RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej

20.5.2022 - (COM(2021)0391 – C9‑0311/2021 – 2021/0191(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Paul Tang


Proċedura : 2021/0191(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0156/2022
Testi mressqa :
A9-0156/2022
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej

(COM(2021)0391 – C9‑0311/2021 – 2021/0191(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0391),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0311/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Novembru 2021[1],

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021[2],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9‑0156/2022),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

 

 

 

Emenda  1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[*]

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2021/0191(COD))

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, aktar sostenibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, ċirkolari u ġusta hija kruċjali biex jiġu żgurati l-kompetittività fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni u l-benessri tal-popli tagħha. Fl-2016, l-Unjoni kkonkludiet il-Ftehim ta' Pariġi[4]. Il-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta' Pariġi jistabbilixxi l-objettiv li jissaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima billi, fost affarijiet oħrajn, il-flussi tal-finanzi jsiru konsistenti ma' perkors lejn emissjonijiet tal-gassijiet serra baxxi u żvilupp reżiljenti għall-klima.

(2) Il-Pjan ta' Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew tal-14 ta' Jannar 2020[5] jipprevedi l-istabbiliment ta' standard għall-bonds ambjentalment sostenibbli biex ikomplu jiżdiedu l-opportunitajiet ta' investiment u tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' investimenti ambjentalment sostenibbli permezz ta' tikketta ċara. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva għal standard għall-bonds ekoloġiċi[6]. Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-29 ta' Mejju 2018 dwar il-finanzi sostenibbli[7] u tat-13 ta' Novembru 2020 dwar il-Pjan ta' Investiment għal Ewropa Sostenibbli - Kif niffinanzjaw il-Patt Ekoloġiku[8], il-Parlament Ewropew issottolinja l-ħtieġa ta' standard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi.

(3) Il-bonds ambjentalment sostenibbli huma wieħed mill-istrumenti ewlenin għall-finanzjament ta' investimenti relatati ma' teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi kif ukoll mal-infrastruttura tat-trasport u mal-infrastruttura tar-riċerka sostenibbli. L-impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji, jew is-sovrani jistgħu joħorġu dawn il-bonds. Diversi inizjattivi eżistenti għall-bonds ambjentalment sostenibbli ma jiżgurawx definizzjonijiet komuni ta' attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Dan jipprevjeni lill-investituri milli jidentifikaw faċilment bonds li r-rikavati minnhom ikunu allinjati ma', jew ikunu qed jikkontribwixxu għal objettivi ambjentali kif stabbilit fil-Ftehim ta' Pariġi.

(3a) Fit-8 ta' Lulju 2021, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta pjan direzzjonali dwar il-klima sabiex jinkorpora aktar il-kunsiderazzjonijiet tat-tibdil fil-klima fil-qafas tal-politika monetarja tiegħu u fl-operazzjonijiet tiegħu fl-oqsma tad-divulgazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju, il-qafas kollaterali, u x-xiri ta' assi tas-settur korporattiv. L-istandard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi jista' jkun għodda utli ħafna f'dan ir-rigward, u tippermetti lill-BĊE jintegra aħjar ir-riskji klimatiċi fil-qafas prudenzjali u kollaterali tiegħu, pereżempju, billi jitnaqqas it-telf impost meta bonds ekoloġiċi Ewropej jiġu aċċettati bħala kollateral jew billi jiġi kkunsidrat il-proporzjon ta' assi ekoloġiċi meta jiġu ddeterminati r-rekwiżiti kapitali tal-Pilastru 2.

(4) Regoli diverġenti dwar id-divulgazzjoni ta' informazzjoni, dwar it-trasparenza u r-responsabbiltà ta' rieżaminaturi esterni li jirrieżaminaw bonds ambjentalment sostenibbli, u dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà għal proġetti ambjentalment sostenibbli eliġibbli, jimpedixxu l-kapaċità tal-investituri li jidentifikaw, jafdaw u jqabblu bonds ambjentalment sostenibbli, u l-kapaċità tal-emittenti li jużaw bonds ambjentalment sostenibbli biex ibiddlu l-attivitajiet tagħhom f'mudelli kummerċjali aktar sostenibbli ambjentalment.

(5) Fl-iżgurar tal-allinjament mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, u minħabba d-diverġenzi eżistenti u n-nuqqas ta' regoli komuni, huwa probabbli li l-Istati Membri jadottaw miżuri u approċċi diverġenti, li se jkollhom impatt negattiv dirett fuq, u joħolqu ostakli għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, u jkunu ta' detriment għall-emittenti ta' bonds ambjentalment sostenibbli. L-iżvilupp parallel tal-prattiki tas-suq abbażi ta' prijoritajiet xprunati kummerċjalment li jipproduċu riżultati diverġenti jikkawża frammentazzjoni tas-suq u jirriskja li jkompli jaggrava l-ineffiċjenzi fil-funzjonament tas-suq intern. Standards u prattiki tas-suq diverġenti jagħmluha diffiċli li jitqabblu bonds differenti, joħolqu kundizzjonijiet tas-suq mhux uniformi għall-emittenti, jikkawżaw ostakli addizzjonali fis-suq intern, u jirriskjaw li jikkawżaw greenwashing u li jfixklu d-deċiżjonijiet dwar l-investiment.

(6) In-nuqqas ta' regoli armonizzati għall-proċeduri użati mir-rieżaminaturi esterni biex jirrieżaminaw il-bonds ambjentalment sostenibbli u d-definizzjonijiet diverġenti ta' attivitajiet ambjentalment sostenibbli jagħmluha dejjem aktar diffiċli għall-investituri biex iqabblu b'mod effettiv il-bonds fis-suq intern kollu fir-rigward tal-objettivi ambjentali tagħhom. Is-suq għall-bonds ambjentalment sostenibbli huwa internazzjonali b'mod inerenti, bil-parteċipanti fis-suq jinnegozjaw bonds u jagħmlu użu minn servizzi ta' rieżami estern minn fornituri terzi bejn il-fruntieri. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista' tnaqqas ir-riskju ta' frammentazzjoni tas-suq intern għall-bonds ambjentalment sostenibbli u għas-servizzi ta' rieżami estern relatati mal-bonds, u tiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[9] fis-suq għal dawn il-bonds.

(7) Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit sett uniformi ta' rekwiżiti speċifiċi għal bonds maħruġa minn impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji jew sovrani li volontarjament jixtiequ jużaw id-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" għal dawn il-bonds. L-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti ta' kwalità għall-bonds ekoloġiċi Ewropej fil-forma ta' Regolament jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-ħruġ ta' dawn il-bonds billi tevita rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jistgħu jirriżultaw minn traspożizzjoni ta' Direttiva, u jenħtieġ li tiżgura wkoll li dawk il-kundizzjonijiet ikunu direttament applikabbli għall-emittenti ta' dawn il-bonds. L-emittenti li volontarjament jużaw id-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" jenħtieġ li jsegwu l-istess regoli▐, biex tiżdied l-effiċjenza tas-suq billi jnaqqsu d-diskrepanzi u b'hekk jitnaqqsu wkoll il-kostijiet tal-valutazzjoni ta' dawk il-bonds għall-investituri. Sabiex jiġi ffaċilitat it-tqabbil u jiġi evitat il-greenwashing, jenħtieġ li r-rekwiżiti minimi ta' divulgazzjoni tas-sostenibbiltà japplikaw għal bonds kummerċjalizzati bħala bonds ambjentalment sostenibbli u marbuta mas-sostenibbiltà fl-Unjoni.

(7a) L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Suq Kapitali (ICMA) ddefinixxiet rekwiżiti uniformi għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà li skonthom tali bonds jinkludu kwalunkwe tip ta' strument ta' bond li għalih il-karatteristiċi finanzjarji u/jew strutturali jistgħu jvarjaw skont jekk l-emittent jilħaqx objettivi ta' sostenibbiltà/ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) predefiniti. Peress li dan ir-Regolament ikopri biss is-sostenibbiltà ambjentali, l-applikazzjoni tad-definizzjoni tal-ICMA hija aġġustata biex tirrifletti l-kamp ta' applikazzjoni aktar ristrett ta' dan ir-Regolament, sabiex l-uniċi bonds marbuta mas-sostenibbiltà inklużi jkunu dawk li l-karatteristiċi finanzjarji jew strutturali tagħhom ivarjaw skont jekk l-emittent jilħaqx objettivi ta' sostenibbiltà ambjentali predefiniti.

(7b) L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jiddistingwi l-attivitajiet ambjentalment sostenibbli minn attivitajiet ekonomiċi tranżitorji li għalihom ma hemm l-ebda alternattiva teknoloġikament u ekonomikament fattibbli b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju. Dik id-distinzjoni għandha ssir ukoll fid-divulgazzjonijiet relatati mal-bonds ekoloġiċi Ewropej. L-emittenti għandhom jindikaw liema sehem tal-bonds ekoloġiċi Ewropej tagħhom ikun allokat għall-attivitajiet ekonomiċi tranżizzjonali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852. Barra minn hekk, it-trasparenza fil-proporzjon tar-rikavati allokati għall-attivitajiet ekonomiċi ta' tranżizzjoni jenħtieġ li tiġi garantita, b'rekwiżiti speċifiċi ta' trasparenza għall-attivitajiet relatati mal-enerġija nukleari u mal-gass fossili, f'każ li dawk l-attivitajiet ikunu koperti mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE).../... [ir-Regolament dwar it-Tassonomija].

 

(8) F'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/852, u sabiex l-investituri jiġu pprovduti b'definizzjonijiet ċari, kwantitattivi, dettaljati u komuni, jenħtieġ li jintużaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament sabiex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala ambjentalment sostenibbli. Ir-rikavati minn bonds li jużaw id-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" jenħtieġ li jintużaw▐ biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li jew ikunu ambjentalment sostenibbli, u għaldaqstant ikunu allinjati mal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, jew jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni tal-attivitajiet sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti u b'hekk isiru ambjentalment sostenibbli. L-emittenti għandhom jitħallew inaqqsu l-ispejjeż marbuta direttament mal-ħruġ tal-bonds ekoloġiċi Ewropej, kif speċifikat aktar mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat.  Madankollu,▐ il-bonds jistgħu jintużaw kemm biex jiffinanzjaw dawn l-attivitajiet ambjentalment sostenibbli direttament permezz tal-finanzjament ta' assi u nefqiet li jkunu relatati ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, jew, taħt ċerti kundizzjonijiet, indirettament permezz ta' assi finanzjarji li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kategoriji ta' nefqiet u assi li jistgħu jiġu ffinanzjati bir-rikavati minn bonds li jużaw id-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB".

(9) Ir-rikavati mill-bonds ekoloġiċi Ewropej jenħtieġ li jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li jkollhom impatt pożittiv dejjiemi fuq l-ambjent. Dan l-impatt pożittiv dejjiemi jista' jinkiseb b'diversi modi. Peress li l-assi fissi huma assi fit-tul, l-ewwel mod huwa li jintużaw ir-rikavati minn dawn il-bonds ekoloġiċi Ewropej biex jiffinanzjaw jew jiffinanzjaw mill-ġdid assi fissi tanġibbli jew assi fissi intanġibbli li ma jkunux assi finanzjarji, dment li dawk l-assi fissi jkunu relatati ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 (ir-"rekwiżiti tat-tassonomija"). Peress li l-assi finanzjarji jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi b'impatt pożittiv dejjiemi fuq l-ambjent, mod ieħor huwa li dawk ir-rikavati jintużaw biex jiffinanzjaw portafoll ta' assi finanzjarji jew assi finanzjarji maħluqa mhux aktar tard minn tliet snin wara l-ħruġ tal-bond ekoloġiku Ewropew, dment li r-rikavati minn dawk l-assi finanzjarji jiġu allokati għal attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija. Peress li l-assi tal-unitajiet domestiċi jista' jkollhom ukoll impatt pożittiv fit-tul fuq l-ambjent, dawk l-assi finanzjarji jenħtieġ li jinkludu wkoll l-assi tal-unitajiet domestiċi. Peress li n-nefqa kapitali u n-nefqa operattiva magħżula jistgħu jintużaw biex jinkisbu, jittejbu, jew jinżammu assi fissi, it-tielet mod huwa li jintużaw ir-rikavati minn dawn il-bonds biex jiffinanzjaw nefqiet kapitali u operattivi li jkunu relatati ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija jew li se jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti f'perjodu raġonevolment qasir mill-ħruġ tal-bond ikkonċernat, li madankollu jista' jiġi estiż meta jkun debitament iġġustifikat fi pjan CapEx msemmi fl-Anness I għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2178[9a] (il-"Pjan CapEx"), mill-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi u l-investimenti kkonċernati. Għar-raġunijiet deskritti hawn fuq, in-nefqiet kapitali u operattivi jenħtieġ li jinkludu wkoll in-nefqiet tal-unitajiet domestiċi.

(10) Is-sovrani huma emittenti frekwenti ta' bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għalhekk jenħtieġ li jitħallew joħorġu wkoll "bonds ekoloġiċi Ewropej", dment li r-rikavat minn dawn il-bonds jintuża għall-finanzjament ta' assi jew nefqa li jissodisfaw it-tassonomija, jew ta' assi jew nefqa li se jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti f'perjodu raġonevolment qasir mill-ħruġ tal-bond ikkonċernat, li madankollu jista' jiġi estiż meta jkun debitament iġġustifikat fi pjan CapEx, mill-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi u l-investimenti kkonċernati.

(11) L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/852 jirrikjedi lill-Istati Membri u lill-Unjoni japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament biex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala ambjentalment sostenibbli għall-finijiet ta' kwalunkwe miżura li tistabbilixxi rekwiżiti għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew għall-emittenti fir-rigward ta' prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi li jsiru disponibbli bħala ambjentalment sostenibbli. Għalhekk, huwa loġiku li l-kriterji tekniċi tal-iskrinjar imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 jenħtieġ li jiddeterminaw liema assi fissi, nefqiet u assi finanzjarji jistgħu jiġu ffinanzjati permezz tar-rikavati mill-bonds ekoloġiċi Ewropej. Fid-dawl tal-progress teknoloġiku mistenni fil-qasam tas-sostenibbiltà ambjentali, l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 x'aktarx li jiġu rrieżaminati u emendati maż-żmien. Irrispettivament minn dawn il-bidliet, sabiex tiġi pprovduta ċertezza legali lill-emittenti u lill-investituri u jiġi evitat li l-emendi fil-kriterji tekniċi tal-iskrinjar ikollhom impatt negattiv fuq il-prezz tal-bonds ekoloġiċi Ewropej li jkunu diġà nħarġu, l-emittenti jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw il-kriterji tekniċi tal-iskrinjar applikabbli fil-mument li jkun inħareġ il-bond ekoloġiku Ewropew meta jiġu allokati r-rikavati minn dawn il-bonds għal assi jew nefqiet fissi eliġibbli, sal-maturità tal-bond. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-bonds ekoloġiċi Ewropej li r-rikavati minnhom jiġu allokati għal assi finanzjarji, jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-attivitajiet ekonomiċi sottostanti ffinanzjati minn dawk l-assi finanzjarji jenħtieġ li jikkonformaw mal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar applikabbli fil-mument li jkunu nħolqu l-assi finanzjarji. Meta l-atti delegati rilevanti jiġu emendati, l-emittent jenħtieġ li jalloka r-rikavat billi japplika l-atti delegati emendati fi żmien ħames snin, jew, f'każ ta' pretensjonijiet finanzjarji, fi żmien għaxar snin. Jenħtieġ li r-rikavati allokati preċedentement ma jkunux meħtieġa li jiġu riallokati wara li ssir emenda fl-atti delegati rilevanti.

(12) Iż-żmien meħtieġ biex assi jiġi ttrasformat biex l-attività ekonomika li magħha jkun relatat tiġi allinjata mar-rekwiżiti tat-tassonomija b'mod raġonevoli jenħtieġ li ma jaqbiżx il-ħames snin, ħlief f'ċerti ċirkostanzi fejn dan jista' jieħu sa għaxar snin. Għal dik ir-raġuni, in-nefqa kapitali eliġibbli jenħtieġ li tkun relatata ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw jew li se jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija fi żmien ħames snin mill-ħruġ tal-bond, sakemm perjodu itwal ta' mhux aktar minn għaxar snin ma jkunx debitament iġġustifikat mill-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi u l-investimenti kkonċernati, u ddokumentat fi pjan CapEx. Il-lista ta' attivitajiet ekonomiċi u investimenti eliġibbli għall-applikazzjoni ta' perjodu estiż jenħtieġ li tiġi stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta' att delegat.

(12a) L-emittenti ta' bonds ekoloġiċi Ewropej li jinsabu f'pajjiżi fuq il-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa jew, fil-każ ta' emittenti sovrani, li jiffaċilitaw l-evitar tat-taxxa permezz tal-ġuriżdizzjoni tagħhom, ma għandhomx ikunu awtorizzati jużaw id-denominazzjoni ta' bonds ekoloġiċi Ewropej.

(12b) Id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà ċivili għandhom japplikaw għall-emittenti ta' bonds ekoloġiċi Ewropej fir-rigward tad-danni mġarrba mill-investituri minħabba ksur tal-allokazzjoni tar-rikavati allinjata mat-tassonomija.

(12c) L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jaderixxu mal-istandards tal-Unjoni fl-ilħuq tal-objettivi ta' sostenibbiltà, inklużi dawk definiti mir-Regolament (UE) 2020/852. Għalhekk jenħtieġ li jużaw l-istandard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi għal kwalunkwe ħruġ ta' bonds tal-użu tar-rikavati li għandu s-sostenibbiltà ambjentali bħala l-objettiv tiegħu. Bħala emittent globali ewlieni tal-bonds ekoloġiċi, il-Bank Ewropew tal-Investiment diġà impenja ruħu li jallinja l-programm ta' bonds ekoloġiċi tiegħu mal-istandard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi.

(12d) Biex jiġi ffaċilitat l-użu tal-bonds ekoloġiċi Ewropej minn emittenti ta' pajjiżi terzi u biex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' tassonomiji sostenibbli ta' kwalità għolja f'ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi, ir-rikavati mill-bonds allokati f'pajjiż terz jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw tassonomija sostenibbli minn dak il-pajjiż terz sakemm dik it-tassonomija tkun tqieset bħala "ekwivalenti" għat-tassonomija tal-UE, partikolarment fir-rigward tal-objettivi ambjentali, il-kriterji tal-ħsara sinifikanti u kontribut sostanzjali u salvagwardji minimi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem. Madankollu, l-użu tar-rikavat jenħtieġ li ma jiġix allokat għal attivitajiet ekonomiċi mhux koperti mill-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852. L-ekwivalenza jenħtieġ li tiġi stabbilita permezz ta' att delegat abbażi tal-opinjoni tal-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2020/852.

 

(13) L-investituri jenħtieġ li jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jevalwaw l-impatt ambjentali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej, u biex iqabblu dawn il-bonds ma' xulxin. Għal dak il-fini, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' divulgazzjoni speċifiċi u standardizzati li jipprovdu trasparenza dwar kif l-emittent ikun beħsiebu jalloka r-rikavati mill-bonds għal assi fissi, nefqiet u assi finanzjarji eliġibbli u kif dawk ir-rikavati fil-fatt ikunu ġew allokati. Din it-trasparenza tista' tinkiseb l-aħjar permezz ta' skedi informattivi dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej u rapporti tal-allokazzjoni annwali. Sabiex tissaħħaħ il-komparabbiltà tal-bonds ekoloġiċi Ewropej u sabiex tiġi ffaċilitata l-lokalizzazzjoni ta' informazzjoni rilevanti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli għad-divulgazzjoni ta' din l-informazzjoni. Bl-eċċezzjoni tal-portafolli tal-bonds ekoloġiċi Ewropej, l-iskedi informattivi u r-rapporti annwali dwar l-allokazzjoni jenħtieġ li jkunu relatati ma' bond individwali wieħed.

(13a) Jenħtieġ li l-investituri jingħataw ukoll l-informazzjoni meħtieġa biex iqabblu u jevalwaw l-impatt ambjentali ta' bonds oħrajn li huma kkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli jew bonds marbuta mas-sostenibbiltà fl-Unjoni, li ma jużawx id-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB". Għalhekk jenħtieġ li r-rekwiżiti minimi ta' divulgazzjoni japplikaw għall-emittenti ta' bonds kummerċjalizzati bħala bonds ambjentalment sostenibbli jew marbuta mas-sostenibbiltà fl-Unjoni. Dawk ir-rekwiżiti jinkludu l-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni dwar il-politiki ta' diliġenza dovuta fir-rigward tal-impatti negattivi prinċipali tad-deċiżjonijiet ta' investiment fuq fatturi ta' sostenibbiltà, filwaqt li jitqiesu kif xieraq id-daqs tal-emittenti u n-natura u l-iskala tal-attivitajiet tagħhom; Dan jenħtieġ li jirrifletti r-rekwiżiti eżistenti għall-prodotti finanzjarji għajr il-bonds ekoloġiċi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[9b]. Il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni jenħtieġ li jkunu żviluppati aktar permezz ta' standards tekniċi regolatorji. L-emittenti ta' bonds kummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli fl-Unjoni jenħtieġ li jiddivulgaw ukoll informazzjoni speċifika fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali u fir-rapporti perjodiċi annwali, li jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-istess standard ta' verifika esterna bħal dak li japplika għall-bonds ekoloġiċi Ewropej.

 

(14) L-investituri jenħtieġ li jibbenefikaw minn aċċess kosteffettiv għal informazzjoni affidabbli dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej. Għalhekk, l-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jenħtieġ li jikkuntrattaw rieżaminaturi esterni indipendenti biex jipprovdu rieżami ta' qabel il-ħruġ tal-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej, rieżamijiet ta' wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni annwali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej u rieżamijiet tar-rapporti tal-impatt tal-bonds ekoloġiċi Ewropej.

(15) L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej jenħtieġ li jirrispettaw l-impenji tagħhom lejn l-investituri u jallokaw ir-rikavat mill-bonds tagħhom fi żmien raġonevolment qasir wara l-ħruġ. Fl-istess ħin, l-emittenti jenħtieġ li ma jiġux ippenalizzati talli jallokaw rikavati mill-bonds għal attivitajiet ekonomiċi li jkunu għadhom ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tat-tassonomija, iżda li se jagħmlu dan fil-perjodu ta' ħames snin (jew fil-perjodu estiż ta' għaxar snin). F'dak il-każ, l-emittenti jenħtieġ li fil-pjanijiet CapEx ifasslu d-dettalji ta' meta u b'liema mezzi dawk l-attivitajiet se jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija u kif se jiġi ggarantit l-allinjament. Il-pjanijiet CapEx jenħtieġ li jinkludu l-passi intermedjarji annwali li għandhom jiġu vverifikati minn rieżaminatur estern fir-rapporti ta' allokazzjoni. Meta l-pjanijiet tal-CapEx jikkonċernaw attivitajiet ekonomiċi tranżizzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jissodisfaw il-kriterji tat-tassonomija relevanti f'perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx is-sentejn. L-emittenti jenħtieġ li fi kwalunkwe każ jallokaw ir-rikavati kollha mill-bonds ekoloġiċi Ewropej tagħhom qabel il-maturità ta' kull bond.

(16) Għall-kuntrarju ta' emittenti li jkunu impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji, l-emittenti li jkunu sovrani jistgħu jużaw ir-rikavati mill-bonds ekoloġiċi Ewropej biex jiffinanzjaw indirettament attivitajiet ekonomiċi li jkunu allinjati mar-rekwiżiti tat-tassonomija permezz tal-użu ta' programmi ta' nefqiet tat-taxxa jew ta' programmi ta' trasferimenti, inkluż sussidji. F'każijiet bħal dawn, is-sovrani jiżguraw li l-attivitajiet ekonomiċi ffinanzjati minn dawn il-programmi jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet ta' dawk il-programmi. Għal dik ir-raġuni, meta jiġu pprovduti rieżamijiet ta' qabel u ta' wara l-ħruġ ta' bonds ekoloġiċi Ewropej maħruġa minn sovrani u li r-rikavati minnhom jiġu allokati għal nefqiet jew sussidji tat-taxxa f'konformità ma' termini u kundizzjonijiet li jkunu allinjati mar-rekwiżiti tat-tassonomija, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jivvalutaw l-allinjament tat-tassonomija ta' kull attività ekonomika ffinanzjata minn dawn il-programmi. Meta dan ikun il-każ, jenħtieġ li jkun biżżejjed għar-rieżaminaturi esterni li jivvalutaw l-allinjament tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-programmi ta' finanzjament ikkonċernati mar-rekwiżiti tat-tassonomija. Madankollu, dawk il-programmi ta' finanzjament jenħtieġ li jkunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ex ante minn parti terza indipendenti biex jiġu vvalutati l-impatt u l-kosteffiċjenza tal-programm, kif ukoll valutazzjoni ex post tal-effettività tal-programm li għandha tiġi rieżaminata mill-awdituri tal-istat jew minn entità pubblika rilevanti oħra tal-Istat Membru kkonċernat.

(17) Ċerti impriżi finanzjarji li jkollhom portafoll tal-bonds ekoloġiċi Ewropej jistgħu ma jkunux kapaċi jidentifikaw, għal kull bond ekoloġiku Ewropew, l-assi finanzjarji distinti li għalihom ikunu ġew allokati r-rikavati minn dan il-bond. Dan huwa dovut għal spariġġ bejn, minn naħa, iż-żmien sal-maturità u l-volum ta' finanzjament ta' dawk il-bonds, u min-naħa l-oħra ż-żmien sal-maturità u l-volum tal-assi finanzjarji fuq il-karta bilanċjali tal-impriża finanzjarja. F'każijiet bħal dawn, l-impriżi finanzjarji jenħtieġ li jkunu meħtieġa jiddivulgaw l-allokazzjoni tar-rikavati aggregati mill-portafoll tal-bonds ekoloġiċi Ewropej tagħhom għal portafoll tal-assi finanzjarji ambjentalment sostenibbli fuq il-karta bilanċjali tal-impriża. Dawk l-impriżi finanzjarji mbagħad jenħtieġ li juru f'rapporti tal-allokazzjoni annwali li l-assi finanzjarji ambjentalment sostenibbli relatati kkonformaw mar-rekwiżiti tat-tassonomija fiż-żmien li dawn inħolqu. Sabiex jiġi żgurat li r-rikavati kollha mill-bonds ekoloġiċi Ewropej jiġu allokati għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, l-impriżi finanzjarji jenħtieġ li juru wkoll li l-ammont ta' dawk l-assi finanzjarji ambjentalment sostenibbli jaqbeż jew huwa ugwali għall-ammont ta' bonds ekoloġiċi Ewropej li jkunu għadhom ma mmaturawx. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni pprovduta tibqa' kompluta u aġġornata, rieżaminatur estern jenħtieġ li jirrieżamina r-rapporti annwali dwar l-allokazzjoni kull sena.  Dak ir-rieżaminatur estern jenħtieġ li jiffoka b'mod partikolari fuq dawk l-assi finanzjarji li ma kinux fil-karta tal-bilanċ tal-emittent fir-rapport tal-allokazzjoni tas-sena preċedenti.

(18) Sabiex tittejjeb it-trasparenza, l-emittenti jenħtieġ li jiddivulgaw ukoll l-impatt ambjentali tal-bonds tagħhom permezz tal-pubblikazzjoni ta' rapporti tal-impatt, li jenħtieġ li jiġu ppubblikati mill-inqas darbtejn matul il-ħajja tal-bond. Sabiex l-investituri jingħataw l-informazzjoni kollha rilevanti biex jivvalutaw l-impatt ambjentali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej, ir-rapporti tal-impatt jenħtieġ li jispeċifikaw b'mod ċar il-metrika, il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet applikati fil-valutazzjoni tal-impatti ambjentali. Sabiex tissaħħaħ il-komparabbiltà tal-bonds ekoloġiċi Ewropej u sabiex tiġi ffaċilitata l-lokalizzazzjoni ta' informazzjoni rilevanti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli għad-divulgazzjoni ta' din l-informazzjoni. Bl-eċċezzjoni tal-portafolli tal-bonds ekoloġiċi Ewropej, ir-rapporti tal-impatt jenħtieġ li jkunu relatati ma' bond individwali wieħed. Sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni tar-rapporti tal-impatt u biex l-investituri jiġu protetti mill-greenwashing, ir-rapporti tal-impatt jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu soġġetti għal skrutinju minn rieżaminaturi esterni.

(18a) Il-bonds ekoloġiċi Ewropej u l-bonds marbuta mas-sostenibbiltà għandhom l-għan li jgħinu lill-kumpaniji jiffinanzjaw it-tranżizzjoni tagħhom biex isiru sostenibbli. L-emittenti ta' bonds ekoloġiċi Ewropej jew bonds marbuta mas-sostenibbiltà li huma soġġetti għal obbligu li jippubblikaw informazzjoni mhux finanzjarja skont l-Artikolu 19a jew l-Artikolu 29a tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[9c], jenħtieġ għalhekk li jkollhom pjan ta' tranżizzjoni fis-seħħ skont dawk id-dispożizzjonijiet, u jirċievu opinjoni pożittiva minn awditur f'konformità ma' dik id-Direttiva.  Tali informazzjoni mhux finanzjarja jenħtieġ li tiġi ddivulgata fl-iskeda informattiva u fir-rapporti tal-impatt għall-bonds ekoloġiċi Ewropej jew fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali u r-rapporti tal-impatt fuq is-sostenibbiltà għal bonds marbuta mas-sostenibbiltà. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-emittenti jipprovdu informazzjoni dwar kif u sa liema punt il-ħruġ tal-bonds ekoloġiċi Ewropej jew tal-bonds marbuta mas-sostenibbiltà jżid il-proporzjon ta' allinjament tat-tassonomija fil-livell tal-entità tal-kumpaniji, kif meħtieġ li jiġi ddivulgat skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, jew inaqqas l-impatt ambjentali tagħhom fid-dawl tal-miri stabbiliti fil-pjan ta' tranżizzjoni, kif meħtieġ li jiġi ddivulgat skont l-Artikolu 19a jew l-Artikolu 29a tad-Direttiva 2013/34/UE [kif emendata mid-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà].

(19) L-awdituri tal-Istat, jew kwalunkwe entità pubblika oħra li tingħata l-mandat minn sovran biex tivvaluta jekk ir-rikavati mill-bonds ekoloġiċi Ewropej ikunux tabilħaqq allokati għal assi fissi, nefqiet u assi finanzjarji eliġibbli, huma entitajiet statutorji b'responsabbiltà għal u għarfien espert fis-sorveljanza fuq l-infiq pubbliku, u tipikament ikollhom indipendenza garantita legalment. Għalhekk, is-sovrani li joħorġu bonds ekoloġiċi Ewropej jenħtieġ li jitħallew jagħmlu użu minn dawn l-awdituri jew l-entitajiet tal-Istat għall-finijiet tar-rieżami estern tal-bonds maħruġa minn dawn is-sovrani. Filwaqt li l-awdituri jew l-entitajiet statali jenħtieġ li ma jiġux irreġistrati jew sorveljati skont dan ir-Regolament, l-awdituri jew l-entitajiet statali mhux tal-Unjoni jenħtieġ li jiksbu l-approvazzjoni mill-ESMA. 

(20) Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-suq għall-bonds ekoloġiċi Ewropej, l-emittenti jenħtieġ li jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom u, fejn applikabbli, fuq is-sit web tal-postijiet tan-negozjar fejn titfittex l-ammissjoni għan-negozjar, dettalji dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej li dawn joħorġu. Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-informazzjoni u l-fiduċja tal-investituri, huma għandhom jippubblikaw ukoll ir-rieżami ta' qabel il-ħruġ, kwalunkwe rieżami ta' wara l-ħruġ, kwalunkwe rieżami tar-rapport tal-impatt kif ukoll, jekk applikabbli, il-pjan CapEx u l-pjan ta' tranżizzjoni, kif meħtieġ li jiġi divulgat skont l-Artikolu 19a jew l-Artikolu 29a tad-Direttiva 2013/34/UE [kif emendata mid-Direttiva dwar ir-Rappurtar tas-Sostenibbiltà Korporattiva]. Dawk il-pubblikazzjonijiet jenħtieġ li jkunu aċċessibbli, b'dati ta' pubblikazzjoni murija b'mod ċar li jippermettu lill-utent jidentifika l-bidliet li jsiru minn rieżami għal ieħor.

(20a) L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ li jissorveljaw il-konformità mar-rekwiżiti ta' trasparenza u ta' rieżami estern mill-emittenti ta' bonds ekoloġiċi Ewropej u ta' bonds marbuta mas-sostenibbiltà jew bonds oħra kkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli fl-Unjoni. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jipprojbixxu emittent milli joħroġ bond, fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi tiegħu f'okkażjoni waħda, jew milli joħroġ bonds għal perjodu definit ta' żmien li ma jaqbiżx sena, fil-każ ta' sospensjonijiet temporanji ripetuti.

(21) Sabiex tittejjeb it-trasparenza dwar kif ir-rieżaminaturi esterni jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom, sabiex jiġi żgurat li r-rieżaminaturi esterni jkollhom kwalifiki adegwati, esperjenza professjonali, u indipendenza, u sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' kunflitti ta' interess potenzjali, u għalhekk, sabiex tiġi żgurata protezzjoni tal-investituri adegwata, l-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej jenħtieġ li jagħmlu użu biss minn rieżaminaturi esterni, inkluż minn pajjiżi terzi, li jkunu ġew irreġistrati u li jkunu soġġetti għal superviżjoni kontinwa mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).

(22) Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza lejn l-investituri dwar kif jiġi vvalutat l-allinjament tar-rikavati mill-bonds mar-rekwiżiti tat-tassonomija, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jiddivulgaw lill-utenti tar-rieżamijiet ta' qabel u ta' wara l-ħruġ u tar-rapporti tal-impatt il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet ewlenin li dawn jużaw fl-attivitajiet ta' rieżami estern tagħhom f'dettall suffiċjenti, filwaqt li jqisu debitament il-protezzjoni tad-data proprjetarja u tal-proprjetà intellettwali.

(23) Ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ arranġamenti għall-governanza korporattiva tajba tagħhom stess biex jiżguraw li r-rieżamijiet ta' qabel u ta' wara l-ħruġ tagħhom ikunu indipendenti, oġġettivi u ta' kwalità tajba. Għalhekk, il-maniġment superjuri tar-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jkollu biżżejjed għarfien espert fis-servizzi finanzjarji u fi kwistjonijiet ambjentali u jiżgura li għadd suffiċjenti ta' impjegati bl-għarfien u bl-esperjenza meħtieġa jwettqu r-rieżami estern. Għall-istess raġuni, il-funzjoni ta' verifika tal-konformità jenħtieġ li tkun tista' tirrapporta s-sejbiet tagħha jew lil korp superviżorju jew lil korp amministrattiv.

(24) Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tar-rieżaminaturi esterni u jiġu salvagwardjati standards għoljin ta' trasparenza u mġiba etika, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzazzjonali u mar-regoli ta' mġiba sabiex jimmitigaw u jevitaw sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess reali jew potenzjali jew jimmaniġġaw dawk il-kunflitti b'mod adegwat meta dawn ikunu inevitabbli. Ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li ma jkunux intitolati jwettqu rieżami estern f'każ ta' kunflitt ta' interess li ma jistax jiġi indirizzat kif xieraq. Għalhekk, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jiddivulgaw kwalunkwe kunflitt ta' interess b'mod trasparenti u fil-ħin. Jenħtieġ li jżommu wkoll rekords tat-theddid sinifikanti kollu għall-indipendenza tagħhom, għal dik tal-impjegati tagħhom, tal-azzjonisti jew ta' kwalunkwe persuna oħra involuta fil-proċess ta' rieżami estern. Jenħtieġ li jżommu wkoll rekords tas-salvagwardji applikati biex jittaffa dak it-theddid.

(25) Jeħtieġ li jiġu evitati applikazzjonijiet diverġenti ta' dan ir-Regolament mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jitnaqqsu l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet u dawk operazzjonali tar-rieżaminaturi esterni, li tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri u li tiżdied iċ-ċertezza legali. Għalhekk, huwa xieraq li l-ESMA tingħata kompetenza ġenerali għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni kontinwa ta' rieżaminaturi esterni rreġistrati fl-Unjoni. L-inkarigar tal-ESMA bir-responsabbiltà esklużiva għal dawk il-kwistjonijiet huwa mistenni li jiżgura kundizzjonijiet ekwi f'termini ta' rekwiżiti ta' reġistrazzjoni u superviżjoni kontinwa u jelimina r-riskju ta' arbitraġġ regolatorju madwar l-Istati Membri. Fl-istess ħin, din ir-responsabbiltà esklużiva mistennija tottimizza l-allokazzjoni tar-riżorsi superviżorji fil-livell tal-Unjoni, u b'hekk tagħmel lill-ESMA ċ-ċentru tal-għarfien espert u ttejjeb l-effiċjenza tas-superviżjoni.

(25a) Sabiex jappoġġaw l-attività tal-ESMA fl-eżerċizzju tal-kompetenza ġenerali tagħha għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni kontinwa ta' rieżaminaturi esterni rreġistrati fl-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jikkooperaw, b'mod leali u effettiv, mal-ESMA, bl-iskambju ta' mekkaniżmi ta' informazzjoni li jiggarantixxi proċess trasparenti, kredibbli u effettiv ta' reġistrazzjoni u superviżjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-ESMA tingħata biżżejjed riżorsi.

(26) L-ESMA jenħtieġ li tkun tista' tirrikjedi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq il-kompiti superviżorji tagħha b'mod effettiv. Għalhekk, din jenħtieġ li tkun tista' titlob din l-informazzjoni minn rieżaminaturi esterni, persuni involuti f'attivitajiet ta' rieżami estern, entitajiet rieżaminati u partijiet terzi relatati, partijiet terzi li r-rieżaminaturi esterni jkunu esternalizzawlhom funzjonijiet operazzjonali u persuni li b'xi mod ieħor ikunu relatati mill-qrib u sostanzjalment jew konnessi mar-rieżaminaturi esterni jew mal-attivitajiet ta' rieżami estern.

(27) Sabiex l-ESMA tkun tista' twettaq il-kompiti superviżorji tagħha, u b'mod partikolari sabiex ir-rieżaminaturi esterni jiġu mġiegħla jwaqqfu ksur, jagħtu informazzjoni kompluta u korretta jew jikkonformaw ma' investigazzjoni jew spezzjoni fuq il-post, l-ESMA jenħtieġ li tkun tista' timponi penali jew pagamenti perjodiċi ta' penali.

