14(1), il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(d) sal-31 ta' Ottubru 2024 u kull sentejn wara dan, il-valur TM0 fil-punt 6.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja tat-test rispettiva tal-karozzi l-ġodda tal-passiġġieri kollha u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fis-sentejn kalendarji preċedenti, mill-2022 u l-2023 'il quddiem. Il-valuri l-ġodda ta' TM0 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja wara d-data tal-aġġustament. |
"(d) sal-31 ta' Ottubru 2024 u kull sentejn wara dan, il-valur TM0 fil-punt 6.2 tal-Parti B tal-Anness I għandu jiġi aġġustat għall-massa medja tat-test rispettiva tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda kollha reġistrati fis-sentejn kalendarji preċedenti, mill-2022 u l-2023 'il quddiem. Il-valuri l-ġodda ta' TM0 għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar tas-sena kalendarja wara d-data tal-aġġustament." |
(32019R0631)
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 14a – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni, inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji. |
Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sena wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni, inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji. |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 14a – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jinkludi l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi, il-progress fl-ilħuq tal-miri għall-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli biex tintlaħaq il-mobbiltà b'newtralità klimatika, l-impatt fuq il-konsumaturi, il-progress fid-djalogu soċjali kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata ulterjorment it-tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero.; |
Fir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jinkludi: |
|
(a) l-użu kif ukoll il-prezz ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi, |
|
(b) it-tranżizzjoni minn approċċ ibbażat purament fuq l-emissjonijiet tal-egżost għal approċċ olistiku bbażat fuq l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja għall-emissjonijiet abbażi tal-metodoloġiji stabbiliti fl-Artikoli 7(10) u 12(3a), filwaqt li titqies ukoll l-intensità tal-gassijiet serra fl-istadji tal-estrazzjoni, tal-produzzjoni u ta' tmiem il-ħajja tal-minerali, kif ukoll it-taħlita tal-enerġija fl-Istat Membru rispettiv taċ-ċirkolazzjoni, |
|
(c) il-limitu ta' CO2 użat għad-definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi vettura b'emissjonijiet baxxi u, f'każ ta' bżonn, ir-reviżjoni tiegħu, |
|
(d) il-progress fl-ilħuq tal-miri għall-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, |
|
(e) il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli biex tintlaħaq il-mobbiltà b'newtralità klimatika, |
|
(f) l-impatt fuq il-miri tal-Istati Membri dwar il-GHG u l-kwalità tal-arja, ix-xiri annwali ta' vetturi ġodda b'emissjonijiet żero jew baxxi kif ukoll vetturi użati, |
|
(g) il-progress u l-impatt fil-livell reġjonali (NUTS II), |
|
(h) l-impatt fuq il-konsumaturi, partikolarment dawk bi dħul baxx, kif ukoll l-evoluzzjoni tal-faqar fit-trasport f'kull Stat Membru, kif definit fir-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima], |
|
(i) il-progress fid-djalogu soċjali kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata ulterjorment it-tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero, |
|
(j) il-progress fl-użu ta' kapaċità addizzjonali tal-elettriku rinnovabbli proporzjonali għat-tkabbir fil-bejgħ ta' vetturi b'emissjonijiet żero sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ma jiġux sempliċement spostati. |
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 14b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) jiddaħħal l-Artikolu 14b li ġej: |
|
"Artikolu 14b |
|
F'konformità mal-Artikolu 3(1), punt (b) tad-Direttiva (UE) .../... [id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija Riformulata], l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel" fid-deċiżjonijiet relatati mal-politika, l-ippjanar u l-investiment b'rabta mal-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u l-forniment tal-fjuwils alternattivi, inkluż fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija well-to-wheel ta' teknoloġiji differenti b'emissjonijiet żero." |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fl-2028, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività u l-impatt ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar ta' kull sentejn, u trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami. |
Fl-2027, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività u l-impatt ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar annwali, u trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami. |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament. |
Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament u biex jiġi identifikat perkors ċar għal aktar tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 bl-introduzzjoni ta' miri applikabbli għall-flotta kollha tal-UE għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda lil hinn mill-2035, inkluża l-possibbiltà ta' allokazzjoni ta' vetturi ibridi plug-in għall-miri tal-flotta, abbażi ta' metodoloġija tal-LCA żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt aa (ġdid)
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 15 – paragrafu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(aa) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fost l-oħrajn, kemm il-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija mill-vetturi stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali; l-introduzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief; l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u l-forniment tal-fjuwil irrappurtata mid-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20, inkluż il-finanzjament tagħha; il-kontribut li l-użu ta' fjuwils alternattivi sintetiċi u avvanzati prodotti b'enerġija rinnovabbli jista' jkollu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet; it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 osservat effettivament fil-livell tal-flotta eżistenti; il-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi; l-effetti potenzjali tal-miżura tranżizzjonali stabbilita fil-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I; l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-konsumaturi, b'mod partikolari fuq dawk b'introjtu baxx u medju; kif ukoll aspetti li jiffaċilitaw tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u għall-but ta' kulħadd fl-Unjoni. |
"2. Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fost l-oħrajn, kemm il-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija mill-vetturi stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali; l-introduzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief; l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u l-forniment tal-fjuwil irrappurtata mid-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi20, inkluż il-finanzjament tagħha; l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u r-rieżami previst tagħha; il-kontribut li l-użu ta' fjuwils alternattivi sintetiċi u avvanzati prodotti b'enerġija rinnovabbli jista' jkollu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet; it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 osservat effettivament fil-livell tal-flotta eżistenti; il-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi; l-effetti potenzjali tal-miżura tranżizzjonali stabbilita fil-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I; l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-konsumaturi, b'mod partikolari fuq dawk b'introjtu baxx u medju; kif ukoll aspetti li jiffaċilitaw tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u għall-but ta' kulħadd fl-Unjoni." |
__________________ |
__________________ |
20 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1). |
20 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1). |
(32019R0631)
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b
Regolament (EU) 2019/631
Artikolu 15 – paragrafi 2 sa 5
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
(b) jitħassru l-paragrafi 2 sa 5, |
(b) jitħassru l-paragrafi 3 sa 5, |
(32019R0631)
Emenda 41
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt da (ġdid)
Regolament (EU) 2019/631
Anness I – Parti A – punt 6.2.1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(da) il-punt 6.2.1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
6.2.1. Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2025 sal-2029 |
"6.2.1. Miri ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi għall-2025 sal-2029 |
Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' referenza = EU fleet-wide target2025 + α2025 (TM – TM0) |
Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' referenza = EU fleet-wide target2025 |
fejn: |
fejn: |
EU fleet-wide target2025 hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.1; |
EU fleet-wide target2025 hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.1." |
a2025 hija |
|
|
|
fejn: |
|
a2021 hija l-inklinazzjoni tal-linja dritta li toqgħod l-aħjar, stabbilita bl-applikazzjoni tal-metodu ta' pożizzjonament tal-minimi kwadrati lineari għall-massa tat-test (varjabbli indipendenti) u l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 (varjabbli dipendenti) ta' kull karozza ġodda tal-passiġġieri rreġistrata fl-2021; |
|
emissjonijiet medji2021 hija l-medja tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati fl-2021 ta' dawk il-manifatturi li għalihom ġiet ikkalkulata mira ta' emissjonijiet speċifiċi f'konformità mal-punt 4; |
|
TM hija l-massa medja tat-test f'kilogrammi (kg) tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri kollha tal-manifattur irreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti; |
|
TM0 huwa l-valur f'kilogrammi (kg) stabbilit skont il-punt (d) tal-Artikolu 14(1). |
|
(32019R0631)
Emenda 42
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt f
Regolament (EU) 2019/631
Anness I – Parti A – punt 6.3.2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6.3.2 Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034 |
6.3.2 Miri għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034 |
Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' referenza = EU fleet-wide target2030 + α2030 (TM – TM0) |
Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi ta' referenza = EU fleet-wide target2030 |
Fejn, |
|
EU fleet-wide target2030 hija kif stabbilita skont il-punt 6.1.2; |
|
a2030 hija |
|
|
|
fejn, |
|
a2021 hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definita fil-punt 6.2.1; |
|
TM hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni |
|||
Referenzi |
COM(2021)0556 – C9-0322/2021 – 2021/0197(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 13.9.2021 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 13.9.2021 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Dominique Riquet 7.10.2021 |
|||
Eżami fil-kumitat |
26.1.2022 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
20.4.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 17 19 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Matteo Adinolfi, Nicola Beer, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Vasile Blaga, Michael Bloss, Manuel Bompard, Paolo Borchia, Marc Botenga, Markus Buchheit, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Maria da Graça Carvalho, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Josianne Cutajar, Nicola Danti, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Claudia Gamon, Jens Geier, Bart Groothuis, Christophe Grudler, András Gyürk, Henrike Hahn, Robert Hajšel, Ivo Hristov, Ivars Ijabs, Eva Kaili, Seán Kelly, Izabela-Helena Kloc, Łukasz Kohut, Zdzisław Krasnodębski, Andrius Kubilius, Miapetra Kumpula-Natri, Thierry Mariani, Marisa Matias, Eva Maydell, Georg Mayer, Joëlle Mélin, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Angelika Niebler, Niklas Nienaß, Ville Niinistö, Aldo Patriciello, Mauri Pekkarinen, Mikuláš Peksa, Tsvetelina Penkova, Morten Petersen, Pina Picierno, Markus Pieper, Clara Ponsatí Obiols, Manuela Ripa, Robert Roos, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Jessica Stegrud, Beata Szydło, Riho Terras, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Isabella Tovaglieri, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Carlos Zorrinho |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Pascal Arimont, Cornelia Ernst, Klemen Grošelj, Alicia Homs Ginel, Nora Mebarek, Jutta Paulus, Ernő Schaller-Baross, Susana Solís Pérez |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
40 |
+ |
ECR |
Izabela-Helena Kloc, Zdzisław Krasnodębski, Beata Szydło, Grzegorz Tobiszowski |
ID |
Matteo Adinolfi, Paolo Borchia, Isabella Tovaglieri |
NI |
András Gyürk, Ernő Schaller-Baross |
PPE |
Pascal Arimont, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Vasile Blaga, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Maria da Graça Carvalho, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Seán Kelly, Andrius Kubilius, Eva Maydell, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Markus Pieper, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Riho Terras, Henna Virkkunen, Pernille Weiss |
Renew |
Nicola Beer, Nicola Danti, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Ivars Ijabs, Iskra Mihaylova, Mauri Pekkarinen, Susana Solís Pérez |
S&D |
Jens Geier, Eva Kaili, Łukasz Kohut |
17 |
- |
ECR |
Robert Roos, Jessica Stegrud |
ID |
Markus Buchheit, Georg Mayer |
The Left |
Manuel Bompard, Marc Botenga, Cornelia Ernst, Marisa Matias |
Verts/ALE |
Michael Bloss, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Henrike Hahn, Niklas Nienaß, Ville Niinistö, Jutta Paulus, Mikuláš Peksa, Manuela Ripa |
19 |
0 |
ID |
Thierry Mariani, Joëlle Mélin |
NI |
Clara Ponsatí Obiols |
Renew |
Claudia Gamon, Bart Groothuis, Morten Petersen |
S&D |
Josianne Cutajar, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Robert Hajšel, Alicia Homs Ginel, Ivo Hristov, Miapetra Kumpula-Natri, Nora Mebarek, Dan Nica, Tsvetelina Penkova, Pina Picierno, Patrizia Toia, Carlos Zorrinho |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (28.4.2022)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni
(COM(2021)0556 – C9‑0322/2021 – 2021/0197(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Karima Delli
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Standards imtejba tal-prestazzjoni fir-rigward tal-emissjonijiet għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2. Fl-istess ħin, jikkontribwixxu wkoll biex jintlaħqu kemm il-mira legalment vinkolanti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030 u kif ukoll l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-ambitu tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Barra minn hekk, miri ġodda msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jistgħu jirriżultaw f'iffrankar sinifikanti tal-fjuwil għall-konsumaturi kif ukoll f'titjib fil-kwalità tal-arja għaċ-ċittadini tagħna.
Il-livell fil-mira attwali skont ir-Regolament (UE) 2019/631 juri l-kontribut insuffiċjenti tal-vetturi ħfief għall-ambizzjoni akbar tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra. L-emissjonijiet ta' gassijiet serra mit-trasport bit-triq jirrappreżentaw kważi 20 % tal-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra tal-UE u żdiedu b'mod sinifikanti mill-1990 'il hawn. Ir-rapporteur iqis il-ħtieġa li tiżdied b'mod sostanzjali l-ambizzjoni tal-istandards tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet u jappoġġa d-data tat-tmiem ta' mhux aktar tard mill-2035, sa liema data l-karozzi u l-vannijiet il-ġodda kollha mqiegħda fis-suq tal-UE għandhom ikunu b'emissjonijiet żero; Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi li l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 jibdew jissaħħu mill-2025, il-miri interim mill-2027, u l-miri aktar ambizzjużi mill-2030.
It-tranżizzjoni minn vetturi li jaħdmu bil-fjuwils fossili għal vetturi b'emissjonijiet żero jeħtieġ li ssir bil-miżuri xierqa sabiex tkun affordabbli u aċċessibbli mhux biss għaċ-ċittadini bi dħul għoli iżda wkoll għaċ-ċittadini bi dħul aktar baxx. F'termini ta' affordabbiltà, l-ixprun ewlieni tat-tnaqqis tal-kostijiet huwa l-investimenti li l-manifatturi jagħmlu f'vetturi b'emissjonijiet żero, li jiżguraw aktar tnaqqis tal-kost u jistimulaw in-naħa tad-domanda. Standards imtejba tal-prestazzjoni fir-rigward tal-emissjonijiet u miri msaħħa huma l-miżuri primarji biex jiżdiedu b'mod effettiv l-investimenti fil-provvista ta' vetturi b'emissjonijiet żero u biex dawn isiru affordabbli għal kulħadd. Maż-żmien, il-konsumaturi, kemm is-sidien ta' karozzi ġodda kif ukoll is-sidien ta' vetturi użati, se jibbenefikaw minn tnaqqis sinifikanti fil-kost totali tas-sjieda ta' karozza, peress li se jħallsu ħafna inqas għall-forniment tal-fjuwil u għall-manutenzjoni tal-vetturi tagħhom.
L-aħħar impenji mill-manifatturi tal-karozzi dwar vetturi b'emissjonijiet żero juru li l-industrija hija lesta għal din it-tranżizzjoni, u l-livelli fil-mira m'għandhomx jaqgħu lura milli jilħqu l-potenzjal tas-suq. Qed isseħħ malajr tranżizzjoni enormi fix-xena awtomobilistika globali tal-lum, u t-teknoloġiji b'emissjonijiet żero qed jiżviluppaw b'mod rapidu. Atturi ġodda issa qed jiffukaw fuq vetturi b'emissjonijiet żero, u kwalunkwe dewmien fil-miżuri regolatorji jista' joħloq ir-riskju li l-industrija awtomobilistika fl-UE titlef il-kompetittività tagħha.
It-tranżizzjoni għal vetturi b'emissjonijiet żero se tirrikjedi bidliet strutturali fil-katina tal-valur awtomobilistika. Għal din ir-raġuni, l-impatti soċjali tat-tranżizzjoni fis-settur awtomobilistiku għandhom jitqiesu b'mod serju. Ir-rapporteur iqis li l-proċess tat-tneħħija gradwali tal-vetturi li jaħdmu bil-fjuwils fossili jeħtieġ li jimxi id f'id ma' miżuri ta' introduzzjoni gradwali għall-ħaddiema fis-settur awtomobilistiku. Tali miżuri jeħtieġ li jiġu previsti fil-Pjanijiet ta' Tranżizzjoni Ġusta u fil-Pjanijiet Soċjali għall-Klima skont ir-Regolament il-ġdid li jistabbilixxi l-Fond Soċjali għall-Klima. Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi li l-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul assenjat għall-Fond Soċjali għall-Klima biex jittaffa kwalunkwe impatt negattiv li t-tranżizzjoni jkollha fuq l-impjiegi fis-settur.
Biex it-tranżizzjoni għal mobbiltà b'emissjonijiet żero tirnexxi, tirrikjedi qafas ta' politika koerenti għall-vetturi, l-infrastrutturi, il-grilji tal-elettriku, il-programmi tal-impjieg, u inċentivi ekonomiċi fil-livelli kollha, dak tal-UE, dak nazzjonali, dak reġjonali u dak lokali. Dan imur flimkien mal-installazzjoni xierqa ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi. Tali infrastruttura għandha tiġi stabbilita mingħajr dewmien. Aktar infrastruttura se żżid il-kompetizzjoni u x'aktarx li tnaqqas il-kostijiet tal-iċċarġjar u tar-riforniment. Bl-istess mod, din se tippermetti li aktar vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero jidħlu fis-suq, u b'hekk il-kostijiet tal-vetturi jkollhom bilfors jonqsu.
B'din l-opinjoni, ir-rapporteur għandu l-għan li jiżgura li l-flotta futura ta' vetturi tikkontribwixxi biex jintlaħaq tnaqqis nett tal-emissjonijiet ta' mill-inqas 55 % sal-2030 u biex tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050.
EMENDI
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma lill-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura. |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn il-kisba tan-newtralità klimatika fl-UE sal-2050, li jeħtieġu konsistenza bejniethom kollha sabiex jiġu evitati l-frammentazzjoni regolatorja kif ukoll miżuri konfliġġenti ma' biċċiet ta' leġiżlazzjoni oħra relatati mal-emissjonijiet, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma lill-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva u b'industriji vibranti li jibqgħu mexxejja dinjija fis-segmenti rispettivi tagħhom u l-ixpruni tal-innovazzjoni globali filwaqt li jiżguraw impjiegi ta' kwalità bi ħlas għoli fl-Ewropa. Huwa għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u minn impatti relatati mal-ambjent. Għalhekk irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Fir-Regolament (UE) [--] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, l-Unjoni naqqxet il-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050 fil-leġiżlazzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-anqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. |
(5) Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, l-Unjoni naqqxet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan, kif xieraq, li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem. Dak ir-Regolament żied ukoll l-mira klimatika intermedja tal-Unjoni għall-2030 għal mill-anqas 55 % ta' tnaqqis nett tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. |
__________________ |
__________________ |
24 Ir-Regolament (UE) […/…] ta' […] 2021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1999 (il-Liġi Ewropea dwar il-Klima), [ĠU L, …/… .]. |
24 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq. |
(6) Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija li jikkontribwixxu għall-kisba ta' dak it-tnaqqis fl-emissjonijiet, b'mod partikolari s-settur tat-trasport bit-triq li huwa l-uniku settur li żied l-emissjonijiet tiegħu meta mqabbel mal-1990, u jirrappreżenta kważi 20 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, għalkemm f'livelli ogħla ta' trasport, u li jirrappreżenta aktar minn 70 % tal-emissjonijiet totali tat-trasport tal-Unjoni. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Il-"UN Climate Change Conference UK 2021" (Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima ir-Renju Unit 2021), magħrufa bħala l-COP26, adottat impenn li taċċellera t-tranżizzjoni globali għal vetturi b'emissjonijiet żero. Din intrabtet ukoll li t-tranżizzjoni tkun ġusta u sostenibbli, sabiex l-ebda reġjun jew komunità ma titħalla taqa' lura u enfasizzat l-importanza li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta tal-forza tax-xogħol u l-ħolqien ta' xogħol deċenti u impjiegi ta' kwalità. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) F'konformità mar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a jenħtieġ li jitqiesu l-emissjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-vetturi sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet jitnaqqsu bl-aktar mod effettiv. Minħabba l-miri msaħħa, huwa importanti li jiġi żgurat li wara jkun hemm metodoloġija tal-emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu għall-vetturi. Għalhekk hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni tiżviluppa sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, metodoloġija armonizzata għar-rapportar tal-impronta tal-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi sabiex tinkiseb stampa ġenerali tal-impatti ambjentali tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief u hekk jiġi żgurat sett komprensiv ta' miżuri msaħħa li jkollhom il-għan li l-objettivi klimatiċi tal-Unjoni jintlaħqu b'mod konsistenti. |
|
_______________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13). |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 7b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7b) L-ilħuq tal-objettivi ta' dan ir-Regolament se jkollu konsegwenzi importanti fil-livell industrijali, dak soċjali u dak tat-trasport, u għalhekk jeħtieġ li jiġu previsti programmi biex jiġi żgurat taħriġ għal impjiegi ġodda li huma aċċessibbli għal kulħadd. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ta' mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta' tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. Mingħajr azzjoni ambizzjuża dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fit-trasport bit-triq, ikun meħtieġ tnaqqis akbar tal-emissjonijiet f'setturi oħra, inklużi setturi fejn id-dekarbonizzazzjoni hija aktar ta' sfida. |
(8) Sabiex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra ta' mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti ta' tnaqqis stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25 kemm għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis lil hinn mill-2030 biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050. Minħabba l-importanza ekonomika u soċjali tat-trasport bit-triq, dawk il-miżuri se jkollhom konsegwenzi transsettorjali. Għalhekk, miżuri mmirati tajjeb għandhom jiżguraw il-kompetittività tal-industrija awtomobilistika, iż-żamma tal-impjiegi u l-bilanċ bejn il-ġeneri, flimkien ma' miżuri soċjali mmirati sabiex tinkiseb tranżizzjoni aċċettata u ordnata fis-settur awtomobilistiku. |
__________________ |
__________________ |
25 Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13). |
25 Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13). |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet żero li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-arja u ta' ffrankar tal-enerġija, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku tkun tista' tinżamm. Fi ħdan dan il-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-UE wkoll trid tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero. L-istandards imsaħħa ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 huma teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti huma u jibqgħu disponibbli fl-ilħuq tal-mira għall-flotta kollha ta' emissjonijiet żero. Fil-preżent, vetturi b'emissjoni żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi mgħammra b'ċellola tal-fjuwil u vetturi oħra li jaħdmu bl-idroġenu oħrajn, u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba, jistgħu jkomplu jkollhom rwol bil-mogħdija tat-transizzjoni. |
(9) Ir-rekwiżiti msaħħa għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi u b'emissjonijiet żero li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-konsumaturi u liċ-ċittadini f'termini ta' kwalità tal-arja u ta' ffrankar tal-enerġija, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni u l-livelli ta' impjiegi fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku jkunu jistgħu jinżammu kif inhuma fl-Ewropa u li l-mobbiltà tibqa' aċċessibbli u bi prezz raġonevoli għal kulħadd. L-industrija awtomobilistika għadha wieħed mill-pilastri tal-ekonomija tal-Unjoni, u tikkontribwixxi 7 % tal-PDG tal-Unjoni, tiġġenera 4,6 miljun impjieg u tibqa' fuq quddiem nett tal-innovazzjoni teknoloġika b'EUR 60 biljun investiti kull sena fir-riċerka u l-iżvilupp. L-industrija jeħtieġ li tkun appoġġata fit-tranżizzjoni ambjentali u diġitali tagħha, peress li l-manifatturi tal-Unjoni issa qed jiffaċċjaw restrizzjoni tripla b'regolamenti ambjentali aktar stretti, żieda fil-ħtiġijiet ta' investiment fl-innovazzjoni u żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali. Fil-kuntest globali, il-katina tas-settur awtomobilistiku tal-UE trid tkompli tkun attur ewlieni fit-tranżizzjoni li għaddejja bħalissa lejn mobbiltà b'emissjonijiet żero netti. L-istandards imsaħħa ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 jridu jkunu teknoloġikament newtrali fl-ilħuq tal-miri għall-flotta kollha li huma jistabbilixxu. Teknoloġiji differenti jibqgħu u jeħtieġ li jibqgħu disponibbli biex tintlaħaq il-mira għall-flotta kollha ta' emissjonijiet żero. Fil-preżent, vetturi b'emissjonijiet żero jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi mgħammra b'ċellola tal-fjuwil u vetturi oħra li jaħdmu bl-idroġenu skont l-emissjonijiet rispettivi tagħhom tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu, u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi għadhom qed jissoktaw. Vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi, li jinkludu wkoll vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba li possibbilment jaħdmu b'bijofjuwils avvanzati jew fjuwils sintetiċi kif definiti fid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, li qed tiġi rieżaminata bħalissa, jistgħu jkomplu jkollhom rwol fil-perkors tat-tranżizzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli tiżviluppa aktar il-possibbiltà li l-vetturi b'emissjonijiet baxxi jinkludu soluzzjoni diġitali biex ikunu jistgħu jiskopru ż-żoni ta' emissjonijiet żero u jvaraw il-modalità tas-sewqan elettriku. |
|
______________ |
|
1a Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82) |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Biex jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet kollha inklużi l-fjuwils rinnovabbli jgħinu biex is-settur tat-trasport jiġi dekarbonizzat issa u lil hinn mill-2035, hemm bżonn li nimxu lil hinn mill-approċċ pur ta' Tank-to-Wheel fil-kejl tal-emissjonijiet u li nqisu l-emissjonijiet fuq bażi ta' valutazzjoni ta' Well-to-Wheel jew taċ-ċiklu tal-ħajja malli jintlaħaq qbil dwar il-metodoloġija komuni. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) F'dak l-isfond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri msaħħa ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 kemm għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perjodu mill-2030 'il quddiem. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'livell li jagħti sinjal qawwi biex tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni u biex tiġi stimulata l-innovazzjoni f'teknoloġiji b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti. |
(10) F'dak l-isfond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri msaħħa ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 kemm għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri kif ukoll għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda għall-perjodu mill-2030 'il quddiem. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'livell li jirrispetta il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika filwaqt li jagħti sinjal qawwi biex tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni u biex tiġi stimulata l-innovazzjoni f'teknoloġiji b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti. Huwa għaldaqstant importanti li t-trasport bit-triq ma jkunx limitat għal teknoloġija waħda biss iżda li jiġu inkoraġġiti l-innovazzjoni u l-komplementarjetajiet bejn teknoloġiji alternattivi effiċjenti. F'dak ir-rigward, jenħtieġ li r-riskju tat-tenjonijiet tal-provvista wkoll jiġi vvalutat u indirizzat sabiex tiġi ssodisfata d-domanda tal-Unjoni f'kuntest ta' pressjoni internazzjonali akbar biex jiġu estratti r-riżorsi meħtieġa għall-manifattura tal-batteriji, li mistennija tiżdied b'għoxrin darba minn hawn u l-2050. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati s-sigurtà tal-katina tal-provvista tal-materjali strateġiċi, l-impatti fuq il-grilji tal-elettriku f'dawk li huma dekarbonizzazzjoni, disponibbiltà, prestazzjoni u standardizzazzjoni, jew fuq l-implimentazzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar, f'dak li hu daqs tan-network ikkorrelat mal-awtonomija, u l-ħtiġijiet kbar ta' investiment privat u pubbliku. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 10a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) L-età medja tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi ħfief żdiedet fl-Unjoni minħabba l-COVID-19 u l-inċertezza ġġenerata mit-tranżizzjoni għat-teknoloġija tal-futur, li wasslet għal żieda fl-emissjonijiet tas-CO2 u żieda progressiva fir-rata tal-inċidenti li tirdoppja għall-karozzi aktar qodma. Fl-aktar testijiet reċenti għall-Programm Ewropew ta' Valutazzjoni ta' Karozzi Ġodda (Euro NCAP), għall-passiġġieri f'karozzi kklassifikati b'ħames stilel, ir-riskju ta' korriment fatali u r-riskju ta' korriment serju huwa 68 % u 23 % inqas, rispettivament, milli għall-passiġġieri f'karozzi kklassifikati b'żewġ stilel. F'dak is-sens, biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi għas-sena 2030 u 2050 kif ukoll l-objettivi tal-Qafas ta' Politika tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza fit-Toroq għall-2021, bl-objettiv strateġiku fit-tul tiegħu li noqorbu lejn iż-żero mwiet u żero korrimenti serji fit-toroq tal-Unjoni sal-2050 ("Viżjoni Żero"), u l-objettiv fuq terminu medju tiegħu li jitnaqqas l-għadd ta' mwiet u korrimenti serji b'50 % sal-2030, se jkun meħtieġ li l-karozzi qodma jiġu sostitwiti b'karozzi aktar ġodda teknoloġikament aktar avvanzati teknoloġikament. Id-domanda għalihom jenħtieġ li tiġi stimulata, jekk ikun meħtieġ, bi skemi ta' tiġdid li jistgħu jiġu ffinanzjati parzjalment mill-baġit tal-Unjoni u inkoraġġiti bl-użu ta' tajers ta' prestazzjoni għolja. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10b) L-użu ta' tajers ta' prestazzjoni għolja jenħtieġ li jkompli jiġi inkoraġġit aktar peress li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet, inkluż l-istorbju tad-dawrien, filwaqt li s-sikurezza tal-vetturi tibqa' kif inhi. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 10c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10c) Jenħtieġ li sinjali regolatorji ċari jippermettu lill-manifatturi jwettqu d-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom. In-nuqqas ta' dawk is-sinjali jista' joħloq ir-riskju li l-industrija awtomobilistika fl-Unjoni titlef il-kompetittività u l-pożizzjoni ta' tmexxija teknoloġika billi ma tinvestix b'mod rapidu u titlef is-sehem tas-suq fis-swieq globali u domestiċi. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 10d (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10d) It-tisħiħ tad-djalogu soċjali fis-settur awtomobilistiku huwa kruċjali fil-proċess tan-negozjar u l-adozzjoni tal-pjanijiet territorjali ta' tranżizzjoni ġusta u l-pjanijiet soċjali nazzjonali għall-klima fil-livell tal-manifatturi, dak reġjonali u dak settorjali. Huwa kruċjali li tiġi żgurata t-trasformazzjoni tal-forza tax-xogħol f'żona ġeografika partikolari u b'mod li jirrifletti l-possibbiltajiet tar-reġjun. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Il-miri fl-istandards ta' prestazzjoni riveduti tas-CO2 jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn strateġija Ewropea biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati miż-żieda fil-manifattura ta' vetturi b'emissjonijiet żero u teknoloġiji assoċjati, kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Fejn xieraq, l-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jitqies fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u strumenti oħrajn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru, f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija se jippermettu lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida. |
(11) Il-miri fl-istandards ta' prestazzjoni riveduti tas-CO2 jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn strateġija Ewropea biex jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati mill-ispeċifiċitajiet ta' kull Stat Membru, inklużi d-differenzi fil-kapaċità tal-akkwist taċ-ċittadini, miż-żieda fil-manifattura ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi u teknoloġiji assoċjati, kif ukoll mill-ħtieġa għal titjib fit-taħriġ u għal taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur u mid-diversifikazzjoni ekonomika u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jitqies fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri biex jiġi attirat l-investiment privat, inkluż permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Fond għall-Innovazzjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Soċjali għall-Klima, bil-linja baġitarja speċifika "appoġġ għas-settur awtomobilistiku" u strumenti oħrajn tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru (Next Generation EU), f'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Ir-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ambjent u l-enerġija se jippermettu lill-Istati Membri jappoġġaw lin-negozji biex jiddekarbonizzaw il-proċessi tal-produzzjoni tagħhom u jadottaw teknoloġiji aktar ekoloġiċi fil-kuntest tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida26 aġġornata tipprevedi l-ħolqien konġunt ta' perkorsi ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku. Il-perkors jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-SMEs fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, il-konsultazzjoni mas-sħab soċjali inkluż mill-Istati Membri, u jenħtieġ li jibni wkoll fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b'inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali biex tingħata spinta lill-affordabbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors. Il-progress li sar f'dan il-perkors komprensiv ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sentejn bħala parti minn rapport tal-progress li jrid jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero, l-iżviluppi fil-prezzijiet tagħhom, l-użu ta' żvilupp tal-fjuwils alternattivi u l-introduzzjoni tal-infrastruttura kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-potenzjal ta' teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq mobbiltà b'newtralità klimatika, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tal-qasam awtomobilistiku, it-titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet. Ir-rapport ta' progress se jibni wkoll fuq ir-rapporti ta' progress ta' sentejn li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta lis-sħab soċjali fit-tħejjija tar-rapport ta' progress, inkluż ir-riżultati fid-djalogu soċjali. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-karozzi qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-produzzjoni tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja, jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima affordabbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta' progress tagħha. |
(12) L-Istrateġija Industrijali l-Ġdida26 aġġornata tipprevedi l-ħolqien konġunt ta' perkorsi ta' tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi żviluppat perkors ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà bi trasparenza sħiħa u b'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku. Il-perkors jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-SMEs fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, il-konsultazzjoni mas-sħab soċjali inkluż mill-Istati Membri, u jenħtieġ li jibni wkoll fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b'inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra biex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u biex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa fil-livell Ewropew u fil-livell nazzjonali biex tingħata spinta lis-sostenibbiltà u lill-affordabbiltà ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi u b'emissjonijiet żero jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll fil-perkors. Il-progress li sar f'dan il-perkors komprensiv ta' tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà jenħtieġ li jiġi mmonitorjat kull sentejn bħala parti minn rapport tal-progress li jrid jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies, fost l-oħrajn, il-progress fl-użu ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi u b'emissjonijiet żero, l-iżviluppi fil-prezzijiet tagħhom, l-implimentazzjoni ta' żvilupp ta' fjuwils alternattivi u l-introduzzjoni tal-infrastruttura kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-potenzjal ta' teknoloġiji innovattivi biex tintlaħaq mobbiltà b'newtralità klimatika, il-kompetittività internazzjonali, l-investimenti fil-katina tal-valur tal-qasam awtomobilistiku, it-titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema u l-konverżjoni mill-ġdid tal-attivitajiet speċjalment fir-reġjuni b'persentaġġ għoli ta' impjiegi relatati mal-katina tal-valur tal-qasam awtomobilistiku. Ir-rapport ta' progress se jibni wkoll fuq ir-rapporti ta' progress ta' sentejn li l-Istati Membri jissottomettu skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta mas-sħab soċjali u ambjentali fit-tħejjija tar-rapport ta' progress, inklużi r-riżultati fid-djalogu soċjali u tippermetti, fost l-oħrajn, il-kontabbiltà tal-azzar ekoloġiku u tal-materjali riċiklati, kif ukoll tat-taħlita tal-enerġija fl-Istat Membru rispettiv taċ-ċirkolazzjoni. L-innovazzjonijiet fil-katina tal-provvista tal-karozzi qed jissoktaw. Teknoloġiji innovattivi bħall-produzzjoni tal-bijofjuwils avvanzati u tal-elettrofjuwils bil-qbid tal-arja, jekk jiġu żviluppati ulterjorment, jistgħu joffru prospetti għal mobbiltà newtrali għall-klima affordabbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm rendikont tal-progress fl-istat tal-innovazzjoni fis-settur bħala parti mir-rapport ta' progress tagħha. |
__________________ |
__________________ |
26 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa, COM(2021)350 final tal-5 ta' Mejju 2021 |
26 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa, COM(2021)350 final tal-5 ta' Mejju 2021 |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Dawk il-miri għall-flotta kollha tal-UE għandhom jiġu kkomplementati mill-implimentazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil kif stabbilit fid-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27. |
(13) Dawk il-miri għall-flotta kollha tal-UE jenħtieġ li jiġu kkomplementati mill-implimentazzjoni meħtieġa tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u għar-riforniment tal-fjuwil kif stabbilit bħala parti mir-reviżjoni tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27, kif ukoll permezz ta' miri ambizzjużi għall-installazzjoni ta' punti privati tal-iċċarġjar fil-bini kif spjegat fid-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Proposta ambizzjuża għal Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi jenħtieġ li tipprovdi miri obbligatorji għall-installazzjoni ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fis-27 Stat Membru. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura li l-Istati Membri jirċievu appoġġ finanzjarju għall-installazzjoni bilanċjata u ugwali ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fit-territorji tagħhom biex jiżguraw aċċess ugwali, kif ukoll network tat-trasport Ewropew bla xkiel u aġġornat. |
__________________ |
__________________ |
27 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1). |
27 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1). |
|
1a Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13) |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) L-installazzjoni ta' infrastruttura adegwata tal-iċċarġjar u tar-riforniment għal fjuwils alternattivi hija prerekwiżit essenzjali għall-iżvilupp tas-suq għall-vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi u, għalhekk, għas-suċċess ta' dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li kwalunkwe żieda fil-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' dan ir-Regolament tmur id f'id ma' żieda fil-miri ta' installazzjoni stabbiliti bħala parti mir-reviżjoni tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. F'dak ir-rigward, huwa vitali li l-investiment fl-installazzjoni tagħha jkompli jsir u jiżdied. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi ssottolinjat li l-kwistjoni tar-riforniment hija marbuta intrinsikament mal-awtonomija nfisha tal-vetturi, li, aktar ma din tal-aħħar tiżdied, aktar tonqos il-frekwenza tal-bżonn tar-riforniment u li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-iżviluppi teknoloġiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-awtonomija tal-batteriji, li jaffettwaw l-installazzjoni tal-infrastruttura. |
|
__________________ |
|
1a Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1). |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Il-manifatturi jenħtieġ li jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero b'mod kosteffiċjenti, u għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-approċċ ta' tnaqqis tal-livelli fil-mira fi stadji ta' ħames snin. |
(14) Il-manifatturi jenħtieġ li jingħataw biżżejjed flessibbiltà biex jadattaw il-flotot tagħhom maż-żmien sabiex jimmaniġġjaw it-tranżizzjoni lejn vetturi b'emissjonijiet żero u b'emissjonijiet baxxi b'mod kosteffiċjenti. Għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-approċċ ta' tnaqqis tal-livelli fil-mira fi stadji ta' ħames snin. Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri adottati f'dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu l-evoluzzjoni tas-settur, iż-żieda fil-kost tal-konformità għall-manifatturi u l-imġiba tal-pubbliku, jenħtieq li jitwettaq rieżami ta' dan ir-Regolament fl-2027. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE mill-2030 'il quddiem, il-manifatturi se jkollhom jużaw b'mod sinifikanti aktar vetturi b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. F'dak il-kuntest, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi ("ZLEV") ma jibqax jaqdi l-iskop oriġinali tiegħu u jkun qed jirriskja li jimmina l-effikaċja tar-Regolament (UE) 2019/631. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta' inċentivi għaż-ZLEV jenħtieġ li jitneħħa mill-2030. Qabel dik id-data u għalhekk matul dan id-deċennju kollu, il-mekkaniżmu ta' inċentiv għaż-ZLEV se jkompli jappoġġa l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet minn żero sa 50 g CO2/km, inklużi vetturi elettriċi tal-batteriji, vetturi elettriċi taċ-ċelloli tal-fjuwil li jużaw l-idroġenu u vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli bi prestazzjoni tajba. Wara dik id-data, il-vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli jkomplu jgħoddu kontra l-miri għall-flotta kollha li l-manifatturi tal-vetturi jridu jilħqu. |
(15) Bil-miri aktar stretti għall-flotta kollha tal-UE mill-2030, il-manifatturi se jkollhom jużaw b'mod sinifikanti aktar vetturi b'emissjonijiet baxxi u b'emissjonijiet żero fis-suq tal-Unjoni. Il-mekkaniżmu ta' inċentiv għaż-ZLEV se jkompli jappoġġa l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet minn żero sa 50 g CO2/km. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-isforz ta' tnaqqis, iż-żewġ kurvi tal-valuri ta' limitu għal vetturi kummerċjali ħfief eħfef u aktar tqal jenħtieġ li jiġu aġġustati biex jirriflettu l-miri msaħħa għat-tnaqqis tas-CO2. |
imħassar |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 21
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Fid-dawl taż-żieda fl-objettivi ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u biex jiġu evitati effetti potenzjali ta' distorsjoni tas-suq, ir-rekwiżiti ta' tnaqqis għall-manifatturi kollha preżenti fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu allinjati, ħlief għal dawk responsabbli għal anqas minn 1 000 vettura ġdida rreġistrati f'sena kalendarja. Konsegwentement, il-possibbiltà li l-manifatturi responsabbli għal bejn 1 000 u 10 000 karozza tal-passiġġieri jew bejn 1 000 u 22 000 vettura kummerċjali ħafifa rreġistrati ġodda f'sena kalendarja japplikaw għal deroga mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet tagħhom jenħtieġ li tieqaf mill-2030 'il quddiem. |
imħassar |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 23
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl-2026. Għal dan ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha kkunsidrati fir-rapportar ta' kull sentejn. |
(23) Il-progress magħmul skont ir-Regolament (UE) 2019/631 lejn il-kisba tal-objettivi ta' tnaqqis stabbiliti għall-2030 u lil hinn jenħtieġ li jiġi rieżaminat fl-2027. Għal dan ir-rieżami, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti kollha kkunsidrati fir-rapportar ta' kull sentejn. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 23a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23a) Ir-rieżami tar-regolamenti huwa parti importanti mit-traċċar tal-progress tal-Unjoni lejn l-ambizzjonijiet klimatiċi tagħha filwaqt li tiżgura li l-miri konkreti ta' tnaqqis jistgħu jintlaħqu permezz ta' metodoloġija armonizzata għar-rapportar dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi, u filwaqt li jitqiesu l-konsegwenzi industrijali u soċjali tal-miri ddefiniti. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Premessa 24
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Il-possibbiltà li d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi jiġi assenjat għal fond speċifiku jew għal programm rilevanti ġiet evalwata kif meħtieġ skont l-Artikolu 15(5) tar-Regolament (UE) 2019/631, bil-konklużjoni li dan iżid b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv, filwaqt li ma jkunx ta' benefiċċju dirett għas-settur awtomobilistiku fit-tranżizzjoni tiegħu. Għalhekk, id-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi għandu jkompli jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/631. |
(24) L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi jenħtieġ li jitqiesu bħala dħul assenjat għal linja baġitarja speċifika "appoġġ għas-settur awtomobilistiku" tal-Fond Soċjali għall-Klima, bl-objettiv li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għal ekonomija newtrali għall-klima, b'mod partikolari biex jittaffa kwalunkwe impatt negattiv li t-tranżizzjoni jkollha fuq l-impjiegi fis-settur awtomobilistiku fl-Istati Membri kollha affettwati, b'mod partikolari fir-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Premessa 25a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25a) Filwaqt li jiġu rikonoxxuti l-emissjonijiet baxxi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bijometan u l-potenzjal tiegħu li jipprovdi tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet ta' CO2, ċertu numru ta' karozzi u vannijiet ġodda tal-passiġġieri li jaħdmu bil-bijometan definiti b'mod ċar jiġu esklużi fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 għall-karozzi u l-vannijiet il-ġodda kollha f'perjodu ta' tranżizzjoni. Għalkemm ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a ma jkoprix il-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief b'massa ta' referenza li taqbeż l-2 610 kg, l-emissjonijiet għal dawn il-vetturi jenħtieġ li jitkejlu skont l-istess proċeduri ta' kejl kif speċifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007, u l-proċeduri ta' korrelazzjoni adottati abbażi tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c. Il-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 li jirriżultaw minn dan il-kejl jenħtieġ li jiddaħħlu fiċ-ċertifikat ta' konformità tal-vettura sabiex ikun possibbli li dawn jiġu inklużi fl-iskema tal-monitoraġġ. |
|
_______________ |
|
1a Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' l-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1). |
|
1b Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1). |
|
1c Ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1). |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 1 – paragrafu 5a (ġdid) – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida tal-karozzi tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 100 % tal-mira fl-2021 iddeterminata skont il-punt 6.1.3 tal-Parti A tal-Anness I; |
(a) għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida tal-karozzi tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 90 % tal-mira fl-2021 iddeterminata skont il-punt 6.1.3 tal-Parti A tal-Anness I; |
(b) għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 100 % tal-mira fl-2021 iddeterminata f'konformità mal-Parti B, il-punt 6.1.3, tal-Anness I. |
(b) għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 90 % tal-mira fl-2021 iddeterminata f'konformità mal-Parti B, il-punt 6.1.3, tal-Anness I. |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt m
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(ba) il-punt (m) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(m) "vettura b'emissjonijiet ta' livell żero jew baxxi" tfisser karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa b'emissjonijiet mill-pajp tal-egżost minn żero sa 50 g CO2/km, kif stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2017/1151; |
"(m) "vettura b'emissjonijiet ta' livell żero jew baxxi" tfisser karozza tal-passiġġieri jew vettura kummerċjali ħafifa b'emissjonijiet minn żero sa 50 g CO2/km, kif stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2017/1151;"; |
(Ir-Regolament (UE) 2019/631)
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt bb (ġdid)Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 3 – punt na (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(bb) Fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej: |
|
"(na) "vettura elettrika ibrida rikarikabbli" (PHEV): vettura mħaddma b'taħlita ta' mutur elettriku b'batterija li tista' tiġi rriċarġjata u b'magna ta' kombustjoni interna, li jistgħu joperaw flimkien jew b'mod separat."; |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 4 – paragrafu 3
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(4a) fl-Artikolu 4, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
3. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' kull manifattur, għandu jittieħed kont tal-perċentwali, li ġejjin, għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri, ta' kull manifattur, li jiġu reġistrati fis-sena rilevanti: |
‘3. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' CO2 ta' kull manifattur, għandu jittieħed kont tal-perċentwali, li ġejjin, għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief, ta' kull manifattur, li jiġu reġistrati fis-sena rilevanti: |
— 95 % fl-2020, |
— 95 % fl-2020, |
— 100 % mill-2021 'il quddiem. |
— 100 % mill-2021'il quddiem [id-data msemmija fl-Artikolu 19]. Il-manifatturi ta' vetturi li jaħdmu bil-bijometan, li għandhom mhux aktar minn 5 % ta' vetturi korrispondenti rreġistrati ġodda fis-sena rilevanti, huma esklużi sal-31 ta' Diċembru 2029.". |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(4b) fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(d) il-kategorija ta' vetturi rreġistrati bħala M1 jew N1 u li għalihom għandu japplika l-konsorzju. |
"(d) Il-kategorija ta' vetturi rreġistrati bħala M1 jew N1, jew bħala t-tnejn li huma, li għalihom għandu japplika l-konsorzju."; |
(Ir-Regolament (UE) 2019/631)
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 7 – paragrafu 10
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(aa) il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
10. Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard mill-2030, tevalwa l-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rappurtar konsistenti ta' data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief introdotti fis-suq tal-Unjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq. |
"10. "Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, tfassal metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u għar-rapportar konsistenti tad-data dwar l-emissjonijiet ta' CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-fjuwils u tal-enerġija kkunsmati mill-vetturi fis-suq tal-UE. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik il-metodoloġija lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għal miżuri ta' segwitu, bħal proposti leġiżlattivi, jekk ikun xieraq."; |
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ab (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 7 – paragrafu 10a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ab) jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
|
"10a. Mill-1 ta' Jannar 2024 'il quddiem, il-manifatturi jistgħu, fuq bażi volontarja, jittrażmettu d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu mill-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief imqiegħda fis-suq tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 10 lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 6 u lill-Istati Membri, li sussegwentement għandhom jikkomunikawha lill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 2. Mill-1 ta' Jannar 2028 'il quddiem, dik id-data għandha tiġi inkorporata fl-informazzjoni elenkata fil-Parti A tal-Annessi II u III."; |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 8 – paragrafu 4
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5a) fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
4. L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
"4. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi jenħtieġ li jitqiesu bħala dħul assenjat għal linja baġitarja speċifika "appoġġ għas-settur awtomobilistiku" tal-Fond Soċjali għall-Klima, bl-objettiv li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għal ekonomija newtrali għall-klima, b'mod partikolari biex jittaffa kwalunkwe impatt negattiv li t-tranżizzjoni jkollha fuq l-impjiegi fis-settur awtomobilistiku fl-Istati Membri kollha affettwati, b'mod partikolari fir-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni. Dik il-linja baġitarja speċifika tal-Fond Soċjali għall-Klima għandha tappoġġja l-mira tal-investiment għall-impjiegi u t-tkabbir fl-Istati Membri kollha. Hija għandha tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri għall-finijiet ta' finanzjament ta' miżuri u investimenti biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tat-tranżizzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-taħriġ mill-ġdid u t-telf mistenni ta' impjiegi fis-settur awtomobilistiku, inkluż fl-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Ir-riżorsi allokati għandhom jiġu mill-baġit tal-Unjoni u mill-introjtu mill-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi kif definit fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament. Dawn għandhom jappoġġjaw l-attivitajiet li ġejjin: it-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema, assistenza lill-persuni li qed ifittxu impjieg għat-tiftix ta' impjiegi u l-inklużjoni attiva, u investiment fil-konverżjoni tan-nisġa industrijali tal-Unjoni."; |
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 10 – paragrafu 2 – l-ewwel sentenza
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) fl-Artikolu 10(2), l-ewwel sentenza hija sostitwita b'dan li ġej: |
imħassar |
"Tista' tingħata deroga li tkun saret applikazzjoni għaliha skont il-paragrafu 1, mill-miri speċifiċi tal-emissjonijiet applikabbli sa u inkluża s-sena kalendarja 2029."; |
|
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 11a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej: |
|
"Artikolu 11a |
|
Użu ta' fjuwils sintetiċi u alternattivi |
|
1. Fuq applikazzjoni ta' manifattur, l-iffrankar ta' CO2 miksub permezz tal-użu ta' fjuwils alternattivi sintetiċi u avvanzati ("fjuwils alternattivi") għandu jitqies f'konformità mal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. |
|
2. Il-kontribut tal-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta' fjuwils alternattivi jista' jitqies għall-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-manifattur kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-iffrankar tas-CO2 miksub permezz tal-użu ta' fjuwils alternattivi jista' jiġi allokat lil vetturi individwali li huma teknikament kapaċi jużaw il-fjuwil alternattiv ikkreditat f'konformità mar-Regolament (KE) 715/2007. |
|
3. Kull Stat Membru għandu jirreġistra għal kull sena kalendarja l-kwantitajiet ta' fjuwils alternattivi mqiegħda fis-suq minn manifattur, jew il-kwantitajiet ta' fjuwils alternattivi allokati lil manifattur, u għandu jipprovdi ċertifikazzjoni xierqa ta' dawn il-kwantitajiet u l-iffrankar ta' CO2 li jirriżulta billi japplika b'mod korrispondenti l-proċedura ta' ċertifikazzjoni u dokumentazzjoni stabbilita fid-Direttiva (UE) 2018/2001. |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-krediti jinħarġu biss għal kwantitajiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva (UE) 2018/2001 u fejn ikun żgurat li ma ssir l-ebda allokazzjoni simultanja kontra l-miri ta' tnaqqis stabbiliti fl-Artikolu 25(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Il-krediti għandhom jindikaw l-Istat Membru li joħroġhom, il-perjodu ta' validità tagħhom, u l-kwantità u t-tip ta' fjuwil alternattiv li għalih inħarġu. Il-krediti għandhom ikunu negozjabbli. Bil-ħsieb li jiġi minimizzat ir-riskju li kwantitajiet uniċi jintalbu aktar minn darba fl-Unjoni, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom isaħħu l-kooperazzjoni fost is-sistemi nazzjonali, inkluż, fejn xieraq, l-iskambju tad-data. Fejn l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru wieħed tissuspetta jew tiskopri frodi, hija għandha, fejn xieraq, tinforma lill-Istati Membri l-oħra. |
|
4. L-ammont tal-iffrankar imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi kkalkolat f'konformità mal-Anness I, il-Parti C."; |
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6b) Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 3, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej: |
|
"Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tivvaluta l-użu tad-data dwar il-konsum tal-fjuwil u tal-enerġija msemmija fil-paragrafu 1 għall-Vetturi Elettriċi Ibridi li jiġu Ċċarġjati Esternament (OVC-HEVs). Bl-użu ta' dik id-data, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 17 biex tadatta l-fatturi ta' utilità użati għall-OVC-HEVs, sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet tagħhom ikunu rappreżentattivi tas-sewqan fid-dinja reali mill-2025 'il quddiem."; |
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 14a – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali possibbli biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni, inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji. |
Sal-31 ta' Diċembru 2025, u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-progress lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero. Ir-rapport għandu jivvaluta u jaċċerta jekk dan ir-Regolament jeħtieġx li jiġi emendat, abbażi tal-metodoloġiji komuni. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jimmonitorja u jivvaluta l-ħtieġa ta' miżuri addizzjonali possibbli, bħal miżuri biex tiġi appoġġata d-domanda għal vetturi b'emissjonijiet żero, biex tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni b'mod soċjalment inklużiv, inkluż permezz ta' mezzi finanzjarji, b'mod partikolari għar-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar milquta mit-tranżizzjoni. Fir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-evoluzzjoni tal-faqar tat-trasport f'kull Stat Membru, kif definit skont ir-Regolament (UE) …/… [Regolament dwar il-Fond Soċjali għall-Klima]. |
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 14a – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jinkludi l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi, il-progress fl-ilħuq tal-miri għall-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli biex tintlaħaq il-mobbiltà b'newtralità klimatika, l-impatt fuq il-konsumaturi, il-progress fid-djalogu soċjali kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata ulterjorment it-tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero."; |
Fir-rapportar, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fatturi kollha li jikkontribwixxu għal progress kosteffiċjenti lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Dan jinkludi l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi, li għandhom jiġu analizzati mhux skont kejl ibbażat purament fuq emissjonijiet mill-pajp tal-egżost, iżda skont approċċ olistiku bbażat fuq l-analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja għall-emissjonijiet tal-vetturi, il-fjuwil u l-enerġija, filwaqt li titqies ukoll l-intensità tal-gassijiet serra fl-istadji tal-estrazzjoni tal-minerali, tal-produzzjoni u ta' tmiem il-ħajja, kif ukoll il-livell limitu ta' grammi ta' CO2 użat għad-definizzjoni ta' x'jikkostitwixxi vettura b'emissjonijiet baxxi u, jekk ikun meħtieġ, ir-reviżjoni tiegħu, il-progress fl-ilħuq tal-miri għall-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil kif meħtieġ skont ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi, il-kontribut potenzjali tat-teknoloġiji tal-innovazzjoni u l-fjuwils alternattivi sostenibbli biex tintlaħaq il-mobbiltà b'newtralità klimatika, l-impatt fuq il-konsumaturi, il-progress fid-djalogu soċjali kif ukoll aspetti biex tiġi ffaċilitata ulterjorment it-tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq b'emissjonijiet żero."; |
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fl-2028, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività u l-impatt ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar ta' kull sentejn, u trid tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami. |
1. Fl-2027, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-effettività u l-impatt ta' dan ir-Regolament, abbażi tal-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 7(10), bil-ħsieb li tiżgura li l-emissjonijiet mis-settur ikunu konformi mal-mira tal-Unjoni ta' newtralità karbonika, filwaqt li tibni fuq ir-rapportar ta' kull sentejn, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultat tar-rieżami. |
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt aa (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 15 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
2. Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fost l-oħrajn, kemm il-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vetturi kif ukoll il-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija mill-vetturi stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali; l-introduzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief; l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u l-forniment tal-fjuwil irrappurtata mid-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2, inkluż il-finanzjament tagħha; il-kontribut li l-użu ta' fjuwils alternattivi sintetiċi u avvanzati prodotti b'enerġija rinnovabbli jista' jkollu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet; it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 osservat effettivament fil-livell tal-flotta eżistenti; il-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi; l-effetti potenzjali tal-miżura tranżizzjonali stabbilita fil-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I; l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-konsumaturi, b'mod partikolari fuq dawk b'introjtu baxx u medju; kif ukoll aspetti li jiffaċilitaw tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà nadifa, kompetittiva u għall-but ta' kulħadd fl-Unjoni. |
"2. Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, fost l-oħrajn, kemm il-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-vetturi kif ukoll il-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija mill-vetturi stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali; l-introduzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fis-suq tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief; l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwil irrapportata skont ir-Regolament [..../...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi1a, inkluż il-finanzjament tagħha; l-implimentazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Enerġija tad-Direttiva 2010/31/UE u r-rieżami prevista tagħha; il-kontribut li l-użu ta' fjuwils alternattivi sintetiċi u avvanzati prodotti b'enerġija rinnovabbli jista' jkollu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet; it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 osservat effettivament fil-livell tal-flotta eżistenti; il-funzjonament tal-mekkaniżmu ta' inċentivi għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi; l-effetti potenzjali tal-miżura tranżizzjonali stabbilita fil-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I; l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-konsumaturi, b'mod partikolari fuq dawk b'introjtu baxx u medju; kif ukoll aspetti li jkomplu jiffaċilitaw tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà nadifa, kompetittiva u għall-but ta' kulħadd fl-Unjoni. |
Il-Kummissjoni għandha, f'dak ir-rapport, tidentifika wkoll perkors ċar għal tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet ta' CO2 għal karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief lil hinn mill-2030 sabiex jingħata kontribut sinifikanti biex jintlaħaq l-għan fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi. |
|
____________ |
_________________ |
2 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1). |
1a COM(2021)0559."; |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Artikolu 15 – paragrafi 3 sa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b ) jitħassru l-paragrafi 2 sa 5, |
(b ) jitħassru l-paragrafi 3 sa 5, |
Emenda 43
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt d
Ir-Regolament (UE) 2019/631
L-Anness I, il-Parti B
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) il-punt 6.2.2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
imħassar |
"6.2.2. Il-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-perjodu mill-2030 sal-2034 |
|
Miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi = il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030 + α · (TM-TM0) |
|
Fejn, |
|
il-mira għall-flotta kollha tal-UE2030 hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1.3; |
|
α hija a2030,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a2030,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0; |
|
fejn: |
|
a2030,L hija |
|
null |
|
a2030,H hija |
|
null |
|
medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definita fil-punt 6.2.1; |
|
TM hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
Emenda 44
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 2 – punt e
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – parti B – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) jiżdied il-punt 6.2.3 li ġej: |
imħassar |
6.2.3. "Il-miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi għall-2030 'il quddiem |
|
Miri ta' referenza għall-emissjonijiet speċifiċi= il-mira tal-flotta kollha tal-UE2035 + α · (TM-TM0) |
|
Fejn, |
|
il-mira għall-flotta kollha tal-UE2035 hija kif determinata f'konformità mal-punt 6.1.3; |
|
α hija a2035,L fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ugwali jew aktar baxxa minn TM0, u a2035,H fejn il-massa medja tat-test tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ta' manifattur tkun ogħla minn TM0; |
|
fejn: |
|
a2035,L hija |
|
null |
|
a2035,H hija |
|
null |
|
medja tal-emissjonijiet2021 hija kif definita fil-punt 6.2.1; |
|
TM hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
TM0 hija kif definita fil-punt 6.2.1 |
|
Emenda 45
Proposta għal regolament
Anness I – paragrafu 1 – punt 3 (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2019/631
Anness I – Parti C (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni |
||
|
||
Emenda |
||
Fl-Anness I, tiżdied il-Parti C ġdida li ġejja: |
||
"PARTI C |
||
Kalkolu tal-iffrankar ta' CO2 miksub permezz tal-użu ta' fjuwils alternattivi skont l-Artikolu 11a |
||
It-total (l-oriġini) tal-krediti kollha tal-iffrankar ta' CO2 (total tal-krediti) fi g fis-sena t skont l-Artikolu 11a għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula: |
||
kredititotal,t = |
||
It-total (l-użu) tal-krediti kollha tal-iffrankar ta' CO2 huwa kkalkulat ukoll bl-użu tal-formula: |
||
kredititotal,t = kreditiflotta,t + |
||
L-ammont tat-tnaqqis ta' CO2 fi g ikkreditat fis-sena t għall-emissjonijiet medji speċifiċi f'konformità mal-Artikolu 11a(1) (ammont ta' tnaqqis tal-flotta) għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula: |
||
kredititotal,t = kreditiflotta,t + |
||
L-ammont tat-tnaqqis ta' CO2 ikkreditat fis-sena t għal vettura individwali "j" f'konformità mal-Artikolu 11a(2) (ammont ta' tnaqqis tal-vettura,j,t) għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula: |
||
ammont ta' tnaqqisvettura,j,t = |
||
Fejn: |
||
|
Total tal-fjuwils alternattivi kollha mqiegħda fis-suq skont it-tipi kollha ta' fjuwil |
|
|
Total tat-tnaqqis kollu ta' CO2 ikkreditat lil vetturi individwali skont l-Artikolu 11a(2) |
|
fjuwilk,t |
Kwantità kkontribwita jew allokata f'MJ ta' fjuwil alternattiv k imqiegħed fis-suq fis-sena t |
|
CO2ref |
Komparatur tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-fjuwils fossili fi g/MJ skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 |
|
CO2iffrankark
|
Iffrankar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' kull fjuwil alternattiv skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 meta mqabbla mal-fjuwils fossili f'% |
|
bilanċ akkumulatt |
Krediti ta' fjuwils alternattivi mhux użati u trasferiti minn manifattur fis-sena t |
|
kredituflotta,t
|
Krediti totali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fi g CO2 ikkreditati fis-sena t skont l-Artikolu 11a(1) |
|
kredituvettura,j,t |
Tnaqqis tal-emissjonijiet f'g CO2 ikkreditat lil vettura j fis-sena t skont l-Artikolu 11a(2) |
|
kilometraġġ |
Distanza medja tul il-ħajja mistennija misjuqa f'km ta' vettura reġistrata ġdida ta' manifattur. Skont valuri storiċi jistgħu jintużaw 180 000 km. Dan huwa konformi mar-rapport għall-Kummissjoni ta' Ricardo-AEA (Ref: Ares (2014)2298698) il-kilometraġġ medju tul il-ħajja tal-karozzi diżil huwa ta' madwar 208 000 km filwaqt li l-kilometraġġ tul il-ħajja ta' karozza li taħdem bil-petrol ivarja bejn 160 000 u 170 000 km. Il-karozzi diżil kienu jiffurmaw madwar 35 % tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda fl-2018. |
|
vetturit |
Numru ta' vetturi rreġistrati minn manifattur fis-sena t". |
|
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni |
|||
Referenzi |
COM(2021)0556 – C9-0322/2021 – 2021/0197(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 13.9.2021 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 13.9.2021 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Karima Delli 28.4.2022 |
|||
Rapporteur għal opinjoni preċedenti |
Petar Vitanov |
|||
Eżami fil-kumitat |
25.1.2022 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
28.4.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 14 7 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdalena Adamowicz, Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Erik Bergkvist, Izaskun Bilbao Barandica, Paolo Borchia, Karolin Braunsberger-Reinhold, Marco Campomenosi, Massimo Casanova, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Carlo Fidanza, Mario Furore, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Jens Gieseke, Elsi Katainen, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Cláudia Monteiro de Aguiar, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Rovana Plumb, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Vera Tax, Barbara Thaler, István Ujhelyi, Henna Virkkunen, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Leila Chaibi, Clare Daly, Pär Holmgren |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
27 |
+ |
ECR |
Carlo Fidanza, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
ID |
Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Massimo Casanova |
PPE |
Magdalena Adamowicz, Karolin Braunsberger-Reinhold, Gheorghe Falcă, Jens Gieseke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Massimiliano Salini, Barbara Thaler, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo |
Renew |
José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Elsi Katainen, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet |
S&D |
István Ujhelyi |
14 |
- |
S&D |
Andris Ameriks, Erik Bergkvist, Giuseppe Ferrandino, Bogusław Liberadzki, Rovana Plumb, Vera Tax, Petar Vitanov |
The Left |
Leila Chaibi, Clare Daly, Elena Kountoura |
Verts/ALE |
Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Pär Holmgren, Tilly Metz |
7 |
0 |
ECR |
Peter Lundgren |
ID |
Julie Lechanteux, Philippe Olivier |
NI |
Mario Furore |
Renew |
Caroline Nagtegaal |
S&D |
Ismail Ertug, Isabel García Muñoz |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjo
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni |
|||
Referenzi |
COM(2021)0556 – C9-0322/2021 – 2021/0197(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
14.7.2021 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 13.9.2021 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 13.9.2021 |
ITRE 13.9.2021 |
TRAN 13.9.2021 |
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 31.8.2021 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Jan Huitema 17.9.2021 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
27.9.2021 |
13.1.2022 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
11.5.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
46 40 2 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mathilde Androuët, Nikos Androulakis, Bartosz Arłukowicz, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Traian Băsescu, Aurélia Beigneux, Monika Beňová, Hildegard Bentele, Sergio Berlato, Alexander Bernhuber, Malin Björk, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Pascal Canfin, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Nathalie Colin-Oesterlé, Christian Doleschal, Marco Dreosto, Bas Eickhout, Cyrus Engerer, Eleonora Evi, Agnès Evren, Pietro Fiocchi, Raffaele Fitto, Malte Gallée, Andreas Glück, Catherine Griset, Jytte Guteland, Teuvo Hakkarainen, Anja Hazekamp, Martin Hojsík, Pär Holmgren, Jan Huitema, Yannick Jadot, Adam Jarubas, Petros Kokkalis, Athanasios Konstantinou, Ewa Kopacz, Joanna Kopcińska, Peter Liese, Sylvia Limmer, Javi López, César Luena, Marian-Jean Marinescu, Fulvio Martusciello, Joëlle Mélin, Tilly Metz, Silvia Modig, Dolors Montserrat, Alessandra Moretti, Ville Niinistö, Ljudmila Novak, Grace O’Sullivan, Jutta Paulus, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Nicola Procaccini, Luisa Regimenti, Frédérique Ries, Sándor Rónai, Rob Rooken, Silvia Sardone, Christine Schneider, Günther Sidl, Ivan Vilibor Sinčić, Linea Søgaard-Lidell, Maria Spyraki, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Edina Tóth, Véronique Trillet-Lenoir, Petar Vitanov, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Pernille Weiss, Emma Wiesner, Michal Wiezik, Tiemo Wölken, Anna Zalewska |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Milan Brglez, Deirdre Clune, Anna Deparnay-Grunenberg, Jens Gieseke, Kateřina Konečná, Susana Solís Pérez |
|||
Data tat-tressiq |
18.5.2022 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
46 |
+ |
NI |
Athanasios Konstantinou |
Renew |
Pascal Canfin, Martin Hojsík, Jan Huitema, Frédérique Ries, Susana Solís Pérez, Nicolae Ştefănuță, Linea Søgaard‑Lidell, Nils Torvalds, Véronique Trillet‑Lenoir, Emma Wiesner, Michal Wiezik |
S&D |
Nikos Androulakis, Marek Paweł Balt, Monika Beňová, Simona Bonafè, Milan Brglez, Delara Burkhardt, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Cyrus Engerer, Jytte Guteland, Javi López, César Luena, Alessandra Moretti, Sándor Rónai, Günther Sidl, Petar Vitanov, Tiemo Wölken |
The Left |
Malin Björk, Anja Hazekamp, Petros Kokkalis, Kateřina Konečná, Silvia Modig, Mick Wallace |
Verts/ALE |
Anna Deparnay‑Grunenberg, Bas Eickhout, Eleonora Evi, Malte Gallée, Pär Holmgren, Yannick Jadot, Tilly Metz, Ville Niinistö, Grace O'Sullivan, Jutta Paulus |
40 |
- |
ECR |
Sergio Berlato, Pietro Fiocchi, Raffaele Fitto, Joanna Kopcińska, Nicola Procaccini, Rob Rooken, Alexandr Vondra, Anna Zalewska |
ID |
Mathilde Androuët, Simona Baldassarre, Aurélia Beigneux, Marco Dreosto, Catherine Griset, Teuvo Hakkarainen, Sylvia Limmer, Joëlle Mélin, Silvia Sardone |
NI |
Edina Tóth |
PPE |
Bartosz Arłukowicz, Traian Băsescu, Hildegard Bentele, Alexander Bernhuber, Nathalie Colin‑Oesterlé, Christian Doleschal, Agnès Evren, Jens Gieseke, Adam Jarubas, Ewa Kopacz, Peter Liese, Marian‑Jean Marinescu, Fulvio Martusciello, Dolors Montserrat, Ljudmila Novak, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Luisa Regimenti, Christine Schneider, Maria Spyraki, Pernille Weiss |
Renew |
Andreas Glück |
2 |
0 |
NI |
Ivan Vilibor Sinčić |
PPE |
Deirdre Clune |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni