RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi
24.5.2022 - (COM(2021)0555 – C9‑0321/2021 – 2021/0200(COD)) - ***I
Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Jessica Polfjärd
- ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
- PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI
- PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi
(COM(2021)0555 – C9‑0321/2021 – 2021/0200(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0555),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0321/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta' Diċembru 2021[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' xxx[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0163/2022),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 ("il-Ftehim ta' Pariġi"). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, u li jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. |
(1) Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 ("il-Ftehim ta' Pariġi"). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, u li jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, filwaqt li jkunu ggwidati, fost l-oħrajn, mill-prinċipji ta' ekwità u ta' responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u l-kapaċitajiet rispettivi. Bl-adozzjoni tal-Patt Klimatiku ta' Glasgow f'Novembru 2021, il-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi rrikonoxxew li ż-żamma taż-żieda fit-temperatura medja globali għal 1,5 °C tnaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima, u impenjaw ruħhom li jsaħħu l-miri tagħhom għall-2030 sat-tmiem tal-2022. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) Il-ħtieġa ta' azzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet qed issir dejjem aktar urġenti, kif imsemmi mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) fl-aktar rapporti reċenti tiegħu tas-7 ta' Awwissu 2021 bit-titolu "Climate Change 2021: The Physical Science Basis" (It-Tibdil fil-Klima 2021: Il-Bażi tax-Xjenza Fiżika) u tat-28 ta' Frar 2022 bit-titolu "Climate Change 2022: Impacts, Adaptation and Vulnerability" (It-Tibdil fil-Klima 2022: Impatti, Adattament u Vulnerabbiltà). L-IPCC iddikjara, b'livell għoli ħafna ta' kunfidenza, li t-tibdil fil-klima huwa theddida għall-benesseri tal-bniedem u s-saħħa tal-pjaneta u li kwalunkwe dewmien ulterjuri f'azzjoni antiċipatorja u miftiehma fil-livell globali dwar l-adattament u l-mitigazzjoni se jtellef tieqa ta' opportunità qasira u li qed tingħalaq malajr biex jiġi żgurat futur vijabbli u sostenibbli għal kulħadd. L-IPCC jipprovdi stimi ġodda tal-possibbiltajiet li jinqabeż il-livell ta' tisħin globali ta' 1,5 °C fid-deċennji li ġejjin u jsib li, sakemm ma jkunx hemm tnaqqis immedjat, rapidu u fuq skala kbira fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, il-limitazzjoni tat-tisħin globali għal qrib 1,5 °C jew saħansitra 2 °C mhux se tintlaħaq. Għalhekk, l-Unjoni jenħtieġ li tindirizza dik l-urġenza billi żżid l-isforzi tagħha u tistabbilixxi ruħha bħala mexxej internazzjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew31 jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Dan għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u li ħadd ma jitħalla jibqa' lura. |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew31 jipprovdi punt tat-tluq għall-ilħuq tal-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31a. Huwa jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva. Għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lill-ġeneri kollha b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità, il-persuni li jsofru minn faqar enerġetiku jew tat-trasport, u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. It-tranżizzjoni taffettwa wkoll lill-Istati Membri u lir-reġjuni b'mod differenti. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u li ħadd ma jitħalla jibqa' lura. |
__________________ |
__________________ |
31 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11 ta' Diċembru 2019. |
31 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11 ta' Diċembru 2019. |
|
31a Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Sabiex tkun soċjalment aċċettabbli, l-ambizzjoni klimatika stabbilita f'dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn ambizzjoni soċjali ekwivalenti. Iż-żieda fil-livell ta' ambizzjoni timplika bidliet sostanzjali fis-setturi affettwati li jista' jkollhom impatti soċjali u fuq ix-xogħol. Il-miri riveduti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jeħtieġ li jkunu akkumpanjati minn miżuri finanzjarji u ta' politika suffiċjenti biex ikun garantit li dawk il-miri jkunu jistgħu jintlaħqu b'mod soċjalment ġust. Il-miżuri jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, it-twettiq ta' valutazzjonijiet tal-impatt fuq l-impjieg li jevalwaw l-impatt fuq l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol kemm fil-livell nazzjonali u kemm dak reġjonali, kif ukoll l-allokazzjoni ta' riżorsi nazzjonali u tal-Unjoni biex jiġu ffinanzjati miżuri ta' adattament soċjali u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ vokazzjonali u l-protezzjoni soċjali u biex jiġi żgurat negozjar kollettiv effettiv. Huwa importanti wkoll li jkun hemm konsultazzjoni f'waqtha u involviment effettiv tas-sħab soċjali nazzjonali fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' miżuri nazzjonali li jimplimentaw dan ir-Regolament. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) It-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-Unjoni kompatibbli mal-mira tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 jista' jkollha wkoll impatt partikolari fuq ċerti setturi ekonomiċi, speċjalment l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju vulnerabbli f'dawk is-setturi. Meta jiġi implimentat dan ir-Regolament, huwa importanti li l-Istati Membri joħolqu ambjent abilitanti għal dawk l-intrapriżi biex jersqu lejn prattiki li jinvolvu inqas emissjonijiet ta' gassijiet serra u li gradwalment ma jinvolvu l-ebda emissjoni. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 3c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3c) Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent u l-Forum Globali tal-OECD dwar l-Ambjent ikkonkludew li l-bidliet ambjentali għandhom impatt speċifiku għall-ġeneri. Ir-rwoli differenzjati skont il-ġeneru jirriżultaw ukoll f'vulnerabbiltajiet differenzjati għall-ġeneri kollha fir-rigward tal-effetti tat-tibdil fil-klima, u l-impatti tat-tibdil fil-klima jiggravaw l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima"), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. |
(4) Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima"), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Barra minn hekk, jistabbilixxi li, meta tiġi implimentata l-mira, għandha tingħata prijorità lit-tnaqqis rapidu u prevedibbli tal-emissjonijiet u, fl-istess ħin, għandhom jissaħħu l-assorbimenti permezz tal-bjar naturali. Il-kontribut tal-assorbimenti netti għall-mira tal-2030 huwa limitat għal 225 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2, filwaqt li l-bqija tal-mira trid tintlaħaq permezz ta' tnaqqis dirett fl-emissjonijiet. |
__________________ |
__________________ |
32 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |

Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Sabiex jiġu implimentati dawk l-impenji kif ukoll il-kontributi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi33 adottat fil-qafas tal-UNFCCC, jenħtieġ li jiġi adattat il-qafas regolatorju tal-Unjoni biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
(5) Sabiex jiġu implimentati dawk l-impenji kif ukoll il-kontributi tal-Unjoni determinati fil-livell nazzjonali skont il-Ftehim ta' Pariġi33 adottat fil-qafas tal-UNFCCC, jenħtieġ li jiġi adattat il-qafas regolatorju tal-Unjoni biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
__________________ |
__________________ |
33 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4). |
33 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4). |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Filwaqt li l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet se japplika wkoll għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq u marittimu kif ukoll mill-bini, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 se jinżamm. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/842 se jkompli japplika għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra min-navigazzjoni domestika, iżda mhux għal dawk min-navigazzjoni internazzjonali. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 li għandhom jitqiesu għall-kontrolli tal-konformità, se jkomplu jiġu ddeterminati mat-tlestija tar-rieżamijiet tal-inventarju f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
(7) Filwaqt li l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet se japplika wkoll għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq u marittimu kif ukoll mill-bini, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 se jinżamm. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/842 se jkompli japplika għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra min-navigazzjoni domestika, iżda mhux għal dawk min-navigazzjoni internazzjonali. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 li għandhom jitqiesu għall-kontrolli tal-konformità, se jkomplu jiġu ddeterminati mat-tlestija tar-rieżamijiet tal-inventarju f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. Madankollu, l-emissjonijiet ta' xi setturi f'dawn l-aħħar snin żdiedu jew baqgħu stabbli. |
__________________ |
__________________ |
34 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1). |

Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew semma li l-mira tal-2030 se titwettaq b'mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffettiv possibbli, li l-Istati Membri kollha se jipparteċipaw f'dan l-isforz, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta' ġustizzja u solidarjetà u ħadd ma jitħalla jibqa' lura, u li l-mira l-ġdida għall-2030 jeħtieġ li tinkiseb b'mod li tiġi ppreservata l-kompetittività tal-Unjoni u li jitqiesu l-punti tat-tluq differenti tal-Istati Membri u ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi u l-potenzjal għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, inklużi dawk tal-Istati Membri gżejjer u tal-gżejjer, kif ukoll l-isforzi li saru. |
(9) Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew semma li l-mira tal-2030 se titwettaq b'mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffettiv possibbli, li l-Istati Membri kollha se jipparteċipaw f'dan l-isforz, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta' ġustizzja u solidarjetà u ħadd ma jitħalla jibqa' lura, u li l-mira l-ġdida għall-2030 jeħtieġ li tinkiseb b'mod li tiġi ppreservata l-kompetittività tal-Unjoni u li jitqiesu l-punti tat-tluq differenti tal-Istati Membri, it-tnaqqis diġà miksub tal-emissjonijiet u ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi u l-potenzjal għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, inklużi dawk tal-Istati Membri gżejjer u tal-gżejjer, kif ukoll l-isforzi li saru. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Lil hinn mill-2030, huwa meħtieġ li, sa mhux aktar tard mill-2050, l-Unjoni kif ukoll kull Stat Membru jilħqu l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-Unjoni kollha bil-għan li jilħqu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem. Ir-Regolament (UE) 2018/842 jenħtieġ li jiżgura li l-Istati Membri kollha jitqiegħdu fuq it-trajettorji tal-emissjonijiet, u jadottaw politiki konkreti fit-tul, li jwasslu għal dak l-objettiv. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Sabiex tintlaħaq il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'55 %, is-setturi koperti mir-Regolament (UE) 2018/842 se jkollhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'mod progressiv sakemm jilħqu -40 % fl-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-2005. |
(10) Sabiex jiġu implimentati l-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi u tintlaħaq il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'mill-inqas 55 %, is-setturi kollha koperti mir-Regolament (UE) 2018/842 se jkollhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'mod progressiv sakemm jilħqu -40 % fl-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-2005. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Għal dak il-għan, il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2030 trid tiġi riveduta għal kull Stat Membru. Ir-reviżjoni tal-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jenħtieġ li tuża l-istess metodoloġija li ġiet segwita meta r-Regolament (UE) 2018/842 ġie adottat għall-ewwel darba, fejn il-kontributi nazzjonali ġew iddeterminati b'kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet differenti u tal-opportunitajiet ta' kosteffiċjenza fl-Istati Membri sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta u bbilanċjata tal-isforz. Għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet massimi ta' gassijiet serra ta' kull Stat Membru fl-2030 jiġu ddeterminati b'rabta mal-livell rieżaminat tiegħu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2005 kopert b'dan ir-Regolament, minbarra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet li kienu qegħdin jaħdmu fl-2005 u li ġew inklużi fl-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet wara l-2005. |
(11) Għal dak il-għan, il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2030 trid tiġi riveduta għal kull Stat Membru. Ir-reviżjoni tal-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tuża l-istess metodoloġija li ġiet segwita meta r-Regolament (UE) 2018/842 ġie adottat għall-ewwel darba, fejn il-kontributi nazzjonali ġew iddeterminati b'kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet differenti u tal-opportunitajiet ta' kosteffiċjenza fl-Istati Membri sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta u bbilanċjata tal-isforz. Madankollu, id-distribuzzjoni tal-miri tal-Istati Membri ma tikkonverġix, u dan jenħtieġ li jitqies meta jiġi evalwat kif il-miri nazzjonali jikkontribwixxu għall-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 b'mod kosteffettiv u ġust. Għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet massimi ta' gassijiet serra ta' kull Stat Membru fl-2030 jiġu ddeterminati b'rabta mal-livell rieżaminat tiegħu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2005 kopert b'dan ir-Regolament, minbarra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet li kienu qegħdin jaħdmu fl-2005 u li ġew inklużi fl-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet wara l-2005. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11a) Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2020 dwar strateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan enfasizzat li l-metan huwa gass serra qawwi, issuperat biss mid-diossidu tal-karbonju fil-kontribut ġenerali tiegħu għat-tibdil fil-klima. Fuq livell molekulari, il-metan huwa aktar qawwi mid-diossidu tal-karbonju. Għalkemm il-metan jibqa' fl-atmosfera għal żmien iqsar mid-diossidu tal-karbonju, għandu effett sinifikanti fuq il-klima. F'Settembru 2021, l-Unjoni u l-Istati Uniti ħabbru l-Wegħda Globali b'rabta mal-Metan, u minn dak iż-żmien issieħbu magħha total ta' aktar minn 100 pajjiż. Il-firmatarji tal-wegħda qed ifittxu li sal-2030 jilħqu l-għan kollettiv li jnaqqsu l-emissjonijiet globali tal-metan b'mill-inqas 30 % mil-livelli tal-2020 u jtejbu l-istandards tar-rapportar. Il-metan, l-ossidu nitruż u l-hekk imsejħa gassijiet fluworinati jirrappreżentaw aktar minn 20 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Minħabba dawk l-impenji u n-natura qasira ta' ħafna minn dawk il-gassijiet serra, huwa xieraq li tiġi stabbilita mira waħda jew iżjed tal-Unjoni għall-emissjonijiet kollha ta' gassijiet serra mhux tas-CO2 fis-setturi kollha. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-ekonomija tal-Unjoni u l-livell tal-emissjonijiet tagħha sa punt li għadu ma jistax jiġi kkwantifikat bis-sħiħ. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni qed tuża l-akbar pakkett ta' stimolu li qatt kellha, li wkoll qed ikollu impatt potenzjali fuq il-livell tal-emissjonijiet. Minħabba dawk l-inċertezzi, huwa xieraq li d-data dwar l-emissjonijiet tiġi rieżaminata fl-2025 u, jekk ikun meħtieġ, li l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet jiġu aġġustati mill-ġdid. |
(13) Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-ekonomija tal-Unjoni u l-livell tal-emissjonijiet tagħha sa punt li għadu ma jistax jiġi kkwantifikat bis-sħiħ. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni qed tuża l-akbar pakkett ta' stimolu li qatt kellha bil-għan li tiżgura rkupru ekoloġiku filwaqt li jkollha wkoll impatt potenzjali fuq il-livell tal-emissjonijiet. Huwa xieraq li jinżamm perkors regolatorju stabbli, prevedibbli u ambizzjuż għall-emissjonijiet matul id-deċennju li ninsabu fih sabiex jiġu żgurati kemm it-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet kif ukoll is-sigurtà tal-ippjanar. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Għalhekk huwa xieraq li fl-2025 jiġu aġġornati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal bejn l-2026 u l-2030. Dan jenħtieġ li jkun ibbażat fuq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali mwettqa mill-Kummissjoni sabiex tiġi ddeterminata l-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' kull Stat Membru matul is-snin 2021, 2022 u 2023. |
imħassar |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 14a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) F'konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119, jenħtieġ li tingħata prijorità lit-tnaqqis tal-emissjonijiet diretti, li se jkollu jiġi kkomplementat minn żieda fl-assorbimenti tas-CO2 sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika. Ir-Regolament (UE) 2021/1119 jirrikonoxxi li l-bjar tal-karbonju jinkludu soluzzjonijiet naturali u teknoloġiċi. Ir-rwol tas-soluzzjonijiet teknoloġiċi għat-tneħħija tal-karbonju ġie indirizzat ukoll f'diversi rapporti tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari fil-kontribut tal-Grupp ta' Ħidma III għas-Sitt Rapport ta' Valutazzjoni. Huwa importanti li tiġi stabbilita skema tal-Unjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-assorbimenti tal-karbonju maħżun b'mod sikur u permanenti permezz ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi, li toffri ċarezza għall-Istati Membri u għall-operaturi tas-suq biex itejbu tali assorbimenti. Meta tali skema ta' ċertifikazzjoni tkun fis-seħħ, tista' ssir analiżi dwar il-kontabbiltà ta' tali assorbimenti skont il-liġi tal-Unjoni, inkluż jekk il-kontabbiltà ta' tali assorbimenti taffettwax l-emissjonijiet koperti mir-Regolament (UE) 2018/842, b'rispett sħiħ tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119. Tali assorbimenti huma addizzjonali u ma jikkumpensawx għat-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet f'konformità mal-miri klimatiċi tal-Unjoni stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Skont ir-Regolament (UE) 2018/842, il-kanċellazzjoni ta' kwantità limitata ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-skema tal-UE għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet tista' titqies għall-konformità ta' xi Stati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Minħabba l-istruttura partikolari tal-ekonomija ta' Malta, il-mira ta' tnaqqis nazzjonali ta' dak l-Istat Membru abbażi tal-Prodott Domestiku Gross per capita hija ferm ogħla mill-potenzjal ta' tnaqqis fil-kost-effikaċja tagħha, huwa xieraq għalhekk li l-aċċess ta' Malta għal dik il-flessibbiltà jiżdied, mingħajr ma tiġi kompromessa l-mira tal-2030 tal-Unjoni dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet. |
(15) Skont ir-Regolament (UE) 2018/842, il-kanċellazzjoni ta' kwantità limitata ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-skema tal-UE għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet tista' titqies għall-konformità ta' xi Stati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Minħabba l-istruttura partikolari tal-ekonomija ta' Malta, il-mira ta' tnaqqis nazzjonali ta' dak l-Istat Membru abbażi tal-Prodott Domestiku Gross per capita hija ferm ogħla mill-potenzjal ta' tnaqqis fil-kost-effikaċja tagħha, huwa xieraq għalhekk li l-aċċess ta' Malta għal dik il-flessibbiltà jiżdied, mingħajr ma tiġi kompromessa l-mira tal-2030 tal-Unjoni dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet. L-Istati Membri li huma intitolati għal din il-flessibbiltà iżda li ma għamlux użu minnha fil-kuntest tal-2019 tar-Regolament (UE) 218/842 jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jirrevedu dik id-deċiżjoni biex iqisu l-miri nazzjonali ta' tnaqqis li għadhom kif ġew proposti. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ ukoll li jitħallew jirrevedu l-perċentwali notifikati tagħhom aktar ta' sikwit. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 16a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Sabiex tiġi żgurata u inċentivata l-konformità mill-Istati Membri fir-rigward tal-kontributi minimi tagħhom għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 kif emendat, jenħtieġ li l-azzjonijiet korrettivi jissaħħu u jiġu konnessi aktar mill-qrib mal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. Jekk Stat Membru jaqbeż l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu matul sentejn suċċessivi, dak l-Istat Membru jenħtieġ li jirrevedi l-pjan nazzjonali integrat tiegħu għall-enerġija u l-klima ppreżentat lilu f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999, filwaqt li jagħti lill-pubbliku possibbiltà li jipparteċipa fil-proċess. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 16b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16b) L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma partijiet għall-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali ("il-Konvenzjoni ta' Aarhus")1a . L-iskrutinju pubbliku u l-aċċess għall-ġustizzja huma parti essenzjali mill-valuri demokratiċi tal-Unjoni u għodda biex jiġi ssalvagwardjat l-istat tad-dritt. Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2020 dwar it-titjib tal-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fl-UE u fl-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-aċċess għall-ġustizzja ma huwiex garantit fl-Istati Membri kollha u talbet lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew jintroduċu aċċess espliċitu għad-dispożizzjonijiet tal-ġustizzja fil-leġiżlazzjoni settorjali. Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita dispożizzjoni li tiżgura l-aċċess tal-pubbliku għall-ġustizzja għall-azzjonijiet li jimplimentaw ir-Regolament (UE) 2018/842 kif emendat. |
|
__________________ |
|
1a ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 16c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16c) Sabiex jintlaħqu l-objettivi skont ir-Regolament (UE) 2018/842 kif emendat u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk skont ir-Regolament (UE) 2021/1119, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jagħmlu użu mix-xjenza l-aktar reċenti huma u jimplimentaw il-politiki. Il-parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, stabbilit bl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119, jenħtieġ li jitqies kif xieraq fl-intier ta' dan ir-Regolament (UE) 2018/842 kif emendat. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) L-istabbiliment ta' miri aktar ambizzjużi skont ir-Regolament (UE) 2018/841 se jnaqqas il-kapaċità tal-Istati Membri li jiġġeneraw assorbimenti netti li jistgħu jintużaw għall-konformità skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Barra minn hekk, il-qasma tal-użu tal-flessibbiltà tal-LULUCF f'żewġ perjodi ta' żmien separati, se tkompli tillimita d-disponibbiltà tal-assorbimenti netti għall-fini ta' konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. B'riżultat ta' dan, xi Stati Membri jistgħu jiffaċċjaw sfidi biex jilħqu l-miri tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842, filwaqt li xi Stati Membri, l-istess jew oħrajn, jistgħu jiġġeneraw assorbimenti netti li ma jistgħux jintużaw għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. Sakemm l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119 jiġu ssodisfati, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitu massimu tal-kontribut tal-assorbimenti netti, huwa xieraq li jinħoloq mekkaniżmu volontarju ġdid, fl-għamla ta' riżerva addizzjonali, li jgħin lill-Istati Membri jaderixxu mal-obbligi tagħhom. |
imħassar |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) Minħabba d-dimensjoni fit-tul tal-protezzjoni effettiva tal-klima f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119 u l-impenn tal-Unjoni għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, iċ-ċarezza dwar il-perkorsi tat-tnaqqis individwali fit-tul tal-Istati Membri lil hinn mill-2030 tippermetti ppjanar tal-politika aktar preċiż. Għalhekk huwa xieraq li jiġi inkluż proċess li jistabbilixxi perkorsi nazzjonali ta' tnaqqis għal kull Stat Membru għan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (UE) 2018/842
Titolu
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(-1) It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 |
"Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 u lil hinn li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013" |
Ġustifikazzjoni
It-titolu għandu jikkomunika b'mod ċar li dan ir-Regolament ma jkoprix biss iż-żmien sal-2030 iżda jmur lil hinn minnu.
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Fl-Artikolu 1, "30 %" huwa sostitwit b'"40 %"; |
(1) L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
|
"Dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-kontributi minimi tagħhom għall-perjodu mill-2021 sal-2030 biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li fl-2030 l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha jitnaqqsu b'40 % taħt il-livelli tal-2005 fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament. Jikkontribwixxi għall-mira fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, bil-għan li jintlaħqu emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem. B'hekk jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1119 u tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri biex jonoraw il-kontributi minimi tagħhom u jwitti t-triq biex jiġu stabbiliti l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni għal wara l-2030 fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament." |
(32018R0842)
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Fl-Artikolu 2, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
|
"1a. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, jistgħu jitqiesu li għandhom emissjonijiet żero biss il-bijofjuwils, il-bijolikwidi, u l-fjuwils tal-bijomassa li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Jekk is-sehem ta' bijofjuwils u ta' bijolikwidi, kif ukoll is-sehem ta' fjuwils tal-bijomassa kkunsmati fit-trasport, li jkunu prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf, ikun ogħla mis-sehem massimu stabbilit fl-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2018/2001, dawk il-fjuwils u l-likwidi ma għandhomx jibqgħu jitqiesu li għandhom emissjonijiet żero għall-fini ta' dan ir-Regolament. Sa Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda r-regoli li jikkonċernaw id-determinazzjoni u r-rekwiżiti tar-rapportar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra minquxa fir-Regolament (UE) 2018/1999 skont dan l-Artikolu." |
|
_________ |
|
1a Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82). |
Ġustifikazzjoni
Għal kull unità ta' enerġija, l-installazzjonijiet li jaħarqu l-bijomassa jarmu aktar diossidu tal-karbonju mill-ekwivalenti tagħhom ta' fjuwils fossili. Meta l-emissjonijiet diretti u indiretti jingħaddu flimkien, xi bijofjuwils jirriżultaw f'emissjonijiet ta' aktar diossidu tal-karbonju mill-kontropartijiet fossili tagħhom. Għalhekk, dawn it-teknoloġiji ma għandhomx jingħataw klassifikazzjoni żero.
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4 – paragrafi 2 u 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Fl-Artikolu 4, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej: |
(3) Fl-Artikolu 4, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej: |
"2. Skont il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' dan ir-Regolament u l-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) tiegħu u filwaqt li jqis kwalunkwe tnaqqis li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu: |

(a) fis-snin 2021 u 2022, ma jaqbżux il-limitu definit minn trajettorja lineari, li tibda mill-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda jew minn ħamsa minn kull tnax tad-distanza mill-2019 sal-2020 jew fl-2020, skont liema tkun l-inqas allokazzjoni għal dak l-Istat Membru; |

(b) ma jaqbżux, fis-snin 2023, 2024 u 2025, il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda fl-2022 fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal dak l-Istat Membru, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal dik is-sena, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(b) ma jaqbżux, fis-snin 2023 sa 2030, il-limitu definit minn trajettorja lineari għall-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal dik is-sena, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda jew minn ħamsa minn kull tnax tad-distanza mill-2019 sal-2020 jew fl-2020, skont liema tkun l-inqas allokazzjoni għal dak l-Istat Membru; |
(c) fis-snin mill-2026 sal-2030, ma jaqbżux il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda fl-2024, bħala medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul is-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
imħassar |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-snin mill-2021 sal-2030 f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 f'konformità mat-trajettorji lineari stabbiliti fil-paragrafu 2. |
3. Il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-snin mill-2021 sal-2030 f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 f'konformità mat-trajettorji lineari stabbiliti fil-paragrafu 2. |
Għas-snin 2021 u 2022, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi ta' rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u tindika l-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2005 ta' kull Stat Membru użati biex jiġu ddeterminati dawk l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet. |

Għas-snin 2023, 2024 u 2025, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta' kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u l-valuri rieżaminati tad-data tal-inventarju nazzjonali għas-snin 2016, 2017 u 2018 imsemmija fit-tieni subparagrafu. |
Għas-snin 2023 sa 2030, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta' kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u l-valuri rieżaminati tad-data tal-inventarju nazzjonali għas-snin 2016, 2017 u 2018 imsemmija fit-tieni subparagrafu. |
Għas-snin 2026 sa 2030, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta' kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u abbażi ta' rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar reċenti għas-snin 2021, 2022 u 2023 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999. |
imħassar |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
5a. "L-azzjonijiet meħuda biex jiġu limitati l-emissjonijiet ta' gassijiet serra kif stabbilit fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu implimentati f'konformità ma' tranżizzjoni ġusta u ekwa għal kulħadd. Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida komuni li jidentifikaw metodi li jappoġġaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dik it-tranżizzjoni ġusta u ekwa għal kulħadd." |
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 4a |
|
Kontribut minimu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mhux tas-CO2 għall-2030 |
|
1. Sa Lulju 2023, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tistabbilixxi mira waħda jew aktar għall-Unjoni kollha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux tas-CO2 koperti mill-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament sal-2030. Il-mira jew il-miri għandhom jiġu allinjati mat-tnaqqis stmat tal-emissjonijiet meħtieġ biex tintlaħaq il-mira stabbilita fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1119 u għandhom jiġu proposti wara konsultazzjoni mill-qrib mal-Bord Xjentifiku Konsultattiv dwar it-Tibdil fil-Klima. |
|
2. Sal-31 ta' Lulju 2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta t-tnaqqis tal-emissjonijiet mhux tas-CO2 fl-Unjoni kollha ppjanat u implimentat skont il-liġijiet u l-politiki rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali, inklużi l-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima integrati skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-Politika Agrikola Komuni bi qbil mar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Meta l-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva bi qbil mal-paragrafu 1 u tivvaluta li t-tnaqqis fl-emissjonijiet mhux tas-CO2 mhuwiex mistenni li jilħaq il-mira jew il-miri msemmija f'dak il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet għal miżuri ta' mitigazzjoni addizzjonali u l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjonijiet xierqa. |
|
3. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi, fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew fil-valutazzjoni annwali tagħha skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999, li l-Unjoni mhijiex qed tagħmel biżżejjed progress biex tilħaq il-kontribut minimu tal-emissjonijiet fir-rigward tal-emissjonijiet mhux tas-CO2 skont l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposti leġiżlattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jistgħu jinkludu miri settorjali jew miżuri speċifiċi għas-settur, jew it-tnejn, għal dak il-għan." |
|
___________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1). |
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 5 – paragrafi 1 u 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3c) Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej: |
1. Fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, Stat Membru jista' jissellef kwantità li ma taqbiżx l-10 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti. |
“1. Fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2029, Stat Membru jista' jissellef kwantità li ma taqbiżx il-5 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti. |
2. Fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2029, Stat Membru jista' jissellef kwantità li ma taqbiżx il-5 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti. |
imħassar |
(32018R0842)
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3d (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt a
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3d) Fl-Artikolu 5(3), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(a) ffir-rigward tas-sena 2021, ifaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin sussegwenti sal-2030; u |
"(a) fir-rigward tas-sena 2021, ifaddal il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa livell ta' 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin sussegwenti sal-2025; u" |
(32018R0842)
Emenda 32
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3e (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt (b)
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3e) Fl-Artikolu 5(3), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej: |
(b) fir-rigward tas-snin mill-2022 sal-2029, ifaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa mhux aktar mil-livell ta' 30 % tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa dik is-sena għas-snin sussegwenti sal-2030. |
(b) fir-rigward tas-snin mill-2022 sal-2024, ifaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa mhux aktar mil-livell ta' 10 % tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa dik is-sena għas-snin sussegwenti sal-2025. |
(32018R0842)
Emenda 33
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3f (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3f) Fl-Artikolu 5(3), jiżdied il-punt li ġej: |
|
‘(ba) fir-rigward tas-snin 2026 sa 2029, ifaddal il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa mhux aktar mil-livell ta' 10 % tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa dik is-sena għas-snin sussegwenti sal-2030." |
Emenda 34
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3g (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 5 – paragrafu 4
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3g) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
4. Stat Membru jista' jittrasferixxi sa mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, u sa mhux aktar minn 10 % fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2030. L-Istat Membru riċeventi jista' juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030. |
‘4. Stat Membru jista' jittrasferixxi sa mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025. L-Istat Membru riċeventi jista' juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2025. |
|
Fir-rigward tas-snin 2021 sa 2025, Stat Membru jista' jittrasferixxi sa 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista' juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030. |
|
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda bi qbil ma' dan il-paragrafu, u l-prezz ta' trasferiment għal kull tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2. |
(32018R0842)
Emenda 35
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3h (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 5 – paragrafu 6
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3h) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul iġġenerat permezz ta' trasferimenti ta' allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5 biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu. |
L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul iġġenerat permezz ta' trasferimenti ta' allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5 biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu u għandhom jippubblikaw tali informazzjoni f'forma faċilment aċċessibbli. Stat Membru li jittrasferixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet lil Stat Membru ieħor għandu jippubblika r-rekord tat-trasferiment u jippubblika r-remunerazzjoni li jkun irċieva għal dawk l-allokazzjonijiet. |
(32018R0842)
Emenda 36
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3i (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3i) Fl-Artikolu 6(3), is-subparagrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
L-Istati Membri elenkati fl-Anness II jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu 'l isfel il-perċentwal notifikat darba fl-2024 u darba fl-2027. F'tali każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan sal-31 ta' Diċembru 2024 jew sal-31 ta' Diċembru 2027, rispettivament. |
L-Istati Membri elenkati fl-Anness II jistgħu jiddeċiedu li jirrevedu d-deċiżjoni ta' notifika tagħhom sal-2023 u li jirrevedu 'l isfel il-perċentwal notifikat darba fl-2024 u darba fl-2027. F'tali każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan sal-31 ta' Diċembru 2023, sal-31 ta' Diċembru 2024 jew sal-31 ta' Diċembru 2027, rispettivament. |
(32018R0842)
Emenda 37
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 8
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5a) L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Azzjoni korrettiva |
Azzjoni korrettiva |
1. Jekk il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni annwali tagħha ssib skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u waqt li tqis l-użu maħsub tal-flessibbiltajiet imsemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' dan ir-Regolament, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta' azzjoni korrettiva lill-Kummissjoni li jinkludi: |
‘1. Jekk il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni annwali tagħha ssib skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1999 u waqt li tqis l-użu maħsub tal-flessibbiltajiet imsemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' dan ir-Regolament, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta' azzjoni korrettiva lill-Kummissjoni li jinkludi: |
|
(-a) spjegazzjoni dettaljata li tidentifika r-raġunijiet għaliex l-Istat Membru qed jonqos milli jagħmel progress suffiċjenti għall-issodisfar tal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament; |
|
(-ab) l-ammont totali ta' finanzjament mill-Unjoni li l-Istat Membru jkun irċieva għall-infiq u l-investimenti relatati mal-klima u t-tranżizzjoni ekoloġika, kif l-użu ta' dawn il-fondi jkun ikkontribwixxa għall-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4, u kif beħsiebu juża tali finanzjament għall-għan li jissodisfa dawn l-obbligi; |
(a) azzjonijiet addizzjonali li l-Istat Membru għandu jimplimenta sabiex iwettaq l-obbligi speċifiċi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni; |

(b) skeda stretta ta' implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni. |
(b) skeda stretta ta' implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni; meta Stat Membru jkun stabbilixxa korp konsultattiv nazzjonali dwar il-klima, huwa għandu jfittex il-parir ta' dan il-korp biex jidentifika l-azzjonijiet meħtieġa; |
|
(ba) dikjarazzjoni tal-kwantità ta' tnaqqis addizzjonali ta' emissjonijiet li l-Istati Membri jistmaw li ser tinkiseb b'dawk il-politiki u l-metodu użat biex jiġi stmat dak it-tnaqqis addizzjonali ta' emissjonijiet; |
|
(bb) kif il-pjan ta' azzjoni korrettiva se jsaħħaħ il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima tal-Istat Membru adottat skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. |
|
1a. Jekk Stat Membru jaqbeż l-allokazzjoni annwali tiegħu tal-emissjonijiet f'sentejn konsekuttivi jew aktar, huwa għandu jwettaq rieżami tal-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima tiegħu u tal-istrateġija fit-tul tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. L-Istat Membru għandu jlesti dak ir-rieżami fi żmien 6 xhur. Il-Kummissjoni għandha toħroġ rakkomandazzjonijiet li jidentifikaw kif għandu jiġi rivedut il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima jew l-istrateġija nazzjonali fit-tul, jew it-tnejn li huma. L-Istat Membru għandu jinnotifika l-pjanijiet riveduti lill-Kummissjoni flimkien ma' dikjarazzjoni li tistabbilixxi kif ir-reviżjonijiet proposti se jirrimedjaw in-nuqqas ta' konformità mal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu u kif dan ikun wieġeb għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, fejn ikun rilevanti. Jekk il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima jew l-istrateġija nazzjonali fit-tul jibqgħu sostanzjalment l-istess, l-Istat Membru għandu jippubblika spjegazzjoni li tistabbilixxi r-raġunament tiegħu. |
2. Skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tivvaluta kwalunkwe pjan ta' azzjoni korrettiva. |
2. Skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u l-Bord Konsultattiv Xjentifiku dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tivvaluta kwalunkwe pjan ta' azzjoni korrettiva. |
3. Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar kemm huma b'saħħithom il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva ppreżentati f'konformità mal-paragrafu 1 u f'dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba' xhur mill-wasla ta' dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa u jista' jirrevedi l-pjan tiegħu skont dan. |
3. Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar kemm huma b'saħħithom il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva ppreżentati f'konformità mal-paragrafu 1 u f'dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba' xhur mill-wasla ta' dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa u għandu jirrevedi l-pjan ta' azzjoni korrettiva tiegħu. Jekk Stat Membru kkonċernat ma jindirizzax ir-rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kummissjoni. |
|
3a. Il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva u l-opinjonijiet tal-Kummissjoni kif ukoll tweġibiet u ġustifikazzjonijiet irċevuti mingħand l-Istati Membri msemmija fil-paragrafi 1, 1a u 3 għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku. |
|
3b. Meta jaġġornaw il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima tagħhom skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999, l-Istati Membri għandhom jagħmlu referenzi għall-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva tagħhom skont il-paragrafi 1 u 1a, u kwalunkwe opinjoni maħruġa mill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu, kif meħtieġ." |
(32018R0842)
Emenda 38
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 9 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Jekk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-perjodu mill-2021 sal-2025 imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841 jaqbżu l-assorbimenti tiegħu, kif iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament, l-Amministratur Ċentrali għandu jnaqqas mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' dak l-Istat Membru ammont ugwali għal dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra żejda f'tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 għas-snin rilevanti. |
"2. Jekk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru jew fil-perjodu mill-2021 sal-2025 jew fil-perjodu mill-2026 sal-2030 imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841 jaqbżu l-assorbimenti tiegħu, kif iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament, l-Amministratur Ċentrali għandu jnaqqas mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' dak l-Istat Membru ammont ugwali għal dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra żejda f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 għas-snin rilevanti.". |
(32018R0842)
Emenda 39
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 11a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
imħassar |
Artikolu 11a |
|
Riżerva addizzjonali |
|
1. Jekk, sal-2030, l-Unjoni tkun naqqset l-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra b'mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 f'konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, u wara li jitqies il-limitu massimu tal-kontribut tal-assorbimenti netti, għandha tiġi stabbilita riżerva addizzjonali fir-Reġistru tal-Unjoni. |
|
2. L-Istati Membri li jiddeċiedu li la jikkontribwixxu u lanqas jibbenefikaw mir-riżerva addizzjonali għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni tagħhom lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. |
|
3. Ir-riżerva addizzjonali għandha tikkonsisti fl-assorbimenti netti li l-Istati Membri parteċipanti jkunu ġġeneraw fil-perjodu 2026 sal-2030 li jaqbżu l-miri rispettivi tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/841, wara t-tnaqqis tat-tnejn li ġejjin: |
|
(a) kwalunkwe flessibbiltà użata skont l-Artikoli 11 sa 13b tar-Regolament (UE) 2018/841; |
|
(b) il-kwantitajiet meqjusa għall-konformità skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament. |
|
4. Jekk tiġi stabbilita riżerva addizzjonali skont il-paragrafu 1, Stat Membru parteċipanti jista' jibbenefika minnha jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
|
(a) l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu fil-perjodu mill-2026 sal-2030; |
|
(b) l-Istat Membru jkun eżawrixxa l-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 5(2) u (3); |
|
(c) l-Istat Membru jkun għamel l-użu massimu possibbli mill-assorbimenti netti f'konformità mal-Artikolu 7, anke jekk dik il-kwantità ma tilħaqx il-livell stabbilit fl-Anness III; u |
|
(d) l-Istat Membru ma jkun għamel l-ebda trasferiment nett lejn Stati Membri oħra skont tal-Artikolu 5. |
|
5. Jekk Stat Membru jissodisfa l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4, dan għandu jirċievi kwantità addizzjonali mir-riżerva addizzjonali sa mhux aktar min-nuqqas tiegħu li trid tintuża għall-konformità skont l-Artikolu 9. |
|
Jekk il-kwantità kollettiva riżultanti li jirċievu l-Istati Membri kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu taqbeż il-kwantità allokata lir-riżerva addizzjonali skont l-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-kwantità li trid tiġi rċevuta minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri għandha titnaqqas fuq bażi pro rata. |
|
_________ |
|
** Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |
|
Emenda 40
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 15
|
||
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
|
(7a) L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
|
Rieżami |
Rieżami |
|
1. Dan ir-Regolament għandu jinżamm taħt eżami filwaqt li titqies fost l-oħrajn l-evoluzzjoni taċ-ċirkostanzi nazzjonali, tal-modi li bihom is-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-iżviluppi internazzjonali, u tal-isforzi mwettqa għall-kisba tal-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi. |
‘1. Dan ir-Regolament għandu jinżamm taħt eżami filwaqt li titqies fost l-oħrajn l-evoluzzjoni taċ-ċirkostanzi nazzjonali, tal-modi li bihom is-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-iżviluppi internazzjonali, u tal-isforzi mwettqa għall-kisba tal-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi u r-Regolament (UE) 2021/1119. |
|
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien sitt xhur minn kull analiżi globali maqbula skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi, dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, inkluż il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda għall-allokazzjonijiet, kif ukoll dwar il-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-mira globali ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 tal-Unjoni u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa ta' politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni minħabba t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra meħtieġ mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, inkluż qafas għal wara l-2030, u tista' tagħmel proposti jekk xieraq. |
|
|
Dawk ir-rapporti għandhom iqisu l-istrateġiji mħejjija skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-formulazzjoni ta' strateġija fit-tul tal-Unjoni." |
Dawk ir-rapporti għandhom iqisu l-istrateġiji mħejjija skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1999 bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-formulazzjoni ta' strateġija fit-tul tal-Unjoni." |
|
(32018R0842)
Emenda 41
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 15a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7b) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 15a |
|
Allinjament mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni u tal-Istati Membri |
|
1. Permezz tal-adozzjoni tal-att leġiżlattiv li jistabbilixxi l-mira klimatika tal-Unjoni għall-2040 skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jistabbilixxi: |
|
(a) l-adegwatezza tal-miri nazzjonali attwali skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-kontribut tagħhom biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 skont ir-Regolament (UE) 2021/1119 b'mod kosteffettiv u ġust; |
|
(b) perkors ta' tnaqqis għal kull Stat Membru tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra koperti minn dan ir-Regolament li jkun kompatibbli mal-objettiv tan-newtralità klimatika għal kull Stat Membru sa mhux aktar tard mill-2050. |
|
2. Fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti biex tillimita l-emissjonijiet ta' gassijiet serra għas-setturi koperti minn dan ir-Regolament. Dawk il-proposti għandhom jiżguraw id-distribuzzjoni kosteffettiva u ġusta tal-isforzi ta' tnaqqis mal-Unjoni kollha abbażi tal-perkorsi ta' tnaqqis imsemmija fil-paragrafu 1, punt (b)." |
Emenda 42
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7c (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 15b (ġdid)
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(7c) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 15b |
|
Aċċess għall-ġustizzja |
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f'konformità mas-sistema legali nazzjonali tagħhom, il-membri tal-pubbliku kkonċernati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, inklużi persuni fiżiċi jew legali jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, ikollhom aċċess għal proċedura ta' rieżami quddiem qorti tal-liġi jew korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti u l-ommissjonijiet: |
|
(a) li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi legali previsti fl-Artikoli 4 sa 8 ta' dan ir-Regolament; jew |
|
(b) li jkunu soġġetti għall-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1999. |
|
Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, att jew ommissjoni li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi legali li jinħolqu skont l-Artikoli 4 jew 8 jinkludu att jew ommissjoni fir-rigward ta' politika jew miżura adottata għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dawk l-obbligi, fejn dik il-politika jew miżura tonqos milli tagħmel kontribut suffiċjenti għal tali implimentazzjoni. |
|
2. Il-membri tal-pubbliku kkonċernati għandhom jitqiesu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 meta: |
|
(a) ikollhom interess suffiċjenti; jew |
|
(b) isostnu t-tfixkil ta' dritt, meta l-liġi proċedurali amministrattiva tal-Istat Membri tkun tirrikjedi dan bħala prekundizzjoni. |
|
Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri b'mod konsistenti mal-objettiv li jingħata aċċess wiesa' għall-ġustizzja lill-membri tal-pubbliku kkonċernati u f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus. Għal dan il-għan, l-interess ta' kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent u li tissodisfa kwalunkwe rekwiżit skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies li għandha interess suffiċjenti għall-finijiet ta' dan il-paragrafu. |
|
3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta' rikors għal proċedura ta' rieżami preliminari quddiem awtorità amministrattiva u lanqas ma għandhom jaffettwaw ir-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri ta' rieżami amministrattiv qabel ir-rikors għal proċeduri ta' rieżami ġudizzjarju, meta jkun jeżisti tali rekwiżit skont il-liġi nazzjonali. Kwalunkwe proċedura bħal din għandha tkun ġusta, ekwa, f'waqtha u ma tiswiex flus tant li tkun projbittiva. |
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li informazzjoni prattika dwar l-aċċess għall-proċeduri ta' rieżami amministrattivi u ġudizzjarji ssir faċilment disponibbli għall-pubbliku." |
(32018R0842)
Emenda 43
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7d (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 16a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7d) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: |
|
"Artikolu 16a |
|
Parir xjentifiku dwar is-setturi tal-ESR/CARE |
|
F'konformità mal-mandat tiegħu stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima (ESABCC) għandu jiġi mistieden, fuq inizjattiva tiegħu stess, biex jipprovdi parir xjentifiku u joħroġ rapporti dwar it-trajettorja ta' dan ir-Regolament, il-livelli annwali tal-emissjonijiet u l-mekkaniżmi ta' flessibbiltà, u l-konsistenza tagħhom mal-objettivi klimatiċi, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi infurmata kwalunkwe reviżjoni sussegwenti ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq il-parir tal-ESABCC jew tiġġustifika pubblikament ir-raġunijiet għaliex injoratu." |
NOTA SPJEGATTIVA
Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima b'ambizzjoni akbar
Fl-2020, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2021/1119, il-Liġi Ewropea dwar il-Klima. Din l-inizjattiva importanti timpenja lill-UE biex tnaqqas l-emissjonijiet b'55 fil-mija sal-2030 u tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050. B'riżultat ta' dan il-ftehim, huwa meħtieġ li tiġi aġġornata l-arkitettura tal-politika tal-UE dwar il-klima.
Ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) huwa pedament ta' dik l-arkitettura u bħalissa jirregola madwar 60 fil-mija tal-emissjonijiet fl-Unjoni. Bħala parti mill-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55 %", il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li temenda l-ESR sabiex tallinja l-kontribut tagħha mal-objettivi tal-Liġi dwar il-Klima.
Bħalissa l-ESR ikopri l-emissjonijiet kollha ta' gassijiet serra li la huma koperti mill-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u lanqas mir-Regolament dwar l-Użu tal-Art, it-Tibdil fl-Użu tal-Art u l-Forestrija (LULUCF). Dan ifisser li bħalissa jkopri emissjonijiet diretti ta' gassijiet serra minn għadd ta' setturi ewlenin: it-trasport (ħlief l-avjazzjoni u t-tbaħħir mhux domestiku), il-bini, l-agrikoltura, l-installazzjonijiet industrijali u l-gassijiet mhux koperti mill-EU ETS u l-iskart kif ukoll l-emissjonijiet li mhumiex relatati mal-kombustjoni mill-użu tal-enerġija u tal-prodotti. Dan ikopri l-emissjonijiet tas-CO2 kif ukoll sehem sinifikanti ta' emissjonijiet mhux tas-CO2.
L-objettiv ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li tirrevedi l-ESR sabiex jikkontribwixxi għall-ambizzjoni biex sal-2030 jintlaħaq tnaqqis nett ta' mill-inqas 55 fil-mija tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra meta mqabbla mal-livelli tal-1990 b'mod kosteffettiv u koerenti filwaqt li titqies il-ħtieġa ta' tranżizzjoni ġusta u l-ħtieġa li s-setturi kollha jikkontribwixxu għall-isforzi klimatiċi tal-UE. L-għan huwa li tinkiseb trajettorja gradwali u bbilanċjata lejn in-newtralità klimatika sal-2050.
Dan jirrikjedi azzjoni aktar progressiva fis-setturi koperti mill-ESR. Il-proposta taġġorna l-miri nazzjonali f'konformità ma' tnaqqis madwar l-UE ta' 40 % fis-setturi tal-ESR meta mqabbla mal-2005 sal-2030. L-Istati Membri jikkontribwixxu għal dan it-tnaqqis ġenerali b'miri li jvarjaw minn -10 fil-mija sa -50 fil-mija. Dawn il-miri nazzjonali huma bbażati prinċipalment fuq il-PDG per capita.
Żieda fl-azzjoni klimatika għall-Ewropa.
Ir-Rapporteur tappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu aġġornati l-miri tal-ESR f'konformità mal-mira ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE għall-2030 għall-ekonomija kollha. Madankollu, ir-Rapporteur temmen bis-sħiħ li l-objettivi tal-UE dwar il-klima jistgħu jintlaħqu biss b'qafas leġiżlattiv aktar robust li jirrikjedi li l-Istati Membri kollha jieħdu azzjoni.
Ir-Rapporteur għalhekk ħadet diversi passi biex issaħħaħ il-proposta tal-Kummissjoni sabiex tagħmilha adattata mhux biss għall-mira tal-UE għall-2030, iżda wkoll għall-objettiv ġenerali tal-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050.
L-Istati Membri kollha jeħtiġilhom jikkontribwixxu lejn l-ambizzjonijiet il-ġodda tal-UE dwar il-klima.
Il-miri nazzjonali attwali taħt l-ESR ma jirrikjedux li l-Istati Membri kollha jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom. Il-proposta l-ġdida tal-Kummissjoni tbiddel dan: l-Istati Membri kollha issa jeħtiġilhom jingħaqdu fl-azzjoni. Din hija xi ħaġa li l-Parlament Ewropew ilu jitlob li ssir, u li ilha mistennija.
Ir-Rapporteur tappoġġjja dawn ir-reviżjonijiet filwaqt li tinnota li għad hemm diskrepanza sinifikanti bejn il-miri nazzjonali tal-Istati Membri. Għalhekk jeħtieġ li tissaħħaħ il-konverġenza bejn l-isforzi tal-Istati Membri fi ħdan il-miri stabbiliti. Għal dan il-għan, ir-Rapporteur għamlet il-miri nazzjonali stretti kemm jista' jkun sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha jsegwu sforzi suffiċjenti ta' dekarbonizzazzjoni.
L-iżgurar li l-miri għall-2030 jintlaħqu tassew.
Huwa ta' importanza vitali li tinżamm l-integrità tal-miri l-ġodda tat-tnaqqis tal-emissjonijiet skont l-ESR u li jiġi żgurat li dawn jintlaħqu tassew mill-Istati Membri.
Għalhekk, bosta lakuni potenzjali fir-Regolament tħassru jew ġew ristretti mir-Rapporteur. Dan jinkludi restrizzjonijiet fuq il-kapaċità tal-Istati Membri li "jissellfu" kwoti tal-emissjonijiet mill-baġit tal-emissjonijiet futuri tagħhom kif ukoll fuq il-kapaċità tal-Istati Membri li jinnegozjaw il-kwoti. Ir-Rapporteur żiedet ukoll rekwiżit li kwalunkwe dħul minn Stat Membru mill-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet fi ħdan l-ESR irid jiġi allokat għall-azzjoni klimatika – pass ewlieni biex tiġi żgurata enfasi ssimplifikata fuq l-azzjoni klimatika fir-Regolament kollu.
Barra minn hekk, ir-Rapporteur ħassret il-proposta biex tiġi introdotta riżerva ta' sikurezza addizzjonali magħmula minn assorbimenti żejda ġġenerati mill-Istati Membri li jaqbżu l-miri tagħhom fir-Regolament LULUCF. Dan se jiżgura wkoll miżuri ta' dekarbonizzazzjoni fis-setturi kollha koperti mir-Regolament.
L-adattament tal-miri nazzjonali għall-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050.
Ir-Regolament jistabbilixxi miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-Istati Membri sal-2030. Madankollu huwa mixtieq li tiġi stabbilita rabta ċara bejn l-ESR u l-objettiv tan-newtralità klimatika minqux fil-Liġi dwar il-Klima. Il-Parlament Ewropew diġà ħa pożizzjoni ċara li l-objettivi tal-Liġi dwar il-Klima għandhom jintlaħqu minn kull Stat Membru individwali. Ir-Rapporteur għalhekk ħolqot rabta ċara bejn l-ESR u l-Liġi dwar il-Klima sabiex tikkodifika xi passi li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri wara l-2030 u tpoġġi lill-UE fit-triq it-tajba lejn il-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050.
L-Istati Membri jitħallew jilħqu l-miri tagħhom b'mod li jaħdem l-aħjar għalihom.
L-UE hija diversa, u l-Istati Membri għandhom karatteristiċi distintivi u kompożizzjonijiet ekonomiċi differenti. Għalhekk l-Istati Membri għandu jkollhom ċerta flessibbiltà biex jilħqu l-miri klimatiċi tagħhom b'mod li jaħdem l-aħjar għalihom. Bil-proposta leġiżlattiva l-ġdida, l-Istati Membri għandhom ċerta flessibbiltà biex inaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi fejn huwa l-aktar kosteffettiv.
Ir-Rapporteur temmen li dawn il-proposti kkombinati se jsaħħu l-ESR, jippromwovu miżuri ta' dekarbonizzazzjoni fl-Unjoni kollha u jpoġġu l-politiki tal-UE fit-triq it-tajba biex tilqa' l-isfida tal-klima b'ambizzjoni magħquda.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (29.4.2022)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi
(COM(2021)0555 – C9‑0321/2021 – 2021/0200(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Angel Dzhambazki
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi
Permezz tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, l-UE u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u li jsiru l-ewwel grupp ta' nazzjonijiet newtrali għall-klima fid-dinja sal-2050. Fis-sajf tal-2020, il-Kummissjoni pproponiet il-pakkett leġiżlattiv "lesti għall-mira ta' 55 %", li jaġġorna l-qafas ta' politika attwali tal-UE dwar il-klima, sabiex jinkiseb it-tnaqqis addizzjonali tal-emissjonijiet meħtieġ minn din l-ambizzjoni.
Ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR) għandu rwol ewlieni f'dan il-qafas ta' politika, fejn ikopri l-emissjonijiet minn setturi bħat-trasport (iżda mhux l-avjazzjoni u t-tbaħħir mhux domestiku), il-bini, l-agrikoltura, il-ġestjoni tal-iskart u diversi sorsi oħra mhux koperti mis-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) attwali kif ukoll emissjonijiet mhux relatati mal-kombustjoni mill-użu tal-enerġija u tal-prodotti. L-ESR jirrappreżenta madwar 60 % tal-emissjonijiet kollha tal-gassijiet serra fl-UE. Għall-perjodu 2021-2030, l-ESR attwali, ppromulgat fl-2018, jistabbilixxi mira kollettiva ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-UE kollha kemm hi ta' -30 % meta mqabbla mal-livelli tal-2005. L-Istati Membri jikkondividu l-isforz għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-UE kollha permezz ta' miri nazzjonali vinkolanti għat-tnaqqis li huma ddeterminati l-aktar fuq il-PDG per capita.
Filwaqt li tallinja l-ESR mal-ambizzjonijiet klimatiċi aktar ambizzjużi għall-2030, il-Kummissjoni tipproponi li fl-2030 il-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-UE kollha tiżdied għal -40 % u, b'mod korrispondenti, il-miri nazzjonali għal -10 % sa -50 % taħt il-livelli tal-2005. Skont il-proposta, l-Istati Membri jżommu ċerti flessibbiltajiet biex jilħqu l-isforzi ta' tnaqqis meħtieġa tagħhom minn sena għal sena. Barra minn hekk, is-setturi tat-trasport bit-triq u tal-bini jibqgħu koperti mill-ESR, filwaqt li l-Kummissjoni f'inizjattiva separata ipproponiet ukoll li tinkludi dawn is-setturi anke fl-ETS ġdida għall-UE kollha.
Il-valutazzjoni tar-Rapporteur tal-proposta
Ir-Rapporteur jirrikonoxxi li l-pakkett "lesti għall-mira ta' 55 %" għandu l-għan li jikseb ambizzjonijiet aktar kuraġġużi biex jitnaqqsu malajr l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE biex tinkiseb in-newtralità klimatika fit-tliet deċennji li ġejjin. Ir-Rapporteur jiddispjaċih madankollu li l-inizjattivi proposti huma nieqsa minn analiżi bir-reqqa biex jindirizzaw b'mod onest l-impatti negattivi ta' tranżizzjoni mgħaġġla (essenzjalment bla paragun fi bnadi oħra fid-dinja) fuq il-kompetittività tal-ekonomija u l-impjiegi fl-Istati Membri. Dan japplika b'mod partikolari għall-mobbiltà, fejn għadu mhux ċert li soluzzjonijiet alternattivi b'emissjonijiet baxxi jew żero u li l-enerġija biex dawn jitħaddmu se jsiru disponibbli b'mod wiesa' u rapidu biżżejjed biex tiġi żgurata mobbiltà affordabbli għaċ-ċittadini u n-negozji, pedament tal-funzjonament tas-soċjetajiet tagħna. Għalhekk l-UE fi ħdan il-politika tagħha dwar il-klima u l-enerġija għandha tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li l-bidla meħtieġa lejn teknoloġiji u infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, inklużi l-enerġija elettrika u l-fjuwil mill-idroġenu , timxi 'l quddiem bl-istess pass mal-ambizzjonijiet klimatiċi tagħha. Il-kundizzjonijiet regolatorji li jappoġġaw bil-qawwa t-teknoloġiji innovattivi u l-investimenti fis-settur tat-trasport għandhom jiġu stabbiliti biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà għal żmien qasir u fit-tul ta' dan is-settur.
Ir-Rapporteur iwissi li l-ispiża addizzjonali għaċ-ċittadini u l-unitajiet domestiċi, li se tirriżulta b'mod prevedibbli permezz tal-inklużjoni proposta tat-trasport bit-triq u tal-bini fl-ETS, u b'mod aktar indirett permezz tal-ambizzjoni akbar tal-ESR, se taggrava l-effetti tal-inflazzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija attwali, filwaqt li tkompli żżid mal-faqar tal-enerġija u tat-trasport li diġà jeżisti. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu kkunsidrati mekkaniżmi ta' appoġġ aktar permanenti fil-kuntest tal-Fond Soċjali għall-Klima propost mill-Kummissjoni.
Ir-Rapporteur huwa favur il-proposta li s-setturi tat-trasport bit-triq (u tal-bini) jinżammu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-ESR peress li l-Istati Membri huma fl-aħjar pożizzjoni li jieħdu miżuri regolatorji xierqa – imfassla b'mod proporzjonat għas-sitwazzjoni speċifika tagħhom u l-ħtiġijiet ta' mobbiltà u akkomodazzjoni taċ-ċittadini tagħhom – biex jissodisfaw it-tnaqqis previst tal-emissjonijiet fis-setturi kollha. Ir-Rapporteur jappoġġa anke l-proposta li jinżammu l-flessibbiltajiet għall-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom u jikkonformaw b'mod effettiv mal-obbligi ta' tnaqqis tagħhom.
Ir-Rapporteur iqis importanti li jiġi pprovdut perkors prevedibbli u stabbli għat-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet lill-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati fis-setturi koperti, fil-fatt dan huwa prerekwiżit biex jitrawmu l-investimenti u l-innovazzjoni f'soluzzjonijiet li ma jagħmlux ħsara lill-klima. It-trajettorji speċifiċi għall-pajjiż għall-emissjonijiet allokati għandhom għalhekk jiġu stabbiliti darba biss fil-bidu tal-perjodu 2021–2030. Peress li distribuzzjoni ġusta u ekwa tal-isforzi fost l-Istati Membri u fi ħdanhom hija kruċjali biex tintlaħaq il-mira għall-UE kollha, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tqis l-aspetti tal-kosteffettività u tal-ekwità lil hinn mill-PDG per capita meta tiddetermina t-trajettorji nazzjonali. Fl-aħħar, meta titqies il-kopertura possibbli tat-trasport bit-triq fl-ETS, ir-Rapporteur jenfasizza l-ħtieġa li r-regoli kollha fil-livell tal-UE fi ħdan l-ESR u l-ETS jinżammu taħt rieżami biex tiġi evitata l-possibbiltà ta' leġiżlazzjoni żejda. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tirrapporta b'mod aktar komprensiv dwar it-tnaqqis attwali tal-emissjonijiet fil-livell settorjali, eż. fir-rapporti ta' progress skont ir-regolament dwar il-governanza tal-enerġija u l-klima.
EMENDI
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 ("il-Ftehim ta' Pariġi"). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, u li jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. |
(1) Il-Ftehim ta' Pariġi, adottat f'Diċembru 2015 fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), daħal fis-seħħ f'Novembru 2016 ("il-Ftehim ta' Pariġi"). Il-Partijiet fih qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, u li jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, b'modi li jirriflettu l-prinċipji ta' ekwità u ta' responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u l-kapaċitajiet rispettivi tal-pajjiżi. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 1a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali, il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni immedjata u ambizzjuża biex tillimita t-tisħin globali għal 1,5°C u tevita telfien kbir tal-bijodiversità, inkluż billi tindirizza l-inkonsistenzi fil-politiki attwali tal-Unjoni mal-emerġenza klimatika u ambjentali u billi tiżgura li l-proposti leġiżlattivi u baġitarji futuri rilevanti kollha jkunu allinjati bis-sħiħ mal-objettiv li t-tisħin globali jiġi limitat għal inqas minn 1,5 C u li ma jikkontribwixxux għat-telfien tal-bijodiversità. |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew31 jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Dan għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u li ħadd ma jitħalla jibqa' lura. |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew31 jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva. Dan għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini. Din it-tranżizzjoni għandha impatt differenti fuq l-Istati Membri, ir-reġjuni, is-setturi ekonomiċi u ċ-ċittadini u tiddependi fuq is-sitwazzjoni partikolari tagħhom. Pereżempju, dan jaffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandu impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati. Għalhekk huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-Patt Ekoloġiku Ewropew jiġi implimentat b'mod li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tagħha, u li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, b'attenzjoni xierqa għall-gruppi żvantaġġati bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità, il-persuni li jbatu mill-faqar fl-enerġija jew fit-trasport, l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju vulnerabbli u l-persuni bi sfond ta' minoranza. B'mod partikolari, għandu jiġi żgurat li t-tfixkil jiġi evitat f'setturi kritiċi li jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-ekonomija u tas-soċjetà, bħall-mobbiltà. |
__________________ |
__________________ |
31 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11 ta' Diċembru 2019. |
31 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11 ta' Diċembru 2019. |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 3a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Is-settur tat-trasport tal-Unjoni huwa essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni u biex jiġu żgurati l-aċċessibbiltà u l-konnettività territorjali tar-reġjuni kollha tal-UE; fl-istess ħin, id-dekarbonizzazzjoni tas-settur hija kruċjali biex l-Unjoni tilħaq il-mira tagħha li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra b' 55 % sal-2030 u l-objettiv fit-tul tagħha li tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050. L-Unjoni għalhekk għandha trendi t-trasport sostenibbli realtà filwaqt li tiżgura l-funzjonament tas-suq intern u l-kompetittività tal-Unjoni madwar id-dinja u tevita tfixkil u tissalvagwardja l-istandards soċjali. L-isforzi jeħtieġ li jkunu ffukati b'mod partikolari fuq il-promozzjoni ta' settur tat-trasport reżistenti għall-futur u reżiljenti meta jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Istati Membri stabbiliti għall-2030 kif stabbilit minn dan ir-Regolament. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu użu mill-fondi kollha disponibbli tal-Unjoni biex jakkumpanjaw l-industrija tat-trasport fid-dekarbonizzazzjoni tagħha filwaqt li jqisu li t-tranżizzjoni attwali b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju f'diversi modi ta' trasport tibqa' teknoloġikament diffiċli u toħloq sfidi fir-rigward tal-effiċjenza u l-kompetittività. Għall-passi li jmiss lejn id-dekarbonizzazzjoni tas-setturi tat-trasport, irid jiġi rispettat il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 3b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) Għandhom jitqiesu l-effetti soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju. Il-prinċipju tad-dekarbonizzazzjoni jeħtieġ li jimxi flimkien mal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, filwaqt li jiżgura li ħadd u l-ebda reġjun ma jitħalla lura. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima"), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. |
(4) Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima"), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha mhux aktar tard mill-2050. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. |
__________________ |
__________________ |
32 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |
32 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Bħala settur ċentrali fil-bidla lejn is-sostenibbiltà, it-trasport irid jibqa' fir-Regolament (UE) 2018/842 irrispettivament minn kwalunkwe żvilupp ulterjuri tas-sistema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet. Fl-istess waqt, kwalunkwe soluzzjoni ulterjuri u futura bbażata fuq is-suq qatt ma għandha tostakola miżuri leġiżlattivi oħra u supplimentari kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni biex jitkomplu jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 5a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Minħabba r-rwol kritiku tas-settur tat-trasport kollu, inklużi t-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni, bil-baħar u bl-ajru, għall-funzjonament tas-soċjetajiet tagħna, is-settur huwa mistenni li jkollu rwol sinifikanti fil-kisba tal-miri klimatiċi stabbiliti mil-Liġi Ewropea dwar il-Klima. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 5b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5b) L-idroġenu jista' jintuża bħala materja prima jew sors ta' enerġija fi proċessi industrijali u kimiċi u fit-trasport bl-ajru u marittimu, u jiddekarbonizza setturi li fihom l-elettrifikazzjoni diretta mhijiex teknoloġikament possibbli jew kompetittiva, kif ukoll jista' jintuża għall-ħżin tal-enerġija biex tiġi bbilanċjata, fejn meħtieġ, is-sistema tal-enerġija, u għaldaqstant għandu rwol sinifikanti fl-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 5c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5c) Kemm l-idroġenu b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju kif ukoll dak rinnovabbli jenħtieġ li jiżviluppaw fis-suq Ewropew tal-enerġija, filwaqt li jitqies li dawn għandhom infrastruttura u ħtiġijiet ta' investiment differenti u tingħata prijorità lill-ħtieġa għal investiment li se jżid il-produzzjoni rinnovabbli b'mod mgħaġġel biżżejjed biex jintlaħqu l-miri klimatiċi u l-għanijiet ambjentali tal-Unjoni għall-2030 u l-2050, u billi jiġi sfruttat l-idroġenu b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju bħala teknoloġija intermedjarja fuq terminu qasir. Għalhekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta kemm se jkun meħtieġ idroġenu b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju għal skopijiet ta' dekarbonizzazzjoni sakemm l-idroġenu rinnovabbli jkun jista' jwettaq dan ir-rwol waħdu, f'liema każijiet, u għal kemm żmien. Barra minn hekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jnaqqsu l-ostakli regolatorji u ekonomiċi sabiex irawmu l-adozzjoni rapida tal-idroġenu rinnovabbli fis-suq. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 5d (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5d) Il-Kummissjoni pproponiet, skont il-qafas tat-tassonomija tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, abbozz ta' regoli għall-klassifikazzjoni tal-gass naturali u l-enerġija nukleari bħala ekoloġiċi fil-kuntest tal-objettivi relatati mat-tibdil fil-klima. Tali klassifikazzjoni tgħin bil-kbir lis-settur tat-trasport biex inaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu u jilħaq l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-pakkett "lesti għall-mira ta' 55 %". Dan huwa ta' importanza partikolari meta wieħed iqis il-projbizzjonijiet possibbli fuq il-produzzjoni ta' vetturi b'magni ta' kombustjoni interna wara l-2030, peress li l-vetturi b'emissjonijiet żero jiddependu ħafna fuq l-enerġija elettrika għall-iċċarġjar u l-enerġija nukleari sikura u affidabbli biss tkun tista' tissodisfa l-ħtiġijiet ta' vetturi b'emissjonijiet żero.
|
|
_______________ |
|
1a Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13). |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 5e (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5e) Il-qafas tat-tassonomija tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2020/852 jipprovdi definizzjonijiet xierqa lill-kumpaniji, lill-investituri u lil dawk li jfasslu l-politika li għalihom l-attivitajiet ekonomiċi jistgħu jitqiesu bħala ambjentalment sostenibbli. B'dan il-mod, dan jista' joħloq sigurtà għall-investituri, jipproteġi lill-investituri privati mill-greenwashing, jgħin lill-kumpaniji jsiru aktar kumpaniji li ma jagħmlux ħsara lill-klima, itaffi l-frammentazzjoni tas-suq u jgħin fit-trasferiment tal-investimenti fejn huma l-aktar meħtieġa. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Filwaqt li l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet se japplika wkoll għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq u marittimu kif ukoll mill-bini, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 se jinżamm. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/842 se jkompli japplika għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra min-navigazzjoni domestika, iżda mhux għal dawk min-navigazzjoni internazzjonali. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 li għandhom jitqiesu għall-kontrolli tal-konformità, se jkomplu jiġu ddeterminati mat-tlestija tar-rieżamijiet tal-inventarju f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
(7) Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 jinżamm. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 li għandhom jitqiesu għall-kontrolli tal-konformità, se jkomplu jiġu ddeterminati mat-tlestija tar-rieżamijiet tal-inventarju f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. Bil-ħsieb li jitnaqqas il-piż regolatorju, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi kif xieraq il-qafas leġiżlattiv li jindirizza t-tnaqqis tal-emissjonijiet, b'mod partikolari f'setturi bħat-trasport li huma soġġetti għal leġiżlazzjoni u strumenti tal-ipprezzar differenti, u jekk meħtieġ tipproponi adattamenti biex tiġi evitata l-possibbiltà ta' regolamentazzjoni żejda. |
__________________ |
__________________ |
34 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1). |
34 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1). |
|
(Kamp ta' applikazzjoni tal-ESR) |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) B'kont meħud tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-isforzi u l-miri dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jeħtieġ jiġu adattati għar-realtà speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi, ikunu kkaratterizzati strutturalment skont id-distanza, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima diffiċli, u d-dipendenza ekonomika tagħhom fuq ammont żgħir ta' prodotti. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Sabiex tintlaħaq il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'55 %, is-setturi koperti mir-Regolament (UE) 2018/842 se jkollhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'mod progressiv sakemm jilħqu -40 % fl-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-2005. |
(10) Sabiex tintlaħaq il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'55 %, għas-setturi koperti mir-Regolament (UE) 2018/842 l-Istati Membri se jkollhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'mod progressiv sakemm kollettivament jilħqu l-mira għall-UE kollha ta' -40 % fl-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-2005. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) Bil-ħsieb li jiġi żgurat tnaqqis kosteffettiv u ġust tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fis-setturi kollha li jaqgħu kemm taħt ir-Regolament (UE) 2018/842 kif ukoll taħt id-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jibbilanċjaw it-tnaqqis li jiksbu f'dawk is-setturi taħt dawk l-istrumenti. Meta l-Istati Membri għal sena partikolari jkunu naqqsu l-emissjonijiet tagħhom f'dawn is-setturi aktar milli proporzjonalment skont ir-Regolament (UE) 2018/842, huwa ġust li dawk l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu kumpens lil dawk is-setturi. Għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li f'każijiet bħal dawn jagħtu ammont limitat ta' allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti skont id-Direttiva 2003/87/KE f'dawk is-setturi, filwaqt li jiżguraw li l-vantaġġi tal-ispejjeż rispettivi jiġu mgħoddija liċ-ċittadini u lin-negozji. Għaldaqstant, l-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi punti ta' riferiment settorjali annwali għall-emissjonijiet fir-rigward ta' dawk is-setturi li skonthom jistgħu jiġu vvalutati l-emissjonijiet ta' gassijiet serra rieżaminati tal-Istati Membri. Dawn il-punti ta' riferiment settorjali annwali tal-emissjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala mira settorjali minima iżda pjuttost għandhom jitqiesu bħala limitu li jippermetti l-flessibbiltà permezz tad-Direttiva 2003/87/KE. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 12b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12b) L-isforzi ta' tnaqqis mill-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jkunu bbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-ħtieġa għal tkabbir ekonomiku sostenibbli madwar l-Unjoni, filwaqt li jitqies il-PGD per capita relattiv tal-Istati Membri. Għaldaqstant, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-Istati Membri jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'konformità mal-prinċipji tal-ekwità u l-kosteffettività, filwaqt li jitqiesu, fost l-oħrajn, il-kapaċità ekonomika u l-potenzjal u l-ispiża relattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-ekonomija tal-Unjoni u l-livell tal-emissjonijiet tagħha sa punt li għadu ma jistax jiġi kkwantifikat bis-sħiħ. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni qed tuża l-akbar pakkett ta' stimolu li qatt kellha, li wkoll qed ikollu impatt potenzjali fuq il-livell tal-emissjonijiet. Minħabba dawk l-inċertezzi, huwa xieraq li d-data dwar l-emissjonijiet tiġi rieżaminata fl-2025 u, jekk ikun meħtieġ, li l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet jiġu aġġustati mill-ġdid. |
(13) Theddidiet ġodda bħalma huma l-gwerra Russa fl-Ukrajna u l-pandemija tal-COVID-19 qed jaffettwaw l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u l-livell tal-emissjonijiet tagħhom sa punti differenti u għal perjodi ta' żmien li għadhom ma jistgħux jiġu kkwantifikati bis-sħiħ. Barra minn hekk, dawn il-kriżijiet għandhom il-potenzjal li jinfluwenzaw kif l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-livelli tal-emissjonijiet tagħhom. Minħabba dawk l-inċertezzi, huwa xieraq li r-Regolament (UE) 2018/842 jipprovdi trajettorji prevedibbli għat-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet sal-2030 lill-Istati Membri u lis-setturi. Fejn meħtieġ, fir-rigward ta' sitwazzjonijiet strateġiċi ta' emerġenza jew ta' kriżi, jenħtieġ li madankollu jibqgħu possibbli aġġustamenti temporanji tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, dment li l-miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet stabbiliti għall-2030 jiġu rispettati u l-flessibbiltajiet previsti fir-Regolament (UE) 2018/842 jitqiesu kif xieraq. Barra minn hekk, meta Stat Membru jaqbeż l-allokazzjonijiet annwali tiegħu, dan għandu jimplika biss proċedura korrettiva f'konformità ma' dan ir-Regolament. |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Il-pandemija tal-COVID-19 uriet l-importanza strateġika tas-settur tat-trasport. L-implimentazzjoni ta' korsiji ħodor, li pprovdew ktajjen ta' provvista siguri għas-servizzi tal-kura tas-saħħa u tal-emerġenza, il-provvista tal-ikel essenzjali u l-prodotti farmaċewtiċi kienet prattika tajba, li fil-futur jenħtieġ li tieħu preċedenza fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet fi żminijiet ta' kriżi. |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Għalhekk huwa xieraq li fl-2025 jiġu aġġornati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal bejn l-2026 u l-2030. Dan jenħtieġ li jkun ibbażat fuq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali mwettqa mill-Kummissjoni sabiex tiġi ddeterminata l-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' kull Stat Membru matul is-snin 2021, 2022 u 2023. |
imħassar |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Premessa 17
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Meta wieħed iqis l-introduzzjoni ta' reġim ta' konformità msaħħaħ fir-Regolament (UE) 2018/841 mill-2026, huwa xieraq li jiġi abolit it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ġġenerati minn kull Stat Membru fil-perjodu ta' bejn l-2026 u l-2030 fis-settur tal-art li jaqbżu l-assorbimenti tiegħu. L-Artikolu 9(2) jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat kif xieraq. |
(17) Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament 2018/842 fir-rigward tal-konformità jenħtieġ li jissaħħu sabiex, minn naħa waħda, il-pajjiżi jiġu skoraġġuti milli jaqbżu l-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet tagħhom inkluż b'penali finanzjarji, u, min-naħa l-oħra, biex tiżdied it-trasparenza u l-effettività tal-azzjonijiet korrettivi. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) L-istabbiliment ta' miri aktar ambizzjużi skont ir-Regolament (UE) 2018/841 se jnaqqas il-kapaċità tal-Istati Membri li jiġġeneraw assorbimenti netti li jistgħu jintużaw għall-konformità skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Barra minn hekk, il-qasma tal-użu tal-flessibbiltà tal-LULUCF f'żewġ perjodi ta' żmien separati, se tkompli tillimita d-disponibbiltà tal-assorbimenti netti għall-fini ta' konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. B'riżultat ta' dan, xi Stati Membri jistgħu jiffaċċjaw sfidi biex jilħqu l-miri tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842, filwaqt li xi Stati Membri, l-istess jew oħrajn, jistgħu jiġġeneraw assorbimenti netti li ma jistgħux jintużaw għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. Sakemm l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119 jiġu ssodisfati, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitu massimu tal-kontribut tal-assorbimenti netti, huwa xieraq li jinħoloq mekkaniżmu volontarju ġdid, fl-għamla ta' riżerva addizzjonali, li jgħin lill-Istati Membri jaderixxu mal-obbligi tagħhom. |
imħassar |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) Uħud mill-Istati Membri se jiffaċċjaw sfidi kbar biex jilħqu l-miri tar-Regolament (EU) 2018/842. Għaldaqstant huwa importanti li jiġu żgurati l-flessibbiltà, l-antiċipazzjoni u t-trasferibbiltà. Sabiex jiġi vvalutat il-progress li sar mill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mir-Regolament (UE) 2018/842 u biex tiġi żgurata t-trasparenza, il-valutazzjonijiet tal-progress skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 jenħtieġ li b'mod partikolari jevalwaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-settur tat-trasport u jirrapportaw dwaru u jiddikjaraw l-emmissjonijiet annwali attwali fis-settur flimkien mal-ammonti korrispondenti tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jimplikax xi forma ta' introduzzjoni ta' kontributi minimi skont is-settur, għax din mhux talli tqiegħed il-miri f'riskju iżda wkoll ma tħallihomx jintlaħqu. |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Premessa 18b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18b) Il-Kummissjoni jenħtieg li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien sitt xhur minn kull rendikont globali miftiehem skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi, dwar it-tħaddim tar-Regolament (UE) 2018/842. Meta tabbozza dak ir-rapport, il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex li tqis, fejn rilevanti, il-parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, stabbilit bir-Regolament 2021/1119, tal-korpi professjonali indipendenti u, meta disponibbli, tal-korpi konsultattivi nazzjonali dwar il-klima.
|
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4 – paragrafi 2 u 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Fl-Artikolu 4, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej: |
(3) Fl-Artikolu 4, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej: |
‘2. Skont il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' dan ir-Regolament u l-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) tiegħu u filwaqt li jqis kwalunkwe tnaqqis li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu: |

a) fis-snin 2021 u 2022, ma jaqbżux il-limitu definit minn trajettorja lineari, li tibda mill-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda jew minn ħamsa minn kull tnax tad-distanza mill-2019 sal-2020 jew fl-2020, skont liema tkun l-inqas allokazzjoni għal dak l-Istat Membru; |
a) fis-snin 2021 u 2022, ma jaqbżux il-limitu definit minn trajettorja lineari, li tibda mill-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. It-trajettorja lineari ta' Stat Membru għandha tibda jew minn ħamsa minn kull tnax tad-distanza mill-2019 sal-2020 jew fl-2020, skont liema tkun l-inqas allokazzjoni għal dak l-Istat Membru; |
(b) ma jaqbżux, fis-snin 2023, 2024 u 2025, il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda fl-2022 fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal dak l-Istat Membru, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal dik is-sena, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(b) ma jaqbżux, fis-snin 2023 sa 2030, il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda fl-2022 fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal dak l-Istat Membru, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal dik is-sena, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(c) fis-snin mill-2026 sal-2030, ma jaqbżux il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda fl-2024, bħala medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul is-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-snin mill-2021 sal-2030 f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 f'konformità mat-trajettorji lineari stabbiliti fil-paragrafu 2. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-snin mill-2021 sal-2030 f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 f'konformità mat-trajettorji lineari stabbiliti fil-paragrafu 2. |
Għas-snin 2021 u 2022, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi ta' rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u tindika l-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2005 ta' kull Stat Membru użati biex jiġu ddeterminati dawk l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet. |
Għas-snin 2021 u 2022, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi ta' rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u tindika l-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2005 ta' kull Stat Membru użati biex jiġu ddeterminati dawk l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet. |
Għas-snin 2023, 2024 u 2025, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta' kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u l-valuri rieżaminati tad-data tal-inventarju nazzjonali għas-snin 2016, 2017 u 2018 imsemmija fit-tieni subparagrafu. |
Għas-snin 2023 sal-2030, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tat-trajettorja lineari li tibda fl-2022 fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal dak l-Istat Membru għal dik is-sena, iddeterminata skont it-tieni subparagrafu u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
Għas-snin 2026 sa 2030, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta' kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u abbażi ta' rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar reċenti għas-snin 2021, 2022 u 2023 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999. |
|
|
Meta tistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont dan ir-Regolament tintlaħaq b'mod ekwu u kosteffettiv fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jitqiesu l-flessibbiltajiet previsti fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament. |
|
Għas-setturi koperti minn dan ir-Regolament u mid-Direttiva 2003/87/KE b'mod parallel, meta jiġu determinati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin 2026 sa 2030, il-Kummissjoni għandha tispeċifika wkoll għal kull Stat Membru s-sehem tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet li jikkorrispondi għall-emissjonijiet minn dawn is-setturi ("il-parametru referenzjarju settorjali annwali tal-emissjonijiet")." |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Fl-Artikolu 4, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: |
|
‘4a. Immedjatament minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju] il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha timmonitorja kontinwament ir-riskju li l-Istati Membri jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tagħhom minħabba emissjonijiet ogħla dovuti għall-ħtieġa mġarrba b'rabta ma' miżuri li jindirizzaw sitwazzjonijiet strateġiċi ta' emerġenza jew ta' kriżi, pereżempju biex jimmitigaw ir-riskji tal-provvista tal-enerġija u tal-fjuwil, jiżguraw l-irkupru jew jipprovdu assistenza umanitarja.
|
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(1), meta l-Kummissjoni tikkonkludi li l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' Stat Membru jistgħu jew ma jistgħux jintlaħqu għar-raġunijiet imsemmija fis-subparagrafu 1 ta' dan il-paragrafu, hija tista' taġġusta temporanjament l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' dak l-Istat Membru permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li jkopri emissjonijiet ogħla kkawżati mill-ħtieġa filwaqt li jitqies l-użu tal-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 5 r-riżerva tas-sikurezza skont l-Artikolu 11." |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) Fl-Artikolu 4, jiżdied il-paragrafu li ġej: |
|
‘5a. Meta tirrapporta dwar il-valutazzjoni annwali tagħha skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-emissjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u b'mod partikolari tiddikjara l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u l-emissjonijiet annwali tas-settur tat-trasport. Ir-rapport għandu jqis ukoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali, u jelenka l-miżuri nazzjonali meħuda bil-ħsieb li jitnaqqsu l-emissjonijiet li jenfasizzaw il-valur miżjud tal-UE." |
Emenda 28
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 5
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3c) L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Flessibiltajiet permezz ta' self, tfaddil u trasferiment |
Flessibiltajiet permezz ta' self, tfaddil u trasferiment |
1. Fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, Stat Membru jista' jissellef kwantità li ma taqbiżx l-10 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti. |
1. Fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2029, Stat Membru jista' jissellef kwantità li ma taqbiżx l-10 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti. |
2. Fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2029, Stat Membru jista' jissellef kwantità li ma taqbiżx 5 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena sussegwenti. |
|
3. Stat Membru li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, b'kont meħud tal-użu ta' flessibbiltajiet skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, jista': |

(a) fir-rigward tas-sena 2021, ifaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin sussegwenti sal-2030; u |
(a) fir-rigward tas-sena 2021, ifaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin sussegwenti sal-2030; u |
(b) fir-rigward tas-snin mill-2022 sal-2029, ifaddal il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa mhux aktar mil-livell ta' 30 % tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa dik is-sena għas-snin sussegwenti sal-2030. |
(b) fir-rigward tas-snin mill-2022 sal-2029, ifaddal il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa mhux aktar mil-livell ta' 30 % tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa dik is-sena għas-snin sussegwenti sal-2030. |
4. Stat Membru jista' jittrasferixxi sa mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, u sa mhux aktar minn 10 % fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2030. L-Istat Membru riċeventi jista' juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030. |
4. Stat Membru jista' jittrasferixxi sa mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, u sa mhux aktar minn 10 % fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2030. |
5. Stat Membru li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra rieżaminati tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, filwaqt li jitqies l-użu ta' flessibbiltajiet skont il-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, jista' jittrasferixxi dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu lil Stati Membri oħrajn. L-Istat Membru riċeventi jista' juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għal dik is-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030. |

6. L-Istati Membri jistgħu jużaw id-dħul iġġenerat permezz ta' trasferimenti ta' allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5 biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu. |
6. L-Istati Membri għandhom jużaw id-dħul iġġenerat permezz ta' trasferimenti ta' allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5 biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima u l-faqar enerġetiku u l-faqar fit-trasport fl-Unjoni fir-rigward tas-setturi speċifikati fl-Artikolu 2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu u jippubblikaw din l-informazzjoni. |
7. Kwalunkwe trasferiment tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5 jista' jirriżulta minn proġett jew programm ta' mitigazzjoni tal-gassijiet serra mwettaq fl-Istat Membru li jkun qed ibiegħ u li jiġi rimunerat mill-Istat Membru riċeventi, bil-kondizzjoni li li jiġi evitat l-għadd doppju u tiġi żgurata t-traċċabbiltà. |
7. Kwalunkwe trasferiment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont il-paragrafi 4 u 5 jista' jirriżulta minn proġett jew programm ta' mitigazzjoni tal-gassijiet serra mwettaq fl-Istat Membru li jkun qed ibiegħ u li jiġi rimunerat mill-Istat Membru riċeventi, bil-kondizzjoni li li jiġi evitat l-għadd doppju u tiġi żgurata t-traċċabbiltà. |
8. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-krediti minn proġetti maħruġa skont l-Artikolu 24a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-konformità mal-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, mingħajr ebda valur limitu kwantitattiva, bil-kondizzjoni li jiġi evitat l-għadd doppju. |
8. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-krediti minn proġetti maħruġa skont l-Artikolu 24a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-konformità mal-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament, mingħajr ebda valur limitu kwantitattiv, bil-kondizzjoni li jiġi evitat l-għadd doppju. |
|
8a. Stat Membru li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra riveduti tiegħu mis-setturi koperti minn din id-direttiva u b'mod parallel mid-Direttiva 2003/87/KE għal sena partikolari fil-perjodu mis-sena 2026 sal-2030 ikunu taħt il-parametru referenzjarju settorjali tal-emissjonijiet annwali tiegħu għal dik is-sena, jista' jagħti allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-ETS lil entitajiet regolati mid-Direttiva 2003/87/KE fl-24 xahar wara dik is-sena. L-ammont ta' allokazzjoni bla ħlas għandu jkun limitat għad-differenza bejn il-parametru referenzjarju settorjali tal-emissjonijiet annwali u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra riveduti mis-setturi kkonċernati. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-ammont ta' allokazzjoni bla ħlas li biħsiebu juża. Dak l-ammont għandu jiġi kkanċellat mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tal-Istat Membru." |
(Ir-Regolament (UE) 2018/842)
Emenda 29
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 8
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5 a) L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 8 |
"Artikolu 8 |
Azzjoni korrettiva |
Azzjoni korrettiva |
1. Jekk il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni annwali tagħha ssib skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u waqt li tqis l-użu maħsub tal-flessibbiltajiet imsemmi fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' dan ir-Regolament, li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta' azzjoni korrettiva lill-Kummissjoni li jinkludi: |
1. Jekk il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha li twettaq kull sentejn skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 2018/1999 u waqt li tqis l-użu maħsub tal-flessibbiltajiet imsemmija fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta' dan ir-Regolament, ssib li Stat Membru ma jkunx qed jagħmel progress suffiċjenti biex jonora l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, dak l-Istat Membru għandu, fi żmien tliet xhur, jippreżenta pjan ta' azzjoni korrettiva lill-Kummissjoni li jinkludi: |
|
(-a) analiżi fil-fond tas-sitwazzjoni fl-Istat Membru, inkluża valutazzjoni soċjoekonomika li tevalwa l-kapaċità ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Istat Membru; |
(a) azzjonijiet addizzjonali li l-Istat Membru għandu jimplimenta sabiex iwettaq l-obbligi speċifiċi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni; |
(a) azzjonijiet addizzjonali li l-Istat Membru għandu jimplimenta sabiex iwettaq l-obbligi speċifiċi tiegħu skont l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni filwaqt li jiżgura li l-miżuri huma soċjalment, ekonomikament u ambjentalment sostenibbli; |
(b) skeda stretta ta' implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni. |
(b) skeda stretta ta' implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet, li tippermetti l-valutazzjoni tal-progress annwali fl-implimentazzjoni. |
2. Skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tivvaluta kwalunkwe pjan ta' azzjoni korrettiva. |
2. Skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma tagħha biex tivvaluta kwalunkwe pjan ta' azzjoni korrettiva. |
3. Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar kemm huma b'saħħithom il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva ppreżentati f'konformità mal-paragrafu 1 u f'dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba' xhur mill-wasla ta' dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa u jista' jirrevedi l-pjan tiegħu skont dan. |
3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika opinjoni dwar kemm huma b'saħħithom il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva ppreżentati f'konformità mal-paragrafu 1 fi żmien erba' xhur mill-wasla ta' dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni sħiħa tal-Kummissjoni bir-reqqa u jista' jirrevedi l-pjan tiegħu skont dan. Jekk l-Istat Membru kkonċernat jiddeċiedi li ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, huwa għandu jipprovdi spjegazzjoni. |
|
Il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva, kif ukoll kwalunkwe reviżjoni, u l-opinjonijiet tal-Kummissjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku." |
(Ir-Regolament (UE) 2018/842)
Emenda 30
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 9 − paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Jekk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-perjodu mill-2021 sal-2025 imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841 jaqbżu l-assorbimenti tiegħu, kif iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament, l-Amministratur Ċentrali għandu jnaqqas mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' dak l-Istat Membru ammont ugwali għal dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra żejda f'tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 għas-snin rilevanti. |
2. Jekk Stat Membru jaqbeż il-kwota annwali tiegħu tal-emissjonijiet f'sentejn jew aktar konsekuttivi, għandu jagħmel rieżami tal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u l-istrateġija nazzjonali fit-tul tiegħu. Dak ir-rieżami għandu jitlesta fi żmien 12-il xahar. Il-Kummissjoni tista' toħroġ Rakkomandazzjonijiet li jidentifikaw kif il-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru u l-istrateġija nazzjonali fit-tul għandhom jiġu riveduti. L-Istat Membru għandu jinnotifika l-pjan rivedut lill-Kummissjoni flimkien ma' dikjarazzjoni li tistabbilixxi kif ir-reviżjonijiet proposti se jirrimedjaw in-nuqqas ta' konformità mal-AEA nazzjonali u kif dawn ikunu wieġbu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fejn rilevanti. Jekk il-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima jew l-istrateġija nazzjonali fit-tul jibqgħu sostanzjalment mhux mibdula, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tiftaħ proċedura ta' ksur. |
Emenda 31
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 15
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(7a) L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 15 |
"Artikolu 15 |
Rieżami |
Rieżami |
1. Dan ir-Regolament għandu jinżamm taħt eżami filwaqt li titqies fost l-oħrajn l-evoluzzjoni taċ-ċirkostanzi nazzjonali, tal-modi li bihom is-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, tal-iżviluppi internazzjonali, u tal-isforzi mwettqa għall-kisba tal-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi. |
1. Dan ir-Regolament għandu jinżamm taħt rieżami filwaqt li titqies fost l-oħrajn l-evoluzzjoni taċ-ċirkostanzi nazzjonali, tal-modi li bihom is-setturi kollha tal-ekonomija jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, b'attenzjoni partikolari għall-evoluzzjoni tas-settur tat-trasport, il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri korrispondenti b'rabta mas-setturi differenti tal-ekonomija u ċ-ċittadini, inkluż il-leġiżlazzjoni dwar il-klima rilevanti kollha, l-iżviluppi internazzjonali, u l-isforzi mwettqa għall-kisba tal-objettivi fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li jiċċekken il-piż regolatorju u tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda. |
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien sitt xhur minn kull analiżi globali maqbula skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi, dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, inkluż il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda għall-allokazzjonijiet, kif ukoll dwar il-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-mira globali ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 tal-Unjoni u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa ta' politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni minħabba t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra meħtieġ mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, inkluż qafas għal wara l-2030, u tista' tagħmel proposti jekk xieraq. |
2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fi żmien sitt xhur minn kull analiżi globali maqbula skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta' Pariġi, dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, inkluż il-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda għall-allokazzjonijiet, kif ukoll dwar il-kontribut ta' dan ir-Regolament għall-mira globali ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 tal-Unjoni u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħtieġa ta' politiki u miżuri addizzjonali tal-Unjoni minħabba t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra meħtieġ mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, inkluż qafas għal wara l-2030, jew il-bżonn li jiġu rtirati politiki u miżuri eżistenti meta r-regolamentazzjoni żejda tas-setturi speċifiċi sseħħ, jiġifieri fis-settur tat-trasport bit-triq u s-settur marittimu f'dan ir-Regolament u fl-ETS estiż, u tista' tagħmel proposti jekk xieraq." |
(Ir-Regolament (UE) 2018/842)
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi |
|||
Referenzi |
COM(2021)0555 – C9-0321/2021 – 2021/0200(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 13.9.2021 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 13.9.2021 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Angel Dzhambazki 10.11.2021 |
|||
Eżami fil-kumitat |
7.2.2022 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
28.4.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
28 8 12 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdalena Adamowicz, Andris Ameriks, José Ramón Bauzá Díaz, Erik Bergkvist, Izaskun Bilbao Barandica, Paolo Borchia, Karolin Braunsberger-Reinhold, Marco Campomenosi, Massimo Casanova, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Carlo Fidanza, Mario Furore, Søren Gade, Isabel García Muñoz, Jens Gieseke, Elsi Katainen, Elena Kountoura, Julie Lechanteux, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Cláudia Monteiro de Aguiar, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Rovana Plumb, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Vera Tax, Barbara Thaler, István Ujhelyi, Henna Virkkunen, Petar Vitanov, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Leila Chaibi, Clare Daly, Pär Holmgren |
|||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
28 |
+ |
ECR |
Carlo Fidanza, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
ID |
Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Massimo Casanova |
PPE |
Magdalena Adamowicz, Karolin Braunsberger-Reinhold, Gheorghe Falcă, Jens Gieseke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Massimiliano Salini, Barbara Thaler, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Lucia Vuolo |
Renew |
José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Søren Gade, Elsi Katainen, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet |
S&D |
István Ujhelyi |
8 |
- |
NI |
Mario Furore |
The Left |
Leila Chaibi, Clare Daly, Elena Kountoura |
Verts/ALE |
Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Pär Holmgren, Tilly Metz |
12 |
0 |
ECR |
Peter Lundgren |
ID |
Julie Lechanteux, Philippe Olivier |
S&D |
Andris Ameriks, Erik Bergkvist, Ismail Ertug, Giuseppe Ferrandino, Isabel García Muñoz, Bogusław Liberadzki, Rovana Plumb, Vera Tax, Petar Vitanov |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (21.3.2022)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi
(COM(2021)0555 – C9‑0321/2021 – 2021/0200(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Vlad‑Marius Botoş
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-Ftehim ta' Pariġi jenfasizza l-ħtieġa imperattiva li tittieħed azzjoni biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, u li jitnaqqas l-impatt drammatiku fuq il-ħajja fid-dinja u fuq il-futur tal-umanità. L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tmexxi bl-eżempju u tadatta għal approċċ li jirrispetta l-ambjent fis-setturi kollha tal-ekonomija u fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha.
Il-politiki ta' koeżjoni se jkollhom iqisu li kull reġjun jeħtieġlu jistinka biex jilħaq il-miri Ewropej u jikkontribwixxi għall-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050, filwaqt li jimmira wkoll għall-iżvilupp reġjonali. L-istrateġiji jridu jiġu adattati, u l-programmi ta' koeżjoni jridu jipprijoritizzaw is-soluzzjonijiet biex jintlaħqu l-miri, speċjalment fir-reġjuni b'ekonomija predominanti li tniġġes ħafna.
Il-ħarsien tal-ambjent, u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jridu jkunu objettiv ewlieni preżenti fl-istrateġiji kollha ta' żvilupp fil-livelli kollha. Ir-reġjuni jeħtieġu appoġġ u assistenza teknika biex jilħqu l-għanijiet ambjentali tagħhom fis-setturi kollha li jniġġsu, mis-setturi industrijali u tat-trasport għal dawk domestiċi u soċjali. It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra se jkun possibbli biss bl-għajnuna u l-impenn tas-soċjetà kollha, inklużi dawk domestiċi li jniġġsu.
Il-miri stabbiliti fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali jridu jkunu realistiċi, jintlaħqu u sostnuti minn data preċiża. L-inventarju nazzjonali tad-data jeħtieġ li jiġi kkorroborat bid-data akkumulata fil-livell Ewropew u internazzjonali minn korpi u aġenziji xjentifiċi differenti. Dan se jikkontribwixxi għal kejl aħjar, speċjalment għaż-żoni transfruntiera, sabiex jiġu stabbiliti miri u perkorsi realistiċi għall-istrateġiji ta' żvilupp u koeżjoni fil-livell reġjonali b'kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni kollha, għall-isforzi biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku u għall-ħtieġa li ħadd ma jitħalla jibqa' lura.
L-ambizzjoni klimatika trid timxi id f'id mal-politiki ta' koeżjoni u mal-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni kollha fl-Unjoni Ewropea, inklużi r-reġjuni l-inqas żviluppati u r-reġjuni ultraperiferiċi.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew31 jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Dan għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u li ħadd ma jitħalla jibqa' lura. |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew31 jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, newtrali fir-rigward tat-teknoloġija u kompetittiva, ibbażata fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni kif ukoll l-impjiegi ekoloġiċi, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Dan għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini fir-reġjuni kollha minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità, in-nies u l-familji b'introjtu inferjuri u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. It-tranżizzjoni toħloq ukoll sfidi differenti għar-reġjuni. Għalhekk, irid jiġi żgurat li tali tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u tqis ir-reġjuni, is-setturi industrijali u domestiċi, li se jiffaċċjaw l-akbar sfidi, filwaqt li ma tħalli lil ħadd jibqa' lura. Jenħtieġ li jitqiesu punti ta' tluq differenti tal-Istati Membri, ir-reġjuni, il-bliet u l-kapaċità differenti tagħhom li jirreaġixxu sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw is-setgħa u jiġu pprovduti b'fondi u kapaċità amministrattiva adegwati biex jilħqu n-newtralità klimatika permezz ta' approċċ inklużiv li jirrispetta l-prinċipji stabbiliti fl-inizjattiva "Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali" tal-Kumitat tar-Reġjuni. |
_________________ |
_________________ |
31 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11 ta' Diċembru 2019. |
31 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11 ta' Diċembru 2019. |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima"), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. |
(4) Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima"), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050, filwaqt li żgurat li tinżamm il-kompetittività u n-newtralità teknoloġika tal-ekonomija tal-Unjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030, b'kont meħud tal-pożizzjonijiet tat-tluq differenti fl-Istati Membri u r-reġjuni kif ukoll il-prinċipju li ħadd ma għandu jitħalla jibqa' lura fit-tranżizzjoni. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll obbligu fuq il-Kummissjoni li tagħmel proposta leġiżlattiva, kif xieraq, biex tintroduċi mira intermedjarja addizzjonali għall-2040, biex tiżgura tnaqqis rapidu u irriversibbli tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra maż-żmien sabiex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050 u emissjonijiet negattivi minn hemm 'il quddiem. |
_________________ |
_________________ |
32 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |
32 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Sabiex jiġu implimentati dawk l-impenji kif ukoll il-kontributi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi33 adottat fil-qafas tal-UNFCCC, jenħtieġ li jiġi adattat il-qafas regolatorju tal-Unjoni biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
(5) Sabiex jiġu implimentati dawk l-impenji kif ukoll il-kontributi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi33 adottat fil-qafas tal-UNFCCC, jenħtieġ li jiġi adattat il-qafas regolatorju tal-Unjoni biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif ukoll l-istrateġiji ta' żvilupp fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, b'kont meħud tal-importanza tal-effiċjenza enerġetika domestika, l-awtosuffiċjenza u l-indipendenza, kif ukoll il-konsegwenzi soċjali tat-tranżizzjoni. Għal dan, huwa importanti li jiġu involuti atturi privati u pubbliċi fil-livell reġjonali u lokali sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-aċċettazzjoni tal-miżuri meħtieġa. Jenħtieġ li jitqiesu l-enerġija sostenibbli prodotta lokalment, kif ukoll l-effiċjenza enerġetika li joħolqu effetti pożittivi fuq l-ekonomija reġjonali. |
_________________ |
_________________ |
33 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4). |
33 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4). |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/842 jistabbilixxi obbligi fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-kontributi minimi tagħhom għall-perjodu mill-2021 sal-2030 biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li fl-2030, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha jitnaqqsu bi 30 % taħt il-livelli tal-2005 fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament. Huwa jistabbilixxi wkoll regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri biex jonoraw il-kontributi minimi tagħhom. |
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/842 jistabbilixxi obbligi fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-kontributi minimi tagħhom għall-perjodu mill-2021 sal-2030 biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li fl-2030, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha jitnaqqsu bi 30 % taħt il-livelli tal-2005 fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament. Huwa jistabbilixxi wkoll regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri biex jonoraw il-kontributi minimi tagħhom. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi pprovduta flessibbiltà xierqa lill-Istati Membri fl-għażla tal-mezzi u l-metodi biex jinkiseb dak l-objettiv. L-ipprogrammar tal-Fondi tal-Politika ta' Koeżjoni jenħtieġ li jikkunsidra l-istrateġiji ta' żvilupp aġġornati mmirati biex jagħtu spinta lill-kapaċitajiet tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u b'hekk jikkontribwixxu għal konverġenza aħjar fil-miri tagħhom diġà f'dan il-perjodu ta' programmazzjoni. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Filwaqt li l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet se japplika wkoll għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq u marittimu kif ukoll mill-bini, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 se jinżamm. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/842 se jkompli japplika għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra min-navigazzjoni domestika, iżda mhux għal dawk min-navigazzjoni internazzjonali. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 li għandhom jitqiesu għall-kontrolli tal-konformità, se jkomplu jiġu ddeterminati mat-tlestija tar-rieżamijiet tal-inventarju f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
(7) Filwaqt li l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet se japplika wkoll għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq u marittimu kif ukoll mill-bini, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 se jinżamm. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/842 se jkompli japplika għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra min-navigazzjoni domestika, iżda mhux għal dawk min-navigazzjoni internazzjonali. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 li għandhom jitqiesu għall-kontrolli tal-konformità, se jkomplu jiġu ddeterminati mat-tlestija tar-rieżamijiet tal-inventarju f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 u kkorroborati mad-data disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali, fejn huwa imperattiv li l-aktar data reċenti disponibbli fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali titqies għall-kontroll tal-konformità, filwaqt li tingħata stampa realistika tas-sitwazzjoni. |
_________________ |
_________________ |
34 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1). |
34 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1). |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-17 ta' Settembru 202035, il-Kummissjoni indikat li ż-żieda fil-mira ġenerali tal-2030 tista' tinkiseb biss bil-kontribut tas-setturi kollha. |
(8) Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-17 ta' Settembru 202035, il-Kummissjoni indikat li ż-żieda fil-mira ġenerali tal-2030 tista' tinkiseb biss bil-kontribut tas-setturi kollha. Madankollu, jeħtieġ li jitqies l-aspett soċjali tat-tranżizzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li jinżammu jew jinħolqu impjiegi ekoloġiċi, inkluż permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni, u li l-kisba tal-miri ġenerali ma twassalx għal faqar enerġetiku, li fih dawk l-aktar ekonomikament dgħajfa huma l-aktar milquta. |
_________________ |
_________________ |
35 COM/2020/562 final. |
35 COM/2020/562 final. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew semma li l-mira tal-2030 se titwettaq b'mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffettiv possibbli, li l-Istati Membri kollha se jipparteċipaw f'dan l-isforz, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta' ġustizzja u solidarjetà u ħadd ma jitħalla jibqa' lura, u li l-mira l-ġdida għall-2030 jeħtieġ li tinkiseb b'mod li tiġi ppreservata l-kompetittività tal-Unjoni u li jitqiesu l-punti tat-tluq differenti tal-Istati Membri u ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi u l-potenzjal għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, inklużi dawk tal-Istati Membri gżejjer u tal-gżejjer, kif ukoll l-isforzi li saru. |
(9) Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew semma li l-mira tal-2030 se titwettaq b'mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffettiv possibbli, li l-Istati Membri kollha se jipparteċipaw f'dan l-isforz, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet ta' ġustizzja u solidarjetà u ħadd ma jitħalla jibqa' lura, u li l-mira l-ġdida għall-2030 jeħtieġ li tinkiseb b'mod li tiġi ppreservata l-kompetittività ekonomika tal-Unjoni, inklużi l-industrija u l-agrikoltura, u li jitqiesu l-punti tat-tluq differenti tal-Istati Membri u ċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi, il-karatteristiċi ġeografiċi u l-kundizzjonijiet naturali kif ukoll il-potenzjal għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, inklużi dawk tal-Istati Membri gżejjer, gżejjer oħra u r-reġjuni remoti, kif ukoll l-isforzi li saru. |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Sabiex tintlaħaq il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'55 %, is-setturi koperti mir-Regolament (UE) 2018/842 se jkollhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'mod progressiv sakemm jilħqu -40 % fl-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-2005. |
(10) Sabiex tintlaħaq il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'55 %, is-setturi koperti mir-Regolament (UE) 2018/842 se jkollhom inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b'mod progressiv sakemm jilħqu mill-inqas -40 % fl-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-2005. Fl-istess ħin, huwa importanti li tinżamm il-kompetittività industrijali permezz tal-implimentazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi u newtrali għall-klima. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Għal dak il-għan, il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2030 trid tiġi riveduta għal kull Stat Membru. Ir-reviżjoni tal-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jenħtieġ li tuża l-istess metodoloġija li ġiet segwita meta r-Regolament (UE) 2018/842 ġie adottat għall-ewwel darba, fejn il-kontributi nazzjonali ġew iddeterminati b'kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet differenti u tal-opportunitajiet ta' kosteffiċjenza fl-Istati Membri sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta u bbilanċjata tal-isforz. Għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet massimi ta' gassijiet serra ta' kull Stat Membru fl-2030 jiġu ddeterminati b'rabta mal-livell rieżaminat tiegħu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2005 kopert b'dan ir-Regolament, minbarra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet li kienu qegħdin jaħdmu fl-2005 u li ġew inklużi fl-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet wara l-2005. |
(11) Għal dak il-għan, il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2030 jeħtieġ li tiġi riveduta għal kull Stat Membru, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-aspett soċjali u l-impatt soċjali li jistgħu jirriżultaw mill-konsegwenzi tal-miżuri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet. Ir-reviżjoni tal-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jenħtieġ li tuża l-istess metodoloġija li ġiet segwita meta r-Regolament (UE) 2018/842 ġie adottat għall-ewwel darba, fejn il-kontributi nazzjonali ġew iddeterminati b'kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet differenti u tal-opportunitajiet ta' kosteffiċjenza fl-Istati Membri sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta u bbilanċjata tal-isforz u tiġi żgurata koeżjoni u żvilupp soċjali f'kull pajjiż kif ukoll fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet massimi ta' gassijiet serra ta' kull Stat Membru fl-2030 jiġu ddeterminati b'rabta mal-livell rieżaminat tiegħu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2005 kopert b'dan ir-Regolament, minbarra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet li kienu qegħdin jaħdmu fl-2005 u li ġew inklużi fl-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet wara l-2005. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 11a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11a) L-istrateġiji ta' żvilupp fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jeħtieġ li jiġu adattati wkoll sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku u fil-Ftehim ta' Pariġi, biex jinkludu objettivi ċari u li jistgħu jitkejlu, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni u l-ħtiġijiet ta' żvilupp u bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fir-reġjuni kollha sabiex mhux biss jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri iżda wkoll biex tiżdied il-kwalità tal-ambjent fl-Unjoni kollha. |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) B'konsegwenza ta' dan, se jkun meħtieġ li mis-sena tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jiġu stabbiliti limiti nazzjonali vinkolanti ġodda, espressi f'allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, li progressivament iwasslu għall-mira tal-2030 ta' kull Stat Membru, filwaqt li jinżammu fis-seħħ il-limiti annwali stabbiliti għas-snin ta' qabel, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/212636. |
(12) B'konsegwenza ta' dan, se jkun meħtieġ li mis-sena tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jiġu stabbiliti limiti nazzjonali vinkolanti ġodda, espressi f'allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, li progressivament, u b'flessibbiltà għall-Istati Membri dwar kif jilħqu dan il-limitu, iwasslu għall-mira tal-2030 ta' kull Stat Membru, filwaqt li jinżammu fis-seħħ il-limiti annwali stabbiliti għas-snin ta' qabel, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/212636. |
_________________ |
_________________ |
36 Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar l-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 426, 17.12.2018, p. 58). |
36 Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar l-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 426, 17.12.2018, p. 58). |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 12a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12a) Sabiex jiġi żgurat li l-piż amministrattiv kemm fuq il-pajjiżi kif ukoll fuq l-ekonomija jiġi minimizzat u li l-miri tal-2030 jintlaħqu b'mod effettiv f'kull Stat Membru, huwa xieraq li jiġi stabbilit approċċ armonizzat mhux vinkolanti fil-livell tal-Unjoni għall-Istati Membri kollha jew li ssir proposta mill-Kummissjoni għal miżuri ta' implimentazzjoni ta' bażi potenzjali u, fejn xieraq, li jiġi pprovdut appoġġ tekniku li jista' jgħin lill-Istati Membri jiksbu l-miri. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-ekonomija tal-Unjoni u l-livell tal-emissjonijiet tagħha sa punt li għadu ma jistax jiġi kkwantifikat bis-sħiħ. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni qed tuża l-akbar pakkett ta' stimolu li qatt kellha, li wkoll qed ikollu impatt potenzjali fuq il-livell tal-emissjonijiet. Minħabba dawk l-inċertezzi, huwa xieraq li d-data dwar l-emissjonijiet tiġi rieżaminata fl-2025 u, jekk ikun meħtieġ, li l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet jiġu aġġustati mill-ġdid. |
(13) Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-ekonomija tal-Unjoni u l-livell tal-emissjonijiet tagħha sa punt li għadu ma jistax jiġi kkwantifikat bis-sħiħ. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni qed tuża l-akbar pakkett ta' stimolu li qatt kellha, li wkoll qed ikollu impatt potenzjali fuq il-livell tal-emissjonijiet. Minħabba dawk l-inċertezzi, jista' jkun xieraq li d-data dwar l-emissjonijiet tiġi rieżaminata u, jekk ikun meħtieġ, li l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet jiġu aġġustati mill-ġdid b'mod realistiku u soċjalment responsabbli, b'kont meħud tal-aktar data reċenti; Jenħtieġ li dan ma jipperikolax l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sal-2050. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 13a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Jekk ikun meħtieġ aġġustament, jenħtieġ li l-Istati Membri jadattaw l-istrateġiji ta' żvilupp tagħhom fil-livelli kollha kif xieraq, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet ta' żvilupp ta' kull reġjun u jadattaw ukoll l-ipprogrammar tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-objettivi relatati mat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tiżgura assistenza teknika fl-istabbiliment ta' objettivi li jistgħu jitkejlu, filwaqt li jiġu riveduti l-istrateġiji ta' żvilupp u jiġi stabbilit l-aħjar perkors biex jinkisbu dawk l-objettivi fejn meħtieġ, speċjalment għar-reġjuni b'industriji intensivi li jniġġsu, sabiex jiġi żgurat li l-miri jintlaħqu minn kull Stat Membru. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Għalhekk huwa xieraq li fl-2025 jiġu aġġornati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal bejn l-2026 u l-2030. Dan jenħtieġ li jkun ibbażat fuq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali mwettqa mill-Kummissjoni sabiex tiġi ddeterminata l-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' kull Stat Membru matul is-snin 2021, 2022 u 2023. |
(14) Sa fejn id-data tal-Istati Membri fl-2025 tiddevja b'mod sinifikanti mil-limitu stabbilit minn trajettorja lineari, jista' jkun xieraq li fl-2025 jiġu aġġornati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal bejn l-2026 u l-2030. Dan jenħtieġ li jkun ibbażat fuq rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali u kkorroborat mad-data disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali mwettaq mill-Kummissjoni sabiex tiġi ddeterminata l-medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' kull Stat Membru. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) L-istabbiliment ta' miri aktar ambizzjużi skont ir-Regolament (UE) 2018/841 se jnaqqas il-kapaċità tal-Istati Membri li jiġġeneraw assorbimenti netti li jistgħu jintużaw għall-konformità skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Barra minn hekk, il-qasma tal-użu tal-flessibbiltà tal-LULUCF f'żewġ perjodi ta' żmien separati, se tkompli tillimita d-disponibbiltà tal-assorbimenti netti għall-fini ta' konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. B'riżultat ta' dan, xi Stati Membri jistgħu jiffaċċjaw sfidi biex jilħqu l-miri tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842, filwaqt li xi Stati Membri, l-istess jew oħrajn, jistgħu jiġġeneraw assorbimenti netti li ma jistgħux jintużaw għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. Sakemm l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119 jiġu ssodisfati, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitu massimu tal-kontribut tal-assorbimenti netti, huwa xieraq li jinħoloq mekkaniżmu volontarju ġdid, fl-għamla ta' riżerva addizzjonali, li jgħin lill-Istati Membri jaderixxu mal-obbligi tagħhom. |
(18) L-istabbiliment ta' miri aktar ambizzjużi, iżda realistiċi, skont ir-Regolament (UE) 2018/841 se jnaqqas il-kapaċità tal-Istati Membri li jiġġeneraw assorbimenti netti li jistgħu jintużaw għall-konformità skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Barra minn hekk, il-qasma tal-użu tal-flessibbiltà tal-LULUCF f'żewġ perjodi ta' żmien separati, se tkompli tillimita d-disponibbiltà tal-assorbimenti netti għall-fini ta' konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. B'riżultat ta' dan, xi Stati Membri jistgħu jiffaċċjaw sfidi biex jilħqu l-miri tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842, filwaqt li xi Stati Membri, l-istess jew oħrajn, jistgħu jiġġeneraw assorbimenti netti li ma jistgħux jintużaw għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. Sakemm l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119 jiġu ssodisfati, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitu massimu tal-kontribut tal-assorbimenti netti, huwa xieraq li jinħoloq mekkaniżmu volontarju ġdid, fl-għamla ta' riżerva addizzjonali, li jgħin lill-Istati Membri jaderixxu mal-obbligi tagħhom. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) Biex il-mira ta' 1,5 °C tal-Ftehim ta' Pariġi tinżamm fil-livell li jista' jintlaħaq, huwa meħtieġ sforz kollettiv tas-setturi kollha tal-ekonomija, inkluż mill-agrikoltura, kif deskritt fil-viżjoni strateġika fit-tul tal-Kummissjoni għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima1a. L-Istati Membri huma meħtieġa jiżviluppaw strateġiji fit-tul li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-impenji tagħhom għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u l-kisba ta' tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u titjib fit-tneħħija minn bjar fis-setturi kollha f'konformità mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni. Dawn l-istrateġiji, kif ukoll pjanijiet u rapporti oħra tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, jenħtieġ li jintużaw mill-Kummissjoni biex tistabbilixxi u timmonitorja l-kisba kollettiva tal-miri tas-settur tar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi fil-livell tal-UE. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Fl-Artikolu 1, "30 %" huwa sostitwit b'"40 %"; |
(1) Fl-Artikolu 1, "30 %" huwa sostitwit b'"tal-inqas 40 %"; |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) ma jaqbżux, fis-snin 2023, 2024 u 2025, il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda fl-2022 fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal dak l-Istat Membru, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal dik is-sena, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(b) ma jaqbżux, fis-snin 2023-2030, il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda fl-2022 fl-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal dak l-Istat Membru, kif stabbilit skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għal dik is-sena, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) fis-snin mill-2026 sal-2030, ma jaqbżux il-limitu definit minn trajettorja lineari li tibda fl-2024, bħala medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tiegħu matul is-snin 2021, 2022 u 2023, kif ippreżentat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999, u li tintemm fl-2030 fil-limitu stabbilit għal dak l-Istat Membru fil-kolonna 2 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
imħassar |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għas-snin 2021 u 2022, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi ta' rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u tindika l-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2005 ta' kull Stat Membru użati biex jiġu ddeterminati dawk l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet. |
Għas-snin 2021 u 2022, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi ta' rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016-2018 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 u kkorroborata mad-data disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali u tindika l-valur korrispondenti għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2005 ta' kull Stat Membru użati biex jiġu ddeterminati dawk l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet. |
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għas-snin 2023, 2024 u 2025, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta' kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u l-valuri rieżaminati tad-data tal-inventarju nazzjonali għas-snin 2016, 2017 u 2018 imsemmija fit-tieni subparagrafu. |
Għas-snin 2023-2030, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta' kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u kkorroborat mad-data disponibbli fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali u l-valuri rieżaminati tad-data tal-inventarju nazzjonali għas-snin 2016, 2017 u 2018 imsemmija fit-tieni subparagrafu. |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għas-snin 2026 sa 2030, hija għandha tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet abbażi tal-valur għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-2005 ta' kull Stat Membru indikat skont it-tieni subparagrafu u abbażi ta' rieżami komprensiv tad-data tal-inventarju nazzjonali l-aktar reċenti għas-snin 2021, 2022 u 2023 ippreżentati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999. |
imħassar |
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Meta Stat Membru jkun qabeż l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal tliet snin, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika fl-istabbiliment tal-objettivi u l-miri li jistgħu jitkejlu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, l-adattament tal-istrateġiji ta' żvilupp u l-istabbiliment ta' perkorsi biex jinkisbu dawk l-objettivi b'mod partikolari għar-reġjuni b'setturi domestiċi u industriji intensivi li jniġġsu, filwaqt li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, tnaqqas il-faqar enerġetiku u ma tħalli lil ħadd jibqa' lura. |
Emenda 25
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 8 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
|
3. Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni li tkun aċċessibbli għall-pubbliku, dwar ir-robustezza tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva ppreżentati f'konformità mal-paragrafu 1 u f'dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba' xhur mill-wasla ta' dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa u għandu jirrevedi l-pjan ta' azzjoni korrettiva tiegħu skont dan. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi raġunijiet fejn ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha u għandu jagħmilhom aċċessibbli għall-pubbliku. |
Emenda 26
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Jekk Stat Membru jaqbeż il-kwota annwali tiegħu ta' emissjonijiet f'sentejn wara xulxin, huwa għandu jwettaq rieżami tal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u tal-Istrateġija Nazzjonali fit-Tul tiegħu. Dan ir-rieżami għandu jitlesta fi żmien 12-il xahar. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-pjan rivedut flimkien ma' dikjarazzjoni li tistabbilixxi kif ir-reviżjonijiet proposti se jirrimedjaw in-nuqqas ta' konformità mal-kwoti ta' emissjonijiet annwali nazzjonali. Jekk il-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima jew l-istrateġija nazzjonali fit-tul jibqgħu sostanzjalment l-istess, l-Istat Membru għandu jippubblika spjegazzjoni li tistabbilixxi r-raġunament tiegħu. |
Emenda 27
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 11a – paragrafu 4 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) l-Istat Membru jkun implimenta l-istrateġiji ta' żvilupp adattati skont l-Artikolu 4, paragrafu 3a. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi |
|||
Referenzi |
COM(2021)0555 – C9-0321/2021 – 2021/0200(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 13.9.2021 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 13.9.2021 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Vlad-Marius Botoş 27.9.2021 |
|||
Eżami fil-kumitat |
6.12.2021 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
15.3.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 7 11 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Matteo Adinolfi, François Alfonsi, Pascal Arimont, Adrian-Dragoş Benea, Tom Berendsen, Erik Bergkvist, Stéphane Bijoux, Franc Bogovič, Vlad-Marius Botoş, Rosanna Conte, Andrea Cozzolino, Corina Crețu, Rosa D’Amato, Christian Doleschal, Raffaele Fitto, Chiara Gemma, Mircea-Gheorghe Hava, Krzysztof Hetman, Peter Jahr, Manolis Kefalogiannis, Ondřej Knotek, Constanze Krehl, Cristina Maestre Martín De Almagro, Nora Mebarek, Martina Michels, Alin Mituța, Dan-Ştefan Motreanu, Niklas Nienaß, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Alessandro Panza, Tsvetelina Penkova, Caroline Roose, Marcos Ros Sempere, André Rougé, Susana Solís Pérez, Irène Tolleret, Valdemar Tomaševski, Monika Vana |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Mathilde Androuët, Daniel Buda |
|||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
23 |
+ |
NI |
Chiara Gemma |
Renew |
Stéphane Bijoux, Vlad-Marius Botoş, Ondřej Knotek, Alin Mituța, Susana Solís Pérez, Irène Tolleret |
S&D |
Adrian-Dragoş Benea, Erik Bergkvist, Andrea Cozzolino, Corina Crețu, Constanze Krehl, Cristina Maestre Martín De Almagro, Nora Mebarek, Tsvetelina Penkova, Marcos Ros Sempere |
The Left |
Martina Michels, Younous Omarjee |
Verts/ALE |
François Alfonsi, Rosa D'Amato, Niklas Nienaß, Caroline Roose, Monika Vana |
7 |
- |
ECR |
Raffaele Fitto, Valdemar Tomaševski |
ID |
Matteo Adinolfi, Mathilde Androuët, Rosanna Conte, Alessandro Panza, André Rougé |
11 |
0 |
PPE |
Pascal Arimont, Tom Berendsen, Franc Bogovič, Daniel Buda, Christian Doleschal, Mircea-Gheorghe Hava, Krzysztof Hetman, Peter Jahr, Manolis Kefalogiannis, Dan‑Ştefan Motreanu, Andrey Novakov |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI (24.3.2022)
għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi
(COM(2021)0555 – C9‑0321/2021 – 2021/0200(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Norbert Lins
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Sfond - pakkett Lesti għall-mira ta' 55 %
F'Lulju 2021 il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-pakkett tagħha dwar it-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-pakkett Lesti għall-mira ta' 55 %, l-akbar sett ta' miżuri klimatiċi fl-istorja tal-UE, għandu l-għan li jirrevedi biċċiet differenti ta' leġiżlazzjoni sabiex titwettaq il-mira l-ġdida tal-UE ta' tnaqqis ta' mill-inqas 55 % tal-emissjonijiet netti sal-2030 meta mqabbel mal-livelli tal-1990. Il-pakkett propost jipprevedi mill-inqas 52,8 % ta' tnaqqis tal-emissjonijiet u tal-inqas 310 Mt ta' assorbimenti netti mill-bjar tal-karbonju sal-2030. Sabiex tkun konformi max-xjenza, din il-mira jeħtieġ li tkun kemm aktar ambizzjuża kif ukoll li timtela b'miżuri konkreti.
L-IPCC ilu jwissi għal snin: 1,5°C tat-tisħin globali huwa gravi, 2 °C ikunu katastrofiċi. It-tisħin attwali ta' 1,2 °C diġà wassal għal diżastri naturali, spostamenti tal-popolazzjoni, fallimenti tal-għelejjel u telfien tal-bijodiversità, fl-Unjoni u lil hinn. L-eżitu tal-aħħar UNFCCC, COP26, huwa ċar ħafna wkoll: skont l-NDCs attwali, l-emissjonijiet globali mistennija jiżdiedu sal-2030 u lil hinn, filwaqt li għandhom jitnaqqsu b'mill-inqas -45 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-2010 jekk irridu nillimitaw it-tisħin globali għal 1,5 °C. Speċjalment wara l-COP26, huwa ċar li l-Unjoni Ewropea hija obbligata li taċċelera t-tnaqqis tal-emissjonijiet tagħha f'dan id-deċennju, u turi ambizzjonijiet akbar biex tindirizza l-emerġenza klimatika.
Trid tingħata prijorità lil azzjoni bikrija permezz ta' trajettorja ambizzjuża. Maġġoranza kbira tal-istudji xjentifiċi, li jirriflettu l-kunsens globali, inkluż l-aħħar rapport tal-IPCC[3], urew li l-2020-2030 huwa d-deċennju deċiżiv għal azzjoni kontra l-kriżi klimatika u tal-bijodiversità.
Kondiviżjoni tal-Isforzi fil-pakkett Lesti għall-mira ta' 55 %
Bħala parti minn dan il-pakkett, ir-Regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi (ESR) jistabbilixxi miri u jimmonitorja l-isforz tal-Istati Membri sabiex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra f'setturi mhux koperti mill-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet. L-ESR, li jkopri 60 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE, huwa wieħed mill-pedamenti tal-politika tal-UE dwar it-tibdil fil-klima u jrid iwassal għal tnaqqis sostanzjali tal-emissjonijiet. Din ir-reviżjoni hija opportunità biex il-miri tal-UE u tal-Istati Membri jinġiebu konformi mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, filwaqt li jingħalqu l-lakuni li bħalissa jimminaw l-effettività tal-liġi.
Inżommu l-isforzi tas-setturi tal-ESR f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima
L-ESR jistabbilixxi miri vinkolanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-Istati Membri, li jkopru diversi setturi, inkluża l-agrikoltura. Il-proposta tal-Kummissjoni żżomm il-kamp ta' applikazzjoni tal-ESR u żżid il-mira ġenerali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE minn tnaqqis ta' 30 % għal 40 % meta mqabbel mal-2005 sal-2030. L-Istati Membri jibqgħu responsabbli biex iwettqu t-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi kollha tal-ESR.
Għalkemm din ir-reviżjoni hija milqugħa tajjeb, il-livell ta' ambizzjoni inkluż fl-ESR rieżaminat għadu 'l bogħod milli jkun allinjat mal-mira tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima – li għalih b'mod ġenerali jkun meħtieġ tnaqqis tal-emissjonijiet ta' mill-inqas 55 % meta mqabbel mal-livelli tal-2005 fis-setturi koperti mill-ESR.
Ambizzjonijiet akbar iridu jimxu id f'id ma' setturi li jinċentivaw li s'issa ma wettqu l-ebda tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet, bħall-agrikoltura – li kkontribwiet biss għal 1 % tal-isforz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għas-setturi tal-kondiviżjoni tal-isforzi bejn l-2005 u l-2018, filwaqt li għadha t-tielet l-akbar emittent[4]. L-Istati Membri spiss għażlu li jiffokaw l-isforzi ta' tnaqqis tagħhom fuq setturi oħra, iżda l-agrikoltura issa trid tikkontribwixxi wkoll b'mod sostanzjali biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima. Trid tiġi rikonoxxuta l-opportunità li jiġu żviluppati kontributi minimi tas-settur fil-livell tal-UE, sabiex inkunu nistgħu nikkondividu l-piż b'mod ekwu u s-setturi kollha jkollhom il-parti magħżula tagħhom.
Inpoġġu l-ESR fit-triq lejn in-newtralità tal-UE għall-2050
Fl-ambitu tar-Regolament attwali, ingħataw diversi flessibbiltajiet lill-Istati Membri bil-ħsieb li jilħqu l-miri ġenerali tagħhom tal-Kondiviżjoni tal-Isforzi. Dawk il-flessibbiltajiet iddimostraw li jimminaw l-objettiv ġenerali tar-Regolament billi jnaqqsu l-isforzi mill-Istati Membri kollha biex jiddekarbonizzaw is-setturi tal-ESR, b'mod partikolari l-agrikoltura. L-espansjoni ta' dawk il-flessibbiltajiet tkompli timmina l-azzjoni tal-UE dwar il-klima. B'mod partikolari, il-proposta li jintużaw assorbimenti netti akbar mis-settur tal-LULUCF biex jikkumpensaw għan-nuqqas ta' tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi tal-ESR tmur kontra l-prinċipju li jiġi żgurat li s-setturi kollha jikkontribwixxu għall-mira klimatika minquxa fil-Liġi tal-UE dwar il-Klima. It-tneħħija mill-bjar naturali tal-karbonju trid tiżdied fl-istess ħin li jkun hemm tnaqqis drastiku fil-fjuwils fossili.
Sabiex jiġu pprovduti prevedibbiltà u fiduċja għall-atturi ekonomiċi kollha, inklużi n-negozji, il-ħaddiema, l-investituri u l-konsumaturi, u jiġi żgurat tnaqqis rapidu u irriversibbli tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra maż-żmien bil-ħsieb li jintlaħqu emissjonijiet ta' gassijiet serra żero netti sal-2050 u emissjonijiet negattivi wara dan, il-Kummissjoni Ewropea jeħtiġilha tistabbilixxi miri lil hinn mill-2030. Sal-aħħar tal-2025, u filwaqt li jitqies il-baġit ta' gassijiet serra stabbilit fl-ambitu tal-Liġi tal-UE dwar il-Klima, kif ukoll il-parir tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Kummissjoni għandha toħroġ bi proposta għall-miri tal-ESR tal-UE u tal-Istati Membri, kif ukoll kontributi minimi tas-settur fil-livell tal-UE, għall-perjodu ta' wara l-2030. Dawn il-miri għandhom ikunu miri ta' 5 snin sabiex jallinjaw mal-perjodi ta' żmien komuni miftiehma matul il-COP26, biex jintlaħqu bis-sħiħ l-impenji tal-UE dwar il-klima, u jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika kif stabbilit bħalissa fil-Liġi tal-UE dwar il-Klima.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew31 jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku mmirati lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f'soċjetà ġusta u prospera, b'ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Dan għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u li ħadd ma jitħalla jibqa' lura. |
(3) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew31 jgħaqqad sett komprensiv ta' miżuri u inizjattivi ta' tisħiħ reċiproku, effiċjenti u ekwi mmirati lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, ħaġa li tirrappreżenta sfida kbira, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta' tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni, b'mod gradwali u reponsabbli, f'soċjetà ġusta u prospera, abbażi ta' riċerka u innovazzjoni u impjiegi ekoloġiċi, b'ekonomija maħsuba biex tkun moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn l-ekonomija u l-benesseri tal-poplu jkunu diżakkoppjati mill-użu tar-riżorsi. Dan għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, il-Patt Ekoloġiku Ewropew jistabbilixxi l-ħtieġa li tiġi żgurata tranżizzjoni effettiva u ġusta, biex l-investituri jingħataw prevedibbiltà u biex tiġi żgurata l-irriversibbiltà tal-proċess ta' tranżizzjoni. Din it-tranżizzjoni għandha impatti differenti fuq Stati Membri u reġjuni differenti, skont, b'mod partikolari, il-karatteristiċi ġeografiċi fiżiċi u l-fatturi naturali. Hija taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati, bħall-anzjani, il-persuni b'diżabilità, il-persuni fir-riskju tal-faqar enerġetiku u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, abbażi ta' miri realistiċi u ta' distribuzzjoni ġusta u bbilanċjata ta' sforzi bejn l-Istati Membri, filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa' lura. Fir-rigward tas-settur agrikolu, l-importanza tal-konverġenza esterna fil-PAK jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta peress li l-Istati Membri jibbenefikaw f'livelli differenti mill-pagamenti tal-PAK skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31a, u dan għandu impatt fuq il-pożizzjoni ekonomika tal-bdiewa tagħhom u fuq il-kapaċità li jipparteċipaw fl-isforzi meħtieġa biex jagħtu l-kontribut tagħhom skont dan ir-Regolament. |
__________________ |
__________________ |
31 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11 ta' Diċembru 2019. |
31 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni - Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final tal-11 ta' Diċembru 2019. |
|
31a Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1). |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima"), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. |
(4) Fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 (il-"Liġi Ewropea dwar il-Klima"), l-Unjoni stabbiliet fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta' gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta' mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll obbligu fuq il-Kummissjoni li tagħmel proposta leġiżlattiva, kif xieraq, biex tintroduċi aktar miri intermedjarji, tiżgura tnaqqis rapidu u irriversibbli tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra maż-żmien sabiex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050. Dan ir-Regolament jiżgura li s-setturi mhux koperti mill-ETS jagħmlu l-parti tagħhom biex jinkisbu l-għanijiet tal-liġi dwar il-klima, filwaqt li jitqiesu l-punti ta' tluq differenti tal-Istati Membri, l-aspett soċjali tat-tranżizzjoni, il-valutazzjonijiet tal-impatti distributtivi u l-effetti tagħhom fuq il-kompetittività speċifika għas-settur. Dan ir-Regolament iwitti wkoll it-triq għall-iffissar ta' miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni għal wara l-2030 fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament u tal-kontributi minimi tal-Istati Membri għat-twettiq ta' dawk il-miri tal-Unjoni għal wara l-2030; |
__________________ |
__________________ |
32 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |
32 Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas għall-kisba tan-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 ("il-Liġi Ewropea dwar il-Klima") (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1). |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Sabiex jiġu implimentati dawk l-impenji kif ukoll il-kontributi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi33 adottat fil-qafas tal-UNFCCC, jenħtieġ li jiġi adattat il-qafas regolatorju tal-Unjoni biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. |
(5) Sabiex jiġu implimentati dawk l-impenji kif ukoll il-kontributi tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi33 adottat fil-qafas tal-UNFCCC, jenħtieġ li jiġi adattat il-qafas regolatorju tal-Unjoni biex tintlaħaq il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, kemm sal-2030 kif ukoll lil hinn. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiżgura li jintlaħaq bilanċ bejn, minn naħa waħda, il-ħtieġa li jintlaħqu l-miri klimatiċi ambizzjużi u, min-naħa l-oħra, li jiġi żgurat livell ottimali ta' distribuzzjoni tal-isforzi bejn is-setturi fl-Istati Membri biex jadattaw ruħhom għall-miri, sabiex tiġi żgurata l-konverġenza bejn ir-reġjuni. F'konformità mal-Artikolu 2(1), il-punt (b) tal-Ftehim ta' Pariġi, in-newtralità klimatika sal-2050 trid tintlaħaq b'mod li tiġi żgurata produzzjoni adegwata tal-ikel fit-tul, tiġi jiżgura tranżizzjoni ġusta, ma tiġix mhedda s-sigurtà tal-ikel u jitqiesu l-isforzi li s-settur agrikolu diġà qed jagħmel. |
__________________ |
__________________ |
33 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4). |
33 Il-Ftehim ta' Pariġi (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4). |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Filwaqt li l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet se japplika wkoll għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq u marittimu kif ukoll mill-bini, il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 se jinżamm. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/842 se jkompli japplika għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra min-navigazzjoni domestika, iżda mhux għal dawk min-navigazzjoni internazzjonali. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 li għandhom jitqiesu għall-kontrolli tal-konformità, se jkomplu jiġu ddeterminati mat-tlestija tar-rieżamijiet tal-inventarju f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. |
(7) Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 jinżamm u l-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn miżuri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, sabiex jittaffew l-impatti negattivi tal-ipprezzar tal-karbonju fuq il-konsumaturi vulnerabbli. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/842 se jkompli japplika għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra min-navigazzjoni domestika, iżda mhux għal dawk min-navigazzjoni internazzjonali. L-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/842 li għandhom jitqiesu għall-kontrolli tal-konformità, se jkomplu jiġu ddeterminati mat-tlestija tar-rieżamijiet tal-inventarju f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, u huwa essenzjali li d-data l-aktar reċenti disponibbli fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali titqies biex tiġi vverifikata l-konformità, sabiex tingħata stampa realistika tas-sitwazzjoni reali. |
__________________ |
__________________ |
34 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1). |
34 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1). |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 9a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9a) Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitqies l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jirrikonoxxi l-vulnerabbiltà partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi li jirriżulta mill-pożizzjoni remota tagħhom, mir-reġjuni kontinentali, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija diffiċli u d-dipendenza fuq il-klima u d-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, kombinazzjoni li tfixkel ħafna l-iżvilupp tagħhom u tiġġenera kostijiet żejda sostanzjali f'ħafna oqsma, b'mod partikolari għat-trasport. L-isforzi li qed isiru u l-miri stabbiliti fil-livell tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra jridu jiġu adattati għal din is-sitwazzjoni diffiċli, filwaqt li l-objettivi ambjentali jiġu bbilanċjati mal-kostijiet soċjali għoljin għal dawn ir-reġjuni. |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Għal dak il-għan, il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2030 trid tiġi riveduta għal kull Stat Membru. Ir-reviżjoni tal-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jenħtieġ li tuża l-istess metodoloġija li ġiet segwita meta r-Regolament (UE) 2018/842 ġie adottat għall-ewwel darba, fejn il-kontributi nazzjonali ġew iddeterminati b'kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet differenti u tal-opportunitajiet ta' kosteffiċjenza fl-Istati Membri sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta u bbilanċjata tal-isforz. Għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet massimi ta' gassijiet serra ta' kull Stat Membru fl-2030 jiġu ddeterminati b'rabta mal-livell rieżaminat tiegħu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2005 kopert b'dan ir-Regolament, minbarra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet li kienu qegħdin jaħdmu fl-2005 u li ġew inklużi fl-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet wara l-2005. |
(11) Għal dak il-għan, il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-2030, filwaqt li jitqiesu b'mod debitu l-konsegwenzi soċjali li jistgħu jirriżultaw mid-dinamika tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra, jeħtieġ li tiġi riveduta, sabiex kull Stat Membru jkun jista' jagħti sehmu biex jindirizza din l-isfida tranżnazzjonali. Ir-reviżjoni tal-mira tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra jenħtieġ li tirrispetta l-prinċipju li "ħadd ma jitħalla jibqa' lura" u tevita li ċċaqlaq il-piż tar-responsabbiltà fuq l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw l-akbar sfidi trasformattivi. Jenħtieġ li jintużaw l-istess elementi ta' metodoloġija li ġew segwiti meta r-Regolament (UE) 2018/842 ġie adottat għall-ewwel darba, fejn il-kontributi nazzjonali ġew iddeterminati b'kunsiderazzjoni tal-kapaċitajiet differenti u tal-opportunitajiet ta' kosteffiċjenza fl-Istati Membri sabiex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta u bbilanċjata tal-isforz. Għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet massimi ta' gassijiet serra ta' kull Stat Membru fl-2030 jiġu ddeterminati b'rabta mal-livell rieżaminat tiegħu tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-2005 kopert b'dan ir-Regolament, minbarra l-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet li kienu qegħdin jaħdmu fl-2005 u li ġew inklużi fl-iskema tal-Unjoni għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet wara l-2005. Minħabba li l-Istati Membri jeħtieġ li jilħqu dawk il-miri b'miżuri nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw ftit flessibbiltà fl-għażla tal-mezzi biex jilħqu dawn il-miri. |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) B'konsegwenza ta' dan, se jkun meħtieġ li mis-sena tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jiġu stabbiliti limiti nazzjonali vinkolanti ġodda, espressi f'allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, li progressivament iwasslu għall-mira tal-2030 ta' kull Stat Membru, filwaqt li jinżammu fis-seħħ il-limiti annwali stabbiliti għas-snin ta' qabel, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/212636. |
(12) B'konsegwenza ta' dan, se jkun meħtieġ li mis-sena tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u f'konformità mal-istudju tal-impatt ambjentali rilevanti, jiġu stabbiliti limiti nazzjonali vinkolanti ġodda, espressi f'allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, li progressivament iwasslu għall-mira tal-2030 ta' kull Stat Membru, filwaqt li jinżammu fis-seħħ il-limiti annwali stabbiliti għas-snin ta' qabel, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/212636 u filwaqt li jiġi inkluż il-proporzjon kostijiet-benefiċċji għal kull reġjun. |
__________________ |
__________________ |
36 Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar l-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 426, 17.12.2018, p. 58). |
36 Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2126 tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar l-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 426, 17.12.2018, p. 58). |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-ekonomija tal-Unjoni u l-livell tal-emissjonijiet tagħha sa punt li għadu ma jistax jiġi kkwantifikat bis-sħiħ. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni qed tuża l-akbar pakkett ta' stimolu li qatt kellha, li wkoll qed ikollu impatt potenzjali fuq il-livell tal-emissjonijiet. Minħabba dawk l-inċertezzi, huwa xieraq li d-data dwar l-emissjonijiet tiġi rieżaminata fl-2025 u, jekk ikun meħtieġ, li l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet jiġu aġġustati mill-ġdid. |
(13) Il-pandemija tal-COVID-19 affettwat l-ekonomija tal-Unjoni u l-livell tal-emissjonijiet tagħha sa punt li għadu ma jistax jiġi kkwantifikat bis-sħiħ. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni qed tuża l-akbar pakkett ta' stimolu li qatt kellha, li wkoll qed ikollu impatt potenzjali fuq il-livell tal-emissjonijiet. Jenħtieġ li jitqies il-fatt li jiġi żgurat li l-miri skont dan ir-Regolament ma jwasslux sabiex il-produzzjoni tal-ikel tiġi rilokata barra mill-Unjoni u li s-setturi kkonċernati jibqgħu kompetittivi internazzjonalment. Minħabba dawk l-inċertezzi, huwa xieraq li d-data dwar l-emissjonijiet tiġi rieżaminata fl-2025 u, jekk ikun meħtieġ, li l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet jiġu aġġustati mill-ġdid. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Skont ir-Regolament (UE) 2018/842, il-kanċellazzjoni ta' kwantità limitata ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-skema tal-UE għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet tista' titqies għall-konformità ta' xi Stati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Minħabba l-istruttura partikolari tal-ekonomija ta' Malta, il-mira ta' tnaqqis nazzjonali ta' dak l-Istat Membru abbażi tal-Prodott Domestiku Gross per capita hija ferm ogħla mill-potenzjal ta' tnaqqis fil-kost-effikaċja tagħha, huwa xieraq għalhekk li l-aċċess ta' Malta għal dik il-flessibbiltà jiżdied, mingħajr ma tiġi kompromessa l-mira tal-2030 tal-Unjoni dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet. |
(15) Skont ir-Regolament (UE) 2018/842, il-kanċellazzjoni ta' kwantità limitata ta' kwoti tal-emissjonijiet fis-skema tal-UE għan-negozjar ta' kwoti ta' emissjonijiet tista' titqies għall-konformità ta' xi Stati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Minħabba l-istruttura partikolari tal-ekonomija ta' Malta, il-mira ta' tnaqqis nazzjonali ta' dak l-Istat Membru abbażi tal-Prodott Domestiku Gross per capita hija ferm ogħla mill-potenzjal ta' tnaqqis fil-kost-effikaċja tagħha; huwa xieraq għalhekk li l-aċċess ta' Malta għal dik il-flessibbiltà jiżdied, mingħajr ma tiġi kompromessa l-mira tal-2030 tal-Unjoni dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet. L-Istati Membri li huma intitolati għal dik il-flessibbiltà iżda li ma għamlux użu minnha fil-kuntest tal-2019 jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jirrevedu dik id-deċiżjoni biex iqisu l-miri nazzjonali ta' tnaqqis ġodda. L-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ ukoll li jitħallew jirrevedu l-perċentwali notifikati tagħhom b'mod aktar immirat. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Premessa 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Minbarra dik il-flessibbiltà, tista' titqies kwantità limitata ta' assorbimenti netti u emissjonijiet netti mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija ("LULUCF") għall-konformità tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 ("il-flessibbiltà tal-LULUCF"). Sabiex jiġi żgurat li jintużaw biżżejjed sforzi ta' mitigazzjoni sal-2030, huwa xieraq li l-użu tal-flessibbiltà tal-LULUCF jiġi limitat billi l-użu ta' tali flessibbiltà jiġi sseparat f'żewġ perjodi ta' żmien separati, kull wieħed limitat b'limitu li jikkorrispondi għal nofs l-ammont massimu tal-assorbimenti netti totali stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/842. Huwa xieraq ukoll li t-titolu tal-Anness III ikun konformi mal-emenda għar-Regolament (UE) 2018/841 imwettqa mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/268 tat-28 ta' Ottubru 2020. B'konsegwenza ta' dan, ma għadx hemm il-ħtieġa li r-Regolament (UE) 2018/842 jipprevedi bażi ġuridika li tippermetti lill-Kummissjoni tadotta atti delegati biex temenda t-titolu tal-Anness III tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 jitħassar. |
(16) Minbarra dik il-flessibbiltà, meta titqies ir-relazzjoni mill-qrib bejn is-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija, waqt li jiġi stabbilit qafas ġdid politiku u legali biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-Unjoni, tista' titqies kwantità limitata ta' assorbimenti netti u emissjonijiet netti mill-użu tal-art, mit-tibdil fl-użu tal-art u mill-forestrija ("LULUCF") għall-konformità tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 ("il-flessibbiltà tal-LULUCF"). Sabiex jiġi żgurat li jintużaw biżżejjed sforzi ta' mitigazzjoni sal-2030, huwa xieraq li l-użu tal-flessibbiltà tal-LULUCF jiġi limitat billi l-użu ta' tali flessibbiltà jiġi sseparat f'żewġ perjodi ta' żmien separati, kull wieħed limitat b'limitu li jikkorrispondi għal nofs l-ammont massimu tal-assorbimenti netti totali stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2018/842. Huwa xieraq ukoll li t-titolu tal-Anness III ikun konformi mal-emenda għar-Regolament (UE) 2018/841 imwettqa mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/268 tat-28 ta' Ottubru 2020. B'konsegwenza ta' dan, ma għadx hemm il-ħtieġa li r-Regolament (UE) 2018/842 jipprevedi bażi ġuridika li tippermetti lill-Kummissjoni tadotta atti delegati biex temenda t-titolu tal-Anness III tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 jitħassar. |
__________________ |
__________________ |
37 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/268 tat-28 ta' Ottubru 2020 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli ta' referenza għall-foresti li jeħtieġ jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perjodu 2021-2025 (ĠU L 60, 22.2.2021, p. 21). |

Premessa 17a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17a) L-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jassenjaw baġits speċifiċi biex jinċentivaw lill-bdiewa sabiex jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-emissjonijiet, u jipprovdu investiment fl-infrastruttura għal teknoloġiji ta' dekarbonizzazzjoni, inkluż għal azjendi agrikoli żgħar u ta' daqs medju. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali jaħdmu mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex jiżviluppaw ambjent abilitanti u mekkaniżmi ta' appoġġ finanzjarju vitali għat-tranżizzjoni lejn in-newtralità karbonika sabiex is-settur ikun jista' jikkontribwixxi bis-sħiħ għall-għan li jintlaħqu emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra. |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Premessa 17b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(17b) Għodod bħal-linji gwida adottati dwar l-Għajnuna għall-Klima, l-Enerġija u l-Ambjent (CEEAG) mill-Istat huma strumentali biex jiġi żgurat li s-settur agrikolu jkollu rwol sħiħ fil-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni, filwaqt li l-produzzjoni tal-ikel tinżamm bi prezzijiet raġonevoli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura ż-żieda ta' sottosetturi ġodda mal-linji gwida kif meħtieġ, bħal dawn koperti mill-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet jew inklużi fil-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) L-istabbiliment ta' miri aktar ambizzjużi skont ir-Regolament (UE) 2018/841 se jnaqqas il-kapaċità tal-Istati Membri li jiġġeneraw assorbimenti netti li jistgħu jintużaw għall-konformità skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Barra minn hekk, il-qasma tal-użu tal-flessibbiltà tal-LULUCF f'żewġ perjodi ta' żmien separati, se tkompli tillimita d-disponibbiltà tal-assorbimenti netti għall-fini ta' konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. B'riżultat ta' dan, xi Stati Membri jistgħu jiffaċċjaw sfidi biex jilħqu l-miri tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842, filwaqt li xi Stati Membri, l-istess jew oħrajn, jistgħu jiġġeneraw assorbimenti netti li ma jistgħux jintużaw għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. Sakemm l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119 jiġu ssodisfati, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitu massimu tal-kontribut tal-assorbimenti netti, huwa xieraq li jinħoloq mekkaniżmu volontarju ġdid, fl-għamla ta' riżerva addizzjonali, li jgħin lill-Istati Membri jaderixxu mal-obbligi tagħhom. |
(18) L-istabbiliment ta' miri aktar ambizzjużi skont ir-Regolament (UE) 2018/841 se jnaqqas il-kapaċità tal-Istati Membri li jiġġeneraw assorbimenti netti li jistgħu jintużaw għall-konformità skont ir-Regolament (UE) 2018/842. Barra minn hekk, il-qasma tal-użu tal-flessibbiltà tal-LULUCF f'żewġ perjodi ta' żmien separati se tkompli tillimita d-disponibbiltà tal-assorbimenti netti għall-fini ta' konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. B'riżultat ta' dan, xi Stati Membri jistgħu jiffaċċjaw sfidi biex jilħqu l-miri tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/842, filwaqt li xi Stati Membri, l-istess jew oħrajn, jistgħu jiġġeneraw assorbimenti netti li ma jistgħux jintużaw għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/842. Sakemm l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/1119 jiġu ssodisfati, b'mod partikolari fir-rigward tal-limitu massimu tal-kontribut tal-assorbimenti netti, huwa xieraq li jinħoloq mekkaniżmu volontarju ġdid, fl-għamla ta' riżerva addizzjonali, li jgħin lill-Istati Membri jaderixxu mal-obbligi tagħhom bil-mod l-aktar kosteffettiv. |
Emenda 14
Proposta għal regolament
Premessa 18a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) Uħud mill-Istati Membri se jiffaċċjaw sfidi kbar biex jilħqu l-miri skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, huwa importanti li jiġu żgurati l-flessibbiltà, l-antiċipazzjoni u t-trasferibbiltà. L-introduzzjoni ta' kontributi minimi skont is-settur mhux biss tqiegħed il-miri f'riskju iżda wkoll ma tħallihomx jintlaħqu. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Premessa 18b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18b) Meta jiġu stabbiliti l-miri għal dan ir-Regolament, jenħtieġ li jittieħed kont tal-fatt li l-Istati Membri mhumiex qed jibdew minn kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni la bejn is-setturi u lanqas fi ħdan setturi differenti. Jenħtieġ li l-kisba tal-miri ta' tnaqqis ma tikkompromettix il-kapaċità tas-settur agrikolu li jiżgura s-sigurtà tal-ikel fl-Ewropa u fid-dinja. |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Premessa 18c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18c) Il-Kummissjoni qed tintalab tistabbilixxi pjan direzzjonali għad-determinazzjoni tal-miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra wara l-2030 f'ċerti setturi. Il-Kummissjoni hija mistiedna wkoll teżamina kif is-settur agrikolu jista' jingħaqad mas-setturi tal-LULUCF wara l-2030. Jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni tal-impatt regolatorja qabel l-introduzzjoni ta' kwalunkwe miżura leġiżlattiva. |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Fl-Artikolu 1, "30 %" huwa sostitwit b'"40 %"; |
imħassar |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 1
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(1a) L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
"Is-suġġett |
"Is-suġġett |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-kontributi minimi tagħhom għall-perijodu mill-2021 sal-2030 biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li fl-2030 l-emissjonijiet tagħha ta' gassijiet serra jitnaqqsu bi 30 % taħt il-livelli fl-2005 fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament u jikkontribwixxi għat-twettiq tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri biex jonoraw il-kontributi minimi tagħhom. |
1. Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u l-objettiv tal-Unjoni tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 kif stabbilit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1119 ("il-Liġi tal-UE dwar il-Klima"); |
|
Meta tistabbilixxi l-miri ta' tnaqqis lineari, il-Kummissjoni hija mitluba tqis il-ħtieġa li gradwalment tiġi allinjata l-kondiviżjoni tal-piżijiet bejn l-Istati Membri. L-objettiv għall-2050 huwa li l-Istati Membri kollha jkunu newtrali għall-klima. Għalhekk, huwa importanti li jiġi evitat li jinħolqu distakki kbar bejn l-Istati Membri. Meta jiġi ddeterminat kif il-piż jiġi kondiviż, il-kosteffettività u l-ekwità għandhom jitqiesu dejjem aktar flimkien mal-PDG per capita, anke lil hinn mill-2030. |
|
2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi fuq l-Istati Membri fir-rigward tal-kontributi minimi tagħhom għall-perjodu mill-2021 sal-2030 biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li sal-2030, l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tagħha jitnaqqsu b'40 % taħt il-livelli tal-2005 fis-setturi koperti mill-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament; |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32018R0842&from=EN#d1e508-26-1)
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 3a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Jiżdied l-Artikolu 3a: |
|
"Artikolu 3a |
|
Il-klassifikazzjoni tal-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijofjuwils, il-bijolikwidi u l-fjuwils mill-bijomassa hija rregolata mid-Direttiva (UE) 2018/2001." |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-snin mill-2021 sal-2030 f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 f'konformità mat-trajettorji lineari stabbiliti fil-paragrafu 2. |
3. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għas-snin mill-2021 sal-2030 f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 f'konformità mat-trajettorji lineari stabbiliti fil-paragrafu 2, filwaqt li tqis il-kosteffiċjenza u l-proporzjonalità. |
Emenda 21
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 5 – paragrafu 4
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(3a) L-Artikolu 5(4) huwa emendat kif ġej: |
(4) Stat Membru jista' jittrasferixxi sa mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, u sa mhux aktar minn 10 % fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2030. L-Istat Membru riċeventi jista' juża dik il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030. |
‘(4) Stat Membru jista' jittrasferixxi sa mhux aktar minn 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin mill-2021 sal-2025, u sa mhux aktar minn 10 % fir-rigward tas-snin mill-2026 sal-2030. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan il-paragrafu u l-prezz ta' trasferiment għal kull tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32018R0842&from=EN#d1e636-26-1)
Emenda 22
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b – punt ii
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) "il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin mill-2021 sal-2025 ma taqbiżx nofs l-ammont massimu ta' assorbimenti netti totali stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru; |
(a) "il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin mill-2021 sal-2025 ma taqbiżx 75 % tal-ammont massimu ta' assorbimenti netti totali stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru; |
(aa) il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin mill-2021 sal-2025 ma taqbiżx nofs l-ammont massimu ta' assorbimenti netti totali stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru; |
(aa) il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin mill-2021 sal-2025 ma taqbiżx 75 % tal-ammont massimu ta' assorbimenti netti totali stabbilit fl-Anness III għal dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru; |
|
(aaa) il-kwantità kumulattiva totali meqjusa għal dak l-Istat Membru għas-snin mill-2021 sal-2025 ma taqbiżx l-ammont massimu ta' assorbimenti netti totali stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament għal dak l-Istat Membru; |
Emenda 23
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 8 – paragrafu 3
|
|
Test fis-seħħ |
Emenda |
|
(5a) It-tielet paragrafu tal-Artikolu 8 jinbidel b'dan li ġej: |
3. Il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjoni dwar kemm huma b'saħħithom il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva ppreżentati f'konformità mal-paragrafu 1 u f'dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba' xhur mill-wasla ta' dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa u jista' jirrevedi l-pjan tiegħu skont dan." |
3. Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni dwar kemm huma b'saħħithom il-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva ppreżentati f'konformità mal-paragrafu 1 u f'dak il-każ għandha tagħmel dan fi żmien erba' xhur mill-wasla ta' dawk il-pjanijiet. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa u għandu jirrevedi l-pjan tiegħu skont dan. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, dak l-Istat Membru għandu jipprovdi raġunijiet u jippubblika r-raġunijiet tiegħu." |
(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32018R0842&from=EN#d1e508-26-1)
Emenda 24
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Ir-Regolament (UE) 2018/842
Artikolu 9 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Jekk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-perjodu mill-2021 sal-2025 imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841 jaqbżu l-assorbimenti tiegħu, kif iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament, l-Amministratur Ċentrali għandu jnaqqas mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' dak l-Istat Membru ammont ugwali għal dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra żejda f'tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 għas-snin rilevanti.". |
(2) Jekk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' Stat Membru fil-perjodu mill-2021 sal-2025 imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/841 jaqbżu l-assorbimenti tiegħu, kif iddeterminati f'konformità mal-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament, l-Amministratur Ċentrali għandu jnaqqas mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' dak l-Istat Membru ammont ugwali għal dawk l-emissjonijiet tal-gassijiet serra żejda f'tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 għas-snin rilevanti.". Jekk Stat Membru jaqbeż l-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet tiegħu għal sentejn konsekuttivi, huwa għandu jipprovdi raġunament f'rapport lill-Kummissjoni u jispjega liema tibdil ikun se jagħmel għall-istrateġija nazzjonali fit-tul tiegħu. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi |
|||
Referenzi |
COM(2021)0555 – C9-0321/2021 – 2021/0200(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 13.9.2021 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 13.9.2021 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Norbert Lins 23.3.2022 |
|||
Rapporteur għal opinjoni preċedenti |
Pär Holmgren |
|||
Eżami fil-kumitat |
25.1.2022 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
22.3.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 14 3 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mazaly Aguilar, Clara Aguilera, Atidzhe Alieva-Veli, Álvaro Amaro, Carmen Avram, Adrian-Dragoş Benea, Mara Bizzotto, Daniel Buda, Isabel Carvalhais, Asger Christensen, Angelo Ciocca, Ivan David, Paolo De Castro, Jérémy Decerle, Salvatore De Meo, Herbert Dorfmann, Luke Ming Flanagan, Dino Giarrusso, Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Martin Hlaváček, Krzysztof Jurgiel, Jarosław Kalinowski, Elsi Katainen, Camilla Laureti, Gilles Lebreton, Julie Lechanteux, Norbert Lins, Colm Markey, Ulrike Müller, Maria Noichl, Juozas Olekas, Eugenia Rodríguez Palop, Bronis Ropė, Bert-Jan Ruissen, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Simone Schmiedtbauer, Annie Schreijer-Pierik, Marc Tarabella, Veronika Vrecionová, Sarah Wiener, Juan Ignacio Zoido Álvarez |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Pär Holmgren, Cristina Maestre Martín De Almagro, Alin Mituța, Christine Schneider |
|||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
30 |
+ |
ID |
Ivan David |
PPE |
Álvaro Amaro, Daniel Buda, Salvatore De Meo, Herbert Dorfmann, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Colm Markey, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Simone Schmiedtbauer, Christine Schneider, Annie Schreijer-Pierik, Juan Ignacio Zoido Álvarez |
Renew |
Atidzhe Alieva-Veli, Asger Christensen, Jérémy Decerle, Martin Hlaváček, Elsi Katainen, Alin Mituța, Ulrike Müller |
S&D |
Clara Aguilera, Carmen Avram, Adrian-Dragoş Benea, Isabel Carvalhais, Paolo De Castro, Camilla Laureti, Cristina Maestre Martín De Almagro, Juozas Olekas, Marc Tarabella |
14 |
- |
ECR |
Mazaly Aguilar, Krzysztof Jurgiel, Bert-Jan Ruissen, Veronika Vrecionová |
ID |
Gilles Lebreton, Julie Lechanteux |
S&D |
Maria Noichl |
The Left |
Luke Ming Flanagan, Eugenia Rodríguez Palop |
Verts/ALE |
Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Pär Holmgren, Bronis Ropė, Sarah Wiener |
3 |
0 |
ID |
Mara Bizzotto, Angelo Ciocca |
NI |
Dino Giarrusso |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi |
|||
Referenzi |
COM(2021)0555 – C9-0321/2021 – 2021/0200(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
14.7.2021 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 13.9.2021 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 13.9.2021 |
ITRE 13.9.2021 |
TRAN 13.9.2021 |
REGI 13.9.2021 |
|
AGRI 13.9.2021 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 31.8.2021 |
ITRE 15.9.2021 |
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Jessica Polfjärd 17.9.2021 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
27.9.2021 |
10.2.2022 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
17.5.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
61 20 6 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mathilde Androuët, Margrete Auken, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Traian Băsescu, Hildegard Bentele, Alexander Bernhuber, Simona Bonafè, Delara Burkhardt, Pascal Canfin, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Nathalie Colin-Oesterlé, Esther de Lange, Christian Doleschal, Marco Dreosto, Bas Eickhout, Cyrus Engerer, Agnès Evren, Pietro Fiocchi, Raffaele Fitto, Catherine Griset, Jytte Guteland, Teuvo Hakkarainen, Martin Hojsík, Pär Holmgren, Yannick Jadot, Adam Jarubas, Petros Kokkalis, Ewa Kopacz, Peter Liese, Sylvia Limmer, Javi López, César Luena, Marian-Jean Marinescu, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Joëlle Mélin, Tilly Metz, Silvia Modig, Dolors Montserrat, Alessandra Moretti, Ville Niinistö, Ljudmila Novak, Grace O’Sullivan, Jutta Paulus, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Nicola Procaccini, Luisa Regimenti, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Sándor Rónai, Rob Rooken, Silvia Sardone, Christine Schneider, Günther Sidl, Ivan Vilibor Sinčić, Linea Søgaard-Lidell, Nils Torvalds, Edina Tóth, Véronique Trillet-Lenoir, Petar Vitanov, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Pernille Weiss, Emma Wiesner, Michal Wiezik, Tiemo Wölken, Anna Zalewska |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Michael Bloss, Manuel Bompard, Milan Brglez, Stelios Kympouropoulos, Manuela Ripa, Christel Schaldemose, Vincenzo Sofo, Idoia Villanueva Ruiz |
|||
Data tat-tressiq |
24.5.2022 |
|||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
61 |
+ |
NI |
Ivan Vilibor Sinčić |
PPE |
Hildegard Bentele,Alexander Bernhuber,Nathalie Colin‑Oesterlé, Christian Doleschal, Agnès Evren, Adam Jarubas, Ewa Kopacz, Stelios Kympouropoulos, Peter Liese, Fulvio Martusciello, Liudas Mažylis, Dolors Montserrat, Ljudmila Novak, Jessica Polfjärd, Stanislav Polčák, Luisa Regimenti, Christine Schneider, Maria Spyraki, Pernille Weiss, Esther de Lange |
Renew |
Pascal Canfin, Andreas Glück, Martin Hojsík, Jan Huitema, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Linea Søgaard‑Lidell, Nils Torvalds, Véronique Trillet‑Lenoir, Emma Wiesner, Michal Wiezik, Nicolae Ştefănuță |
S&D |
Marek Paweł Balt, Monika Beňová, Simona Bonafè, Milan Brglez, Delara Burkhardt, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Cyrus Engerer, Jytte Guteland, César Luena, Javi López, Alessandra Moretti, Sándor Rónai, Christel Schaldemose, Günther Sidl, Petar Vitanov, Tiemo Wölken |
Verts/ALE |
Margrete Auken, Michael Bloss, Bas Eickhout, Pär Holmgren, Yannick Jadot, Tilly Metz, Ville Niinistö, Grace O'Sullivan, Jutta Paulus, Manuela Ripa |
20 |
- |
ECR |
Sergio Berlato, Pietro Fiocchi, Raffaele Fitto, Nicola Procaccini, Rob Rooken, Vincenzo Sofo, Alexandr Vondra, Anna Zalewska |
ID |
Mathilde Androuët, Simona Baldassarre, Aurélia Beigneux, Marco Dreosto, Catherine Griset, Teuvo Hakkarainen, Sylvia Limmer, Joëlle Mélin, Silvia Sardone |
NI |
Edina Tóth |
PPE |
Traian Băsescu, Marian‑Jean Marinescu |
6 |
0 |
The Left |
Malin Björk, Manuel Bompard, Petros Kokkalis, Silvia Modig, Idoia Villanueva Ruiz, Mick Wallace |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
- [2] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
-
[3] https://www.ipcc.ch/report/ar6/wg1/
-
[4] L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, National action across all sectors needed to reach greenhouse gas Effort Sharing targets (Azzjoni nazzjonali fis-setturi kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-Kondiviżjoni tal-Isforzi tal-gassijiet serra), Briefing, 10 ta' Marzu 2020 – https://www.eea.europa.eu/themes/climate/trends-and-projections-in-europe/national-action-across-all-sectors