(28) L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej jistgħu jfittxu aċċess għas-servizzi ta' rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit reġim fil-pajjiżi terzi għar-rieżaminaturi esterni abbażi ta' valutazzjoni tal-ekwivalenza, rikonoxximent jew approvazzjoni li taħtu r-rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz ikunu jistgħu jipprovdu servizzi ta' rieżami estern.

(29) Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għar-rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz fin-nuqqas ta' deċiżjoni dwar l-ekwivalenza, jeħtieġ li jiġi stabbilit proċess għar-rikonoxximent mill-ESMA ta' rieżaminaturi esterni li jkunu ta' pajjiż terz.

(30) Sabiex jiġi ffaċilitat il-forniment ta' servizzi minn rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz lill-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej, jenħtieġ li jiġi stabbilit reġim ta' approvazzjoni, li jippermetti, f'ċerti kundizzjonijiet, li r-rieżaminaturi esterni rreġistrati li jkunu fl-Unjoni japprovaw servizzi pprovduti minn rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz. Rieżaminatur estern li jkun approva servizzi pprovduti minn rieżaminatur estern ta' pajjiż terz jenħtieġ li jkun kompletament responsabbli għal dawn is-servizzi approvati u biex jiżgura li dan ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz ikun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(31) F'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tispeċifika l-proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti perjodiċi ta' penali, inkluż dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, il-ġbir ta' multi jew pagamenti perjodiċi ta' penali, u regoli dettaljati dwar il-perjodi ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta' penali u t-tip ta' tariffi, il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi, u l-mod li bih dawk it-tariffi għandhom jitħallsu. Jenħtieġ li tiġi ddelegata wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi telenka l-attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw għall-applikazzjoni tal-perjodu estiż ta' mhux aktar minn għaxar snin biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-tassonomija fir-rigward tal-allokazzjoni tal-użu tar-rikavat u billi tawtorizza li l-użu tar-rikavat ta' EuGB jista' jiġi allokat parzjalment jew kompletament f'konformità ma' tassonomija ekwivalenti ta' pajjiż terz. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet[10]. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess żmien bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(32) Bħala korp b'għarfien espert speċjalizzat ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-ESMA tiġi fdata bl-iżvilupp ta' abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni li ma jinvolvux għażliet ta' politika biex jitressqu quddiem il-Kummissjoni.

(32a) Jenħtieġ li l-ESMA tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar id-definizzjoni u l-kamp ta' applikazzjoni tal-kostijiet marbuta direttament mal-ħruġ ta' bonds ekoloġiċi Ewropej.

(32b) Jenħtieġ li l-ESMA tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni divulgata mill-emittenti ta' bonds kummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli fl-Unjoni.

 

(33) L-ESMA jenħtieġ li tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kriterji li fuqhom tista' tivvaluta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni minn rieżaminatur estern u l-għoti ta' informazzjoni minn dak ir-rieżaminatur estern biex tiddetermina l-livell ta' konformità tagħha mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. ▐

(33a) L-ESMA jenħtieġ li tingħata l-mandat biex tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti dwar ir-rieżaminaturi esterni ħalli jiġi evitat li jirriżultaw kunflitti ta' interess. L-ESMA jenħtieġ li tiżviluppa dawk l-istandards b'reazzjoni għal żviluppi tas-suq li jiġġeneraw riskji ta' kunflitti ta' interess jew wara każijiet fejn ikunu seħħew kunflitti ta' interess.

(34) Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11].

(35) L-ESMA jenħtieġ li tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni għar-reġistrazzjoni tar-rieżaminaturi esterni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12].

(36) Sabiex ir-rieżaminaturi esterni jiġu mħeġġa jipprovdu s-servizzi tagħhom lill-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jistabbilixxi reġim tranżizzjonali għall-ewwel 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-bonds marbuta mas-sostenibbiltà u l-bonds ikkummerċjalizzati bħala sostenibbli fl-Unjoni li jkunu diġà nħarġu fid-data tal-bidu tal-applikazzjoni] ta' dan ir-Regolament mhumiex meħtieġa jikkonformaw ma' dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni u l-użu ta' rieżaminaturi esterni.

(36a) L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi rieżaminata mill-Kummissjoni ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, u kull tliet snin wara dan, abbażi tal-kontribut mill-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli. Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproduċi wkoll valutazzjoni tal-impatt biex tirrapporta dwar jekk l-istandard Ewropew tal-bonds ekoloġiċi għandux isir obbligatorju. Fil-każ ta' reviżjoni proposta tar-Regolament (UE) 2020/852, b'mod partikolari biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-merti tar-rieżami ta' dan ir-Regolament.

(36b) Peress li dan ir-Regolament joħloq qafas li jippermetti li d-dejn tal-gvern jiġi ddenominat bħala ambjentalment sostenibbli, l-impriżi finanzjarji jenħtieġ li jiddivulgaw l-iskopertura tagħhom għal dejn tal-gvern ambjentalment sostenibbli fi ħdan il-proporzjon tal-assi ekoloġiċi tagħhom kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178. Sabiex l-iskoperturi sovrani jiġu integrati fin-nominatur u fid-denominatur tal-proporzjon tal-assi ekoloġiċi, ir-Regolament (UE) 2020/852 jenħtieġ li jiġi emendat.

(37) L-objettivi ta' dan ir-Regolament jinqasmu fi tlieta. L-ewwel nett, dan għandu l-għan li jiżgura t-tqabbil ta' bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli fl-Unjoni. It-tieni, dan jistabbilixxi rekwiżiti uniformi ▐għall-użu tad-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB". It-tielet, dan għandu l-għan li jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni u qafas superviżorju sempliċi għar-rieżaminaturi esterni billi jafda awtorità superviżorja waħda bir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-rieżaminaturi esterni fl-Unjoni. Dawk l-għanijiet jenħtieġ li jiffaċilitaw il-ġbir tal-kapital għal proġetti li jsegwu objettivi ambjentalment sostenibbli, jiżguraw l-integrità tal-asserzjonijiet ambjentali magħmula minn emittenti ta' bonds ekoloġiċi Ewropej, u jżidu t-trasparenza tal-prestazzjoni ambjentali ta' bonds oħra li huma kkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli. Billi dawk l-objettivi ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Titolu I
Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għall-emittenti tal-bonds li jixtiequ jużaw id-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" għall-bonds ambjentalment sostenibbli tagħhom, jipprovdi rekwiżiti minimi ta' divulgazzjoni tas-sostenibbiltà għal bonds oħrajn ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli jew bħala bonds marbuta mas-sostenibbiltà fl-Unjoni, u jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni u qafas superviżorju għar-rieżaminaturi esterni tal-bonds ekoloġiċi Ewropej.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) "emittent" tfisser kwalunkwe entità ▐li toħroġ il-bonds;

(2) "impriża finanzjarja" tfisser AIFM kif iddefinit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13], kumpanija maniġerjali tal-UCITS kif iddefinit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14], istituzzjoni ta' kreditu kif iddefinit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15], ditta tal-investiment kif iddefinit fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, impriża tal-assigurazzjoni kif iddefinit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16] jew impriża tar-riassigurazzjoni kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(3) "sovran" tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) Euratom, l-Unjoni u kwalunkwe waħda mill-aġenziji tagħhom;

(b) kwalunkwe Stat, inkluż dipartiment tal-gvern, aġenzija jew veikolu bi skop speċjali ta' dan l-Istat;

(c) fil-każ ta' Stat federali, membru tal-federazzjoni, inkluż dipartiment tal-gvern, aġenzija jew veikolu bi skop speċjali ta' dak il-membru;

(d) entità reġjonali jew muniċipali;

(e) impriża kollettiva ta' diversi Stati fil-forma ta' organizzazzjoni jew ta' veikolu bi skop speċjali;

▐ (4) "rekwiżiti tat-tassonomija" tfisser ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852;

(5) "suq regolat" tfisser suq regolat kif iddefinit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[17].

(5a) "bond ikkummerċjalizzat bħala ambjentalment sostenibbli" tfisser bond li l-emittent tiegħu jipprovdi lill-investituri impenn jew kwalunkwe forma ta' asserzjoni prekuntrattwali li r-rikavati mill-bonds jiġu allokati għal attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għal objettiv ambjentali;

(5b) "kummerċjalizzat fl-Unjoni" tfisser offerta jew kollokament dirett jew indirett lil jew ma' investituri domiċiljati, jew b'uffiċċju reġistrat, fl-Unjoni;

(5c) "bond ta' użu tar-rikavati" tfisser bond fejn ir-rikavati jiġu allokati għal attivitajiet ekonomiċi speċifiċi;

(5d) "bond marbut mas-sostenibbiltà" tfisser bond li l-karatteristiċi finanzjarji jew strutturali tiegħu jvarjaw skont il-kisba mill-emittent ta' objettivi ta' sostenibbiltà ambjentali predefiniti;

(5e) "fatturi ta' sostenibbiltà" tfisser fatturi ta' sostenibbiltà kif definiti fl-Artikolu 2, punt (24), tar-Regolament (UE) 2019/2088;

(5f) "Stat Membru tad-domiċilju" tfisser:

(a)  għall-bonds ekoloġiċi Ewropej soġġett għall-obbligu li jitfassal prospett skont ir-Regolament (UE) 2017/1129, Stat Membru domiċiljari kif definit fl-Artikolu 2(m) ta' dak ir-Regolament;

(b)  għall-bonds ekoloġiċi Ewropej li mhuwiex soġġett għall-obbligu li jitfassal prospett skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 u li jinħarġu minn emittenti li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-Unjoni, l-Istat Membru li fih l-emittent ikollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu; u

(c) għall-bonds ekoloġiċi Ewropej għajr dawk imsemmija fil-punti (a) u (b), l-Istat Membru fejn il-bonds ekoloġiċi Ewropej jiġu offruti lill-pubbliku għall-ewwel darba jew, fin-nuqqas ta' offerta lill-pubbliku fl-Unjoni, l-Istat Membru fejn il-bonds ekoloġiċi Ewropej jiġu ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar għall-ewwel darba;

(5g) "Stat Membru ospitanti" tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (n), tar-Regolament (UE) Nru 2017/1129;

(5h) "rieżaminatur estern" tfisser entità ġuridika rreġistrata biex tipprovdi attivitajiet ta' valutazzjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(5i) "entità rieżaminata" tfisser kwalunkwe entità li tirċievi rieżami tal-ħruġ tal-bonds tagħha minn rieżaminatur estern f'konformità ma' dan ir-Regolament.

 

Titolu II
Kundizzjonijiet għall-użu tad-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" u rekwiżiti ta' divulgazzjoni tas-sostenibbiltà għal bonds ambjentalment sostenibbli u bonds marbuta mas-sostenibbiltà oħra kkummerċjalizzati fl-Unjoni

Kapitolu I
Rekwiżiti relatati mal-bonds

Artikolu 3
Id-denominazzjoni ta' "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB"  

Id-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" għandu jintuża biss għal bonds li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan it-Titolu sal-maturità tagħhom.

Artikolu 4
Użu tar-rikavati mill-bonds ekoloġiċi Ewropej

1. Qabel il-maturità tal-bond, ir-rikavati mill-bonds ekoloġiċi vverifikati għandhom, wara li jitnaqqsu l-kostijiet marbuta direttament mal-ħruġ, jiġu allokati esklużivament u b'mod sħiħ▐ għal dawn li ġejjin, jew għal taħlita tagħhom:

(a) assi fissi, inkluż dawk tal-unitajiet domestiċi, li ma jkunux assi finanzjarji;

(b) nefqiet kapitali, inkluż dawk tal-unitajiet domestiċi;

(c) nefqiet operattivi li jkunu ġġarrbu aktar reċentement minn tliet snin qabel il-ħruġ tal-bond ekoloġiku Ewropew;

(d) assi finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 5, bil-kundizzjoni li jew il-bond jalloka r-rikavat tiegħu lil portafoll ta' assi finanzjarji, jew inkella li dawk l-assi jkunu nħolqu mhux aktar tard minn tliet snin wara l-ħruġ tal-bond ekoloġiku Ewropew;

 

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, in-nefqiet kapitali għandhom ifissru żidiet jew mal-assi tanġibbli fissi jew ma' dawk intanġibbli fissi matul is-sena finanzjarja meqjusa qabel id-deprezzament, l-amortizzament u kwalunkwe kejl mill-ġdid, inkluż iż-żidiet li jirriżultaw mill-evalwazzjonijiet mill-ġdid u mill-indebolimenti għas-sena finanzjarja kkonċernata, u eskluż il-valur ġust jew kwalunkwe żieda mal-assi tanġibbli fissi jew ma' dawk intanġibbli fissi li tirriżulta mill-kombinamenti tan-negozji.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, in-nefqiet operattivi għandhom ifissru l-kostijiet diretti mhux kapitalizzati li jkunu relatati mar-riċerka u l-iżvilupp, mal-edukazzjoni u t-taħriġ, ma' miżuri ta' rinnovazzjoni tal-bini, mal-kiri għal żmien qasir, mal-manutenzjoni u t-tiswija, u ma' kwalunkwe nefqa diretta oħra relatata mas-servizzjar ta' kuljum tal-assi tanġibbli fissi jew intanġibbli fissi ta' proprjetà, impjanti u tagħmir li jkunu meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament kontinwu u effettiv ta' dawn l-assi.

1a.  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-definizzjoni u l-kamp ta' applikazzjoni tal-kostijiet marbuta direttament mal-ħruġ kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

 

2. B'deroga mill-paragrafu 1, sovran jista' jalloka wkoll ir-rikavati mill-bonds ekoloġiċi Ewropej li dan ikun ħareġ lil dawn li ġejjin, jew lil kwalunkwe taħlita tagħhom:

(a) assi fissi msemmija fil-punt 7.22 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18];

(b) assi mhux finanzjarji mhux prodotti msemmija fil-punt 7.24 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013;

(c) ħelsien mit-taxxa msemmi fil-punt 20.167 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 li jkun ingħata aktar reċentement minn tliet snin qabel il-ħruġ tal-bond ekoloġiku Ewropew;

(d) sussidji msemmija fil-punt 4.30 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 li jkunu ġew ittrasferiti aktar reċentement minn tliet snin qabel il-ħruġ tal-bond ekoloġiku Ewropew;

(e) nefqiet kapitali msemmija fil-punt 20.104 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013.

Artikolu 5
Assi finanzjarji

1. L-assi finanzjarji kif imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(1), għandhom ifissru kwalunkwe wieħed mill-assi li ġejjin, jew kwalunkwe taħlita tagħhom:

(a) pretensjoni finanzjarja;

(b) strument ta' ekwità ta' entità oħra.

2. Ir-rikavati mill-assi finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati biss għal assi fissi li ma jkunux assi finanzjarji kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1), nefqiet kapitali kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1), jew nefqiet operattivi kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1).

3. B'deroga mill-paragrafu 2, ir-rikavat mill-assi finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 jista' jiġi allokat għal assi finanzjarji oħra sakemm ir-rikavat minn dawk l-assi finanzjarji jiġi allokat skont il-paragrafu 2 u dment li tali allokazzjoni ma tfixkilx il-kapaċità tar-rieżaminaturi esterni li jirrieżaminaw b'mod effettiv l-allokazzjoni finali tar-rikavati.

Artikolu 6
Allinjament mat-tassonomija tal-użu tar-rikavati

1. L-użu tar-rikavati msemmija fl-Artikolu 4 għandu jiġi allokat għall-kostijiet tal-ħruġ tal-bond u mal-attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija, jew li se jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija f'perjodu ta' żmien definit kif stabbilit fi pjan CapEx kif definit fit-tieni subparagrafu tal-punt 1.1.2.2 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178.

▐Il-perjodu msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu ma għandux jaqbeż il-ħames snin mill-ħruġ tal-bonds, sakemm perjodu itwal ta' mhux aktar minn għaxar snin ma jiġix debitament iġġustifikat mill-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati kif iddokumentat fi pjan CapEx. Fi żmien ... [sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi telenka l-attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw għall-applikazzjoni tal-perjodu estiż sa għaxar snin.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan l-Artikolu billi tadotta l-att delegat imsemmi fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 60.

Il-pjanijiet tal-CapEx relatati ma' attivitajiet ekonomiċi tranżizzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija f'perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx is-sentejn.

 

2. Meta r-rikavati minn bond ekoloġiku Ewropew jiġu allokati permezz ta' assi finanzjarji jew għal nefqiet kapitali kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1), jew għal nefqiet operattivi kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1), il-perjodu ta' żmien definit imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jibda mill-mument tal-ħolqien tal-assi finanzjarju.

2a. Ir-rapporti dwar l-allokazzjoni tal-bonds ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 9 għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan CapEx u għandhom ikunu soġġetti għal rieżami estern. Meta dawk il-passi intermedji annwali ma jinkisbux f'żewġ okkażjonijiet konsekuttivi, l-emittent għandu jħabbar fuq is-sit web tiegħu u jinforma liċ-ċentru tan-negozjar rilevanti li l-bond ikkonċernat ma għadux konformi mar-rekwiżiti għall-użu tad-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB".

Artikolu 6a

L-Użu ta' rikavati f'każijiet ta' titolizzazzjoni

Meta jintuża Bond Ekoloġiku Ewropew għall-finijiet ta' titolizzazzjoni, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6 għandhom japplikaw għall-entità li minnha joriġina ekonomikament il-ħruġ.

Artikolu 7
Applikazzjoni tar-rekwiżiti tat-tassonomija

1. L-emittenti għandhom jallokaw ir-rikavat tal-bonds għall-użi stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punti (a), (b) u (c), l-Artikolu 4(2), jew l-istrument tal-ekwità ta' entità oħra msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (b), billi japplikaw l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 applikabbli fil-mument meta nħareġ il-bond.

Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jiġu emendati wara l-ħruġ tal-bond, l-emittent għandu jalloka r-rikavat tal-bonds għall-użi msemmija fl-ewwel subparagrafu billi japplika l-atti delegati emendati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħhom. Ir-rikavati mill-bonds allokati ma għandhomx ikunu meħtieġa jiġu allokati mill-ġdid b'segwitu għal emenda fl-atti delegati.

2. Meta jallokaw ir-rikavati mill-bonds għall-pretensjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1), l-emittenti għandhom japplikaw l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 applikabbli fil-mument meta jkun inħoloq id-dejn.

Jekk, fi żmien il-ħolqien tal-pretensjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1), ma kien hemm fis-seħħ l-ebda att delegat adottat skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, l-emittenti għandhom japplikaw l-ewwel atti delegati li jkunu ġew adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852.

Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jiġu emendati wara l-ħolqien tal-pretensjoni finanzjarja msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-emittent għandu jalloka r-rikavat minn bonds għall-pretensjoni finanzjarja msemmija fl-ewwel subparagrafu billi japplika l-atti delegati emendati fi żmien 10 snin mid-dħul fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 7a

Esklużjoni ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għall-finijiet ta' taxxa

1.  L-emittenti mhux sovrani u kwalunkwe waħda mill-partijiet terzi relatati tagħhom li jinsabu f'ġuriżdizzjonijiet elenkati fl-Anness I jew II tal-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa ma għandhomx ikunu awtorizzati jużaw id-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB", sakemm ma jkunux jistgħu juru attività ekonomika reali fil-ġuriżdizzjoni elenkata.

L-emittenti sovrani li huma elenkati fl-Anness I jew II tal-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa ma għandhomx ikunu awtorizzati jużaw id-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB".

2.  L-emittenti għandhom jiddivulgaw aderenza ma dan ir-rekwiżit fl-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 7b

Pjanijiet ta' tranżizzjoni

1. Qabel ma joħorġu bond ekoloġiku Ewropew jew bond marbut mas-sostenibbiltà, l-emittenti ta' tali bonds li huma soġġetti għal obbligu li joħolqu pjanijiet ta' tranżizzjoni skont l-Artikolu 19a (2a) jew l-Artikolu 29a (2a) tad-Direttiva 2013/34/UE [kif emendata mis-CSRD] għandhom ikunu meħtieġa li jkunu rċevew opinjoni pożittiva minn awditur dwar l-allinjament tal-pjan ta' tranżizzjoni mal-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119.

2. L-emittenti ta' bonds marbuta mas-sostenibbiltà fl-Unjoni li huma soġġetti għal obbligu li jiddivulgaw informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' sostenibbiltà skont l-Artikolu 19a jew l-Artikolu 29a tad-Direttiva 2013/34/UE [kif emendata mis-CSRD] għandhom jinkludu l-informazzjoni deskritta fil-punt 3 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali tagħhom u l-informazzjoni deskritta fil-punt 2 tal-Anness III ta' dan ir-Regolament f'rapport perjodiku annwali.

3. Id-divulgazzjonijiet prekuntrattwali u r-rapporti perjodiċi annwali msemmija fil-Paragrafu 2 għandhom ikunu rieżaminati minn rieżaminaturi esterni li huma rreġistrati f'konformità mal-Artikoli 14 sa 17, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Titoli II u III u li huma soġġetti għal superviżjoni skont it-Titolu IV tal-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7c

Divulgazzjonijiet għal bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli

1.  L-emittenti ta' bonds ikkummerċjalizzati fl-Unjoni bħala ambjentalment sostenibbli u ta' bonds marbuta mas-sostenibbiltà li huma kkummerċjalizzati fl-Unjoni, għandhom jippubblikaw u jżommu fuq is-siti web tagħhom dikjarazzjoni dwar il-politiki ta' diliġenza dovuta fir-rigward tal-impatti avversi prinċipali tad-deċiżjonijiet ta' investiment fuq il-fatturi ta' sostenibbiltà, filwaqt li jqisu kif xieraq id-daqs tagħhom u n-natura u l-iskala tal-attivitajiet tagħhom.

2.  L-ASE għandhom jiżviluppaw, permezz tal-Kumitat Konġunt, abbozz ta' standards tekniċi regolatorji f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu.

Meta jkunu qed iħejju l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ASE għandhom, fejn rilevanti, ifittxu kontribut mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea.

L-ASE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

3. L-emittenti ta' bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli fl-Unjoni li ma jużawx id-denominazzjoni "bonds ekoloġiċi Ewropej" jew "EuGB" għandhom jiddivulgaw fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali tagħhom:

 (a) spjegazzjoni ċara u motivata ta' kif il-bond iqis l-impatti avversi prinċipali fuq il-fatturi ta' sostenibbiltà;

 (b) informazzjoni dwar kif jiġu ssodisfati l-karatteristiċi ambjentali tal-bond, inkluża l-informazzjoni deskritta fl-Anness 1.3;

(c) informazzjoni dwar l-allokazzjoni maħsuba tar-rikavati mill-bonds, inkluża l-informazzjoni deskritta fl-Anness I.4;

(d) informazzjoni dwar il-perċentwal tal-allinjament tat-tassonomija mistenni tal-użu tar-rikavat tal-bond.

4.  L-emittenti ta' bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli fl-Unjoni li ma jużawx id-denominazzjoni "bonds ekoloġiċi Ewropej" jew "EuGB" għandhom jinkludu deskrizzjoni fir-rapporti perjodiċi annwali dwar sa liema punt il-karatteristiċi ambjentali huma ssodisfati, inkluża l-informazzjoni kif deskritta fil-punt 3 tal-Anness II.

5. L-ESA jistgħu permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u 4.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.

6. Id-divulgazzjonijiet prekuntrattwali u r-rapporti perjodiċi annwali għandhom ikunu rieżaminati minn rieżaminaturi esterni li huma rreġistrati f'konformità mal-Artikoli 14 sa 17, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Titoli II u III u li huma soġġetti għal superviżjoni skont it-Titolu IV tal-Kapitolu III ta' dan ir-Regolament.

 

Artikolu 7d

L-użu tal-istandard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jużaw l-istandard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi u japplikaw il-kriterji tal-Artikoli 4 sa 7a għal kwalunkwe ħruġ ta' bond li juża ir-rikavati li għandu s-sostenibbiltà ambjentali bħala l-objettiv tiegħu.

Artikolu 7e

Ekwivalenza tat-tassonomija

 

1. Meta pajjiż terz ikollu fis-seħħ tassonomija biex jiffaċilita l-investiment sostenibbli li jkun sostanzjalment ekwivalenti għat-tassonomija tal-UE, il-Kummissjoni għandha, wara rakkomandazzjoni pożittiva mill-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli stabbilita skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2020/852, tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 60 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tawtorizza li l-użu tar-rikavat ta' EuGB jista' jiġi allokat f'konformità ma' dik it-tassonomija ta' pajjiż terz. L-użu tar-rikavati ma għandux jiġi allokat għal attivitajiet ekonomiċi mhux koperti mill-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10 (3), 11 (3), 12 (2), 13 (2), 14 (2) u 15 (2) tar-Regolament 2020/852. Bħala minimu, it-tassonomija ta' pajjiż terz għandu jkollha objettivi ambjentali ekwivalenti u kriterji ekwivalenti għal ħsara sinifikanti u kontribut sostanzjali għal kull wieħed minn dawk l-objettivi ambjentali, u għandha tirrikjedi salvagwardji minimi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2020/852.

2. L-atti delegati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jippermettu l-użu ta' tassonomija ekwivalenti ta' pajjiż terz meta jiġu allokati ir-rikavati tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għal proġetti f'dak il-pajjiż terz. Dik it-tassonomija ta' pajjiż terz għandha titħalla tintuża biex tikkomplementa t-tassonomija tal-UE għal parti mir-rikavati tal-bond ekoloġiku Ewropew, jew biex talloka bis-sħiħ ir-rikavati tal-bond ekoloġiku Ewropew. It-tassonomija ekwivalenti ta' pajjiż terz ma għandhiex tintuża għal proġetti li jitwettqu fl-Unjoni jew f'pajjiż terz differenti.


 

 

Kapitolu II
Rekwiżiti ta' trasparenza u ta' rieżami estern

Artikolu 8
Skeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej u rieżami ta' qabel il-ħruġ tal-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej

1. Qabel ma joħorġu bond ekoloġiku Ewropew, l-emittenti għandhom:

(a) jimlew l-iskeda informattiva kollha dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej stabbilita fl-Anness I;

(b) jiżguraw li l-iskeda informattiva mimlija kollha dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej tkun ġiet soġġetta għal rieżami ta' qabel il-ħruġ b'opinjoni pożittiva minn rieżaminatur estern.

2. Kull skeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej għandha tkun relatata ma' bond individwali wieħed. Jistgħu jiġu ppubblikati diversi skedi informattivi fuq bażi konġunta.

2a. B'deroga mill-paragrafu 2, skeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej li tikkonċerna allokazzjoni ta' portafoll ta' bonds ekoloġiċi Ewropej għal portafoll tal-assi finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 5 tista' tkun relatata ma' ħafna ħruġ ta' bonds ekoloġiċi Ewropej.

 

3. Ir-rieżami ta' qabel il-ħruġ tal-iskeda informattiva msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jkun fih dan kollu li ġej:

(a) valutazzjoni ta' jekk l-iskeda informattiva mimlija kollha dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej tikkonformax mal-Artikoli 4 sa 7b ta' dan ir-Regolament u mal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(b) l-elementi stabbiliti fl-Anness IV.

Artikolu 9
Rapporti tal-allokazzjoni u rieżami ta' wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni

1. Kull sena u sal-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati mill-bond ekoloġiku Ewropew ikkonċernat, l-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom ifasslu rapport tal-allokazzjoni tal-bonds ekoloġiċi Ewropej billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness II, li juri li r-rikavati minn kwalunkwe bond ekoloġiku Ewropew ikkonċernat, mid-data tal-ħruġ tiegħu u sa tmiem is-sena li r-rapport jirreferi għaliha, ikunu ġew allokati f'konformità mal-Artikoli 4 sa 7.

2. Rapport tal-allokazzjoni tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandu jkun relatat ma' bond individwali wieħed. Jistgħu jiġu ppubblikati diversi rapporti tal-allokazzjoni fuq bażi konġunta.

2a. B'deroga mill-paragrafu 2, rapport tal-allokazzjoni dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej li jikkonċerna allokazzjoni ta' portafoll ta' bonds ekoloġiċi Ewropej għal portafoll tal-assi finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 5 tista' tkun relatata ma' ħafna ħruġ ta' bonds ekoloġiċi Ewropej.

 

3. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom jiksbu rieżami ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern tar-rapport tal-allokazzjoni mfassal wara l-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati mill-bond ekoloġiku Ewropew f'konformità mal-Artikoli 4 sa 7b.

4. Jekk, wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-allokazzjoni f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 13(1), l-allokazzjoni tar-rikavati tiġi kkoreġuta, l-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej ikkonċernati għandhom jemendaw ir-rapport tal-allokazzjoni u jiksbu rieżami ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern ta' dak ir-rapport tal-allokazzjoni li jkun ġie emendat.

5. B'deroga mill-paragrafu 3, kull rapport tal-allokazzjoni minn emittenti ▐ li jallokaw ir-rikavati minn portafoll ta' diversi bonds ekoloġiċi Ewropej għal portafoll tal-assi finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jkun soġġett għal rieżami ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern. Ir-rieżaminatur estern għandu jagħti attenzjoni partikolari lil dawk l-assi finanzjarji li ma kienu inklużi fl-ebda rapport tal-allokazzjoni ppubblikat qabel.

5a.  B'deroga mill-paragrafu 3, kull rapport tal-allokazzjoni minn emittenti li jallokaw ir-rikavati f'konformità mal-pjan CapEx skont l-Artikolu 6 għandu jkun soġġett għal rieżami ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern. Ir-rieżaminatur estern għandu b'mod partikolari jqis jekk l-emittenti għadhomx jaderixxu mal-pjan CapEx.

6. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom jipprovdu r-rapporti tal-allokazzjoni msemmija fil-paragrafi 3, 4, u 5 lil rieżaminatur estern fi żmien 90 jum wara tmiem is-sena li għaliha jirreferu r-rapporti tal-allokazzjoni. Ir-rieżami ta' wara l-ħruġ irid jiġi pubblikat fi żmien 90 jum wara l-wasla tar-rapport tal-allokazzjoni.

7. Ir-rieżami ta' wara l-ħruġ imsemmi fil-paragrafi 3, 4 u 5 għandu jkun fih dan kollu li ġej:

(a) valutazzjoni ta' jekk l-emittent ikunx alloka r-rikavati mill-bond f'konformità mal-Artikoli 4 sa 7c abbażi tal-informazzjoni mogħtija lir-rieżaminatur estern;

(b) valutazzjoni ta' jekk l-emittent ikunx ikkonforma mal-użu maħsub tar-rikavati stabbilit fl-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi abbażi tal-informazzjoni mogħtija lir-rieżaminatur estern;

(c) l-elementi stabbiliti fl-Anness IV.

8. Meta r-rikavat mill-bonds jiġi allokat għall-ħelsien mit-taxxa kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (c) jew is-sussidji kif imsemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (d), ir-rieżami ta' wara l-ħruġ għandu jivvaluta biss il-konformità mal-Artikoli 4 sa 7 tat-termini u l-kundizzjonijiet li taħthom ikunu ġew żborżati dawk in-nefqiet jew it-trasferimenti. Dawk l-allokazzjonijiet tar-rikavat għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ex ante minn parti terza indipendenti li tagħti valutazzjoni pożittiva tal-impatt u tal-kosteffiċjenza ta' tali allokazzjonijiet. L-effettività ta' allokazzjoni ta' rikavati għandha wkoll tiġi rieżaminata ex post mill-awdituri tal-istat jew minn entità pubblika rilevanti oħra tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 10
Rapport tal-impatt tal-bonds ekoloġiċi Ewropej

1. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom, wara l-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati minn dawn il-bonds u mill-inqas darbtejn matul il-ħajja tal-bond, ifasslu rapport tal-impatt tal-bonds ekoloġiċi Ewropej dwar ▐ l-impatt ambjentali tal-użu tar-rikavati mill-bonds billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness III.

2. Kull rapport tal-impatt għandu jkun relatat ma' bond individwali wieħed. Jistgħu jiġu ppubblikati diversi rapporti tal-impatt fuq bażi konġunta.

2a. B'deroga mill-paragrafu 10(2), rapport tal-impatt dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej li jikkonċerna allokazzjoni ta' portafoll ta' bonds ekoloġiċi Ewropej għal portafoll tal-assi finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 5 tista' tkun relatata ma' ħafna ħruġ ta' bonds ekoloġiċi Ewropej.

2b. L-emittenti ta' bonds ekoloġiċi Ewropej jistgħu jiksbu rieżami minn rieżaminatur estern tar-rapport tal-impatt. Dak ir-rieżami tar-rapport tal-impatt għandu jkun fih dan kollu li ġej:

(a)  valutazzjoni ta' jekk il-ħruġ tal-bond huwiex allinjat mal-istrateġija dwar is-sostenibbiltà usa' tal-emittent;

(b)  valutazzjoni tal-impatt tas-sostenibbiltà indikat tar-rikavati tal-bonds;

(c)  l-elementi stabbiliti fl-Anness IV.

 

Artikolu 11
Sovrani bħala emittent

Emittent li jkun sovran jista' jikseb rieżamijiet ta' qabel jew ta' wara l-ħruġ u tar-rapport tal-impatt minn rieżaminatur estern, jew minn awditur tal-Istat jew kwalunkwe entità pubblika oħra li tkun ingħatat il-mandat mis-sovran biex tivvaluta l-konformità ma' dan ir-Regolament. L-Awdituri tal-Istat jew entitajiet pubbliċi oħra li huma awtorizzati minn emittenti sovrani mhux tal-Unjoni għandhom ikunu meħtieġa jiksbu approvazzjoni mill-ESMA skont it-Titolu III, il-Kapitolu 1.

Artikolu 12
Dokumenti għall-bonds ekoloġiċi Ewropej

1. Meta prospett ikun se jiġi ppubblikat skont ir-Regolament (UE) 2017/1129, dak il-prospett għandu jiddikjara b'mod ċar, meta jkun meħtieġ jagħti informazzjoni dwar l-użu tar-rikavati, li l-bond ekoloġiku Ewropew ikun qed jinħareġ f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2. ▐ L-informazzjoni inkluża fl-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) ta' dan ir-Regolament għandha tiġi integrata bis-sħiħ fil-prospett imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu billi jintuża l-mudell stabbilit fl-Anness I.

Artikolu 12a

Responsabbiltà ċivili

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-responsabbiltà għall-allokazzjoni tar-rikavat allinjata mat-tassonomija li hemm prevista fl-Artikoli 4 sa 7 tkun tal-emittent jew tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tiegħu.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom dwar ir-responsabbiltà ċivili japplikaw għal dawk il-persuni responsabbli għal kwalunkwe dannu mġarrab mill-investituri minħabba ksur tal-Artikoli 4 sa 7 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 13
Pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-emittent u notifika lill-ESMA u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

1. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom u fejn applikabbli, fuq dak tal-postijiet tan-negozjar fejn titfittex l-ammissjoni għan-negozjar f'taqsima distinta u aċċessibbli intitolata "bonds ekoloġiċi Ewropej" u jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas mill-inqas sal-maturità tal-bonds ikkonċernati, dan kollu li ġej:

(a) l-iskeda informattiva mimlija kollha dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 8, qabel il-ħruġ tal-bond;

(b) ir-rieżami ta' qabel il-ħruġ relatat mal-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej imsemmi fl-Artikolu 8, qabel il-ħruġ tal-bond;

(c) ir-rapporti tal-allokazzjoni annwali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 9, kull sena sal-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati mill-bond ekoloġiku Ewropew ikkonċernat, mhux aktar tard minn tliet xhur wara tmiem is-sena li dan jirreferi għaliha;

(ca) fejn applikabbli, il-pjan CapEx imsemmi fl-Artikolu 6;

(d) ir-rieżamijiet ta' wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni tal-bonds ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 9;

(e) ir-rapport tal-impatt tal-bonds ekoloġiċi Ewropej imsemmi fl-Artikolu 10.

(ea) fejn applikabbli, ir-rieżami tar-rapport tal-impatt b'rabta mar-rapport tal-impatt tal-bonds ekoloġiċi Ewropej imsemmi fl-Artikolu 10;

(eb) fejn applikabbli, l-informazzjoni msemmija fl-Anness 7b;

2. L-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti msemmija fil-punti (a), (c) u (e) tal-paragrafu 1 għandha tingħata bil-lingwa jew bil-lingwi li ġejjin:

(a) meta l-bonds ekoloġiċi Ewropej jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu elenkati f'suq fi Stat Membru wieħed biss, b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament, ta' dak l-Istat Membru;

(b) meta l-bonds ekoloġiċi Ewropej jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu elenkati f'suq f'żewġ Stati Membri jew aktar, jew b'lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament, ta' kull Stat Membru, jew b'lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, skont l-għażla tal-emittent.

3. B'deroga mill-paragrafu 2, meta prospett għall-bond ekoloġiku Ewropew ikun se jiġi ppubblikat f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1129, l-informazzjoni li tkun fid-dokumenti msemmija fil-punti (a), (c) u (e) tal-paragrafu 1 għandha tingħata bil-lingwa jew bil-lingwi ta' dak il-prospett.

4. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità Nazzjonali Kompetenti msemmija fl-Artikolu 36 dwar il-pubblikazzjoni tad-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien żejjed.

5. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar il-pubblikazzjoni tad-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 30 jum.

Titolu III
Rieżaminaturi esterni għal Bonds Ekoloġiċi Ewropej

Kapitolu I
Kundizzjonijiet għall-bidu tal-attivitajiet bħala rieżaminatur estern għall-bonds ekoloġiċi Ewropej

Artikolu 14
Ir-reġistrazzjoni

1. Ir-rieżaminaturi esterni għall-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom, qabel ma jibdew l-attivitajiet tagħhom, jirreġistraw mal-ESMA.

2. Ir-rieżaminaturi esterni rreġistrati mal-ESMA għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 15(2) il-ħin kollu.

3. L-awdituri tal-Istat u entitajiet pubbliċi oħrajn b'mandat mill-emittenti sovrani biex jivvalutaw il-konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu soġġetti għat-Titolu III u t-Titolu IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 15
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern għall-bonds ekoloġiċi Ewropej

1. Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern għall-bonds ekoloġiċi Ewropej għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a) l-isem sħiħ tal-applikant, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat fl-Unjoni, is-sit web tal-applikant u, jekk ikun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika (LEI);

(b) l-isem u d-dettalji ta' kuntatt ta' persuna ta' kuntatt;

(c) l-istatus legali tal-applikant;

(d) l-istruttura tas-sjieda tal-applikant;

(da) dokument li jkun fih informazzjoni dwar il-pjanijiet tan-negozju u l-arranġamenti ta' governanza korporattiva tal-applikant;

(e) l-identità tal-membri tal-maniġment superjuri u l-bord tal-applikant flimkien mal-curriculum vitae tagħhom li juri mill-inqas il-livell ta' kwalifika, esperjenza u taħriġ tagħhom;

(f) l-għadd ta' analisti, impjegati u persuni oħrajn direttament involuti fl-attivitajiet ta' valutazzjoni, u l-livell ta' esperjenza u taħriġ tagħhommiksub qabel ma jaħdmugħall-applikant u waqt li jaħdmu miegħu fil-provvista ta' servizzi ta' rieżami estern jew servizzi simili;

(g) deskrizzjoni tal-proċeduri u tal-metodoloġiji implimentati mill-applikant biex joħroġ rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ kif imsemmi fl-Artikolu 8 u rieżamijiet ta' wara l-ħruġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 u rieżamijiet tar-rapport tal-impatt kif imsemmi fl-Artikolu 10;

(h) il-politiki jew il-proċeduri implimentati mill-applikant jidentifikaw, jeliminaw jew jimmaniġġaw u jiddivulgaw b'mod trasparenti kwalunkwe kunflitt ta' interess reali jew potenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 27;

(i) meta jkun applikabbli, dokumenti u informazzjoni relatati ma' kwalunkwe▐ arranġament ta' esternalizzazzjoni għall-attivitajiet tar-rieżaminatur estern koperti minn dan ir-Regolament, inkluż informazzjoni dwar l-entitajiet li jassumu l-funzjonijiet ta' esternalizzazzjoni;

(j) meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar attivitajiet oħrajn imwettqa mill-applikant.

2. L-ESMA għandha tirreġistra applikant bħala rieżaminatur estern meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin biss:

(a) il-maniġment superjuri u l-bord tal-applikant huma:

(i) ta' reputazzjoni tajba biżżejjed, kif muri minn, fost affarijiet oħra, rekords legali u n-nuqqas ta' okkorrenzi ta' negliġenza professjonali;

(ii) kapaċi biżżejjed li jiżguraw li l-applikant ikun jista' jwettaq il-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont dan ir-Regolament;

(iii) professjonalment ikkwalifikati kif suppost;

(iv) esperjenzati f'diversi mill-attivitajiet li ġejjin: assigurazzjoni tal-kwalità, kontroll tal-kwalità, it-twettiq ta' rieżamijiet ta' qabel u ta' wara l-ħruġ u tar-rapport tal-impatt, fil-provvista ta' opinjonijiet ta' allinjament tat-tieni parti u fis-servizzi finanzjarji;

(b) l-għadd ta' analisti, impjegati u persuni oħrajn direttament involuti fl-attivitajiet ta' valutazzjoni, u l-livell ta' esperjenza u taħriġ tagħhom, ikunu biżżejjed biex jitwettqu l-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont dan ir-Regolament;

(c) l-arranġamenti interni implimentati biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II ta' din it-Taqsima jkunu xierqa u effettivi.

3. L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx imtliet kollha fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-wasla tagħha.

Meta l-applikazzjoni ma tkunx imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan u tistabbilixxi skadenza sa meta l-applikant ikollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali. L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx imtliet kollha fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-wasla ta' dik l-informazzjoni addizzjonali.

Meta l-applikazzjoni tkun imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan.

4. L-ESMA għandha tirreġistra jew tirrifjuta li tirreġistra applikant fi żmien 45 jum tax-xogħol wara li tirċievi l-applikazzjoni mimlija kollha.

L-ESMA tista' testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu bi 15-il jum tax-xogħol meta l-applikant ikun beħsiebu juża l-esternalizzazzjoni biex iwettaq xi wħud mill-attivitajiet tiegħu bħala rieżaminatur estern.

L-ESMA għandha tinnotifika bil-miktub lil applikant dwar ir-reġistrazzjoni tiegħu bħala rieżaminatur estern, jew dwar ir-rifjut tagħha li tirreġistra applikant. Id-deċiżjoni ta' reġistrazzjoni jew ta' rifjut ta' reġistrazzjoni għandha tagħti raġunijiet u tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.

5. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Meta tiżviluppa l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, l-ESMA għandha tqis il-mezzi diġitali tar-reġistrazzjoni.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 16
Bidliet materjali rilevanti għar-reġistrazzjoni

1. Rieżaminatur estern għandu jinnotifika lill-ESMA dwar kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni mogħtija f'konformità mal-Artikolu 15(1) jew fil-fatti li jikkonċernaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) qabel ma jiġu implimentati dawn il-bidliet

L-ESMA għandha tanalizza dawk il-bidliet materjali. Meta l-ESMA toġġezzjona għal dawn il-bidliet materjali, hija għandha tinforma lir-rieżaminatur estern fi żmien 45 jum tax-xogħol min-notifika ta' dawk il-bidliet u għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni. Il-bidliet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu implimentati biss dment li l-ESMA ma toġġezzjonax għal dawk il-bidliet f'dak il-perjodu.

2. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Meta tiżviluppa l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni, l-ESMA għandha tqis il-mezzi diġitali tar-reġistrazzjoni.

L-ESMA għandha tissottometti l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 17
Ir-reġim tal-lingwa

Rieżaminatur estern għandu jressaq l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 15 bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jiddeterminaw il-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea[19] għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kwalunkwe komunikazzjoni oħra bejn l-ESMA u r-rieżaminaturi esterni u l-persunal tagħhom.

Kapitolu II
Rekwiżiti, proċessi u dokumenti organizzazzjonali dwar il-governanza

Artikolu 18
Prinċipji ġenerali

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jużaw sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

2. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jimmonitorjaw u jevalwaw l-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi, tar-riżorsi u tal-proċeduri tagħhom stabbiliti f'konformità ma' dan ir-Regolament mill-inqas kull sena u jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas.

3. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji biex jiġu vvalutati l-adegwatezza u l-effettività tas-sistemi, ir-riżorsi, il-mekkaniżmi u l-proċeduri tar-rieżaminaturi esterni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Hija ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 19
Maniġment superjuri

1. Il-maniġment superjuri u l-bord tar-rieżaminatur estern għandu jiżgura jew jissorvelja dan kollu li ġej:

(a) il-ġestjoni tajba u prudenti tar-rieżaminatur estern;

(b) l-indipendenza tal-attivitajiet ta' valutazzjoni;

(c) li kwalunkwe kunflitt ta' interess reali jew potenzjali jiġi identifikat , eliminat jew immaniġġat, u ddivulgat kif suppost b'mod trasparenti;

(d) li r-rieżaminatur estern jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament il-ħin kollu.

2. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji biex tiġi vvalutata l-ġestjoni tajba u prudenti tar-rieżaminatur estern imsemmi fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Hija ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 20
Analisti u impjegati tar-rieżaminaturi esterni▐

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li l-analisti u l-impjegati tagħhom, kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom jew taħt il-kontroll tagħhom u hija involuta fl-attivitajiet ta' valutazzjoni, ikollhom l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa għad-dmirijiet assenjati.

2. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ma jitħallewx jibdew jew jipparteċipaw f'negozjati dwar tariffi jew pagamenti ma' kwalunkwe entità vvalutata, parti terza relatata jew kwalunkwe persuna direttament jew indirettament konnessa mal-entità vvalutata permezz ta' kontroll.

3. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-għarfien u tal-esperjenza tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Hija ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 21
Funzjoni ta' verifika tal-konformità

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jistabbilixxu u jżommu funzjoni ta' verifika tal-konformità permanenti u effettiva, li topera b'mod indipendenti. Il-funzjoni ta' konformità għandha timmonitorja, tagħti parir u tirraporta dwar il-konformità tar-rieżaminatur estern u l-impjegati tiegħu mal-obbligi tar-rieżaminatur estern skont dan ir-Regolament.

2. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li l-funzjoni ta' verifika tal-konformità:

(a) ikollha l-awtorità biex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha kif suppost u b'mod indipendenti;

(b) ikollha r-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġa u aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha;

(c) ma timmonitorjax jew ma tivvalutax l-attivitajiet tagħha stess;

(d) ma tiġix ikkumpensata fir-rigward tal-prestazzjoni kummerċjali tar-rieżaminatur estern.

3. Is-sejbiet tal-funzjoni ta' verifika tal-konformità għandhom isiru disponibbli jew għal korp superviżorju jew, meta jkun applikabbli, għal korp amministrattiv tar-rieżaminatur estern.

4. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji biex jiġi vvalutat jekk il-funzjoni ta' verifika tal-konformità għandhiex l-awtorità biex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha kif suppost u b'mod indipendenti kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 u l-kriterji biex jiġi vvalutat jekk il-funzjoni ta' verifika tal-konformità għandhiex ir-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġa u jekk għandhiex aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Hija ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 22
Politiki u proċeduri interni

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jadottaw u jimplimentaw politiki u proċeduri interni ta' diliġenza dovuta li jiżguraw li l-interessi kummerċjali tagħhom ma jfixklux l-indipendenza jew l-akkuratezza tal-attivitajiet ta' valutazzjoni.

2. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jadottaw u jimplimentaw proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi, mekkaniżmi ta' kontroll intern, u arranġamenti ta' kontroll u ta' salvagwardja effettivi għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni.

3. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji biex jiġu vvalutati l-proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi, il-mekkaniżmi ta' kontroll intern, u l-arranġamenti ta' kontroll u ta' salvagwardja effettivi għas-sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Hija ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 23
Metodoloġiji tal-valutazzjonijiet u informazzjoni użata għar-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ jew tar-rapport tal-impatt

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jadottaw u jimplimentaw miżuri biex jiżguraw li r-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 8 u r-rieżamijiet ta' wara l-ħruġ tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 9 u r-rieżamijiet tagħhom tar-rapport tal-impatt kif imsemmi fl-Artikolu 10 ikunu bbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha li tkun disponibbli għalihom u li, skont il-metodoloġiji trasparenti u pubbliċi tagħhom, tkun rilevanti għall-analiżi tagħhom.

 

1a. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jagħmlu dan li ġej disponibbli għall-pubbliku:

(a) il-metodoloġiji li jużaw fl-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom għar-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 8;

(b) ir-rieżamijiet tagħhom ta' wara l-ħruġ kif imsemmi fl-Artikolu 9. u

(c) ir-rieżamijiet tagħhom tar-rapport tal-impatt kif imsemmi fl-Artikolu 10.

2. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jużaw informazzjoni ta' kwalità suffiċjenti u minn sorsi affidabbli meta jipprovdu rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ jew tar-rapport tal-impatt.

3. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji biex jiġi vvalutat jekk l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkunx ta' kwalità suffiċjenti u jekk is-sorsi msemmija fil-paragrafu 2 ikunux affidabbli.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Hija ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 24
Żbalji fil-metodoloġiji tal-valutazzjonijiet jew fl-applikazzjoni tagħhom

1. Ir-rieżaminaturi esterni li jsiru jafu bi żbalji fil-metodoloġiji tal-valutazzjonijiet tagħhom jew fl-applikazzjoni tagħhom li jkollhom impatt materjali fuq rieżami ta' qabel il-ħruġ kif imsemmi fl-Artikolu 8 jew rieżami ta' wara l-ħruġ kif imsemmi fl-Artikolu 9 jew rieżami ta' rapport tal-impatt kif imsemmi fl-Artikolu 10 għandhom jinnotifikaw minnufih u jispjegaw dawk l-iżbalji lill-ESMA u lill-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej affettwati.

2. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jindirizzaw l-iżbalji f'waqthom u jippubblikaw l-iżbalji msemmija fil-paragrafu 1 fuq is-siti web tagħhom, flimkien ma', meta jkun rilevanti, rieżami rivedut u kkoreġut ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ jew tar-rapport tal-impatt malajr kemm jista' jkun. Id-dokumenti riveduti għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-bidliet.

Artikolu 25
Esternalizzazzjoni

1. Ir-rieżaminaturi esterni li jesternalizzaw parti mill-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom lil fornituri terzi tas-servizzi għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur terz tas-servizzi bħal dan ikollu l-kapaċità li jwettaq dawk l-attivitajiet ta' valutazzjoni b'mod affidabbli u professjonali. Dawk ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw ukoll li l-esternalizzazzjoni ma tfixkilx materjalment il-kwalità tal-kontroll intern tagħhom u l-kapaċità tal-ESMA li tissorvelja l-konformità ta' dawk ir-rieżaminaturi esterni ma' dan ir-Regolament.

2. Deċiżjoni mir-rieżaminaturi esterni li jesternalizzaw parti mill-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun debitament motivata. Ir-rieżaminaturi esterni ma għandhomx jesternalizzaw l-attivitajiet ta' valutazzjoni kollha tagħhom, jew jesternalizzaw il-funzjoni ta' verifika tal-konformità tagħhom.

3. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar dawk l-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħha li għandhom jiġu esternalizzati, inkluż speċifikazzjoni tal-livell ta' riżorsi umani u tekniċi meħtieġa biex titwettaq kull waħda minn dawk l-attivitajiet. L-ESMA għandha, fi żmien 30 jum mid-data tal-wasla tan-notifika tapprova jew tirrifjuta l-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni. L-ESMA għandha tirrifjuta l-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni jekk tqis li r-rieżaminatur estern ma jikkonformax mal-paragrafi 1, 2 jew 4.

4. Ir-rieżaminaturi esterni li jesternalizzaw l-attivitajiet ta' valutazzjoni għandhom jiżguraw li din l-esternalizzazzjoni ma tnaqqasx jew ma tfixkilx il-kapaċità tagħhom li jwettqu l-funzjoni jew ir-rwoli tagħhom bħala membri tal-maniġment superjuri jew tal-korp maniġerjali tar-rieżaminatur estern.

5. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li l-fornituri terzi tas-servizzi jikkooperaw b'mod effettiv mal-ESMA u jikkonformaw b'mod sħiħ ma' kwalunkwe talba superviżorja mingħandha b'rabta ma' kwalunkwe attività ta' valutazzjoni esternalizzata.

6. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jibqgħu responsabbli għal kwalunkwe attività esternalizzata u għandhom jadottaw miżuri organizzazzjonali biex jiżguraw dan li ġej:

(a) li dawn jivvalutaw jekk il-fornituri terzi tas-servizzi jkunux qed iwettqu attivitajiet ta' valutazzjoni esternalizzati b'mod effettiv u f'konformità mad-drittijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali u mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli u jekk ikunux qed jindirizzaw b'mod adegwat in-nuqqasijiet identifikati;

(b) l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe riskju potenzjali fir-rigward tal-attivitajiet ta' valutazzjoni esternalizzati;

(c) monitoraġġ perjodiku adegwat tal-attivitajiet ta' valutazzjoni esternalizzati;

(d) proċeduri ta' kontroll adegwati fir-rigward tal-attivitajiet ta' valutazzjoni esternalizzati, inkluż superviżjoni effettiva tal-attivitajiet ta' valutazzjoni esternalizzati u ta' kwalunkwe riskju potenzjali fi ħdan il-fornitur terz tas-servizzi;

(e) kontinwità tal-operat adegwata tal-attivitajiet ta' valutazzjoni esternalizzati.

Għall-finijiet tal-punt (e), ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiksbu informazzjoni dwar l-arranġamenti tal-kontinwità tal-operat tal-fornituri terzi tas-servizzi, jivvalutaw il-kwalità tagħhom, u jitolbu titjib għal dawn l-arranġamenti meta jkun meħtieġ.

7. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) il-kriterji biex tiġi vvalutata l-kapaċità tal-fornituri terzi tas-servizzi li jwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni b'mod affidabbli u professjonali;

(b) il-kriterji biex jiġi żgurat li t-twettiq tal-attivitajiet ta' valutazzjoni ma jfixkilx materjalment il-kwalità tal-kontroll intern tar-rieżaminaturi esterni jew il-kapaċità tal-ESMA li tissorvelja l-konformità tar-rieżaminaturi esterni ma' dan ir-Regolament, inklużi limiti potenzjali dwar l-attivitajiet ta' valutazzjoni li jkunu se jiġu esternalizzati.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Hija ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 26
Rekwiżiti taż-żamma ta' rekords

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom iżommu rekords adegwati ta' dan kollu li ġej:

(a) l-identità tal-persuni li jipparteċipaw fid-determinazzjoni u fl-approvazzjoni tar-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 8 u tar-rieżamijiet ta' wara l-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 9, u r-rieżamijiet tar-rapporti tal-impatt imsemmija fl-Artikolu 10, u d-data li fiha jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet għall-approvazzjoni tar-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ u tar-rapport tal-impatt;

(b) id-dokumentazzjoni għall-proċeduri u l-metodoloġiji stabbiliti użati mir-rieżaminaturi esterni biex iwettqu u jfasslu r-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ u tar-rapport tal-impatt;

(c) id-dokumenti interni, inkluż informazzjoni mhux pubblika u d-dokumenti ta' ħidma, użati biex jiffurmaw il-bażi ta' kwalunkwe rieżami ppubblikat ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ jew tar-rapport tal-impatt;

(d) rekords tal-proċeduri u tal-miżuri implimentati mir-rieżaminaturi esterni biex jikkonformaw ma' dan ir-Regolament;

(e) kopji ta' komunikazzjonijiet interni u esterni li jkunu relatati mal-attivitajiet ta' valutazzjoni, inkluż komunikazzjonijiet elettroniċi, riċevuti u mibgħuta mir-rieżaminatur estern u mill-impjegati tiegħu, li jkunu relatati mal-attivitajiet ta' valutazzjoni.

2. Ir-rekords u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinżammu għal ħames snin u għandhom isiru disponibbli fuq talba lill-ESMA.

3. Meta l-ESMA tkun irtirat ir-reġistrazzjoni ta' rieżaminatur estern f'konformità mal-Artikolu 51(1), dak ir-rieżaminatur estern għandu jiżgura li r-rekords u d-dokumenti jinżammu għal ħames snin addizzjonali. Ir-rekords u d-dokumenti li jistabbilixxu d-drittijiet u l-obbligi rispettivi tar-rieżaminatur estern u tal-emittent tal-bond ekoloġiku Ewropew skont ftehim li jiġu pprovduti servizzi ta' valutazzjoni għandhom jinżammu għad-durata tar-relazzjoni ma' dak l-emittent.

Artikolu 27
Kunflitti ta' interess u kunfidenzjalità tal-informazzjoni

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jidentifikaw, jeliminaw, jimmaniġġaw u jiddivulgaw b'mod trasparenti kwalunkwe kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali, irrispettivament minn jekk dak il-kunflitt ta' interess jikkonċernax l-analisti jew l-impjegati tagħhom, l-azzjonisti, kwalunkwe persuna li tkun kuntrattwalment relatata mar-rieżaminaturi esterni u li tkun direttament involuta fl-attivitajiet ta' valutazzjoni, jew il-persuni li japprovaw ir-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ, ir-rieżamijiet ta' wara l-ħruġ u r-rieżamijiet tar-rapport tal-impatt.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "azzjonist" jinkludi s-sidien benefiċjarji, kif definiti fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[20].

2. It-tariffi imposti mir-rieżaminaturi esterni għas-servizzi ta' valutazzjoni għandhom jiġu miftiehma mir-rieżaminatur u l-emittent qabel ir-rieżami ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ jew tar-rapport tal-impatt u ma għandhomx jiddependu mir-riżultat tar-rieżami ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ jew tar-rapport tal-impatt, jew fuq kwalunkwe riżultat jew eżitu ieħor tax-xogħol imwettaq.

3. L-analisti, l-impjegati tar-rieżaminatur estern u kwalunkwe persuna oħra kuntrattwalment relatata mar-rieżaminaturi esterni u direttament involuta fl-attivitajiet ta' valutazzjoni għandhom ikunu marbuta bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

4. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li l-analisti u l-impjegati tagħhom jew kwalunkwe persuna fiżika oħra kuntrattwalment relatata mar-rieżaminaturi esterni u direttament involuta fl-attivitajiet ta' valutazzjoni:

(a) jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex jipproteġu l-proprjetà u r-rekords fil-pussess tar-rieżaminatur estern minn frodi, serq jew użu ħażin, filwaqt li jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħhom u n-natura u l-firxa tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom;

(b) ma jiddivulgaw l-ebda informazzjoni dwar ir-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ jew ta' wara l-ħruġ jew tar-rapport tal-impatt, u dwar rieżamijiet futuri possibbli ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ, jew tar-rapport tal-impatt lil kwalunkwe parti għajr lill-emittenti li jkunu talbu l-valutazzjoni mir-rieżaminatur estern

(c) ma jużawx jew ma jaqsmux informazzjoni kunfidenzjali għal kwalunkwe fini ieħor għajr tal-attivitajiet ta' valutazzjoni.

4a. Rieżaminatur estern ma għandux joħroġ rieżami fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) ir-rieżaminatur estern jew kwalunkwe persuna msemmija fil-paragrafu 1, direttament jew indirettament jippossjedu strumenti finanzjarji tal-entità rieżaminata jew parti terza relatata oħra jew għandhom xi interess ta' pussess dirett jew indirett f'dik l-entità jew parti, minbarra parteċipazzjonijiet fi skemi ta' investiment kollettiv diversifikat inklużi fondi amministrati bħal fondi tal-pensjonijiet jew assigurazzjoni fuq il-ħajja;

(b) azzjonist jew membru tar-rieżaminatur estern li għandu 10 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta' dak ir-rieżaminatur jew inkella li jkun f'qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tar-rieżaminatur, ikollu 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tal-entità rieżaminata jew ta' parti terza relatata, jew ta' kwalunkwe interess ieħor ta' sjieda f'dik l-entità rieżaminata jew parti terza, esklużi parteċipazzjonijiet fi skemi ta' investiment kollettiv diversifikat u fondi ġestiti bħall-fondi tal-pensjoni jew l-assigurazzjoni tal-ħajja, li ma jpoġġux lil dak l-azzjonist jew membru tar-rieżaminatur estern f'qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tal-iskema;

(c) ir-rieżami estern jikkonċerna entità rieżaminata jew ta' parti terza relatata direttament jew indirettament marbuta mar-rieżaminatur estern permezz ta' kontroll;

(d) ir-rieżami estern jikkonċerna entità rieżaminata jew parti terza relatata li għandha 10 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot tar-rieżaminatur estern;

(e) il-persuna msemmija fil-paragrafu 1 hija membru tal-bordijiet amministrattivi jew superviżorji tal-entità rieżaminata jew parti terza relatata;

(f) azzjonist jew membru ta' rieżaminatur estern li għandu 10 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta' dak ir-rieżaminatur estern jew inkella li jkun f'qagħda li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq l-attivitajiet tan-negozju tar-rieżaminatur estern, huwa membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju tal-entità rieżaminata jew parti terza relatata; or

(g) analista ta' gradazzjoni li pparteċipa fil-proċess biex jiġi stabbilit eżitu ta' rieżami, jew persuna li approvat rieżami, li kellha kwalunkwe rabta mal-entità rieżaminata jew ma' parti terza relatata magħha, li tista' toħloq kunflitt ta' interess.

Rieżaminatur estern għandu jinnotifika lill-ESMA minnufih meta kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tapplika għal rieżami eżistenti.

Artikolu 28
Forniment ta' servizzi oħrajn

Ir-rieżaminaturi esterni li jipprovdu servizzi għajr attivitajiet ta' valutazzjoni għandhom jiżguraw li dawk is-servizzi l-oħrajn ma joħolqux kunflitti ta' interess mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom li jikkonċernaw il-bonds ekoloġiċi Ewropej. Dawn ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiddivulgaw fir-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ u tar-rapport tal-impatt tagħhom kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut għall-entità vvalutata jew għal kwalunkwe parti terza relatata.

 

L-attivitajiet ta' valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk is-servizzi mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[21]. Tali attivitajiet ta' valutazzjoni ma għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-derogi fir-rigward tal-forniment ta' ċerti servizzi mhux tal-awditjar previsti fl-Artikolu 5(3) ta' dak ir-Regolament.

 

Kapitolu III
Rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ u tar-rapport tal-impatt

Artikolu 29
Referenzi għall-ESMA jew għal awtoritajiet kompetenti oħra

Fir-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ jew tar-rapport tal-impatt tagħhom, ir-rieżaminaturi esterni ma għandhomx jirreferu għall-ESMA jew għal kwalunkwe awtorità kompetenti b'mod li jista' jindika jew jissuġġerixxi li l-ESMA jew kwalunkwe awtorità kompetenti tapprova dak ir-rieżami jew kwalunkwe attività ta' valutazzjoni tar-rieżaminatur estern.

Artikolu 30
Pubblikazzjoni ta' rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ, ta' wara l-ħruġ u tar-rapport tal-impatt

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jippubblikaw u jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas fuq is-siti web tagħhom u fuq dak tal-post tan-negozjar fejn titfittex l-ammissjoni mill-emittent, dan kollu li ġej:

(a) f'taqsima separata intitolata "Standard għall-bonds ekoloġiċi Ewropej - Rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ", ir-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ li jkunu nħarġu;

(b) f'taqsima separata intitolata "Standard għall-bonds ekoloġiċi Ewropej - Rieżamijiet ta' wara l-ħruġ", ir-rieżamijiet ta' wara l-ħruġ li jkunu nħarġu.

(c) f'taqsima separata intitolata "Standard għall-bonds ekoloġiċi Ewropej - Rieżamijiet tar-rapport tal-impatt", ir-rieżamijiet tar-rapporti tal-impatt li jkunu nħarġu.

 

2. Ir-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku f'perjodu ta' żmien raġonevoli qabel il-bidu tal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ tal-bond ekoloġiku Ewropew ikkonċernat.

3. Ir-rieżamijiet ta' wara l-ħruġ imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien wara l-valutazzjoni tar-rapporti tal-allokazzjoni mir-rieżaminatur estern.

3a.  Ir-rieżamijiet tar-rapporti tal-impatt imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien wara l-valutazzjoni tar-rapporti tal-impatt mir-rieżaminatur estern.

4. Ir-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, ir-rieżamijiet ta' wara l-ħruġ imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, u r-rieżamijiet tar-rapporti tal-impatt imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, għandhom jibqgħu disponibbli għall-pubbliku mill-inqas sal-maturità tal-bond wara l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tar-rieżaminatur estern.

5. Ir-rieżaminaturi esterni li jiddeċiedu li ma jibqgħux jipprovdu rieżami ta' qabel il-ħruġ jew rieżami ta' wara l-ħruġ jew tar-rapport tal-impatt għandhom jagħtu informazzjoni dwar ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni fit-taqsimiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c), tal-paragrafu 1 mingħajr dewmien wara din id-deċiżjoni.

 

Kapitolu IV
Forniment ta' servizzi minn rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz

Artikolu 31
Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Rieżaminatur estern ta' pajjiż terz jista' jipprovdi s-servizzi tiegħu f'konformità ma' dan ir-Regolament lill-emittenti li joħorġu bonds ekoloġiċi Ewropej meta dak ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz ikun irreġistrat fir-reġistru tar-rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz miżmum mill-ESMA f'konformità mal-Artikolu 59.

1a. L-ESMA tista' testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu bi 15-il jum tax-xogħol f'każijiet meta r-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz applikant ikun beħsiebu juża l-esternalizzazzjoni biex iwettaq l-attivitajiet tiegħu bħala rieżaminatur estern.

2. L-ESMA għandha tirreġistra rieżaminatur estern ta' pajjiż terz li jkun applika għall-forniment ta' servizzi tar-rieżaminaturi esterni f'konformità ma' dan ir-Regolament madwar l-Unjoni kollha f'konformità mal-paragrafu 1 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin biss:

(a) il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 32(1);

(b) ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz ikun irreġistrat jew awtorizzat biex jipprovdi s-servizzi ta' rieżami estern li għandhom jiġu pprovduti fl-Unjoni u jkun soġġett għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti applikabbli f'dak il-pajjiż terz;

(c) ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta' kooperazzjoni skont l-Artikolu 32(3).

3. Meta jiġi rreġistrat rieżaminatur estern ta' pajjiż terz f'konformità ma' dan l-Artikolu, ma għandu jiġi impost l-ebda rekwiżit addizzjonali fuq ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

4. Ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jressaq l-applikazzjoni tiegħu lill-ESMA wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 32 li tiddetermina li l-qafas legali u superviżorju tal-pajjiż terz li fih ikun irreġistrat jew awtorizzat ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz ikun ekwivalenti għar-rekwiżiti deskritti fl-Artikolu 32(1).

5. Ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz għandu jressaq l-applikazzjoni tiegħu msemmija fl-ewwel paragrafu billi juża l-formoli u l-mudelli msemmija fl-Artikolu 15.

6. Ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz applikant għandu jagħti lill-ESMA l-informazzjoni kollha meħtieġa għar-reġistrazzjoni tiegħu.

7. Fi żmien 20 jum tax-xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni tkunx imtliet kollha. Jekk l-applikazzjoni ma tkunx imtliet kollha, l-ESMA għandha tistabbilixxi skadenza sa meta r-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz applikant ikollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali.

8. Id-deċiżjoni tar-reġistrazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

9. Fi żmien 45 jum tax-xogħol mit-tressiq ta' applikazzjoni mimlija kollha, l-ESMA għandha tinforma bil-miktub lir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz applikant bi spjegazzjoni kompletament raġunata għalfejn ir-reġistrazzjoni tkun ingħatat jew ġiet irrifjutata.

10. Ir-rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz li jipprovdu servizzi f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom, qabel ma jipprovdu kwalunkwe servizz fir-rigward tal-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej stabbiliti fl-Unjoni, joffru li jressqu kwalunkwe tilwim relatat ma' dawk is-servizzi lill-ġuriżdizzjoni ta' qorti jew tribunal tal-arbitraġġ fi Stat Membru.

Artikolu 32
Deċiżjoni dwar l-Ekwivalenza

1. Il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjoni fir-rigward ta' pajjiż terz li tiddikjara li l-arranġamenti legali u superviżorji ta' dak il-pajjiż terz jiżguraw li r-rieżaminaturi esterni reġistrati jew awtorizzati f'dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma' rekwiżiti organizzazzjonali u ta' kondotta kummerċjali legalment vinkolanti b'effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u fil-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament u li l-qafas legali ta' dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta' rieżaminaturi esterni rreġistrati jew awtorizzati taħt reġimi legali ta' pajjiż terz.

2. Il-qafas organizzazzjonali u ta' kondotta kummerċjali ta' pajjiż terz jista' jitqies li jkollu effett ekwivalenti meta dak il-qafas jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' rieżami estern f'dak il-pajjiż terz ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni u għal superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;

(b) l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' rieżami estern ikunu soġġetti għal rekwiżiti organizzazzjonali adegwati fil-qasam tal-funzjonijiet ta' kontroll intern; u

(c) l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta' rieżami estern ikunu soġġetti għal regoli tal-kondotta tal-operazzjonijiet.

3. L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta' pajjiżi terzi li l-ofqsa legali u superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala effettivament ekwivalenti f'konformità mal-paragrafu 1. Dawn l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw dan kollu li ġej:

(a) il-mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar ir-rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz irreġistrati jew awtorizzati f'pajjiżi terzi li tintalab mill-ESMA;

(b) il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz tqis li r-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz li jkun taħt is-superviżjoni tagħha, u li l-ESMA tkun irreġistrat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 59, ikun qed jikser il-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew liġi oħra li dan ikun obbligat li jirrispetta;

(c) il-proċeduri dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji inkluż, meta jkun xieraq, l-ispezzjonijiet fuq il-post.

4. Rieżaminatur estern ta' pajjiż terz stabbilit f'pajjiż li l-qafas legali u superviżorju tiegħu jkun ġie rikonoxxut bħala effettivament ekwivalenti f'konformità mal-paragrafu 1, u li jkun irreġistrat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 59, għandu jkun jista' jipprovdi s-servizzi koperti mir-reġistrazzjoni lill-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej madwar l-Unjoni kollha.

5. Rieżaminatur estern ta' pajjiż terz ma għandux jibqa' juża d-drittijiet skont l-Artikolu 31 meta l-Kummissjoni tirtira d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz.

Artikolu 33
Irtirar tar-reġistrazzjoni ta' rieżaminatur estern ta' pajjiż terz

1. L-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta' rieżaminatur estern ta' pajjiż terz fir-reġistru stabbilit f'konformità mal-Artikolu 59 meta tiġi ssodisfata waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew abbażi ta' evidenza dokumentata biex temmen li, fil-forniment ta' servizzi fl-Unjoni, ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz ikun qed jaġixxi b'manjiera li tkun ċarament ta' preġudizzju għall-interessi tal-investituri jew tal-funzjonament ordnat tas-swieq;

(b) l-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew abbażi ta' evidenza dokumentata biex temmen li, fil-forniment ta' servizzi fl-Unjoni, ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz ikun kiser serjament id-dispożizzjonijiet applikabbli għalih fil-pajjiż terz u li abbażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 32(1).

 1a. Meta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tkun ssodisfata, l-ESMA għandha tirreferi l-kwistjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz. Jekk l-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz ma tkunx ħadet il-miżuri xierqa meħtieġa biex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament xieraq tas-swieq fl-Unjoni jew tkun naqset milli turi li r-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz ikkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għalih fil-pajjiż terz, l-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni tar-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz sa mhux aktar tard minn 30 jum wara li tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz bl-intenzjoni tagħha li tirtira r-reġistrazzjoni.

2. L-ESMA għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura adottata f'konformità mal-paragrafu 1 mingħajr dewmien u għandha tippubblika d-deċiżjoni tagħha fuq is-sit web tagħha.

3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet li taħthom tkun ġiet adottata deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 32(1) għadhomx jippersistu fir-rigward tal-pajjiż terz ikkonċernat.

Artikolu 34
Rikonoxximent ta' rieżaminatur estern li jinsab f'pajjiż terz

1. Sakemm tiġi adottata deċiżjoni ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 32(1), rieżaminatur estern ta' pajjiż terz jista' jipprovdi s-servizzi tiegħu f'konformità ma' dan ir-Regolament dment li r-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz jikseb rikonoxximent minn qabel mingħand l-ESMA f'konformità ma' dan l-Artikolu.

2. Rieżaminatur estern ta' pajjiż terz li jkun beħsiebu jikseb rikonoxximent minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 15 sa 30 u fl-Artikoli 47 sa 49.

3. Rieżaminatur estern ta' pajjiż terz li jkun beħsiebu jikseb rikonoxximent minn qabel kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu rappreżentant legali li jkun jinsab fl-Unjoni. Dak ir-rappreżentant legali għandu:

(a) ikun responsabbli, flimkien mar-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz, biex jiżgura li l-forniment ta' servizzi skont dan ir-Regolament mir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u f'dak ir-rigward għandu jkun responsabbli quddiem l-ESMA għall-imġiba tar-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz fl-Unjoni;

(b) jaġixxi f'isem ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz bħala l-punt ewlieni ta' kuntatt mal-ESMA u ma' kwalunkwe persuna oħra fl-Unjoni fir-rigward tal-obbligi tar-rieżaminatur estern skont dan ir-Regolament;

(c) ikollu biżżejjed għarfien, għarfien espert u riżorsi biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan il-paragrafu.

4. Applikazzjoni għar-rikonoxximent minn qabel mill-ESMA kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tissodisfa lill-ESMA li r-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz ikun implimenta l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 u għandha, meta jkun applikabbli, tindika l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tiegħu fil-pajjiż terz.

5. L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni għar-rikonoxximent minn qabel mill-ESMA tkunx mimlija kollha fi żmien 30 jum tax-xogħol wara l-wasla tal-applikazzjoni.

Meta l-applikazzjoni ma tkunx imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan u tistabbilixxi skadenza sa meta l-applikant ikollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali.

Meta l-applikazzjoni tkun imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan.

Fi żmien 60 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni mimlija kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-ESMA għandha tivverifika li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 jiġu ssodisfati.

L-ESMA għandha tinnotifika applikant dwar jekk tkunx irrikonoxxietu jew irrifjutatu bħala rieżaminatur estern ta' pajjiż terz. Id-deċiżjoni ta' rikonoxximent jew ir-rifjut ta' rikonoxximent għandhom jagħtu raġunijiet u jidħlu fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħhom.

6. L-ESMA għandha tissospendi jew, meta jkun xieraq, tirtira r-rikonoxximent mogħti f'konformità mal-paragrafu 5 jekk ikollha raġunijiet fondati sew, abbażi ta' evidenza dokumentata, biex tqis li r-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz ikun qed jaġixxi b'manjiera li tkun ċarament ta' preġudizzju għall-interessi tal-utenti tas-servizzi tiegħu jew għall-funzjonament ordnat tas-swieq jew li r-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz ikun kiser serjament ir-rekwiżiti rilevanti stabbiliti f'dan ir-Regolament, jew li l-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz ikun għamel dikjarazzjonijiet foloz jew uża kwalunkwe mezz irregolari ieħor biex jikseb ir-rikonoxximent.

7. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni u l-forma u l-kontenut tal-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 35
Approvazzjoni ta' servizzi skont dan ir-Regolament ipprovduti f'pajjiż terz

1. Rieżaminatur estern li jkun jinsab fl-Unjoni, li jkun irreġistrat f'konformità mal-Artikolu 15, u li jkun iddaħħal fir-reġistru f'konformità mal-Artikolu 59, jista' japplika għand l-ESMA biex japprova s-servizzi pprovduti minn rieżaminatur estern ta' pajjiż terz fuq bażi kontinwa fl-Unjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni jkun vverifika u jista' juri fuq bażi kontinwa lill-ESMA li l-forniment ta' servizzi skont dan ir-Regolament mir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz approvat jissodisfa, fuq bażi obbligatorja jew volontarja, rekwiżiti li jkunu mill-inqas stretti daqs ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

(b) ir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni jkollu l-għarfien espert meħtieġ biex jimmonitorja b'mod effettiv l-attività tal-forniment ta' servizzi skont dan ir-Regolament minn dak ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz u biex jimmaniġġa r-riskji assoċjati;

(c) ir-rieżaminatur estern ta' pajjiż terz jiġi invokat għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet oġġettivi li ġejjin:

i. L-ispeċifiċitajiet tas-swieq jew tal-investimenti sottostanti;

ii. Il-prossimità tar-rieżaminatur approvat għas-swieq, għall-emittenti jew għall-investituri ta' pajjiż terz;

iii. L-għarfien espert tar-rieżaminatur ta' pajjiż terz fil-forniment ta' servizzi ta' rieżami estern jew fi swieq jew investimenti speċifiċi.

2. Rieżaminatur estern li jagħmel applikazzjoni għall-approvazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jagħti l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jissodisfa lill-ESMA li, fil-ħin tal-applikazzjoni, il-kundizzjonijiet kollha msemmija f'dak il-paragrafu jkunu ġew issodisfati.

3. L-ESMA għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni għall-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkunx imtliet kollha fi żmien 20 jum tax-xogħol wara l-wasla tal-applikazzjoni.

Meta l-applikazzjoni ma tkunx imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan u tistabbilixxi skadenza sa meta l-applikant ikollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali.

Meta l-applikazzjoni tkun imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan.

Fi żmien 45 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni mimlija kollha, l-ESMA għandha teżamina l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni jew biex tawtorizza l-approvazzjoni jew biex tirrifjutaha.

L-ESMA għandha tinnotifika applikant bid-deċiżjoni tagħha dwar l-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Id-deċiżjoni għandha tagħti raġunijiet u tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.

4. Is-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament minn rieżaminatur estern ta' pajjiż terz approvat għandhom jitqiesu bħala servizzi pprovduti mir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni. Ir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni ma għandux juża l-approvazzjoni bl-intenzjoni li jevita r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

5. Rieżaminatur estern li jkun approva s-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament minn rieżaminatur estern ta' pajjiż terz għandu jibqa' kompletament responsabbli għal dawn is-servizzi u għall-konformità mal-obbligi skont dan ir-Regolament.

6. Meta l-ESMA jkollha raġunijiet fondati sew biex tqis li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma għadhomx jiġu ssodisfati, din għandu jkollha s-setgħa li titlob lir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni biex iwaqqaf l-approvazzjoni.

7. Rieżaminatur estern li japprova s-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament minn rieżaminatur estern ta' pajjiż terz għandu jippubblika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 fuq is-sit web tiegħu.

8. Rieżaminatur estern li japprova s-servizzi pprovduti skont dan ir-Regolament minn rieżaminatur estern ta' pajjiż terz għandu jirrapporta lill-ESMA kull sena dwar is-servizzi li dan ikun approva fit-tnax-il xahar preċedenti.

Titolu IV
Superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti u mill-ESMA

Kapitolu 1
Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 36
Superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti maħtura f'konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2017/1129 għandhom jiżguraw li jiġu applikati l-Artikoli 8 sa 13 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 37
Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

1. Sabiex jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali, is-setgħat superviżorji u investigattivi li ġejjin:

(a) li jirrikjedu lill-emittenti jinkludu l-informazzjoni msemmija fl-Anness I fl-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej;

(b) li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw rapporti tal-allokazzjoni annwali jew jinkludu fir-rapporti tal-allokazzjoni annwali l-informazzjoni dwar l-elementi kollha msemmija fl-Anness II;

(c) li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw rapport tal-impatt jew jinkludu fir-rapport tal-impatt l-informazzjoni dwar l-elementi kollha msemmija fl-Anness III;

(ca) li jirrikjedu lill-emittenti jaderixxu mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7b(2);

(cb) li jirrikjedu lill-emittenti jaderixxu mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 7c;

(d) li jirrikjedu lill-awdituri u lill-maniġment superjuri tal-emittent jipprovdu informazzjoni u dokumenti;

(e) li jissospendu offerta tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jissuspettaw li kien hemm ksur tal-Artikoli 8 sa 13 ta' dan ir-Regolament;

(f) li jipprojbixxu jew jissospendu r-reklami jew jirrikjedu lill-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej jew lill-intermedjarji finanzjarji kkonċernati jwaqqfu jew jissospendu r-reklami għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jemmnu li kien hemm ksur tal-Artikoli 8 sa 13 ta' dan ir-Regolament;

(fa) li jipprojbixxu offerta ta' bonds ekoloġiċi Ewropej fi kwalunkwe okkażjoni sakemm jibqgħu jinkisru l-Artikoli 8 sa 13;

(g) li jippubblikaw il-fatt li emittent tal-bonds ekoloġiċi Ewropej ikun qed jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 8 sa 13 u li jirrikjedu lill-emittent jippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tiegħu u jinforma lill-investituri fil-bond dwar dak in-nuqqas ta' konformità;

 

(ga) li jippubblikaw il-fatt li emittent tal-bonds marbuta mas-sostenibbiltà ikkummerċjalizzati fl-Unjoni jew tal-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli fl-Unjoni jkun qed jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 7b u 7c u li jirrikjedu li l-emittent jippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tiegħu u li jinforma lill-investituri fil-bond dwar in-nuqqas ta' konformità;

(gb) li jipprojbixxu emittent milli joħroġ bonds ekoloġiċi Ewropej għal perjodu ta' żmien ta' mhux aktar minn sena fil-każ ta' sospensjonijiet ripetuti ta' offerta ta' bonds ekoloġiċi Ewropej kif previst fil-punt (e) jew ta' reklami kif previst fil-punt (f);

(h) li jwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post f'siti għajr dawk tar-residenzi privati ta' persuni fiżiċi, u għal dak il-fini li jidħlu fil-proprjetà sabiex jaċċessaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma, meta jkun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew tal-investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti biex jiġi pprovat ksur ta' dan ir-Regolament.

Meta jkun meħtieġ skont id-dritt nazzjonali, l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti biex tiddeċiedi dwar l-użu tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a) direttament;

(b) f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;

(c) taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil dawn l-awtoritajiet;

(d) b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha, kif ukoll ir-riżorsi adegwati, li jkunu jeħtieġu biex iwettqu dmirijiethom.

4. Persuna li tagħmel l-informazzjoni disponibbli għall-awtorità kompetenti f'konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex titqies li qed tikser xi restrizzjoni fuq id-divulgazzjoni ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandha tkun soġġetta għall-ebda tip ta' responsabbiltà relatata ma' din in-notifika.

Artikolu 38
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Dawn għandhom jiskambjaw l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed u jikkooperaw f'attivitajiet ta' investigazzjoni, ta' superviżjoni u ta' infurzar.

L-Istati Membri li jkunu għażlu, f'konformità mal-Artikolu 41(3), li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għal ksur ta' dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa li jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma' investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti mibdija għal ksur possibbli ta' dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn biex iwettqu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma' xulxin għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

2. Awtorità kompetenti tista' tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni jew fuq talba li tikkoopera f'investigazzjoni fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin biss:

(a) meta l-konformità mat-talba x'aktarx li taffettwa ħażin l-investigazzjoni, l-attivitajiet ta' infurzar jew investigazzjoni kriminali tagħha stess;

(b) meta l-proċedimenti ġudizzjarji jkunu diġà nbdew fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru indirizzat;

(c) meta gudizzju finali jkun digà nghata fir-rigward ta' dawn il-persuni ghall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru indirizzat.

3. Awtorità kompetenti tista' tirrikjedi l-assistenza mingħand l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor fir-rigward tal-ispezzjonijiet fuq il-post jew tal-investigazzjonijiet.

Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni, din tista' tagħmel kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) twettaq l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni hija stess;

(b) tippermetti lill-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba biex tipparteċipa fl-ispezzjoni fuq il-post jew fl-investigazzjoni;

(c) tippermetti lill-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba biex twettaq l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni hija stess;

(d) taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni;

(e) taqsam kompiti speċifiċi relatati ma' attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn.

4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirreferu għand l-ESMA sitwazzjonijiet li fihom tkun ġiet irrifjutata talba għal kooperazzjoni, b'mod partikolari għall-iskambju ta' informazzjoni, jew li fihom ma tkunx ittieħdet azzjoni dwar din it-talba fi żmien raġonevoli. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 258 tat-TFUE, l-ESMA tista', fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu, taġixxi f'konformità mas-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5. L-ESMA għandha s-setgħa li tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti f'konformità mal-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

6. L-ESMA tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 39
Segretezza professjonali

1. L-informazzjoni kollha skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament li tikkonċerna kundizzjonijiet kummerċjali jew operazzjonali u affarijiet ekonomiċi jew personali oħrajn għandha titqies bħala kunfidenzjali u tkun soġġetta għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali, għajr meta l-awtorità kompetenti tiddikjara fil-ħin tal-komunikazzjoni li din l-informazzjoni tista' tiġi divulgata jew li din id-divulgazzjoni tkun meħtieġa għal proċedimenti legali.

2. L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtorità kompetenti jew għal kwalunkwe parti terza li lilha l-awtorità kompetenti tkun iddelegat is-setgħat. L-informazzjoni koperta bis-segretezza professjonali ma tista tiġi żvelata lill-ebda persuna jew awtorità oħra għajr permezz tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bid-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

Artikolu 40
Miżuri prekawzjonarji

1. Awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti li jkollha raġunijiet ċari u dimostrabbli biex temmen li l-irregolaritajiet ikunu twettqu minn emittent ta' bond ekoloġiku Ewropew jew li din tkun kisret l-obbligi tagħha skont dan ir-Regolament għandha tirreferi dawk is-sejbiet lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u lill-ESMA.

2. Meta, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari, il-fornitur ta' bond ekoloġiku Ewropew jibqa' jikser dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, wara li tkun infurmat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u lill-ESMA, għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tipproteġi lill-investituri u għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-ESMA dwar dan mingħajr dewmien żejjed.

3. Awtorità kompetenti li ma taqbilx ma' kwalunkwe waħda mill-miżuri meħuda minn awtorità kompetenti oħra f'konformità mal-paragrafu 2 tista' ġġib il-kwistjoni għall-attenzjoni tal-ESMA. L-ESMA tista' taġixxi f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 41
Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 37, u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u jieħdu miżuri amministrattivi oħrajn xierqa li għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn għandhom japplikaw għal:

(a) ksur tal-Artikoli 8 sa 13;

(aa) ksur tal-Artikoli 7b jew 7c;

(b) nuqqas ta' kooperazzjoni jew konformità f'investigazzjoni jew ma' spezzjoni jew talba koperta mill-Artikolu 37.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal sanzjonijiet amministrattivi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu meta l-ksur imsemmi fil-punt (a), fil-punt (aa) jew fil-punt (b) ta' dak is-subparagrafu jkun diġà soġġett għal sanzjonijiet kriminali fid-dritt nazzjonali tagħhom sa [data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. Meta jiddeċiedu dan, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, lill-Kummissjoni u lill-ESMA, il-partijiet rilevanti tal-liġi kriminali tagħhom.

Sa [data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw, fid-dettall, ir-regoli msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni u lill-ESMA. Dawn għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.

2. L-Istati Membri għandhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu s-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin u miżuri amministrattivi oħrajn fir-rigward tal-ksur elenkat fil-punt (a) u (aa) tal-paragrafu 1:

(a) dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew l-entità ġuridika responsabbli u n-natura tal-ksur f'konformità mal-punt (g) tal-Artikolu 37(1);

(b) ordni li tirrikjedi lill-persuna fiżika jew lill-entità ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;

(ba) ordni li tipprojbixxi lill-persuna fiżika jew lill-entità responsabbli milli joħorġu bonds ekoloġiċi Ewropej għal perjodu ta' żmien ta' mhux aktar minn sena;

(c) sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta' mill-inqas id-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(d) fil-każ ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta' mill-inqas EUR [500 000], jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [jekk jogħġbok żid id-dħul fis-seħħ], jew 0,5 % tal-fatturat annwali totali ta' dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali.

(e) fil-każ ta' persuna fiżika, sanzjonijiet amministrattivi pekunarji massimi ta' mill-inqas EUR [50 000], jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Għall-finijiet tal-punt (d), meta l-persuna ġuridika tkun impriża omm jew sussidjarja ta' impriża omm li tkun meħtieġa tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[22], il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta' introjtu f'konformità mad-dritt rilevanti tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża omm aħħarija.

3. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali u livelli ogħla ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunjarji minn dawk previsti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 42
Eżerċitar tas-setgħat superviżorji u tas-setgħat ta' impożizzjoni ta' sanzjonijiet

1. L-awtoritajiet kompetenti, meta jkunu qed jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' sanzjonijiet amministrattivi u ta' miżuri amministrattivi oħrajn, għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha inkluż, meta jkun xieraq:

(a) il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b) il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(c) is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mill-introjtu annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(d) l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri fil-livell tal-konsumatur;

(e) l-importanza tal-profitti miksuba, tat-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew tat-telf għall-partijiet terzi dderivat mill-ksur, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(f) il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(g) ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(h) miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu.

2. Fl-eżerċitar tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn skont l-Artikolu 41, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-eżerċitar tas-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u s-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn li dawn jimponu jkunu effettivi u xierqa skont dan ir-Regolament. Dawn għandhom jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw id-duplikazzjoni u t-trikkib meta jkunu qed jeżerċitaw is-setgħat superviżorji u investigattivi tagħhom u meta jkunu qed jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn f'każijiet transfruntiera.

Artikolu 43
Id-dritt ta' appell

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament ikunu rraġunati kif suppost u soġġetti għad-dritt ta' appell quddiem tribunal.

Artikolu 44
Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1. Deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra għal ksur ta' dan ir-Regolament għandha tiġi ppubblikata mill-awtoritajiet kompetenti fuq is-siti web uffiċjali tagħhom minnufih wara li l-persuna soġġetta għal dik id-deċiżjoni tkun ġiet infurmata b'dik id-deċiżjoni. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli. Dak l-obbligu ma għandux japplika għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li jkunu ta' natura investigattiva.

2. Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-entitajiet ġuridiċi, jew dik tal-identità jew tad-data personali tal-persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni każ b'każ mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' din id-data, jew meta din il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta' investigazzjoni li tkun għaddejja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura sal-mument li fih ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' pubblikazzjoni jieqfu jeżistu;

(b) jippubblikaw id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima b'mod li jkun f'konformità mad-dritt nazzjonali, meta din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;

(c) ma jippubblikawx id-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura fil-każ li l-għażliet stabbiliti fil-punti (a) u (b) jitqiesu li ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw:

(i) li ma tiġix ipperikolata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji;

(ii) il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet fir-rigward ta' miżuri meqjusa bħala ta' natura minuri.

Fil-każ ta' deċiżjoni li tiġi ppubblikata sanzjoni jew miżura fuq bażi anonima, kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista' tiġi ddifferita għal perjodu raġonevoli meta jkun mistenni li f'dak il-perjodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jkunux se jibqgħu jeżistu.

3. Meta d-deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni jew miżura tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji jew oħrajn relevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw ukoll, minnufih, fuq is-sit web tagħhom din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta' dan l-appell. Barra minn hekk, għandha tiġi ppubblikata wkoll kwalunkwe deċiżjoni li tannulla deċiżjoni preċedenti li tiġi imposta sanzjoni jew miżura.

4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Id-data personali li tkun fil-pubblikazzjoni, għandha tkun limitata għal dak li hu neċessarju għall-finijiet tal-każ speċifiku, u għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li jkun meħtieġ biss f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

Artikolu 45
Rapportar tas-sanzjonijiet lill-ESMA

1. L-awtorità kompetenti għandha, fuq bażi annwali, tipprovdi lill-ESMA b'informazzjoni aggregata dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha u miżuri amministrattivi oħrajn imposti f'konformità mal-Artikolu 41. L-ESMA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f'rapport annwali.

Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, f'konformità mal-Artikolu 41(3), li jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija f'dak il-paragrafu, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom jipprovdu lill-ESMA kull sena b'data anonimizzata u aggregata dwar kull investigazzjoni kriminali mwettqa u sanzjoni kriminali imposta. L-ESMA għandha tippubblika d-data dwar is-sanzjonijiet kriminali imposti f'rapport annwali.

2. Awtorità kompetenti li tkun żvelat sanzjonijiet amministrattivi, miżuri amministrattivi oħrajn jew sanzjonijiet kriminali lill-pubbliku għandha fl-istess ħin tirrapporta dawk is-sanzjonijiet jew il-miżuri lill-ESMA.

3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha jew miżuri amministrativi oħrajn imposti iżda mhux ippubblikati f'konformità mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 44(2) inkluż kwalunkwe appell dwarhom u l-eżitu tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-informazzjoni u s-sentenza finali fir-rigward ta' kwalunkwe sanzjoni kriminali imposta u jressquha lill-ESMA. L-ESMA għandha żżomm bażi tad-data ċentrali tas-sanzjonijiet ikkomunikati lilha għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti biss. Dik il-bażi tad-data għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.

Kapitolu 2
ESMA

Artikolu 46
Eżerċitar tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 47, 48 u 49

Is-setgħat mogħtija lill-ESMA, lil kwalunkwe uffiċjal tal-ESMA jew lil kwalunkwe persuna oħra awtorizzata mill-ESMA skont l-Artikoli 47, 48 u 49 ma għandhomx jintużaw biex jirrikjedu l-iżvelar ta' informazzjoni jew ta' dokumenti li jkunu soġġetti għal privileġġ legali.

Artikolu 47
Talbiet għall-informazzjoni

1. L-ESMA tista' fuq talba sempliċi jew b'deċiżjoni, tirrikjedi lill-persuni li ġejjin jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament:

(a) l-impjegati u l-persuni kollha li jwettqu n-negozju tar-rieżaminatur estern;

(b) il-membri tal-bord superviżorju, tal-korp maniġerjali jew tal-korp amministrattiv tar-rieżaminatur estern;

(c) il-membri tal-maniġment superjuri tar-rieżaminatur estern;

(d) kwalunkwe persuna involuta direttament fl-attivitajiet ta' valutazzjoni tar-rieżaminatur estern;

(e) ir-rappreżentanti legali u l-impjegati ta' entitajiet li lilhom rieżaminatur estern ikun esternalizza ċerti funzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 25;

(f) il-persuni li b'xi mod ieħor ikunu relatati jew konnessi mill-qrib u b'mod sostanzjali mal-proċess tal-immaniġġar tar-rieżaminatur estern, inklużi l-azzjonisti u kumpaniji oħra li huma parti mill-grupp korporattiv tar-rieżaminatur estern;

(g) kwalunkwe persuna li taġixxi bħal, jew li tagħmilha ta', rieżaminatur estern, mingħajr ma tkun irreġistrata bħala tali, u kwalunkwe persuna li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) għal din il-persuna.

2. Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha:

(a) tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta' dik it-talba;

(b) tiddikjara l-fini tat-talba;

(c) tispeċifika x'informazzjoni tkun meħtieġa;

(d) tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih għandha tingħata l-informazzjoni;

(e) tinforma lill-persuna li tkun intalbet l-informazzjoni li din mhijiex obbligata tagħti l-informazzjoni iżda f'każ ta' tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni mogħtija ma tridx tkun skorretta jew qarrieqa;

(f) tindika l-multa potenzjali prevista fl-Artikolu 52, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa.

3. Meta tirrikjedi li tingħata informazzjoni skont il-paragrafu 1 b'deċiżjoni, l-ESMA għandha:

(a) tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta' dik it-talba;

(b) tiddikjara l-fini tat-talba;

(c) tispeċifika x'informazzjoni tkun meħtieġa;

(d) tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih għandha tingħata l-informazzjoni;

(e) tindika l-pagamenti perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 53 meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;

(f) tindika l-multa prevista fl-Artikolu 52 meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa;

(g) tindika d-dritt li d-deċiżjoni tiġi appellata quddiem il-Bord tal-Appell f'konformità mal-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u li d-deċiżjoni tiġi rrieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikoli 60 u 61 ta' dak ir-Regolament.

4. Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rappreżentanti tagħhom u, fil-każ tal-persuni ġuridiċi jew tal-assoċjazzjonijiet li ma jkollhom l-ebda personalità ġuridika, il-persuni awtorizzati li jirrappreżentawhom bil-liġi jew bil-kostituzzjoni tagħhom, għandhom jagħtu l-informazzjoni mitluba. L-avukati debitament awtorizzati biex jaġixxu jistgħu jagħtu l-informazzjoni f'isem il-klijenti tagħhom. Dawn tal-aħħar għandhom jibqgħu kompletament responsabbli jekk l-informazzjoni mogħtija tkun mhux kompluta, skorretta jew qarrieqa.

5. L-ESMA għandha, mingħajr dewmien, tibgħat kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu domiċiljati jew stabbiliti l-persuni msemmija fil-paragrafu 1 ikkonċernati mit-talba għal informazzjoni.

Artikolu 48
Investigazzjonijiet ġenerali

1. Sabiex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista' twettaq investigazzjonijiet meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 47(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għandu jkollhom is-setgħa li:

(a) jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, irrispettivament mill-mezz li dawn ikunu maħżuna fuqu;

(b) jieħdu jew jiksbu kopji ċertifikati ta' jew siltiet minn tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor;

(c) isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 47(1) jew lir-rappreżentanti jew lill-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-fini tal-ispezzjoni u biex iżommu rekord tat-tweġibiet;

(d) jintervistaw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens tagħha li tiġi intervistata għall-fini tal-ġbir ta' informazzjoni relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni;

(e) jitolbu rekords tat-traffiku tat-telefown u tad-data.

2. L-uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għall-finijiet tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom malli jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-finijiet tal-investigazzjoni. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 53 meta l-produzzjoni tar-rekords, tad-data, tal-proċeduri jew ta' kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 47(1), ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti, kif ukoll il-multi previsti fl-Artikolu 52 meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lill-persuni msemmija fl-Artikolu 47(1) ikunu skorretti jew qarrieqa.

3. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 47(1) għandhom jissottomettu ruħhom għal investigazzjonijiet imnedija abbażi ta' deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 53, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt li d-deċiżjoni tiġi rrieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

4. Fi żmien xieraq qabel l-investigazzjoni, l-ESMA għandha tinforma lill-awtorità superviżorja kompetenti msemmija fl-Artikolu 36 tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-investigazzjoni dwar l-identità tal-persuni awtorizzati. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu lil dawk il-persuni awtorizzati fil-qadi ta' dmirijiethom. L-uffiċjali tal-awtorità kompetenti kkonċernata jistgħu jattendu wkoll l-investigazzjonijiet fuq talba.

5. Jekk talba għal rekords tat-traffiku tat-telefown jew tad-data msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1 tkun tirrikjedi li awtorità kompetenti tkun awtorizzata minn awtorità ġudizzjarja f'konformità mar-regoli nazzjonali, l-ESMA għandha tapplika wkoll għal din l-awtorizzazzjoni. L-ESMA tista' tapplika wkoll għal din l-awtorizzazzjoni bħala miżura kawtelatorja.

6. Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-ESMA tkun awtentika u li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-investigazzjonijiet. Meta tikkontrolla l-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista' titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati, b'mod partikolari relatati mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li jkun sar ksur ta' dan ir-Regolament, mal-gravità tal-ksur suspettat u man-natura tal-involviment tal-persuna soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrieżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 49
Spezzjonijiet fuq il-post

1. Biex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista' twettaq l-ispezzjonijiet fuq il-post kollha meħtieġa fil-bini kummerċjali, fl-art jew fil-proprjetà tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 47(1). Meta t-twettiq tajjeb u l-effiċjenza tal-ispezzjonijiet ikunu jirrikjedu dan, l-ESMA tista' twettaq spezzjonijiet fuq il-post mingħajr notifika minn qabel.

2. L-uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA biex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini kummerċjali, art jew proprjetà tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta' investigazzjoni adottata mill-ESMA u għandu jkollhom is-setgħat kollha msemmija fl-Artikolu 48(1). Dawn għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jissiġillaw kwalunkwe bini kummerċjali, proprjetà u reġistru jew rekord għall-perjodu ta', u safejn ikun meħtieġ għall-ispezzjoni.

3. Fi żmien suffiċjenti qabel l-ispezzjoni, l-ESMA għandha tavża dwar l-ispezzjoni lill-awtorità superviżorja kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-ispezzjoni. ▐

4. L-uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA biex iwettqu spezzjoni fuq il-post għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom malli jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u l-pagamenti perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 53 meta l-persuni kkonċernati ma jissottomettux ruħhom għall-ispezzjoni. Fi żmien suffiċjenti qabel l-ispezzjoni, l-ESMA għandha tavża dwar l-ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-ispezzjoni.

5. Il-persuni msemmija fl-Artikolu 47(1) għandhom jissottomettu ruħhom għal spezzjonijiet fuq il-post ordnati b'deċiżjoni tal-ESMA. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni, tistabbilixxi d-data ta' meta din tkun se tibda u tindika l-pagamenti perjodiċi ta' penali previsti fl-Artikolu 53, ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 kif ukoll id-dritt li d-deċiżjoni tiġi rrieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-ESMA għandha tieħu dawn id-deċiżjonijiet wara li tikkonsulta mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-ispezzjoni.

6. L-uffiċjali tal-ESMA, kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun se ssir l-ispezzjoni għandhom, fuq talba tal-ESMA, jassistu b'mod attiv lill-uffiċjali tal-ESMA u lil persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA. Għal dan il-għan, dawn għandhom igawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2. L-uffiċjali ta' dik l-awtorità kompetenti jistgħu jattendu wkoll l-ispezzjonijiet fuq il-post fuq talba.

7. L-ESMA tista' tirrikjedi wkoll lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu kompiti investigattivi speċifiċi u spezzjonijiet fuq il-post kif previst f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 48(1) f'isimha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom igawdu l-istess setgħat tal-ESMA kif stabbilit f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 48(1).

8. Meta l-uffiċjali tal-ESMA u persuni oħrajn li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-ESMA jsibu li persuna tkun qed topponi spezzjoni ordnata skont dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandha tagħtihom l-assistenza meħtieġa, filwaqt li titlob, meta jkun xieraq, l-assistenza tal-pulizija jew ta' awtorità tal-infurzar ekwivalenti, sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-ispezzjoni tagħhom fuq il-post.

9. Jekk l-ispezzjoni fuq il-post prevista fil-paragrafu 1 jew l-assistenza prevista fil-paragrafu 8 tkun tirrikjedi awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja f'konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli, l-ESMA għandha tapplika wkoll għal din l-awtorizzazzjoni. L-ESMA tista' tapplika wkoll għal din l-awtorizzazzjoni bħala miżura kawtelatorja.

10. Meta tkun saret applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 9, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali għandha tivverifika li d-deċiżjoni tal-ESMA tkun awtentika u li l-miżuri koerċittivi previsti la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi wara li jkun tqies is-suġġett tal-investigazzjonijiet. Meta tikkontrolla l-proporzjonalità tal-miżuri koerċittivi, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista' titlob lill-ESMA għal spjegazzjonijiet dettaljati. Din it-talba għal spjegazzjonijiet dettaljati tista' b'mod partikolari tkun relatata mar-raġunijiet li jkollha l-ESMA biex tissuspetta li jkun sar ksur ta' dan ir-Regolament, kif ukoll mal-gravità tal-ksur suspettat u man-natura tal-involviment tal-persuna li tkun soġġetta għall-miżuri koerċittivi. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ma għandhiex tirrieżamina l-ħtieġa għall-investigazzjoni jew titlob li tiġi pprovduta bl-informazzjoni dwar il-fajl tal-ESMA. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-ESMA għandha tkun soġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja biss skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 50
Skambju ta' informazzjoni

1. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 36, u l-ESMA ▐ għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-qadi ta' dmirijiethom.

2. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 36, l-ESMA, ▐ u korpi oħrajn jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali fl-eżerċitar ta' dmirijiethom skont dan ir-Regolament għandhom jużawha biss tul il-perkors ta' dmirijiethom.

Artikolu 51
Miżuri superviżorji mill-ESMA

1. Meta, f'konformità mal-Artikolu 55(8), l-ESMA ssib li persuna tkun wettqet wieħed mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Artikolu 52(2), din għandha tieħu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:

(a) tirtira r-reġistrazzjoni ta' rieżaminatur estern

(b) tirtira r-rikonoxximent ta' rieżaminatur estern li jkun f'pajjiż terz;

(c) tipprojbixxi temporanjament lir-rieżaminatur estern milli jkompli jwettaq l-attivitajiet skont dan ir-Regolament madwar l-Unjoni kollha, sakemm jintemm il-ksur;

(d) tadotta deċiżjoni li tirrikjedi lill-persuna ttemm il-ksur;

(e) tadotta deċiżjoni li timponi multi skont l-Artikolu 52;

(f) tadotta deċiżjoni li timponi pagamenti perjodiċi ta' penali skont l-Artikolu 53;

(g) toħroġ avviżi pubbliċi.

2. L-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent ta' rieżaminatur estern fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) ir-rieżaminatur estern ikun irrinunzja b'mod espliċitu r-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent jew ma jkunx għamel użu mir-reġistrazzjoni jew mir-rikonoxximent fi żmien 36 xahar wara li dan ikun ingħata r-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent;

(b) ir-rieżaminatur estern ikun kiseb ir-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz irregolari ieħor;

(c) ir-rieżaminatur estern ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom ikun ġie rreġistrat jew rikonoxxut.

Meta l-ESMA tirtira r-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent tar-rieżaminatur estern, din għandha tagħti raġunijiet sħaħ fid-deċiżjoni tagħha. L-irtirar għandu jkollu effett immedjat.

3. Meta tieħu d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:

(a) id-durata u l-frekwenza tal-ksur;

(b) jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew inkella attribwit għall-ksur;

(c) jekk il-ksur twettaqx intenzjonalment jew b'negliġenza;

(d) il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;

(e) is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mill-introjtu annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(f) l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri fil-livell tal-konsumatur;

(g) l-importanza tal-profitti miksuba, tat-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew tat-telf għall-partijiet terzi dderivat mill-ksur, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(h) il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-ESMA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(i) ksur preċedenti mill-persuna responsabbli għall-ksur;

(j) miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu.

4. Mingħajr dewmien żejjed, l-ESMA għandha tinnotifika kwalunkwe azzjoni meħuda skont il-paragrafu 1 lill-persuna responsabbli għall-ksur u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Hija għandha tiddivulga pubblikament kwalunkwe azzjoni bħal din fuq is-sit web tagħha fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata.

Id-divulgazzjoni lill-pubbliku msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:

(a) dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li tappella d-deċiżjoni;

(b) meta jkun rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li jkun sar appell u li tispeċifika li dan l-appell ma għandux effett sospensiv;

(c) dikjarazzjoni li tasserixxi li huwa possibbli għall-Bord tal-Appell tal-ESMA li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata f'konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 52
Multi

1. Meta, f'konformità mal-Artikolu 55(8), l-ESMA ssib li rieżaminatur estern u persuni msemmija fl-Artikolu 47(1) jkunu wettqu, intenzjonalment jew b'negliġenza, wieħed jew aktar mit-tipi ta' ksur elenkati fil-paragrafu 2, hija għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Ksur għandu jitqies li jkun twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur.

2. It-tipi ta' ksur imsemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a) nuqqas ta' konformità mal-Artikoli 18 sa 30;

(b) it-tressiq ta' dikjarazzjonijiet foloz meta ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern, jew l-użu ta' kwalunkwe mezz irregolari ieħor biex tinkiseb din ir-reġistrazzjoni;

(c) nuqqas ta' għoti ta' informazzjoni b'rispons għal deċiżjoni li tirrikjedi informazzjoni skont l-Artikolu 47 jew l-għoti ta' informazzjoni skorretta jew qarrieqa b'rispons għal talba għal informazzjoni jew għal deċiżjoni;

(d) l-ostakolar ta' investigazzjoni jew in-nuqqas ta' konformità ma' investigazzjoni skont il-punti (a), (b), (c), jew (e) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 48;

(e) nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 49, billi ma tingħatax spjegazzjoni dwar fatti jew ma jingħatawx dokumenti relatati mas-suġġett u mal-fini ta' spezzjoni, jew billi tingħata spjegazzjoni skorretta jew qarrieqa;

(f) il-bidu tal-attività tar-rieżaminaturi esterni jew il-personifikazzjoni ta' rieżaminatur estern, mingħajr ma tkun saret reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern.

3. L-ammont minimu tal-multa msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta' EUR 20 000. L-ammont massimu għandu jkun ta' EUR 200 000.

Meta tiddetermina l-livell ta' multa skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 51(3).

4. Meta persuna tkun ibbenifikat finanzjarjament mill-ksur, direttament jew indirettament, l-ammont tal-multa għandu jkun mill-inqas ugwali għal dak il-benefiċċju finanzjarju.

5. Meta att jew ommissjoni jikkostitwixxu kombinazzjoni ta' diversi ksur, għandha tapplika biss il-multa għall-ogħla ksur immultat.

Artikolu 53
Pagamenti perjodiċi ta' penali

1. L-ESMA għandha, permezz ta' deċiżjoni, timponi pagament perjodiku ta' penali sabiex iġġiegħel:

(a) persuna ttemm ksur, f'konformità ma' deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 52(1), punt (c);

(b) persuna msemmija fl-Artikolu 47(1):

(i) tipprovdi informazzjoni kompluta li tkun intalbet permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 47;

(ii) tissottometti ruħha għal investigazzjoni u b'mod partikolari tipproduċi rekords, data u proċeduri kompluti jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ u timla u tikkoreġi informazzjoni oħra mogħtija f'investigazzjoni mnedija permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 48;

(iii) tissottometti ruħha għal spezzjoni fuq il-post ordnata permezz ta' deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 49.

2. Il-pagament perjodiku ta' penali għandu jiġi impost għal kull jum ta' dewmien.

3. L-ammont tal-pagamenti perjodiċi ta' penali għandu jkun 3 % tal-fatturat medju ta' kuljum fis-sena kontabilistika preċedenti, jew, fil-każ ta' persuni fiżiċi, 2 % tal-introjtu medju ta' kuljum fis-sena kalendarja preċedenti. Dan għandu jiġi kkalkulat mid-data stabbilita fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta' penali.

4. Pagament perjodiku ta' penali għandu jiġi impost għal perjodu massimu ta' sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni tal-ESMA. Wara li jintemm il-perjodu, l-ESMA għandha tirrieżamina l-miżura.

Artikolu 54
Divulgazzjoni, natura, infurzar u allokazzjoni tal-multi u l-pagamenti perjodiċi ta' penali

1. L-ESMA għandha tiddivulga lill-pubbliku kull multa u pagament perjodiku ta' penali li jkunu ġew imposti skont l-Artikoli 52 u 53, sakemm din id-divulgazzjoni lill-pubbliku ma tipperikolax serjament is-swieq finanzjarji jew tikkawża dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti. Dan id-divulgazzjoni ma għandhiex tinkludi data personali skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta' penali imposti skont l-Artikoli 52 u 53 għandhom ikunu ta' natura amministrattiva.

3. Meta l-ESMA tiddeċiedi li ma timponi l-ebda multa jew pagament ta' penali, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat dwar dan u għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

4. Il-multi u l-pagamenti perjodiċi ta' penali imposti skont l-Artikoli 52 u 53 għandhom ikunu infurzabbli.

Għall-finijiet tal-infurzar tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta' penali, l-ESMA għandha tapplika r-regoli ta' proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz fejn jitwettaq.

5. L-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta' penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Artikolu 55
Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi

1. Meta, fil-qadi ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA ssib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu wieħed jew aktar mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Artikolu 52(2), l-ESMA għandha taħtar uffiċjal investigattiv indipendenti fi ħdanha biex jinvestiga l-kwistjoni. L-uffiċjal investigattiv ma għandux jiġi involut jew ikun ġie involut fis-superviżjoni diretta jew indiretta jew fil-proċess ta' reġistrazzjoni tar-rieżaminatur estern ikkonċernat u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.

2. L-uffiċjal investigattiv għandu jinvestiga l-ksur allegat, filwaqt li jqis kwalunkwe kumment imressaq mill-persuni li jkunu soġġetti għal investigazzjoni, u għandu jressaq fajl komplut bis-sejbiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.

3. Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal investigattiv jista' jeżerċita s-setgħa li jirrikjedi informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 47 u li jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f'konformità mal-Artikoli 48 u 49. Meta juża dawk is-setgħat, l-uffiċjal investigattiv għandu jikkonforma mal-Artikolu 46.

4. Meta jwettaq il-kompiti tiegħu, l-uffiċjal investigattiv għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u għall-informazzjoni kollha miġbura mill-ESMA fl-attivitajiet superviżorji tagħha.

5. Meta jlesti l-investigazzjoni tiegħu u qabel iressaq il-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, l-uffiċjal investigattiv għandu jagħti lill-persuni li jkunu soġġetti għal investigazzjoni l-opportunità li jinstemgħu dwar il-kwistjonijiet li jkunu qed jiġu investigati. L-uffiċjal investigattiv għandu jibbaża s-sejbiet tiegħu biss fuq fatti li l-persuni soġġetti għal investigazzjoni kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwarhom.

6. Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni kkonċernati għandhom jiġu kompletament irrispettati matul l-investigazzjonijiet skont dan l-Artikolu,.

7. Mat-tressiq tal-fajl bis-sejbiet tiegħu lill-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA, l-uffiċjal investigattiv għandu jinnotifika dak il-fatt lill-persuni li jkunu soġġetti għal investigazzjonijiet. Il-persuni soġġetti għal investigazzjonijiet għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali li taffettwa lil partijiet terzi.

8. Abbażi tal-fajl li jkun fih is-sejbiet tal-uffiċjal investigattiv u, meta tintalab mill-persuni kkonċernati, wara li tkun semgħet lil dawk il-persuni f'konformità mal-Artikolu 56, l-ESMA għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Artikolu 52(2) ikunux twettqu mill-persuni soġġetti għal investigazzjoni u, f'każ bħal dan, għandha tieħu miżura superviżorja f'konformità mal-Artikolu 51 u timponi multa f'konformità mal-Artikolu 52.

9. L-uffiċjal investigattiv ma għandux jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA jew bi kwalunkwe mod ieħor jintervjeni fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Bord tas-Superviżuri tal-ESMA.

10. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 60 sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ] biex tispeċifika aktar il-proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti perjodiċi ta' penali, inklużi dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, il-ġbir ta' multi jew pagamenti perjodiċi ta' penali, u regoli dettaljati dwar il-perjodi ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta' penali.

11. L-ESMA għandha tirreferi kwistjonijiet għall-prosekuzzjoni kriminali lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti meta, fil-qadi ta' dmirijietha skont dan ir-Regolament, issib li jkun hemm indikazzjonijiet serji tal-eżistenza possibbli ta' fatti li jistgħu jikkostitwixxu reati kriminali. Barra minn hekk, l-ESMA għandha żżomm lura milli timponi multi jew pagamenti perjodiċi ta' penali meta liberazzjoni jew kundanna preċedenti li tirriżulta minn fatti identiċi, jew minn fatti li jkunu sostanzjalment l-istess, tkun diġà saret res judicata bħala riżultat tal-proċedimenti kriminali skont id-dritt nazzjonali.

Artikolu 56
Smigħ tal-persuni soġġetti għall-proċedimenti

1. Qabel tieħu kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikoli 51 sa 53, l-ESMA għandha tagħti lill-persuni soġġetti għall-proċedimenti l-opportunità li jinstemgħu dwar is-sejbiet tagħha. L-ESMA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha biss fuq sejbiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

2. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti skont l-Artikolu 51 sabiex jiġi evitat li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F'każ bħal dan, l-ESMA tista' tadotta deċiżjoni interim u għandha tagħti lill-persuni kkonċernati l-opportunità li jinstemgħu malajr kemm jista' jkun wara li tieħu d-deċiżjoni tagħha.

3. Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-proċedimenti għandhom jiġu kompletament irrispettati matul il-proċedimenti. Huma għandhom ikunu intitolati li jkollhom aċċess għall-fajl tal-ESMA, soġġett għall-interess leġittimu ta' persuni oħrajn fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta' aċċess għall-fajl ma għandux ikun estiż għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tal-ESMA.

Artikolu 57
Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni mingħajr limiti biex tirrieżamina d-deċiżjonijiet li bihom l-ESMA tkun imponiet multa jew pagament perjodiku ta' penali. Hija tista' tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament perjodiku ta' penali imposti.

Artikolu 58
Tariffi ta' reġistrazzjoni, ta' rikonoxximent u ta' sorveljanza

1. L-ESMA għandha timponi tariffi fuq ir-rieżaminaturi esterni għan-nefqa relatata mar-reġistrazzjoni, mar-rikonoxximent u mas-superviżjoni tagħhom u għal kwalunkwe kost li din tista' ġġarrab fit-twettiq ta' xogħolha skont dan ir-Regolament.

2. Kwalunkwe tariffa imposta mill-ESMA lil rieżaminatur estern applikant jew lil rieżaminatur estern reġistrat jew lil rieżaminatur estern rikonoxxut għandha tkopri l-kostijiet amministrattivi kollha mġarrba mill-ESMA għall-attivitajiet tagħha fir-rigward ta' dak l-applikant partikolari jew ta' dak ir-rieżaminatur estern. Kwalunkwe tariffa għandha tkun proporzjonata għall-fatturat tar-rieżaminatur estern ikkonċernat.

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 60 sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ] biex tispeċifika t-tip ta' tariffi, il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi, u l-mod li bih dawn għandhom jitħallsu.

Artikolu 59
Reġistru tal-ESMA tar-rieżaminaturi esterni u tar-rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz

1. L-ESMA għandha żżomm fuq is-sit web tagħha reġistru aċċessibbli għall-pubbliku li għandu jelenka dan kollu li ġej:

(a) ir-rieżaminaturi esterni kollha rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 15;

(b) dawk ir-rieżaminaturi esterni li jkunu temporanjament ipprojbiti milli jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'konformità mal-Artikolu 51;

(c) dawk ir-rieżaminaturi esterni li kellhom ir-reġistrazzjoni tagħhom irtirata f'konformità mal-Artikolu 51;

(d) rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz li jistgħu jipprovdu servizzi fl-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 31;

(e) rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz rikonoxxuti f'konformità mal-Artikolu 34;

(f) rieżaminaturi esterni rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 15 li japprovaw servizzi ta' rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz f'konformità mal-Artikolu 35;

(g) dawk ir-rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz li kellhom ir-reġistrazzjoni rtirata u li ma għandhomx jibqgħu jużaw id-drittijiet skont l-Artikolu 31 meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta' rtirar fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz imsemmi fl-Artikolu 32;

(h) rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz li r-rikonoxximent tagħhom ikun ġie sospiż jew irtirat u rieżaminaturi esterni rreġistrati f'konformità mal-Artikolu 15 li ma għandhomx jibqgħu japprovaw servizzi ta' rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz.

2. Ir-reġistru għandu jkun fih id-dettalji ta' kuntatt tar-rieżaminaturi esterni, is-siti web tagħhom u d-dati sa meta jidħlu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tal-ESMA dwar dawk ir-rieżaminaturi esterni.

3. Għar-rieżaminaturi ta' pajjiż terz, ir-reġistru għandu jkun fih ukoll informazzjoni dwar is-servizzi li r-rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz ikunu jistgħu jipprovdu u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tagħhom fil-pajjiż terz.

 

Titolu V
Atti Delegati

Artikolu 60
Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli dwar ir-Regoli Proċedurali għat-teħid ta' miżuri superviżorji u għall-impożizzjoni ta' multi u ta' tariffi ta' reġistrazzjoni, ta' rikonoxximent u ta' superviżjoni, 55(10) u 58(3), għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ].

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli dwar ir-Regoli Proċedurali għat-teħid ta' miżuri superviżorji u għall-impożizzjoni ta' multi u ta' tariffi ta' reġistrazzjoni, ta' rikonoxximent u ta' superviżjoni tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikoli dwar ir-Regoli Proċedurali għat-teħid ta' miżuri superviżorji u għall-impożizzjoni ta' multi u ta' tariffi ta' reġistrazzjoni, ta' rikonoxximent u ta' superviżjoni għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien [tliet xhur] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi [tliet xhur] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 61
Proċedura ta' Kumitat

Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE[23]. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[24].

Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Titolu VI
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 62
Dispożizzjoni tranżitorja

1. Kwalunkwe rieżaminatur estern li biħsiebu jipprovdi servizzi f'konformità ma' dan ir-Regolament mid-dħul fis-seħħ tiegħu sa [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara l-ewwel data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, grazzi], għandu jipprovdi dawn is-servizzi biss wara li jkun innotifika lill-ESMA dwar dan u wara li jkun ipprovda l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1). 

2. Sa [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara l-ewwel data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, grazzi] ir-rieżaminaturi esterni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 16 sa 30 bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti permezz tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16(2), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 20(3), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 23(3) u l-Artikolu 25(7).

3. Wara [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data ġurnata wara 30 xahar wara l-ewwel data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, grazzi] ir-rieżaminaturi esterni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu biss servizzi f'konformità ma' dan ir-Regolament wara li jkunu ġew irreġistrati f'konformità mal-Artikolu 15 u jkunu jikkonformaw mal-Artikolu 14 u l-Artikoli 16 sa 30 kif issupplimentati bl-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2.

4. Wara [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data ġurnata wara 30 xahar wara l-ewwel data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, grazzi] l-ESMA għandha teżamina jekk ir-rieżaminaturi esterni msemmija fil-paragrafu 1, u s-servizzi pprovduti minn dawk il-fornituri sa [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara l-ewwel data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, grazzi] jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-regolament.

Meta l-ESMA tqis li r-rieżaminatur estern jew is-servizzi pprovduti msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-regolament, hija għandha tieħu waħda jew aktar mill-azzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 52.

 

4a. Il-bonds ambjentalment sostenibbli u l-bonds marbuta mas-sostenibbiltà maħruġa qabel ...[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] ma għandhomx ikunu meħtieġa jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 63
Dispożizzjoni tranżizzjonali għal rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz

1. Kwalunkwe rieżaminatur estern ta' pajjiż terz li biħsiebu jipprovdi servizzi f'konformità ma' dan ir-Regolament mid-dħul fis-seħħ tiegħu sa [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara l-ewwel data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, grazzi], għandu jipprovdi dawn is-servizzi biss wara li jkun innotifika lill-ESMA dwar dan u wara li jkun ipprovda l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1).

2. Ir-rieżaminaturi esterni ta' pajjiż terz imsemmija fil-paragrafu 1:

(a) għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 16 sa 30 bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti permezz tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 16(2), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 20(3), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 23(3) u l-Artikolu 25(7).

(b) għandu jkollhom rappreżentant legali fl-Unjoni li għandu jikkonforma mal-Artikolu 34, paragrafu 3, punti (a) sa (c).

3. Wara [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data ta' ġurnata wara 30 xahar wara l-ewwel data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, grazzi] għandhom japplikaw l-Artikoli 32, 34 u 35.

4. Wara [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data ġurnata wara 30 xahar wara l-ewwel data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, grazzi] l-ESMA għandha teżamina jekk ir-rieżaminaturi esterni msemmija fil-paragrafu 1, u s-servizzi pprovduti minn dawk il-fornituri sa [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data 30 xahar wara l-ewwel data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, grazzi] jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-regolament.

Meta l-ESMA tqis li r-rieżaminatur estern jew is-servizzi pprovduti msemmija fl-ewwel subparagrafu ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, hija għandha tieħu waħda jew aktar mill-azzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 52.

 

Artikolu 63a
Rieżami

1. Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-kontribut mill-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa mill-inqas dan li ġej:

(a) l-adozzjoni tal-istandard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi u s-sehem mis-suq tiegħu, kemm fl-Unjoni kif ukoll fuq livell globali;

(b) l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli;

(c) il-funzjonament tas-suq tar-rieżaminaturi esterni, filwaqt li jispeċifika l-konċentrazzjoni tas-suq, it-trasparenza tal-metodoloġiji u l-ipprezzar, u l-imparzjalità tar-rieżaminaturi esterni;

(d) il-kapaċità tal-ESMA u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jeżerċitaw id-dmirijiet superviżorji tagħhom;

(e) l-adegwatezza tal-finanzjament tal-ESMA permezz tat-tariffi ta' rikonoxximent, ta' approvazzjoni u ta' superviżjoni;

(f) l-adegwatezza tar-reġimi ta' pajjiżi terzi previsti fit-Titolu III, Kapitolu IV;

(g) l-impatt tal-istandard Ewropej għall-bonds ekoloġiċi fuq l-għeluq tad-distakk annwali ta' investimenti addizzjonali meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119, kif ukoll fuq ir-ridirezzjonar tal-flussi privati ta' kapital lil hinn minn attivitajiet ta' ħsara għall-ambjent lejn investimenti sostenibbli għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tar-riżorsi tal-ilma u tal-baħar, it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis, u l-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u l-ekosistemi;

(h)  il-kredibbiltà u l-abbuż tal-pretensjonijiet ta' sostenibbiltà fis-suq tal-bonds sostenibbli;

(i) il-funzjonament tas-suq tal-bonds marbuta mas-sostenibbiltà, inklużi l-kredibbiltà u l-kwalità tal-pretensjonijiet rilevanti;

(j)  il-ħtieġa ta' aktar miżuri regolatorji biex tiżdied is-sostenibbiltà tas-suq tal-bonds.

2. Sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar jekk l-istandard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi għandux isir obbligatorju u l-iskeda ta' żmien ta' tali approċċ.

3. Flimkien ma' kwalunkwe reviżjoni proposta tar-Regolament (UE) 2020/852, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-reviżjoni proposta jistħoqqilhiex rieżami ta' dan ir-Regolament, speċifikament meta tali reviżjonijiet ikunu relatati ma' estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/852 f'konformità mal-Artikolu 26(2) ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 63
Emenda għar-Regolament (UE) 2020/852

L-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 huwa emendat kif ġej:

(a) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"3a. Minn … [18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej], l-impriżi finanzjarji għandhom jiddivulgaw informazzjoni skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu billi jinkludu l-iskoperturi għall-gvernijiet ċentrali, għall-banek ċentrali u għall-emittenti supranazzjonali.";

(b) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 23 biex tissupplimenta l-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu biex tispeċifika l-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata f'konformità ma' dawk il-paragrafi, inkluża l-metodoloġija li għandha tintuża għall-konformità magħhom, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet kemm tal-impriżi finanzjarji kif ukoll ta' dawk mhux finanzjarji u l-kriterji ta' skrinjar tekniku stabbiliti skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak l-att delegat sal-1 ta' Ġunju 2021. Il-Kummissjoni għandha taġġorna dak l-att delegat f'konformità mal-paragrafu 3a sa mhux aktar tard minn ... [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].".

 

Artikolu 64
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill  Għall-Parlament

Il-President Il-President


ANNESS I

SKEDA INFORMATTIVA DWAR IL-BONDS EKOLOĠIĊI EWROPEJ

It-titolu "SKEDA INFORMATTIVA DWAR IL-BONDS EKOLOĠIĊI EWROPEJ" għandu jidher b'mod prominenti fuq in-naħa ta' fuq tal-ewwel paġna tad-dokument.

Meta r-rikavati mill-bonds ekoloġiċi Ewropej ikunu maħsuba li jiġu allokati għal attivitajiet relatati mal-enerġija nukleari jew mal-gass fossili, id-dikjarazzjoni li ġejja għandha tidher b'mod prominenti fl-ewwel paġna tad-dokument: "Ir-rikavati mill-bonds huma maħsuba li jiġu allokati għal attivitajiet relatati [żid x'japplika: mal-enerġija nukleari u/jew mal-gass fossili] allinjati mat-tassonomija f'konformità mal-Artikoli 10(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) 2020/852."

 

1. Informazzjoni ġenerali

 [Data tal-pubblikazzjoni tal-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej]

 [Id-denominazzjoni ġuridika tal-emittent] [▐ identifikatur ta' entità ġuridika (LEI)], [indirizz tas-sit web li jipprovdi lill-investituri informazzjoni dwar kif isir kuntatt, u numru tat-telefon]

 [Denominazzjoni tal-bond assenjata mill-emittent] [▐numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN)]

 [L-identità u d-dettalji ta' kuntatt tar-rieżaminatur estern, inklużi l-indirizz tas-sit web li jipprovdi lill-investituri informazzjoni dwar kif għandhom jagħmlu kuntatt, u numru tat-telefon]

2. Adeżjoni mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej

[Dikjarazzjoni li turi li l-emittent tal-bond partikolari jaderixxi volontarjament mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament]

3. Strateġija ambjentali u raġunament fundamentali

 [Informazzjoni dwar kif il-bond jikkontribwixxi għall-istrateġija ambjentali usa' tal-emittent, inklużi:

(a) Informazzjoni dwar l-allinjament mat-tassonomija fil-livell tal-entità tal-emittent, permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;

(b) Informazzjoni dwar kif u sa liema punt il-ħruġ tal-bond huwa maħsub biex iżid il-proporzjon tan-nefqa kapitali u operattiva tal-emittent relatata ma' attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont ir-Regolament (UE) 2020/852, u tal-fatturat tiegħu derivat minnhom;

- [għall-emittenti soġġetti għall-obbligu li joħolqu pjan ta' tranżizzjoni skont [is-CSRD], informazzjoni dwar kif f'konformità mal-Artikolu 7b, il-bond jikkontribwixxi għal perkors kredibbli ta' allinjament mal-objettiv li tinkiseb newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119, inklużi

(a) Link għas-sit web fejn il-pjan ta' tranżizzjoni tal-emittent jiġi ppubblikat skont id-Direttiva 2013/34/UE [kif emendata mis-CSRD] u opinjoni pożittiva dwar dan il-pjan ta' tranżizzjoni mogħtija minn awditur f'konformità mal-Artikolu 34 ta' dik id-Direttiva;

(b) Informazzjoni dwar kif u sa liema punt il-ħruġ tal-bond huwa maħsub biex inaqqas l-impatt ambjentali tal-emittent fid-dawl tal-miri stabbiliti fil-pjan ta' tranżizzjoni skont id-Direttiva 2013/34/UE [kif emendata mis-CSRD]]

 

 

 [L-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 segwiti mill-bond]

4. Allokazzjoni maħsuba tar-rikavati mill-bonds

 

4.1 Ħin Stmat sal-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati

 [Il-perjodu li fih mistennija jiġu allokati r-rikavati]

 [Id-data sa meta r-rikavati mistennija jiġu allokati bis-sħiħ]

 [Jekk id-data ta' hawn fuq tkun aktar minn ħames snin wara d-data tal-ħruġ tal-bond: ġustifikazzjoni għall-perjodu itwal, ibbażata fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati, akkumpanjata mill-pjan CapEx kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)]

 

4.2 Proċess għall-għażla ta' proġetti/portafolli ekoloġiċi u stima tal-impatt ambjentali

 [Deskrizzjoni tal-proċessi li bihom l-emittent se jiddetermina kif il-proġetti jallinjaw mar-rekwiżiti tat-tassonomija]

 [Deskrizzjoni tal-kriterji tekniċi ta' skrinjar rilevanti msemmija fl-Artikoli 10 sa 15 tar-Regolament (UE) 2020/852, u speċifikazzjoni ta' liema atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 huma kkunsidrati]

 [Meta disponibbli: informazzjoni dwar il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-metriċi tal-impatt ewlenin skont l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, u għal kwalunkwe metrika tal-impatt addizzjonali. Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, dan għandu jiġi ġġustifikat.]

 [Meta applikabbli, informazzjoni dwar kwalunkwe standardizzazzjoni jew proċess ta' ċertifikazzjoni relatati fl-għażla tal-proġetti]

 [Meta applikabbli, stima tal-impatti ambjentali pożittivi u negattivi mistennija f'forma aggregata. Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, dan għandu jiġi ġġustifikat.]

 

4.3 Proġetti ekoloġiċi kwalifikanti intenzjonati

[Meta tkun disponibbli għall-emittent, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fil-livell tal-proġett, dment li ma jkunx hemm ftehimiet ta' kunfidenzjalità, kunsiderazzjonijiet kompetittivi, jew għadd kbir ta' proġetti kwalifikanti sottostanti li jillimitaw l-ammont ta' dettall li jista' jsir disponibbli, f'liema każ l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-inqas fil-livell aggregat, bi spjegazzjoni għaliex l-informazzjoni fil-livell tal-proġett ma tingħatax:

Għal proġetti kwalifikanti intenzjonati:

 L-objettivi ambjentali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament 2020/852

 Meta applikabbli, jekk ir-rikavati mill-bond humiex maħsuba biex jiġu allokati għall-finanzjament ta' attività ekonomika li tkun attività ekonomika tranżizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852

 Meta applikabbli, l-ammont u l-proporzjon tar-rikavati maħsuba biex jiġu allokati għal attivitajiet relatati mal-enerġija nukleari u mal-gass fossili allinjati mat-tassonomija f'konformità mal-Artikolu 10(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) 2020/852

 

 It-tipi, is-setturi, u l-kodiċijiet NACE rispettivi tagħhom skont il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006[25]

 Il-pajjiżi fejn ġew allokati r-rikavati mill-bond

 

 L-ammont rispettiv li għandu jiġi allokat mir-rikavati mill-bond, u l-perċentwal tar-rikavati li għandu jiġi allokat rispettivament għal proġetti ffinanzjati wara l-ħruġ ta' bond u proġetti ffinanzjati qabel il-ħruġ ta' bond

 Meta l-emittent ikun sovran, u r-rikavati mill-bonds ikunu ppjanati li jiġu allokati għall-ħelsien mit-taxxa msemmi fl-Artikolu 4(2), punt (c), stima tal-volum mistenni tat-telf tad-dħul assoċjat mal-ħelsien mit-taxxa eliġibbli

 Meta l-emittent ikun sovran, u r-rikavati mill-bonds ikunu ppjanati li jiġu allokati għall-ħelsien mit-taxxa msemmi fl-Artikolu 4(2), punt (c), jew għas-sussidji msemmija fl-Artikolu 4(2), punt (d), link għal valutazzjoni tal-impatt ex ante minn parti terza indipendenti li tagħti valutazzjoni pożittiva tal-impatt u l-kosteffiċjenza tal-programmi ta' finanzjament ta' nefqiet jew sussidji tat-taxxa

 Meta bond jikkofinanzja proġetti kwalifikanti intenzjonati, indikazzjoni tal-proporzjon iffinanzjat mill-bond

 Għal assi li jkunu kkonċernati minn pjan CapEx: il-passi intermedji annwali, inklużi l-azzjonijiet u n-nefqiet kollha, meħtieġa għat-trasformazzjoni ta' dik l-attività ekonomika sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tat-tassonomija fil-perjodu ta' żmien speċifikat;

 Meta disponibbli, links għas-siti web b'informazzjoni rilevanti

 Meta disponibbli, links għal dokumenti pubbliċi rilevanti b'informazzjoni aktar dettaljata]

 

4.4 Rikavati mhux allokati

[Informazzjoni dwar kif l-użu temporanju tar-rikavati mhux allokati mhux se jaffettwa t-twettiq tal-objettivi ambjentali]

5. Tagħrif dwar ir-rapportar

 [Link għas-sit web fejn se jiġu ppubblikati r-rapporti dwar l-allokazzjoni u r-rapporti tal-impatt]

 [Indikazzjoni ta' jekk ir-rapporti dwar l-allokazzjoni humiex se jinkludu informazzjoni għal kull proġett dwar l-ammonti żborżati u l-impatti ambjentali pożittivi u negattivi mistennija]

 

5a. Informazzjoni dwar attivitajiet f'ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx

 

  [Indikazzjoni ta' kwalunkwe attività tal-emittent f'ġuriżdizzjonijiet elenkati fl-Anness I u fl-Anness II tal-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx u rifuġji fiskali u l-preżenza ekonomika reali tiegħu f'dawk il-ġuriżdizzjonijiet f'termini ta' assi, impjegati full-time, bejgħ u taxxi mħallsa]

6. Informazzjoni relevanti oħra

[Tariffi u spejjeż imġarrba mill-emittent fir-rigward tal-ħruġ]


 

ANNESS II

RAPPORT ANNWALI TAL-ALLOKAZZJONI TAL-BONDS EKOLOĠIĊI EWROPEJ

 [meta r-rapport tal-allokazzjoni jiġi rieżaminat, it-titolu għandu jirrifletti dan]

1. Informazzjoni ġenerali

 [Id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-allokazzjoni] [meta applikabbli, id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-allokazzjoni finali jew id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-allokazzjoni rivedut]]

 [Id-denominazzjoni ġuridika tal-emittent] [▐ LEI], [indirizz tas-sit web li jipprovdi lill-investituri informazzjoni dwar kif għandhom jagħmlu kuntatt, u numru tat-telefon]

 [Denominazzjoni tal-bond assenjata mill-emittent] [▐ ISIN]

 [meta r-rapport tal-allokazzjoni jkun ġie soġġett għal rieżami ta' wara l-ħruġ, l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tar-rieżaminatur estern, inkluż indirizz tas-sit web li jipprovdi lill-investituri informazzjoni dwar kif jagħmlu kuntatt, u numru tat-telefon]

 

2. Adeżjoni mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej

[Dikjarazzjoni li turi li r-rikavati, mid-data tal-ħruġ tagħhom u sa tmiem is-sena li r-rapport jirreferi għaliha, ġew allokati f'konformità mal-Artikoli 4 sa 7c ta' dan ir-Regolament]

3. Allokazzjoni ta' rikavati minn bonds

A. Għall-emittenti ħlief dawk imsemmija fil-punt B hawn taħt:

[L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fil-livell tal-proġett, dment li ma jkunx hemm ftehimiet ta' kunfidenzjalità, kunsiderazzjonijiet kompetittivi, jew għadd kbir ta' proġetti kwalifikanti sottostanti li jillimitaw l-ammont ta' dettall li jista' jsir disponibbli, f'liema każ l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-inqas fil-livell aggregat, bi spjegazzjoni għaliex l-informazzjoni fil-livell tal-proġett ma tingħatax:

 L-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament 2020/852

 Meta applikabbli, jekk ir-rikavati mill-bonds humiex maħsuba biex jiġu allokati għall-finanzjament ta' attività ekonomika li tkun attività ekonomika tranżizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852

 Meta applikabbli, l-ammont u l-proporzjon tar-rikavati allokati għal attivitajiet relatati mal-enerġija nukleari u mal-gass fossili allinjati mat-tassonomija f'konformità mal-Artikoli 10(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) 2020/852

 

 It-tipi u s-setturi tal-proġetti, u l-kodiċijiet NACE rispettivi tagħhom skont il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006[26]

 Il-pajjiżi fejn ġew allokati r-rikavati mill-bonds

 L-ammont rispettiv allokat mir-rikavati tal-bonds, u l-perċentwal tar-rikavati allokat rispettivament għal proġetti ffinanzjati wara l-ħruġ ta' bonds u proġetti ffinanzjati qabel il-ħruġ ta' bonds

 Meta l-emittent ikun sovrani, u r-rikavati mill-bonds jiġu allokati għall-ħelsien mit-taxxa msemmi fl-Artikolu 4(2), punt (c), stima tal-volum tat-telf tad-dħul assoċjat mal-ħelsien mit-taxxa eliġibbli

 Meta l-emittent ikun sovran, u r-rikavati mill-bonds ikunu ġew allokati għall-ħelsien mit-taxxa msemmi fl-Artikolu 4(2), punt (c), jew għas-sussidji msemmija fl-Artikolu 4(2), punt (d), link għal evalwazzjoni ex post tal-programm ta' finanzjament ta' nefqiet jew sussidji tat-taxxa mill-awdituri tal-istat jew minn entità pubblika rilevanti oħra tal-Istat Membru kkonċernat jew indikazzjoni ta' meta jkunu mistennija r-riżultati ta' tali evalwazzjoni

 

 Meta bond jikkofinanzja proġetti kwalifikanti, indikazzjoni tal-proporzjon iffinanzjat mill-bond

 Għal assi li huma kkonċernati minn pjan CapEx: il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-pjan matul il-perjodu ta' rapportar, u d-data stmata tat-tlestija;

 Konferma tal-konformità mal-Punt (c) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 (salvagwardji minimi)

 Indikazzjoni ta' liema atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 intużaw biex jiġu ddeterminati l-kriterji tekniċi ta' skrinjar tat-tassonomija, u d-dati tal-applikazzjoni tagħhom]

 

B. Għall-emittenti li huma impriżi finanzjarji li jallokaw rikavati minn portafoll ta' diversi bonds ekoloġiċi Ewropej għal portafoll ta' assi finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 5:

[It-Taqsima "Allokazzjoni tar-rikavati mill-bonds" għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

 Ħarsa ġenerali lejn il-bonds ekoloġiċi Ewropej pendenti kollha, li tindika l-valur individwali u kkombinat tagħhom.

 Ħarsa ġenerali lejn l-assi finanzjarji eliġibbli kif imsemmija fl-Artikolu 5 fuq il-karta tal-bilanċ tal-emittent, li tindika:

a) il-valur totali amortizzat tagħhom,

b) l-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852,

c) it-tipi, is-setturi u l-pajjiżi tagħhom,

d) meta bond jikkofinanzja proġetti kwalifikanti, indikazzjoni tal-proporzjon iffinanzjat mill-bond, meta disponibbli,

da)  meta applikabbli, il-perċentwal ta' assi relatati ma' attivitajiet ekonomiċi tranżizzjonali skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852

 

db)  meta applikabbli, l-ammont u l-proporzjon ta' assi relatati ma' attivitajiet relatati mal-enerġija nukleari u mal-gass fossili allinjata mat-tassonomija f'konformità mal-Artikoli 10(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) 2020/852,

 

e) indikazzjoni ta' liema atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 intużaw biex jiġu ddeterminati l-kriterji tekniċi ta' skrinjar tat-tassonomija, mill-inqas fil-livell settorjali u tal-pajjiż, u meta applikabbli, fil-livell tal-assi individwali,

f) meta rilevanti, il-valur ta' kull assi, jew grupp ta' assi

 Paragun tal-valur totali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej pendenti u l-valur amortizzat totali tal-assi finanzjarji eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 5. Il-paragun għandu juri li tal-aħħar huwa jew daqs jew ogħla minn tal-ewwel.

 Għall-finijiet tal-paragun ta' hawn fuq, il-valur totali pendenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandu jkun ibbażat fuq il-medja annwali tal-valuri trimestrali ta' tali bonds maħruġa minn dak l-emittent, u l-valur amortizzat totali tal-assi finanzjarji għandu jkun ibbażat fuq il-medja annwali tal-valuri trimestrali ta' dawn l-assi fuq il-karta tal-bilanċ tal-emittent.]

4. Impatt ambjentali tar-rikavati mill-bonds

[L-ebda informazzjoni mhi meħtieġa taħt din l-intestatura għal dan ir-rapport]

5. Informazzjoni relevanti oħra


 

ANNESS III

RAPPORT DWAR L-IMPATT TAL-BONDS EKOLOĠIĊI EWROPEJ

[Meta r-rapport tal-impatt jiġi rivedut, it-titolu għandu jirrifletti dan.]

1. Informazzjoni ġenerali

 [Data tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-impatt] [meta applikabbli, Data tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-impatt rivedut]

 [Id-denominazzjoni ġuridika tal-emittent] [▌LEI], [indirizz tas-sit web li jipprovdi lill-investituri informazzjoni dwar kif jagħmlu kuntatt, u numru tat-telefon]

 [Denominazzjoni tal-bond assenjata mill-emittent] [▐ ISIN]

 [meta r-rapport tal-impatt ġie vvalutat minn rieżaminatur estern, l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tar-rieżaminatur estern, inkluż l-indirizz tas-sit web li jipprovdi lill-investituri b'informazzjoni dwar kif għandhom jagħmlu kuntatt, u numru tat-telefon]

 

2. Strateġija ambjentali u raġunament fundamentali

 [Informazzjoni dwar kif il-bond tikkontribwixxi għall-istrateġija ambjentali usa' tal-emittent, inklużi]

  a) Informazzjoni dwar l-allinjament mat-tassonomija fil-livell tal-entità tal-emittent, permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;

b) Informazzjoni dwar kif u sa liema punt il-ħruġ tal-bond huwa maħsub biex iżid il-proporzjon tan-nefqa kapitali u operattiva tal-emittent relatata ma' attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont ir-Regolament (UE) 2020/852, u tal-fatturat tiegħu derivat minnhom;

[għall-emittenti soġġetti għall-obbligu li joħolqu pjan ta' tranżizzjoni skont [is-CSRD], informazzjoni dwar kif il-bond jikkontribwixxi għal perkors kredibbli ta' allinjament mal-objettiv li tinkiseb newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119, kif imsemmi fl-Artikolu 7c, inklużi

c) Link għas-sit web fejn jiġi ppubblikat il-pjan ta' tranżizzjoni tal-emittent skont id-Direttiva XX (id-Direttiva 2013/34/UE kif emendata mis-CSRD) u opinjoni pożittiva dwar dan il-pjan ta' tranżizzjoni mogħtija minn awditur f'konformità mal-Artikolu 34 ta' dik id-Direttiva;  

d) Informazzjoni dwar kif u sa liema punt il-ħruġ tal-bond huwa maħsub biex inaqqas l-impatt ambjentali tal-emittent fid-dawl tal-miri stabbiliti fil-pjan ta' tranżizzjoni skont id-Direttiva XX]

 

 [L-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 segwiti mill-bond]

3. Allokazzjoni ta' rikavati minn bonds

[L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta fil-livell tal-proġett, dment li ma jkunx hemm ftehimiet ta' kunfidenzjalità, kunsiderazzjonijiet kompetittivi, jew għadd kbir ta' proġetti kwalifikanti sottostanti li jillimitaw l-ammont ta' dettall li jista' jsir disponibbli, f'liema każ l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-inqas fil-livell aggregat, bi spjegazzjoni għaliex l-informazzjoni fil-livell tal-proġett ma tingħatax:

 L-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament 2020/852,

  Meta applikabbli, jekk il-bond jiffinanzjax attività ekonomika tranżizzjonali f'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852

 Meta applikabbli, l-ammont u l-proporzjon tar-rikavati allokati għal attivitajiet relatati mal-enerġija nukleari u mal-gass fossili allinjati mat-tassonomija f'konformità mal-Artikoli 10(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) 2020/852

 

 It-tipi u s-setturi ta' proġetti, u l-pajjiżi fejn ġew allokati r-rikavati mill-bonds

 L-ammont rispettiv li għandu jiġi allokat mir-rikavati tal-bonds, u l-perċentwal tar-rikavati li għandhom jiġu allokati rispettivament għal proġetti ffinanzjati wara l-ħruġ ta' bonds u proġetti ffinanzjati qabel il-ħruġ ta' bonds

 Meta l-emittent ikun sovran, u r-rikavati mill-bonds jiġu allokati għall-ħelsien mit-taxxa msemmi fl-Artikolu 4(2), punt (c), stima tal-volum tat-telf tad-dħul assoċjat mal-ħelsien mit-taxxa eliġibbli

 Meta l-emittent ikun sovran, u r-rikavati mill-bonds ikunu ppjanati li jiġu allokati għall-ħelsien mit-taxxa msemmi fl-Artikolu 4(2), punt (c), jew għas-sussidji msemmija fl-Artikolu 4(2), punt (d), link għal valutazzjoni tal-impatt ex ante minn parti terza indipendenti li tagħti valutazzjoni pożittiva tal-impatt u l-kosteffiċjenza tal-programm ta' finanzjament ta' nefqiet jew sussidji tat-taxxa

 

 Meta bond jikkofinanzja proġetti kwalifikanti, indikazzjoni tal-proporzjon iffinanzjat mill-bond

 Meta applikabbli, indikazzjoni ta' dawk l-assi li kienu kkonċernati minn pjan CapEx, it-tul ta' żmien ta' kull pjan, id-data tat-tlestija ta' kull assi u link għas-sit web fejn jiġi ppubblikat il-pjan CapEx rilevanti

 

 Indikazzjoni ta' liema atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 intużaw biex jiġu ddeterminati l-kriterji tekniċi ta' skrinjar tat-tassonomija, u d-data tal-applikazzjoni tagħhom]

 

4. Impatt ambjentali tar-rikavati mill-bonds

 [Stima tal-impatti ambjentali pożittivi u negattivi f'forma aggregata]

 [Informazzjoni dwar il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet użati biex jiġu evalwati l-impatti tal-proġetti, meta l-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej tal-bond ma kinitx tinkludi din l-informazzjoni]

 [Informazzjoni dwar l-impatti ambjentali pożittivi u negattivi tal-proġetti u, meta disponibbli, il-metriċi relatati. Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-livell tal-proġett, dan irid ikun iġġustifikat]

[Meta l-emittent ikun irid jinkludi dan, informazzjoni dwar jekk u kif il-proġett ikkontribwixxa għat-Tranżizzjoni Ġusta, bħal pereżempju billi pprovda impjiegi ġodda, taħriġ mill-ġdid u infrastruttura lokali lill-komunitajiet affettwati mit-tranżizzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi.]

 

 

5. Informazzjoni relevanti oħra

[Indikazzjoni ta' kwalunkwe attività tal-emittent fil-ġuriżdizzjonijiet elenkati fl-Anness I u fl-Anness II tal-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx u rifuġji fiskali u l-preżenza ekonomika reali tiegħu f'dawn il-ġuriżdizzjonijiet f'termini ta' assi, impjegati full-time, bejgħ u taxxi mħallsa f'dawk il-ġuriżdizzjonijiet.]

 


ANNESS IV:

KONTENUT TAR-RIEŻAMIJIET TA' QABEL IL-ĦRUĠ, TA' WARA L-ĦRUĠ  

JEW TAR-RAPPORT TAL-IMPATT

It-titolu "Rieżami ta' qabel il-ħruġ", "Rieżami ta' wara l-ħruġ" jew "Rieżami tar-rapport tal-impatt" għandu jidher b'mod prominenti fin-naħa ta' fuq tal-ewwel paġna tad-dokument.

1. Informazzjoni ġenerali

 [Data tal-pubblikazzjoni tar-rieżami ta' qabel il-ħruġ, tar-rieżami ta' wara l-ħruġ jew tar-rieżami tar-rapport tal-impatt]

 [Id-denominazzjoni ġuridika tal-emittent]

 [Denominazzjoni tal-bond assenjata mill-emittent] [▐ISIN]

 [L-identità u d-dettalji ta' kuntatt tar-rieżaminatur estern, inklużi l-indirizz tas-sit web li jipprovdi lill-investituri informazzjoni dwar kif jagħmlu kuntatt, u numru tat-telefon]

 [L-isem u t-titolu tal-impjieg tal-analist ewlieni f'attività ta' valutazzjoni partikolari]

 [L-isem u l-pożizzjoni tal-persuna primarjament responsabbli għall-approvazzjoni tar-rieżami ta' qabel il-ħruġ, tar-rieżami ta' wara l-ħruġ jew tar-rieżami tar-rapport tal-impatt]

 [Id-data li fiha r-rieżami ta' qabel il-ħruġ, ir-rieżami ta' wara l-ħruġ jew r-rieżami tar-rapport tal-impatt ġie rilaxxat għall-ewwel darba għad-distribuzzjoni u, fejn rilevanti, meta ġie aġġornat l-aħħar]

 

2. Stqarrijiet introduttorji

[Għar-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ:

 Dikjarazzjoni li rieżaminatur estern ikun ivvaluta l-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej kompluta stabbilita fl-Anness I f'konformità ma' dan ir-Regolament;

 Dikjarazzjoni li dan ir-rieżami ta' qabel il-ħruġ jirrappreżenta opinjoni indipendenti tar-rieżaminatur estern;

 Dikjarazzjoni li l-opinjoni indipendenti tar-rieżami estern għandha tiġi fdata biss sa ċertu punt;]

[Għar-rieżamijiet ta' wara l-ħruġ:

 Dikjarazzjoni li rieżaminatur estern ikun ivvaluta r-rapport komplut dwar l-allokazzjoni stabbilit fl-Anness II f'konformità ma' dan ir-Regolament;

 Dikjarazzjoni li dan ir-rieżami ta' wara l-ħruġ jirrappreżenta opinjoni indipendenti tar-rieżaminatur estern;

 Dikjarazzjoni li l-opinjoni indipendenti tar-rieżami estern għandha tiġi fdata biss sa ċertu punt;]

[Għar-rieżamijiet tar-rapporti tal-impatt:

 

 Dikjarazzjoni li rieżaminatur estern ikun ivvaluta r-rapport komplut tal-impatt stabbilit fl-Anness III;

 Dikjarazzjoni li dan ir-rieżami tar-rapport tal-impatt jirrappreżenta opinjoni indipendenti tar-rieżaminatur estern;

 Dikjarazzjoni li l-opinjoni indipendenti tar-rieżami estern għandha tiġi fdata biss sa ċertu punt;]

3. Dikjarazzjonijiet dwar il-konformità mar-Regolament dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej

[dikjarazzjoni dwar il-konformità tal-bond ekoloġiku Ewropew ma' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari:

(a) meta l-opinjoni espressa mir-rieżaminatur indipendenti tkun li l-bond jaderixxi mar-rekwiżiti kollha għall-użu tad-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew", dikjarazzjoni li l-bond jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li d-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" tista' tiġi applikata għal dak il-bond;

(b) meta l-opinjoni espressa mir-rieżaminatur indipendenti tkun li l-bond ma jaderixxix mar-rekwiżiti kollha għall-użu tad-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew", dikjarazzjoni li l-bond ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u li d-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" ma tistax tiġi applikata għal dak il-bond, filwaqt li tindika liema rekwiżiti ma ġewx issodisfati u jekk l-informazzjoni pprovduta mill-emittent kinitx preċiża;

(c) meta l-opinjoni espressa mir-rieżaminatur indipendenti tindika li l-emittent mhux beħsiebu jikkonforma mal-Artikoli 3 sa 7c, jew mhux se jkun jista' jagħmel dan, dikjarazzjoni li d-denominazzjoni "bond ekoloġiku Ewropew" tista' tintuża biss għall-bond inkwistjoni jekk ikunu ttieħdu l-passi meħtieġa biex jiġi żgurat li l-bond jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament]

4. Sorsi, metodoloġiji ta' valutazzjoni, u suppożizzjonijiet ewlenin

 [Informazzjoni dwar is-sorsi li kien hemm fiduċja fihom għat-tħejjija tar-rieżami ta' qabel il-ħruġ, tar-rieżami ta' wara l-ħruġ jew tar-rieżami tar-rapport tal-impatt, inklużi links għad-data tal-kejl u l-metodoloġija applikata, meta disponibbli]

 [Spjegazzjoni tal-metodoloġiji ta' valutazzjoni u s-suppożizzjonijiet ewlenin]

 [Spjegazzjoni tas-suppożizzjonijiet u r-rekwiżiti tat-tassonomija użati, tal-limiti u l-inċertezzi li jiċċirkondaw il-metodoloġiji użati u dikjarazzjoni ċara li r-rieżaminatur estern iqis li l-kwalità tal-informazzjoni pprovduta mill-emittent jew parti terza relatata hija suffiċjenti biex jitwettaq ir-rieżami ta' qabel il-ħruġ, ir-rieżami ta' wara l-ħruġ jew ir-rieżami tar-rapport tal-impatt u sa liema punt, jekk ikun hemm, ir-rieżaminatur estern ipprova jivverifika l-informazzjoni pprovduta b'dan il-mod]

5. Valutazzjoni u opinjoni

[Għar-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ:

 Valutazzjoni dettaljata ta' jekk l-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi mimlija tikkonformax mal-Artikoli 4 sa 7 ta' dan ir-Regolament

 L-opinjoni tar-rieżaminatur estern dwar il-valutazzjoni msemmija hawn fuq]

 

[Għar-rieżamijiet ta' wara l-ħruġ:

 Valutazzjoni dettaljata dwar jekk l-emittent allokax ir-rikavati mill-bond f'konformità mal-Artikoli 4 sa 7 ta' dan ir-Regolament, abbażi tal-informazzjoni pprovduta lir-rieżaminatur estern

 Valutazzjoni ta' jekk l-emittent ikkonformax mal-użu maħsub tar-rikavati stabbilit fl-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi, abbażi tal-informazzjoni pprovduta lir-rieżaminatur estern

 L-opinjoni tar-rieżaminatur estern dwar iż-żewġ valutazzjonijiet imsemmija direttament hawn fuq]

[Għar-rieżamijiet tar-rapporti tal-impatt:

 Valutazzjoni ta' jekk il-ħruġ tal-bond huwiex allinjat mal-istrateġija dwar is-sostenibbiltà usa' tal-emittent;

 Valutazzjoni tal-impatt tas-sostenibbiltà indikat tar-rikavati mill-bonds;

 L-opinjoni tar-rieżaminatur estern dwar iż-żewġ valutazzjonijiet imsemmija direttament fl-ewwel u t-tieni inċiż.]

 

6. Kwalunkwe informazzjoni oħra

[Kwalunkwe informazzjoni oħra li r-rieżaminatur jista' jqis rilevanti għar-rieżami tiegħu ta' qabel jew ta' wara l-ħruġ]

 

 

 

 


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (16.3.2022)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej

(COM(2021)0391 – C9‑0311/2021 – 2021/0191(COD))

Rapporteur għal opinjoni: José Manuel Fernandes

 

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) It-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, aktar sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ċirkolari u ġusta hija kruċjali biex jiġu żgurati l-kompetittività fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni u l-benessri tal-popli tagħha. Fl-2016, l-Unjoni kkonkludiet il-Ftehim ta' Pariġi. Il-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta' Pariġi jistabbilixxi l-objettiv li jissaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima billi, fost affarijiet oħrajn, il-flussi tal-finanzi jsiru konsistenti ma' perkors lejn emissjonijiet tal-gassijiet serra baxxi u żvilupp reżiljenti għall-klima.

(1) It-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, sostenibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, ċirkolari, soċjalment inklużiva u ġusta hija kruċjali biex jiġu żgurati l-kompetittività fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni u t-titjib tal-benessri u l-kwalità tal-ħajja tal-popli tagħha. Fl-2016, l-Unjoni kkonkludiet il-Ftehim ta' Pariġi. Il-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta' Pariġi jistabbilixxi l-objettiv li jissaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima billi, fost affarijiet oħrajn, il-flussi tal-finanzi jsiru konsistenti ma' perkors lejn emissjonijiet tal-gassijiet serra baxxi u żvilupp reżiljenti għall-klima.

 

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 2018 dwar il-finanzi sostenibbli u r-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Finanzi Sostenibbli tal-31 ta' Jannar 2018 ipproponew l-iżvilupp ta' standard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi.

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Is-sostenibbiltà ilha ħafna fil-qalba tal-proġett tal-Unjoni, u t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jirriflettu kemm id-dimensjonijiet soċjali tagħha kif ukoll dawk ambjentali. Jeħtieġ li l-azzjoni biex jinkisbu l-objettivi ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni, inkluż fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, titwettaq flimkien mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u tkun kompatibbli miegħu. Skont ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-kunċett ta' "investiment sostenibbli" huwa definit b'referenza għall-objettivi ambjentali u soċjali u jinkludi r-rekwiżit li l-investimenti jenħtieġ li ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil dawk l-objettivi.

 

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Pjan ta' Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew tal-14 ta' Jannar 2020 jipprevedi l-istabbiliment ta' standard għall-bonds ambjentalment sostenibbli biex ikomplu jiżdiedu l-opportunitajiet ta' investiment u tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' investimenti ambjentalment sostenibbli permezz ta' tikketta ċara. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva għal standard għall-bonds ekoloġiċi.

(2) Il-Pjan ta' Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew tal-14 ta' Jannar 2020 jipprevedi l-istabbiliment ta' standard għall-bonds ambjentalment sostenibbli biex ikomplu jiżdiedu l-opportunitajiet ta' investiment u tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' investimenti ambjentalment sostenibbli permezz ta' tikketta ċara u b'hekk ikun possibbli li jiġi miġġieled kwalunkwe riskju ta' greenwashing u evażjoni tat-taxxa. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva għal standard għall-bonds ekoloġiċi.

 

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-bonds ambjentalment sostenibbli huma wieħed mill-istrumenti ewlenin għall-finanzjament ta' investimenti relatati ma' teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi kif ukoll mal-infrastruttura tat-trasport u mal-infrastruttura tar-riċerka sostenibbli. L-impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji, jew is-sovrani jistgħu joħorġu dawn il-bonds. Diversi inizjattivi eżistenti għall-bonds ambjentalment sostenibbli ma jiżgurawx definizzjonijiet komuni ta' attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Dan jipprevjeni lill-investituri milli jidentifikaw faċilment bonds li r-rikavati minnhom ikunu allinjati ma', jew ikunu qed jikkontribwixxu għal objettivi ambjentali kif stabbilit fil-Ftehim ta' Pariġi.

(3) Il-bonds ambjentalment sostenibbli huma strument għall-finanzjament ta' investimenti relatati ma' teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi kif ukoll mal-infrastruttura tat-trasport u mal-infrastruttura tar-riċerka sostenibbli. L-impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji, jew is-sovrani jistgħu joħorġu dawn il-bonds. Diversi inizjattivi eżistenti għall-bonds ambjentalment sostenibbli ma jiżgurawx definizzjonijiet komuni ta' attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Dan jipprevjeni lill-investituri milli jidentifikaw faċilment bonds li r-rikavati minnhom ikunu allinjati ma', jew ikunu qed jikkontribwixxu għal objettivi ambjentali kif stabbilit fil-Ftehim ta' Pariġi u fl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Proċess trasparenti, kredibbli u effettiv ta' definizzjoni u tikkettar ta' tali bonds, ibbażat fuq kriterji tekniċi, xjentifiċi u bbażati fuq l-għarfien huwa, għalhekk, importanti biex jipprovdi lis-suq u lill-investituri b'informazzjoni solida li għandha l-għan li tiffaċilita l-flussi finanzjarji u l-investimenti, f'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku.

 

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fl-iżgurar tal-allinjament mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, u minħabba d-diverġenzi eżistenti u n-nuqqas ta' regoli komuni, huwa probabbli li l-Istati Membri jadottaw miżuri u approċċi diverġenti, li se jkollhom impatt negattiv dirett fuq, u joħolqu ostakli għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, u jkunu ta' detriment għall-emittenti ta' bonds ambjentalment sostenibbli. L-iżvilupp parallel tal-prattiki tas-suq abbażi ta' prijoritajiet xprunati kummerċjalment li jipproduċu riżultati diverġenti jikkawża frammentazzjoni tas-suq u jirriskja li jkompli jaggrava l-ineffiċjenzi fil-funzjonament tas-suq intern. Standards u prattiki tas-suq diverġenti jagħmluha diffiċli li jitqabblu bonds differenti, joħolqu kundizzjonijiet tas-suq mhux uniformi għall-emittenti, jikkawżaw ostakli addizzjonali fis-suq intern, u jirriskjaw li jfixklu d-deċiżjonijiet dwar l-investiment.

(5) Fl-iżgurar tal-allinjament mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, u minħabba d-diverġenzi eżistenti u n-nuqqas ta' regoli komuni, huwa probabbli li l-Istati Membri jadottaw miżuri u approċċi diverġenti, li se jkollhom impatt negattiv dirett fuq, u joħolqu ostakli għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, li jistgħu joħolqu inċertezzi li jistgħu jwasslu għall-greenwashing u għall-evażjoni tat-taxxa u jkunu ta' detriment għall-emittenti ta' bonds ambjentalment sostenibbli. L-iżvilupp parallel tal-prattiki tas-suq abbażi ta' prijoritajiet xprunati kummerċjalment li jipproduċu riżultati diverġenti jikkawża frammentazzjoni tas-suq u jirriskja li jkompli jaggrava l-ineffiċjenzi fil-funzjonament tas-suq intern. Standards u prattiki tas-suq diverġenti jagħmluha diffiċli li jitqabblu bonds differenti, joħolqu kundizzjonijiet tas-suq mhux uniformi għall-emittenti, jikkawżaw ostakli addizzjonali fis-suq intern, u jirriskjaw li jfixklu d-deċiżjonijiet dwar l-investiment.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) In-nuqqas ta' regoli armonizzati għall-proċeduri użati mir-rieżaminaturi esterni biex jirrieżaminaw il-bonds ambjentalment sostenibbli u d-definizzjonijiet diverġenti ta' attivitajiet ambjentalment sostenibbli jagħmluha dejjem aktar diffiċli għall-investituri biex iqabblu b'mod effettiv il-bonds fis-suq intern kollu fir-rigward tal-objettivi ambjentali tagħhom. Is-suq għall-bonds ambjentalment sostenibbli huwa internazzjonali b'mod inerenti, bil-parteċipanti fis-suq jinnegozjaw bonds u jagħmlu użu minn servizzi ta' rieżami estern minn fornituri terzi bejn il-fruntieri. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista' tnaqqas ir-riskju ta' frammentazzjoni tas-suq intern għall-bonds ambjentalment sostenibbli u għas-servizzi ta' rieżami estern relatati mal-bonds, u tiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 fis-suq għal dawn il-bonds.

(6) In-nuqqas ta' regoli armonizzati għall-proċeduri użati mir-rieżaminaturi esterni biex jirrieżaminaw il-bonds ambjentalment sostenibbli u d-definizzjonijiet diverġenti ta' attivitajiet ambjentalment sostenibbli jagħmluha dejjem aktar diffiċli għall-investituri biex iqabblu b'mod effettiv il-bonds fis-suq intern u globali kollu fir-rigward tal-objettivi ambjentali tagħhom. Is-suq għall-bonds ambjentalment sostenibbli huwa internazzjonali b'mod inerenti, bil-parteċipanti fis-suq jinnegozjaw bonds u jagħmlu użu minn servizzi ta' rieżami estern minn fornituri terzi bejn il-fruntieri. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista' mhux biss tnaqqas ir-riskju ta' frammentazzjoni tas-suq intern għall-bonds ambjentalment sostenibbli u għas-servizzi ta' rieżami estern relatati mal-bonds, u tiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 fis-suq għal dawn il-bonds, iżda wkoll tqiegħed lill-Unjoni fil-livell ta' mexxej dinji fil-finanzi sostenibbli, u b'hekk issaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-Euro.

__________________

__________________

34 Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

34 Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit sett uniformi ta' rekwiżiti speċifiċi għal bonds maħruġa minn impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji jew sovrani li volontarjament jixtiequ jużaw l-isem "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" għal dawn il-bonds. L-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti ta' kwalità għall-bonds ekoloġiċi Ewropej fil-forma ta' Regolament jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-ħruġ ta' dawn il-bonds billi tevita rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jistgħu jirriżultaw minn traspożizzjoni ta' Direttiva, u jenħtieġ li tiżgura wkoll li dawk il-kundizzjonijiet ikunu direttament applikabbli għall-emittenti ta' dawn il-bonds. L-emittenti li volontarjament jużaw l-isem "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" jenħtieġ li jsegwu l-istess regoli madwar l-Unjoni, biex tiżdied l-effiċjenza tas-suq billi jnaqqsu d-diskrepanzi u b'hekk jitnaqqsu wkoll il-kostijiet tal-valutazzjoni ta' dawk il-bonds għall-investituri.

(7) Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit sett uniformi ta' rekwiżiti speċifiċi għal bonds maħruġa minn impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji jew sovrani li volontarjament jixtiequ jużaw l-isem "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" għal dawn il-bonds, filwaqt li tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċess kollu. L-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti ta' kwalità għall-bonds ekoloġiċi Ewropej fil-forma ta' Regolament jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-ħruġ ta' dawn il-bonds billi tevita rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jistgħu jirriżultaw minn traspożizzjoni ta' Direttiva, u jenħtieġ li tiżgura wkoll li dawk il-kundizzjonijiet ikunu direttament applikabbli għall-emittenti ta' dawn il-bonds. L-emittenti li volontarjament jużaw l-isem "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" jenħtieġ li jsegwu l-istess regoli madwar l-Unjoni, biex tiżdied l-effiċjenza tas-suq billi jnaqqsu d-diskrepanzi u b'hekk jitnaqqsu wkoll il-kostijiet tal-valutazzjoni ta' dawk il-bonds għall-investituri.

 

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jaderixxu mal-istandards tal-Unjoni, inkluż fit-twettiq tal-finanzjament tal-objettivi dwar is-sostenibbiltà. Bħala parti min-Next Generation EU, il-Kummissjoni stabbiliet qafas ta' bonds ekoloġiċi bl-objettiv li tiffinanzja 30 % ta' Next Generation EU permezz ta' bonds ekoloġiċi u b'hekk timmira li trawwem is-suq tal-bonds ekoloġiċi, tixpruna emittenti oħra u tipprovdi lill-investituri b'aktar għażliet ta' diversifikazzjoni ekoloġika. Barra minn hekk, bħala emittent globali ewlieni tal-bonds ekoloġiċi, il-Bank Ewropew tal-Investiment diġà impenja ruħu li jallinja l-programm ta' bonds ekoloġiċi tiegħu mal-istandard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi. Attivitajiet bħal dawn iżidu l-kredibbiltà u t-teħid ta' bonds ekoloġiċi minn impriżi finanzjarji u mhux finanzjarji oħra jew minn sovrani, u jgħinu biex tiġi stabbilita l-aħjar prattika fil-qasam tal-ħruġ ta' bonds ekoloġiċi globalment.

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-investituri jenħtieġ li jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi evalwat l-impatt ambjentali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej, u biex jitqabblu dawn il-bonds ma' xulxin. Għal dak il-fini, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' żvelar speċifiċi u standardizzati li jipprovdu trasparenza dwar kif l-emittent ikun beħsiebu jalloka r-rikavati mill-bonds għal assi fissi, nefqiet u assi finanzjarji eliġibbli u kif dawk ir-rikavati fil-fatt ikunu ġew allokati. Din it-trasparenza tista' tinkiseb l-aħjar permezz ta' skedi informattivi dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej u rapporti tal-allokazzjoni annwali. Sabiex tissaħħaħ il-komparabbiltà tal-bonds ekoloġiċi Ewropej u sabiex tiġi ffaċilitata l-lokalizzazzjoni ta' informazzjoni rilevanti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli għall-iżvelar ta' din l-informazzjoni.

(13) L-investituri jenħtieġ li jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi evalwat l-impatt ambjentali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej, u biex jitqabblu dawn il-bonds ma' xulxin. Għal dak il-fini, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' żvelar speċifiċi u standardizzati li jipprovdu trasparenza dwar kif l-emittent ikun beħsiebu jalloka r-rikavati mill-bonds għal assi fissi, nefqiet u assi finanzjarji eliġibbli u kif dawk ir-rikavati fil-fatt ikunu ġew allokati. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq indikaturi bbażati fuq ix-xjenza, armonizzati, komparabbli u uniformi, u konsistenti ma' valutazzjoni armonizzata taċ-ċiklu tal-ħajja. Din it-trasparenza tista' tinkiseb l-aħjar permezz ta' skedi informattivi dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej u rapporti tal-allokazzjoni annwali. Sabiex tissaħħaħ il-komparabbiltà tal-bonds ekoloġiċi Ewropej u sabiex tiġi ffaċilitata l-lokalizzazzjoni ta' informazzjoni rilevanti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti qafas diġitali xieraq u mudelli għall-iżvelar ta' din l-informazzjoni, li jenħtieġ li jkunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

 

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Ir-rekwiżiti ta' żvelar jenħtieġ li jiggarantixxu standards għoljin ta' protezzjoni tal-investitur, trasparenza u komparabbiltà. Madankollu, jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti ma jirrappreżentawx piż amministrattiv u burokratiku eċċessiv għall-emittenti. Għalhekk, kemm ir-rekwiżiti kif ukoll il-mudelli jenħtieġ li jkunu legalment ċerti, aċċessibbli u jissalvagwardjaw proċessi sempliċi u effettivi biex jiggarantixxu konformità sħiħa.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-investituri jenħtieġ li jibbenefikaw minn aċċess kosteffettiv għal informazzjoni affidabbli dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej. Għalhekk, l-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jenħtieġ li jikkuntrattaw lir-rieżaminaturi esterni biex jipprovdu rieżami ta' qabel il-ħruġ tal-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej, u rieżamijiet ta' wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni annwali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej.

(14) L-investituri jenħtieġ li jibbenefikaw minn aċċess kosteffettiv għal informazzjoni affidabbli u raġonevolment dettaljata dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej. Għalhekk, l-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jenħtieġ li jikkuntrattaw lir-rieżaminaturi esterni biex jipprovdu rieżami ta' qabel il-ħruġ tal-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej, u rieżamijiet ta' wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni annwali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex tittejjeb it-trasparenza, l-emittenti jenħtieġ li jiżvelaw ukoll l-impatt ambjentali tal-bonds tagħhom permezz tal-pubblikazzjoni ta' rapporti tal-impatt, li jenħtieġ li jiġu ppubblikati mill-inqas darba matul il-ħajja tal-bond. Sabiex l-investituri jingħataw l-informazzjoni kollha rilevanti biex jivvalutaw l-impatt ambjentali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej, ir-rapporti tal-impatt jenħtieġ li jispeċifikaw b'mod ċar il-metrika, il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet applikati fil-valutazzjoni tal-impatti ambjentali. Sabiex tissaħħaħ il-komparabbiltà tal-bonds ekoloġiċi Ewropej u sabiex tiġi ffaċilitata l-lokalizzazzjoni ta' informazzjoni rilevanti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli għall-iżvelar ta' din l-informazzjoni.

(18) Sabiex tittejjeb it-trasparenza, l-emittenti jenħtieġ li jiżvelaw ukoll l-impatt ambjentali tal-bonds tagħhom permezz tal-pubblikazzjoni ta' rapporti tal-impatt, li jenħtieġ li jiġu ppubblikati kull ħames snin sal-maturità. Sabiex l-investituri jingħataw l-informazzjoni kollha rilevanti biex jivvalutaw l-impatt ambjentali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej, ir-rapporti tal-impatt jenħtieġ li jispeċifikaw b'mod ċar il-metrika, il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet applikati fil-valutazzjoni tal-impatti ambjentali. Sabiex tissaħħaħ il-komparabbiltà tal-bonds ekoloġiċi Ewropej u sabiex tiġi ffaċilitata l-lokalizzazzjoni ta' informazzjoni rilevanti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli għall-iżvelar ta' din l-informazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni tar-rapporti tal-impatt u l-investituri jiġu protetti mill-greenwashing, ir-rapporti tal-impatt jenħtieġ li jkunu soġġetti għal skrutinju minn rieżaminatur estern.

 

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-suq għall-bonds ekoloġiċi Ewropej, l-emittenti jenħtieġ li jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom dettalji dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej li dawn joħorġu. Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-informazzjoni u l-fiduċja tal-investituri, dawn għandhom jippubblikaw ukoll ir-rieżami ta' qabel il-ħruġ kif ukoll kwalunkwe rieżami ta' wara l-ħruġ.

(20) Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-suq għall-bonds ekoloġiċi Ewropej, l-emittenti jenħtieġ li jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom dettalji dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej li dawn joħorġu. Sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-informazzjoni u l-fiduċja tal-investituri, dawn għandhom jippubblikaw ukoll ir-rieżami ta' qabel il-ħruġ kif ukoll kwalunkwe rieżami ta' wara l-ħruġ. Sabiex jiġu żgurati standards għoljin ta' trasparenza, aċċessibbiltà u protezzjoni tal-investituri, dawk id-dettalji u r-rieżamijiet ta' qabel u ta' wara l-ħruġ jenħtieġ li jkunu ppubblikati b'mod aċċessibbli fuq is-siti web tal-emittenti, bi skedi ta' żmien adegwati li jippermettu lill-utent jidentifika l-bidliet sostanzjali minn rieżami għal ieħor.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tar-rieżaminaturi esterni, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jevitaw sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess u jimmaniġġaw dawk il-kunflitti b'mod adegwat meta dawn ikunu inevitabbli. Għalhekk, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jiżvelaw kunflitti ta' interess fil-ħin. Jenħtieġ li jżommu wkoll rekords tat-theddid sinifikanti kollu għall-indipendenza tagħhom, għal dik tal-impjegati tagħhom u għal dik ta' persuni oħrajn involuti fil-proċess ta' rieżami estern. Jenħtieġ li jżommu wkoll rekords tas-salvagwardji applikati biex jittaffa dak it-theddid.

(24) Sabiex tiġi żgurata l-indipendenza tar-rieżaminaturi esterni u jiġu ssalvagwardjati l-istandards għoljin ta' trasparenza u mġiba etika, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jevitaw sitwazzjonijiet ta' kunflitt ta' interess reali jew potenzjali u jimmaniġġaw dawk il-kunflitti b'mod adegwat meta dawn ikunu inevitabbli. Għalhekk, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jiżvelaw kwalunkwe kunflitt ta' interess b'mod trasparenti u fil-ħin. Jenħtieġ li jżommu wkoll rekords tat-theddid sinifikanti kollu għall-indipendenza tagħhom, għal dik tal-impjegati tagħhom u għal dik ta' persuni oħrajn involuti fil-proċess ta' rieżami estern. Jenħtieġ li jżommu wkoll rekords tas-salvagwardji applikati biex jittaffa dak it-theddid.

Ġustifikazzjoni

Biex jittieħed kont tal-lingwaġġ użat fl-Artikolu 27.

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Jeħtieġ li jiġu evitati applikazzjonijiet diverġenti ta' dan ir-Regolament mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jitnaqqsu l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet u dawk operazzjonali tar-rieżaminaturi esterni, li tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri u li tiżdied iċ-ċertezza legali. Għalhekk, huwa xieraq li l-ESMA tingħata kompetenza ġenerali għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni kontinwa ta' rieżaminaturi esterni rreġistrati fl-Unjoni. L-inkarigar tal-ESMA bir-responsabbiltà esklużiva għal dawk il-kwistjonijiet huwa mistenni li jiżgura kundizzjonijiet ekwi f'termini ta' rekwiżiti ta' reġistrazzjoni u superviżjoni kontinwa u jelimina r-riskju ta' arbitraġġ regolatorju madwar l-Istati Membri. Fl-istess ħin, din ir-responsabbiltà esklużiva mistennija tottimizza l-allokazzjoni tar-riżorsi superviżorji fil-livell tal-Unjoni, u b'hekk tagħmel lill-ESMA ċ-ċentru tal-għarfien espert u ttejjeb l-effiċjenza tas-superviżjoni.

(25) Jeħtieġ li jiġu evitati applikazzjonijiet diverġenti ta' dan ir-Regolament mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jitnaqqsu l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet u dawk operazzjonali tar-rieżaminaturi esterni, biex b'hekk jiġi faċilitat l-aċċess għall-SMEs fl-Istati Membri kollha, li tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri u li tiżdied iċ-ċertezza legali. Għalhekk, huwa xieraq li l-ESMA tingħata kompetenza ġenerali għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni kontinwa ta' rieżaminaturi esterni rreġistrati fl-Unjoni. L-inkarigar tal-ESMA bir-responsabbiltà esklużiva għal dawk il-kwistjonijiet huwa mistenni li jiżgura kundizzjonijiet ekwi f'termini ta' rekwiżiti ta' reġistrazzjoni u superviżjoni kontinwa u jelimina r-riskju ta' arbitraġġ regolatorju madwar l-Istati Membri. Fl-istess ħin, din ir-responsabbiltà esklużiva mistennija tottimizza l-allokazzjoni tar-riżorsi superviżorji fil-livell tal-Unjoni, u b'hekk tagħmel lill-ESMA ċ-ċentru tal-għarfien espert u ttejjeb l-effiċjenza tas-superviżjoni.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Sabiex jappoġġaw l-attività tal-ESMA fl-eżerċizzju tar-responsabbiltà tagħha għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni kontinwa tar-rieżaminaturi esterni rreġistrati fl-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jikkooperaw mal-ESMA b'mod leali u effettiv, b'mekkaniżmi għall-iskambju ta' informazzjoni li jiggarantixxu proċess trasparenti, kredibbli u effettiv ta' reġistrazzjoni u superviżjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-ESMA tingħata biżżejjed riżorsi.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) F'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tispeċifika l-proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti ta' penali perjodiċi, inkluż dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, il-ġbir ta' multi jew pagamenti ta' penali perjodiċi, u regoli dettaljati dwar il-perjodi ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta' penali u t-tip ta' tariffi, il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi, u l-mod li bih dawk it-tariffi għandhom jitħallsu. B'mod partikolari huwa importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet35. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess żmien bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(31) F'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tispeċifika l-proċedura għall-eżerċitar tas-setgħa li jiġu imposti multi jew pagamenti ta' penali perjodiċi, inkluż dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tad-difiża, dispożizzjonijiet temporali, il-ġbir ta' multi jew pagamenti ta' penali perjodiċi, u regoli dettaljati dwar il-perjodi ta' preskrizzjoni għall-impożizzjoni u l-infurzar ta' penali u t-tip ta' tariffi, il-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi, u l-mod li bih dawk it-tariffi għandhom jitħallsu. B'mod partikolari huwa importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b'mod trasparenti f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet35. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess żmien bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

 

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Bħala korp b'għarfien espert speċjalizzat ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-ESMA tiġi fdata bl-iżvilupp ta' abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni li ma jinvolvux għażliet ta' politika biex jitressqu quddiem il-Kummissjoni.

(32) Bħala korp b'għarfien espert speċjalizzat ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-ESMA tiġi fdata bl-iżvilupp ta' abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni li ma jinvolvux għażliet ta' politika biex jitressqu quddiem il-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jiġi infurmat b'dawk l-abbozzi ta' standards b'mod xieraq u f'waqtu sabiex jiġi ssalvagwardjat l-iskrutinju demokratiku xieraq.

 

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) L-ESMA jenħtieġ li tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni għar-reġistrazzjoni tar-rieżaminaturi esterni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(35) L-ESMA jenħtieġ li tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika l-formoli, il-mudelli u l-proċeduri standard għall-għoti tal-informazzjoni għar-reġistrazzjoni tar-rieżaminaturi esterni, li jenħtieġ li jkunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) L-objettivi ta' dan ir-Regolament jinqasmu fi tnejn. Minn naħa waħda, dan għandu l-għan li jiżgura li r-rekwiżiti uniformi japplikaw għall-użu tal-isem ta' "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB". Min-naħa l-oħra, dan għandu l-għan li jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni u qafas superviżorju sempliċi għar-rieżaminaturi esterni billi jafda awtorità superviżorja waħda bir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-rieżaminaturi esterni fl-Unjoni. Iż-żewġ għanijiet jenħtieġ li jiffaċilitaw il-ġbir tal-kapital għal proġetti li jsegwu objettivi ambjentalment sostenibbli. Billi dawk l-objettivi ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

(37) L-objettivi ta' dan ir-Regolament jinqasmu fi tnejn. Minn naħa waħda, dan għandu l-għan li jiżgura li r-rekwiżiti uniformi japplikaw għall-użu tal-isem ta' "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB". Min-naħa l-oħra, dan għandu l-għan li jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni sempliċi u qafas superviżorju ekwu u trasparenti għar-rieżaminaturi esterni billi jafda awtorità superviżorja waħda bir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-rieżaminaturi esterni fl-Unjoni. Iż-żewġ għanijiet jenħtieġ li jiffaċilitaw il-ġbir tal-kapital għal proġetti li jsegwu objettivi ambjentalment sostenibbli. Billi dawk l-objettivi ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri b'tali mod li jiġi żgurat l-aċċess ekwu għall-entitajiet kollha, iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

 

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Isem

L-isem ta' "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB"

 

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Bond ekoloġiku Ewropew jista' jiġi ffinanzjat mill-ġdid billi jinħareġ bond ekoloġiku Ewropew ġdid.

3. Bond ekoloġiku Ewropew jista' jiġi ffinanzjat mill-ġdid billi jinħareġ bond ekoloġiku Ewropew ġdid dment li fil-mument tar-rifinanzjament, l-użu tar-rikavati mill-bond iffinanzjat mill-ġdid ikun jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6.

 

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan ta' allinjament mat-tassonomija msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiddeskrivi l-azzjonijiet u n-nefqiet li jkunu meħtieġa biex attività ekonomika tissodisfa r-rekwiżiti tat-tassonomija fil-perjodu ta' żmien speċifikat.

Il-pjan ta' allinjament mat-tassonomija msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiddeskrivi fid-dettal l-azzjonijiet u n-nefqiet li jkunu meħtieġa biex attività ekonomika tissodisfa r-rekwiżiti tat-tassonomija fil-perjodu ta' żmien speċifikat.

 

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-perjodu msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu ma għandux jaqbeż il-ħames snin mill-ħruġ tal-bonds, sakemm perjodu itwal ta' mhux aktar minn għaxar snin ma jiġix iġġustifikat mill-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati kif iddokumentat fi pjan ta' allinjament mat-tassonomija.

Il-perjodu msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu ma għandux jaqbeż il-ħames snin mill-ħruġ tal-bonds, sakemm perjodu itwal ta' mhux aktar minn għaxar snin ma jiġix debitament iġġustifikat mill-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi kkonċernati kif iddokumentat fi pjan ta' allinjament mat-tassonomija.

 

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jiġu emendati wara l-ħruġ tal-bond, l-emittent għandu jalloka r-rikavat tal-bonds għall-użi msemmija fl-ewwel subparagrafu billi japplika l-atti delegati emendati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħhom.

Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jiġu emendati wara l-ħruġ tal-bond, l-emittent għandu jalloka r-rikavat tal-bonds għall-użi msemmija fl-ewwel subparagrafu billi japplika l-atti delegati emendati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħhom. Bond ma jistax iżomm l-isem tiegħu bħala bond ekoloġiku Ewropew jekk ir-rikavati ma jkunux ġew allokati għall-użi msemmija fl-ewwel subparagrafu billi jiġu applikati l-atti delegati emendati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tal-atti delegati emendati.

 

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jiġu emendati wara l-ħolqien tad-dejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-emittent għandu jalloka r-rikavat minn bonds għad-dejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu billi japplika l-atti delegati emendati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħhom.

Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jiġu emendati wara l-ħolqien tad-dejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-emittent għandu jalloka r-rikavat minn bonds għad-dejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu billi japplika l-atti delegati emendati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħhom. Bond ma jistax iżomm l-isem tiegħu bħala bond ekoloġiku Ewropew jekk ir-rikavati ma jkunux ġew allokati għad-dejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu billi jiġu applikati l-atti delegati emendati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tal-atti delegati emendati.

 

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jiżguraw li l-iskeda informattiva mimlija kollha dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej tkun ġiet soġġetta għal rieżami ta' qabel il-ħruġ b'opinjoni pożittiva minn rieżaminatur estern.

(b) jiżguraw li l-iskeda informattiva mimlija kollha dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej tkun ġiet soġġetta għal rieżami ta' qabel il-ħruġ b'opinjoni pożittiva minn rieżaminatur estern li jkun debitament irreġistrat mal-ESMA skont dan ir-Regolament.

 

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom jiksbu rieżami ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern tar-rapport tal-allokazzjoni mfassal wara l-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati mill-bond ekoloġiku Ewropew f'konformità mal-Artikoli 4 sa 7.

3. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom jiksbu rieżami ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern tar-rapport tal-allokazzjoni mfassal wara l-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati mill-bond ekoloġiku Ewropew f'konformità mal-Artikoli 4 sa 7. Dak ir-rieżaminatur estern għandu jkun irreġistrat mal-ESMA.

 

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk, wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-allokazzjoni f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 13(1), l-allokazzjoni tar-rikavati tiġi kkoreġuta, l-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej ikkonċernati għandhom jemendaw ir-rapport tal-allokazzjoni u jiksbu rieżami ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern ta' dak ir-rapport tal-allokazzjoni li jkun ġie emendat.

4. Jekk, wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-allokazzjoni f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 13(1), l-allokazzjoni tar-rikavati tiġi kkoreġuta, l-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej ikkonċernati għandhom jemendaw ir-rapport tal-allokazzjoni u jiksbu rieżami ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern ta' dak ir-rapport tal-allokazzjoni li jkun ġie emendat. Dak ir-rieżaminatur estern għandu jkun irreġistrat mal-ESMA.

 

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. B'deroga mill-paragrafu 3, kull rapport tal-allokazzjoni minn emittenti li jkunu impriżi finanzjarji li jallokaw ir-rikavati minn portafoll ta' diversi bonds ekoloġiċi Ewropej għal portafoll tal-assi finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jkun soġġett għal rieżami ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern. Ir-rieżaminatur estern għandu jagħti attenzjoni partikolari lil dawk l-assi finanzjarji li ma kienu inklużi fl-ebda rapport tal-allokazzjoni ppubblikat qabel.

5. B'deroga mill-paragrafu 3, kull rapport tal-allokazzjoni minn emittenti li jkunu impriżi finanzjarji li jallokaw ir-rikavati minn portafoll ta' diversi bonds ekoloġiċi Ewropej għal portafoll tal-assi finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jkun soġġett għal rieżami ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern. Ir-rieżaminatur estern, li għandu jkun debitament irreġistrat mal-ESMA, għandu jagħti attenzjoni partikolari lil dawk l-assi finanzjarji li ma kienu inklużi fl-ebda rapport tal-allokazzjoni ppubblikat qabel.

 

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom, wara l-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati minn dawn il-bonds u mill-inqas darba matul il-ħajja tal-bond, ifasslu rapport tal-impatt tal-bonds ekoloġiċi Ewropej dwar l-impatt ambjentali tal-użu tar-rikavati mill-bonds billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness III.

1. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom, wara l-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati minn dawn il-bonds u mill-inqas kull ħames snin sakemm il-bond jilħaq il-maturità, ifasslu rapport tal-impatt tal-bonds ekoloġiċi Ewropej dwar l-impatt ambjentali tal-użu tar-rikavati mill-bonds billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness III. Dak ir-rapport għandu jkun soġġett għal skrutinju minn rieżaminaturi esterni.

 

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Emittent li jkun sovran jista' jikseb rieżamijiet ta' qabel u ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern, jew minn awditur tal-Istat jew kwalunkwe entità pubblika oħra li tkun ingħatat il-mandat mis-sovran biex tivvaluta l-konformità ma' dan ir-Regolament.

Emittent li jkun sovran jista' jikseb rieżamijiet ta' qabel u ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern, jew minn awditur tal-Istat jew kwalunkwe entità pubblika oħra li tkun ingħatat il-mandat mis-sovran biex tivvaluta l-konformità ma' dan ir-Regolament. Għall-emittenti sovrani mhux tal-Unjoni, l-awditur tal-Istat jew entità pubblika oħra għandhom ikunu meħtieġa jirċievu approvazzjoni minn qabel mill-ESMA f'konformità mal-Kapitolu 1 tat-Titolu III.

 

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom, f'taqsima distinta intitolata "bonds ekoloġiċi Ewropej" u jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas mill-inqas sal-maturità tal-bonds ikkonċernati, dan kollu li ġej:

1. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom, f'taqsima distinta u aċċessibbli intitolata "bonds ekoloġiċi Ewropej" u jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas mill-inqas sal-maturità tal-bonds ikkonċernati, dan kollu li ġej:

 

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-istrutturi ta' governanza tal-applikant;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) il-politiki jew il-proċeduri implimentati mill-applikant biex jidentifika, jimmaniġġa u jiżvela kwalunkwe kunflitt ta' interess kif imsemmi fl-Artikolu 27;

(h) il-politiki jew il-proċeduri implimentati mill-applikant biex jidentifika u jelimina jew jimmaniġġa u jiżvela b'mod trasparenti kwalunkwe kunflitt ta' interess reali jew potenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 27;

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata konsistenza mal-Artikolu 27.

 

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) meta jkun applikabbli, dokumenti u informazzjoni relatati ma' kwalunkwe arranġament ta' esternalizzazzjoni eżistenti jew ippjanat għall-attivitajiet tar-rieżaminatur estern koperti minn dan ir-Regolament, inkluż informazzjoni dwar l-entitajiet li jassumu l-funzjonijiet ta' esternalizzazzjoni;

(i) meta jkun applikabbli, dokumenti u informazzjoni relatati ma' kwalunkwe arranġament ta' esternalizzazzjoni għall-attivitajiet tar-rieżaminatur estern koperti minn dan ir-Regolament, inkluż informazzjoni dwar l-entitajiet li jassumu l-funzjonijiet ta' esternalizzazzjoni;

 

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-applikazzjoni ma tkunx imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan u tistabbilixxi skadenza sa meta l-applikant ikollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali.

Meta l-applikazzjoni ma tkunx imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan u tistabbilixxi skadenza sa meta l-applikant ikollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali mingħajr dewmien żejjed.

 

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-applikazzjoni tkun imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan.

Meta l-applikazzjoni tkun imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan mingħajr dewmien żejjed.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ESMA għandha tinnotifika bil-miktub lil applikant dwar ir-reġistrazzjoni tiegħu bħala rieżaminatur estern, jew dwar ir-rifjut tagħha li tirreġistra applikant. Id-deċiżjoni ta' reġistrazzjoni jew ta' rifjut ta' reġistrazzjoni għandha tagħti raġunijiet u tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.

L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika bil-miktub lil applikant dwar ir-reġistrazzjoni tiegħu bħala rieżaminatur estern, jew dwar ir-rifjut tagħha li tirreġistra applikant. Id-deċiżjoni ta' reġistrazzjoni jew ta' rifjut ta' reġistrazzjoni għandha tagħti raġunijiet u tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rieżaminatur estern għandu jinnotifika lill-ESMA dwar kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni mogħtija f'konformità mal-Artikolu 15(1) jew fil-fatti li jikkonċernaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) qabel ma jiġu implimentati dawn il-bidliet

Rieżaminatur estern għandu jinnotifika lill-ESMA dwar kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni mogħtija f'konformità mal-Artikolu 15(1) jew fil-fatti li jikkonċernaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1) qabel ma jiġu implimentati dawn il-bidliet mingħajr dewmien żejjed.

 

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li l-kunflitti ta' interess jiġu identifikati, immaniġġati u żvelati kif suppost;

(c) li kwalunkwe kunflitt ta' interess reali jew potenzjali jiġi identifikat u eliminat jew immaniġġat u żvelat kif suppost u b'mod trasparenti;

 

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-rieżaminaturi esterni li jesternalizzaw l-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom lil fornituri terzi tas-servizzi għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur terz tas-servizzi bħal dan ikollu l-kapaċità li jwettaq dawk l-attivitajiet ta' valutazzjoni b'mod affidabbli u professjonali. Dawk ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw ukoll li l-esternalizzazzjoni ma tfixkilx materjalment il-kwalità tal-kontroll intern tagħhom u l-kapaċità tal-ESMA li tissorvelja l-konformità ta' dawk ir-rieżaminaturi esterni ma' dan ir-Regolament.

1. Ir-rieżaminaturi esterni li jesternalizzaw l-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom lil fornituri terzi tas-servizzi għandhom jiżguraw li kwalunkwe fornitur terz tas-servizzi bħal dan ikollu l-kapaċità li jwettaq dawk l-attivitajiet ta' valutazzjoni b'mod affidabbli u professjonali u għandhom jipprovdu lill-ESMA bir-raġunijiet għall-esternalizzazzjoni ta' dawk l-attivitajiet ta' valutazzjoni Dawk ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw ukoll li l-esternalizzazzjoni ma tfixkilx materjalment il-kwalità tal-kontroll intern tagħhom u l-kapaċità tal-ESMA li tissorvelja l-konformità ta' dawk ir-rieżaminaturi esterni ma' dan ir-Regolament.

 

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 6 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-identifikazzjoni u l-eliminazzjoni jew l-immaniġġar u l-iżvelar sussegwenti ta' kwalunkwe kunflitt ta' interess reali jew potenzjali ta' fornituri terzi tas-servizzi skont it-tifsira tal-Artikolu 27(4a);

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jidentifikaw, jeliminaw, jimmaniġġaw u jiżvelaw b'mod trasparenti kwalunkwe kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali, irrispettivament minn jekk dak il-kunflitt ta' interess jikkonċernax l-analisti jew l-impjegati tagħhom, kwalunkwe persuna li tkun kuntrattwalment relatata mar-rieżaminaturi esterni u li tkun direttament involuta fl-attivitajiet ta' valutazzjoni, jew il-persuni li japprovaw ir-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ u r-rieżamijiet ta' wara l-ħruġ.

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jidentifikaw, jeliminaw jew jimmaniġġaw u jiżvelaw b'mod trasparenti kwalunkwe kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali, irrispettivament minn jekk dak il-kunflitt ta' interess jikkonċernax l-analisti jew l-impjegati tagħhom, kwalunkwe persuna li tkun kuntrattwalment relatata mar-rieżaminaturi esterni u li tkun direttament involuta fl-attivitajiet ta' valutazzjoni, jew il-persuni li japprovaw ir-rieżamijiet ta' qabel il-ħruġ u r-rieżamijiet ta' wara l-ħruġ.

Ġustifikazzjoni

It-test tal-Kummissjoni mhuwiex ċar: il-kunflitti ta' interess li jiġu eliminati ma jistgħux sussegwentement jiġu mmaniġġati. Ir-riformulazzjoni proposta ssegwi l-formulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 462/2013 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu.

 

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-tariffi imposti mir-rieżaminaturi esterni għas-servizzi ta' valutazzjoni ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultat tar-rieżami ta' qabel jew ta' wara l-ħruġ, jew fuq kwalunkwe riżultat jew eżitu ieħor tax-xogħol imwettaq.

2. It-tariffi imposti mir-rieżaminaturi esterni għas-servizzi ta' valutazzjoni għandhom jiġu miftiehma mir-rieżaminatur u l-emittent qabel ir-rieżami u ma għandhomx jiddependu fuq ir-riżultat tar-rieżami ta' qabel jew ta' wara l-ħruġ, jew fuq kwalunkwe riżultat jew eżitu ieħor tax-xogħol imwettaq.

 

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Kunflitt ta' interess għandu jitqies li jeżisti fost l-oħrajn meta:

 

(a) ir-rieżaminatur estern ikun marbut direttament jew indirettament mal-entità rieżaminata jew parti terzi relatata permezz ta' kontroll;

 

(b) l-entità rieżaminata jew parti terza relatata jkollha ammont sinifikanti jew tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tar-rieżaminatur estern;

 

(c) ir-rieżaminatur estern ikollu interessi ta' sjieda fl-entità rieżaminata jew f'parti terza relatata; jew

 

(d) persuna msemmija fil-paragrafu 1 tkun membru tal-bord amministrattiv jew superviżorju tal-entità eżaminata jew parti terza relatata, jew inkella tkun f'pożizzjoni li teżerċita influwenza fuq l-attivitajiet kummerċjali tar-rieżaminatur estern, inkluż permezz tas-sjieda ta' ishma fl-entità rieżaminata.

 

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jippubblikaw u jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas fuq is-siti web tagħhom dan kollu li ġej:

1. Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jippubblikaw u jagħmlu disponibbli mingħajr ħlas fuq is-siti web tagħhom u fiċ-ċentru tan-negozjar rilevanti dan kollu li ġej:

 

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 9 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-ESMA tista' testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu bi 15-il jum ta' xogħol meta l-applikant ikun beħsiebu juża l-esternalizzazzjoni biex iwettaq l-attivitajiet tiegħu bħala rieżaminatur estern.

 

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 5 – subparagrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ESMA għandha tinnotifika applikant dwar jekk tkunx irrikonoxxietu jew irrifjutatu bħala rieżaminatur estern ta' pajjiż terz. Id-deċiżjoni ta' rikonoxximent jew ir-rifjut ta' rikonoxximent għandhom jagħtu raġunijiet u jidħlu fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħhom.

L-ESMA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tinnotifika applikant dwar jekk tkunx irrikonoxxietu jew irrifjutatu bħala rieżaminatur estern ta' pajjiż terz. Id-deċiżjoni ta' rikonoxximent jew ir-rifjut ta' rikonoxximent għandhom jagħtu raġunijiet u jidħlu fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħhom.

 

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-applikazzjoni tkun imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan.

Meta l-applikazzjoni tkun imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan, mingħajr dewmien żejjed.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) li jippubblikaw il-fatt li emittent tal-bonds ekoloġiċi Ewropej ikun qed jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 8 sa 13 ta' dan ir-Regolament;

(g) li jippubblikaw il-fatt li emittent tal-bonds ekoloġiċi Ewropej ikun qed jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikoli 8 sa 13 ta' dan ir-Regolament u li jirrikjedu lill-emittent jippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tiegħu u jinforma lill-investituri fil-bond dwar dak in-nuqqas ta' konformità;

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi li jkunu meħtieġa biex jaqdu dmirijiethom.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat u r-riżorsi superviżorji u investigattivi li jkunu meħtieġa biex jaqdu dmirijiethom.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 63a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 63a

 

Rieżami

 

Sa ... [tliet snin mid-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull ħames snin wara din id-data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa mill-inqas dan li ġej:

 

(a) l-adozzjoni tal-istandard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi u s-sehem mis-suq tiegħu, kemm fl-Unjoni kif ukoll fuq livell globali;

 

(b) l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli;

 

(c) il-funzjonament tas-suq tar-rieżaminaturi esterni, filwaqt li jispeċifika l-konċentrazzjoni tas-suq u l-imparzjalità tar-rieżaminaturi esterni;

 

(d) il-kapaċità tal-ESMA u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jeżerċitaw id-dmirijiet superviżorji tagħhom;

 

(e) l-adegwatezza tal-finanzjament tal-ESMA permezz ta' tariffi ta' rikonoxximent, approvazzjoni u superviżjoni;

 

(f) it-tħaddim tad-dispożizzjonijiet relatati mar-rieżaminaturi esterni ta' pajjiżi terzi stabbiliti fil-Kapitolu IV tat-Titolu III;

 

(g) kwalunkwe eżistenza kontinwa ta' greenwashing fis-suq tal-bonds sostenibbli.

 

Bħala parti mill-ewwel rapport ta' evalwazzjoni, kif previst fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandux jiġi estiż biex jinkludi bonds li r-rikavati tagħhom huma allokati għal attività ekonomika li tikkontribwixxi għal objettiv soċjali.

 

Ir-rapporti ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni jistgħu jkunu akkumpanjati, meta jkun xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Bonds ekoloġiċi Ewropej

Referenzi

COM(2021)0391 – C9-0311/2021 – 2021/0191(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.9.2021

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

13.9.2021

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

José Manuel Fernandes

16.11.2021

Eżami fil-kumitat

1.2.2022

 

 

 

Data tal-adozzjoni

16.3.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

2

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, Andor Deli, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Vlad Gheorghe, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Dimitrios Papadimoulis, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Henrike Hahn, Petros Kokkalis

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

32

+

NI

Andor Deli

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Renew

Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

S&D

Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Eero Heinäluoma, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Victor Negrescu, Nils Ušakovs

The Left

Petros Kokkalis, Dimitrios Papadimoulis

Verts/ALE

Rasmus Andresen, David Cormand, Francisco Guerreiro, Henrike Hahn

 

2

-

ID

Joachim Kuhs

NI

Lefteris Nikolaou-Alavanos

 

6

0

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Hélène Laporte

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL (18.2.2022)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej

(COM(2021)0391 – C9‑0311/2021 – 2021/0191(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bas Eickhout

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal Regolament dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej hija parti mill-aġenda usa' dwar il-finanzi sostenibbli. Skont il-Kummissjoni, l-UE se teħtieġ madwar EUR 350 biljun f'investiment addizzjonali kull sena matul dan id-deċennju biex tilħaq il-mira tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-2030 fis-sistemi tal-enerġija biss, flimkien ma' EUR 130 biljun oħra għal għanijiet ambjentali oħra. Bil-ħolqien ta' standard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi, il-Kummissjoni tfittex li tiżviluppa s-suq għal bonds ekoloġiċi ta' kwalità għolja u b'hekk tiffaċilita l-ġbir tal-kapital għal proġetti li jsegwu objettivi ambjentalment sostenibbli.

 

Ir-Regolament propost jirrikjedi li l-emittenti Ewropej tal-bonds ekoloġiċi jużaw ir-rikavati minn bonds f'konformità mat-tassonomija tal-UE għal investimenti sostenibbli. Barra minn hekk, jirrikjedi li l-emittenti jipprovdu informazzjoni u jirrapportaw dwar l-użu tar-rikavati u l-impatt tiegħu. Rieżaminaturi esterni ssorveljati mill-ESMA se jivverifikaw jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex rispettati. Filwaqt li r-rapporteurs jistennew li l-proposta tal-Kummissjoni se żżid il-kwalità u l-kredibbiltà tal-bonds ekoloġiċi bl-użu tal-istandard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi, din ma taffettwax il-bqija tas-suq tal-bonds ekoloġiċi mhux regolat tal-emittenti li jużaw prinċipji u standards tal-bonds ekoloġiċi privati​mhux vinkolanti, u lanqas bonds oħra normali mingħajr ebda asserzjoni dwar is-sostenibbiltà marbuta magħha.

 

Ir-rapporteur jinsab imħasseb li l-problema inizjali ta' nuqqas ta' komparabbiltà tal-bonds ekoloġiċi għadha mhux solvuta bi standard ġdid, purament volontarju flimkien mal-bonds ekoloġiċi eżistenti. Barra minn hekk, l-emittenti li jistgħu jipperċepixxu r-rekwiżiti tal-istandard tal-bonds ekoloġiċi tal-UE bħala stretti wisq jew ta' piż kbir wisq jistgħu jagħżlu li joħorġu bonds ekoloġiċi taħt standards inqas kredibbli, u b'hekk jonqsu milli jindirizzaw tħassib mifrux ta' "greenwashing''. Din hija r-raġuni għaliex, fid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, huwa propost li l-emittenti ta' bonds ekoloġiċi maħruġa mingħajr l-isem "Bond Ekoloġiku Ewropew" jintalbu jirrappurtaw dwar l-allinjament tat-Tassonomija tal-użu tar-rikavati u li jirrispettaw il-kriterju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" tat-tassonomija tal-UE, kif ukoll li jużaw rieżaminatur estern biex jivverifika l-informazzjoni ta' qabel u ta' wara l-ħruġ. Wara perjodu ta' tliet snin, ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-emittenti kollha ta' bonds ekoloġiċi fis-suq tal-UE għandhom jirrispettaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-istandard Ewropew għall-bonds ekoloġiċi, inkluż l-allinjament sħiħ tat-Tassonomija.

 

It-tielet, ir-rapporteur iqis li l-proposta ma tindirizzax biżżejjed l-istrateġija ambjentali usa' tal-emittenti tal-bonds ekoloġiċi. Il-kumpaniji li jixtiequ jibbenefikaw mill-benefiċċji ta' reputazzjoni u/jew finanzjarji tal-ħruġ ta' bonds ekoloġiċi, għandhom jappoġġjaw il-ħruġ tagħhom ta' bonds ekoloġiċi bi strateġiji ambjentali kredibbli u trasparenza akbar. Għalhekk ir-rapporteur jissuġġerixxi li jiżdiedu rekwiżiti aktar speċifiċi bħala parti mill-istrateġija ambjentali u r-raġunament fundamentali fl-iskeda informattiva tal-bonds ekoloġiċi Ewropej. L-emittenti għandhom jiżvelaw elementi speċifiċi tal-istrateġija ambjentali tagħhom u kif u sa liema punt il-bond ekoloġiku Ewropew iżid l-allinjament tat-Tassonomija tal-emittent.

 

Fl-aħħar nett, is-suċċess ta' dan ir-Regolament għandu jitkejjel mill-impatt ambjentali tiegħu. Għalhekk, ir-rapporteur jissuġġerixxi li tiżdied il-frekwenza tar-rapporti tal-impatt mill-emittenti u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq it-tranżizzjoni tal-ekonomija reali lejn l-objettivi ambjentali wara ħames snin.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) It-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, aktar sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ċirkolari u ġusta hija kruċjali biex jiġu żgurati l-kompetittività fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni u l-benessri tal-popli tagħha. Fl-2016, l-Unjoni kkonkludiet il-Ftehim ta' Pariġi31. Il-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta' Pariġi jistabbilixxi l-objettiv li jissaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima billi, fost affarijiet oħrajn, il-flussi tal-finanzi jsiru konsistenti ma' perkors lejn emissjonijiet tal-gassijiet serra baxxi u żvilupp reżiljenti għall-klima.

(1) It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, sostenibbli, effiċjenti fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, ċirkolari u ġusta hija kruċjali biex jiġu żgurati l-kompetittività fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni u l-benessri tal-popli tagħha. Fl-2016, l-Unjoni kkonkludiet il-Ftehim ta' Pariġi31. Il-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta' Pariġi jistabbilixxi l-objettiv li jissaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima billi, fost affarijiet oħrajn, il-flussi tal-finanzi jsiru konsistenti ma' perkors lejn emissjonijiet tal-gassijiet serra baxxi u żvilupp reżiljenti għall-klima.

__________________

__________________

31 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

31 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Pjan ta' Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew tal-14 ta' Jannar 2020 jipprevedi l-istabbiliment ta' standard għall-bonds ambjentalment sostenibbli biex ikomplu jiżdiedu l-opportunitajiet ta' investiment u tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' investimenti ambjentalment sostenibbli permezz ta' tikketta ċara. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva għal standard għall-bonds ekoloġiċi33.

(2) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Mejju 2018 dwar il-finanzi sostenibbli31a, il-Parlament Ewropew enfasizza r-regolamentazzjoni insuffiċjenti tas-suq tal-bonds ekoloġiċi u appella għal inizjattiva leġiżlattiva biex jinħoloq standard unifikat għall-ħruġ ta' bonds ekoloġiċi, li jibni fuq ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31b. Il-Pjan ta' Investiment għall-Patt Ekoloġiku Ewropew tal-14 ta' Jannar 2020 jipprevedi l-istabbiliment ta' standard għall-bonds ambjentalment sostenibbli biex ikomplu jiżdiedu l-opportunitajiet ta' investiment u tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' investimenti ambjentalment sostenibbli permezz ta' tikketta ċara. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposta leġiżlattiva għal standard għall-bonds ekoloġiċi33.

__________________

__________________

 

31a ĠU C 76, 9.3.2020, p. 23.

 

31b Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

32 COM(2020)21 final.

32 COM(2020)21 final.

33 EUCO 22/20.

33 EUCO 22/20.

Emenda  3

 

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-bonds ambjentalment sostenibbli huma wieħed mill-istrumenti ewlenin għall-finanzjament ta' investimenti relatati ma' teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi kif ukoll mal-infrastruttura tat-trasport u mal-infrastruttura tar-riċerka sostenibbli. L-impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji, jew is-sovrani jistgħu joħorġu dawn il-bonds. Diversi inizjattivi eżistenti għall-bonds ambjentalment sostenibbli ma jiżgurawx definizzjonijiet komuni ta' attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Dan jipprevjeni lill-investituri milli jidentifikaw faċilment bonds li r-rikavati minnhom ikunu allinjati ma', jew ikunu qed jikkontribwixxu għal objettivi ambjentali kif stabbilit fil-Ftehim ta' Pariġi.

(3) Kemm l-investiment privat kif ukoll dak pubbliku huma essenzjali sabiex tinkiseb it-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima. Il-bonds ambjentalment sostenibbli huma wieħed mill-istrumenti ewlenin għall-finanzjament ta' investimenti relatati ma' teknoloġiji meħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni tas-soċjetà tagħna, mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi kif ukoll mal-infrastruttura tat-trasport u tar-riċerka b'emissjonijiet żero. Madankollu, jenħtieġ li l-piż regolatorju li l-flussi ta' kapital privat jiġu direzzjonati lejn investimenti sostenibbli ma jaqax esklużivament fuq dawn il-bonds, iżda minflok għandu jiġi estiż għall-istrumenti tad-dejn kollha.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji jew l-emittenti sovrani jistgħu joħorġu bonds ambjentalment sostenibbli. Id-diversi inizjattivi eżistenti għall-bonds ambjentalment sostenibbli ma jiżgurawx definizzjonijiet komuni ta' attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Dan jipprevjeni lill-investituri milli jqabblu faċilment is-sostenibbiltà ambjentali tal-bonds u milli jidentifikaw faċilment il-bonds li r-rikavati tagħhom ikunu allinjati ma' objettivi ambjentali, jew jikkontribwixxu għalihom, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2020/852 u fil-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Regoli diverġenti dwar l-iżvelar ta' informazzjoni, dwar it-trasparenza u r-responsabbiltà ta' rieżaminaturi esterni li jirrieżaminaw bonds ambjentalment sostenibbli, u dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà għal proġetti ambjentalment sostenibbli eliġibbli, jimpedixxu l-kapaċità tal-investituri li jidentifikaw, jafdaw u jqabblu bonds ambjentalment sostenibbli, u l-kapaċità tal-emittenti li jużaw bonds ambjentalment sostenibbli biex ibiddlu l-attivitajiet tagħhom f'mudelli kummerċjali aktar sostenibbli ambjentalment.

(4) Regoli diverġenti dwar l-iżvelar ta' informazzjoni, dwar it-trasparenza u r-responsabbiltà ta' rieżaminaturi esterni li jirrieżaminaw bonds ambjentalment sostenibbli, u dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà għal proġetti ambjentalment sostenibbli eliġibbli, impedew il-kapaċità tal-investituri li jidentifikaw, jafdaw u jqabblu b'mod oġġettiv bonds ambjentalment sostenibbli, u l-kapaċità tal-emittenti li jużaw bonds ambjentalment sostenibbli biex jiffinanzjaw it-tranżizzjoni tagħhom f'mudelli kummerċjali aktar sostenibbli mil-lat ambjentali.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fl-iżgurar tal-allinjament mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, u minħabba d-diverġenzi eżistenti u n-nuqqas ta' regoli komuni, huwa probabbli li l-Istati Membri jadottaw miżuri u approċċi diverġenti, li se jkollhom impatt negattiv dirett fuq, u joħolqu ostakli għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, u jkunu ta' detriment għall-emittenti ta' bonds ambjentalment sostenibbli. L-iżvilupp parallel tal-prattiki tas-suq abbażi ta' prijoritajiet xprunati kummerċjalment li jipproduċu riżultati diverġenti jikkawża frammentazzjoni tas-suq u jirriskja li jkompli jaggrava l-ineffiċjenzi fil-funzjonament tas-suq intern. Standards u prattiki tas-suq diverġenti jagħmluha diffiċli li jitqabblu bonds differenti, joħolqu kundizzjonijiet tas-suq mhux uniformi għall-emittenti, jikkawżaw ostakli addizzjonali fis-suq intern, u jirriskjaw li jfixklu d-deċiżjonijiet dwar l-investiment.

(5) Fl-iżgurar tal-allinjament mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, sabiex jiġi żgurat li l-prattiki tan-negozju jkunu kompatibbli mat-tranżizzjoni għal ekonomija sostenibbli u l-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 °C, u minħabba d-diverġenzi eżistenti u n-nuqqas ta' regoli komuni, huwa probabbli li l-Istati Membri jadottaw miżuri u approċċi diverġenti, li se jkollhom impatt negattiv dirett fuq, u joħolqu ostakli għall-funzjonament xieraq tas-suq intern, u jkunu ta' detriment għall-emittenti ta' bonds ambjentalment sostenibbli. L-iżvilupp parallel tal-prattiki tas-suq abbażi ta' prijoritajiet xprunati kummerċjalment li jipproduċu riżultati diverġenti jikkawża frammentazzjoni tas-suq u jirriskja li jkompli jaggrava l-ineffiċjenzi fil-funzjonament tas-suq intern. Standards u prattiki tas-suq diverġenti jagħmluha diffiċli li jitqabblu bonds differenti, joħolqu kundizzjonijiet tas-suq mhux uniformi għall-emittenti, jikkawżaw ostakli addizzjonali fis-suq intern, u joħolqu riskju ta' greenwashing u distorsjoni tad-deċiżjonijiet ta' investiment.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) In-nuqqas ta' regoli armonizzati għall-proċeduri użati mir-rieżaminaturi esterni biex jirrieżaminaw il-bonds ambjentalment sostenibbli u d-definizzjonijiet diverġenti ta' attivitajiet ambjentalment sostenibbli jagħmluha dejjem aktar diffiċli għall-investituri biex iqabblu b'mod effettiv il-bonds fis-suq intern kollu fir-rigward tal-objettivi ambjentali tagħhom. Is-suq għall-bonds ambjentalment sostenibbli huwa internazzjonali b'mod inerenti, bil-parteċipanti fis-suq jinnegozjaw bonds u jagħmlu użu minn servizzi ta' rieżami estern minn fornituri terzi bejn il-fruntieri. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista' tnaqqas ir-riskju ta' frammentazzjoni tas-suq intern għall-bonds ambjentalment sostenibbli u għas-servizzi ta' rieżami estern relatati mal-bonds, u tiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 fis-suq għal dawn il-bonds.

(6) In-nuqqas ta' regoli armonizzati għall-proċeduri użati mir-rieżaminaturi esterni biex jirrieżaminaw il-bonds ambjentalment sostenibbli u d-definizzjonijiet diverġenti ta' attivitajiet ambjentalment sostenibbli jagħmluha dejjem aktar diffiċli għall-investituri biex iqabblu b'mod effettiv il-bonds fis-suq intern kollu fir-rigward tal-objettivi ambjentali tagħhom u l-impatt tagħhom fuq l-ambjent. Is-suq għall-bonds ambjentalment sostenibbli huwa internazzjonali b'mod inerenti, bil-parteċipanti fis-suq jinnegozjaw bonds u jagħmlu użu minn servizzi ta' rieżami estern minn fornituri terzi bejn il-fruntieri, inklużi dawk minn pajjiżi terzi. L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni tista' tnaqqas ir-riskju ta' frammentazzjoni tas-suq intern u dak globali għall-bonds ambjentalment sostenibbli u għas-servizzi ta' rieżami estern relatati mal-bonds, u tiżgura l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 fis-suq għal dawn il-bonds.

__________________

__________________

34 Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

34 Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

 

Emenda  8

 

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit sett uniformi ta' rekwiżiti speċifiċi għal bonds maħruġa minn impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji jew sovrani li volontarjament jixtiequ jużaw l-isem "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" għal dawn il-bonds.  L-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti ta' kwalità għall-bonds ekoloġiċi Ewropej fil-forma ta' Regolament jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-ħruġ ta' dawn il-bonds billi tevita rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jistgħu jirriżultaw minn traspożizzjoni ta' Direttiva, u jenħtieġ li tiżgura wkoll li dawk il-kundizzjonijiet ikunu direttament applikabbli għall-emittenti ta' dawn il-bonds. L-emittenti li volontarjament jużaw l-isem "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" jenħtieġ li jsegwu l-istess regoli madwar l-Unjoni, biex tiżdied l-effiċjenza tas-suq billi jnaqqsu d-diskrepanzi u b'hekk jitnaqqsu wkoll il-kostijiet tal-valutazzjoni ta' dawk il-bonds għall-investituri.

(7) Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit sett ta' rekwiżiti armonizzati għal bonds maħruġa minn impriżi finanzjarji jew mhux finanzjarji jew minn emittenti sovrani li huma kkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli, inklużi dawk li huma kkummerċjalizzati bħala "bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku". L-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti ta' kwalità għal dawk il-bonds fil-forma ta' Regolament jenħtieġ li tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-ħruġ ta' dawn il-bonds billi tevita rekwiżiti nazzjonali diverġenti li jistgħu jirriżultaw minn traspożizzjoni ta' Direttiva, u jenħtieġ li tiżgura wkoll li dawk il-kundizzjonijiet ikunu direttament applikabbli għall-emittenti ta' dawn il-bonds. L-emittenti li jużaw id-deżinjazzjoni "bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku" jenħtieġ li jsegwu l-istess regoli madwar l-Unjoni, biex tiżdied l-effiċjenza tas-suq billi jitnaqqsu d-diskrepanzi u b'hekk jitnaqqsu wkoll il-kostijiet tal-valutazzjoni ta' dawk il-bonds għall-investituri. Sabiex jinkiseb suq tal-Unjoni għall-bonds ekoloġiċi li jkun konsistenti mar-rekwiżiti ta' attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 (ir-"rekwiżiti tat-tassonomija"), u sabiex l-istandard tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku jsir l-istandard internazzjonali ta' referenza għall-bonds ekoloġiċi, jenħtieġ li, b'mod progressiv, l-istandard tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku jsir l-istandard ewlieni għall-bonds ekoloġiċi fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu tal-istandard tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku, maż-żmien, isir obbligatorju għall-emittenti kollha li jikkummerċjalizzaw il-bonds bħala ambjentalment sostenibbli fis-suq tal-Unjoni, soġġett għal valutazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni.

 

(Id-denominazzjoni "bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku" tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha se tirrikjedi bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  9

 

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) F'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/852, u sabiex l-investituri jiġu pprovduti b'definizzjonijiet ċari, kwantitattivi, dettaljati u komuni, jenħtieġ li jintużaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament sabiex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala ambjentalment sostenibbli. Ir-rikavati minn bonds li jużaw l-isem "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" jenħtieġ li jintużaw esklużivament biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li jew ikunu ambjentalment sostenibbli, u għaldaqstant ikunu allinjati mal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852, jew jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni tal-attivitajiet biex isiru ambjentalment sostenibbli. Madankollu, dawk il-bonds jistgħu jintużaw kemm biex jiffinanzjaw dawn l-attivitajiet ambjentalment sostenibbli direttament permezz tal-finanzjament ta' assi u nefqiet li jkunu relatati ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, jew indirettament permezz ta' assi finanzjarji li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kategoriji ta' nefqiet u assi li jistgħu jiġu ffinanzjati bir-rikavati minn bonds li jużaw l-isem "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB".

(8) F'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2020/852, u sabiex l-investituri jiġu pprovduti b'definizzjonijiet ċari, kwantitattivi, dettaljati u komuni, jenħtieġ li jintużaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament sabiex jiġi ddeterminat jekk attività ekonomika tikkwalifikax bħala ambjentalment sostenibbli. Ir-rikavati minn bonds li jużaw id-deżinjazzjoni "bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku" jenħtieġ li jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi ġodda li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 u għalhekk ikunu ambjentalment sostenibbli, jew biex jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni tal-attivitajiet biex ikunu jistgħu jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti u b'hekk ikunu jistgħu jsiru ambjentalment sostenibbli. Madankollu, dawk il-bonds jistgħu jintużaw kemm biex jiffinanzjaw dawn l-attivitajiet ambjentalment sostenibbli direttament permezz tal-finanzjament ta' assi u nefqiet li jkunu relatati ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, jew indirettament permezz ta' assi finanzjarji li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu speċifikati l-kategoriji ta' nefqiet u assi li jistgħu jiġu ffinanzjati bir-rikavati minn bonds li jużaw id-deżinjazzjoni "bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku".

Emenda  10

 

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Ir-rikavati mill-bonds ekoloġiċi Ewropej jenħtieġ li jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li jkollhom impatt pożittiv dejjiemi fuq l-ambjent. Dan l-impatt pożittiv dejjiemi jista' jinkiseb b'diversi modi. Peress li l-assi fissi huma assi fit-tul, l-ewwel mod huwa li jintużaw ir-rikavati minn dawn il-bonds ekoloġiċi Ewropej biex jiffinanzjaw jew jiffinanzjaw mill-ġdid assi fissi tanġibbli jew assi fissi intanġibbli li ma jkunux assi finanzjarji, dment li dawk l-assi fissi jkunu relatati ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 (ir-"rekwiżiti tat-tassonomija"). Peress li l-assi finanzjarji jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi b'impatt pożittiv dejjiemi fuq l-ambjent, it-tieni mod huwa li jintużaw dawk ir-rikavati biex jiffinanzjaw assi finanzjarji, dment li r-rikavati minn dawk l-assi finanzjarji jiġu allokati għal attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija. Peress li l-assi tal-unitajiet domestiċi jista' jkollhom ukoll impatt pożittiv fit-tul fuq l-ambjent, dawk l-assi finanzjarji jenħtieġ li jinkludu wkoll l-assi tal-unitajiet domestiċi. Peress li n-nefqa kapitali u n-nefqa operattiva magħżula jistgħu jintużaw biex jinkisbu, jittejbu, jew jinżammu assi fissi, it-tielet mod huwa li jintużaw ir-rikavati minn dawn il-bonds biex jiffinanzjaw nefqiet kapitali u operattivi li jkunu relatati ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija jew li se jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti f'perjodu raġonevolment qasir mill-ħruġ tal-bond ikkonċernat, li madankollu jista' jiġi estiż meta jkun debitament iġġustifikat mill-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi u l-investimenti kkonċernati. Għar-raġunijiet deskritti hawn fuq, in-nefqiet kapitali u operattivi jenħtieġ li jinkludu wkoll in-nefqiet tal-unitajiet domestiċi.

(9) Minkejja li s-swieq tal-bonds ekoloġiċi diġà kienu qed jiffunzjonaw qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u li għalihom jenħtieġ li jinżammu, jitrawmu u eventwalment jiġu standardizzati l-aħjar prattiki fl-istandard tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku previst f'dan ir-Regolament, ir-rikavati mill-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku jenħtieġ li jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li jkollhom impatt pożittiv dejjiemi fuq l-ambjent. Dan l-impatt pożittiv dejjiemi jista' jinkiseb b'diversi modi. Peress li l-assi fissi huma assi fit-tul, l-ewwel mod huwa li jintużaw ir-rikavati minn dawn il-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku biex jiffinanzjaw assi fissi tanġibbli jew assi fissi intanġibbli li ma jkunux assi finanzjarji, dment li dawk l-assi fissi jkunu relatati ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 (ir-"rekwiżiti tat-tassonomija"). Peress li l-assi finanzjarji jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi b'impatt pożittiv dejjiemi fuq l-ambjent, it-tieni mod huwa li jintużaw dawk ir-rikavati biex jiffinanzjaw assi finanzjarji, dment li r-rikavati minn dawk l-assi finanzjarji jiġu allokati għal attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija. Peress li l-assi tal-unitajiet domestiċi jista' jkollhom ukoll impatt pożittiv fit-tul fuq l-ambjent, dawk l-assi finanzjarji jenħtieġ li jinkludu wkoll l-assi tal-unitajiet domestiċi. Peress li n-nefqa kapitali u n-nefqa operattiva magħżula jistgħu jintużaw biex jinkisbu, jittejbu, jew jinżammu assi fissi, it-tielet mod huwa li jintużaw ir-rikavati minn dawn il-bonds biex jiffinanzjaw nefqiet kapitali u operattivi li jkunu relatati ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija jew li se jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti f'perjodu raġonevolment qasir mill-ħruġ tal-bond ikkonċernat, li madankollu jista' jiġi estiż b'perjodu massimu ta' għaxar snin meta jkun debitament iġġustifikat mill-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi u l-investimenti kkonċernati. Għar-raġunijiet deskritti hawn fuq, in-nefqiet kapitali u operattivi jenħtieġ li jinkludu wkoll in-nefqiet tal-unitajiet domestiċi.

Emenda  11

 

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Is-sovrani huma emittenti frekwenti ta' bonds ambjentalment sostenibbli u għalhekk jenħtieġ li jitħallew joħorġu wkoll "bonds ekoloġiċi Ewropej", dment li r-rikavat minn dawn il-bonds jintuża għall-finanzjament ta' assi jew nefqa li jissodisfaw it-tassonomija, jew ta' assi jew nefqa li se jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti f'perjodu raġonevolment qasir mill-ħruġ tal-bond ikkonċernat, li madankollu jista' jiġi estiż meta jkun debitament iġġustifikat mill-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi u l-investimenti kkonċernati.

(10) L-emittenti sovrani huma emittenti frekwenti ta' bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għalhekk jenħtieġ li jitħallew joħorġu wkoll bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku, dment li r-rikavati minn dawn il-bonds jintużaw għall-finanzjament ta' assi jew nefqa li jissodisfaw it-tassonomija, jew ta' assi jew nefqa li se jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti f'perjodu raġonevolment qasir mill-ħruġ tal-bond ikkonċernat, li madankollu jista' jiġi estiż meta jkun debitament iġġustifikat mill-karatteristiċi speċifiċi tal-attivitajiet ekonomiċi u l-investimenti kkonċernati kif stabbilit mill-Kummissjoni.

Emenda  12

 

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jaderixxu mal-istandards tal-Unjoni fl-ilħuq tal-objettivi ta' sostenibbiltà, inklużi dawk definiti bir-Regolament (UE) 2020/852. Għaldaqstant, jenħtieġ li jużaw l-istandard tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku għal kwalunkwe ħruġ ta' bond fejn l-użu tar-rikavati jkollu s-sostenibbiltà ambjentali bħala l-objettiv tiegħu. Bħala emittent globali ewlieni tal-bonds ekoloġiċi, il-Bank Ewropew tal-Investiment diġà impenja ruħu li jallinja l-programm ta' bonds ekoloġiċi tiegħu mal-istandard tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku. Jenħtieġ li dak l-istandard ma japplikax għal bonds ekoloġiċi li jkunu nħarġu minn istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda  13

 

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-bonds ekoloġiċi għandhom l-għan li jgħinu lill-kumpaniji fit-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà. Għalhekk, jenħtieġ li l-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku jintużaw biss minn emittenti li jkollhom perkors kredibbli biex inaqqsu l-impronta ambjentali tagħhom u biex isiru sostenibbli, b'mod partikolari billi jallinjaw il-mudell kummerċjali tagħhom ma' xenarju li jżomm it-tisħin globali taħt 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. L-emittenti jenħtieġ li jqisu wkoll dimensjonijiet oħra tas-sostenibbiltà, bħalma huma l-konvenzjonijiet u l-oqfsa internazzjonali ewlenin dwar ix-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2020/852.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-investituri jenħtieġ li jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi evalwat l-impatt ambjentali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej, u biex jitqabblu dawn il-bonds ma' xulxin. Għal dak il-fini, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' żvelar speċifiċi u standardizzati li jipprovdu trasparenza dwar kif l-emittent ikun beħsiebu jalloka r-rikavati mill-bonds għal assi fissi, nefqiet u assi finanzjarji eliġibbli u kif dawk ir-rikavati fil-fatt ikunu ġew allokati. Din it-trasparenza tista' tinkiseb l-aħjar permezz ta' skedi informattivi dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej u rapporti tal-allokazzjoni annwali. Sabiex tissaħħaħ il-komparabbiltà tal-bonds ekoloġiċi Ewropej u sabiex tiġi ffaċilitata l-lokalizzazzjoni ta' informazzjoni rilevanti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli għall-iżvelar ta' din l-informazzjoni.

(13) L-investituri jenħtieġ li jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi evalwat l-impatt ambjentali tal-bonds ikkummerċjalizzati bħala ekoloġiċi jew ambjentalment sostenibbli, inklużi l-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku, biex jiġi vvalutat l-impatt ta' dawk il-bonds fuq l-istrateġija ambjentali usa' tal-emittenti, u biex titqabbel is-sostenibbiltà ta' dawn il-bonds ma' xulxin. Għal dak il-fini, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' żvelar speċifiċi u standardizzati li jipprovdu trasparenza dwar kif l-emittent ikun beħsiebu jalloka r-rikavati mill-bonds għal assi fissi, nefqiet u assi finanzjarji eliġibbli u kif dawk ir-rikavati fil-fatt ikunu ġew allokati. Din it-trasparenza tista' tinkiseb l-aħjar permezz ta' skedi informattivi dwar il-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku u rapporti tal-allokazzjoni annwali. Sabiex tissaħħaħ il-komparabbiltà tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku u sabiex tiġi ffaċilitata l-lokalizzazzjoni ta' informazzjoni rilevanti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli għall-iżvelar ta' din l-informazzjoni.

Emenda  15

 

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Jenħtieġ li l-investituri jiġu pprovduti wkoll bl-informazzjoni meħtieġa biex jevalwaw l-impatt ambjentali ta' bonds ekoloġiċi oħra li jiġu kkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli iżda li ma jużawx id-deżinjazzjoni "bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku". Biex titrawwem il-komparabbiltà ta' dawn il-bonds fis-suq skont il-merti ambjentali, dawk li jinħarġu fis-suq intern jenħtieġ li jiżvelaw il-grad sa fejn jikkontribwixxu għal attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852. Biex jiġi evitat il-greenwashing, l-emittenti ta' dawn il-bonds jenħtieġ li jallokaw biss rikavati minn dawk il-bonds għal attivitajiet ekonomiċi li jirrispettaw il-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 u dawk l-emittenti jenħtieġ li jkunu soġġetti għal rieżamijiet ta' skedi informattivi ta' qabel il-ħruġ, rapporti tal-allokazzjoni u rapporti tal-impatt minn rieżaminaturi esterni.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-investituri jenħtieġ li jibbenefikaw minn aċċess kosteffettiv għal informazzjoni affidabbli dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej. Għalhekk, l-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jenħtieġ li jikkuntrattaw lir-rieżaminaturi esterni biex jipprovdu rieżami ta' qabel il-ħruġ tal-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej, u rieżamijiet ta' wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni annwali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej.

(14) L-investituri jenħtieġ li jibbenefikaw minn aċċess kosteffettiv għal informazzjoni affidabbli dwar il-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku. Għalhekk, l-emittenti tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku jenħtieġ li jikkuntrattaw rieżaminaturi esterni biex jipprovdu rieżami ta' qabel il-ħruġ tal-iskeda informattiva dwar il-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku, u rieżamijiet ta' wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni annwali tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku.

Emenda  17

 

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex tittejjeb it-trasparenza, l-emittenti jenħtieġ li jiżvelaw ukoll l-impatt ambjentali tal-bonds tagħhom permezz tal-pubblikazzjoni ta' rapporti tal-impatt, li jenħtieġ li jiġu ppubblikati mill-inqas darba matul il-ħajja tal-bond. Sabiex l-investituri jingħataw l-informazzjoni kollha rilevanti biex jivvalutaw l-impatt ambjentali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej, ir-rapporti tal-impatt jenħtieġ li jispeċifikaw b'mod ċar il-metrika, il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet applikati fil-valutazzjoni tal-impatti ambjentali. Sabiex tissaħħaħ il-komparabbiltà tal-bonds ekoloġiċi Ewropej u sabiex tiġi ffaċilitata l-lokalizzazzjoni ta' informazzjoni rilevanti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli għall-iżvelar ta' din l-informazzjoni.

(18) Sabiex tittejjeb it-trasparenza, l-emittenti jenħtieġ li jiżvelaw ukoll l-impatt ambjentali tal-bonds tagħhom permezz tal-pubblikazzjoni ta' rapporti tal-impatt, li jenħtieġ li jiġu ppubblikati mill-inqas darbtejn matul il-ħajja tal-bond, u darb' oħra meta jilħaq il-maturità. Sabiex l-investituri jingħataw l-informazzjoni kollha rilevanti biex jivvalutaw l-impatt ambjentali tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku, ir-rapporti tal-impatt jenħtieġ li jispeċifikaw b'mod ċar il-metrika, il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet applikati fil-valutazzjoni tal-impatti ambjentali. Sabiex tissaħħaħ il-komparabbiltà tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku u sabiex tiġi ffaċilitata l-lokalizzazzjoni ta' informazzjoni rilevanti, jeħtieġ li jiġu stabbiliti mudelli għall-iżvelar ta' din l-informazzjoni. L-informazzjoni li tinsab fir-rapporti tal-impatt jenħtieġ li tkun soġġetta għall-valutazzjoni tar-rieżaminaturi esterni.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza lejn l-investituri dwar kif jiġi vvalutat l-allinjament tar-rikavati mill-bonds mar-rekwiżiti tat-tassonomija, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jiżvelaw lill-utenti ta' rieżamijiet ta' qabel u ta' wara l-ħruġ il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet ewlenin li dawn jużaw fl-attivitajiet ta' rieżami estern tagħhom f'dettall suffiċjenti, filwaqt li jqisu debitament il-protezzjoni tad-data proprjetarja u tal-proprjetà intellettwali.

(22) Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza lejn l-investituri dwar kif jiġi vvalutat l-allinjament tar-rikavati mill-bonds mar-rekwiżiti tat-tassonomija, ir-rieżaminaturi esterni jenħtieġ li jiżvelaw lill-utenti ta' rieżamijiet ta' qabel u ta' wara l-ħruġ u ta' rapporti tal-impatt, il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet ewlenin li dawn jużaw fl-attivitajiet ta' rieżami estern tagħhom f'dettall suffiċjenti, filwaqt li jqisu debitament il-protezzjoni tad-data proprjetarja u tal-proprjetà intellettwali.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Jeħtieġ li jiġu evitati applikazzjonijiet diverġenti ta' dan ir-Regolament mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jitnaqqsu l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet u dawk operazzjonali tar-rieżaminaturi esterni, li tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri u li tiżdied iċ-ċertezza legali. Għalhekk, huwa xieraq li l-ESMA tingħata kompetenza ġenerali għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni kontinwa ta' rieżaminaturi esterni rreġistrati fl-Unjoni. L-inkarigar tal-ESMA bir-responsabbiltà esklużiva għal dawk il-kwistjonijiet huwa mistenni li jiżgura kundizzjonijiet ekwi f'termini ta' rekwiżiti ta' reġistrazzjoni u superviżjoni kontinwa u jelimina r-riskju ta' arbitraġġ regolatorju madwar l-Istati Membri. Fl-istess ħin, din ir-responsabbiltà esklużiva mistennija tottimizza l-allokazzjoni tar-riżorsi superviżorji fil-livell tal-Unjoni, u b'hekk tagħmel lill-ESMA ċ-ċentru tal-għarfien espert u ttejjeb l-effiċjenza tas-superviżjoni.

(25) Jeħtieġ li jiġu evitati applikazzjonijiet diverġenti ta' dan ir-Regolament mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Fl-istess ħin, jeħtieġ li jitnaqqsu l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet u dawk operazzjonali tar-rieżaminaturi esterni, li tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri, li tiżdied iċ-ċertezza legali, u li jiġi evitat il-ħolqien ta' strutturi tas-suq monopolistiċi peress li l-kostijiet għolja tal-ħruġ jistgħu jkunu ostakli għall-ħruġ ta' bonds ekoloġiċi. Għalhekk, huwa xieraq li l-ESMA tingħata kompetenza ġenerali għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni kontinwa ta' rieżaminaturi esterni rreġistrati fl-Unjoni. L-inkarigar tal-ESMA bir-responsabbiltà esklużiva għal dawk il-kwistjonijiet huwa mistenni li jiżgura kundizzjonijiet ekwi f'termini ta' rekwiżiti ta' reġistrazzjoni u superviżjoni kontinwa u jelimina r-riskju ta' arbitraġġ regolatorju madwar l-Istati Membri. Fl-istess ħin, din ir-responsabbiltà esklużiva mistennija tottimizza l-allokazzjoni tar-riżorsi superviżorji fil-livell tal-Unjoni, u b'hekk tagħmel lill-ESMA ċ-ċentru tal-għarfien espert u ttejjeb l-effiċjenza tas-superviżjoni.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Sabiex ir-rieżaminaturi esterni jiġu mħeġġa jipprovdu s-servizzi tagħhom lill-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jistabbilixxi reġim tranżizzjonali għall-ewwel 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(36) Sabiex ir-rieżaminaturi esterni jiġu mħeġġa jipprovdu s-servizzi tagħhom lill-emittenti tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jistabbilixxi reġim tranżizzjonali għall-ewwel 30 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Bonds sostenibbli li jkunu diġà nħarġu fid-data ta' ... [id-data ta' [id-dħul fis-seħħ][l-applikazzjoni] ta' dan ir-Regolament] mhumiex meħtieġa jikkonformaw ma' dan ir-Regolament fir-rigward tar-rekwiżiti ta' żvelar u l-użu tar-rieżaminaturi esterni.

Emenda  21

 

Proposta għal regolament

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) L-objettivi ta' dan ir-Regolament jinqasmu fi tnejn. Minn naħa waħda, dan għandu l-għan li jiżgura li r-rekwiżiti uniformi japplikaw għall-użu tal-isem ta' "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB". Min-naħa l-oħra, dan għandu l-għan li jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni u qafas superviżorju sempliċi għar-rieżaminaturi esterni billi jafda awtorità superviżorja waħda bir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-rieżaminaturi esterni fl-Unjoni. Iż-żewġ għanijiet jenħtieġ li jiffaċilitaw il-ġbir tal-kapital għal proġetti li jsegwu objettivi ambjentalment sostenibbli. Billi dawk l-objettivi ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi,

(37) L-objettivi ta' dan ir-Regolament jinqasmu fi tlieta. L-ewwel nett, dan għandu l-għan li jiżgura li japplikaw rekwiżiti regolatorji uniformi għall-użu tad-deżinjazzjoni ta' "bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku". It-tieni, jistabbilixxi rekwiżiti ta' trasparenza biex ittejjeb il-kapaċità tal-investituri li jqabblu bonds ekoloġiċi oħra, inkluż billi jqabblu l-allinjament tar-rikavati minn tali bonds mar-rekwiżiti ta' kriterji tekniċi ta' skrinjar stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2020/852, u biex jiżgura li l-ebda bond ikkummerċjalizzat bħala ekoloġiku jew ambjentalment sostenibbli ma jkun jista' jiffinanzja attivitajiet ekonomiċi li jikkawżaw ħsara sinifikanti lill-ambjent, irrispettivament mid-deżinjazzjoni ta' tali bond. Fl-aħħar nett, dan għandu l-għan li jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni u qafas superviżorju sempliċi għar-rieżaminaturi esterni billi jafda awtorità superviżorja waħda bir-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-rieżaminaturi esterni fl-Unjoni. Iż-żewġ għanijiet jenħtieġ li jiffaċilitaw il-ġbir tal-kapital għal proġetti li jsegwu objettivi ambjentalment sostenibbli, jiżguraw l-integrità tal-asserzjonijiet ambjentali magħmula minn emittenti ta' bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku, u jżidu t-trasparenza tal-prestazzjoni ambjentali ta' bonds oħra li huma kkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli. Billi dawk l-objettivi ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għall-emittenti tal-bonds li jixtiequ jużaw l-isem "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB" għall-bonds ambjentalment sostenibbli tagħhom magħmula disponibbli għall-pubbliku fl-Unjoni, u jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni u qafas superviżorju għar-rieżaminaturi esterni tal-bonds ekoloġiċi Ewropej.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti regolatorji uniformi għall-emittenti tal-bonds li jixtiequ jużaw id-deżinjazzjoni "bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku" għall-bonds ambjentalment sostenibbli tagħhom magħmula disponibbli għall-pubbliku fl-Unjoni, jistabbilixxi sistema ta' reġistrazzjoni u qafas superviżorju għar-rieżaminaturi esterni tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku, u jistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta' trasparenza għall-emittenti ta' bonds ekoloġiċi oħra li ma jużawx id-deżinjazzjoni ta' "bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku".

 

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Euratom, l-Unjoni u kwalunkwe waħda mill-aġenziji tagħhom;

(a) l-Unjoni u kwalunkwe waħda mill-aġenziji tagħha;

Emenda  24

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) "bond ekoloġiku ieħor" tfisser bond li l-emittent tiegħu jipprovdi lill-investituri impenn li r-rikavati minn dak il-bond jiġu allokati għal attività ekonomika li tikkontribwixxi għal objettiv ambjentali kif imsemmi fil-punt (17) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/2088, iżda li l-emittent tiegħu jiddeċiedi li ma jużax id-deżinjazzjoni ta' "bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku".

Emenda  25

 

Proposta għal regolament

Titolu II – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kundizzjonijiet għall-użu tal-isem "bond ekoloġiku Ewropew" jew "EuGB"

Kundizzjonijiet għall-użu tad-deżinjazzjoni ta' "bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku" u għall-użu ta' bonds ekoloġiċi oħra

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Isem

Deżinjazzjoni ta' "bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku"

Emenda  27

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu tar-rikavati msemmija fl-Artikolu 4 għandu jkun relatat ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija, jew li se jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija f'perjodu ta' żmien definit kif stabbilit fi pjan ta' allinjament mat-tassonomija.

L-użu tar-rikavati msemmija fl-Artikolu 4 għandu jkun relatat ma' attivitajiet ekonomiċi ġodda li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija, jew mat-trasformazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi eżistenti sabiex dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija f'perjodu ta' żmien definit kif stabbilit fi pjan ta' allinjament mat-tassonomija.

Emenda  28

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan ta' allinjament mat-tassonomija msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiddeskrivi l-azzjonijiet u n-nefqiet li jkunu meħtieġa biex attività ekonomika tissodisfa r-rekwiżiti tat-tassonomija fil-perjodu ta' żmien speċifikat.

Il-pjan ta' allinjament mat-tassonomija msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiddeskrivi l-azzjonijiet u n-nefqiet dettaljati li jkunu meħtieġa biex it-trasformazzjoni tal-attività ekonomika tissodisfa r-rekwiżiti tat-tassonomija fil-perjodu ta' żmien speċifikat.

Emenda  29

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 60 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-attivitajiet ekonomiċi u l-kriterji għall-kwalifikazzjoniji għall-perjodu estiż ta' għaxar snin, u billi tispeċifika l-kontenut tal-pjan ta' allinjament mat-tassonomija. L-informazzjoni użata f'dak il-pjan għandha tkun ibbażata fuq ix-xjenza u tuża valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja armonizzata.

Emenda  30

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jiġu emendati wara l-ħruġ tal-bond, l-emittent għandu jalloka r-rikavat tal-bonds għall-użi msemmija fl-ewwel subparagrafu billi japplika l-atti delegati emendati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħhom.

Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jiġu emendati wara l-ħruġ tal-bond, l-emittent għandu jalloka r-rikavat tal-bonds għall-użi msemmija fl-ewwel subparagrafu billi japplika l-atti delegati emendati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħhom. Ir-rikavati mill-bonds allokati ma għandhomx ikunu meħtieġa jiġu allokati mill-ġdid b'segwitu għal bidla fl-atti delegati.

Emenda  31

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jiġu emendati wara l-ħolqien tad-dejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-emittent għandu jalloka r-rikavat minn bonds għad-dejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu billi japplika l-atti delegati emendati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħhom.

Meta l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jiġu emendati wara l-ħolqien tad-dejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-emittent għandu jalloka r-rikavat minn bonds għad-dejn imsemmi fl-ewwel subparagrafu billi japplika l-atti delegati emendati fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tagħhom. Ir-rikavati mill-bonds allokati ma għandhomx ikunu meħtieġa jiġu allokati mill-ġdid b'segwitu għal bidla fl-atti delegati.

Emenda  32

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Ir-rekwiżiti ta' trasparenza u "la tagħmilx ħsara sinifikanti" għall-użu tar-rikavati minn bonds ekoloġiċi oħra

 

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7c, l-emittenti ta' bonds ekoloġiċi oħra għandhom jiżvelaw fl-iskedi informattivi ta' qabel il-ħruġ, fir-rapporti tal-allokazzjoni u fir-rapporti tal-impatt il-proporzjon tal-użu tar-rikavati minn dawk il-bonds li jissodisfa r-rekwiżiti tat-tassonomija.

 

2.  L-emittenti ta' bonds ekoloġiċi oħra għandhom jallokaw biss ir-rikavati minn dawk il-bonds għal attivitajiet ekonomiċi li ma jagħmlu ħsara sinifikanti lill-ebda wieħed mill-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 f'konformità mal-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament u l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2), u 15(2) ta' dak ir-Regolament. L-iskedi informattivi ta' qabel il-ħruġ u r-rapporti tal-allokazzjoni tal-bonds imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu akkumpanjati mid-dikjarazzjoni li ġejja: "L-użu tar-rikavati huwa relatat ma' attivitajiet ekonomiċi li ma jagħmlu l-ebda ħsara sinifikanti lill-ebda wieħed mill-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 f'konformità mal-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament."

 

3.  Bonds ekoloġiċi oħra għandhom ikunu soġġetti għal rieżamijiet ta' skedi informattivi ta' qabel il-ħruġ, rapporti tal-allokazzjoni u rapporti tal-impatt minn rieżaminaturi esterni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Titolu III.

Emenda  33

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Rekwiżiti fil-livell tal-entità għall-emittenti ta' bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku

 

1. Emittent ta' bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku għandu jinkludi strateġija ambjentali usa' fil-livell tal-entità, li għandha tinkludi mill-inqas miri ta' ħames snin biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-emittent bil-ħsieb li l-mudell kummerċjali tal-emittent jiġi allinjat mal-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852.

 

Dik l-istrateġija għandha, b'mod partikolari:

 

(a) tinkludi miri ta' ħames snin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fil-kamp ta' applikazzjoni 1, 2 u 3 tal-emittent bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-mudell kummerċjali tal-emittent jiġi allinjat mal-objettiv li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5° C 'il fuq mil-livelli preindustrijali;

 

(b) teskludi l-użu ta' krediti ta' kumpens għal emissjonijiet tal-karbonju bħala mod biex jintlaħqu l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-emittent;

 

(c) issostni l-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" fit-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852;

 

(d) tiġi rieżaminata minn rieżaminaturi xjentifiċi indipendenti, u ssir disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

 

2. L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi għall-istrateġiji ambjentali usa' msemmija fil-paragrafu 1.

 

L-ESMA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [XX xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

 

3. L-emittenti ta' bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku għandhom juru li qiesu dan kollu li ġej:

 

(a) l-impatti negattivi prinċipali tad-deċiżjonijiet ta' investiment fuq il-fatturi ta' sostenibbiltà;

 

(b) l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investiment;

 

(c) il-konvenzjonijiet u l-oqfsa internazzjonali ewlenin dwar ix-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2020/852.

 

4. L-emittenti ta' bonds ekoloġiċi oħra għandhom jadottaw strateġija ambjentali usa' fil-livell tal-entità kif previst fil-paragrafu 1. L-emittenti ta' tali bonds jistgħu jagħżlu li jirrapportaw dwar dik l-istrateġija bl-użu ta' standards tekniċi għajr dawk żviluppati mill-ESMA kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Emenda  34

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7c

 

Użu futur tad-denominazzjoni ta' "bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku"

 

Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-impatt tar-rekwiżit, fi żmien perijodu ta' tlieta sa ħames snin, li l-emittenti kollha ta' bonds kummerċjalizzati bħala ekoloġiċi jew ambjentalment sostenibbli magħmula disponibbli għall-investituri fl-Unjoni jużaw id-denominazzjoni ta' "bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku" u li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan it-Titolu sal-maturità tagħhom.

 

Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, takkumpanja r-rapport tagħha bi proposta leġiżlattiva li temenda dan ir-Regolament bil-ħsieb li l-emittenti kollha ta' bonds kummerċjalizzati bħala ekoloġiċi jew ambjentalment sostenibbli magħmula disponibbli għall-investituri fl-Unjoni jużaw id-denominazzjoni ta' "bond iċċertifikat tal-patt ekoloġiku" u jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan it-Titolu sal-maturità tagħhom.

Emenda  35

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7d

 

L-użu tal-istandard tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni

 

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom jużaw l-istandard tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku u japplikaw il-kriterji tal-Artikoli 4 sa 7 għal kwalunkwe ħruġ ta' bonds li jkollu s-sostenibbiltà ambjentali bħala l-objettiv tiegħu.

 

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull sena u sal-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati mill-bond ekoloġiku Ewropew ikkonċernat, l-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom ifasslu rapport tal-allokazzjoni tal-bonds ekoloġiċi Ewropej billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness II, li juri li r-rikavati minn kwalunkwe bond ekoloġiku Ewropew ikkonċernat, mid-data tal-ħruġ tiegħu u sa tmiem is-sena li r-rapport jirreferi għaliha, ikunu ġew allokati f'konformità mal-Artikoli 4 sa 7.

1. Kull sena u sal-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati mill-bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku kkonċernat jew, meta l-bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku jkun is-suġġett ta' pjan ta' allinjament tat-tassonomija kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), kull sitt xhur u sakemm l-użu tar-rikavati msemmija fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament ikun relatat ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti tat-tassonomija, l-emittenti tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku għandhom ifasslu rapport tal-allokazzjoni tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness II, li juri li r-rikavati minn kwalunkwe bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku kkonċernat, mid-data tal-ħruġ tiegħu u sa tmiem is-sena li r-rapport jirreferi għaliha, ikunu ġew allokati f'konformità mal-Artikoli 4 sa 7.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom jiksbu rieżami ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern tar-rapport tal-allokazzjoni mfassal wara l-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati mill-bond ekoloġiku Ewropew f'konformità mal-Artikoli 4 sa 7.

3. L-emittenti tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku għandhom jiksbu rieżami ta' wara l-ħruġ minn rieżaminatur estern tar-rapport tal-allokazzjoni mfassal wara l-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati mill-bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku jew, meta l-bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku jkun is-suġġett ta' pjan ta' allinjament tat-tassonomija kif imsemmi fl-Artikolu 6, kull sitt xhur u sakemm l-użu tar-rikavati msemmija fl-Artikolu 4 ikun relatat ma' attivitajiet ekonomiċi li jissodisfaw bis-sħiħ ir-rekwiżiti tat-tassonomija, f'konformità mal-Artikoli 4 sa 7. .

Emenda 38

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għandhom, wara l-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati minn dawn il-bonds u mill-inqas darba matul il-ħajja tal-bond, ifasslu rapport tal-impatt tal-bonds ekoloġiċi Ewropej dwar l-impatt ambjentali tal-użu tar-rikavati mill-bonds billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness III.

1. L-emittenti tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku għandhom, wara l-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati minn dawn il-bonds u mill-inqas darbtejn matul il-ħajja tal-bond, u mal-maturità tal-bond, ifasslu rapport tal-impatt tal-bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku dwar l-impatt ambjentali tal-użu tar-rikavati mill-bonds billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness III.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) li jissospendu offerta tal-bonds ekoloġiċi Ewropej għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jissuspettaw li kien hemm ksur tal-Artikoli 8 sa 13 ta' dan ir-Regolament;

(e) li jissospendu offerta tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku għal kemm ikun meħtieġ fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jissuspettaw li kien hemm ksur tal-Artikoli 7a sa 13 ta' dan ir-Regolament;

 

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) li jipprojbixxu jew jissospendu r-reklami jew jirrikjedu lill-emittenti tal-bonds ekoloġiċi Ewropej jew lill-intermedjarji finanzjarji kkonċernati jwaqqfu jew jissospendu r-reklami għal massimu ta' 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jemmnu li kien hemm ksur tal-Artikoli 8 sa 13 ta' dan ir-Regolament;

(f) li jipprojbixxu jew jissospendu r-reklami jew jirrikjedu lill-emittenti tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku jew lill-intermedjarji finanzjarji kkonċernati jwaqqfu jew jissospendu r-reklami għal kemm ikun hemm bżonn fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jemmnu li kien hemm ksur tal-Artikoli 7a sa 13 ta' dan ir-Regolament;

 

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) li jipprojbixxu offerta ta' bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli, inklużi bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku, fi kwalunkwe okkażjoni unika fejn kien hemm ksur tal-Artikoli 7a sa 13 ta' dan ir-Regolament;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt fb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) li jipprojbixxu r-reklami jew jirrikjedu li l-emittenti tal-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli, inklużi l-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku, jew l-intermedjarji finanzjarji kkonċernati jwaqqfu r-reklami f'kull okkażjoni unika fejn kien hemm ksur tal-Artikoli 7a sa 13 ta' dan ir-Regolament;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ksur tal-Artikoli 8 sa 13;

(a) ksur tal-Artikoli 4 sa 13, inkluż in-nuqqas li jintwera li l-attivitajiet ekonomiċi soġġetti għal pjan ta' allinjament tat-tassonomija jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tassonomija wara t-tlestija tagħhom;

Emenda  44

 

Proposta għal regolament

Artikolu 63a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 63a

 

Rieżami

 

Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta l-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

Dak ir-rapport għandu, b'mod partikolari, jevalwa:

 

(a) l-adozzjoni tal-istandard Ewropew għall-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku u s-sehem mis-suq tiegħu, kemm fl-Unjoni kif ukoll fuq livell globali;

 

(b) l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli;

 

(c) l-impatt tal-istandard tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku fuq it-tnaqqis tad-distakk annwali tal-investimenti addizzjonali meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, kif ukoll fuq ir-ridirezzjonar tal-flussi tal-kapital privat lejn is-sostenibbiltà;

 

(d) il-funzjonament tas-suq tar-rieżaminaturi esterni, li jispeċifika l-konċentrazzjoni tas-suq u l-imparzjalità tar-rieżaminaturi esterni;

 

(e) l-adegwatezza tal-finanzjament tal-ESMA permezz ta' tariffi ta' rikonoxximent, approvazzjoni u superviżjoni;

 

(f) l-adegwatezza tar-reġimi ta' pajjiżi terzi previsti fil-Kapitolu IV tat-Titolu III;

 

(g) il-kredibbiltà tal-asserzjonijiet dwar ambjentali fis-suq tal-bonds sostenibbli;

 

Ir-rapport sussegwenti għall-estensjoni tar-Regolament (UE) 2020/852 għal objettivi oħra ta' sostenibbiltà kif imsemmi fl-Artikolu 26(2) ta' dak ir-Regolament għandu jivvaluta wkoll il-possibbiltà li l-istandard tal-bonds ċertifikati fl-ambitu tal-patt ekoloġiku jiġi estiż għal dawk l-objettivi l-oħra ta' sostenibbiltà.

 

Ir-rapporti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu akkumpanjati, meta jkun xieraq, minn proposti leġiżlattivi biex dan ir-Regolament jiġi emendat.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

 

Emenda  45

 

Proposta għal regolament

Anness 1 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Strateġija ambjentali u raġuni fundamentali

3. Strateġija u raġunament rigward l-ambjent, is-sostenibbiltà, ir-riskji għad-drittijiet tal-bniedem u l-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa

 

 [Divulgazzjoni tal-istrateġija ambjentali usa' msemmija fl-Artikolu 7b(1), bl-użu tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 7b(2)]

 

 [Dimostrazzjoni tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u tar-rispett għall-konvenzjonijiet u l-oqfsa internazzjonali ewlenin dwar ix-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 7b(3)]

 [Informazzjoni dwar kif il-bond jallinja ruħu mal-istrateġija ambjentali usa' tal-mittent]

 [Informazzjoni dwar kif u sa liema punt il-bond jallinja ruħu mal-istrateġija ambjentali usa' tal-emittent, u dwar kif u sa liema punt il-ħruġ tal-bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku huwa maħsub biex iżid il-proporzjon tan-nefqa kapitali tal-emittent u n-nefqa operattiva relatata ma' attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont ir-Regolament (UE) 2020/852, u tal-fatturat tiegħu derivat minnhom]

[L-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament 2020/852 segwiti mill-bond]

[L-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament 2020/852 segwiti mill-bond]

Emenda  46

 

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4 – punt 4.3 – paragrafu 2 – inċiż 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 Għal proġetti li huma soġġetti għal pjan ta' allinjament tat-tassonomija: lista dettaljata ta' azzjonijiet u nefqiet meħtieġa għat-trasformazzjoni ta' dik l-attività ekonomika sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti tat-tassonomija f'perjodu speċifikat ta' żmien li ma jaqbiżx il-ħames snin, jew f'każijiet ġustifikati fi żmien massimu ta' għaxar snin.

Emenda  47

 

Proposta għal regolament

Anness 2 – punt 3 – punt A – inċiż 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 Għal assi li huma kkonċernati minn pjan ta' allinjament mat-tassonomija: il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan matul il-perjodu ta' rapportar, u d-data stmata tat-tlestija;

 Għal assi li huma kkonċernati minn pjan ta' allinjament mat-tassonomija: il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan matul il-perjodu ta' rapportar, kif ukoll l-azzjonijiet pendenti u d-data stmata tat-tlestija tagħhom;

Emenda  48

 

Proposta għal regolament

Anness 3 – punt 2 – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 [Informazzjoni dwar kif il-bond jallinja ruħu mal-istrateġija ambjentali usa' tal-mittent kif stabbilit fl-iskeda informattiva]

 [Informazzjoni dwar kif il-bond jallinja ruħu mal-istrateġija ambjentali usa' tal-emittent kif stabbilit fl-iskeda informattiva, b'mod partikolari:

 

(a) sa liema punt il-bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku żied il-proporzjon tan-nefqa kapitali tal-emittent u n-nefqa operattiva relatata ma' attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont ir-Regolament (UE) 2020/852, u tal-fatturat tiegħu derivat minnhom;

 

(b) sa liema punt il-ħruġ tal-bond ċertifikat fl-ambitu tal-patt ekoloġiku ikkontribwixxa għall-miri ambjentali fil-livell ta' entità tal-emittent, b'mod partikolari l-miri ta' ħames snin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-kamp ta' applikazzjoni 1, 2 u 3 tal-emittent bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-mudell kummerċjali tal-emittent jiġi allinjat mal-objettiv li t-tisħin globali jiġi limitat għal 1,5° C 'il fuq mil-livelli preindustrijali.]

Emenda  49

 

Proposta għal regolament

Anness 3 – punt 3 – inċiż 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 Għal assi li huma kkonċernati minn pjan ta' allinjament tat-tassonomija: konferma tal-konformità mar-rekwiżiti tat-tassonomija wara t-tlestija

 

 



PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Bonds ekoloġiċi Ewropej

Referenzi

COM(2021)0391 – C9-0311/2021 – 2021/0191(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.9.2021

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.9.2021

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Bas Eickhout

21.9.2021

Eżami fil-kumitat

16.12.2021

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.2.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

67

18

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mathilde Androuët, Nikos Androulakis, Bartosz Arłukowicz, Margrete Auken, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Traian Băsescu, Aurélia Beigneux, Monika Beňová, Hildegard Bentele, Sergio Berlato, Alexander Bernhuber, Malin Björk, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Pascal Canfin, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Nathalie Colin-Oesterlé, Esther de Lange, Christian Doleschal, Marco Dreosto, Bas Eickhout, Cyrus Engerer, Eleonora Evi, Agnès Evren, Pietro Fiocchi, Raffaele Fitto, Malte Gallée, Catherine Griset, Jytte Guteland, Teuvo Hakkarainen, Martin Hojsík, Jan Huitema, Yannick Jadot, Adam Jarubas, Petros Kokkalis, Athanasios Konstantinou, Ewa Kopacz, Joanna Kopcińska, Peter Liese, Sylvia Limmer, Javi López, César Luena, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Joëlle Mélin, Tilly Metz, Silvia Modig, Dolors Montserrat, Alessandra Moretti, Dan-Ştefan Motreanu, Ville Niinistö, Ljudmila Novak, Grace O’Sullivan, Jutta Paulus, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Nicola Procaccini, Luisa Regimenti, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Sándor Rónai, Rob Rooken, Silvia Sardone, Christine Schneider, Günther Sidl, Ivan Vilibor Sinčić, Linea Søgaard-Lidell, Maria Spyraki, Nils Torvalds, Edina Tóth, Véronique Trillet-Lenoir, Petar Vitanov, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Pernille Weiss, Michal Wiezik, Tiemo Wölken, Anna Zalewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Deparnay‑Grunenberg, Karin Karlsbro, Billy Kelleher, João Pimenta Lopes, Róża Thun und Hohenstein, Idoia Villanueva Ruiz

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

67

+

NI

Ivan Vilibor Sinčić

PPE

Bartosz Arłukowicz, Traian Băsescu, Hildegard Bentele, Alexander Bernhuber, Nathalie Colin-Oesterlé, Christian Doleschal, Agnès Evren, Adam Jarubas, Ewa Kopacz, Esther de Lange, Peter Liese, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Dolors Montserrat, Dan-Ştefan Motreanu, Ljudmila Novak, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Luisa Regimenti, Christine Schneider, Maria Spyraki, Pernille Weiss

Renew

Pascal Canfin, Martin Hojsík, Jan Huitema, Karin Karlsbro, Billy Kelleher, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Linea Søgaard-Lidell, Róża Thun und Hohenstein, Nils Torvalds, Véronique Trillet-Lenoir, Michal Wiezik

S&D

Nikos Androulakis, Marek Paweł Balt, Monika Beňová, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Cyrus Engerer, Jytte Guteland, Javi López, César Luena, Alessandra Moretti, Sándor Rónai, Günther Sidl, Petar Vitanov, Tiemo Wölken

The Left

Malin Björk, Petros Kokkalis, Silvia Modig, Idoia Villanueva Ruiz, Mick Wallace

Verts/ALE

Margrete Auken, Anna Deparnay-Grunenberg, Bas Eickhout, Eleonora Evi, Malte Gallée, Yannick Jadot, Tilly Metz, Ville Niinistö, Grace O'Sullivan, Jutta Paulus

 

18

-

ECR

Sergio Berlato, Pietro Fiocchi, Raffaele Fitto, Joanna Kopcińska, Nicola Procaccini, Rob Rooken, Alexandr Vondra, Anna Zalewska

ID

Mathilde Androuët, Simona Baldassarre, Aurélia Beigneux, Marco Dreosto, Catherine Griset, Teuvo Hakkarainen, Sylvia Limmer, Joëlle Mélin, Silvia Sardone

The Left

João Pimenta Lopes

 

2

0

NI

Athanasios Konstantinou, Edina Tóth

 

It-tifsira tas-simboli:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjonijiet

 

 

 


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Bonds ekoloġiċi Ewropej

Referenzi

COM(2021)0391 – C9-0311/2021 – 2021/0191(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.7.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

13.9.2021

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

13.9.2021

ENVI

13.9.2021

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Paul Tang

1.9.2021

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.10.2021

13.1.2022

28.2.2022

 

Data tal-adozzjoni

16.5.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

12

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Gerolf Annemans, Gunnar Beck, Marek Belka, Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Gilles Boyer, Carlo Calenda, Engin Eroglu, Markus Ferber, Jonás Fernández, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Luis Garicano, Valentino Grant, Claude Gruffat, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Michiel Hoogeveen, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, France Jamet, Othmar Karas, Billy Kelleher, Ioannis Lagos, Aurore Lalucq, Aušra Maldeikienė, Pedro Marques, Costas Mavrides, Csaba Molnár, Siegfried Mureşan, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Piernicola Pedicini, Lídia Pereira, Kira Marie Peter-Hansen, Sirpa Pietikäinen, Dragoş Pîslaru, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Dorien Rookmaker, Alfred Sant, Joachim Schuster, Ralf Seekatz, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli, Ernest Urtasun, Inese Vaidere, Johan Van Overtveldt, Stéphanie Yon-Courtin, Marco Zanni, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bas Eickhout, Christophe Hansen, Georgios Kyrtsos, Andżelika Anna Możdżanowska

Data tat-tressiq

20.5.2022

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

44

+

NI

Enikő Győri

PPE

Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Markus Ferber, Frances Fitzgerald, José Manuel García-Margallo y Marfil, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Aušra Maldeikienė, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Lídia Pereira, Sirpa Pietikäinen, Ralf Seekatz, Inese Vaidere

Renew

Gilles Boyer, Carlo Calenda, Luis Garicano, Billy Kelleher, Georgios Kyrtsos, Caroline Nagtegaal, Dragoş Pîslaru, Stéphanie Yon-Courtin

S&D

Marek Belka, Jonás Fernández, Eero Heinäluoma, Aurore Lalucq, Pedro Marques, Costas Mavrides, Csaba Molnár, Evelyn Regner, Alfred Sant, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli

Verts/ALE

Rasmus Andresen, Bas Eickhout, Claude Gruffat, Stasys Jakeliūnas, Piernicola Pedicini, Kira Marie Peter-Hansen, Ernest Urtasun

 

12

-

ECR

Michiel Hoogeveen, Andżelika Anna Możdżanowska, Dorien Rookmaker, Johan Van Overtveldt, Roberts Zīle

ID

Gerolf Annemans, Gunnar Beck, France Jamet

NI

Ioannis Lagos, Lefteris Nikolaou-Alavanos

Renew

Engin Eroglu

The Left

José Gusmão

 

3

0

ID

Valentino Grant, Antonio Maria Rinaldi, Marco Zanni

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Ġunju 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza