RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

24.6.2022 - (COM(2021)0346 – C9‑0245/2021 – 2021/0170(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Dita Charanzová


Proċedura : 2021/0170(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0191/2022
Testi mressqa :
A9-0191/2022
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2021)0346 – C9‑0245/2021 – 2021/0170(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0346),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0245/2021),

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta' Ottubru 2021[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 40 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9‑0191/2022),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

 

 

 

Emenda  1

 

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Minkejja l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni speċifika għas-settur li tindirizza l-aspetti tas-sikurezza ta' prodotti speċifiċi jew kategoriji tal-prodotti, huwa prattikament impossibbli li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kull prodott għall-konsumatur li jeżisti jew li jista' jiġi żviluppat. Għaldaqstant hemm bżonn ta' qafas leġiżlattiv ta' natura orizzontali li jimla l-lakuni u jiżgura protezzjoni tal-konsumatur li mhux żgurata mod ieħor, b'mod partikolari bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tas-sikurezza u s-saħħa tal-konsumaturi, kif meħtieġ mill-Artikolu 114 u l-Artikolu 169 tat-Trattat.

(6) Minkejja l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni speċifika għas-settur li tindirizza l-aspetti tas-sikurezza ta' prodotti speċifiċi jew kategoriji tal-prodotti, huwa prattikament impossibbli li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kull prodott għall-konsumatur li jeżisti jew li jista' jiġi żviluppat. Għaldaqstant hemm bżonn ta' qafas leġiżlattiv b'bażi wiesgħa ta' natura orizzontali li jimla l-lakuni u għaldaqstant li jikkomplementa d-dispożizzjonijiet fil-leġiżlazzjoni, fis-seħħ jew futura, tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni speċifika għas-settur u li jiżgura protezzjoni tal-konsumatur li mhux żgurata mod ieħor minn tali leġiżlazzjoni, b'mod partikolari bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tas-sikurezza u s-saħħa tal-konsumaturi, kif meħtieġ mill-Artikolu 114 u l-Artikolu 169 tat-Trattat.

Emenda  2

 

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Filwaqt li xi wħud mid-dispożizzjonijiet bħal dawk li jikkonċernaw il-biċċa l-kbira tal-obbligi tal-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li ma japplikawx għal prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni peress li diġà huma koperti f'tali leġiżlazzjoni, jenħtieġ li japplika ċertu għadd ta' dispożizzjonijiet oħrajn sabiex tiġi kkomplementata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. B'mod partikolari, ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali tal-prodott u d-dispożizzjonijiet relatati jenħtieġ li jkunu applikabbli għall-prodotti għall-konsumatur koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta ċerti tipi ta' riskji ma jkunux koperti minn dik il-leġiżlazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-obbligi tas-swieq online, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi f'każ ta' inċidenti, id-dritt għall-informazzjoni għall-konsumaturi kif ukoll is-sejħa lura tal-prodotti għall-konsumatur jenħtieġ li japplikaw għal prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi bl-istess objettiv f'tali leġiżlazzjoni. Bl-istess mod, ir-RAPEX diġà qed tintuża għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, għalhekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-Safety Gate u l-funzjonament tagħha li jinsabu f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu applikabbli għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(8) Filwaqt li xi wħud mid-dispożizzjonijiet bħal dawk li jikkonċernaw il-biċċa l-kbira tal-obbligi tal-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li ma japplikawx għal prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni peress li diġà huma koperti f'tali leġiżlazzjoni, jenħtieġ li japplika ċertu għadd ta' dispożizzjonijiet oħrajn sabiex tiġi kkomplementata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. B'mod partikolari, ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali tal-prodott u d-dispożizzjonijiet relatati jenħtieġ li jkunu applikabbli għall-prodotti għall-konsumatur koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta ċerti tipi ta' riskji ma jkunux koperti minn dik il-leġiżlazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-obbligi tas-swieq online, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi f'każ ta' inċidenti, id-dritt għall-informazzjoni u għar-rimedju għall-konsumaturi kif ukoll is-sejħa lura tal-prodotti għall-konsumatur jenħtieġ li japplikaw għal prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni sal-punt li ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi bl-istess objettiv f'tali leġiżlazzjoni. Bl-istess mod, ir-RAPEX diġà qed tintuża għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, għalhekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-Safety Gate u l-funzjonament tagħha li jinsabu f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu applikabbli għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

__________________

__________________

25 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

25 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

Emenda  3

 

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020, li jistabbilixxu r-regoli ta' kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, diġà huma direttament applikabbli għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament u mhijiex l-intenzjoni ta' dan ir-Regolament li jimmodifika tali dispożizzjonijiet. L-istabbiltà tal-ewwel hija partikolarment importanti meta jitqies il-fatt li l-awtoritajiet responsabbli minn dawn il-kontrolli (li fi kważi l-Istati Membri kollha huma l-awtoritajiet doganali) għandhom iwettquhom abbażi tal-analiżi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni), il-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni u l-gwida korrispondenti. Dan l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju huwa kruċjali għall-kontrolli doganali minħabba l-volumi sostanzjali ta' merkanzija li tidħol u toħroġ mit-territorju doganali u jirriżulta fl-applikazzjoni ta' miżuri ta' kontroll konkreti skont il-prijoritajiet identifikati.  Il-fatt li r-Regolament ma jimmodifika bl-ebda mod il-Kapitolu VII tar-Regolament 2019/1020, b'referenza diretta għall-approċċ ibbażat fuq ir-riskju stabbilit fil-leġiżlazzjoni doganali, ifisser li fil-prattika l-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni (inklużi l-awtoritajiet doganali) jenħtieġ li jillimitaw il-kontrolli tagħhom għall-prodotti l-aktar riskjużi, skont il-probabbiltà u l-impatt tar-riskju, u b'hekk jiżguraw l-effettività u l-effiċjenza tal-attivitajiet tagħhom kif ukoll il-protezzjoni tal-kapaċità tagħhom li jwettqu tali kontrolli.

(9) Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020, li jistabbilixxu r-regoli ta' kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, diġà huma direttament applikabbli għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. L-awtoritajiet responsabbli minn dawn il-kontrolli jenħtieġ li jwettquhom abbażi tal-analiżi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni), il-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni u l-gwida korrispondenti. Għalhekk dan ir-Regolament ma jimmodifika bl-ebda mod il-Kapitolu VII tar-Regolament 2019/1020 u l-mod kif l-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni jorganizzaw lilhom infushom u jwettqul-attivitajiet tagħhom.

Emenda  4

 

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-qafas legali għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/1020 u l-qafas legali għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu koerenti kemm jista' jkun. Għalhekk huwa meħtieġ, sa fejn huma kkonċernati l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, l-obbligi, is-setgħat, il-miżuri, u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, li jiġu allinjati ż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Artikoli 10 sa 16, l-Artikoli 18 u 19 u l-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament (UE) 2019/1020 ikunu applikabbli wkoll għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament.

Emenda  5

 

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-prinċipju ta' prekawzjoni huwa prinċipju fundamentali biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-prodotti u tal-konsumaturi u għalhekk jenħtieġ li jitqies kif xieraq mill-atturi rilevanti kollha, meta jiġi applikat dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda  6

 

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Meta jitqies ukoll l-ambitu wiesa' mogħti lill-kunċett tas-saħħa26, ir-riskju ambjentali kkawżat minn prodott jenħtieġ li jitqies fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament peress li fl-aħħar mill-aħħar jista' jirriżulta wkoll f'riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi.

imħassar

__________________

 

26 Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, "Healthy environment, healthy lives: how the environment influences health and well-being in Europe", ir-rapport tal-EEA Nru 21/2019, it-8 ta' Settembru 2020.

 

Emenda  7

 

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għal prodotti użati jew għal prodotti li jiġu msewwija, rinnovati jew riċiklati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista matul attività kummerċjali, ħlief għal dawk il-prodotti li għalihom il-konsumatur ma jistax jistenna b'mod raġonevoli li jissodisfaw l-istandards tas-sikurezza tal-ogħla livell, bħall-antikitajiet jew il-prodotti li jiġu ppreżentati bħala li għandhom jiġu msewwija jew rinnovati.

(16) Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għal prodotti użati jew għal prodotti li jiġu msewwija, rinnovati jew riċiklati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista matul attività kummerċjali, ħlief għal dawk il-prodotti li għalihom il-konsumatur ma jistax jistenna b'mod raġonevoli li jissodisfaw l-istandards tas-sikurezza tal-ogħla livell, bħall-antikitajiet jew il-prodotti li jiġu ppreżentati b'mod espliċitu bħala li għandhom jiġu msewwija jew rinnovati, jew li jsiru disponibbli bħala oġġetti għall-kollezzjoni ta' interess storiku.

Emenda  8

 

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Is-servizzi jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jenħtieġ li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament dawk il-prodotti li huma fornuti jew disponibbli għall-konsumaturi fil-kuntest tal-provvista ta' servizzi, inklużi prodotti li l-konsumaturi huma esposti direttament għalihom waqt il-provvista ta' servizz. It-tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz jenħtieġ li jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien mas-sikurezza tas-servizz mogħti.

(18) Is-servizzi jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jenħtieġ li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament dawk il-prodotti li huma fornuti jew disponibbli għall-konsumaturi fil-kuntest tal-provvista ta' servizzi, inklużi prodotti li l-konsumaturi huma esposti direttament għalihom waqt il-provvista ta' servizz. Madankollu, it-tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi, meta jitħaddem direttament minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizzi ta' trasport, jenħtieġ li jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien mas-sikurezza tas-servizz mogħti.

Emenda  9

 

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Teknoloġiji ġodda jikkawżaw ukoll riskji ġodda għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi jew ibiddlu l-mod kif jistgħu jimmaterjalizzaw ir-riskji eżistenti, bħal intervent estern ta' hacking ta' prodott jew li jbiddel il-karatteristiċi tiegħu.

(20) Teknoloġiji ġodda jistgħu jikkawżaw ukoll riskji ġodda għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi jew ibiddlu l-mod kif jistgħu jimmaterjalizzaw ir-riskji eżistenti, bħal intervent estern ta' hacking ta' prodott jew li jbiddel il-karatteristiċi tiegħu. It-teknoloġiji l-ġodda, bħal permezz ta' aġġornamenti tas-software, jistgħu jimmodifikaw sostanzjalment il-prodott oriġinali, li mbagħad jista' jiġi ppreżentat għal valutazzjoni tar-riskju ġdida jekk tali modifika sostanzjali jkollha impatt fuq is-sikurezza tal-prodott.

Emenda  10

 

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tiddefinixxi s-"saħħa" bħala stat sħiħ ta' benesseri fiżiku, mentali u soċjali u mhux biss bħala n-nuqqas ta' mard jew infermità. Din id-definizzjoni tappoġġa l-fatt li l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda jista' jġib riskji ġodda għas-saħħa tal-konsumaturi, bħal riskju psikoloġiku, riskji tal-iżvilupp, b'mod partikolari għat-tfal, riskji mentali, dipressjoni, it-telf tal-irqad, jew funzjoni mibdula tal-moħħ.

(21) L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tiddefinixxi s-"saħħa" bħala stat sħiħ ta' benesseri fiżiku, mentali u soċjali u mhux biss bħala n-nuqqas ta' mard jew infermità.

Emenda  11

 

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Ir-riskji speċifiċi taċ-ċibersigurtà li jaffettwaw is-sikurezza tal-konsumaturi kif ukoll il-protokolli u ċ-ċertifikazzjonijiet jistgħu jiġu indirizzati mil-leġiżlazzjoni settorjali. Madankollu jenħtieġ li jiġi żgurat, f'każ ta' lakuni fil-leġiżlazzjoni settorjali, li l-operaturi ekonomiċi rilevanti u l-awtoritajiet nazzjonali jqisu r-riskji marbuta ma' teknoloġiji ġodda, rispettivament meta jiddisinjaw il-prodotti u meta jevalwawhom sabiex jiżguraw li l-bidliet introdotti fil-prodott ma jipperikolawx is-sikurezza tiegħu.

(22) Ir-riskji speċifiċi taċ-ċibersigurtà li jaffettwaw is-sikurezza tal-konsumaturi kif ukoll il-protokolli u ċ-ċertifikazzjonijiet jistgħu jiġu indirizzati mil-leġiżlazzjoni settorjali. Madankollu jenħtieġ li jiġi żgurat li, f'każijiet li fihom il-leġiżlazzjoni settorjali ma tistax tiġi applikata, l-operaturi ekonomiċi rilevanti u l-awtoritajiet nazzjonali jqisu r-riskji marbuta ma' teknoloġiji ġodda, rispettivament meta jiddisinjaw il-prodotti u meta jevalwawhom sabiex jiżguraw li l-bidliet introdotti fil-prodott ma jipperikolawx is-sikurezza tiegħu.

Emenda  12

 

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Is-sikurezza tal-prodotti jenħtieġ li tiġi vvalutata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-ħtiġijiet u r-riskju speċifiċi tal-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. Għalhekk, jekk tkun meħtieġa informazzjoni speċifika biex il-prodotti jsiru sikuri fir-rigward ta' kategorija partikolari ta' persuni, il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti jenħtieġ li tqis ukoll il-preżenza ta' din l-informazzjoni u l-aċċessibbiltà tagħha. Is-sikurezza tal-prodotti jenħtieġ li tiġi vvalutata billi titqies il-ħtieġa li l-prodott ikun sikur tul il-ħajja kollha tiegħu.

(23) Is-sikurezza tal-prodotti jenħtieġ li tiġi vvalutata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi tagħhom, pereżempju dawk ta' natura fiżika, mekkanika u kimika, u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-ħtiġijiet u r-riskju speċifiċi, li jistgħu jinkludu wkoll ir-riskju ambjentali inkwantu joħloq riskju għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumaturi, tal-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. Tali valutazzjoni jenħtieġ li tqis ir-riskju għas-saħħa li joħolqu l-prodotti diġitali konnessi, anke fuq is-saħħa mentali, speċjalment fuq il-konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal. Għaldaqstant, huma u jivvalutaw is-sikurezza tal-prodotti diġitali konnessi li x'aktarx iħallu impatt fuq it-tfal, jenħtieġ li l-manifatturi jiżguraw li l-prodotti li jpoġġu għad-dispożizzjoni fis-suq jissodisfaw l-ogħla standards ta' sikurezza, sigurtà u privatezza mid-disinn fl-aqwa interessi tat-tfal. Barra minn dan, jekk tkun meħtieġa informazzjoni speċifika biex il-prodotti jsiru sikuri fir-rigward ta' kategorija partikolari ta' persuni, il-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti jenħtieġ li tqis ukoll il-preżenza ta' din l-informazzjoni u l-aċċessibbiltà tagħha. Is-sikurezza tal-prodotti kollha jenħtieġ li tiġi vvalutata billi titqies il-ħtieġa li l-prodott ikun sikur tul il-ħajja kollha tiegħu.

Emenda  13

 

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkollhom obbligi li jikkonċernaw is-sikurezza tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jagħmlu disponibbli, fis-suq, biss prodotti, li jkunu sikuri u li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u d-distribuzzjoni.

(24) L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkollhom obbligi proporzjonati li jikkonċernaw is-sikurezza tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, filwaqt li jiżguraw ukoll il-funzjonament effiċjenti tas-suq intern. L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jagħmlu disponibbli, fis-suq, biss prodotti, li jkunu sikuri u li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u d-distribuzzjoni. Bil-ħsieb li jibbilanċjaw il-piżijiet amministrattivi, l-għodod ta' informazzjoni diġitali għall-konsumatur jenħtieġ li jitħallew maż-żmien ifornu informazzjoni b'mod sostenibbli u aċċessibbli. F'dan il-kuntest, huwa importanti li jiġi żgurat li l-informazzjoni ta' kuntatt tal-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni tkun faċilment aċċessibbli għall-konsumaturi u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u li l-prodotti jkunu akkumpanjati mid-dokumentazzjoni rilevanti. Tali informazzjoni tista' tiġi fornuta, b'mod addizzjonali, mill-operaturi ekonomiċi f'forma diġitali permezz ta' soluzzjonijiet elettroniċi, bħal kodiċi QR jew kodiċi ta' matriċi tad-data.

Emenda  14

 

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Sabiex l-operaturi ekonomiċi li huma SMEs u mikronegozji jkunu jistgħu jlaħħqu mal-obbligi l-ġodda imposti minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdilhom linji gwida prattiċi u gwida mfassla apposta, pereżempju, mezz dirett għall-konnessjoni ma' esperti f'każ ta' mistoqsijiet, fid-dawl tal-bżonn ta' semplifikazzjoni u limitazzjoni tal-piżijiet amministrattivi.

Emenda  15

 

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Il-bejgħ mill-bogħod inkluż il-bejgħ online jenħtieġ li jaqa' wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-bejgħ online kiber b'mod konsistenti u kostanti, u ħoloq mudelli ta' negozju ġodda u atturi ġodda fis-suq bħas-swieq online.

(25) Il-bejgħ mill-bogħod inkluż il-bejgħ online jenħtieġ li jaqa' wkoll fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-bejgħ online kiber b'mod konsistenti u kostanti, u ħoloq mudelli ta' negozju ġodda, sfidi ġodda fejn tidħol is-sikurezza tal-prodotti u atturi ġodda fis-suq bħas-swieq online.

Emenda  16

 

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Fil-każ ta' prodott offrut għall-bejgħ permezz ta' bejgħ mill-bogħod, il-prodott jenħtieġ li jitqies bħala disponibbli fis-suq jekk l-offerta għall-bejgħ tkun indirizzata lil konsumaturi fl-Unjoni. F'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar id-dritt internazzjonali privat, jenħtieġ li titwettaq analiżi każ b'każ, sabiex jiġi stabbilit jekk offerta tkunx indirizzata lil konsumaturi fl-Unjoni. Jenħtieġ li offerta għall-bejgħ titqies bħala indirizzata lil konsumaturi fl-Unjoni jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jimmira, bi kwalunkwe mezz, l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru. Għall-analiżijiet każ b'każ, jeħtieġ li jitqiesu l-fatturi rilevanti, bħalma huma ż-żoni ġeografiċi fejn id-dispaċċ huwa possibbli, il-lingwi disponibbli, użati għall-offerta jew l-ordni, jew il-mezzi ta' ħlas. Fil-każ tal-bejgħ online, is-sempliċi fatt li s-sit web tal-operaturi ekonomiċi jew tal-intermedjarji huwa aċċessibbli fl-Istat Membru fejn ikun domiċiljat il-konsumatur mhuwiex suffiċjenti.

Emenda  17

 

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Is-swieq online għandhom rwol kruċjali fil-katina tal-provvista - billi jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jilħqu għadd indefinit ta' konsumaturi - u għalhekk ukoll fis-sistema tas-sikurezza tal-prodotti.

(26) Is-swieq online għandhom rwol kruċjali fil-katina tal-provvista - billi jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jilħqu għadd indefinit ta' konsumaturi - u għalhekk ukoll fis-sistema tas-sikurezza tal-prodotti. Is-swieq online, skont il-mudell tan-negozju tagħhom u r-rwol u l-involviment tagħhom fil-katina tal-provvista, jistgħu jitqiesu wkoll bħala manifattur, importatur, distributur, fornitur tas-servizzi ta’ ġestjoni jew rappreżentant awtorizzat u, f'dak il-każ, jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-obbligi u r-responsabbiltajiet ġuridiċi applikabbli għal dawk l-atturi kif stabbilit f'dan ir-Regolament jew fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Pereżempju, jekk suq online jippreżenta ruħu bħala l-manifattur billi jwaħħal ismu, it-trademark tiegħu jew marka distintiva oħra tiegħu mal-prodott, jew jekk jirrikondizzjonah jew jekk l-attività tiegħu taffettwa l-proprjetajiet tas-sikurezza tal-prodott, jenħtieġ li jitqies bħala manifattur u jenħtieġ li jkollu l-obbligi li joħorġu minn tali rwol.

Emenda  18

 

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott, iffirmata fl-2018 u li magħha ngħaqdu għadd ta' swieq minn dak iż-żmien, tipprevedi għadd ta' impenji volontarji dwar is-sikurezza tal-prodotti. Il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott uriet ir-raġunament tagħha fit-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi mibjugħa online. Madankollu, in-natura volontarja tagħha u l-parteċipazzjoni volontarja minn għadd limitat ta' swieq online inaqqsu l-effettività tagħha u ma jistgħux jiżguraw kundizzjonijiet ekwi.

(28) Il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott, iffirmata fl-2018 u li magħha ngħaqdu għadd ta' swieq minn dak iż-żmien, tipprevedi għadd ta' impenji volontarji dwar is-sikurezza tal-prodotti bil-għan li tiżdied il-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi mibjugħa online. Madankollu, in-natura volontarja tagħha u l-parteċipazzjoni volontarja minn għadd limitat ta' swieq online indikaw nuqqas ta' progress fi wħud mill-impenji volontarji b'hekk tnaqqset l-effettività tagħha fejn tidħol il-protezzjoni tal-konsumatur u ma jistgħux jiżguraw kundizzjonijiet ekwi.

Emenda  19

 

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll id-dispożizzjonijiet li jinkoraġġixxu lis-swieq online jidħlu f'memoranda ta' qbil volontarji mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-konsumaturi bil-għan li jonoraw l-impenji volontarji fir-rigward tal-prodotti mibjugħa online li jmorru lil hinn mill-obbligi ġuridiċi stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.

Emenda  20

 

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Jenħtieġ li s-swieq online jaħtru punt uniku ta' kuntatt għall-konsumaturi biex jagħmilha ta' tieqa unika għall-komunikazzjonijiet lill-konsumaturi dwar kwistjonijiet marbuta mas-sikurezza tal-prodotti, li mbagħad ikun jista' jiġi dirett mill-ġdid lejn unità ta' servizz adegwata ta' suq online. Jenħtieġ li dan ma jimpedix lill-punti ta' kuntatt addizzjonali għal servizzi speċifiċi milli jkunu disponibbli għall-konsumaturi.

Emenda  21

 

Proposta għal regolament

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) L-obbligi imposti minn dan ir-Regolament fuq is-swieq online jenħtieġ li la jammontaw għal obbligu ġenerali li tiġi mmonitorjata l-informazzjoni li huma jittrażmettu jew jaħżnu, u lanqas li jfittxu b'mod attiv fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, bħall-bejgħ ta' prodotti perikolużi online. Madankollu, is-swieq online jenħtieġ li jneħħu malajr il-kontenut li jirreferi għal prodotti perikolużi mill-interfaċċi online tagħhom, malli jiksbu għarfien attwali jew, fil-każ ta' talbiet għad-danni, għarfien tal-kontenut illegali, b'mod partikolari f'każijiet fejn is-suq online ikun sar jaf bil-fatti jew biċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom operatur ekonomiku diliġenti kellu jidentifika l-illegalità inkwistjoni, sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà għas-servizzi ta' hosting skont id-"Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku" u l-[Att dwar is-Servizzi Diġitali]. Is-swieq online jenħtieġ li jipproċessaw avviżi li jikkonċernaw kontenut li jirreferi għal prodotti mhux sikuri, riċevuti f'konformità mal-[Artikolu 14] tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], fil-perjodi ta' żmien addizzjonali stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(32) L-obbligi imposti minn dan ir-Regolament fuq is-swieq online jenħtieġ li la jammontaw għal obbligu ġenerali li tiġi mmonitorjata l-informazzjoni li huma jittrażmettu jew jaħżnu, u lanqas li jfittxu b'mod attiv fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, bħall-bejgħ ta' prodotti perikolużi online. Madankollu, is-swieq online jenħtieġ li jneħħu malajr il-kontenut li jirreferi għal prodotti perikolużi mill-interfaċċi online tagħhom, malli jiksbu għarfien attwali jew, fil-każ ta' talbiet għad-danni, għarfien tal-kontenut illegali, b'mod partikolari f'każijiet fejn is-suq online ikun sar jaf bil-fatti jew biċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom operatur ekonomiku diliġenti kellu jidentifika l-illegalità inkwistjoni, sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà għas-servizzi ta' hosting skont id-"Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku" u l-[Att dwar is-Servizzi Diġitali]. Is-swieq online jenħtieġ li jipproċessaw avviżi li jikkonċernaw kontenut li jirreferi għal prodotti mhux sikuri, riċevuti f'konformità mal-[Artikolu 14] tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], fil-perjodi ta' żmien addizzjonali stabbiliti minn dan ir-Regolament. Barra minn dan, is-swieq online huma inkoraġġiti bil-qawwa jikkontrollaw il-prodotti fil-konfront ta' Safety Gate qabel ma jtellgħuhom fuq is-sit web tagħhom.

Emenda  22

 

Proposta għal regolament

Premessa 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) L-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020 jipprovdi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bis-setgħa, fejn ma jkun hemm l-ebda mezz effettiv ieħor disponibbli biex jiġi eliminat riskju serju, li jirrikjedu t-tneħħija tal-kontenut li jirreferi għall-prodotti relatati minn interfaċċa online jew li jirrikjedu l-wiri espliċitu ta' twissija lill-utenti finali meta dawn jaċċessaw interfaċċa online. Is-setgħat fdati lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020 jenħtieġ li japplikaw ukoll għal dan ir-Regolament. Għas-sorveljanza effettiva tas-suq skont dan ir-Regolament u biex jiġi evitat li prodotti perikolużi jkunu preżenti fis-suq tal-Unjoni, jenħtieġ li din is-setgħa tapplika fil-każijiet kollha meħtieġa u proporzjonati u wkoll għal prodotti li joħolqu riskju inqas minn serju. Huwa essenzjali li s-swieq online jikkonformaw ma' tali ordnijiet b'urġenza. Għalhekk, dan ir-Regolament jintroduċi limiti ta' żmien vinkolanti f'dan ir-rigward, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi stabbilit limitu ta' żmien iqsar fl-ordni nnifisha. Din is-setgħa jenħtieġ li tiġi eżerċitata f'konformità mal-[Artikolu 8] tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali.

(33) L-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020 jipprovdi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bis-setgħa, fejn ma jkun hemm l-ebda mezz effettiv ieħor disponibbli biex jiġi eliminat riskju serju, li jirrikjedu t-tneħħija tal-kontenut li jirreferi għall-prodotti relatati minn interfaċċa online jew li jirrikjedu l-wiri espliċitu ta' twissija lill-utenti finali meta dawn jaċċedu għall-interfaċċa online. Is-setgħat fdati lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mill-Artikolu 14(4) tar-Regolament (UE) 2019/1020 jenħtieġ li japplikaw ukoll għal dan ir-Regolament. Għas-sorveljanza effettiva tas-suq skont dan ir-Regolament u biex jiġi evitat li prodotti perikolużi jkunu preżenti fis-suq tal-Unjoni, jenħtieġ li din is-setgħa tapplika fil-każijiet kollha meħtieġa u proporzjonati u wkoll għal prodotti li joħolqu riskju inqas minn serju. Huwa essenzjali li s-swieq online jikkonformaw ma' tali ordnijiet b'urġenza. Għalhekk, dan ir-Regolament jintroduċi limiti ta' żmien vinkolanti f'dan ir-rigward. Din is-setgħa jenħtieġ li tiġi eżerċitata f'konformità mal-[Artikolu 8] tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali.

Emenda  23

 

Proposta għal regolament

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Anke meta l-informazzjoni mis-Safety Gate ma jkunx fiha lokatur uniformi tar-riżorsi (URL) preċiż u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut illegali kkonċernat, is-swieq online jenħtieġ li madankollu jqisu l-informazzjoni trażmessa, bħall-identifikaturi tal-prodott, meta disponibbli, u informazzjoni oħra dwar it-traċċabbiltà, fil-kuntest ta' kwalunkwe miżura adottata mis-swieq online fuq l-inizjattiva tagħhom stess bl-għan li jidentifikaw, ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal prodotti perikolużi offruti fis-suq tagħhom, fejn applikabbli.

(34) Anke meta l-informazzjoni mis-Safety Gate ma jkunx fiha lokalizzatur uniformi tar-riżorsi (URL) preċiż u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut illegali kkonċernat, is-swieq online jenħtieġ li madankollu jqisu l-informazzjoni trażmessa, bħall-identifikaturi tal-prodott, meta disponibbli, u informazzjoni oħra dwar it-traċċabbiltà, fil-kuntest ta' kwalunkwe miżura adottata mis-swieq online fuq l-inizjattiva tagħhom stess bl-għan li jidentifikaw, ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal prodotti perikolużi offruti fis-suq tagħhom, fejn applikabbli. Madankollu, jenħtieġ li s-Safety Gate tkun modernizzata u aġġornata biex lis-swieq online jkunilhom aktar faċli jidentifikaw prodotti mhux sikuri u, b'dak l-għan, jenħtieġ li tkun possibbli l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-tneħħija tal-kontenut illegali li jirreferi għall-prodotti perikolużi mis-swieq online permezz ta' sistema ta' notifika tal-Unjoni ddisinjata u żviluppata fi ħdan is-Safety Gate.

Emenda  24

 

Proposta għal regolament

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Għall-finijiet tal-[Artikolu 19] tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], u fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti mibjugħa online, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interess tal-konsumaturi, fuq talba tagħhom, bħala sinjalaturi fdati, sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-artikolu.

(35) Għall-finijiet tal-[Artikolu 19] tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], u fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti mibjugħa online, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interess tal-konsumaturi u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra, fuq talba tagħhom, bħala sinjalaturi fdati, dment li jkunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-artikolu.

Emenda  25

 

Proposta għal regolament

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) It-traċċabbiltà tal-prodotti hija fundamentali għal sorveljanza effettiva tas-suq ta' prodotti perikolużi u miżuri korrettivi. Il-konsumaturi jenħtieġ ukoll li jiġu protetti kontra prodotti perikolużi bl-istess mod fil-mezzi tal-bejgħ offline u online, inkluż meta jixtru prodotti fi swieq online. Filwaqt li jibnu fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] dwar it-traċċabbiltà tal-kummerċjanti, is-swieq online jenħtieġ li ma jippermettux l-elenkar fil-pjattaformi tagħhom sakemm il-kummerċjant ma jkunx ipprovda l-informazzjoni kollha relatata mas-sikurezza u t-traċċabbiltà tal-prodotti kif spjegat f'dan ir-Regolament. Tali informazzjoni jenħtieġ li tintwera flimkien mal-elenkar tal-prodott sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess informazzjoni disponibbli online u offline. Madankollu, is-suq online jenħtieġ li ma jkunx responsabbli għall-verifika tal-kompletezza, il-korrettezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni nnifisha, peress li l-obbligu li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodotti jibqa' tal-kummerċjant.

(36) It-traċċabbiltà tal-prodotti hija fundamentali għal sorveljanza effettiva tas-suq ta' prodotti perikolużi u miżuri korrettivi. Il-konsumaturi jenħtieġ ukoll li jiġu protetti kontra prodotti perikolużi bl-istess mod fil-mezzi tal-bejgħ offline u online, inkluż meta jixtru prodotti fi swieq online. Filwaqt li jibnu fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] dwar it-traċċabbiltà tal-kummerċjanti, is-swieq online jenħtieġ li ma jippermettux l-elenkar fil-pjattaformi tagħhom sakemm il-kummerċjant ma jkunx ipprovda l-informazzjoni kollha relatata mas-sikurezza u t-traċċabbiltà tal-prodotti kif spjegat f'dan ir-Regolament. Tali informazzjoni jenħtieġ li tintwera flimkien mal-elenkar tal-prodott sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess informazzjoni disponibbli online u offline.

Emenda  26

 

Proposta għal regolament

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Huwa importanti wkoll li s-swieq online jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti dwar is-sikurezza tal-prodotti. Obbligu ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq huwa impost fuq il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020 fir-rigward tal-prodotti koperti minn dak ir-Regolament u għalhekk jenħtieġ li jiġi estiż għall-prodotti kollha għall-konsumatur. Pereżempju, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq qed itejbu b'mod kostanti l-għodod teknoloġiċi li jużaw għas-sorveljanza tas-suq online biex jidentifikaw prodotti perikolużi mibjugħa online. Sabiex dawn l-għodod ikunu operazzjonali, is-swieq online jenħtieġ li jagħtu aċċess għall-interfaċċi tagħhom. Barra minn hekk, għall-finijiet tas-sikurezza tal-prodotti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jista' jkollhom bżonn ukoll li jiġbru d-data mis-swieq online.

(37) Huwa importanti wkoll li s-swieq online jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti dwar is-sikurezza tal-prodotti. Obbligu ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq huwa impost fuq il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020 fir-rigward tal-prodotti koperti minn dak ir-Regolament u għalhekk jenħtieġ li jiġi estiż għall-prodotti kollha għall-konsumatur. Pereżempju, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq qed itejbu b'mod kostanti l-għodod teknoloġiċi li jużaw għas-sorveljanza tas-suq online biex jidentifikaw prodotti perikolużi mibjugħa online. Sabiex dawn l-għodod ikunu operazzjonali, is-swieq online jenħtieġ li jagħtu aċċess għall-interfaċċi tagħhom. Barra minn hekk, esklużivament għall-finijiet tas-sikurezza tal-prodotti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra, fuq talba speċifika, jista' jkollhom bżonn ukoll li jiġbru d-data mis-swieq online.

Emenda  27

 

Proposta għal regolament

Premessa 39a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a) Il-prinċipju ta' prekawzjoni huwa prinċipju fundamentali biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-prodotti u tal-konsumaturi u għalhekk jenħtieġ li jitqies kif xieraq b'mod proporzjonat mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, meta jiġi applikat dan ir-Regolament.

Emenda  28

 

Proposta għal regolament

Premessa 40

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Meta l-operaturi ekonomiċi jew l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiffaċċjaw għażla ta' diversi miżuri korrettivi, l-aktar azzjoni sostenibbli li tirriżulta fl-inqas impatt ambjentali, bħat-tiswija tal-prodott, jenħtieġ li tiġi ppreferuta sakemm dan ma jirriżultax f'livell inqas ta' sikurezza.

(40) Meta l-operaturi ekonomiċi jew l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiffaċċjaw għażla ta' diversi miżuri korrettivi, l-aktar azzjoni sostenibbli li tirriżulta fl-inqas impatt ambjentali, bħat-tiswija tal-prodott, jenħtieġ li tiġi ppreferuta dment li dan ma jirriżultax f'livell inqas ta' sikurezza jew jaffettwa d-drittijiet tal-konsumaturi skont il-leġiżlazzjoni rilevanti l-oħra tal-Unjoni.

Emenda  29

 

Proposta għal regolament

Premessa 43

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Meta jagħmlu disponibbli prodotti fis-suq, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni minima dwar is-sikurezza u t-traċċabbiltà tal-prodott bħala parti mill-offerta rilevanti. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti mid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill31, bħal dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti, sa fejn ikun xieraq għall-mezz u għall-oġġett.

imħassar

__________________

 

31 Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

 

Emenda  30

 

Proposta għal regolament

Premessa 44

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44) L-iżgurar tal-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effettivi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħiet lura mmirati. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti jenħtieġ li jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u, jekk applikabbli, tal-importatur. Tali rekwiżiti ta' traċċabbiltà jistgħu jsiru aktar stretti għal ċerti tipi ta' prodotti. Jenħtieġ li l-manifatturi jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi rigward il-prodotti tagħhom, li jenħtieġ li jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex jagħtu prova li l-prodott tagħhom huwa sikur.

(44) L-iżgurar tal-identifikazzjoni tal-prodott u tal-informazzjoni dwar il-manifattur u operaturi ekonomiċi rilevanti oħra matul il-katina tal-provvista kollha jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u, meta applikabbli, biex jittieħdu miżuri korrettivi effettivi u proporzjonati kontra prodotti perikolużi, bħal sejħiet lura mmirati. Għalhekk l-identifikazzjoni tal-prodott u l-informazzjoni dwar il-manifattur u operaturi ekonomiċi rilevanti oħra jiżguraw li l-konsumaturi, inklużi l-persuni b'diżabbiltà, u l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ikollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti jenħtieġ li jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u, kif applikabbli, tal-importatur u operaturi ekonomiċi rilevanti oħra. Tali rekwiżiti jistgħu jsiru aktar stretti għal ċerti tipi ta' prodotti, suxxettibbli li jkollhom riskju serju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, permezz ta' sistema ta' ġbir u ħżin tad-data li tippermetti, minbarra l-identifikazzjoni tal-prodott, l-identifikazzjoni tal-komponenti tiegħu jew tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-katina tal-provvista tiegħu. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti mid-Direttiva 2011/83/UE1a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, bħal dwar il-karatteristiċi prinċipali tal-oġġetti, sa fejn ikun xieraq għall-mezz u għall-oġġett.

 

_______________

 

1a Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

Emenda  31

 

Proposta għal regolament

Premessa 44a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44a) Jenħtieġ li l-manifatturi jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi rigward il-prodotti tagħhom, li jenħtieġ li jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex jagħtu prova li l-prodott tagħhom huwa sikur. Il-kwantità ta' informazzjoni li għandha tingħata jenħtieġ li tkun proporzjonata għall-kumplessità tal-prodott u mar-riskji possibbli. B'mod partikolari, il-manifatturi jenħtieġ li jagħtu deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-proprjetajiet essenzjali tiegħu rilevanti għall-valutazzjoni tas-sigurtà tiegħu. Fil-każ tal-prodotti kumplessi jew tal-prodotti li jippreżentaw riskji ogħla, l-informazzjoni li għandha tingħata jaf ikollha bżonn deskrizzjoni aktar dettaljata tal-prodott, inkluża analiżi tar-riskji possibbli u l-mezzi tekniċi adottati għall-mitigazzjoni jew għall-eliminazzjoni tar-riskji. F'każijiet bħal dawn, jekk il-prodott ikun konformi mal-istandards Ewropej jew jiġu applikati elementi oħra biex jiġu sodisfatt ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali, il-lista ta' tali elementi jenħtieġ li tkun indikata wkoll.

Emenda  32

 

Proposta għal regolament

Premessa 45

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Il-qafas legali għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u stabbilit fir-Regolament (UE) 2019/1020 u l-qafas legali għas-sorveljanza tas-suq tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu koerenti kemm jista' jkun. Għalhekk huwa meħtieġ, sa fejn huma kkonċernati l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, l-obbligi, is-setgħat, il-miżuri, u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, li titnaqqas id-diskrepanza bejn iż-żewġ settijiet ta' dispożizzjonijiet. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Artikoli 10 sa 16, l-Artikoli 18 u 19 u l-Artikoli 21 sa 24 tar-Regolament (UE) 2019/1020 ikunu applikabbli wkoll għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda  33

 

Proposta għal regolament

Premessa 47a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47a) Jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jwettqu spezzjonijiet ta' prodotti akkwistati taħt identità falza fuq bażi regolari, partikolarment ta' dawk il-prodotti li jsiru disponibbli fis-swieq online u l-prodotti li jiġu notifikati bi frekwenza għolja fuq is-Safety Gate.

Emenda  34

 

Proposta għal regolament

Premessa 48

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Jenħtieġ li jiġi stabbilit skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament abbażi ta' indikaturi tal-output li jippermettu l-kejl u t-tqabbil tal-effettività tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti.

(48) Jenħtieġ li jiġi stabbilit skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament abbażi ta' indikaturi tal-output li jippermettu l-kejl tal-effettività tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti.

Emenda  35

 

Proposta għal regolament

Premessa 49

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) Jenħtieġ li jkun hemm skambju effettiv, rapidu u preċiż ta' informazzjoni dwar prodotti perikolużi.

(49) Jenħtieġ li jkun hemm skambju effettiv, rapidu u preċiż ta' informazzjoni dwar prodotti perikolużi biex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri xierqa fir-rigward ta' dawk il-prodotti u biex il-konsumaturi jiġu protetti bis-sħiħ.

Emenda  36

 

Proposta għal regolament

Premessa 50

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Is-Sistema ta' Informazzjoni Rapida tal-Unjoni (RAPEX) instabet li kienet effettiva u effiċjenti. Ir-RAPEX tippermetti li l-miżuri korrettivi jiġu implimentati mal-Unjoni kollha fir-rigward ta' prodotti li joħolqu riskju lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru uniku. Madankollu, huwa xieraq li l-isem imqassar użat jinbidel minn RAPEX għal Safety Gate għal aktar ċarezza u sensibilizzazzjoni aħjar għall-konsumaturi. Is-Safety Gate tinkludi sistema ta' twissija rapida dwar prodotti perikolużi li mhumiex tal-ikel li biha l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar tali prodotti, portal web biex jinforma lill-pubbliku (Safety Gate portal) u interfaċċa li tippermetti lin-negozji jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jinfurmaw lill-awtoritajiet u lill-konsumaturi dwar prodotti perikolużi (Safety Business Gateway).

(50) Is-Sistema ta' Informazzjoni Rapida tal-Unjoni (RAPEX) jenħtieġ li tiġi modernizzata biex tippermetti li miżuri korrettivi aktar effiċjenti jittieħdu fl-Unjoni kollha fir-rigward ta' prodotti li joħolqu riskju lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru uniku. Madankollu, huwa xieraq li l-isem imqassar użat jinbidel minn RAPEX għal Safety Gate għal aktar ċarezza u komunikazzjoni aħjar għall-konsumaturi. Is-Safety Gate tinkludi sistema ta' twissija rapida dwar prodotti perikolużi li mhumiex tal-ikel li biha l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar tali prodotti, portal web biex jinforma lill-pubbliku (Safety Gate portal) u interfaċċa li tippermetti lin-negozji jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jinfurmaw lill-awtoritajiet u lill-konsumaturi dwar prodotti perikolużi (Safety Business Gateway). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa interfaċċa interoperabbli biex tippermetti lis-swieq online joħolqu link bejn l-interfaċċi tagħhom u s-Safety Gate b'mod faċli, rapidu u affidabbli.

Emenda  37

 

Proposta għal regolament

Premessa 52

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52) Skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 2019/1020, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-miżuri adottati kontra prodotti koperti minn dak ir-Regolament, li joħolqu riskju inqas minn serju, permezz tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-istess artikolu, filwaqt li l-miżuri korrettivi adottati kontra l-prodotti koperti minn dan ir-Regolament li joħolqu riskju inqas minn serju jenħtieġ li jiġu nnotifikati fis-Safety Gate. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni relatata mar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi ppreżentati mill-prodotti. Huwa xieraq għall-konsumaturi u għan-negozji li l-informazzjoni kollha dwar il-miżuri korrettivi adottati kontra prodotti li joħolqu riskju tinsab fis-Safety Gate, li tippermetti li l-informazzjoni rilevanti dwar prodotti perikolużi, titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-portal Safety Gate. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jinnotifikaw fis-Safety Gate il-miżuri korrettivi kollha dwar prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi.

(52) Skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-miżuri adottati kontra prodotti koperti minn dak ir-Regolament, li joħolqu riskju inqas minn serju, permezz tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-istess artikolu, filwaqt li l-miżuri korrettivi adottati kontra l-prodotti koperti minn dan ir-Regolament li joħolqu riskju inqas minn serju jenħtieġ li jiġu nnotifikati fis-Safety Gate. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni relatata mar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi ppreżentati mill-prodotti. Huwa xieraq għall-konsumaturi u għan-negozji li l-informazzjoni kollha dwar il-miżuri korrettivi adottati kontra prodotti li joħolqu riskju tinsab fis-Safety Gate, li tippermetti li l-informazzjoni rilevanti dwar prodotti perikolużi, titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-portal Safety Gate. Huwa importanti li jiġi żgurat li dik l-informazzjoni kollha tkun disponibbli bil-lingwa/i uffiċjali tal-Istat Membru ta' residenza tal-konsumatur u li tkun miktuba b'lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jinnotifikaw fis-Safety Gate l-miżuri korrettivi kollha dwar prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. Il-bażi tad-data u s-sit web tas-Safety Gate jenħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà.

Emenda  38

 

Proposta għal regolament

Premessa 54

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54) Il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm u tiżviluppa aktar il-portal web Safety Business Gateway, li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jinformaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lill-konsumaturi dwar prodotti perikolużi li jkunu qiegħdu jew għamlu disponibbli fis-suq. Din l-għodda jenħtieġ wkoll li tippermetti wkoll lill-operaturi ekonomiċi jinfurmaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar inċidenti kkawżati minn prodotti li jkunu qiegħdu jew għamlu disponibbli fis-suq. Dan jenħtieġ li jippermetti skambju ta' informazzjoni rapidu u effiċjenti bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet nazzjonali, u jiffaċilita l-informazzjoni lill-konsumaturi mill-operaturi ekonomiċi.

(54) Il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm u tiżviluppa aktar il-portal web Safety Business Gateway, li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jinformaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lill-konsumaturi dwar prodotti perikolużi li jkunu għamlu disponibbli fis-suq. Din l-għodda jenħtieġ wkoll li tippermetti wkoll lill-operaturi ekonomiċi jinfurmaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar inċidenti kkawżati minn prodotti li jkunu għamlu disponibbli fis-suq. L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkollhom l-għan li jinvestigaw l-ilmenti u l-informazzjoni dwar l-inċidenti mill-konsumaturi kemm jista' jkun malajr sabiex jiżguraw skambju ta' informazzjoni f'waqtu u effiċjenti mal-awtoritajiet nazzjonali, u jiffaċilitaw l-informazzjoni lill-konsumaturi mill-operaturi ekonomiċi.

Emenda  39

 

Proposta għal regolament

Premessa 55

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55) Jista' jkun hemm każijiet fejn ikun meħtieġ li jiġi indirizzat riskju serju fil-livell tal-Unjoni fejn ir-riskju ma jkunx jista' jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri meħuda mill-Istat Membru kkonċernat jew permezz ta' kwalunkwe proċedura oħra skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jista' jkun partikolarment il-każ ta' riskji emerġenti ġodda jew dawk li jħallu impatt fuq il-konsumaturi vulnerabbli. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Istati Membri. Tali miżuri jenħtieġ li jkunu adattati għall-gravità u l-urġenza tas-sitwazzjoni. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi previst mekkaniżmu adegwat li bih il-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri interim applikabbli immedjatament.

(55) Jista' jkun hemm każijiet fejn ikun meħtieġ li jiġi indirizzat riskju serju fil-livell tal-Unjoni fejn ir-riskju ma jkunx jista' jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri meħuda mill-Istat Membru kkonċernat jew permezz ta' kwalunkwe proċedura oħra skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Dan jista' jkun partikolarment il-każ ta' riskji emerġenti ġodda jew dawk li jħallu impatt fuq il-konsumaturi vulnerabbli. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Istati Membri jew tal-partijiet interessati rilevanti. Tali miżuri jenħtieġ li jkunu adattati għall-gravità u l-urġenza tas-sitwazzjoni. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi previst mekkaniżmu adegwat li bih il-Kummissjoni tkun tista' tadotta miżuri interim applikabbli immedjatament.

Emenda  40

 

Proposta għal regolament

Premessa 56

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56) Id-determinazzjoni tar-riskju li jikkonċerna prodott u l-livell tiegħu hija bbażata fuq valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-atturi rilevanti. L-Istati Membri, fit-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju, jistgħu jilħqu riżultati differenti f'dak li jikkonċerna l-preżenza ta' riskju jew il-livell tiegħu. Dan jista' jipperikola l-funzjonament korrett tas-suq uniku u l-kundizzjonijiet ekwi kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi. Għalhekk, jenħtieġ li mekkaniżmu ta' arbitraġġ ikun disponibbli għall-Istati Membri, fuq bażi volontarja, li jippermetti lill-Kummissjoni tipprovdi opinjoni dwar il-kwistjoni fit-tilwima.

(56) Id-determinazzjoni tar-riskju li jikkonċerna prodott u l-livell tiegħu hija bbażata fuq valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-atturi rilevanti. L-Istati Membri, fit-twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju, jistgħu jilħqu riżultati differenti f'dak li jikkonċerna l-preżenza ta' riskju jew il-livell tiegħu. Dan jista' jipperikola l-funzjonament korrett tas-suq uniku u l-kundizzjonijiet ekwi kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-operaturi ekonomiċi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' arbitraġġ biex jippermetti lill-Kummissjoni tipprovdi opinjoni dwar il-kwistjoni fit-tilwima.

Emenda  41

 

Proposta għal regolament

Premessa 56a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(56a) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal rapport perjodiku dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' arbitraġġ għall-valutazzjonijiet tar-riskju, li jenħtieġ li jiġi ppreżentat lin-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur. Tali rapport jenħtieġ li jidentifika l-kriterji ewlenin applikati mill-Istati Membri għall-valutazzjoni tar-riskju u l-impatt tagħhom fuq is-suq intern u fuq livell ugwali ta' protezzjoni tal-konsumatur, bil-għan li jippermetti lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jarmonizzaw l-approċċi u l-kriterji għall-valutazzjoni tar-riskju.

Emenda  42

 

Proposta għal regolament

Premessa 57

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57) In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur itejjeb il-kooperazzjoni dwar l-infurzar tas-sikurezza tal-prodotti bejn l-Istati Membri. B'mod partikolari, dan jiffaċilita l-attivitajiet ta' skambju ta' informazzjoni, l-organizzazzjoni ta' attivitajiet konġunti ta' sorveljanza tas-suq, l-iskambju ta' għarfien espert u l-aħjar prattiki. In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur jenħtieġ li jkun irrappreżentat u jipparteċipa kif xieraq fl-attivitajiet ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti previst fir-Regolament (UE) 2019/1020 kull meta tkun meħtieġa koordinazzjoni tal-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni taż-żewġ Regolamenti sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħhom.

(57) In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur itejjeb il-kooperazzjoni dwar l-infurzar tas-sikurezza tal-prodotti bejn l-Istati Membri. B'mod partikolari, dan jiffaċilita l-attivitajiet ta' skambju ta' informazzjoni, l-organizzazzjoni ta' attivitajiet konġunti ta' sorveljanza tas-suq, l-iskambju ta' għarfien espert u l-aħjar prattiki. Jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-armonizzazzjoni tal-metodoloġiji għall-ġbir tad-data dwar is-sikurezza tal-prodotti, kif ukoll għal żieda fl-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni reġjonali, settorjali, nazzjonali u Ewropej għas-sikurezza tal-prodotti. In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur jenħtieġ li jkun irrappreżentat u jipparteċipa kif xieraq fl-attivitajiet ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti previst fir-Regolament (UE) 2019/1020 kull meta tkun meħtieġa koordinazzjoni tal-attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni taż-żewġ Regolamenti sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħhom.

Emenda  43

 

Proposta għal regolament

Premessa 58

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58) L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jwettqu attivitajiet konġunti ma' awtoritajiet jew organizzazzjonijiet oħra li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi jew lill-utenti finali, bil-għan li jippromwovu s-sikurezza tal-prodotti u jidentifikaw prodotti perikolużi, inklużi dawk li jiġu offruti għall-bejgħ online. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni, kif xieraq, jenħtieġ li jiżguraw li l-għażla tal-prodotti u tal-produtturi kif ukoll l-attivitajiet imwettqa ma joħolqux sitwazzjoni li tista' tfixkel il-kompetizzjoni jew taffettwa l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-partijiet.

(58) L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jwettqu attivitajiet konġunti ma' awtoritajiet jew organizzazzjonijiet oħra li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi jew lill-utenti finali, bil-għan li jippromwovu s-sikurezza tal-prodotti u jidentifikaw prodotti perikolużi, inklużi dawk li jiġu offruti għall-bejgħ online. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni, kif xieraq, jenħtieġ li jiżguraw li l-għażla tal-prodotti u tal-produtturi kif ukoll l-attivitajiet imwettqa ma joħolqux sitwazzjonijiet li jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni jew jaffettwaw l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-partijiet.

Emenda  44

 

Proposta għal regolament

Premessa 59

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59) Azzjonijiet simultanji kkoordinati ta' kontroll ("sweeps") huma azzjonijiet speċifiċi ta' infurzar li jistgħu jkomplu jtejbu s-sikurezza tal-prodotti. B'mod partikolari, jenħtieġ li jitwettqu sweeps fejn ix-xejriet tas-suq, l-ilmenti tal-konsumaturi jew indikazzjonijiet oħra jissuġġerixxu li ċerti kategoriji ta' prodotti ta' spiss jinstabu li joħolqu riskju serju.

(59) Azzjonijiet simultanji kkoordinati ta' kontroll ("sweeps") huma azzjonijiet speċifiċi ta' infurzar li jistgħu jkomplu jtejbu s-sikurezza tal-prodotti u għalhekk jenħtieġ li jitwettqu fuq bażi regolari biex jinstab il-ksur online u offline ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, jenħtieġ li jitwettqu sweeps fejn ix-xejriet tas-suq, l-ilmenti tal-konsumaturi jew indikazzjonijiet oħra jissuġġerixxu li ċerti kategoriji ta' prodotti ta' spiss jinstabu li joħolqu riskju serju.

Emenda  45

 

Proposta għal regolament

Premessa 60

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60) L-interfaċċa pubblika tas-Safety Gate, il-portal Safety Gate, tippermetti lill-pubbliku ġenerali, inklużi l-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online, li jiġi infurmat dwar il-miżuri korrettivi meħuda kontra prodotti perikolużi preżenti fis-suq tal-Unjoni. Taqsima separata tal-portal Safety Gate tippermetti lill-konsumaturi jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur li jinsabu fis-suq. Fejn rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi segwitu adegwat, b'mod partikolari billi tittrażmetti tali informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.

(60) L-interfaċċa pubblika tas-Safety Gate, il-portal Safety Gate, tippermetti lill-pubbliku ġenerali, inklużi l-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online, li jiġi infurmat dwar il-miżuri korrettivi meħuda kontra prodotti perikolużi preżenti fis-suq tal-Unjoni. Taqsima separata tal-portal Safety Gate tippermetti lill-konsumaturi jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur li jinsabu fis-suq. Fejn rilevanti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi segwitu adegwat, b'mod partikolari billi tittrażmetti tali informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati. Il-bażi tad-data u s-sit web tas-Safety Gate jenħtieġ li jkunu aċċessibbli faċilment għall-persuni b'diżabbiltà.

Emenda  46

 

Proposta għal regolament

Premessa 61

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(61) Meta l-informazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodott għall-pubbliku ssir disponibbli, is-segretezza professjonali, kif issir referenza għaliha fl-Artikolu 339 tat-Trattat, jenħtieġ li tiġi protetta b'mod li jkun kompatibbli mal-ħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-miżuri ta' protezzjoni.

(61) Jenħtieġ li jiġi żgurat, bħala regola ġenerali, l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni disponibbli għall-awtoritajiet dwar is-sikurezza tal-prodott. Madankollu, meta l-informazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodott għall-pubbliku ssir disponibbli, is-segretezza professjonali, kif issir referenza għaliha fl-Artikolu 339 tat-Trattat, jenħtieġ li tiġi protetta b'mod li jkun kompatibbli mal-ħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-miżuri ta' protezzjoni.

Emenda  47

 

Proposta għal regolament

Premessa 62

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62) Meta prodott li jkun diġà nbiegħ lill-konsumaturi jirriżulta li jkun perikoluż, jista' jkun meħtieġ li jissejjaħ lura biex jiġu protetti l-konsumaturi fl-Unjoni. Il-konsumaturi jistgħu ma jkunux jafu li għandhom prodott imsejjaħ lura. Sabiex tiżdied l-effettività tas-sejħa lura, huwa għalhekk importanti li jintlaħqu aħjar il-konsumaturi kkonċernati. Il-kuntatt dirett huwa l-aktar metodu effettiv biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar is-sejħiet lura u tiġi mħeġġa l-azzjoni. Huwa wkoll il-mezz ta' komunikazzjoni preferut fost il-gruppi kollha tal-konsumaturi. Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-konsumaturi, huwa importanti li dawn jiġu infurmati b'mod rapidu u affidabbli. Għalhekk, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jużaw id-data tal-klijent għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar sejħiet lura u twissijiet ta' sikurezza marbuta mal-prodotti li jkunu xtraw. Għalhekk, huwa meħtieġ obbligu legali biex l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jużaw kwalunkwe data tal-klijenti li tkun diġà għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar sejħiet lura u twissijiet ta' sikurezza. F'dan ir-rigward, l-operaturi ekonomiċi se jiżguraw li jinkludu l-possibbiltà li jikkuntattjaw direttament lill-klijenti fil-każ ta' sejħa lura jew twissija ta' sikurezza li taffettwahom fi programmi eżistenti ta' lealtà tal-klijent u f'sistemi ta' reġistrazzjoni tal-prodotti, li permezz tagħhom il-klijenti jintalbu, wara li jkunu xtraw prodott, biex jikkomunikaw lill-manifattur fuq bażi volontarja xi informazzjoni bħall-isem, l-informazzjoni ta' kuntatt tagħhom, il-mudell tal-prodott jew in-numru tas-serje.

(62) Meta prodott li jkun diġà nbiegħ lill-konsumaturi jirriżulta li jkun perikoluż, jista' jkun meħtieġ li jissejjaħ lura biex jiġu protetti l-konsumaturi fl-Unjoni. Il-konsumaturi jistgħu ma jkunux jafu li għandhom prodott imsejjaħ lura. Sabiex tiżdied l-effettività tas-sejħa lura, huwa għalhekk importanti li jintlaħqu aħjar il-konsumaturi kkonċernati. Il-kuntatt dirett huwa l-aktar metodu effettiv biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar is-sejħiet lura u tiġi mħeġġa l-azzjoni. Huwa wkoll il-mezz ta' komunikazzjoni preferut fost il-gruppi kollha tal-konsumaturi. Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-konsumaturi, huwa importanti li dawn jiġu infurmati b'mod rapidu u affidabbli. Għalhekk, l-operaturi ekonomiċi u, meta applikabbli, is-swieq online jenħtieġ li jużaw id-data tal-klijent għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar sejħiet lura u twissijiet ta' sikurezza marbuta mal-prodotti li jkunu xtraw. Għalhekk, huwa meħtieġ obbligu legali biex l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online jkunu meħtieġa jużaw kwalunkwe data tal-klijenti li tkun diġà għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar sejħiet lura u twissijiet ta' sikurezza. F'dan ir-rigward, l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online se jiżguraw li jinkludu l-possibbiltà li jikkuntattjaw direttament lill-klijenti fil-każ ta' sejħa lura jew twissija ta' sikurezza li taffettwahom fi programmi eżistenti ta' lealtà tal-klijent u f'sistemi ta' reġistrazzjoni tal-prodotti, li permezz tagħhom il-klijenti jintalbu, wara li jkunu xtraw prodott, biex jikkomunikaw lill-manifattur fuq bażi volontarja xi informazzjoni bħall-isem, l-informazzjoni ta' kuntatt tagħhom, il-mudell tal-prodott jew in-numru tas-serje.

Emenda  48

 

Proposta għal regolament

Premessa 64a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(64a) Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippubblika gwida lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex tiżgura infurzar aktar uniformi meta tittratta s-sejħiet lura. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet ikollhom biżżejjed għarfien espert u riżorsi għall-attivitajiet kollha tagħhom relatati mal-infurzar.

Emenda  49

 

Proposta għal regolament

Premessa 65

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65) Sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit f'dan ir-Regolament, huwa importanti li jintużaw standards Ewropej li jkopru ċerti prodotti u riskji b'tali mod li prodott konformi ma' standard Ewropew bħal dan, li r-referenza tiegħu tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikun preżunt li huwa konformi ma' dak ir-rekwiżit.

(65) Sabiex tiġi faċilitata l-applikazzjoni effettiva u konsistenti tar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit f'dan ir-Regolament, huwa importanti li jintużaw standards Ewropej li jkopru ċerti prodotti u riskji. L-istandards Ewropej, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'konformità mad-Direttiva 2001/95/KE, jenħtieġ li jitqiesu bħala standards Ewropej għas-sikurezza tal-prodotti u jenħtieġ li jipprovdu preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit f'dan ir-Regolament. It-talbiet tal-istandardizzazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni f'konformità mad-Direttiva 2001/95/KE jenħtieġ li jitqiesu bħala talbiet tal-istandardizzazzjoni maħruġa f'konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda  50

 

Proposta għal regolament

Premessa 66a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(66a) Il-prodotti jistgħu jippreżentaw riskji differenti għal ġeneri differenti u jenħtieġ li l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni jqisu dan, biex jiġu evitati diskrepanzi f'termini ta' sikurezza u għalhekk differenza bejn il-ġeneri fis-sikurezza; Id-Dikjarazzjoni dwar Standards Reattivi għall-Kwistjonijiet ta' Ġeneru tiddeskrivi diversi azzjonijiet li l-korpi nazzjonali tal-istandards u l-organizzazzjonijiet li jiżviluppaw l-istandards jenħtieġ li jinkludu fil-pjan ta' azzjoni tagħhom dwar il-ġeneru għal standards u żvilupp ta' standards reattivi għall-kwistjonijiet ta' ġeneru, sabiex jinkisbu standards bilanċjati, rappreżentattivi u inklużivi f'termini ta' ġeneru.

Emenda  51

 

Proposta għal regolament

Premessa 69

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69) L-istandards Ewropej, li r-referenzi għalihom ġew ippubblikati f'konformità mad-Direttiva 2001/95/KE, jenħtieġ li jibqgħu jagħtu l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit f'dan ir-Regolament. It-talbiet tal-istandardizzazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni f'konformità mad-Direttiva 2001/95/KE jenħtieġ li jitqiesu bħala talbiet tal-istandardizzazzjoni maħruġa f'konformità ma' dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda  52

 

Proposta għal regolament

Premessa 70

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70) Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' tikkoopera u tiskambja informazzjoni relatata mas-sikurezza tal-prodotti mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qafas ta' ftehimiet konklużi bejn il-Kummissjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali. Tali kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni jenħtieġ li jirrispettaw il-kunfidenzjalità u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali tal-Unjoni.

(70) Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' tikkoopera u tiskambja informazzjoni relatata mas-sikurezza tal-prodotti mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qafas ta' ftehimiet konklużi bejn il-Kummissjoni u pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, anke bil-għan li tiġi impedita ċ-ċirkolazzjoni ta' prodotti perikolużi fis-suq tal-Unjoni. Tali kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni jenħtieġ li jirrispettaw il-kunfidenzjalità u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali tal-Unjoni.

Emenda  53

 

Proposta għal regolament

Premessa 71

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71) Sabiex ikollhom effett ta' deterrent sinifikanti għall-operaturi ekonomiċi u għas-swieq online biex jipprevjenu t-tqegħid ta' prodotti perikolużi fis-suq, jenħtieġ li l-penali jkunu adegwati għat-tip ta' ksur, għall-vantaġġ possibbli għall-operatur ekonomiku jew għas-suq online u għat-tip u għall-gravità tad-dannu mġarrab mill-konsumatur. Barra minn hekk, livell omoġenju ta' penali huwa importanti biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, filwaqt li jiġi evitat li l-operaturi ekonomiċi jew is-swieq online jikkonċentraw l-attivitajiet tagħhom f'territorji fejn il-livell ta' penali jkun aktar baxx.

(71) Sabiex ikollhom effett ta' deterrent sinifikanti għall-operaturi ekonomiċi u, meta applikabbli, għas-swieq online biex jipprevjenu t-tqegħid ta' prodotti perikolużi fis-suq, jenħtieġ li l-penali jkunu adegwati għat-tip ta' ksur, għall-vantaġġ possibbli għall-operatur ekonomiku jew għas-suq online u għat-tip u għall-gravità tad-dannu mġarrab mill-konsumatur. Barra minn hekk, livell omoġenju ta' penali huwa importanti biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, filwaqt li jiġi evitat li l-operaturi ekonomiċi jew is-swieq online jikkonċentraw l-attivitajiet tagħhom f'territorji fejn il-livell ta' penali jkun aktar baxx.

Emenda  54

 

Proposta għal regolament

Premessa 72

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(72) Meta jiġu imposti penali, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni dovuta lin-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur inkwistjoni. L-impożizzjoni ta' penali jenħtieġ li tkun proporzjonata u jenħtieġ li tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluż ma' salvagwardji proċedurali applikabbli u mal-prinċipji tal-Karta tad-drittijiet fundamentali.

(72) Meta jiġu imposti penali, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni dovuta lin-natura, il-gravità u d-durata tal-ksur inkwistjoni. L-impożizzjoni ta' penali jenħtieġ li tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva u jenħtieġ li tikkonforma mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, inkluż ma' salvagwardji proċedurali applikabbli u mal-prinċipji tal-Karta tad-drittijiet fundamentali.

Emenda  55

 

Proposta għal regolament

Premessa 74

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(74) Sabiex tiġi żgurata aktar konsistenza, jenħtieġ li tiġi inkluża lista ta' dawk it-tipi ta' ksur li jenħtieġ li jkunu soġġetti għal penali.

imħassar

Emenda  56

 

Proposta għal regolament

Premessa 75

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75) L-effett ta' deterrent tal-penali jenħtieġ li jissaħħaħ bil-possibbiltà li tiġi ppubblikata l-informazzjoni relatata mal-penali imposti mill-Istati Membri. Meta dawn il-penali jinħarġu kontra persuni fiżiċi jew jinkludu data personali, dawn jistgħu jiġu ppubblikati b'mod li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34 u fir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35. Ir-rapport annwali dwar il-penali imposti mill-Istati Membri jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ekwi u għall-prevenzjoni ta' ksur ripetut. Għal raġunijiet ta' ċertezza legali u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, jenħtieġ li jiġi speċifikat f'liema sitwazzjonijiet ma għandhiex issir pubblikazzjoni. F'dak li jikkonċerna l-persuni fiżiċi, id-data personali jenħtieġ li tiġi ppubblikata biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali ġġustifikati mis-serjetà tal-ksur, pereżempju, meta tkun ġiet imposta penali lil operatur ekonomiku li ismu jidentifika persuna fiżika u tali operatur ekonomiku jkun naqas ripetutament milli jikkonforma mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali tal-prodott.

(75) L-effett ta' deterrent tal-penali jenħtieġ li jissaħħaħ bil-possibbiltà li tiġi ppubblikata l-informazzjoni relatata mal-penali imposti mill-Istati Membri. Ir-rapport annwali dwar il-penali imposti mill-Istati Membri jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-kundizzjonijiet ekwi u għall-prevenzjoni ta' ksur ripetut.

__________________

 

34 Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

 

35  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

 

Emenda  57

 

Proposta għal regolament

Premessa 78

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(78) Sabiex jinżamm livell għoli ta' saħħa u sikurezza tal-konsumaturi, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti li għandhom riskju serju potenzjali għas-saħħa u s-sikurezza. Huwa partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet37. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(78) Sabiex jinżamm livell għoli ta' saħħa u sikurezza tal-konsumaturi, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-prodotti, tal-kategoriji jew tal-gruppi ta' prodotti li għalihom jenħtieġ li jsiru kontrolli mill-persuna responsabbli stabbilita fl-Unjoni, u l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti li għandhom riskju serju potenzjali għas-saħħa u s-sikurezza. Huwa partikolarment importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet37. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

__________________

__________________

37 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

37 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda  58

 

Proposta għal regolament

Premessa 80

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(80) Kwalunkwe pproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun f'konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. Meta l-konsumaturi jirrapportaw prodott fis-Safety Gate, tinħażen biss dik id-data personali li tkun meħtieġa biex jiġi rrapportat il-prodott perikoluż u għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin wara li tali data tkun ġiet ikkodifikata. Il-manifatturi u l-importaturi jenħtieġ li jkollhom ir-reġistru tal-ilmenti tal-konsumaturi biss sakemm dan ikun meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Il-manifatturi u l-importaturi, meta jkunu persuni fiżiċi, jenħtieġ li jiżvelaw isimhom biex jiżguraw li l-konsumatur ikun jista' jidentifika l-prodott għall-finijiet tat-traċċabbiltà.

(80) Meta, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ikun meħtieġ li tiġi pproċessata data personali, tali pproċessar jenħtieġ li jitwettaq f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament (UE) 2016/679, għar-Regolament (UE) 2018/1725 u għad-Direttiva 2002/58/KE, skont kif inhu applikabbli. Meta l-konsumaturi jirrapportaw prodott fis-Safety Gate, tinħażen biss dik id-data personali li tkun meħtieġa biex jiġi rrapportat il-prodott perikoluż u għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin wara li tali data tkun ġiet ikkodifikata. Il-manifatturi u l-importaturi jenħtieġ li jkollhom ir-reġistru tal-ilmenti tal-konsumaturi biss sakemm dan ikun meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Il-manifatturi u l-importaturi, meta jkunu persuni fiżiċi, jenħtieġ li jiżvelaw isimhom biex jiżguraw li l-konsumatur ikun jista' jidentifika l-prodott għall-finijiet tat-traċċabbiltà.

Emenda  59

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Suġġett

Suġġett u objettivi

Emenda  60

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli essenzjali dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq.

L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern u jżomm livell għoli ta' saħħa, sikurezza u protezzjoni tal-konsumatur billi jistabbilixxi regoli essenzjali biex jiżgura s-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur li huma disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

Emenda  61

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti definiti fl-Artikolu 3(1), li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq sa fejn ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv fir-regoli tad-dritt tal-Unjoni li tirregola s-sikurezza tal-prodotti kkonċernati.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti definiti fl-Artikolu 3(1), li huma disponibbli fis-suq sa fejn ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv fir-regoli tad-dritt tal-Unjoni li tirregola s-sikurezza tal-prodotti kkonċernati.

Emenda  62

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizz mogħti lill-konsumaturi;

(g) tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi meta dak it-tagħmir jitħaddem direttament minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizz ta' trasport mogħti lill-konsumaturi u mhux imħaddem mill-konsumaturi nfushom;

Emenda  63

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti mqiegħda jew disponibbli fis-suq kemm jekk ġodda, użati, imsewwija jew ikkundizzjonati mill-ġdid. Ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawk il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali.

3. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti disponibbli fis-suq kemm jekk ġodda, użati, imsewwija jew ikkundizzjonati mill-ġdid. Ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawk il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali.

Emenda  64

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' prekawzjoni.

imħassar

Emenda  65

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. "prodott" tfisser kwalunkwe oġġett, interkonness jew le ma' oġġetti oħra, fornut jew disponibbli, kemm jekk għal korrispettiv kif ukoll jekk le, matul attività kummerċjali inkluż fil-kuntest tal-forniment ta' servizz – li huwa maħsub għall-konsumaturi jew li jista', f'kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, jintuża mill-konsumaturi anke jekk ma jkunx maħsub għalihom;

1. "prodott" tfisser kwalunkwe oġġett, interkonness jew le ma' oġġetti oħra, fornut jew disponibbli, kemm jekk għal korrispettiv kif ukoll jekk le, matul attività kummerċjali inkluż fil-kuntest tal-forniment ta' servizz – li huwa maħsub għall-konsumaturi jew li x'aktarx, f'kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, jintuża mill-konsumaturi anke jekk ma jkunx maħsub għalihom;

Emenda  66

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. "prodott sikur" tfisser kwalunkwe prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli ta' użu jew użu ħażin, inkluż id-durata attwali tal-użu, ma jippreżenta l-ebda riskju jew jippreżenta riskji minimi biss kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi;

2. "prodott sikur" tfisser kwalunkwe prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli ta' użu, inkluż id-durata effettiva tal-użu, ma jippreżenta l-ebda riskju jew jippreżenta riskji minimi biss kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi;

Emenda  67

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. "rappreżentant awtorizzat" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur biex taġixxi f'ismu b'rabta ma' kompiti speċifikati;

9. "rappreżentant awtorizzat" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub minn manifattur biex taġixxi f'isem tali manifattur b'rabta ma' kompiti speċifikati;

Emenda  68

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14. "suq online" tfisser fornitur ta' servizz intermedjarju bl-użu ta' software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, operat minn kummerċjant jew f'ismu, li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma' kummerċjanti oħra jew konsumaturi għall-bejgħ ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament;

14. "suq online" tfisser fornitur ta' servizz intermedjarju bl-użu ta' interfaċċa online, li jagħti lill-konsumaturi aċċess għall-prodotti tal-kummerċjanti u jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu kuntratti mill-bogħod ma' dawk il-kummerċjanti għall-bejgħ ta' prodotti koperti minn dan ir-Regolament;

Emenda  69

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15. "interfaċċa online" tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, li jkun operat minn operatur ekonomiku jew f'ismu, u li jservi biex jagħti aċċess lill-utenti finali għall-prodotti tal-operatur ekonomiku;

15. "interfaċċa online" tfisser kwalunkwe software, inkluż sit web, parti minn sit web jew applikazzjoni, inklużi applikazzjonijiet mobbli;

Emenda  70

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

15a. ''kuntratt mill-bogħod'' tfisser kuntratt mill-bogħod kif definit fl-Artikolu 2, punt (7), tad-Direttiva 2011/83/UE;

Emenda  71

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

23. "sejħa lura" tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-konsumatur;

23. "sejħa lura" tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-utent finali;

Emenda  72

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 25a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 "antikitajiet" tfisser prodotti, bħal oġġetti għall-kollezzjoni u opri tal-arti li fir-rigward tagħhom il-konsumaturi ma jistgħux jistennew b'mod raġonevoli li jkunu jissodisfaw l-istandards tas-sikurezza l-aktar avvanzati.

Emenda  73

 

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-prodotti offruti għall-bejgħ online jew b'mezzi oħra ta' bejgħ mill-bogħod, għandhom jitqiesu li saru disponibbli fis-suq jekk l-offerta tkun immirata għal konsumaturi fl-Unjoni. Offerta għall-bejgħ għandha titqies li tkun mmirata għal konsumaturi fl-Unjoni jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jidderieġi, bi kwalunkwe mezz, l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru wieħed jew aktar.

1. Il-prodotti offruti għall-bejgħ online jew b'mezzi oħra ta' bejgħ mill-bogħod, għandhom jitqiesu li saru disponibbli fis-suq jekk l-offerta tkun indirizzata għal konsumaturi fl-Unjoni. Offerta għall-bejgħ għandha titqies li tkun indirizzata għal konsumaturi fl-Unjoni jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jidderieġi, bi kwalunkwe mezz, l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru wieħed jew aktar.

Emenda  74

 

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-fini li jiġi ddeterminat jekk offerta hijiex immirata lejn il-konsumaturi fl-Unjoni, għandhom jitqiesu l-kriterji mhux eżawrjenti li ġejjin:

imħassar

(a) l-użu ta' lingwa jew munita uffiċjali tal-Istati Membri,

 

(b) l-isem tad-dominju rreġistrat f'wieħed mill-Istati Membri,

 

(c) iż-żoni ġeografiċi li fihom jistgħu jintbagħtu l-prodotti.

 

Emenda  75

 

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-operaturi ekonomiċi għandhom iqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq tal-Unjoni dawk il-prodotti biss li huma sikuri.

1. L-operaturi ekonomiċi għandhom jagħmlu disponibbli fis-suq tal-Unjoni dawk il-prodotti biss li huma sikuri.

Emenda  76

 

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Aspetti għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti

 

1. Waqt il-valutazzjoni tas-sikurezza ta' prodott, għandhom, b'mod partikolari, jitqiesu dawn l-aspetti li ġejjin:

 

(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi d-disinn tiegħu, il-karatteristiċi tekniċi, il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-assemblaġġ u fejn applikabbli, għall-installazzjoni, għall-użu u għall-manutenzjoni;

 

(b) l-effett fuq prodotti oħra, meta jkun raġonevolment prevedibbli li se jintuża ma' prodotti oħra, inkluża l-interkonnessjoni tal-prodotti bejniethom;

 

(c) l-effett li prodotti oħra jista' jkollhom fuq il-prodott suġġett għall-valutazzjoni, meta jkun raġonevolment prevedibbli li ma' tali prodott se jintużaw prodotti oħra, inkluż l-effett ta' oġġetti mhux inkorporati li huma maħsuba biex jiddeterminaw, ibiddlu jew ilestu l-mod kif jaħdem prodott ieħor li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jridu jitqiesu fil-valutazzjoni tas-sikurezza ta' dak il-prodott l-ieħor;

 

(d) il-preżentazzjoni tal-prodott, it-tikkettar, inkluż it-tikkettar fir-rigward tal-idoneità għat-tfal, kwalunkwe twissija u istruzzjoni għall-użu sikur tiegħu u għar-rimi tiegħu u kwalunkwe indikazzjoni jew informazzjoni oħra li tirrigwarda l-prodott;

 

(e) il-kategoriji ta' konsumaturi f'riskju meta jużaw il-prodott, b'mod partikolari billi jiġi vvalutat ir-riskju għall-konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal, l-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà kif ukoll id-diversi impatti fuq is-saħħa u s-sikurezza tad-diversi ġeneri;

 

(f) id-dehra tal-prodott u b'mod partikolari meta prodott, għalkemm mhuwiex oġġett tal-ikel, jixbah oġġett tal-ikel u x'aktarx jiġi konfuż ma' oġġett tal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, it-tikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra u għalhekk il-konsumaturi, speċjalment it-tfal, jistgħu jpoġġuh f'ħalqhom, isoffuh jew jibilgħuh;

 

(g) il-fatt li għalkemm mhux iddisinjat jew mhux maħsub għall-użu mit-tfal, il-prodott x'aktarx jintuża mit-tfal jew jixbah oġġett jew prodott rikonoxxut b'mod komuni bħala attraenti jew maħsub għall-użu mit-tfal, minħabba d-disinn, l-imballaġġ u l-karatteristiċi tiegħu;

 

(h) meta dan ikun meħtieġ skont in-natura tal-prodott, il-karatteristiċi xierqa taċ-ċibersigurtà meħtieġa biex jipproteġu l-prodott minn influwenzi esterni, inklużi partijiet terzi b'intenzjonijiet ħżiena, meta tali influwenza jista' jkollha impatt fuq is-sikurezza tal-prodott, inkluża l-possibbiltà li tintilef l-interkonnessjoni;

 

(i) il-funzjonalitajiet li jevolvu, ta' tagħlim u ta' tbassir ta' prodott meta tali funzjonalitajiet ikollhom impatt fuq is-sikurezza tal-prodott.

 

2. Il-fattibbiltà li jistgħu jintlaħqu livelli ogħla ta' sikurezza jew id-disponibbiltà ta' prodotti oħra li joħolqu grad inqas ta' riskju, ma għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet biex prodott ma jitqiesx sikur.

Emenda  77

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Preżunzjoni tas-sikurezza

Preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali

Emenda  78

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jekk jikkonforma mal-istandards Ewropej rilevanti jew ma' partijiet minnhom sa fejn huma kkonċernati r-riskji u l-kategoriji ta' riskju koperti, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 1025/2012;

(a) jekk jikkonforma mal-istandards Ewropej għas-sikurezza tal-prodotti rilevanti jew ma' partijiet minnhom sa fejn huma kkonċernati r-riskji u l-kategoriji ta' riskju koperti minn dawk l-istandards, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012; jew

Emenda  79

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fin-nuqqas ta' standards Ewropej imsemmija fil-punt (a), fir-rigward tar-riskji koperti mir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fid-dritt tal-Istat Membru fejn il-prodott isir disponibbli fis-suq, jekk ikun konformi ma' tali rekwiżiti nazzjonali.

(b) fin-nuqqas ta' standards Ewropej imsemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, fir-rigward tar-riskji u tal-kategoriji tar-riskji koperti mir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fid-dritt tal-Istat Membru fejn il-prodott isir disponibbli fis-suq, b'tali rekwiżiti f'konformità mat-Trattati, u b'mod partikolari l-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jekk ikun konformi ma' tali rekwiżiti nazzjonali.

Emenda  80

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi meħtieġa biex tiżgura li l-prodotti li jikkonformaw mal-istandards Ewropej jissodisfaw ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi meħtieġa biex tiżgura li l-prodotti li jikkonformaw mal-istandards Ewropej tas-sikurezza tal-prodotti jissodisfaw ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

Emenda  81

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Madankollu, il-preżunzjoni tas-sikurezza skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tipprevjeni lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq milli jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament meta jkun hemm evidenza li, minkejja tali konformità, il-prodott ikun perikoluż.

3. Madankollu, il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tipprevjeni lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq milli jieħdu l-miżuri xierqa kollha fl-ambitu ta' dan ir-Regolament meta jkun hemm evidenza li, minkejja tali konformità, il-prodott ikun perikoluż.

Emenda  82

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aspetti għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti

Elementi addizzjonali għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti

Emenda  83

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-preżunzjoni tas-sikurezza stabbilita fl-Artikolu 5 ma tkunx tapplika, għandhom jitqiesu l-aspetti li ġejjin b'mod partikolari meta jiġi vvalutat jekk prodott huwiex sikur:

imħassar

(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi d-disinn tiegħu, il-karatteristiċi tekniċi, il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-assemblaġġ u fejn applikabbli, għall-istallazzjoni u l-manutenzjoni;

 

(b) l-effett fuq prodotti oħra, meta jkun raġonevolment prevedibbli li se jintuża ma' prodotti oħra, inkluża l-interkonnessjoni tal-prodotti bejniethom;

 

(c) l-effett li prodotti oħra jista' jkollhom fuq il-prodott li għandu jiġi vvalutat, inkluż l-effett ta' oġġetti mhux inkorporati li huma maħsuba biex jiddeterminaw, ibiddlu jew ilestu l-mod kif jaħdem prodott ieħor li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jridu jitqiesu fil-valutazzjoni tas-sikurezza ta' dak il-prodott l-ieħor;

 

(d) il-preżentazzjoni tal-prodott, it-tikkettar, kwalunkwe twissija u istruzzjoni għall-użu sikur tiegħu u r-rimi tiegħu u kwalunkwe indikazzjoni oħra jew informazzjoni oħra li tirrigwarda l-prodott;

 

(e) il-kategoriji ta' konsumaturi f’riskju meta jużaw il-prodott, b'mod partikolari konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal, l-anzjani, il-persuni b'diżabilità;

 

(f) id-dehra tal-prodott u b'mod partikolari meta prodott, għalkemm mhuwiex oġġett tal-ikel, jixbah oġġett tal-ikel u x'aktarx jiġi konfuż ma' oġġett tal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra;

 

(g) il-fatt li għalkemm mhux iddisinjat jew mhux maħsub għall-użu mit-tfal, il-prodott jixbah oġġett rikonoxxut b'mod komuni bħala attraenti jew maħsub għall-użu mit-tfal, minħabba d-disinn, l-imballaġġ u l-karatteristiċi tiegħu;

 

(h) il-karatteristiċi xierqa taċ-ċibersigurtà meħtieġa biex jipproteġu l-prodott minn influwenzi esterni, inklużi partijiet terzi malizzjużi, meta tali influwenza jista' jkollha impatt fuq is-sikurezza tal-prodott;

 

(i) il-funzjonalitajiet li jevolvu, ta' tagħlim u ta' tbassir ta' prodott.

 

Emenda  84

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-fattibbiltà li jistgħu jintlaħqu livelli ogħla ta' sikurezza jew id-disponibbiltà ta' prodotti oħra li joħolqu grad inqas ta' riskju, ma għandhomx joħolqu raġunijiet biex prodott jitqies perikoluż.

imħassar

Emenda  85

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-fini tal-paragrafu 1, waqt il-valutazzjoni jekk prodott huwiex sikur, għandhom jitqiesu dawn l-aspetti li ġejjin, meta disponibbli, b'mod partikolari:

3. Għall-fini tal-Artikolu 5a u meta ma tapplikax il-preżunzjoni tas-sikurezza skont l-Artikolu 6, waqt il-valutazzjoni jekk prodott huwiex sikur, għandhom jitqiesu dawn l-aspetti li ġejjin, meta disponibbli, b'mod partikolari:

Emenda  86

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-manifatturi għandhom jinvestigaw l-ilmenti li jaslu li jikkonċernaw prodotti li jkunu għamlu disponibbli fis-suq, u li jkunu ġew identifikati bħala perikolużi mill-ilmentatur, u għandhom iżommu reġistru ta' dawn l-ilmenti kif ukoll ta' sejħiet lura tal-prodotti.

imħassar

Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament għall-konsumaturi, mezzi ta' komunikazzjoni bħan-numru tat-telefon, l-indirizz elettroniku jew it-taqsima ddedikata tas-sit web tagħhom, li jippermettu lill-konsumaturi jippreżentaw ilmenti u jinfurmawhom dwar kwalunkwe inċident jew kwistjoni ta' sikurezza li jkunu esperjenzaw bil-prodott.

 

Id-data personali maħżuna fir-reġistru tal-ilmenti għandha tkun biss dik id-data personali li hija meħtieġa għall-manifattur biex jinvestiga l-ilment dwar prodott perikoluż allegat. Tali data għandha tinżamm biss sakemm tkun meħtieġa għall-finijiet ta' investigazzjoni u mhux aktar minn ħames snin wara li tkun ġiet ikkodifikata.

 

Emenda  87

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-manifatturi għandhom iżommu lid-distributuri, lill-importaturi u lis-swieq online fil-katina tal-provvista kkonċernata infurmati bi kwalunkwe kwistjoni ta' sikurezza li jkunu identifikaw.

imħassar

Emenda  88

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika tal-prodott. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kif xieraq:

Qabel iqiegħdu prodott fis-suq, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika li jkun fiha mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-proprjetajiet essenzjali tiegħu rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza tiegħu.

 

Meta jitqies xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn prodott, id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkun fiha wkoll:

Emenda  89

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-proprjetajiet essenzjali tiegħu li huma rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodott;

imħassar

Emenda  90

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-lista tal-istandards Ewropej imsemmija fl-Artikolu 6(1), punt a, jew l-elementi l-oħra msemmija fl-Artikolu 7(3), applikati biex jissodisfaw r-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5.

(c) il-lista tal-istandards Ewropej imsemmija fl-Artikolu 6(1), punt a, jew l-elementi l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1), punt b jew fl-Artikolu 7, applikati biex jissodisfaw r-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5.

Emenda  91

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta xi standards Ewropej, rekwiżiti jew elementi tas-saħħa u s-sikurezza msemmija fl-Artikolu 7(3) ikunu ġew applikati biss parzjalment, għandhom jiġu identifikati l-partijiet li ġew applikati.

Meta xi standards Ewropej, rekwiżiti jew elementi tas-saħħa u s-sikurezza msemmija fl-Artikolu 6(1) jew fl-Artikolu 7 jkunu ġew applikati biss parzjalment, għandhom jiġu identifikati l-partijiet li ġew applikati.

Emenda  92

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta' 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u fuq talba jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

5. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-paragrafu 4 tinżamm aġġornata. Għandhom iżommuha għal perjodu ta' 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq għad-dispożizzjoni, fuq talba, tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda  93

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li hemm proċeduri fis-seħħ biex il-produzzjoni f'serje tibqa' konformi mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5.

Emenda  94

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt uniku ta' kuntatt fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

7. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, l-indirizz postali u s-sit web jew l-indirizz elettroniku fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt uniku ta' kuntatt fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

Emenda  95

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li hemm proċeduri fis-seħħ biex il-produzzjoni f'serje tibqa' konformi mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5.

imħassar

Emenda  96

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx sikur, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, inkluż irtirar jew sejħa lura, kif xieraq.

10. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx sikur, għandhom minnufih jieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir effettivament konformi, inkluż irtirar jew sejħa lura, kif xieraq. Meta l-prodott joħloq riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, il-manifatturi għandhom javżawhom minnufih b'dan skont l-Artikolu 33 u, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmi fl-Artikolu 25, jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom il-prodott ikun sar disponibbli għal dak il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta' kwalunkwe miżura korrettiva li tkun diġà ttieħdet u, jekk disponibbli, dwar il-kwantità għal kull Stat Membru tal-prodotti li għadhom fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq.

Emenda  97

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-manifatturi għandhom, permezz tas-Safety Business Gateway msemmi fl-Artikolu 25, javżaw minnufih lill-konsumaturi dwar ir-riskju li prodott li huma mmanifatturaw jippreżenta għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom u jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom il-prodott ikun sar disponibbli għal dak il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta' kwalunkwe miżura korrettiva li tkun diġà ttieħdet.

imħassar

Emenda  98

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 11a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11a. Il-manifatturi għandhom jinformaw lid-distributuri, lill-importaturi u, meta rilevanti, lill-persuni responsabbli, lill-fornituri tas-servizzi ta' ġestjoni u lis-swieq online fil-katina tal-provvista kkonċernata bi kwalunkwe kwistjoni ta' sikurezza li jkunu identifikaw.

Emenda  99

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 11b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

11b. Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament mezzi ta' komunikazzjoni bħal numru tat-telefon, indirizz elettroniku jew taqsima ddedikata tas-sit web tagħhom, fid-dawl tal-bżonnijiet tal-persuni b'diżabbiltà f'dik li hi aċċessibbiltà, u jippermettu lill-konsumaturi jippreżentaw ilmenti li jikkonċernaw prodotti li l-manifatturi jkunu għamlu disponibbli fis-suq u b'hekk il-manifatturi jkunu informati bi kwalunkwe inċident jew kwistjoni ta' sikurezza li l-konsumaturi jkunu esperjenzaw b'dawn il-prodotti.

 

Il-manifatturi għandhom jinvestigaw l-ilmenti u l-informazzjoni dwar inċidenti li rċevew li jikkonċernaw il-prodotti li jkunu ġew identifikati bħala perikolużi mill-ilmentatur, u għandhom iżommu reġistru intern ta' dawn l-ilmenti kif ukoll tas-sejħiet lura tal-prodotti.

 

Id-data personali maħżuna fir-reġistru tal-ilmenti għandha tkun biss dik id-data personali li hija meħtieġa għall-manifattur biex jinvestiga l-ilment dwar prodott perikoluż allegat. Tali data għandha tinżamm biss sakemm tkun meħtieġa għall-finijiet ta' investigazzjoni u mhux aktar minn ħames snin wara li tkun ġiet ikkodifikata.

Emenda  100

 

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mill-manifattur. Il-mandat għandu jippermetti li r-rappreżentant awtorizzat iwettaq tal-inqas il-kompiti li ġejjin:

Rappreżentant awtorizzat għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jirċievi mill-manifattur. Għandu jforni kopja tal-mandat lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f'każ li tintalab. Il-mandat għandu jippermetti li r-rappreżentant awtorizzat iwettaq tal-inqas il-kompiti li ġejjin:

Emenda  101

 

Proposta għal regolament

Artikolu 9– paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) meta jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott inkwistjoni jippreżenta riskju, jinformaw lill-manifattur;

(b) meta jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott inkwistjoni mhuwiex sikur, jinformaw lill-manifattur;

Emenda  102

 

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati riskji ppreżentati minn prodotti koperti mill-mandat tagħhom.

(c) jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta' kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu effettivament eliminati riskji ppreżentati minn prodotti koperti mill-mandat tagħhom.

Emenda  103

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta importatur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mal-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(4), (6) u (7), dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm ikun inġieb f'konformità. Barra minn hekk, meta prodott ma jkunx sikur, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u jiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu informati.

2. Meta importatur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mal-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(4), (6) u (7), dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm ikun inġieb f'konformità. Barra minn hekk, meta prodott ma jkunx sikur, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u jiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu informati mingħajr dewmien bla bżonn.

Emenda  104

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali jew elettroniku fejn jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. Huma għandhom jiżguraw li kwalunkwe tikketta addizzjonali ma tgħatti l-ebda informazzjoni fuq it-tikketta pprovduta mill-manifattur.

3. L-importaturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, l-indirizz postali u s-sit web jew l-indirizz elettroniku fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. Huma għandhom jiżguraw li kwalunkwe tikketta addizzjonali ma tgħatti l-ebda informazzjoni fuq it-tikketta pprovduta mill-manifattur.

Emenda  105

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-importaturi għandhom jiżguraw li l-mezzi ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu jkunu disponibbli għall-konsumaturi biex jippermettu lill-konsumaturi jippreżentaw ilmenti u jikkomunikaw kwalunkwe inċident jew kwistjoni ta' sikurezza li jkunu esperjenzaw bil-prodott. Jekk dawn il-mezzi ma jkunux disponibbli, l-importatur għandu jipprovdihom.

L-importaturi għandhom jivverifikaw li l-mezzi ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(11b), l-ewwel subparagrafu jkunu disponibbli pubblikament u jippermettu t-tressiq ta' lmenti u l-komunikazzjoni ta' kwalunkwe inċident jew kwistjoni ta' sikurezza li jkunu esperjenzaw bil-prodott, b'attenzjoni għall-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilità f'termini ta' aċċessibbiltà. Jekk dawn il-mezzi ma jkunux disponibbli, l-importatur għandu jipprovdihom.

Emenda  106

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-importaturi għandhom jinvestigaw l-ilmenti, relatati mal-prodotti li jkunu għamlu disponibbli fis-suq u jirreġistraw dawn l-ilmenti, kif ukoll is-sejħiet lura tal-prodotti, fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu jew fir-reġistru tagħhom stess. L-importaturi għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri infurmati dwar l-investigazzjoni mwettqa u dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni.

L-importaturi għandhom jinvestigaw l-ilmenti u l-informazzjoni dwar inċidenti relatati mal-prodotti li jkunu għamlu disponibbli fis-suq, li jkunu ġew identifikati bħala perikolużi mill-ilmentatur, u jirreġistraw dawk l-ilmenti, kif ukoll is-sejħiet lura tal-prodotti, fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 8(11b), it-tieni subparagrafu u fir-reġistru tagħhom stess. L-importaturi għandhom iżommu lill-manifattur, lid-distributuri u, fejn rilevanti, lill-fornituri tas-servizzi ta' ġestjoni u s-swieq online infurmati dwar l-investigazzjoni mwettqa u dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni.

Emenda  107

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx sikur għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur u jiżguraw li jiġu adottati l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, inkluż l-irtirar jew is-sejħa lura, kif xieraq. F'każ li dawn il-miżuri ma jkunux ġew adottati, l-importatur għandu jadottahom. L-importaturi għandhom jiżguraw li, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmi fl-Artikolu 25, il-konsumaturi jiġu mgħarrfa minnufih u b'mod effettiv bir-riskju fejn applikabbli u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dak il-għan jiġu infurmati minnufih, filwaqt li jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta' kwalunkwe miżura korrettiva li tkun diġà ttieħdet.

8. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx sikur għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur u jiżguraw li jiġu adottati l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir effettivament konformi, inkluż l-irtirar jew is-sejħa lura, kif xieraq. F'każ li dawn il-miżuri ma jkunux ġew adottati, l-importatur għandu jadottahom. Jekk il-prodott joħloq riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, l-importaturi għandhom jiżguraw li dawn jiġu mgħarrfa minnufih b'dan skont l-Artikolu 33 u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli jiġu infurmati minnufih f'dan is-sens permezz tas-Safety Business Gateway imsemmija fl-Artikolu 25, filwaqt li jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta' kwalunkwe miżura korrettiva li tkun diġà ttieħdet u, jekk disponibbli, tal-kwantità għal kull Stat Membru tal-prodotti li jkunu għadhom fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq.

Emenda  108

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. L-importaturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 8(4) għal perjodu ta' 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u fuq talba jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

9. L-importaturi għandhom iżommu kopja tad-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 8(4), l-ewwel subparagrafu, għal perjodu ta' 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jiżguraw li, fuq talba, id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 8(4), it-tieni subparagrafu, il-punti (a) u (b), fejn applikabbli, jkunu jistgħu jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' dawk l-awtoritajiet.

Emenda  109

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, ma għandhomx jagħmlu l-prodott disponibbli fis-suq sakemm ikun inġieb f'konformità. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sikur, id-distributur għandu jinforma minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli, għal dak il-għan u għandu jiżgura li, permezz tas-Safety Business Gateway msemmija fl-Artikolu 25, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu informati.

3. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, ma għandhomx jagħmlu l-prodott disponibbli fis-suq sakemm ikun inġieb f'konformità. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sikur, id-distributur għandu jinforma minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli, għal dak il-għan u għandu jiżgura li, permezz tas-Safety Business Gateway msemmija fl-Artikolu 25, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu informati.

Emenda  110

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sikur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, inkluż l-irtirar jew is-sejħa lura, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sikur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli, għal dak il-għan u għandhom jiżguraw li, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmija fl-Artikolu 25, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dak il-għan jiġu infurmati, filwaqt li jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta' kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sikur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dan il-prodott isir effettivament konformi, inkluż l-irtirar jew is-sejħa lura, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sikur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli, għal dak il-għan u għandhom jiżguraw li, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmija fl-Artikolu 25, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dak il-għan jiġu infurmati, filwaqt li jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta' kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

Emenda  111

 

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Persuna fiżika jew ġuridika għandha titqies bħala manifattur għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u għandha tkun soġġetta għall-obbligi tal-manifattur stabbiliti fl-Artikolu 8 meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika tqiegħed prodott fis-suq taħt l-isem jew it-trademark ta' dik il-persuna fiżika jew ġuridika.

Emenda  112

 

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-bidliet ma sarux mill-konsumatur għall-użu tiegħu stess.

(c) il-bidliet ma sarux mill-konsumatur għall-użu tiegħu stess jew ikunu twettqu, fuq talba speċifika tal-konsumatur, fil-karatteristiċi tas-sikurezza essenzjali tal-prodott.

Emenda  113

 

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li l-miżura korrettiva meħuda tkun effettiva fl-eliminazzjoni jew fil-mitigazzjoni tar-riskji. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu lill-operaturi ekonomiċi jissottomettu rapporti ta' progress regolari u jiddeċiedu jekk il-miżura korrettiva tistax titqies bħala kompluta jew meta tista' titqies bħala kompluta.

imħassar

Emenda  114

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu perjodikament iwettaq ittestjar ta' kampjuni ta' prodotti magħżula b'mod aleatorju disponibbli fis-suq. Meta l-prodotti disponibbli fis-suq ikunu ġew soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 26(1) ta' dan ir-Regolament, l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu jwettaq, mill-inqas darba fis-sena, għad-durata kollha tad-deċiżjoni, ittestjar ta' kampjuni rappreżentattivi ta' prodotti disponibbli fis-suq magħżula taħt il-kontroll ta' uffiċjal ġudizzjarju jew ta' kwalunkwe persuna kkwalifikata maħtura mill-Istat Membru fejn jinsab l-operatur ekonomiku.

2. Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020, għal prodotti, kategoriji jew gruppi ta' prodotti stabbiliti b'att delegat adottat skont il-paragrafu 3, l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu perjodikament iwettaq verifiki ta' prodotti magħżula b'mod aleatorju disponibbli fis-suq.

Emenda  115

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Sa ... [sitt xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 41 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-lista ta' prodotti, kategoriji jew gruppi ta' prodotti li għalihom għandhom japplikaw l-obbligi msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 41 sabiex temenda l-lista ta' prodotti, kategoriji jew gruppi ta' prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu 1.

 

Fit-tħejjija tal-atti delegati msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-Kummissjoni għandha tqis ir-riskju potenzjali għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi kkawżat mill-prodotti kkonċernati, abbażi ta' informazzjoni mis-Safety Gate, partikolarment b'rabta mal-prodotti elenkati fiha l-aktar ta' spiss, u evidenza rilevanti oħra.

Emenda  116

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz postali u elettroniku, tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jiġu indikati fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ tiegħu, il-pakkett jew dokument ta' akkumpanjament.

3. L-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz postali u s-sit web jew l-indirizz elettroniku, tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jiġu indikati fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ tiegħu, il-pakkett jew dokument ta' akkumpanjament.

Emenda  117

 

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-għoti ta' informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi, fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas, fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-għoti ta' informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi, fuq talba tagħhom u mingħajr ħlas, fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u regoli nazzjonali dwar is-sikurezza tal-prodotti applikabbli għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Għal dak l-iskop għandu japplika l-Artikolu 9(1) u (4) tar-Regolament (UE) 2019/515.

Emenda  118

 

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida speċifiċi għall-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari dawk li jikkwalifikaw bħala SMEs, inklużi l-mikrointrapriżi, dwar kif għandhom jiġu ssodisfati l-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari għandu jkollhom l-għan li jissimplifikaw u jillimitaw il-piż amministrattiv għan-negozji ż-żgħar filwaqt li jiżguraw l-applikazzjoni effettiva u konsistenti f'konformità mal-objettiv ġenerali li jiġu żgurati s-sikurezza tal-prodotti u l-ħarsien tal-konsumatur.

Emenda  119

 

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi ta' prodotti, li huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, abbażi tal-inċidenti reġistrati fis-Safety Business Gateway, l-istatistika tas-Safety Gate, ir-riżultati tal-attivitajiet konġunti dwar is-sikurezza tal-prodotti u indikaturi jew evidenza rilevanti oħra, il-Kummissjoni tista' tirrikjedi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmlu disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema ta' traċċabbiltà.

1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi ta' prodotti, li huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, abbażi tal-inċidenti reġistrati fis-Safety Business Gateway, l-istatistika tas-Safety Gate, ir-riżultati tal-attivitajiet konġunti dwar is-sikurezza tal-prodotti u indikaturi jew evidenza rilevanti oħra, u wara konsultazzjoni man-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur imsemmi fl-Artikolu 28, gruppi ta' esperti rilevanti u partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi sistema ta' traċċabbiltà li l-operaturi ekonomiċi li jagħmlu disponibbli dawk il-prodotti fis-suq għandhom jaderixxu magħha.

Emenda  120

 

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sistema ta' traċċabbiltà għandha tikkonsisti fil-ġbir u l-ħżin ta' data b'mezzi elettroniċi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodott, il-komponenti tiegħu jew tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-katina tal-provvista tiegħu kif ukoll fil-modalitajiet biex tintwera u tiġi aċċessata dik id-data, inkluż it-tqegħid ta' trasportatur tad-data fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokumenti ta' akkumpanjament.

2. Is-sistema ta' traċċabbiltà għandha tikkonsisti fil-ġbir u l-ħżin ta' data b'mezzi elettroniċi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodott, il-komponenti tiegħu jew tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-katina tal-provvista tiegħu kif ukoll fil-modalitajiet biex tintwera u biex il-pubbliku jingħata aċċess għal dik id-data, inkluż it-tqegħid ta' trasportatur tad-data fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokumenti ta' akkumpanjament.

Emenda  121

 

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-modalitajiet biex tintwera u tiġi aċċessata d-data, inkluż it-tqegħid ta' trasportatur tad-data fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew id-dokumenti ta' akkumpanjament kif imsemmi fil-paragrafu 2.

(c) il-modalitajiet biex tintwera u biex il-pubbliku jingħata aċċess għad-data, inkluż it-tqegħid ta' trasportatur tad-data fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew id-dokumenti ta' akkumpanjament kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Emenda  122

 

Proposta għal regolament

Artikolu 17– paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-kompatibbiltà b ta' traċċabbiltà disponibbli fil-livell tal-Unjoni jew f'livell internazzjonali.

(b) il-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà ma' sistemi oħra ta' traċċabbiltà tal-prodott diġà stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jew f'livell internazzjonali.

Emenda  123

 

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali jew elettroniku fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

(a) l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali u s-sit web jew l-indirizz elettroniku fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

Emenda  124

 

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) f'każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tal-persuna responsabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 15(1);

(b) f'każ li l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem, l-indirizz u s-sit web jew l-indirizz elettroniku tal-persuna responsabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 15(1);

Emenda  125

 

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) informazzjoni biex jiġi identifikat il-prodott, inkluż it-tip u, fejn disponibbli, in-numru tal-lott jew tas-serje tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott;

(c) stampi u informazzjoni li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodott, inkluż it-tip tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott;

Emenda  126

 

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) kwalunkwe twissija jew informazzjoni dwar is-sikurezza li għandha titwaħħal fuq il-prodott jew li takkumpanjah f'konformità ma' dan ir-Regolament jew mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi.

(d) kwalunkwe twissija jew informazzjoni dwar is-sikurezza li għandha titwaħħal fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ jew li takkumpanjah f'konformità ma' dan ir-Regolament jew mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi.

Emenda  127

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Obbligi tal-operaturi ekonomiċi f'każ ta' inċidenti jew kwistjonijiet ta' sikurezza relatati mal-prodotti

Obbligi tal-operaturi ekonomiċi f'każ ta' inċidenti jew kwistjonijiet relatati mas-sikurezza tal-prodotti

Emenda  128

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifattur għandu jiżgura li, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmi fl-Artikolu 25, inċident ikkawżat minn prodott imqiegħed jew disponibbli fis-suq jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn seħħ l-inċident fi żmien jumejn tax-xogħol mill-mument li jkun sar jaf dwar l-inċident. In-notifika għandha tinkludi t-tip u n-numru ta' identifikazzjoni tal-prodott kif ukoll iċ-ċirkostanzi tal-inċident jekk ikunu magħrufa. Il-manifattur għandu jinnotifika, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

1. Il-manifattur għandu jiżgura li, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmi fl-Artikolu 25, inċident ikkawżat direttament minn prodott disponibbli fis-suq jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn seħħ l-inċident immedjatament wara li jkun sar jaf dwar l-inċident skont l-Artikolu 8(10) jew dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(11b), skont kif ikun applikabbli. In-notifika għandha tinkludi t-tip u n-numru ta' identifikazzjoni tal-prodott kif ukoll iċ-ċirkostanzi tal-inċident jekk ikunu magħrufa. Il-manifattur għandu jinnotifika, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Emenda  129

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-importaturi u d-distributuri li jkunu jafu b'inċident ikkawżat minn prodott li jkunu qiegħdu jew għamlu disponibbli fis-suq għandhom jinfurmaw lill-manifattur, li jista' jagħti struzzjonijiet lill-importatur jew lil wieħed mid-distributuri biex jipproċedu bin-notifika.

2. L-importaturi u d-distributuri li jkunu jafu b'inċident ikkawżat minn prodott li jkunu qiegħdu jew għamlu disponibbli fis-suq għandhom jinfurmaw immedjatament lill-manifattur, li jista' jipproċedi bin-notifika skont il-paragrafu 1 jew jagħti struzzjonijiet lill-importatur jew lil wieħed mid-distributuri biex jipproċedu b'tali notifika.

Emenda  130

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 19a

 

Rekwiżiti ta' informazzjoni f'format elettroniku

 

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(6), (7) u (8), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 15(3), l-operaturi ekonomiċi jistgħu wkoll iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni msemmija f'dawk l-Artikoli f'format diġitali permezz ta' soluzzjonijiet elettroniċi, bħal kodiċi QR jew matriċi permanenti, viżibbli b'mod ċar fuq il-prodott jew, fejn dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. Dik l-informazjoni għandha tkun b'lingwa li tkun tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi, kif determinat mill-Istat Membru fejn ikun disponibbli l-prodott, u f'formati aċċessibbli għal persuni b'diżabilità.

Emenda  131

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-swieq online għandhom jistabbilixxu punt uniku ta' kuntatt li jippermetti komunikazzjoni diretta mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' sikurezza tal-prodotti, b'mod partikolari għal ordnijiet li jikkonċernaw offerti ta' prodotti perikolużi.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali previsti fl- [Artikolu 10 tar-Regolament (UE) [.../...]] dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE, is-swieq online għandhom jaħtru punt uniku ta' kuntatt li jippermetti komunikazzjoni rapida diretta mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u ma' awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istati Membri fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' sikurezza tal-prodotti, b'mod partikolari għal ordnijiet li jikkonċernaw offerti ta' prodotti perikolużi.

Emenda  132

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-swieq online għandhom jirreġistraw mal-portal Safety Gate u jindikaw fuq il-portal l-informazzjoni dwar il-punt uniku ta' kuntatt tagħhom.

Is-swieq online għandhom jirreġistraw faċilment mal-portal Safety Gate u jindikaw fuq il-portal l-informazzjoni dwar il-punt uniku ta' kuntatt tagħhom.

 

Is-swieq online għandhom jagħmlu użu mill-punt uniku ta' kuntatt maħtur f'konformità mal- [Artikolu 10a tar-Regolament (UE) [.../...]] dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE, biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jikkomunikaw magħhom direttament u malajr.

Emenda  133

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F'dak li jikkonċerna s-setgħat mogħtija mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħa, għall-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jordnaw lil suq online biex ineħħi kontenut illegali speċifiku li jirreferi għal prodott perikoluż mill-interfaċċa online tiegħu, jiddiżattiva l-aċċess għalih jew juri twissija espliċita lill-utenti finali meta jaċċessawh. Dawn l-ordnijiet għandu jkun fihom dikjarazzjoni tar-raġunijiet u għandhom jispeċifikaw lokatur jew lokaturi uniformi tar-riżorsi preċiżi u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut illegali kkonċernat. Dawn jistgħu jiġu trażmessi permezz tal-portal Safety Gate.

2. Fir-rigward tas-setgħat mogħtija mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħa, għall-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament, sabiex joħorġu ordnijiet skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-[Artikolu 8(2)] tar-Regolament [DSA.../...] lil swieq online biex ineħħu kontenut illegali speċifiku li jirreferi għal prodott perikoluż mill-interfaċċa online tagħhom, jiddiżattivaw l-aċċess għalih jew juru twissija espliċita lill-utenti finali meta jaċċessawh.

Is-swieq online għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirċievu u jipproċessaw l-ordnijiet maħruġa f'konformità ma' dan il-paragrafu. Huma għandhom jaġixxu mal-wasla tal-ordni maħruġa mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol fl-Istat Membru fejn jopera s-suq online, mill-wasla tal-ordni. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq emittenti dwar l-effett mogħti lill-ordni billi jużaw il-kuntatti tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ippubblikati fis-Safety Gate.

Is-swieq online għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirċievu u jipproċessaw l-ordnijiet maħruġa f'konformità ma' dan il-paragrafu. Huma għandhom jaġixxu mal-wasla tal-ordni rapidament. Jekk l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tkun preċiża biżżejjed biex tippermetti l-identifikazzjoni immedjata u l-post tal-kontenut illegali li jirreferi għal prodott perikoluż, is-swieq online għandhom jaġixxu fi żmien jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-ordni. Jekk is-swieq online ikollhom iwettqu riċerka addizzjonali sabiex jidentifikaw il-prodott, għandhom jaġixxu fi żmien jumejn tax-xogħol mill-wasla tal-ordni. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq emittenti dwar l-effett mogħti lill-ordni billi jużaw il-kuntatti tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ippubblikati fis-Safety Gate. Għal dak l-iskop, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jippermettu l-komunikazzjoni bil-posta elettronika jew b'mezzi elettroniċi oħra.

Emenda  134

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Is-swieq online għandhom jinfurmaw, fejn possibbli, lill-operatur ekonomiku rilevanti bid-deċiżjoni li jitneħħa jew jiġi diżattivat l-aċċess għall-kontenut illegali.

Emenda  135

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-ordnijiet maħruġa skont il-paragrafu 2 jistgħu jirrikjedu, matul il-perjodu indikat fl-ordni, li l-fornitur tas-suq online jneħħi mill-interfaċċa online tiegħu l-kontenut illegali identiku kollu li jirreferi għall-prodott perikoluż inkwistjoni, jiddiżattiva l-aċċess għalih jew juri twissija espliċita lill-utenti finali, dment li t-tiftix għall-kontenut ikkonċernat ikun limitat għall-informazzjoni identifikata fl-ordni u ma jirrikjedix li l-fornitur iwettaq valutazzjoni indipendenti ta' dak il-kontenut, u li dan ikun jista' jitwettaq permezz ta' għodod ta' tiftix awtomatizzati affidabbli u proporzjonati.

Emenda  136

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. F'każ li fornitur tas-swieq online jirrifjuta li jippermetti lil kummerċjant juża s-servizz tiegħu skont il-paragrafu 2b, il-kummerċjant ikkonċernat għandu jkollu d-dritt li jressaq ilment kif previst fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1150 u [l-Artikoli 17 ta' ... ir-Regolament dwar id-DSA].

Emenda  137

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d. Wara li jippermettu l-offerta tal-prodott jew tas-servizz mill-kummerċjant, is-swieq online għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jivverifikaw b'mod aleatorju jekk il-prodotti jkunux ġew identifikati bħala illegali fi kwalunkwe bażi tad-data jew interfaċċa online uffiċjali, aċċessibbli liberament u li tinqara minn magna, partikolarment il-portal Safety Gate.

Emenda  138

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-swieq online għandhom iqisu l-informazzjoni regolari dwar prodotti perikolużi nnotifikata mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f'konformità mal-Artikolu 24, riċevuta permezz tal-portal Safety Gate, għall-fini tal-applikazzjoni tal-miżuri volontarji tagħhom immirati lejn l-identifikazzjoni, it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għall-kontenut illegali li jirreferi għal prodotti perikolużi offruti fis-suq tagħhom, fejn applikabbli. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtorità li tkun għamlet in-notifika fis-Safety Gate dwar kwalunkwe azzjoni meħuda billi jużaw il-kuntatti tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ippubblikati fis-Safety Gate.

3. Is-swieq online għandhom iqisu l-informazzjoni regolari dwar prodotti perikolużi nnotifikata mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f'konformità mal-Artikolu 24, riċevuta permezz tal-portal Safety Gate, għall-fini tal-applikazzjoni tal-miżuri volontarji tagħhom immirati lejn l-identifikazzjoni, it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għall-kontenut illegali li jirreferi għal prodotti perikolużi offruti fis-suq tagħhom, fejn applikabbli, anke bl-użu tal-interfaċċa interoperabbli għas-Safety Gate żviluppata skont l-Artikolu 23. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtorità li tkun għamlet in-notifika fis-Safety Gate dwar kwalunkwe azzjoni meħuda billi jużaw il-kuntatti tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ippubblikati fis-Safety Gate.

Emenda  139

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Is-swieq online għandhom jagħtu tweġiba xierqa mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, fl-Istat Membru fejn jopera s-suq online, għal avviżi relatati ma' kwistjonijiet ta' sikurezza tal-prodotti u prodotti perikolużi riċevuti f'konformità mal-[Artikolu 14] tar-Regolament (UE) […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE.

4. Is-swieq online għandhom, mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien tlett ijiem tax-xogħol, jipproċessaw avviżi relatati ma' inċidenti jew kwistjonijiet ta'sikurezza tal-prodotti fir-rigward tal-prodott offrut għall-bejgħ online permezz tas-servizz tagħhom, riċevuti f'konformità mal-[Artikolu 14] tar-Regolament (UE) […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE.

Emenda  140

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE, is-swieq online għandhom ifasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b'mod li l-kummerċjanti jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott offrut u jiżguraw li din tintwera jew li b'xi mod ieħor tkun faċilment aċċessibbli mill-konsumaturi fuq l-elenkar tal-prodott:

Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-[Artikolu 24(c) tar-Regolament (UE) […/…]] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE, is-swieq online għandhom ifasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b'mod li l-kummerċjanti li jużaw is-servizzi tagħhom ikunu jistgħu jirrispettaw dan ir-Regolament.

Emenda  141

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Is-swieq online għandhom jiżguraw li l-informazzjoni segwenti pprovduta mill-kummerċjanti għal kull prodott offrut tintwera b'mod ċar u viżibbli jew tkun faċilment aċċessibbli mod ieħor mill-konsumaturi fuq il-lista tal-prodotti:

Emenda  142

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali jew elettroniku fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

(a) l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali u s-sit web jew l-indirizz elettroniku fejn il-manifattur ikun jista' jiġi kkuntattjat;

Emenda  143

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tal-persuna responsabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 15(1);

(b) meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem, l-indirizz u s-sit web jew l-indirizz elettroniku tal-persuna responsabbli skont l-Artikolu 15(1);

Emenda  144

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) informazzjoni biex jiġi identifikat il-prodott, inkluż it-tip u, fejn disponibbli, in-numru tal-lott jew tas-serje tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott;

(c) informazzjoni biex jiġi identifikat il-prodott, inkluż it-tip tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott;

Emenda  145

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-swieq online għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u ma' operaturi ekonomiċi rilevanti biex jiffaċilitaw kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jittaffew ir-riskji ppreżentati minn prodott li huwa jew kien offrut għall-bejgħ online permezz tas-servizzi tagħhom. Tali kooperazzjoni għandha tinkludi, b'mod partikolari:

Is-swieq online għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u ma' operaturi ekonomiċi rilevanti biex jiffaċilitaw kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jittaffew ir-riskji ppreżentati minn prodott li huwa jew kien offrut għall-bejgħ online permezz tas-servizzi tagħhom.

 

B'mod partikolari, is-swieq online għandhom:

Emenda  146

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kooperazzjoni biex jiġu żgurati sejħiet lura effettivi tal-prodotti, inkluż billi jiġi evitat li jitqiegħdu ostakli għas-sejħiet lura tal-prodotti;

(a) jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u ma' operaturi ekonomiċi rilevanti biex jiġu żgurati sejħiet lura effettivi tal-prodotti, inkluż billi jiġi evitat li jitqiegħdu ostakli għas-sejħiet lura tal-prodotti u billi l-konsumaturi jiġu infurmati dwar dan, inkluż bil-pubblikazzjoni tal-avviż rilevanti fuq l-interfaċċa tagħhom;

Emenda  147

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) jinfurmaw lill-operaturi ekonomiċi dwar l-informazzjoni kkomunikata mill-konsumaturi permezz tal-punt ta' kuntatt unika msemmi fil-paragrafu 1a dwar inċidenti jew kwistjonijiet ta' sikurezza fir-rigward tal-prodott offrut għall-bejgħ online minn dawk l-operaturi kummerċjali permezz tas-servizzi tagħhom;

Emenda  148

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6 – punt ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) jinnotifikaw malajr, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmija fl-Artikolu 25, kwalunkwe inċident li jkollhom għarfien attwali dwaru u li jkun iirriżulta f'riskju serju jew ħsara attwali għas-saħħa jew is-sikurezza ta' konsumatur minn prodott li jkun sar disponibbli fis-suq tagħhom u jinfurmaw lill-manifattur b'dan.

Emenda  149

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiġu infurmati bi kwalunkwe azzjoni meħuda;

(b) jinfurmaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn il-prodott rilevanti jkun disponibbli dwar prodotti mhux sikuri li jkunu ġew offruti fl-interfaċċa tagħhom permezz tas-Safety Business Gateway imsemmija fl-Artikolu 25 bi kwalunkwe azzjoni meħuda;

Emenda  150

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) kooperazzjoni mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi, permezz ta' skambju regolari u strutturat ta' informazzjoni dwar offerti li tneħħew abbażi ta' dan l-Artikolu minn swieq online;

(c) jikkooperaw mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi, permezz ta' skambju regolari u strutturat ta' informazzjoni dwar offerti li tneħħew abbażi ta' dan l-Artikolu minn swieq online;

Emenda  151

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) li jiġi permess l-aċċess għall-interfaċċi tagħhom għall-għodod online mħaddma mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jidentifikaw prodotti perikolużi;

(d) jippermettu l-aċċess għall-interfaċċi tagħhom għall-għodod online mħaddma mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jidentifikaw prodotti perikolużi;

Emenda  152

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) jikkooperaw fl-identifikazzjoni tal-katina tal-provvista ta' prodotti perikolużi, sa fejn ikun possibbli, billi jwieġbu għat-talbiet għal data jekk l-informazzjoni rilevanti ma tkunx disponibbli pubblikament;

Emenda  153

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) fuq talba tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, meta s-swieq online jew il-bejjiegħa online ikunu daħħlu fis-seħħ ostakli tekniċi għall-estrazzjoni tad-data mill-interfaċċi online tagħhom (scraping tad-data), jiġi permess li tali data tiġi estratta għall-finijiet ta' sikurezza tal-prodotti abbażi tal-parametri ta' identifikazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq li jagħmlu t-talba.

(e) fuq talba preċiża tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew ta' xi awtorità kompetenti oħra, meta s-swieq online jew il-bejjiegħa online ikunu daħħlu fis-seħħ ostakli tekniċi għall-estrazzjoni tad-data mill-interfaċċi online tagħhom (scraping tad-data), jippermettu li tali data tiġi estratta biss għall-finijiet ta' sikurezza tal-prodotti abbażi tal-parametri ta' identifikazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq li jagħmlu t-talba.

 

Għall-finijiet tal-punti (d) u (e) tat-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

Emenda  154

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Memoranda ta' qbil

 

1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jippromwovu memoranda ta' qbil volontarji ma' swieq online u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi u lill-konsumaturi biex jimpenjaw ruħhom volontarjament fir-rigward tal-prodotti offruti għall-bejgħ online permezz tas-servizzi tagħhom bil-għan li jtejbu s-sikurezza tal-prodotti.

 

2. Impenji volontarji skont il-memoranda ta' qbil għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi tas-swieq online skont dan ir-Regolament u leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

Emenda  155

 

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom japplikaw dan ir-Regolament filwaqt li jqisu l-prinċipju ta' prekawzjoni b'mod proporzjonat.

Emenda  156

 

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jistabbilixxu skemi li jiffukaw fuq il-kontroll tal-proċessi interni għas-sikurezza tal-prodotti stabbiliti mill-operaturi ekonomiċi skont l-Artikolu 13.

4. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, wara konsultazzjoni man-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur imsemmi fl-Artikolu 28, jistgħu jistabbilixxu skemi li jiffukaw fuq il-kontroll tal-proċessi interni għas-sikurezza tal-prodotti stabbiliti mill-operaturi ekonomiċi skont l-Artikolu 13.

Emenda  157

 

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom, fuq bażi regolari, iwettqu spezzjonijiet fuq kampjuni ta' prodotti, kategoriji jew gruppi ta' prodotti akkwistati b'identità moħbija.

 

L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jitwettqu b'mod partikolari fuq prodotti u kategoriji jew gruppi ta' prodotti mqiegħda għad-dispożizzjoni fis-swieq online u prodotti u kategoriji jew gruppi ta' prodotti li jiġu nnotifikati l-aktar ta' spiss fis-Safety Gate.

Emenda  158

 

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull miżura meħuda mill-awtoritajiet kompetenti li tinvolvi restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodott jew li tirrikjedi l-irtirar jew is-sejħa lura tkun tista' tiġi kkontestata quddiem il-qrati kompetenti.

Emenda  159

 

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Implimentazzjoni

Rappurtar

Emenda  160

 

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, darba fis-sena, data li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, darba fis-sena, data li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fil-qosor u tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Emenda  161

 

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tiddetermina l-indikaturi tal-output li abbażi tagħhom l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw din id-data. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 42(3).

2. Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tiddetermina l-indikaturi tal-output li abbażi tagħhom l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw din id-data. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 42(2).

Emenda  162

 

Proposta għal regolament

Kapitolu VI – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

VI Sistema ta' twissija rapida Safety Gate

Safety Gate

Emenda  163

 

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Safety Gate

Sistema ta' twissija rapida Safety Gate

Emenda  164

 

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkompli tiżviluppa u żżomm sistema ta' twissija rapida għall-iskambju ta' informazzjoni dwar miżuri korrettivi li jikkonċernaw prodotti perikolużi ("is-Safety Gate").

1. Il-Kummissjoni għandha tkompli tiżviluppa u timmodernizza s-sistema ta' twissija rapida għall-iskambju ta' informazzjoni dwar miżuri korrettivi li jikkonċernaw prodotti perikolużi ("is-Safety Gate") u ttejjeb l-effiċjenza tagħha.

Emenda  165

 

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sa ... [id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċa interoperabbli li tippermetti lis-swieq online jikkollegaw l-interfaċċi tagħhom mas-Safety Gate msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda  166

 

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw l-implimentazzjoni tal-interfaċċa interoperabbli fis-Safety Gate skont il-paragrafu 1a, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għas-sistema u t-tħaddim tagħha. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

Emenda  167

 

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Malli tirċievi notifika, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk tikkonformax ma' dan l-Artikolu u mar-rekwiżiti relatati mat-tħaddim tas-Safety Gate ddefiniti mill-Kummissjoni abbażi tal-paragrafu 7 u għandha tittrażmettiha lill-Istati Membri l-oħra jekk ikun hemm konformità mar-rekwiżiti.

3. Malli tirċievi notifika, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk tikkonformax ma' dan l-Artikolu u mar-rekwiżiti relatati mat-tħaddim tas-Safety Gate ddefiniti mill-Kummissjoni abbażi tal-paragrafu 7 u għandha tittrażmettiha mingħajr dewmien żejjed lill-Istati Membri l-oħra jekk ikun hemm konformità mar-rekwiżiti.

Emenda  168

 

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta Stat Membru jinnotifika miżuri korrettivi meħuda fir-rigward ta' prodotti li joħolqu riskju serju, l-Istati Membri l-oħra għandhom jinnotifikaw, fis-Safety Gate, il-miżuri u l-azzjonijiet meħuda sussegwentement fir-rigward tal-istess prodotti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, inklużi r-riżultati ta' kwalunkwe test jew analiżi mwettqa fi żmien jumejn tax-xogħol mill-adozzjoni tal-azzjonijiet jew tal-miżuri.

5. Meta Stat Membru jinnotifika miżuri korrettivi meħuda fir-rigward ta' prodotti li joħolqu riskju serju, l-Istati Membri l-oħra għandhom jinnotifikaw, fis-Safety Gate, il-miżuri u l-azzjonijiet meħuda sussegwentement fir-rigward tal-istess prodotti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, inklużi r-riżultati ta' kwalunkwe test jew analiżi mwettqa mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn jumejn tax-xogħol mill-adozzjoni tal-azzjonijiet jew tal-miżuri.

Emenda  169

 

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Jekk il-Kummissjoni tidentifika prodotti li x'aktarx joħolqu riskju serju u li għalihom l-Istati Membri ma jkunux ippreżentaw notifika fis-Safety Gate, hija għandha tinforma lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-verifiki xierqa u, jekk jadottaw miżuri, jinnotifikawhom fis-Safety Gate f'konformità mal-paragrafu 1.

6. Jekk il-Kummissjoni tidentifika, anke abbażi ta' informazzjoni li tasal mingħand il-konsumaturi jew l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, prodotti li x'aktarx joħolqu riskju serju u li għalihom l-Istati Membri ma jkunux ippreżentaw notifika fis-Safety Gate, hija għandha tinforma lill-Istati Membri u lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati kif xieraq. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-verifiki xierqa u, jekk jadottaw miżuri, jinnotifikawhom fis-Safety Gate f'konformità mal-paragrafu 1.

Emenda  170

 

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa interfaċċa bejn is-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni imsemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u s-Safety Gate, sakemm tevita d-dħul ta' data doppja u tippermetti li jiġi attivat abbozz ta' notifika tas-Safety Gate mis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni.

7. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-interfaċċa msemmija fl-Artikolu 20(5) tar-Regolament (UE) 2019/1020 bejn is-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u s-Safety Gate biex tippermetti li jiġi attivat abbozz ta' notifika tas-Safety Gate mis-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni sabiex jiġi evitat dħul doppju ta' data.

Emenda  171

 

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, u b'mod partikolari l-aċċess għas-sistema, it-tħaddim tas-sistema u l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fis-sistema, ir-rekwiżiti li n-notifiki jridu jissodisfaw u l-kriterji biex jiġi vvalutat il-livell ta' riskju. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

8. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 41 biex jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jispeċifikaw l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, u b'mod partikolari:

 

(a)  l-aċċess għas-sistema;

 

(b)  it-tħaddim tas-sistema;

 

(c)  l-informazzjoni li għandha tiddaħħal fis-sistema;

 

(d)  ir-rekwiżiti li n-notifiki jridu jissodisfaw;

 

(e)  il-kriterji biex jiġi vvalutat il-livell ta' riskju.

Emenda  172

 

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar il-funzjonament tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020, tas-Safety Gate msemmija f'dan ir-Regolament u dwar l-implimentazzjoni tal-interfaċċa bejn iż-żewġ sistemi, inkluża informazzjoni dwar il-funzjonalitajiet rispettivi tagħhom u dwar l-iżvilupp ta' oħrajn ġodda, l-iskedi ta' żmien, il-baġit u l-għadd ta' persunal iddedikat, fid-dawl tal-objettivi segwiti minn dawk is-sistemi.

Emenda  173

 

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm web portal li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lill-konsumaturi bl-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(11), 9(2) punt c), 10(8), 11(3), 11(4) u l-Artikolu 19.

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm web portal ("is-Safety Business Gateway") li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu faċilment lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lill-konsumaturi bl-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(10), 9(2) punt c), 10(8), 11(3), 11(4) u l-Artikolu 19.

Emenda  174

 

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miżuri li jipprojbixxu, jissospendu jew jirrestrinġu t-tqegħid jew id-disponibbiltà fis-suq ta' tali prodotti jew li jistabbilixxu kundizzjonijiet speċjali għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-sikurezza tal-konsumatur.

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miżuri li jipprojbixxu, jissospendu jew jirrestrinġu d-disponibbiltà fis-suq ta' tali prodotti jew li jistabbilixxu kundizzjonijiet speċjali għall-valutazzjoni tal-konformità, fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sikurezza, skont kif ikun applikabbli, jew għall-kummerċjalizzazzjoni tagħhom, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-sikurezza tal-konsumatur.

Emenda  175

 

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-esportazzjoni mill-Unjoni ta' prodott li ġie pprojbit milli jitqiegħed jew ikun disponibbli fis-suq tal-Unjoni skont miżura adottata f'konformità mal-paragrafu 1 jew 3 għandha tiġi pprojbita, sakemm il-miżura ma tippermettix dan espressament.

4. L-esportazzjoni mill-Unjoni ta' prodott li ġie pprojbit milli jkun disponibbli fis-suq tal-Unjoni skont miżura adottata f'konformità mal-paragrafu 1 jew 3 għandha tiġi pprojbita, sakemm il-miżura ma tippermettix dan espressament.

Emenda  176

 

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kwalunkwe Stat Membru jista' jissottometti talba motivata lill-Kummissjoni biex teżamina l-ħtieġa għall-adozzjoni ta' miżura msemmija fil-paragrafu 1 jew 3.

5. Kwalunkwe Stat Membru jew parti interessata rilevanti jistgħu jissottomettu talba motivata lill-Kummissjoni biex teżamina l-ħtieġa għall-adozzjoni ta' miżura msemmija fil-paragrafu 1 jew 3.

Emenda  177

 

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stati Membri oħra jilħqu konklużjoni differenti f'termini ta' identifikazzjoni jew livell tar-riskju abbażi tal-investigazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom stess, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tarbitra. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri kollha biex jesprimu rakkomandazzjoni.

2. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fi Stati Membri oħra jilħqu konklużjoni differenti f'termini ta' identifikazzjoni jew livell tar-riskju abbażi tal-investigazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom stess, il-Kummissjoni għandha tagħti bidu għal process ta' arbitraġġ. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri kollha biex jesprimu rakkomandazzjoni.

Emenda  178

 

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport perjodiku dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' arbitraġġ għall-valutazzjonijiet tar-riskju, li għandu jiġi ppreżentat lin-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur imsemmi fl-Artikolu 28.

Emenda  179

 

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-iskop tan-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur għandu jkun li jservi ta' pjattaforma għal kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Kummissjoni biex tissaħħaħ is-sikurezza tal-prodotti fl-Unjoni.

Emenda  180

 

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv ta' dak in-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur għandu jkun, b'mod partikolari, li jiffaċilita:

L-objettiv tan-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur għandu jkun, b'mod partikolari, li:

Emenda  181

 

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji, il-prodotti perikolużi, il-metodi u r-riżultati tat-testijiet, l-iżviluppi xjentifiċi reċenti kif ukoll aspetti oħra rilevanti għall-attivitajiet tal-kontroll;

(a) jiffaċilita l-iskambju regolari ta' informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji, il-prodotti perikolużi, il-metodi u r-riżultati tat-testijiet, l-istandards, il-metodoloġiji għall-ġbir tad-data, l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, l-iżviluppi xjentifiċi reċenti u l-użu ta' teknoloġiji ġodda kif ukoll aspetti oħra rilevanti għall-attivitajiet tal-kontroll;

Emenda  182

 

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-istabbiliment u l-eżekuzzjoni ta' proġetti konġunti ta' sorveljanza u testijiet;

(b) jaqbel dwar l-istabbiliment u l-eżekuzzjoni ta' proġetti konġunti ta' sorveljanza u testijiet, inkluż fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku;

Emenda  183

 

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-iskambju tal-għarfien espert u tal-aħjar prattiki u l-kooperazzjoni f'attivitajiet ta' taħriġ;

(c) jippromwovi l-iskambju tal-għarfien espert u tal-aħjar prattiki u l-kooperazzjoni f'attivitajiet ta' taħriġ;

Emenda  184

 

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-kooperazzjoni mtejba fil-livell tal-UE rigward l-intraċċar, l-irtirar u s-sejħa lura tal-prodotti perikolużi;

(d) itejjeb il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni rigward l-intraċċar, l-irtirar u s-sejħa lura tal-prodotti perikolużi;

Emenda  185

 

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-kooperazzjoni msaħħa dwar l-infurzar tas-sikurezza tal-prodotti bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari, biex jiġu ffaċilitati l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 30.

(e) jiffaċilita kooperazzjoni msaħħa u strutturata dwar l-infurzar tas-sikurezza tal-prodotti bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari biex jiġu kkoordinati u ffaċilitati l-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 29 u 30.

Emenda  186

 

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur għandu jikkoordina l-azzjoni tiegħu mal-attivitajiet l-oħra eżistenti tal-Unjoni.

4. In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur għandu jikkoordina l-azzjoni tiegħu mal-attivitajiet l-oħra eżistenti tal-Unjoni u, fejn rilevanti, għandu jikkoopera u jaqsam informazzjoni ma' networks, gruppi u korpi oħra tal-Unjoni.

Emenda  187

 

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur għandu jadotta l-programm ta' ħidma biennali tiegħu, li, fost l-oħrajn, jistabbilixxi l-prijoritajiet għas-sikurezza tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, fl-Unjoni.

 

In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur għandu jiltaqa' f'intervalli regolari u, fejn meħtieġ, fuq talba debitament ġustifikata tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru.

 

In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur jista' jistieden esperti u partijiet terzi oħra, inklużi organizzazzjonijiet tal-konsumatur, biex jattendu għal-laqgħat tiegħu.

Emenda  188

 

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur għandu jkun irrappreżentat kif xieraq u jipparteċipa fl-attivitajiet tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandu jikkontribwixxi għall-attivitajiet tiegħu fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti biex tiġi żgurata koordinazzjoni adegwata tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq kemm f'oqsma armonizzati kif ukoll f'oqsma mhux armonizzati.

5. In-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur għandu jkun irrappreżentat kif xieraq u jipparteċipa regolarment fl-attivitajiet tan-Network tal-Unjoni għall-Konformità tal-Prodotti stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandu jikkontribwixxi għall-attivitajiet tiegħu fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti biex tiġi żgurata koordinazzjoni adegwata tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq kemm f'oqsma armonizzati kif ukoll f'oqsma mhux armonizzati.

Emenda  189

 

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fil-qafas tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 28(3), punt (b), l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jaqblu ma' awtoritajiet rilevanti oħra jew ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi jew lill-konsumaturi biex iwettqu attivitajiet immirati biex jiżguraw is-sikurezza u l-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi fir-rigward ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti mqiegħda jew disponibbli fis-suq, b'mod partikolari kategoriji ta' prodotti li spiss jinstabu li joħolqu riskju serju.

1. Fil-qafas tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 28(3), punt (b), l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jaqblu ma' awtoritajiet rilevanti oħra jew ma' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi jew lill-konsumaturi biex iwettqu attivitajiet immirati biex jiżguraw is-sikurezza u l-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi fir-rigward ta' kategoriji speċifiċi ta' prodotti disponibbli fis-suq, b'mod partikolari kategoriji ta' prodotti li spiss jinstabu li joħolqu riskju serju.

Emenda  190

 

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jiddeċiedu li jwettqu azzjonijiet simultanji kkoordinati ta' kontroll ("sweeps") ta' kategoriji ta' prodotti partikolari biex jivverifikaw il-konformità ma' dan ir-Regolament jew biex jidentifikaw ksur ta' dan ir-Regolament.

1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu regolarment azzjonijiet simultanji kkoordinati ta' kontroll ("sweeps") ta' kategoriji ta' prodotti partikolari biex jivverifikaw il-konformità ma' dan ir-Regolament jew biex jidentifikaw ksur ta' dan ir-Regolament.

Emenda  191

 

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernati, is-sweeps għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni. Il-koordinatur tas-sweep jista', fejn xieraq, jagħmel ir-riżultati aggregati disponibbli għall-pubbliku.

2. Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernati, is-sweeps għandhom jiġu kkoordinati mill-Kummissjoni. Il-koordinatur tas-sweep għandu, fejn xieraq, jagħmel ir-riżultati aggregati disponibbli għall-pubbliku.

Emenda  192

 

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-protezzjoni tas-segretezza professjonali ma għandhiex tipprevjeni d-disseminazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-informazzjoni rilevanti sabiex jiżguraw l-effikaċja tal-monitoraġġ tas-suq u l-attivitajiet tas-sorveljanza. L-awtoritajiet li jirċievu l-informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali għandhom jiżguraw il-protezzjoni tagħha.

3. Il-protezzjoni tas-segretezza professjonali ma għandhiex tipprevjeni d-disseminazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni tal-informazzjoni rilevanti sabiex jiżguraw l-effikaċja tal-monitoraġġ tas-suq u l-attivitajiet tas-sorveljanza. L-awtoritajiet li jirċievu l-informazzjoni koperta mis-segretezza professjonali għandhom jiżguraw il-protezzjoni tagħha.

Emenda  193

 

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-konsumaturi u lill-partijiet interessati l-oħra l-opportunità li jissottomettu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti rigward is-sikurezza tal-prodotti u dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza u kontroll u dawn l-ilmenti għandhom jiġu segwiti kif xieraq.

4. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-konsumaturi u lill-partijiet interessati l-oħra l-opportunità li jissottomettu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti rigward is-sikurezza tal-prodotti, u dawn l-ilmenti għandhom jiġu segwiti kif xieraq. L-awtorità li magħha jkun tressaq l-ilment għandha tinforma lill-ilmentatur jekk tkun beħsiebha tipprocedi b'investigazzjoni u, jekk tiftaħ investigazzjoni, tinfurmah bil-progress tal-proċedimenti u bid-deċiżjonijiet meħuda.

Emenda  194

 

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-portal imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkollu interfaċċa intuwittiva għall-utenti u l-informazzjoni pprovduta għandha tkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, inkluż għall-persuni b'diżabilità.

Emenda  195

 

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-konsumaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur permezz ta' taqsima separata tal-portal Safety Gate. Il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq l-informazzjoni li tirċievi u tiżgura s-segwitu, fejn xieraq.

2. Il-konsumaturi u partijiet interessati oħra għandu jkollhom il-possibbiltà li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar prodotti li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumatur permezz ta' taqsima separata tal-portal Safety Gate. Il-Kummissjoni għandha tqis kif xieraq l-informazzjoni li tirċievi u, wara verifika tal-eżattezza tagħha, tiżgura s-segwitu u tinforma lill-konsumaturi u lil partijiet interessati oħra bid-deċiżjoni tagħha.

Emenda  196

 

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni mill-operaturi ekonomiċi lill-konsumaturi

Informazzjoni mill-operaturi ekonomiċi u s-swieq online lill-konsumaturi

Emenda  197

 

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F'każ ta' sejħa lura jew fejn ċerta informazzjoni trid tinġieb għall-attenzjoni tal-konsumaturi biex jiġi żgurat l-użu sikur ta' prodott ("twissija ta' sikurezza"), l-operaturi ekonomiċi, f'konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom kif previst fl-Artikoli 8, 9, 10 u 11, għandhom jinnotifikaw direttament lill-konsumaturi affettwati kollha li jistgħu jidentifikaw. L-operaturi ekonomiċi li jiġbru d-data personali tal-klijenti tagħhom għandhom jagħmlu użu minn din l-informazzjoni għal sejħiet lura u twissijiet ta' sikurezza.

1. F'każ ta' sejħa lura jew fejn ċerta informazzjoni trid tinġieb għall-attenzjoni tal-konsumaturi biex jiġi żgurat l-użu sikur ta' prodott ("twissija ta' sikurezza"), l-operaturi ekonomiċi, u, fejn applikabbli, is-swieq online, f'konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom kif previst fl-Artikoli 8, 9, 10, 11 u 20, għandhom jinnotifikaw direttament u mingħajr dewmien żejjed lill-konsumaturi affettwati kollha li jistgħu jidentifikaw. L-operaturi ekonomiċi u s-swieq online, fejn applikabbli, li jiġbru d-data personali tal-klijenti tagħhom għandhom jagħmlu użu minn din l-informazzjoni għal sejħiet lura u twissijiet ta' sikurezza.

Emenda  198

 

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta l-operaturi ekonomiċi jkollhom sistemi ta' reġistrazzjoni tal-prodotti jew programmi ta' lealtà tal-klijenti fis-seħħ għal finijiet oħra minbarra li jikkuntattjaw lill-klijenti tagħhom b'informazzjoni dwar is-sikurezza, huma għandhom joffru l-possibbiltà lill-klijenti tagħhom li jipprovdu dettalji ta' kuntatt separati biss għall-finijiet ta' sikurezza. Id-data personali miġbura għal dak il-għan għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ u tista' tintuża biss biex jiġu kkuntattjati l-konsumaturi f'każ ta' sejħa lura jew twissija ta' sikurezza.

2. Meta l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online jkollhom sistemi ta' reġistrazzjoni tal-prodotti jew programmi ta' lealtà tal-klijenti fis-seħħ għal finijiet oħra minbarra li jikkuntattjaw lill-klijenti tagħhom b'informazzjoni dwar is-sikurezza, huma għandhom joffru l-possibbiltà lill-klijenti tagħhom li jipprovdu dettalji ta' kuntatt separati biss għall-finijiet ta' sikurezza. Id-data personali miġbura għal dak il-għan għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ u għandha tintuża biss biex jiġu kkuntattjati l-konsumaturi f'każ ta' sejħa lura jew twissija ta' sikurezza.

Emenda  199

 

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk mhux il-konsumaturi affettwati kollha jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati direttament, l-operaturi ekonomiċi, f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom ixerrdu avviż ta' sejħa lura jew twissija ta' sikurezza permezz ta' mezzi xierqa oħra, filwaqt li jiżguraw l-usa' firxa possibbli inkluż, fejn disponibbli: is-sit web tal-kumpanija, il-mezzi tal-midja soċjali, bullettini u l-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u, kif xieraq, avviżi fil-midja tal-massa u mezzi oħra ta' komunikazzjoni. L-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-konsumaturi b'diżabilità.

4. Jekk mhux il-konsumaturi affettwati kollha jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati skont il-paragrafu 1, l-operaturi ekonomiċi u s-swieq online, f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom ixerrdu avviż ta' sejħa lura jew twissija ta' sikurezza permezz ta' mezzi xierqa oħra, filwaqt li jiżguraw l-usa' firxa possibbli inkluż, fejn disponibbli: is-sit web tal-kumpanija, il-mezzi tal-midja soċjali, bullettini u l-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u, kif xieraq, avviżi fil-midja tal-massa u mezzi oħra ta' komunikazzjoni. L-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-konsumaturi b'diżabilità. L-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu infurmati wkoll biex jiġi sostnut it-tixrid tal-informazzjoni.

Emenda  200

 

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – punt b – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) ritratt, l-isem u l-marka kummerċjali tal-prodott;

(i) ritratt jew stampa, l-isem u l-marka kummerċjali tal-prodott;

Emenda  201

 

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi l-mudell għal avviż ta' sejħa lura, filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 42(2).

3. Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi l-mudell għal avviż ta' sejħa lura, inkluż f'formati aċċessibbli, filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 42(2).

Emenda  202

 

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) rifużjoni tal-valur tal-prodott imsejjaħ lura.

(c) rifużjoni tal-prezz tax-xiri inizjali tal-prodott imsejjaħ lura.

Emenda  203

 

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta l-ebda operatur ekonomiku ma joffri rimedju lill-konsumatur, dan għandu jkollu d-dritt li jissottometti lment lill-awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 31(4).

Emenda  204

 

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista' tikkoopera, inkluż permezz tal-iskambju ta' informazzjoni, ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, bħal:

1. Sabiex jittejjeb il-livell ġenerali ta' sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur magħmula disponibbli fis-suq tal-Unjoni u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni tista' tikkoopera, inkluż permezz tal-iskambju ta' informazzjoni, ma' awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Kwalunkwe forma ta' kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq ir-reċiproċità, tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità li jikkorrispondu għal dawk applikabbli fl-Unjoni u tiżgura li kwalunkwe skambju ta' informazzjoni jsir skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni. Il-kooperazzjoni jew l-iskambju ta' informazzjoni jistgħu jkunu relatati, fost l-oħrajn, ma' dan li ġej:

Emenda  205

 

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) attivitajiet u miżuri ta' infurzar relatati mas-sikurezza, inkluża s-sorveljanza tas-suq;

(a) attivitajiet u miżuri ta' infurzar relatati mas-sikurezza, anke bil-għan li tiġi evitata ċ-ċirkolazzjoni ta' prodotti perikolużi, inkluża s-sorveljanza tas-suq;

Emenda  206

 

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) kwistjonijiet xjentifiċi, tekniċi, u regolatorji, biex jgħinu fit-titjib tas-sikurezza tal-prodotti;

(d) kwistjonijiet xjentifiċi, tekniċi u regolatorji, biex jgħinu fit-titjib tas-sikurezza tal-prodotti u biex jiġu żviluppati prijoritajiet u approċċi komuni fil-livell internazzjonali;

Emenda  207

 

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) l-użu ta' teknoloġiji ġodda biex tittejjeb is-sikurezza tal-prodotti u tiżdied it-traċċabbiltà fil-katina tal-provvista;

Emenda  208

 

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) skambju ta' uffiċjali.

(g) skambju ta' uffiċjali u programmi ta' taħriġ.

Emenda  209

 

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) l-attivitajiet imwettqa skont programmi ta' assistenza teknika, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-promozzjoni u t-tisħiħ tal-politika u tas-sistemi tal-Unjoni ta' sorveljanza tas-suq fost il-partijiet interessati fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali.

(f) l-attivitajiet imwettqa skont programmi ta' assistenza teknika, kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u l-promozzjoni u t-tisħiħ tal-politika u tas-sistemi tal-Unjoni ta' sorveljanza tas-suq fost il-partijiet interessati fil-livelli tal-Unjoni u internazzjonali, inklużi attivitajiet imwettqa mill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi biex titjieb l-informazzjoni disponibbli għall-konsumatur.

Emenda  210

 

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tipi ta' ksur mill-operaturi ekonomiċi jew mis-swieq online, fejn applikabbli, soġġetti għal penali għandhom ikunu kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

imħassar

(a) ksur tar-rekwiżit dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodott;

 

(b) nuqqas li jinfurmaw l-awtorità fil-ħin dwar prodott perikoluż li jkunu qiegħdu fis-suq;

 

(c) nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe deċiżjoni, ordni, miżura interim, impenn tal-operatur ekonomiku jew miżura oħra adottata skont dan ir-Regolament;

 

(d) nuqqas ta' konformità mal-obbligi tat-traċċabbiltà u ta' informazzjoni tal-operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikoli 8, 9, 10, 11 u 18 u 19;

 

(e) għoti ta' informazzjoni skorretta, mhux kompluta jew qarrieqa bi tweġiba għal talba mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

 

(f) nuqqas li tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba fil-limitu ta' żmien meħtieġ;

 

(g) rifjut li jissottomettu ruħhom għall-ispezzjonijiet;

 

(h) nuqqas li jiġu pprovduti d-dokumenti jew il-prodotti meħtieġa matul l-ispezzjonijiet;

 

(i) falsifikazzjoni tar-riżultati ta' testijiet.

 

Emenda  211

 

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 5 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll pagamenti perjodiċi ta' penali biex iħeġġu lill-operaturi ekonomiċi jew lis-swieq online, fejn applikabbli:

L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll pagamenti perjodiċi ta' penali biex iħeġġu lill-operaturi ekonomiċi jew lis-swieq online, fejn applikabbli, itemmu ksur serju u ripetut ta' dan ir-Regolament.

Emenda  212

 

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) itemmu l-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

imħassar

Emenda  213

 

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jikkonformaw ma' deċiżjoni li tordna miżura korrettiva;

imħassar

Emenda  214

 

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jipprovdu informazzjoni kompluta u korretta;

imħassar

Emenda  215

 

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jissottomettu ruħhom għal spezzjoni;

imħassar

Emenda  216

 

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 5 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jippermettu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iwettqu scraping tad-data tal-interfaċċi online.

imħassar

Emenda  217

 

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-tip u d-daqs tal-penali imposti skont dan ir-Regolament, jidentifikaw il-ksur attwali ta' dan ir-Regolament, u jindikaw l-identità tal-operaturi ekonomiċi jew tas-swieq online li fuqhom ġew imposti l-penali.

6. Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-tip u d-daqs tal-penali imposti skont dan ir-Regolament u jidentifikaw il-ksur attwali ta' dan ir-Regolament.

Emenda  218

 

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tfassal u tippubblika rapport dwar il-penali imposti mill-Istati Membri.

7. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tħejji u tippubblika rapport fil-qosor b'data aggregata dwar il-penali imposti mill-Istati Membri.

Emenda  219

 

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 ma għandhiex tiġi ppubblikata fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 7 fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

imħassar

(a) fejn ikun meħtieġ li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità ta' investigazzjoni jew ta' proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali;

 

(b) fejn il-pubblikazzjoni tikkawża ħsara sproporzjonata lill-operatur ekonomiku jew lis-suq online;

 

(c) fejn tkun ikkonċernata persuna fiżika, sakemm il-pubblikazzjoni tad-data personali ma tkunx iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali, fost l-oħrajn, mis-serjetà tal-ksur.

 

Emenda  220

 

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 17(3) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data - id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 15(3a) u fl-Artikolu 17(3) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [daħħal id-data - id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda  221

 

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 17(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 15(3a) u fl-Artikolu 17(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni tar-revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda  222

 

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201647.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru, tagħmel użu minn gruppi ta' esperti rilevanti oħra u tikkonsulta l-partijieti ikkonċernati rilevanti f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201647.

__________________

__________________

47 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

47 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda  223

 

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 17(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 15(3a) u l-Artikolu 17(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  224

 

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Evalwazzjoni

Evalwazzjoni u rieżami

Emenda  225

 

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa [daħħal id-data ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ] il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jivvaluta b'mod partikolari jekk dan ir-Regolament laħaqx l-objettiv li titjieb il-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi filwaqt li jqis l-impatt tiegħu fuq in-negozji u b'mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u medji.

1. Sa ... [daħħal id-data ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ] il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament, b'referenza partikolari għall-Artikoli 17, 20 u 23, ikunx laħaq l-objettiv li titjieb il-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi filwaqt li jitqiesu l-isfidi li jġibu magħhom it-teknoloġiji l-ġodda u l-impatt tiegħu fuq in-negozji u b'mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u medji.

Emenda  226

 

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sa ... [daħħal id-data ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni], il-Kummissjoni għandha twettaq rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 15. B'mod partikolari, dak ir-rapport għandu jivvaluta l-kamp ta' applikazzjoni, l-effetti, kif ukoll l-ispejjeż u l-benefiċċji ta' dak l-Artikolu. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Emenda  227

 

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Sa ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-modalitajiet għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar it-tneħħija ta' kontenut illegali mis-swieq online msemmija fl-Artikolu 20 (2b) permezz ta' sistema ta' notifika tal-Unjoni mfassla u żviluppata fil-qafas tas-Safety Gate. Il-valutazzjoni għandha tkun akkumpanjata, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

Emenda  228

 

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 huwa emendat kif ġej:

1. Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 huwa emendat kif ġej:

 

Fl-Artikolu 2(1), jiżdied il-punt li ġej:

 

"(e) "standard Ewropew għas-sikurezza ġenerali tal-prodotti" tfisser standard Ewropew adottat abbażi ta' talba magħmula mill-Kummissjoni b'appoġġ għar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [dan ir-Regolament (GPSR)];

Emenda  229

 

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Regolament (UE) Nru 1025/2012

Artikolu 10 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Fejn standard Ewropew abbozzat b'appoġġ għar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48 [dan ir-Regolament (GPSR)] jissodisfa r-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament u r-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi msemmija fl-[Artikolu [6] ta' dak ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippubblika referenza ta' tali standard Ewropew mingħajr dewmien f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

7. Fejn standard Ewropew għas-sikurezza ġenerali tal-prodotti jissodisfa r-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament u r-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi msemmija fl-[Artikolu [6(2)] ta' dak ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippubblika referenza ta' tali standard Ewropew mingħajr dewmien f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

__________________

 

48 Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU …)"

 

Emenda  230

 

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Regolament (UE) Nru 1025/2012

Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqis li standard armonizzat jew standard Ewropew abbozzat b'appoġġ għar-Regolament (UE) …/…[dan ir-Regolament (GPSR)] ma jissodisfax kompletament ir-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew f'dak ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan bi spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-kumitat stabbilit mil-leġiżlazzjoni korrispondenti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jekk jeżisti, jew il-kumitat stabbilit mir-Regolament (UE) …/… [dan ir-Regolament (GPSR)], jew wara forom oħra ta' konsultazzjoni ta' esperti settorjali, tiddeċiedi:

1. Meta Stat Membru jew il-Parlament Ewropew iqis li standard armonizzat jew standard Ewropew għas-sikurezza ġenerali tal-prodotti ma jissodisfax kompletament ir-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew f'dak ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan bi spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-kumitat stabbilit mil-leġiżlazzjoni korrispondenti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, jekk jeżisti, jew il-kumitat stabbilit mir-Regolament (UE) …/… [dan ir-Regolament (GPSR)], jew wara forom oħra ta' konsultazzjoni ta' esperti settorjali, tiddeċiedi:

Emenda  231

 

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Regolament (UE) Nru 1025/2012

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) li tippubblika, li ma tippubblikax jew li tippubblika b'restrizzjoni r-referenzi għall-istandard armonizzat jew l-istandard Ewropew abbozzat b'appoġġ għar-Regolament (UE) ... / ... [GPSR] ikkonċernat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(a) li tippubblika, li ma tippubblikax jew li tippubblika b'restrizzjoni r-referenzi għall-istandard armonizzat jew l-istandard Ewropew għas-sikurezza ġenerali tal-prodotti kkonċernat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

Emenda  232

 

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Regolament (UE) Nru 1025/2012

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li żżomm, li żżomm b'restrizzjoni jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat jew l-istandard Ewropew abbozzat b'appoġġ għar-Regolament (UE) ... / ... [GPSR] ikkonċernat fi jew mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(b) li żżomm, li żżomm b'restrizzjoni jew li tirtira r-referenzi għall-istandard armonizzat jew l-istandard Ewropew għas-sikurezza ġenerali tal-prodotti kkonċernat fi jew mill-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  233

 

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2Regolament (UE) Nru 1025/2012

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni fis-sit web tagħha dwar l-istandards armonizzati u l-istandards Ewropej abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) ... / ... [GPSR] li kienu soġġetti għad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni fis-sit web tagħha dwar l-istandards armonizzati u l-istandards Ewropej għas-sikurezza ġenerali tal-prodotti li kienu soġġetti għad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda  234

 

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2Regolament (UE) Nru 1025/2012

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni kkonċernata dwar id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun meħtieġ, titlob li jiġu riveduti l-istandards armonizzati jew l-istandards Ewropej abbozzati b'appoġġ għar-Regolament (UE) ... / ... [GPSR] ikkonċernat."

3. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni kkonċernata dwar id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun meħtieġ, titlob li jiġu riveduti l-istandards armonizzati jew l-istandards Ewropej għas-sikurezza ġenerali tal-prodotti kkonċernat."

Emenda  235

 

Proposta għal regolament

Artikolu 44a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 44a

 

Emendi għad-Direttiva 2020/1828/UE

 

L-Anness I, punt 8 tad-Direttiva 2020/1828/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"(8) Regolament (UE) [.../...] dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill."

Emenda  236

 

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jibda japplika minn [6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Għandu jibda japplika minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 


NOTA SPJEGATTIVA

Kummenti ġenerali

 

Fit-30 ta' Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament ġdid dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti (GPSR) biex jissostitwixxi d-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (DSĠP) eżistenti.

Ir-Rapporteur ġeneralment tilqa' l-proposta, peress li għandna bżonn qafas leġiżlattiv aġġornat u aktar effettiv biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-prodotti kollha li jiċċirkolaw fis-suq uniku.

Id-Direttiva attwali tmur lura għall-2001 u d-dispożizzjonijiet ewlenin tagħha ġew ikkumplimentati matul is-snin minn diversi atti leġiżlattivi u deċiżjonijiet oħra bir-riżultat li nħoloq qafas legali kumpless ħafna u xi drabi inċert, speċjalment għall-operaturi ekonomiċi.

Għalhekk huwa vitali li din ix-"xibka ta' sikurezza" ssir aktar ċara, aktar effettiva u valida fil-futur.

Waqt li kienet qed tħejji l-abbozz tar-rapport, ir-Rapporteur irriċerkat il-ħidma li saret fil-passat fuq ir-reviżjoni tad-Direttiva u l-pożizzjonijiet pubbliċi differenti minn ħafna partijiet ikkonċernati bħall-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet u l-konsumaturi. Abbażi ta' dan, ir-Rapporteur tipproponi ż-żidiet u l-bidliet li ġejjin għall-proposta tal-Kummissjoni.

 

Kjarifiki tad-definizzjonijiet u obbligi aktar proporzjonati fuq l-operaturi ekonomiċi

 

Ir-Rapporteur tilqa' l-ambizzjoni primarja tal-proposta li tissimplifika r-regoli eżistenti u tagħmilhom aġġornati u aktar koerenti.

L-objettiv ta' allinjament ġenerali tar-regoli u l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq li diġà huma stabbiliti għall-prodotti armonizzati ma' dawk għal prodotti mhux armonizzati għandu jiġi appoġġat: dan l-approċċ jista' jagħmel il-ħajja aktar faċli għall-awtoritajiet kompetenti u jipproduċi ffrankar reali tal-ispejjeż għan-negozji u l-operaturi ekonomiċi kollha involuti.

Madankollu, ir-Rapporteur introduċiet xi kjarifiki neċessarji dwar definizzjonijiet ewlenin bħal dawk dwar "prodott" u "prodott sikur" biex tingħata ċertezza akbar lill-awtoritajiet u lill-operaturi ekonomiċi. Id-definizzjonijiet riveduti għandhom jevitaw applikazzjoni eteroġena u kawżi fil-qorti.

Barra minn hekk, il-Kapitolu II dwar ir-rekwiżiti tas-sikurezza ġie ristrutturat biex jiċċara aħjar l-istadji kollha li jwasslu għall-valutazzjoni tas-sikurezza mill-operatur ekonomiku rilevanti u għall-preżunzjoni tas-sikurezza.

Filwaqt li r-Rapporteur taqbel dwar il-lista aġġornata ta' obbligi fuq l-operaturi ekonomiċi, hemm il-ħtieġa ta' approċċ proporzjonat meta jiġu ttrattati produtturi żgħar u setturi tal-produzzjoni b'riskju baxx. Din hija r-raġuni ewlenija għall-introduzzjoni ta' xi emendi fil-lista tal-obbligi, bħal dawk dwar il-previżjonijiet għall-manifatturi rigward id-dokumentazzjoni teknika u l-ilmenti riċevuti (l-Artikolu 8). 

 

Teknoloġiji ġodda u s-sikurezza tal-prodotti

 

Wieħed mill-objettivi ewlenin tar-reviżjoni tad-DSĠP huwa li jiġu indirizzati aħjar l-isfidi l-ġodda marbuta ma' teknoloġiji ġodda u li tiġi żgurata s-sikurezza tal-prodotti online.

L-adattament tad-Direttiva attwali dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-prodotti konnessi, kif ukoll il-kriterji tal-lista aġġornati biex tiġi evalwata s-sikurezza tagħhom huma meħtieġa ferm. Ir-Rapporteur ġeneralment tilqa' r-rabta diġà stabbilita minn din il-proposta mal-qafas leġiżlattiv futur dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u l-prodotti konnessi u se tkompli tevalwa l-kwistjoni.

Huwa kruċjali wkoll li jsir użu sħiħ mis-soluzzjonijiet diġitali biex tiġi mmodernizzata u ssir aktar effettiva s-sistema attwali tas-sorveljanza tas-suq biex jiżdied il-livell ġenerali ta' sikurezza fl-Unjoni. F'din il-perspettiva, l-operaturi ekonomiċi għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprovdu xi informazzjoni ewlenija f'format diġitali (bħal dokumentazzjoni teknika, struzzjoni u informazzjoni dwar is-sikurezza): dan se jżid it-trasparenza u konsegwentement is-sikurezza tal-prodotti filwaqt li jnaqqas il-burokrazija għall-operaturi ekonomiċi. Għal dan il-għan, ġie introdott artikolu speċifiku ġdid (l-Artikolu 19a). 

 

Prodotti mibjugħa direttament online minn pajjiżi terzi

 

Prodotti mhux sikuri li jinbiegħu direttament online minn pajjiżi terzi, bħal minn kwalunkwe sors ieħor, ma għandhomx ikunu preżenti fis-suq uniku tagħna. Madankollu, huwa essenzjali li jinstab mod pragmatiku u proporzjonat biex jiġu indirizzati sfidi ġodda maħluqa speċifikament minn prodotti li jinbiegħu online direttament minn pajjiżi terzi. Irridu nkunu kawti li ma nimponux piż sproporzjonat fuq l-operaturi ekonomiċi bl-uniku effett li jinqered it-tkabbir tal-kummerċ elettroniku u li jingħalaq is-suq tal-UE għal operaturi ta' pajjiżi terzi. Fl-istess ħin, jeħtieġ ukoll li nindirizzaw dawn ir-riskji b'mod konkret u li nagħmlu l-isforzi kollha biex niżguraw li jidħlu biss prodotti sikuri fis-suq uniku tagħna. L-estensjoni tal-hekk imsejħa "persuna responsabbli" prevista fl-Artikolu 15 tal-proposta għandha tkun limitata biss għal dawk il-kategoriji ta' prodotti fejn l-evidenza tissuġġerixxi l-ħtieġa li jkun hemm tali dispożizzjoni. Dan huwa diġà l-każ għal prodotti armonizzati u l-GPSR il-ġdid għandu jsegwi dan l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju.

 

Swieq online

 

Ir-Rapporteur taqbel dwar il-ħtieġa li jiġu indirizzati sfidi ġodda li jirriżultaw mill-kummerċ elettroniku u li f'din il-proposta jiżdied dak li hu nieqes fil-leġiżlazzjoni preċedenti. Sett ta' regoli aġġornat u mmirat għas-swieq online jżid is-sikurezza, jipproteġi aħjar lill-konsumaturi u jgħin biex jintlaħqu kundizzjonijiet ekwi bejn is-setturi online u offline filwaqt li jippreserva l-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi tagħna, speċjalment dawk iżgħar.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tinsab konvinta profondament li l-proposta l-ġdida hija kompatibbli bis-sħiħ mad-DSA. Il-GPSR għandu jaġixxi bħala lex specialis iffukat speċifikament fuq kwistjonijiet ta' sikurezza tal-prodotti, kif propost mill-Kummissjoni Ewropea. Fid-dawl ta' dan, l-Artikolu 20 ta' din il-proposta diġà jipprovdi lista komprensiva ta' obbligi għas-swieq online b'enfasi speċifika fuq is-sikurezza tal-prodotti.

Sabiex tiżdied l-effettività tal-GPSR, żdiedu obbligi addizzjonali mmirati lejn is-swieq online mat-test oriġinali tal-proposta, filwaqt li ttieħdet ispirazzjoni mill-aħjar prattiki u minn inizjattivi volontarji diġà stabbiliti. Dan se jservi biex il-konsumaturi jiġu infurmati aħjar, speċjalment dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward ta' prodotti perikolużi u dwar rimedji possibbli. Barra minn hekk, ġie msaħħaħ l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-pjattaformi, il-kummerċjanti u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Ir-Rapporteur qed tinkoraġġixxi wkoll it-twettiq ta' impenji addizzjonali u volontarji mis-swieq online fil-forma ta' "memoranda ta' qbil" biex jiġu stabbiliti aktar azzjonijiet konkreti biex tissaħħaħ is-sikurezza tal-prodotti. Dawn se jinkludu miżuri li jipprevjenu d-dehra mill-ġdid ta' prodotti perikolużi online, li jisfruttaw l-użu potenzjali ta' teknoloġiji ġodda għal sorveljanza mtejba tas-suq, u investiment fit-taħriġ għall-kummerċjanti online.

Meta l-Kummissjoni ssib riskji sistematiċi għas-sikurezza fuq Pjattaformi Online Kbar Ħafna, hija tista' ġġiegħel l-istabbiliment ta' tali "memoranda ta' qbil" bħala miżuri ta' mitigazzjoni.

 

Skambju ta' informazzjoni u notifiki

 

Skambju ta' informazzjoni li jiffunzjona tajjeb huwa kruċjali biex tiġi żgurata sorveljanza effettiva tas-suq. Id-dispożizzjonijiet aġġornati dwar is-Safety Gate huma milqugħa; filwaqt li l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mis-Safety Gate u mill-bażijiet tad-data eżistenti l-oħra bħall-ICSMS biex jinnotifikaw l-azzjonijiet rilevanti kollha meħuda, għandha tintlaħaq koordinazzjoni aħjar fost l-għodod eżistenti u għandu jiġi evitat id-dħul multiplu tad-data. L-iskambju ta' informazzjoni u notifiki għandu jiġi mħeġġeġ billi jiġu ssimplifikati l-proċeduri.

 

Network tas-sikurezza tal-konsumatur u Kooperazzjoni Internazzjonali

 

Ir-Rapporteur tqis li huwa kruċjali li tissaħħaħ il-kooperazzjoni eżistenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni; huwa għalhekk li l-Artikolu propost dwar "in-Network tas-Sikurezza tal-Konsumatur" ġie żviluppat aktar biex iżid oqsma ġodda ta' kooperazzjoni u biex jiċċara l-objettivi.

Bl-istess mod, l-Artikolu dwar il-kooperazzjoni internazzjonali mal-awtoritajiet regolatorji ta' pajjiżi terzi ġie speċifikat aktar, filwaqt li saret enfasi b'mod partikolari fuq il-prevenzjoni taċ-ċirkolazzjoni ta' prodotti perikolużi, fuq l-użu ta' teknoloġiji ġodda u fuq l-iskambju ta' kwistjonijiet regolatorji biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet ekwi.

 

Sejħiet lura u d-dritt għal rimedji

 

Ir-Rapporteur tilqa' l-qafas imtejjeb għal sejħiet lura għall-benefiċċju tal-konsumaturi. Is-sejħiet lura għandhom ikunu aktar effettivi, ir-rimedji għandhom ikunu sodisfaċenti u f'waqthom u l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati aħjar. B'mod partikolari, huwa propost li jiġi ċċarat li l-valur tal-prodott imsejjaħ lura huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-prezz tax-xiri inizjali.

 

Penali u dħul fis-seħħ

 

Ir-Rapporteur tappoġġja d-dispożizzjonijiet ewlenin dwar il-penali. Madankollu, saru bidliet għall-proposta oriġinali biex jitqiesu aħjar kemm in-natura kif ukoll il-gravità tal-ksur.

Fl-aħħar nett, ir-Regolament il-ġdid għandu jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli sabiex tiżdied is-sikurezza ġenerali fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, iż-żmien meħtieġ previst għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet ġodda huwa qasir wisq fid-dawl tal-bidliet sinifikanti previsti mill-proposta. Għalhekk, qed jiġi propost li d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament tiġi estiża minn 6 xhur għal 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.


 

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI (18.3.2022)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(COM(2021)0346 – C9‑0245/2021 – 2021/0170(COD))

Rapporteur għal opinjoni: René Repasi

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

I. Introduzzjoni

Id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (DSĠP) daħlet fis-seħħ fl-2001. Għalkemm hija wieħed mill-istrumenti ta' leġiżlazzjoni ċentrali li jiżgura li l-prodotti kollha mhux tal-ikel offruti lill-konsumaturi fis-suq tal-UE huma sikuri, id-Direttiva dwar is-Sigurtà tal-Prodotti saret antikwata u jeħtieġ li tiġi riveduta sabiex tiġi ggarantita s-sikurezza tal-konsumaturi Ewropej. Hemm tliet xejriet ċentrali li trid tqis ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti: l-ewwel nett, id-diġitalizzazzjoni u l-interkonnettività tal-prodotti qed joħolqu sfidi ġodda għas-sigurtà u s-sikurezza, it-tieni nett, il-bidla fl-imġiba tal-konsumaturi fix-xiri tal-prodotti u, it-tielet nett, bidliet fil-ktajjen tal-provvista u fil-mezzi tad-distribuzzjoni sakemm prodott jasal għand il-konsumatur.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea peress li tipprovdi punti tat-tluq ċari għad-dibattitu dwar kif jistgħu jiġu indirizzati dawn l-isfidi għas-sikurezza tal-prodotti u tal-konsumaturi. Madankollu, mill-perspettiva tar-rapporteur, ċerti suġġetti u oqsma għadhom ma ġewx trattati. Għalhekk, hija l-intenzjoni tar-rapporteur li jsaħħaħ it-test leġiżlattiv propost u jagħti kontribut dwar kif ir-Regolament dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti għandu jindirizza dawn l-isfidi. L-ideat ewlenin huma li l-konsumaturi jinżammu sikuri u li jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għan-negozji fis-Suq Uniku kollu fir-rigward tar-rekwiżiti u l-obbligi li jikkonċernaw is-sikurezza tal-prodotti.

 

II. Aspetti ewlenin tal-abbozz ta' opinjoni

L-iżgurar li r-Regolament dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (GPSR) iservi ta' xibka ta' sikurezza ġenerali

Id-DSĠP attwali taġixxi bħala xibka ta' sikurezza fejn hemm lakuni fir-rigward tas-sikurezza fil-qafas Ewropew dwar is-sikurezza tal-prodotti. Il-proposta għal GPSR hija inqas ambizzjuża f'dan ir-rigward. Hija tistabbilixxi r-rekwiżit tas-sikurezza u l-valutazzjoni tar-riskju għall-prodotti kollha li għalihom ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni speċifika tal-Unjoni. Fl-istess ħin, taħdem bħala xibka ta' sikurezza jekk il-leġiżlazzjoni armonizzata tiġi riveduta. Ir-rapporteur jagħmel proposti biex tissaħħaħ il-funzjoni ta' xibka ta' sikurezza tal-GPSR u biex jiġi żgurat qafas leġiżlattiv wiesa' li jiggarantixxi s-sikurezza tal-prodotti kollha fis-Suq Uniku, speċjalment fejn ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni.

 

Prodotti moderni

Id-DSĠP ġiet konkluża fi żmien meta l-prodotti li jinkorporaw l-Intelliġenza Artifiċjali u l-Internet tal-Oġġetti kienu rari. Żviluppi bħal dawn jippreżentaw sfida għad-definizzjoni attwali tal-prodotti u joħolqu riskji ġodda jew jibdlu l-mod kif jistgħu jimmaterjalizzaw ir-riskji eżistenti, ħaġa li għandha tiġi riflessa u meqjusa kif xieraq. Minħabba l-karattru ġenerali tar-rekwiżit ta' sikurezza tal-GPSR, stabbilit hawn fuq, ir-rapporteur jipproponi żidiet mal-kriterji ta' valutazzjoni tas-sikurezza għall-evalwazzjoni tal-konformità tal-prodotti li għandhom l-IA inkorporata, li huma interkonnessi jew li fihom software, sabiex ma jkunx hemm lakuni fir-regolamentazzjoni ta' dawn il-prodotti moderni fil-qafas tas-sikurezza tal-prodotti tal-UE u biex il-konsumaturi jkollhom is-salvagwardji meħtieġa biex jiżguraw is-sikurezza tagħhom. Barra minn hekk, ir-rapporteur jissuġġerixxi li l-prodotti li jkunu ġew immodifikati sostanzjalment matul il-ħajja tagħhom tista' ssirilhom valutazzjoni tar-riskju ġdida.

 

Ħarsien tal-konsumaturi fis-swieq online

Mill-2001 'l hawn, il-konsumaturi bdew jixtru dejjem aktar online, fejn ma jistgħux jesperjenzaw prodott fiżikament. Bil-ħolqien tas-swieq online, l-esperjenzi tax-xiri fuq pjattaformi tal-media soċjali u l-opportunitajiet aħjar ta' kunsinna diretta minn pajjiżi terzi, jeżistu sfidi ġodda għas-sikurezza tal-prodotti u tal-konsumaturi. L-importazzjonijiet diretti, b'mod speċjali, wasslu għal żieda fil-prodotti mhux armonizzati li mhumiex sikuri fis-suq Ewropew. Sabiex jindirizza din is-sitwazzjoni, ir-rapporteur jipproponi diversi bidliet għall-proposta inizjali, fost l-oħrajn, li jappellaw għal obbligi ċari għall-fornituri ta' swieq online u għall-kummerċjanti online. Element importanti għas-sikurezza tal-konsumaturi huwa d-disponibbiltà ta' prodotti perikolużi fis-suq. Għalhekk, is-swieq online se jkollhom jikkontrollaw u jivverifikaw l-informazzjoni mogħtija mill-kummerċjanti bħall-informazzjoni ta' kuntatt jew tal-manifattur u d-dettalji dwar is-sikurezza tal-prodotti, u b'hekk tiġi evitata d-disponibbiltà ta' informazzjoni falza jew mhux kompluta għall-konsumaturi u jiġi evitat il-bejgħ ta' prodotti perikolużi. Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-konsumaturi online, jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet konkreti biex jiġi żgurat li ma jiġux offruti prodotti perikolużi, kemm permezz ta' rispons rapidu għal ordni minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, wara avviż maħruġ f'konformità mas-sistema ta' avviż u azzjoni tad-DSA jew permezz ta' obbligi li jimpedixxu li prodotti perikolużi, ladarba jitneħħew, jerġgħu jiġu offruti lill-konsumaturi.

Dawn ir-regoli se jiżguraw bilanċ ġust bejn l-atturi differenti fil-katina tal-provvista filwaqt li jappoġġjaw ukoll il-fiduċja tal-konsumaturi u jħarsu s-sikurezza tagħhom. Huma biss il-prodotti sikuri li jistgħu jħeġġu lill-konsumaturi jixtru prodotti fis-Suq Uniku online u offline. Għaldaqstant, is-sikurezza tal-prodotti hija element ċentrali biex jiġu żgurati Suq Uniku li jiffunzjona tajjeb u l-benesseri tal-konsumaturi.

 

III. Konklużjoni

Ir-rapporteur jipproponi numru ta' bidliet għall-proposta tal-Kummissjoni bħala punt tat-tluq għal aktar riflessjoni u modifikazzjonijiet li għandhom isiru tul il-proċess leġiżlattiv fil-Parlament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

 

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-għan ta' dan l-istrument huwa li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 169 tat-Trattat. B'mod partikolari, jenħtieġ li jkollu l-għan li jiżgura s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u l-funzjonament tas-suq intern fir-rigward tal-prodotti maħsuba għall-konsumaturi.

(4) L-għan ta' dan l-istrument huwa li jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 169 tat-Trattat. B'mod partikolari, jenħtieġ li jkollu l-għan li jiżgura s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jipprovdi livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi, inkluż billi jippromwovi d-dritt tal-konsumaturi għall-informazzjoni, u jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern fir-rigward tal-prodotti maħsuba għall-konsumaturi.

Emenda  2

 

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Dan ir-Regolament jirrimedja l-bilanċ bejn l-iżgurar ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, minn naħa waħda, u t-titjib tal-funzjonament tas-suq intern, min-naħa l-oħra, fi klima ta' kompetittività u kompetizzjoni ġusta, mingħajr ma jimponi piżijiet amministrattivi u finanzjarji mhux raġonevoli fuq in-negozji Ewropej.

Emenda  3

 

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu l-għan li jipproteġi lill-konsumaturi u s-sikurezza tagħhom bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-qafas legali tal-UE, stabbilit fil-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE. Prodotti perikolużi jista' jkollhom konsegwenzi negattivi ħafna fuq il-konsumaturi u ċ-ċittadini. Il-konsumaturi kollha, inkluż dawk l-aktar vulnerabbli, bħat-tfal, l-anzjani jew il-persuni b'diżabilità, għandhom id-dritt għal prodotti sikuri. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom mezzi suffiċjenti biex jinfurzaw dawn id-drittijiet, u l-Istati Membri għandu jkollhom strumenti u miżuri adegwati għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurzaw dan ir-Regolament.

(5) Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu l-għan li jipproteġi lill-konsumaturi u s-sikurezza tagħhom bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-qafas legali tal-UE, stabbilit fil-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-UE. Prodotti mhux tal-ikel perikolużi jista' jkollhom konsegwenzi negattivi ħafna fuq il-konsumaturi u ċ-ċittadini. Il-konsumaturi kollha, inkluż dawk l-aktar vulnerabbli, bħat-tfal, l-anzjani jew il-persuni b'diżabilità, għandhom id-dritt għal prodotti sikuri. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom mezzi suffiċjenti biex jinfurzaw dawn id-drittijiet, u l-Istati Membri għandu jkollhom strumenti u miżuri adegwati għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurzaw dan ir-Regolament.

Emenda  4

 

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) It-tfal huma partikolarment esposti għal riskji relatati mal-prodotti. Mill-prodotti kollha nnotifikati bħala perikolużi fis-sistema tas-Safety Gate fl-2020, mhux inqas minn 29 % minnhom kienu ġugarelli jew prodotti għall-kura tat-tfal. Għal din ir-raġuni, huma meħtieġa rekwiżiti ta' sikurezza b'saħħithom għall-istandards dwar il-prodotti għat-tfal.

Emenda  5

 

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Minkejja l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni speċifika għas-settur li tindirizza l-aspetti tas-sikurezza ta' prodotti speċifiċi jew kategoriji tal-prodotti, huwa prattikament impossibbli li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kull prodott għall-konsumatur li jeżisti jew li jista' jiġi żviluppat. Għaldaqstant hemm bżonn ta' qafas leġiżlattiv ta' natura orizzontali li jimla l-lakuni u jiżgura protezzjoni tal-konsumatur li mhux żgurata mod ieħor, b'mod partikolari bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tas-sikurezza u s-saħħa tal-konsumaturi, kif meħtieġ mill-Artikolu 114 u l-Artikolu 169 tat-Trattat.

(6) Minkejja l-iżvilupp ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni speċifika għas-settur li tindirizza l-aspetti tas-sikurezza ta' prodotti speċifiċi jew kategoriji tal-prodotti, huwa prattikament impossibbli li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal kull prodott għall-konsumatur li jeżisti jew li jista' jiġi żviluppat. Għaldaqstant hemm bżonn ta' qafas leġiżlattiv wiesa' ta' natura orizzontali li jimla l-lakuni tal-leġiżlazzjoni speċifika eżistenti u jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur li mhux żgurata mod ieħor, b'mod partikolari bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tas-sikurezza u s-saħħa tal-konsumaturi, kif meħtieġ mill-Artikolu 114 u l-Artikolu 169 tat-Trattat.

Emenda  6

 

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Filwaqt li xi wħud mid-dispożizzjonijiet bħal dawk li jikkonċernaw il-biċċa l-kbira tal-obbligi tal-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li ma japplikawx għal prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni peress li diġà huma koperti f'tali leġiżlazzjoni, jenħtieġ li japplika ċertu għadd ta' dispożizzjonijiet oħrajn sabiex tiġi kkomplementata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. B'mod partikolari, ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali tal-prodott u d-dispożizzjonijiet relatati jenħtieġ li jkunu applikabbli għall-prodotti għall-konsumatur koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta ċerti tipi ta' riskji ma jkunux koperti minn dik il-leġiżlazzjoni. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-obbligi tas-swieq online, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi f'każ ta' inċidenti, id-dritt għall-informazzjoni għall-konsumaturi kif ukoll is-sejħa lura tal-prodotti għall-konsumatur jenħtieġ li japplikaw għal prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi bl-istess objettiv f'tali leġiżlazzjoni. Bl-istess mod, ir-RAPEX diġà qed tintuża għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, għalhekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-Safety Gate u l-funzjonament tagħha li jinsabu f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu applikabbli għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

(8) Filwaqt li xi wħud mid-dispożizzjonijiet bħal dawk li jikkonċernaw il-biċċa l-kbira tal-obbligi tal-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li ma japplikawx għal prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni peress li diġà huma koperti f'tali leġiżlazzjoni, jenħtieġ li japplika ċertu għadd ta' dispożizzjonijiet oħrajn sabiex tiġi kkomplementata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni. B'mod partikolari, ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali tal-prodott u d-dispożizzjonijiet relatati jenħtieġ li jkunu applikabbli għall-prodotti għall-konsumatur koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta ċerti tipi ta' riskji ma jkunux irregolati b'mod speċifiku u adegwat minn dik il-leġiżlazzjoni. Meta dan ikun qed jiġi vvalutat, jenħtieġ li jitqiesu l-aspetti għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti deskritti fl-Artikolu 7. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jikkonċernaw l-obbligi tas-swieq online, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi f'każ ta' inċidenti, id-dritt għall-informazzjoni għall-konsumaturi kif ukoll is-sejħa lura tal-prodotti għall-konsumatur jenħtieġ li japplikaw għal prodotti koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi bl-istess objettiv f'tali leġiżlazzjoni. Bl-istess mod, ir-RAPEX diġà qed tintuża għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, għalhekk id-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-Safety Gate u l-funzjonament tagħha li jinsabu f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu applikabbli għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

__________________

__________________

25 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

25 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

Emenda  7

 

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020, li jistabbilixxu r-regoli ta' kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, diġà huma direttament applikabbli għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament u mhijiex l-intenzjoni ta' dan ir-Regolament li jimmodifika tali dispożizzjonijiet. L-istabbiltà tal-ewwel hija partikolarment importanti meta jitqies il-fatt li l-awtoritajiet responsabbli minn dawn il-kontrolli (li fi kważi l-Istati Membri kollha huma l-awtoritajiet doganali) għandhom iwettquhom abbażi tal-analiżi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni), il-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni u l-gwida korrispondenti. Dan l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju huwa kruċjali għall-kontrolli doganali minħabba l-volumi sostanzjali ta' merkanzija li tidħol u toħroġ mit-territorju doganali u jirriżulta fl-applikazzjoni ta' miżuri ta' kontroll konkreti skont il-prijoritajiet identifikati. Il-fatt li r-Regolament ma jimmodifika bl-ebda mod il-Kapitolu VII tar-Regolament 2019/1020, b'referenza diretta għall-approċċ ibbażat fuq ir-riskju stabbilit fil-leġiżlazzjoni doganali, ifisser li fil-prattika l-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni (inklużi l-awtoritajiet doganali) jenħtieġ li jillimitaw il-kontrolli tagħhom għall-prodotti l-aktar riskjużi, skont il-probabbiltà u l-impatt tar-riskju, u b'hekk jiżguraw l-effettività u l-effiċjenza tal-attivitajiet tagħhom kif ukoll il-protezzjoni tal-kapaċità tagħhom li jwettqu tali kontrolli.

(9) Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2019/1020, li jistabbilixxu r-regoli ta' kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, diġà huma direttament applikabbli għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament u mhijiex l-intenzjoni ta' dan ir-Regolament li jimmodifika tali dispożizzjonijiet. L-istabbiltà tal-ewwel hija partikolarment importanti meta jitqies il-fatt li l-awtoritajiet responsabbli minn dawn il-kontrolli (li fi kważi l-Istati Membri kollha huma l-awtoritajiet doganali) għandhom iwettquhom abbażi tal-analiżi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 (il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni), il-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni u l-gwida korrispondenti. Dan l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju huwa kruċjali għall-kontrolli doganali minħabba l-volumi sostanzjali ta' merkanzija li tidħol u toħroġ mit-territorju doganali u jirriżulta fl-applikazzjoni ta' miżuri ta' kontroll konkreti skont il-prijoritajiet identifikati. Il-fatt li r-Regolament ma jimmodifika bl-ebda mod il-Kapitolu VII tar-Regolament 2019/1020, b'referenza diretta għall-approċċ ibbażat fuq ir-riskju stabbilit fil-leġiżlazzjoni doganali, ifisser li fil-prattika l-awtoritajiet responsabbli mill-kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni (inklużi l-awtoritajiet doganali) jenħtieġ li jillimitaw il-kontrolli tagħhom għall-prodotti l-aktar riskjużi, skont il-probabbiltà u l-impatt tar-riskju, u b'hekk jiżguraw l-effettività u l-effiċjenza tal-attivitajiet tagħhom kif ukoll il-protezzjoni tal-kapaċità tagħhom li jwettqu tali kontrolli. Minħabba l-għadd dejjem jikber ta' prodotti importati, b'mod partikolari minħabba ż-żieda fl-użu tal-kummerċ elettroniku, il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet doganali hija kruċjali sabiex jiġi evitat li prodotti mhux sikuri jidħlu fis-suq intern. Għalhekk, huma meħtieġa aktar riżorsi finanzjarji u umani għal dawn l-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli sabiex jiżguraw is-sikurezza tal-konsumatur u jwettqu sew il-kompiti tagħhom u sabiex jiżguraw is-sikurezza tal-konsumatur.

Emenda  8

 

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Meta jitqies ukoll l-ambitu wiesa' mogħti lill-kunċett tas-saħħa26, ir-riskju ambjentali kkawżat minn prodott jenħtieġ li jitqies fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament peress li fl-aħħar mill-aħħar jista' jirriżulta wkoll f'riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi.

(11) Meta jitqies ukoll l-ambitu wiesa' mogħti lill-kunċett tas-saħħa26, ir-riskju ambjentali kif ukoll il-perikli għas-sikurezza, bħar-reżistenza fiżika u mekkanika, il-fjammabbiltà, il-proprjetajiet kimiċi, elettriċi jew bijoloġiċi, l-iġjene u r-radjuattività, ikkawżati minn prodott jenħtieġ li jitqiesu fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament peress li fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jirriżultaw ukoll f'riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi.

__________________

__________________

26 Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, "Healthy environment, healthy lives: how the environment influences health and well-being in Europe", ir-rapport tal-EEA Nru 21/2019, it-8 ta' Settembru 2020.

26 Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, "Healthy environment, healthy lives: how the environment influences health and well-being in Europe", ir-rapport tal-EEA Nru 21/2019, it-8 ta' Settembru 2020.

Emenda  9

 

Proposta għal regolament

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel, l-għalf u oqsma relatati tistabbilixxi sistema speċifika li tiżgura s-sikurezza tal-prodotti koperti minnha. Għalhekk, jenħtieġ li l-ikel u l-għalf jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni ta' materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel sa fejn ikunu kkonċernati r-riskji li mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27 jew minn leġiżlazzjoni oħra speċifika għall-ikel li tkopri biss ir-riskji kimiċi u bijoloġiċi relatati mal-ikel.

(13) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel, l-għalf u oqsma relatati tistabbilixxi sistema speċifika li tiżgura s-sikurezza tal-prodotti koperti minnha. Għalhekk, jenħtieġ li l-ikel u l-għalf jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-regolamentazzjoni ta' materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel hija koperta mill-GPSR fejn ikunu kkonċernati l-aspetti u r-riskji li mhumiex diġà koperti mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27 jew minn leġiżlazzjoni oħra speċifika għall-ikel li tkopri biss ir-riskji kimiċi u bijoloġiċi relatati mal-ikel.

__________________

__________________

27 Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

27 Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

Emenda  10

 

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għal prodotti użati jew għal prodotti li jiġu msewwija, rinnovati jew riċiklati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista matul attività kummerċjali, ħlief għal dawk il-prodotti li għalihom il-konsumatur ma jistax jistenna b'mod raġonevoli li jissodisfaw l-istandards tas-sikurezza tal-ogħla livell, bħall-antikitajiet jew il-prodotti li jiġu ppreżentati bħala li għandhom jiġu msewwija jew rinnovati.

(16) Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għal prodotti użati jew għal prodotti li jiġu msewwija, rinnovati jew riċiklati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista matul attività kummerċjali, ħlief għal dawk il-prodotti li għalihom il-konsumatur ma jistax jistenna b'mod raġonevoli li jissodisfaw l-istandards tas-sikurezza tal-ogħla livell, bħall-antikitajiet jew il-prodotti li jiġu ppreżentati bħala li għandhom jiġu msewwija jew rinnovati. L-attivitajiet minn konsumatur għal konsumatur ma jissodisfawx ir-rekwiżit ta' attività kummerċjali u għalhekk jenħtieġ li jiġu esklużi minn dan ir-Regolament. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tas-swieq online skont l-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament.

Emenda  11

 

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Teknoloġiji ġodda jikkawżaw ukoll riskji ġodda għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi jew ibiddlu l-mod kif jistgħu jimmaterjalizzaw ir-riskji eżistenti, bħal intervent estern ta' hacking ta' prodott jew li jbiddel il-karatteristiċi tiegħu.

(20) Teknoloġiji ġodda għandhom mnejn jikkawżaw ukoll riskji ġodda għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi jew ibiddlu l-mod kif jistgħu jimmaterjalizzaw ir-riskji eżistenti, bħal intervent estern ta' hacking ta' prodott jew li jbiddel il-karatteristiċi tiegħu jew li jikkawża żbalji tas-software fil-programmi. It-teknoloġiji l-ġodda, bħal permezz ta' aġġornamenti tas-software, jistgħu jimmodifikaw sostanzjalment il-prodott oriġinali, li mbagħad jista' jiġi sottomess għal valutazzjoni tar-riskju ġdida.

Emenda  12

 

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tiddefinixxi s-"saħħa" bħala stat sħiħ ta' benesseri fiżiku, mentali u soċjali u mhux biss bħala n-nuqqas ta' mard jew infermità. Din id-definizzjoni tappoġġa l-fatt li l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda jista' jġib riskji ġodda għas-saħħa tal-konsumaturi, bħal riskju psikoloġiku, riskji tal-iżvilupp, b'mod partikolari għat-tfal, riskji mentali, dipressjoni, it-telf tal-irqad, jew funzjoni mibdula tal-moħħ.

(21) L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tiddefinixxi s-"saħħa" bħala stat sħiħ ta' benesseri fiżiku, mentali u soċjali u mhux biss bħala n-nuqqas ta' mard jew infermità. Din id-definizzjoni tappoġġa l-fatt li l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda jista' jġib riskji ġodda għas-saħħa tal-konsumaturi, bħal riskju psikoloġiku, riskji tal-iżvilupp, b'mod partikolari għat-tfal, riskji mentali, dipressjoni, it-telf tal-irqad, jew funzjoni mibdula tal-moħħ. Għalhekk, dawn l-aspetti jeħtieġ li jiġu inklużi fil-valutazzjonijiet tas-sikurezza tal-manifatturi u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi vvalutata l-evoluzzjoni tar-riskji relatati mal-prodotti konnessi. Il-prodotti li jippreżentaw riskju sinifikanti għas-saħħa mentali tat-tfal jenħtieġ li jkollhom twissija li tinkludi rakkomandazzjonijiet xjentifiċi rigward il-ħin tal-użu u r-riskji mġarrba f'każ li ma jiġux segwiti r-rakkomandazzjonijiet.

Emenda  13

 

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Il-prodotti tanġibbli u intanġibbli, jew fil-forma ta' software inkorporat [installat minn qabel jew installat sussegwentement] jew ta' software awtonomu, jenħtieġ li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward tas-software, jenħtieġ li jitqiesu debitament il-livelli differenti ta' obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament lejn negozji kbar u iżgħar li qed jiżviluppaw software, iżda wkoll lejn l-hekk imsejħa żviluppaturi ta' "software liberu".

Emenda  14

 

Proposta għal regolament

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkollhom obbligi li jikkonċernaw is-sikurezza tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jagħmlu disponibbli, fis-suq, biss prodotti, li jkunu sikuri u li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u d-distribuzzjoni.

(24) L-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkollhom obbligi proporzjonati li jikkonċernaw is-sikurezza tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, filwaqt li jiżguraw ukoll il-funzjonament effiċjenti tas-suq intern. L-operaturi ekonomiċi kollha li jintervjenu fil-katina tal-provvista u tad-distribuzzjoni jenħtieġ li jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li jagħmlu disponibbli, fis-suq, biss prodotti, li jkunu sikuri u li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament. Jeħtieġ li tkun prevista distribuzzjoni ċara u proporzjonata tal-obbligi li jikkorrispondu għar-rwol ta' kull operatur fil-proċess tal-provvista u d-distribuzzjoni. Bil-ħsieb li jibbilanċjaw il-piżijiet amministrattivi, l-għodod ta' informazzjoni diġitali għall-konsumatur jenħtieġ li jitħallew jintużaw biex jiġi żgurat mod sostenibbli ta' informazzjoni. Madankollu, fuq talba tal-konsumatur, l-informazzjoni rilevanti jenħtieġ li tingħata wkoll bla ħlas b'mod stampat.

Emenda  15

 

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Sabiex l-operaturi ekonomiċi li huma SMEs u mikronegozji jkunu jistgħu jlaħħqu mal-obbligi l-ġodda imposti minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdilhom linji gwida prattiċi u gwida mfassla apposta, pereżempju, mezz dirett biex jikkomunikaw ma' esperti f'każ li jkollhom mistoqsijiet.

Emenda  16

 

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Is-swieq online għandhom rwol kruċjali fil-katina tal-provvista - billi jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jilħqu għadd indefinit ta' konsumaturi - u għalhekk ukoll fis-sistema tas-sikurezza tal-prodotti.

(26) Is-swieq online għandhom rwol kruċjali fil-katina tal-provvista - billi jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jilħqu għadd indefinit ta' konsumaturi - u għalhekk ukoll fis-sistema tas-sikurezza tal-prodotti. Jenħtieġ li jingħataw obbligi ċari għas-sikurezza tal-prodotti u tal-konsumaturi, inkluż f'każijiet fejn atturi ekonomiċi oħra fil-katina tal-provvista ma jiħdux azzjoni. Is-swieq online huma servizzi li jippermettu lill-operaturi ekonomiċi jagħmlu l-prodotti tagħhom disponibbli għall-konsumaturi jew li jaġevolawhom biex jagħmlu dan. Is-swieq online jenħtieġ li, għall-finijiet tas-sikurezza tal-prodotti li jsiru disponibbli fis-suq, ma jiġux mifhuma biss bħala pjattaformi li jiffaċilitaw direttament il-bejgħ tal-prodotti. Is-swieq online jistgħu jitqiesu wkoll bħala operaturi ekonomiċi jekk ikunu l-manifattur, l-importatur, id-distributur jew il-fornitur tas-servizzi ta' ġestjoni tal-prodott rispettiv.

Emenda  17

 

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Minħabba r-rwol importanti li għandhom is-swieq online meta jintermedjaw il-bejgħ ta' prodotti bejn il-kummerċjanti u l-konsumaturi, dawn l-atturi jenħtieġ li jkollhom aktar responsabbiltajiet fl-indirizzar tal-bejgħ ta' prodotti perikolużi online. Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 tipprovdi l-qafas ġenerali għall-kummerċ elettroniku u tistabbilixxi ċerti obbligi għall-pjattaformi online. Ir-Regolament […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE30 jirregola r-responsabbiltà u l-akkontabilità tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji online fir-rigward ta' kontenut illegali, inklużi prodotti mhux sikuri. Dak ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti. Għaldaqstant, abbażi tal-qafas legali orizzontali previst minn dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti speċifiċi essenzjali biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-bejgħ ta' prodotti perikolużi online, f'konformità mal-Artikolu [1(5), punt (h)] ta' dak ir-Regolament.

(27) Minħabba r-rwol importanti li għandhom is-swieq online meta jintermedjaw il-bejgħ jew il-promozzjoni ta' prodotti bejn il-kummerċjanti u l-konsumaturi, dawn l-atturi jenħtieġ li jkollhom aktar obbligi fl-indirizzar tal-bejgħ ta' prodotti perikolużi online. Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29 tipprovdi l-qafas ġenerali għall-kummerċ elettroniku u tistabbilixxi ċerti obbligi għall-pjattaformi online. Ir-Regolament […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE30 jirregola l-obbligi tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji online fir-rigward ta' kontenut illegali, inklużi prodotti mhux sikuri. Dak ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u s-sikurezza tal-prodotti. Għaldaqstant, abbażi tal-qafas legali orizzontali previst minn dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti speċifiċi essenzjali biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-bejgħ ta' prodotti perikolużi online, f'konformità mal-Artikolu [1(5), punt (h)] ta' dak ir-Regolament. L-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament japplika bħala lex specialis mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali sabiex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-bejgħ ta' prodotti perikolużi online.

__________________

__________________

29 Id-Direttiva 2000/31/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) - ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1–16.

29 Id-Direttiva 2000/31/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) - ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1–16.

30 Ir-Regolament […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE.

30 Ir-Regolament […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE.

Emenda  18

 

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott, iffirmata fl-2018 u li magħha ngħaqdu għadd ta' swieq minn dak iż-żmien, tipprevedi għadd ta' impenji volontarji dwar is-sikurezza tal-prodotti. Il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott uriet ir-raġunament tagħha fit-tisħiħ tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi mibjugħa online. Madankollu, in-natura volontarja tagħha u l-parteċipazzjoni volontarja minn għadd limitat ta' swieq online inaqqsu l-effettività tagħha u ma jistgħux jiżguraw kundizzjonijiet ekwi.

(28) Il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott, iffirmata fl-2018 u li magħha ngħaqdu għadd ta' swieq minn dak iż-żmien, tipprevedi għadd ta' impenji volontarji dwar is-sikurezza tal-prodotti. Il-Wegħda dwar is-Sikurezza tal-Prodott uriet li ma kinitx biżżejjed u għalhekk sa issa l-għan li l-konsumaturi jiġu protetti minn prodotti perikolużi mibjugħa online ma setax jintlaħaq b'suċċess permezz ta' din il-wegħda. In-natura volontarja tagħha u l-parteċipazzjoni volontarja minn għadd limitat ta' swieq online inaqqsu l-effettività tagħha u ma jistgħux jiżguraw kundizzjonijiet ekwi.

Emenda  19

 

Proposta għal regolament

Premessa 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Is-swieq online jenħtieġ li jaġixxu b'attenzjoni xierqa fir-rigward tal-kontenut ospitat fl-interfaċċi online tagħhom li jikkonċerna s-sikurezza tal-prodotti, f'konformità mal-obbligi speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi ta' diliġenza dovuta għas-swieq online kollha fir-rigward tal-kontenut ospitat fl-interfaċċi online tagħhom li jikkonċerna s-sikurezza tal-prodotti.

(29) Is-swieq online jenħtieġ li jaġixxu b'attenzjoni xierqa fir-rigward tal-kontenut ospitat fl-interfaċċi online tagħhom li jikkonċerna s-sikurezza tal-prodotti, f'konformità mal-obbligi speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġu stabbiliti obbligi ta' diliġenza dovuta għas-swieq online kollha fir-rigward tal-kontenut ospitat fl-interfaċċi online tagħhom li jikkonċerna s-sikurezza tal-prodotti. Dan ifisser mill-inqas li jkunu meħtieġa jivverifikaw u jneħħu mil-lista l-prodotti li jkunu ġew irrappurtati fil-portal Safety Gate jew mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq u jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex jiżguraw li ma jerġgħux jidhru offruti lill-konsumaturi u li ma jkunux disponibbli fis-suq.

Emenda  20

 

Proposta għal regolament

Premessa 31

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-konformità f'waqtha u effettiva mal-ordnijiet tal-awtoritajiet pubbliċi, l-ipproċessar tal-avviżi ta' partijiet terzi oħra u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fil-kuntest ta' miżuri korrettivi fuq talba, is-swieq online jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ mekkaniżmu intern għall-immaniġġjar ta' kwistjonijiet relatati mas-sikurezza tal-prodotti.

(31) Sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-konformità f'waqtha u effettiva mal-ordnijiet tal-awtoritajiet pubbliċi, l-ipproċessar tal-avviżi ta' partijiet terzi oħra u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fil-kuntest ta' miżuri korrettivi fuq talba, is-swieq online jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ mekkaniżmu intern għall-immaniġġjar ta' kwistjonijiet relatati mas-sikurezza tal-prodotti. Barra minn hekk, l-interfaċċa tas-suq online jenħtieġ li tippermetti lill-konsumaturi jinnotifikaw faċilment kwistjonijiet ta' sikurezza tal-prodotti u jkollhom id-drittijiet tagħhom fil-konfront tal-operatur ekonomiku responsabbli spjegati b'mod li jinftiehem u aċċessibbli. Is-swieq online jistgħu jaqsmu dawn l-avviżi mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda  21

 

Proposta għal regolament

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) L-obbligi imposti minn dan ir-Regolament fuq is-swieq online jenħtieġ li la jammontaw għal obbligu ġenerali li tiġi mmonitorjata l-informazzjoni li huma jittrażmettu jew jaħżnu, u lanqas li jfittxu b'mod attiv fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, bħall-bejgħ ta' prodotti perikolużi online. Madankollu, is-swieq online jenħtieġ li jneħħu malajr il-kontenut li jirreferi għal prodotti perikolużi mill-interfaċċi online tagħhom, malli jiksbu għarfien attwali jew, fil-każ ta' talbiet għad-danni, għarfien tal-kontenut illegali, b'mod partikolari f'każijiet fejn is-suq online ikun sar jaf bil-fatti jew biċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom operatur ekonomiku diliġenti kellu jidentifika l-illegalità inkwistjoni, sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà għas-servizzi ta' hosting skont id-"Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku" u l-[Att dwar is-Servizzi Diġitali]. Is-swieq online jenħtieġ li jipproċessaw avviżi li jikkonċernaw kontenut li jirreferi għal prodotti mhux sikuri, riċevuti f'konformità mal-[Artikolu 14] tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], fil-perjodi ta' żmien addizzjonali stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(32) L-obbligi imposti minn dan ir-Regolament fuq is-swieq online jenħtieġ li ma jammontawx għal obbligu ġenerali li tiġi mmonitorjata l-informazzjoni li huma jittrażmettu jew jaħżnu, u lanqas li jfittxu b'mod attiv fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali, bħall-bejgħ ta' prodotti perikolużi online. Madankollu, is-swieq online jenħtieġ li jkunu meħtieġa jikkonformaw ma' obbligi speċifiċi biex jipprevjenu b'mod effettiv il-bejgħ ta' prodotti perikolużi online. Dan jinkludi obbligu li jneħħu malajr il-prodotti perikolużi mill-interfaċċi online tagħhom, malli jiksbu għarfien attwali jew, fil-każ ta' talbiet għad-danni, għarfien tal-kontenut illegali, b'mod partikolari f'każijiet fejn is-suq online ikun sar jaf bil-fatti jew biċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom operatur ekonomiku diliġenti kellu jidentifika l-illegalità inkwistjoni, sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà għas-servizzi ta' hosting skont id-"Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku" u l-[Att dwar is-Servizzi Diġitali]. Is-swieq online jenħtieġ li jipproċessaw avviżi li jikkonċernaw kontenut li jirreferi għal prodotti mhux sikuri, riċevuti f'konformità mal-[Artikolu 14] tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], fil-perjodi ta' żmien addizzjonali stabbiliti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li s-swieq online jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex jevitaw li prodotti identiċi, li qabel kienu rrappurtati mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bħala mhux sikuri, jerġgħu jidhru fuq is-siti web tagħhom, f'konformità mal-prinċipju ta' ebda obbligu ta' monitoraġġ ġenerali u mal-obbligi stabbiliti fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali.

Emenda  22

 

Proposta għal regolament

Premessa 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Anke meta l-informazzjoni mis-Safety Gate ma jkunx fiha lokatur uniformi tar-riżorsi (URL) preċiż u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut illegali kkonċernat, is-swieq online jenħtieġ li madankollu jqisu l-informazzjoni trażmessa, bħall-identifikaturi tal-prodott, meta disponibbli, u informazzjoni oħra dwar it-traċċabbiltà, fil-kuntest ta' kwalunkwe miżura adottata mis-swieq online fuq l-inizjattiva tagħhom stess bl-għan li jidentifikaw, ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal prodotti perikolużi offruti fis-suq tagħhom, fejn applikabbli.

(34) Is-Safety Gate jenħtieġ li tiġi mmodernizzata u aġġornata sabiex taġevola lill-operaturi ekonomiċi u s-swieq online biex jidentifikaw prodotti mhux sikuri. L-informazzjoni mis-Safety Gate jenħtieġ li jkun fiha lokatur uniformi tar-riżorsi (URL) preċiż u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott mhux sikur. Barra minn hekk, is-swieq online jenħtieġ li madankollu jqisu l-informazzjoni trażmessa, bħall-identifikaturi tal-prodott, meta disponibbli, u informazzjoni oħra dwar it-traċċabbiltà, fil-kuntest ta' kwalunkwe miżura adottata mis-swieq online fuq l-inizjattiva tagħhom stess bl-għan li jidentifikaw, ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal prodotti perikolużi offruti fis-suq tagħhom, fejn applikabbli.

Emenda  23

 

Proposta għal regolament

Premessa 35

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Għall-finijiet tal-[Artikolu 19] tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], u fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti mibjugħa online, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ li jqis b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interess tal-konsumaturi, fuq talba tagħhom, bħala sinjalaturi fdati, sakemm ikunu ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-artikolu.

(35) Għall-finijiet tal-[Artikolu 19] tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], u fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti mibjugħa online, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ li jiżguraw il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interess tal-konsumaturi dwar is-sikurezza tal-prodotti.
Għall-finijiet tal-[Artikolu 19] tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali], u fir-rigward tas-sikurezza tal-prodotti mibjugħa online, il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali jenħtieġ li jiżgura, fejn meħtieġ, il-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interess tal-konsumaturi dwar is-sikurezza tal-prodotti u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

Emenda  24

 

Proposta għal regolament

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) It-traċċabbiltà tal-prodotti hija fundamentali għal sorveljanza effettiva tas-suq ta' prodotti perikolużi u miżuri korrettivi. Il-konsumaturi jenħtieġ ukoll li jiġu protetti kontra prodotti perikolużi bl-istess mod fil-mezzi tal-bejgħ offline u online, inkluż meta jixtru prodotti fi swieq online. Filwaqt li jibnu fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] dwar it-traċċabbiltà tal-kummerċjanti, is-swieq online jenħtieġ li ma jippermettux l-elenkar fil-pjattaformi tagħhom sakemm il-kummerċjant ma jkunx ipprovda l-informazzjoni kollha relatata mas-sikurezza u t-traċċabbiltà tal-prodotti kif spjegat f'dan ir-Regolament. Tali informazzjoni jenħtieġ li tintwera flimkien mal-elenkar tal-prodott sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess informazzjoni disponibbli online u offline. Madankollu, is-suq online jenħtieġ li ma jkunx responsabbli għall-verifika tal-kompletezza, il-korrettezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni nnifisha, peress li l-obbligu li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodotti jibqa' tal-kummerċjant.

(36) It-traċċabbiltà tal-prodotti hija fundamentali għal sorveljanza effettiva tas-suq ta' prodotti perikolużi u miżuri korrettivi. Il-konsumaturi jenħtieġ ukoll li jiġu protetti kontra prodotti perikolużi bl-istess mod fil-mezzi tal-bejgħ offline u online, inkluż meta jixtru prodotti fi swieq online. Filwaqt li jibnu fuq id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) .../... [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] dwar it-traċċabbiltà tal-kummerċjanti u tal-prodotti, is-swieq online jenħtieġ li ma jippermettux l-elenkar fil-pjattaformi tagħhom sakemm il-kummerċjant ma jkunx ipprovda l-informazzjoni kollha relatata mas-sikurezza u t-traċċabbiltà tal-prodotti kif spjegat f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, is-swieq online jenħtieġ li jivverifikaw il-kompletezza u l-affidabbiltà ta' tali informazzjoni kif spjegat f'dan ir-Regolament. Tali informazzjoni jenħtieġ li tintwera b'mod li jinftiehem u aċċessibbli flimkien mal-elenkar tal-prodott sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess informazzjoni disponibbli online u offline.

Emenda  25

 

Proposta għal regolament

Premessa 37

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Huwa importanti wkoll li s-swieq online jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti dwar is-sikurezza tal-prodotti. Obbligu ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq huwa impost fuq il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020 fir-rigward tal-prodotti koperti minn dak ir-Regolament u għalhekk jenħtieġ li jiġi estiż għall-prodotti kollha għall-konsumatur. Pereżempju, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq qed itejbu b'mod kostanti l-għodod teknoloġiċi li jużaw għas-sorveljanza tas-suq online biex jidentifikaw prodotti perikolużi mibjugħa online. Sabiex dawn l-għodod ikunu operazzjonali, is-swieq online jenħtieġ li jagħtu aċċess għall-interfaċċi tagħhom. Barra minn hekk, għall-finijiet tas-sikurezza tal-prodotti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jista' jkollhom bżonn ukoll li jiġbru d-data mis-swieq online.

(37) Huwa importanti wkoll li s-swieq online jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u mal-operaturi ekonomiċi rilevanti dwar is-sikurezza tal-prodotti. Obbligu ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq huwa impost fuq il-fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020 fir-rigward tal-prodotti koperti minn dak ir-Regolament u għalhekk jenħtieġ li jiġi estiż għall-prodotti kollha għall-konsumatur. Pereżempju, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq qed itejbu b'mod kostanti l-għodod teknoloġiċi li jużaw għas-sorveljanza tas-suq online biex jidentifikaw prodotti perikolużi mibjugħa online. Sabiex dawn l-għodod ikunu operazzjonali, is-swieq online jenħtieġ li jagħtu aċċess għall-interfaċċi tagħhom. Barra minn hekk, għall-finijiet tas-sikurezza tal-prodotti, jekk l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ma jkunux jistgħu jirkupraw id-data meħtieġa mingħand l-operatur ekonomiku primarjament responsabbli, jista' jkollhom bżonn ukoll ineħħu d-data mis-swieq online abbażi ta' talba mmirata.

Emenda  26

 

Proposta għal regolament

Premessa 40

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Meta l-operaturi ekonomiċi jew l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiffaċċjaw għażla ta' diversi miżuri korrettivi, l-aktar azzjoni sostenibbli li tirriżulta fl-inqas impatt ambjentali, bħat-tiswija tal-prodott, jenħtieġ li tiġi ppreferuta sakemm dan ma jirriżultax f'livell inqas ta' sikurezza.

(40) Meta l-operaturi ekonomiċi jew l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jiffaċċjaw għażla ta' diversi miżuri korrettivi, l-aktar azzjoni sostenibbli li tirriżulta fl-inqas impatt ambjentali, bħat-tiswija tal-prodott, jenħtieġ li tiġi ppreferuta sakemm dan ma jirriżultax f'livell inqas ta' sikurezza jew jaffettwa d-drittijiet u l-interessi ta' ċerti konsumaturi.

Emenda  27

 

Proposta għal regolament

Premessa 44

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44) L-iżgurar tal-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effettivi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħiet lura mmirati. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti jenħtieġ li jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u, jekk applikabbli, tal-importatur. Tali rekwiżiti ta' traċċabbiltà jistgħu jsiru aktar stretti għal ċerti tipi ta' prodotti. Jenħtieġ li l-manifatturi jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi rigward il-prodotti tagħhom, li jenħtieġ li jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex jagħtu prova li l-prodott tagħhom huwa sikur.

(44) L-iżgurar tal-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u, fejn applikabbli, biex jittieħdu miżuri korrettivi effettivi u proporzjonati kontra prodotti perikolużi, bħal sejħiet lura mmirati. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti jenħtieġ li jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u, jekk applikabbli, tal-importatur. Tali rekwiżiti ta' traċċabbiltà jistgħu jsiru aktar stretti għal ċerti tipi ta' prodotti li jkunu suxxettibbli li jġarrbu riskju serju. Jenħtieġ li l-manifatturi jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi rigward il-prodotti tagħhom, li jenħtieġ li jkun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex jagħtu prova li l-prodott tagħhom huwa sikur.

Emenda  28

 

Proposta għal regolament

Premessa 47a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47a) L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jwettqu xiri bil-moħbi fuq bażi regolari, mill-inqas darba fis-sena, inkluż fuq swieq online u b'mod partikolari ta' prodotti li jkunu ġew elenkati l-aktar fis-Safety Gate.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 50

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) Is-Sistema ta' Informazzjoni Rapida tal-Unjoni (RAPEX) instabet li kienet effettiva u effiċjenti. Ir-RAPEX tippermetti li l-miżuri korrettivi jiġu implimentati mal-Unjoni kollha fir-rigward ta' prodotti li joħolqu riskju lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru uniku. Madankollu, huwa xieraq li l-isem imqassar użat jinbidel minn RAPEX għal Safety Gate għal aktar ċarezza u sensibilizzazzjoni aħjar għall-konsumaturi. Is-Safety Gate tinkludi sistema ta' twissija rapida dwar prodotti perikolużi li mhumiex tal-ikel li biha l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar tali prodotti, portal web biex jinforma lill-pubbliku (Safety Gate portal) u interfaċċa li tippermetti lin-negozji jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jinfurmaw lill-awtoritajiet u lill-konsumaturi dwar prodotti perikolużi (Safety Business Gateway).

(50) Is-Sistema ta' Informazzjoni Rapida tal-Unjoni (RAPEX) jeħtieġ li tiġi aġġornata u mmodernizzata sabiex tippermetti li aktar miżuri korrettivi jiġu implimentati mal-Unjoni kollha fir-rigward ta' prodotti li joħolqu riskju lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru uniku. Madankollu, huwa xieraq li l-isem imqassar użat jinbidel minn RAPEX għal Safety Gate għal aktar ċarezza u sensibilizzazzjoni aħjar għall-konsumaturi. Is-Safety Gate tinkludi sistema ta' twissija rapida dwar prodotti perikolużi li mhumiex tal-ikel li biha l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar tali prodotti, portal web biex jinforma lill-pubbliku (Safety Gate portal) u interfaċċa li tippermetti lin-negozji jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jinfurmaw lill-awtoritajiet u lill-konsumaturi dwar prodotti perikolużi (Safety Business Gateway). Barra minn hekk, trid tipprovdi interfaċċa interoperabbli biex tippermetti lis-swieq online jivverifikaw il-prodotti fuq is-sit web tagħhom mal-prodotti elenkati fis-Safety Gate b'mod faċli, rapidu u affidabbli.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 51

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) L-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw fis-Safety Gate kemm miżuri korrettivi obbligatorji kif ukoll volontarji li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jimponu kundizzjonijiet speċifiċi fuq il-kummerċjalizzazzjoni possibbli ta' prodott minħabba riskju serju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi jew, fil-każ ta' prodotti koperti mir-Regolament (UE) Nru 2019/1020, ukoll għal interessi pubbliċi rilevanti oħra tal-utenti finali.

(51) L-Istati Membri jenħtieġ li jinnotifikaw fis-Safety Gate kemm miżuri korrettivi obbligatorji kif ukoll volontarji li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jimponu kundizzjonijiet speċifiċi fuq il-kummerċjalizzazzjoni possibbli ta' prodott minħabba riskju serju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi jew, fil-każ ta' prodotti koperti mir-Regolament (UE) Nru 2019/1020, ukoll għal interessi pubbliċi rilevanti oħra tal-utenti finali. Sabiex partijiet ikkonċernati oħra jiġu infurmati dwar l-oriġini ta' inċidenti preċedenti, in-notifiki fis-Safety Gate jenħtieġ li jispjegaw kif ikun seħħ riskju serju u jinkludu informazzjoni aktar dettaljata fejn ikun possibbli, bħan-Numru Ewropew tal-Oġġetti.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 52

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52) Skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 2019/1020, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-miżuri adottati kontra prodotti koperti minn dak ir-Regolament, li joħolqu riskju inqas minn serju, permezz tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-istess artikolu, filwaqt li l-miżuri korrettivi adottati kontra l-prodotti koperti minn dan ir-Regolament li joħolqu riskju inqas minn serju jenħtieġ li jiġu nnotifikati fis-Safety Gate. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni relatata mar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi ppreżentati mill-prodotti. Huwa xieraq għall-konsumaturi u għan-negozji li l-informazzjoni kollha dwar il-miżuri korrettivi adottati kontra prodotti li joħolqu riskju tinsab fis-Safety Gate, li tippermetti li l-informazzjoni rilevanti dwar prodotti perikolużi, titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-portal Safety Gate. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jinnotifikaw fis-Safety Gate il-miżuri korrettivi kollha dwar prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi.

(52) Skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom l-obbligu li jinnotifikaw il-miżuri adottati kontra prodotti koperti minn dak ir-Regolament, li joħolqu riskju inqas minn serju, permezz tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-istess artikolu, filwaqt li l-miżuri korrettivi adottati kontra l-prodotti koperti minn dan ir-Regolament li joħolqu riskju inqas minn serju jenħtieġ li jiġu nnotifikati fis-Safety Gate. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni relatata mar-riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi ppreżentati mill-prodotti. Huwa xieraq għall-konsumaturi u għan-negozji li l-informazzjoni kollha dwar il-miżuri korrettivi adottati kontra prodotti li joħolqu riskju tinsab fis-Safety Gate, li tippermetti li l-informazzjoni rilevanti dwar prodotti perikolużi titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-portal Safety Gate. Huwa importanti li jiġi żgurat li din l-informazzjoni kollha tkun disponibbli bil-lingwa/i uffiċjali tal-pajjiż ta' residenza tal-konsumatur u li tkun miktuba b'lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa jinnotifikaw fis-Safety Gate l-miżuri korrettivi kollha dwar prodotti li joħolqu riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. Il-bażi tad-data u s-sit web tas-Safety Gate jenħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 58

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58) L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jwettqu attivitajiet konġunti ma' awtoritajiet jew organizzazzjonijiet oħra li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi jew lill-utenti finali, bil-għan li jippromwovu s-sikurezza tal-prodotti u jidentifikaw prodotti perikolużi, inklużi dawk li jiġu offruti għall-bejgħ online. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni, kif xieraq, jenħtieġ li jiżguraw li l-għażla tal-prodotti u tal-produtturi kif ukoll l-attivitajiet imwettqa ma joħolqux sitwazzjoni li tista' tfixkel il-kompetizzjoni jew taffettwa l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-partijiet.

(58) L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jwettqu attivitajiet konġunti ma' awtoritajiet jew organizzazzjonijiet oħra li jirrappreżentaw lill-operaturi ekonomiċi jew lill-utenti finali, bil-għan li jippromwovu s-sikurezza tal-prodotti u jidentifikaw prodotti perikolużi, inklużi dawk li jiġu offruti għall-bejgħ online. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni, kif xieraq, jenħtieġ li jiżguraw li l-għażla tal-prodotti u tal-produtturi kif ukoll l-attivitajiet imwettqa ma joħolqux sitwazzjonijiet li tista' tfixkel il-kompetizzjoni jew taffettwa l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-partijiet.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 59

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59) Azzjonijiet simultanji kkoordinati ta' kontroll ("sweeps") huma azzjonijiet speċifiċi ta' infurzar li jistgħu jkomplu jtejbu s-sikurezza tal-prodotti. B'mod partikolari, jenħtieġ li jitwettqu sweeps fejn ix-xejriet tas-suq, l-ilmenti tal-konsumaturi jew indikazzjonijiet oħra jissuġġerixxu li ċerti kategoriji ta' prodotti ta' spiss jinstabu li joħolqu riskju serju.

(59) Azzjonijiet simultanji kkoordinati ta' kontroll ("sweeps") huma azzjonijiet speċifiċi ta' infurzar li jistgħu jkomplu jtejbu s-sikurezza tal-prodotti u għalhekk jenħtieġ li jitwettqu fuq bażi regolari biex jinstab il-ksur online u offline ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitwettqu sweeps fejn ix-xejriet tas-suq, l-ilmenti tal-konsumaturi jew indikazzjonijiet oħra jissuġġerixxu li ċerti kategoriji ta' prodotti ta' spiss jinstabu li joħolqu riskju serju.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 62

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62) Meta prodott li jkun diġà nbiegħ lill-konsumaturi jirriżulta li jkun perikoluż, jista' jkun meħtieġ li jissejjaħ lura biex jiġu protetti l-konsumaturi fl-Unjoni. Il-konsumaturi jistgħu ma jkunux jafu li għandhom prodott imsejjaħ lura. Sabiex tiżdied l-effettività tas-sejħa lura, huwa għalhekk importanti li jintlaħqu aħjar il-konsumaturi kkonċernati. Il-kuntatt dirett huwa l-aktar metodu effettiv biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar is-sejħiet lura u tiġi mħeġġa l-azzjoni. Huwa wkoll il-mezz ta' komunikazzjoni preferut fost il-gruppi kollha tal-konsumaturi. Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-konsumaturi, huwa importanti li dawn jiġu infurmati b'mod rapidu u affidabbli. Għalhekk, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jużaw id-data tal-klijent għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar sejħiet lura u twissijiet ta' sikurezza marbuta mal-prodotti li jkunu xtraw. Għalhekk, huwa meħtieġ obbligu legali biex l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jużaw kwalunkwe data tal-klijenti li tkun diġà għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar sejħiet lura u twissijiet ta' sikurezza. F'dan ir-rigward, l-operaturi ekonomiċi se jiżguraw li jinkludu l-possibbiltà li jikkuntattjaw direttament lill-klijenti fil-każ ta' sejħa lura jew twissija ta' sikurezza li taffettwahom fi programmi eżistenti ta' lealtà tal-klijent u f'sistemi ta' reġistrazzjoni tal-prodotti, li permezz tagħhom il-klijenti jintalbu, wara li jkunu xtraw prodott, biex jikkomunikaw lill-manifattur fuq bażi volontarja xi informazzjoni bħall-isem, l-informazzjoni ta' kuntatt tagħhom, il-mudell tal-prodott jew in-numru tas-serje.

(62) Meta prodott li jkun diġà nbiegħ lill-konsumaturi jirriżulta li jkun perikoluż, jista' jkun meħtieġ li jissejjaħ lura biex jiġu protetti l-konsumaturi fl-Unjoni. Il-konsumaturi jistgħu ma jkunux jafu li għandhom prodott imsejjaħ lura. Sabiex tiżdied l-effettività tas-sejħa lura, huwa għalhekk importanti li jintlaħqu aħjar il-konsumaturi kkonċernati. Il-kuntatt dirett huwa l-aktar metodu effettiv biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar is-sejħiet lura u tiġi mħeġġa l-azzjoni. Huwa wkoll il-mezz ta' komunikazzjoni preferut fost il-gruppi kollha tal-konsumaturi. Sabiex tiġi żgurata s-sikurezza tal-konsumaturi, huwa importanti li dawn jiġu infurmati b'mod rapidu u affidabbli. Għalhekk, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jużaw id-data tal-klijenti għad-dispożizzjoni tagħhom biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar sejħiet lura u twissijiet ta' sikurezza marbuta mal-prodotti li jkunu xtraw. Għalhekk, huwa meħtieġ obbligu legali biex l-operaturi ekonomiċi jkunu meħtieġa jużaw id-data tal-klijenti li tkun diġà għad-dispożizzjoni tagħhom li tkun neċessarja biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar sejħiet lura u twissijiet ta' sikurezza. F'dan ir-rigward, l-operaturi ekonomiċi se jiżguraw li jinkludu l-possibbiltà li jikkuntattjaw direttament lill-klijenti fil-każ ta' sejħa lura jew twissija ta' sikurezza li taffettwahom fi programmi eżistenti ta' lealtà tal-klijent u f'sistemi ta' reġistrazzjoni tal-prodotti, li permezz tagħhom il-klijenti jintalbu, wara li jkunu xtraw prodott, biex jikkomunikaw lill-manifattur fuq bażi volontarja xi informazzjoni bħall-isem, l-informazzjoni ta' kuntatt tagħhom, il-mudell tal-prodott jew in-numru tas-serje. Filwaqt li l-operaturi ekonomiċi huma primarjament responsabbli għall-eżekuzzjoni tas-sejħiet lura mis-suq, is-swieq online jenħtieġ li tal-inqas jipprovdu informazzjoni lill-operaturi ekonomiċi u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u appoġġ fil-komunikazzjoni lill-konsumaturi.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 64a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(64a) Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex tiżgura infurzar aktar uniformi u komunikazzjoni legalment ċerta meta tittratta n-notifiki ta' sejħa lura u t-talbiet rispettivi mill-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet ikollhom biżżejjed għarfien espert u riżorsi biex jiżguraw infurzar effettiv.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 71

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71) Sabiex ikollhom effett ta' deterrent sinifikanti għall-operaturi ekonomiċi u għas-swieq online biex jipprevjenu t-tqegħid ta' prodotti perikolużi fis-suq, jenħtieġ li l-penali jkunu adegwati għat-tip ta' ksur, għall-vantaġġ possibbli għall-operatur ekonomiku jew għas-suq online u għat-tip u għall-gravità tad-dannu mġarrab mill-konsumatur. Barra minn hekk, livell omoġenju ta' penali huwa importanti biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, filwaqt li jiġi evitat li l-operaturi ekonomiċi jew is-swieq online jikkonċentraw l-attivitajiet tagħhom f'territorji fejn il-livell ta' penali jkun aktar baxx.

(71) Sabiex ikollhom effett ta' deterrent sinifikanti għall-operaturi ekonomiċi biex jipprevjenu t-tqegħid ta' prodotti perikolużi fis-suq, jenħtieġ li l-penali jkunu adegwati għat-tip ta' ksur, għall-vantaġġ possibbli għall-operatur ekonomiku u għat-tip u għall-gravità tad-dannu mġarrab mill-konsumatur. Barra minn hekk, livell omoġenju ta' penali huwa importanti biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, filwaqt li jiġi evitat li l-operaturi ekonomiċi jikkonċentraw l-attivitajiet tagħhom f'territorji fejn il-livell ta' penali jkun aktar baxx.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 80

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(80) Kwalunkwe pproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun f'konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. Meta l-konsumaturi jirrapportaw prodott fis-Safety Gate, tinħażen biss dik id-data personali li tkun meħtieġa biex jiġi rrapportat il-prodott perikoluż u għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin wara li tali data tkun ġiet ikkodifikata. Il-manifatturi u l-importaturi jenħtieġ li jkollhom ir-reġistru tal-ilmenti tal-konsumaturi biss sakemm dan ikun meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Il-manifatturi u l-importaturi, meta jkunu persuni fiżiċi, jenħtieġ li jiżvelaw isimhom biex jiżguraw li l-konsumatur ikun jista' jidentifika l-prodott għall-finijiet tat-traċċabbiltà.

(80) Kwalunkwe pproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun f'konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679, (UE) 2018/1725 u d-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika. Meta l-konsumaturi jirrapportaw prodott fis-Safety Gate, tinħażen biss dik id-data personali li tkun meħtieġa biex jiġi rrapportat il-prodott perikoluż u għal perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin wara li tali data tkun ġiet ikkodifikata. Il-manifatturi u l-importaturi jenħtieġ li jkollhom ir-reġistru tal-ilmenti tal-konsumaturi biss sakemm dan ikun meħtieġ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Il-manifatturi u l-importaturi, meta jkunu persuni fiżiċi, jenħtieġ li jiżvelaw isimhom biex jiżguraw li l-konsumatur ikun jista' jidentifika l-prodott għall-finijiet tat-traċċabbiltà.

Emenda  38

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Suġġett

Suġġett u għanijiet

Emenda  39

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli essenzjali dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq.

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiżgura li l-prodotti li jsiru disponibbli fis-suq ikunu sikuri għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. Għalhekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli essenzjali dwar is-sikurezza tal-prodotti għall-konsumatur li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq.

Emenda  40

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-prodotti jkunu soġġetti għal rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi imposti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-aspetti u r-riskji jew il-kategoriji tar-riskji mhux koperti b'dawn ir-rekwiżiti.

Meta l-prodotti jkunu soġġetti għal rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi imposti bil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-aspetti u r-riskji jew il-kategoriji tar-riskji mhux koperti b'dawn ir-rekwiżiti u li għalhekk huma ta' theddida għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi jew għal interessi pubbliċi oħra.

Emenda  41

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-Kapitolu II ma għandux japplika sa fejn ikunu kkonċernati r-riskji jew il-kategoriji ta' riskji koperti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

(a) il-Kapitolu II ma għandux japplika sa fejn ikunu kkonċernati r-riskji jew il-kategoriji ta' riskji koperti b'mod adegwat mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

Emenda  42

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizz mogħti lill-konsumaturi;

(g) tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li ma jinstaqx mill-konsumatur imma jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizz mogħti lill-konsumaturi u li għandu l-għan li jittrasporta lill-konsumaturi minn post għal ieħor;

Emenda  43

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' prekawzjoni.

imħassar

Emenda  44

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. "prodott" tfisser kwalunkwe oġġett, interkonness jew le ma' oġġetti oħra, fornut jew disponibbli, kemm jekk għal korrispettiv kif ukoll jekk le, matul attività kummerċjali inkluż fil-kuntest tal-forniment ta' servizz – li huwa maħsub għall-konsumaturi jew li jista', f'kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, jintuża mill-konsumaturi anke jekk ma jkunx maħsub għalihom;

1. "prodott" tfisser kwalunkwe oġġett, tanġibbli jew intanġibbli, bħal software jew prodott inkorporat b'software, interkonness jew le ma' oġġetti oħra, fornut jew disponibbli, kemm jekk għal korrispettiv kif ukoll jekk le, matul attività kummerċjali inkluż fil-kuntest tal-forniment ta' servizz – li huwa maħsub għall-konsumaturi jew li jista', f'kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, jintuża mill-konsumaturi anke jekk ma jkunx maħsub għalihom;

Emenda  45

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

23. "sejħa lura" tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott li jkun diġà sar disponibbli għall-konsumatur;

23. "sejħa lura" tfisser kwalunkwe miżura maħsuba biex jittieħed lura prodott perikoluż li jkun diġà sar disponibbli għall-konsumatur utent finali;

Emenda  46

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Preżunzjoni tas-sikurezza

Preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali

Emenda  47

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fin-nuqqas ta' standards Ewropej imsemmija fil-punt (a), fir-rigward tar-riskji koperti mir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fid-dritt tal-Istat Membru fejn il-prodott isir disponibbli fis-suq, jekk ikun konformi ma' tali rekwiżiti nazzjonali.

(b) fin-nuqqas ta' standards Ewropej imsemmija fil-punt (a), fir-rigward tar-riskji koperti mir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza stabbiliti fid-dritt tal-Istat Membru fejn il-prodott isir disponibbli fis-suq, jekk ikun konformi ma' tali standards nazzjonali li jiġu stabbiliti f'konformità mad-dritt Ewropew.

Emenda  48

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 − paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi meħtieġa biex tiżgura li l-prodotti li jikkonformaw mal-istandards Ewropej jissodisfaw ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza speċifiċi meħtieġa biex tiżgura li l-prodotti li jikkonformaw mal-istandards Ewropej jissodisfaw ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5, filwaqt li tqis il-kriterji elenkati fl-Artikolu 7. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(3).

Emenda  49

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Madankollu, il-preżunzjoni tas-sikurezza skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tipprevjeni lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq milli jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament meta jkun hemm evidenza li, minkejja tali konformità, il-prodott ikun perikoluż.

3. Madankollu, il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tipprevjeni lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq milli jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament meta jkun hemm evidenza li, minkejja tali konformità, il-prodott ikun perikoluż.

Emenda  50

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta l-preżunzjoni tas-sikurezza stabbilita fl-Artikolu 5 ma tkunx tapplika, għandhom jitqiesu l-aspetti li ġejjin b'mod partikolari meta jiġi vvalutat jekk prodott huwiex sikur:

1. Meta l-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilita fl-Artikolu 6 ma tkunx tapplika, għandhom jitqiesu l-aspetti li ġejjin b'mod partikolari meta jiġi vvalutat jekk prodott huwiex sikur:

Emenda  51

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi d-disinn tiegħu, il-karatteristiċi tekniċi, il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-assemblaġġ u fejn applikabbli, għall-istallazzjoni u l-manutenzjoni;

(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi d-disinn tiegħu, il-karatteristiċi tekniċi tiegħu, il-kompożizzjoni u l-komponenti kimiċi tiegħu, l-imballaġġ tiegħu, l-istruzzjonijiet tiegħu għall-assemblaġġ u, fejn applikabbli, għall-istallazzjoni, l-użu, il-manutenzjoni, ir-riċiklaġġ u t-tiswija;

Emenda  52

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-effett fuq prodotti oħra, meta jkun raġonevolment prevedibbli illi jrid jintuża ma' prodotti oħra, inkluża l-interkonnessjoni tal-prodotti bejniethom;

(b) l-effett fuq prodotti oħra u l-utenti tiegħu, meta jkun raġonevolment prevedibbli li jrid jintuża ma' prodotti oħra, inklużi l-għażliet ta' interkonnessjoni bejn il-prodotti kif ukoll it-telfien possibbli tal-interkonnessjoni;

Emenda  53

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) il-konnettività ta' prodott, inklużi l-karatteristiċi ta' sigurtà xierqa meħtieġa biex jindirizzaw il-kwistjonijiet ta' konnessjoni u ta' skonnessjoni;

Emenda  54

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) is-salvagwardji xierqa maħsuba biex jindirizzaw id-data difettuża kif ukoll il-kwistjoni tal-affidabbiltà tad-data li għandu mnejn ikollha impatt fuq is-sikurezza tal-prodott;

Emenda  55

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-kategoriji ta' konsumaturi f'riskju meta jużaw il-prodott, b'mod partikolari konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal, l-anzjani, il-persuni b'diżabilità;

(e) il-kategoriji ta' konsumaturi f'riskju meta jużaw il-prodott, b'mod partikolari konsumaturi vulnerabbli bħat-tfal, inkluż it-tikkettar tal-prodotti b'rabta mal-età rigward l-adegwatezza jew il-legalità tagħhom għat-tfal, u l-anzjani u l-persuni b'diżabilità filwaqt li titqies il-vulnerabbiltà bbażata fuq ir-riskji speċifiċi tal-prodott;

Emenda  56

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) id-dehra tal-prodott u b'mod partikolari meta prodott, għalkemm mhuwiex oġġett tal-ikel, jixbah oġġett tal-ikel u x'aktarx jiġi konfuż ma' oġġett tal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra;

(f) id-dehra tal-prodott u b'mod partikolari meta prodott, għalkemm mhuwiex oġġett tal-ikel, jixbah oġġett tal-ikel u x'aktarx jiġi konfuż ma' oġġett tal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra u għalhekk il-konsumaturi, speċjalment it-tfal, jistgħu jpoġġuh f'ħalqhom, isoffuh jew jibilgħuh, u dan għandu mnejn jikkawża, pereżempju, suffokazzjoni, avvelenament, il-perforazzjoni jew l-ostruzzjoni tas-sistema diġestiva;

Emenda  57

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) il-karatteristiċi xierqa taċ-ċibersigurtà meħtieġa biex jipproteġu l-prodott minn influwenzi esterni, inklużi partijiet terzi malizzjużi, meta tali influwenza jista' jkollha impatt fuq is-sikurezza tal-prodott;

(h) il-karatteristiċi xierqa taċ-ċibersigurtà li jkopru ċ-ċiklu kollu tal-ħajja meħtieġa biex jipproteġu l-prodott minn influwenzi esterni, inklużi partijiet terzi malizzjużi, meta tali influwenza jista' jkollha impatt fuq is-sikurezza tal-prodott;

Emenda  58

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-funzjonalitajiet li jevolvu, ta' tagħlim u ta' tbassir ta' prodott.

(i) il-funzjonalitajiet li jevolvu, ta' tagħlim u ta' tbassir ta' prodott;

Emenda  59

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) il-perikli fiżiċi, mekkaniċi, elettriċi, ta' fjammabbiltà, tal-iġjene u tar-radjuattività li l-prodott jista' jippreżenta għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi;

Emenda  60

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ib (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ib) Ir-riskju għas-saħħa mentali li jippreżentaw il-prodotti konnessi, inklużi l-effetti kumulattivi u fit-tul tagħhom fuq is-saħħa.

Emenda  61

 

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) skemi ta' ċertifikazzjoni volontarja jew oqfsa simili ta' valutazzjoni tal-konformità ta' partijiet terzi, b'mod partikolari dawk maħsuba biex jappoġġaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

(d) skemi ta' ċertifikazzjoni volontarja jew oqfsa simili ta' valutazzjoni tal-konformità ta' partijiet terzi, meta dawk ikunu maħsuba biex jappoġġaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

Emenda  62

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-manifatturi għandhom jinvestigaw l-ilmenti li jaslu li jikkonċernaw prodotti li jkunu għamlu disponibbli fis-suq, u li jkunu ġew identifikati bħala perikolużi mill-ilmentatur, u għandhom iżommu reġistru ta' dawn l-ilmenti kif ukoll ta' sejħiet lura tal-prodotti.

2. Il-manifatturi għandhom jinvestigaw l-ilmenti li jaslu li jikkonċernaw prodotti li jkunu għamlu disponibbli fis-suq, u li jkunu ġew identifikati bħala perikolużi mill-ilmentatur, u għandhom iżommu reġistru pubbliku ta' sejħiet lura tal-prodotti.

Emenda  63

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament għall-konsumaturi, mezzi ta' komunikazzjoni bħan-numru tat-telefon, l-indirizz elettroniku jew it-taqsima ddedikata tas-sit web tagħhom, li jippermettu lill-konsumaturi jippreżentaw ilmenti u jinfurmawhom dwar kwalunkwe inċident jew kwistjoni ta' sikurezza li jkunu esperjenzaw bil-prodott.

Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli pubblikament għall-konsumaturi mezzi ta' komunikazzjoni bħan-numru tat-telefon, l-indirizz elettroniku jew it-taqsima ddedikata, bħal servizz għall-klijenti, tas-sit web tagħhom, li jippermettu lill-konsumaturi jippreżentaw ilmenti b'mod faċli u aċċessibbli u jinfurmaw lill-manifatturi dwar kwalunkwe inċident jew kwistjoni ta' sikurezza li jkunu esperjenzaw bil-prodott.

Emenda  64

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 − paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-manifatturi għandhom iżommu lid-distributuri, lill-importaturi u lis-swieq online fil-katina tal-provvista kkonċernata infurmati bi kwalunkwe kwistjoni ta' sikurezza li jkunu identifikaw.

3. Il-manifatturi għandhom jinfurmaw lid-distributuri, lill-importaturi, lis-swieq online u lill-fornituri ta' servizzi ta' ġestjoni fil-katina tal-provvista kkonċernata mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe kwistjoni ta' sikurezza li jkunu identifikaw.

Emenda  65

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika tal-prodott. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kif xieraq:

4. Il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika tal-prodott qabel iqegħduh fis-suq. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha mill-inqas deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-proprjetajiet essenzjali tiegħu li huma rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodott. Meta jitqies xieraq fir-rigward tar-riskji ppreżentati minn prodott, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha addizzjonalment:

Emenda  66

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) deskrizzjoni ġenerali tal-prodott u tal-proprjetajiet essenzjali tiegħu li huma rilevanti għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodott;

imħassar

Emenda  67

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-lista tal-istandards Ewropej imsemmija fl-Artikolu 6(1), punt a, jew l-elementi l-oħra msemmija fl-Artikolu 7(3), applikati biex jissodisfaw r-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5.

(c) il-lista tal-istandards Ewropej imsemmija fl-Artikolu 6(1), punt a, jew l-elementi l-oħra msemmija fl-Artikolu 6(1), punt b, fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikolu 7(3), applikati biex jissodisfaw ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5;

Emenda  68

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) fejn rilevanti, in-Numru Ewropew tal-Oġġetti.

Emenda  69 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta xi standards Ewropej, rekwiżiti jew elementi tas-saħħa u s-sikurezza msemmija fl-Artikolu 7(3) ikunu ġew applikati biss parzjalment, għandhom jiġu identifikati l-partijiet li ġew applikati.

Meta xi standards Ewropej, rekwiżiti jew elementi tas-saħħa u s-sikurezza msemmija fl-Artikoli 6, 7(1) u 7(3) ikunu ġew applikati biss parzjalment, għandhom jiġu identifikati l-partijiet li ġew applikati.

Emenda  70

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal perjodu ta' 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u fuq talba jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

5. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika aġġornata għal perjodu ta' 10 snin wara li l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq, u fuq talba jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda  71

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jarawh u jaqrawh faċilment jew li, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata l-informazzjoni meħtieġa fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott.

6. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, li l-konsumaturi jkunu jistgħu faċilment jarawh, jaqrawh u jifhmuh jew li, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata l-informazzjoni meħtieġa fuq l-imballaġġ jew f'dokument diġitali li jkun hemm mal-prodott. Fuq talba tal-konsumatur, hija għandha tkun disponibbli fuq il-karta u mingħajr ħlas.

Emenda  72

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt uniku ta' kuntatt fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

7. Il-manifatturi għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom u l-indirizz fejn ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati dwar il-prodott jew, jekk dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jakkumpanja l-prodott. L-indirizz għandu jindika punt uniku ta' kuntatt, u numru tat-telefon fejn jista' jiġi kkuntattjat il-manifattur.

Emenda  73

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li hemm proċeduri fis-seħħ biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5.

9. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li hemm proċeduri fis-seħħ biex il-produzzjoni tas-serje tibqa' konformi mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5 u jirrispettaw l-Artikoli 6 u 7.

Emenda  74

 

Proposta għal regolament

Artikol 8 – paragrafu 9a (new)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a. Il-manifatturi għandhom jiżguraw il-funzjonament sikur kontinwu tal-prodotti konnessi matul il-ħajja mistennija tagħhom. Għal dan il-għan, huma għandhom jipprovdu salvagwardji speċifiċi biex jipprevjenu r-riskju ta' uploads ta' software jew alterazzjonijiet diġitali oħra li jistgħu jipperikolaw is-sikurezza tal-prodotti.

 

Għal dawk il-prodotti diġitali konnessi li x'aktarx li jkollhom impatt fuq it-tfal, il-manifatturi għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju għat-tfal li tiżgura li l-prodotti tagħhom jissodisfaw l-ogħla standards ta' sikurezza, sigurtà u privatezza mid-disinn.

Emenda  75

 

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Il-manifatturi għandhom, permezz tas-Safety Business Gateway msemmi fl-Artikolu 25, javżaw minnufih lill-konsumaturi dwar ir-riskju li prodott li huma mmanifatturaw jippreżenta għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom u jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom il-prodott ikun sar disponibbli għal dak il-għan, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta' kwalunkwe miżura korrettiva li tkun diġà ttieħdet.

11. Il-manifatturi għandhom javżaw minnufih lill-konsumaturi dwar ir-riskju li prodott li huma mmanifatturaw jippreżenta għas-saħħa u s-sikurezza tagħhom f'konformità mal-Artikolu 33. Il-konsumaturi għandhom jiġu avżati minnufih permezz ta' informazzjoni ċara u mmirata tal-inqas bil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż ta' residenza tagħhom, inkluż iżda mhux esklużivament bl-użu ta' mezzi diġitali. Barra minn hekk, il-manifatturi għandhom, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmi fl-Artikolu 25, jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom prodott perikoluż ikun sar disponibbli, billi jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta' kwalunkwe miżura korrettiva li tkun diġà ttieħdet.

Emenda  76

 

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) meta jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott inkwistjoni jippreżenta riskju, jinformaw lill-manifattur;

(b) meta jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott inkwistjoni jippreżenta riskju, jinformaw lill-manifattur u barra minn hekk, jekk ikun meħtieġ, lill-importatur, lid-distributur u lill-fornitur tas-servizz ta' ġestjoni u jinnotifikaw il-prodott permezz tas-Safety Business Gateway mingħajr dewmien żejjed;

Emenda  77

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 − paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel iqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun konformi mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5 u li l-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(4), (6) u (7).

1. Qabel iqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun konformi mar-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5 u li l-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(4), (6), (7) u (8).

Emenda  78

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta importatur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mal-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(4), (6) u (7), dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm ikun inġieb f'konformità. Barra minn hekk, meta prodott ma jkunx sikur, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u jiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu informati.

2. Meta importatur iqis jew ikollu raġunijiet biex jemmen li prodott ma jkunx konformi mal-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(4), (6) u (7), dan ma għandux iqiegħed il-prodott fis-suq sakemm ikun inġieb f'konformità. Barra minn hekk, meta prodott ma jkunx sikur, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mingħajr dewmien żejjed.

Emenda  79

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-importaturi għandhom jinvestigaw l-ilmenti, relatati mal-prodotti li jkunu għamlu disponibbli fis-suq u jirreġistraw dawn l-ilmenti, kif ukoll is-sejħiet lura tal-prodotti, fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu jew fir-reġistru tagħhom stess. L-importaturi għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri infurmati dwar l-investigazzjoni mwettqa u dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni.

6. L-importaturi għandhom jinvestigaw l-ilmenti relatati mal-prodotti li jkunu għamlu disponibbli fis-suq u jirreġistraw is-sejħiet lura tal-prodotti, fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu, u fir-reġistru tagħhom stess. L-importaturi għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri infurmati dwar l-investigazzjoni mwettqa u dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni.

Emenda  80

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-importaturi għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u mal-manifattur biex jiżguraw li prodott ikun sikur.

7. L-importaturi għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, mal-manifattur u, jekk meħtieġ, ma' operaturi ekonomiċi rilevanti oħra biex jiżguraw li prodott ikun sikur.

Emenda  81

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx sikur għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur u jiżguraw li jiġu adottati l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, inkluż l-irtirar jew is-sejħa lura, kif xieraq. F'każ li dawn il-miżuri ma jkunux ġew adottati, l-importatur għandu jadottahom. L-importaturi għandhom jiżguraw li, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmi fl-Artikolu 25, il-konsumaturi jiġu mgħarrfa minnufih u b'mod effettiv bir-riskju fejn applikabbli u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dak il-għan jiġu infurmati minnufih, filwaqt li jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta' kwalunkwe miżura korrettiva li tkun diġà ttieħdet.

8. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq ma jkunx sikur għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur u jiżguraw li jiġu adottati l-miżuri korrettivi meħtieġa biex il-prodott isir konformi, inkluż l-irtirar jew is-sejħa lura, kif xieraq. F'każ li dawn il-miżuri ma jkunux ġew adottati, l-importatur għandu jadottahom. L-importaturi għandhom permezz tas-Safety Business Gateway imsemmi fl-Artikolu 25, javżaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom ikunu għamlu l-prodott disponibbli, filwaqt li jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta' kwalunkwe miżura korrettiva li tkun diġà ttieħdet. Barra minn hekk, għandhom javżaw lill-konsumaturi skont l-Artikolu 33.

Emenda  82

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. L-importaturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 8(4) għal perjodu ta' 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u fuq talba jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

9. L-importaturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 8(4) għal 10 snin wara li l-prodott ikun magħmul disponibbli fis-suq, u fuq talba jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda  83

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 − paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-manifattur u l-importatur ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli.

1. Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-manifattur u l-importatur ikunu kknformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(6), (7) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli.

Emenda  84

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, ma għandhomx jagħmlu l-prodott disponibbli fis-suq sakemm ikun inġieb f'konformità. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sikur, id-distributur għandu jinforma minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli, għal dak il-għan u għandu jiżgura li, permezz tas-Safety Business Gateway msemmija fl-Artikolu 25, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu informati.

3. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2, ma għandhomx jagħmlu l-prodott disponibbli fis-suq sakemm ikun inġieb f'konformità. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sikur, id-distributur għandu jinforma minnufih lill-manifattur u lill-importatur, kif applikabbli, għal dak il-għan u għandu jiżgura li, permezz tas-Safety Business Gateway msemmija fl-Artikolu 25, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu informati.

Emenda  85

 

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sikur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, inkluż l-irtirar jew is-sejħa lura, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sikur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli, għal dak il-għan u għandhom jiżguraw li, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmija fl-Artikolu 25, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dak il-għan jiġu infurmati, filwaqt li jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta' kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

4. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu, abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħhom, li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sikur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 5, mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri korrettivi meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, inkluż l-irtirar jew is-sejħa lura, kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sikur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur u lill-importatur, kif applikabbli, għal dak il-għan u għandhom minnufih javżaw, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmija fl-Artikolu 25, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikunu għamlu l-prodott disponibbli għal dak il-għan jiġu infurmati, filwaqt li jagħtu d-dettalji, b'mod partikolari, tar-riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u ta' kwalunkwe miżura korrettiva li tkun ittieħdet.

Emenda  86

 

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Meta prodott ikun ġie mmodifikat sostanzjalment skont it-tifsira ta' dan l-Artikolu, dak il-prodott jista' jitressaq għal valutazzjoni tar-riskju ġdida skont l-Artikoli 5, 6 u 7 ta' dan ir-Regolament.

Emenda  87

 

Proposta għal regolament

Artikolu 13 − paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċessi interni għas-sikurezza tal-prodotti, li jippermettulhom jirrispettaw ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5.

L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li jkollhom fis-seħħ proċessi interni għas-sikurezza tal-prodotti, li jippermettulhom jirrispettaw l-obbligi kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament, inkluż ir-rekwiżit tas-sikurezza ġenerali stabbilit fl-Artikolu 5. Dawn il-proċessi interni għandhom jinkludu mill-inqas programmi ta' reġistrazzjoni u investigazzjoni tal-inċidenti, proċess ta' verifika tal-konformità u valutazzjoni tar-riskju. Huma għandhom jiġu awditjati b'mod indipendenti meta jkun meħtieġ. L-operaturi ekonomiċi għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli ħarsa ġenerali ta' dan ir-rapport tal-awditu.

Emenda  88

 

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fir-rigward ta' azzjonijiet li jistgħu jeliminaw jew inaqqsu r-riskji ppreżentati minn prodotti disponibbli fis-suq minn dawk l-operaturi.

1. L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u fejn rilevanti ma' awtoritajiet oħra fir-rigward ta' azzjonijiet li jistgħu jeliminaw jew inaqqsu r-riskji ppreżentati minn prodotti magħmula disponibbli fis-suq minn dawk l-operaturi.

Emenda  89

 

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li l-miżura korrettiva meħuda tkun effettiva fl-eliminazzjoni jew fil-mitigazzjoni tar-riskji. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu lill-operaturi ekonomiċi jissottomettu rapporti ta' progress regolari u jiddeċiedu jekk il-miżura korrettiva tistax titqies bħala kompluta jew meta tista' titqies bħala kompluta.

5. L-operaturi ekonomiċi għandhom jiżguraw li l-miżura korrettiva meħuda tkun effettiva fl-eliminazzjoni jew fil-mitigazzjoni tar-riskji b'tali mod li l-prodott isir sikur skont it-tifsira tal-Artikoli 5, 6 u 7. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu lill-operaturi ekonomiċi jissottomettu rapporti ta' progress regolari u jiddeċiedu jekk il-miżura korrettiva tistax titqies bħala kompluta jew meta tista' titqies bħala kompluta.

Emenda  90

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Artikolu 4(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika wkoll għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għal "leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni" fl-Artikolu 4(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jinqraw bħala "Regolament […]".

1. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu stabbiliti fl-Unjoni jew għandu jkollhom persuna rappreżentanta fl-Unjoni sabiex iqiegħdu prodott kopert minn dan ir-Regolament fis-suq uniku, u għalhekk l-Artikolu 4(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/1020 applikabbli għall-prodotti armonizzati għandu japplika wkoll għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għal "leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni" fl-Artikolu 4(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jinqraw bħala "Regolament […]".

Emenda  91

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu perjodikament iwettaq ittestjar ta' kampjuni ta' prodotti magħżula b'mod aleatorju disponibbli fis-suq. Meta l-prodotti disponibbli fis-suq ikunu ġew soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 26(1) ta' dan ir-Regolament, l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu jwettaq, mill-inqas darba fis-sena, għad-durata kollha tad-deċiżjoni, ittestjar ta' kampjuni rappreżentattivi ta' prodotti disponibbli fis-suq magħżula taħt il-kontroll ta' uffiċjal ġudizzjarju jew ta' kwalunkwe persuna kkwalifikata maħtura mill-Istat Membru fejn jinsab l-operatur ekonomiku.

2. Minbarra l-kompiti msemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu perjodikament iwettaq ittestjar ta' kampjuni tal-kategoriji tal-prodotti elenkati l-aktar spiss fuq is-Safety Gate, li hu jkun għamel disponibbli fis-suq. Dawn il-prodotti għandhom jintgħażlu b'mod aleatorju u għandhom jinkludu prodotti li l-volumi tal-bejgħ tagħhom huma sinifikanti fir-rigward tal-volum medju tal-bejgħ tal-prodotti fl-istess kategorija. Meta l-prodotti disponibbli fis-suq ikunu ġew soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-Artikolu 26(1) ta' dan ir-Regolament, l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandu jwettaq, mill-inqas darba fis-sena, għad-durata kollha tad-deċiżjoni, ittestjar ta' kampjuni rappreżentattivi ta' prodotti disponibbli fis-suq magħżula taħt il-kontroll ta' uffiċjal ġudizzjarju jew ta' kwalunkwe persuna kkwalifikata maħtura mill-Istat Membru fejn jinsab l-operatur ekonomiku.

Emenda  92

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz postali u elettroniku, tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jiġu indikati fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ tiegħu, il-pakkett jew dokument ta' akkumpanjament.

3. L-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz postali u dak elettroniku u n-numru tat-telefon, tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/1020 għandhom jiġu indikati fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ tiegħu, il-pakkett jew dokument ta' akkumpanjament.

Emenda  93

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Intrapriżi żgħar u medji u mikrointrapriżi

 

1.  Sabiex l-operaturi ekonomiċi li huma SMEs u mikronegozji jkunu jistgħu jwettqu l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 19 u 20 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdilhom linji gwida prattiċi u gwida mfassla apposta li jinkludu simplifikazzjonijiet prattiċi mill-obbligi l-ġodda, fejn ikun possibbli, sabiex il-piż amministrattiv tagħhom jiġi limitat. Fl-istess ħin, għandu jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju.

 

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 41 biex tiggarantixxi l-appoġġ għall-SMEs u l-mikrointrapriżi kif spjegat fil-paragrafu 1.

Emenda  94

 

Proposta għal regolament

Artikolu 17 − paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi ta' prodotti, li huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, abbażi tal-inċidenti reġistrati fis-Safety Business Gateway, l-istatistika tas-Safety Gate, ir-riżultati tal-attivitajiet konġunti dwar is-sikurezza tal-prodotti u indikaturi jew evidenza rilevanti oħra, il-Kummissjoni tista' tirrikjedi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmlu disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema ta' traċċabbiltà.

1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi ta' prodotti, li huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, abbażi tal-inċidenti reġistrati fis-Safety Business Gateway, l-istatistika tas-Safety Gate, ir-riżultati tal-attivitajiet konġunti dwar is-sikurezza tal-prodotti u indikaturi jew evidenza rilevanti oħra, il-Kummissjoni għandha tirrikjedi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmlu disponibbli dawk il-prodotti fis-suq jistabbilixxu jew jaderixxu ma' sistema ta' traċċabbiltà jew jirrikjedu valutazzjoni tal-konformità minn parti terza indipendenti.

Emenda  95

 

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sistema ta' traċċabbiltà għandha tikkonsisti fil-ġbir u l-ħżin ta' data b'mezzi elettroniċi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodott, il-komponenti tiegħu jew tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-katina tal-provvista tiegħu kif ukoll fil-modalitajiet biex tintwera u tiġi aċċessata dik id-data, inkluż it-tqegħid ta' trasportatur tad-data fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokumenti ta' akkumpanjament.

2. Is-sistema ta' traċċabbiltà għandha tikkonsisti fil-ġbir u l-ħżin ta' data b'mezzi elettroniċi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodott, il-komponenti tiegħu jew tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-katina tal-provvista tiegħu kif ukoll fil-modalitajiet biex tintwera u tiġi aċċessata dik id-data, inkluż it-tqegħid ta' trasportatur tad-data fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokumenti ta' akkumpanjament. Il-modalitajiet tal-wiri għandhom jiżguraw it-traċċabbiltà billi jagħmlu disponibbli informazzjoni li tkun ċara, tkun tista' tinqara u tinftiehem.

Emenda  96

 

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 41 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:

3. F'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 41 mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi:

Emenda  97

 

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) tispeċifika l-perjodu taż-żamma tad-data li l-operaturi ekonomiċi jiġbru u jaħżnu permezz tas-sistema ta' traċċabbiltà kif imsemmi fil-paragrafu 2. Il-perjodu taż-żamma u l-modalitajiet iridu jiggarantixxu r-rispett għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda  98

 

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali jew elettroniku fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

(a) l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali jew elettroniku u n-numru tat-telefon fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

Emenda  99

 

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) informazzjoni biex jiġi identifikat il-prodott, inkluż it-tip u, fejn disponibbli, in-numru tal-lott jew tas-serje tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott;

(c) informazzjoni biex jiġi identifikat il-prodott, inkluż it-tip tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott;

Emenda  100

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-manifattur għandu jiżgura li, permezz tas-Safety Business Gateway imsemmi fl-Artikolu 25, inċident ikkawżat minn prodott imqiegħed jew disponibbli fis-suq jiġi nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn seħħ l-inċident fi żmien jumejn tax-xogħol mill-mument li jkun sar jaf dwar l-inċident. In-notifika għandha tinkludi t-tip u n-numru ta' identifikazzjoni tal-prodott kif ukoll iċ-ċirkostanzi tal-inċident jekk ikunu magħrufa. Il-manifattur għandu jinnotifika, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

1. Il-manifattur għandu jinnotifika permezz tas-Safety Business Gateway imsemmi fl-Artikolu 25, inċident li jirriżulta f'riskju serju għas-saħħa jew is-sikurezza ta' konsumatur jew li fil-fatt jirriżulta f'dannu lil xi konsumatur ikkawżat minn prodott imqiegħed jew disponibbli fis-suq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn seħħ l-inċident mingħajr dewmien żejjed mhux aktar tard mill-mument li fih ikun ġie infurmat dwar l-inċident. In-notifika għandha tinkludi t-tip u n-numru ta' identifikazzjoni tal-prodott kif ukoll iċ-ċirkostanzi tal-inċident jekk ikunu magħrufa. Il-manifattur għandu jinnotifika, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

Emenda  101

 

Proposta għal regolament

Artikolu 19 − paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-importaturi u d-distributuri li jkunu jafu b'inċident ikkawżat minn prodott li jkunu qiegħdu jew għamlu disponibbli fis-suq għandhom jinfurmaw lill-manifattur, li jista' jagħti struzzjonijiet lill-importatur jew lil wieħed mid-distributuri biex jipproċedu bin-notifika.

2. L-importaturi u d-distributuri li jkunu jafu b'inċident ikkawżat minn prodott li jkunu qiegħdu jew għamlu disponibbli fis-suq għandhom jinnotifikaw din l-informazzjoni permezz tas-Safety Business Gateway mingħajr dewmien żejjed mill-mument li fih isiru jafu bl-inċident u għandhom jinfurmaw lill-manifattur mingħajr dewmien żejjed.

Emenda  102

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-swieq online għandhom jistabbilixxu punt uniku ta' kuntatt li jippermetti komunikazzjoni diretta mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' sikurezza tal-prodotti, b'mod partikolari għal ordnijiet li jikkonċernaw offerti ta' prodotti perikolużi.

1. Is-swieq online għandhom jistabbilixxu punt uniku ta' kuntatt bl-għan li jiggarantixxu komunikazzjoni rapida u diretta mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u dawk doganali, fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' sikurezza tal-prodotti, b'mod partikolari għal ordnijiet li jikkonċernaw offerti ta' prodotti perikolużi.

Emenda  103

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-swieq online għandhom jirreġistraw mal-portal Safety Gate u jindikaw fuq il-portal l-informazzjoni dwar il-punt uniku ta' kuntatt tagħhom.

Is-swieq online għandhom jirreġistraw mal-portal Safety Gate u jindikaw fuq il-portal l-informazzjoni dwar il-punt uniku ta' kuntatt tagħhom.

 

Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-isem, l-indirizz postali u l-indirizz elettroniku u n-numru tat-telefon tal-punt uniku ta' kuntatt tagħhom. Is-swieq online għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-punt ta' kuntatt tagħhom tkun aġġornata u għandhom jaġġornaw l-informazzjoni mingħajr dewmien, jekk ikun meħtieġ.

Emenda  104

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F'dak li jikkonċerna s-setgħat mogħtija mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħa, għall-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jordnaw lil suq online biex ineħħi kontenut illegali speċifiku li jirreferi għal prodott perikoluż mill-interfaċċa online tiegħu, jiddiżattiva l-aċċess għalih jew juri twissija espliċita lill-utenti finali meta jaċċessawh. Dawn l-ordnijiet għandu jkun fihom dikjarazzjoni tar-raġunijiet u għandhom jispeċifikaw lokatur jew lokaturi uniformi tar-riżorsi preċiżi u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut illegali kkonċernat. Dawn jistgħu jiġu trażmessi permezz tal-portal Safety Gate.

2. F'dak li jikkonċerna s-setgħat mogħtija mill-Istati Membri f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2019/1020, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom is-setgħa, għall-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jordnaw lil suq online biex ineħħi kontenut illegali speċifiku li jirreferi għal prodott perikoluż mill-interfaċċa online tiegħu, jiddiżattiva l-aċċess għalih jew juri twissija espliċita lill-utenti finali meta jaċċessawh. Dawn l-ordnijiet għandu jkun fihom dikjarazzjoni ċara tar-raġunijiet u għandhom jispeċifikaw lokatur jew lokaturi uniformi tar-riżorsi preċiżi u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali disponibbli li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott perikoluż ikkonċernat. Dawn jistgħu jiġu trażmessi permezz tal-portal Safety Gate.

Emenda  105

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-swieq online għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirċievu u jipproċessaw l-ordnijiet maħruġa f'konformità ma' dan il-paragrafu. Huma għandhom jaġixxu mal-wasla tal-ordni maħruġa mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol fl-Istat Membru fejn jopera s-suq online, mill-wasla tal-ordni. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq emittenti dwar l-effett mogħti lill-ordni billi jużaw il-kuntatti tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ippubblikati fis-Safety Gate.

Is-swieq online għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jirċievu u jipproċessaw l-ordnijiet maħruġa f'konformità ma' dan il-paragrafu. Huma għandhom jaġixxu mal-wasla tal-ordni maħruġa mingħajr dewmien żejjed. Jekk l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikun fiha biżżejjed dettalji biex il-prodott perikoluż jiġi identifikat minnufih, is-swieq online għandhom jaġixxu fi żmien jum tax-xogħol wieħed. Jekk is-swieq online ikollhom iwettqu riċerka addizzjonali sabiex jidentifikaw il-prodott, imbagħad għandhom jaġixxu fi żmien jumejn tax-xogħol fl-Istat Membru fejn jopera s-suq online, mill-wasla tal-ordni. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq emittenti dwar l-effett mogħti lill-ordni billi jużaw il-kuntatti tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ippubblikati fis-Safety Gate.

Emenda  106

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-swieq online għandhom iqisu l-informazzjoni regolari dwar prodotti perikolużi nnotifikata mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f'konformità mal-Artikolu 24, riċevuta permezz tal-portal Safety Gate, għall-fini tal-applikazzjoni tal-miżuri volontarji tagħhom immirati lejn l-identifikazzjoni, it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għall-kontenut illegali li jirreferi għal prodotti perikolużi offruti fis-suq tagħhom, fejn applikabbli. Huma għandhom jinfurmaw lill-awtorità li tkun għamlet in-notifika fis-Safety Gate dwar kwalunkwe azzjoni meħuda billi jużaw il-kuntatti tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ippubblikati fis-Safety Gate.

imħassar

Emenda  107

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Is-swieq online għandhom jagħtu tweġiba xierqa mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, fl-Istat Membru fejn jopera s-suq online, għal avviżi relatati ma' kwistjonijiet ta' sikurezza tal-prodotti u prodotti perikolużi riċevuti f'konformità mal-[Artikolu 14] tar-Regolament (UE) […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE.

4. Is-swieq online għandhom jagħtu tweġiba xierqa mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ fi żmien jumejn tax-xogħol, fl-Istat Membru fejn jopera s-suq online, għal avviżi relatati ma' kwistjonijiet ta' sikurezza tal-prodotti u prodotti perikolużi riċevuti f'konformità mal-[Artikolu 14] tar-Regolament (UE) […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE.

Emenda  108

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE, is-swieq online għandhom ifasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b'mod li l-kummerċjanti jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott offrut u jiżguraw li din tintwera jew li b'xi mod ieħor tkun faċilment aċċessibbli mill-konsumaturi fuq l-elenkar tal-prodott:

5. Għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) […/…] dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE, is-swieq online għandhom ifasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b'mod li l-kummerċjanti jkunu jistgħu jużaw is-servizz tagħhom biex jikkonformaw ma' dan ir-Regolament. Is-swieq online għandhom jiżguraw li l-kummerċjanti jipprovdu l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott offrut u jiżguraw li din tintwera jew li b'xi mod ieħor issir faċilment aċċessibbli u tinftiehem mill-konsumaturi fis-suq permezz tal-interfaċċa online;

Emenda  109

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali jew elettroniku fejn jistgħu jiġu kkuntattjati;

(a) l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat u/jew it-trademark irreġistrata tal-manifattur, kif ukoll l-indirizz postali jew dak elettroniku u n-numru tat-telefon fejn il-manifattur jista' jiġi kkuntattjat;

Emenda  110

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tal-persuna responsabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 15(1);

(b) meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz elettroniku tal-persuna responsabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 15(1) ta' dan ir-Regolament;

Emenda  111

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) informazzjoni biex jiġi identifikat il-prodott, inkluż it-tip u, fejn disponibbli, in-numru tal-lott jew tas-serje tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott;

(c) l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi identifikat il-prodott, inkluż it-tip u, fejn disponibbli, in-numru tal-lott jew tas-serje tiegħu u kwalunkwe identifikatur ieħor tal-prodott;

Emenda  112

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) kwalunkwe twissija jew informazzjoni dwar is-sikurezza li għandha titwaħħal fuq il-prodott jew li takkumpanjah f'konformità ma' dan ir-Regolament jew mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi.

(d) kwalunkwe twissija jew informazzjoni dwar is-sikurezza li għandha titwaħħal fuq il-prodott jew li takkumpanjah f'konformità ma' dan ir-Regolament jew mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-konsumaturi.

Emenda  113

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragraf 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

a. Is-swieq online għandhom jiżguraw li l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 5 ipprovduta mill-kummerċjant tkun kompluta qabel ma l-prodotti jitħallew jiġu offruti fis-suq permezz tal-interfaċċi online tagħhom.

 

b. Is-suq online, malli jirċievi l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 5 u sa tmiem ir-relazzjoni kuntrattwali mal-kummerċjant, għandu jagħmel l-aħjar sforzi biex jiċċekkja l-informazzjoni pprovduta mill-kummerċjant permezz tal-użu ta' kwalunkwe bażi tad-data online uffiċjali aċċessibbli mingħajr ħlas jew interfaċċa online li ssir disponibbli minn Stat Membru jew mill-Unjoni jew permezz ta' talbiet lill-utent kummerċjali biex jipprovdi dokumenti ġustifikattivi mingħand sorsi affidabbli.

 

c. Fejn is-suq online jottjeni biżżejjed indikazzjonijiet jew ikollu raġunijiet biex jemmen li l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 5 mhijiex eżatta jew korretta, għandu jitlob lill-kummerċjant jikkoreġi l-informazzjoni sa fejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li l-informazzjoni kollha tkun preċiża u kompluta minnufih sabiex ikun jista' jiġi offrut il-prodott fuq l-interfaċċa tiegħu. Meta l-kummerċjant jonqos milli jikkoreġi jew jikkompleta dik l-informazzjoni, is-suq online għandu jissospendi temporanjament il-forniment tas-servizz tiegħu lill-kummerċjant f'dak li għandu x'jaqsam mal-offerta ta' prodotti lill-konsumaturi sakemm it-talba tiġi ssodisfata għalkollox.

 

Is-swieq online għandhom jirrapportaw lil dawk il-kummerċjanti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Business Safety Gateway.

 

d. Is-swieq online minn żmien għal żmien għandhom iwettqu spezzjonijiet viżwali u ttestjar ta' kampjuni ta' prodotti magħżula b'mod aleatorju b'kunsiderazzjoni ta' rapporti preċedenti, ta' bażijiet tad-data, ta' rieżamijiet u ta' riskji u ħsarat potenzjali għall-konsumaturi.

 

e. Is-swieq online għandhom jistabbilixxu konnessjoni mas-Safety Gate, pereżempju permezz ta' interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (API), li tippermettilhom iqabblu malajr u b'mod effiċjenti l-prodotti jew il-kategoriji ta' prodotti offruti fis-suq tagħhom fejn ikollhom raġuni biex jemmnu li l-prodotti huma perikolużi. Jekk dan il-proċess jiskopri prodott li qabel kien instab li kien perikoluż, is-suq online għandu jinforma lill-kummerċjant u jħassar il-kontenut malajr u b'mod effiċjenti. Barra minn hekk, is-suq online għandu jistabbilixxi bażi tad-data interna ta' dawk il-prodotti perikolużi li jkunu tneħħew qabel u jagħmel l-aħjar sforzi biex jevita li dawk il-prodotti jerġgħu jitfaċċaw fuq l-interfaċċa online tagħhom. Is-suq online għandu jinforma lill-awtorità kompetenti emittenti bi kwalunkwe azzjoni ta' segwitu li jkun se jieħu f'dan ir-rigward.

 

L-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu ma għandha twassal għall-ebda obbligu ġenerali ta' monitoraġġ u għandha tkun soġġetta għal rieżami minn bniedem.

 

f. Is-swieq online li jkunu ġew informati b'aċċident li jirriżulta f'riskju serju jew ħsara reali għas-saħħa jew is-sikurezza ta' konsumatur ikkawżat minn prodott li jkun sar disponibbli fis-suq tagħhom għandhom jinnotifikaw dan mingħajr dewmien żejjed lis-Safety Business Gateway u jinfurmaw lill-manifattur b'dan.

 

g. Is-swieq online għandhom jiżguraw li l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 5 tkun faċilment aċċessibbli u tinftiehem għall-konsumaturi mill-interfaċċi online tagħhom. L-interfaċċa online tas-swieq online għandha tippermetti wkoll lill-konsumaturi jifhmu d-drittijiet tagħhom f'każ ta' kwistjoni relatata mas-sikurezza tal-prodotti.

Emenda  114

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kooperazzjoni biex jiġu żgurati sejħiet lura effettivi tal-prodotti, inkluż billi jiġi evitat li jitqiegħdu ostakli għas-sejħiet lura tal-prodotti;

(a) kooperazzjoni biex jiġu żgurati sejħiet lura effettivi tal-prodotti, inkluż billi jiġi evitat li jitqiegħdu ostakli għas-sejħiet lura tal-prodotti u jiġi ppubblikat l-avviż tas-sejħa lura fuq is-sit web tagħhom;

Emenda  115

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) li jiġi permess l-aċċess għall-interfaċċi tagħhom għall-għodod online mħaddma mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jidentifikaw prodotti perikolużi;

(d) li jiġi permess l-aċċess għall-interfaċċi tagħhom għall-għodod online mħaddma mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jidentifikaw prodotti perikolużi filwaqt li jirrispettaw informazzjoni kummerċjali sensittiva;

Emenda  116

 

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom japplikaw dan ir-Regolament filwaqt li jqisu l-prinċipju ta' prekawzjoni b'mod proporzjonat.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu xiri bil-moħbi inkluż fi swieq tax-xiri online, fuq bażi regolari sabiex jivverifikaw b'mod partikolari s-sikurezza tal-kategorji tal-prodotti li huma indikati l-aktar fuq is-Safety Gate;

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 22a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull miżura meħuda mill-awtoritajiet kompetenti li tinvolvi restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodott jew li tirrikjedi l-irtirar jew is-sejħa lura tista' tiġi sfidata quddiem il-qrati kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Introduzzjoni mill-ġdid mid-Direttiva dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti (DSĠP).

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkompli tiżviluppa u żżomm sistema ta' twissija rapida għall-iskambju ta' informazzjoni dwar miżuri korrettivi li jikkonċernaw prodotti perikolużi ("is-Safety Gate").

1. Il-Kummissjoni għandha tkompli tiżviluppa u timmodernizza s-sistema ta' twissija rapida għall-iskambju ta' informazzjoni dwar miżuri korrettivi li jikkonċernaw prodotti perikolużi ("is-Safety Gate"), kif ukoll ittejjeb l-effiċjenza tagħha, b'mod partikolari billi tipprovdi interfaċċa interoperabbli għas-swieq online biex jorbtu s-sit web tagħhom mas-Safety Gate, sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw b'mod faċli, malajr u b'mod affidabbli l-prodotti u l-kategorji tal-prodotti.

Ġustifikazzjoni

Ir-Rapex (Safety Gate) eżistenti jeħtieġ li tiġi aġġornata. Jekk is-swieq online jintalbu jassumu aktar responsabbiltà milli neħtieġu biex niżguraw li fil-fatt jistgħu jagħmlu dak li jintalbu jagħmlu. Huwa biss jekk is-Safety Gate tippermetti informazzjoni rapida, affidabbli u preċiża ta' prodott perikoluż li s-swieq online jistgħu jintablu jivverifikaw din is-sistema qabel ma jqiegħdu l-prodott online.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-konsumaturi għandu jkollhom aċċess għas-Safety Gate skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32. Huma għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar il-prodotti li jistgħu jkunu ta' riskju għas-saħħa u għal żona separata fil-portal fejn jistgħu jinformaw lill-Kummissjoni dwar prodotti li jippreżentaw riskju għal saħħithom.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Il-Kummissjoni għandha tagħti ħarsa ġenerali separata tal-manifatturi u l-kummerċjanti li l-prodotti tagħhom ġew innotifikati u nstabu li mhumiex sikuri fis-Safe Gate aktar minn tliet darbiet, u tal-manifatturi li jkunu tħassru mis-swieq online bħala riżultat ta' ksur ripetut.

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. L-operaturi ekonomiċi għandhom jiġu informati dwar id-deċiżjoni li l-prodott tagħhom jiġi inkluż fis-Safety Gate mingħajr dewmien żejjed. Fejn operatur ekonomiku jemmen li l-prodott tiegħu ġie inkluż fis-Safety Gate b'mod żbaljat, huwa għandu jkun jista' jipprovdi kummenti lill-awtorità tas-sorveljanza tas-suq rilevanti. Il-proċedura ta' sejħa lura ma għandhiex titwaqqaf qabel ma jkun instab li t-talba tal-operatur ekonomiku hi leġittima.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 8b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8b. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex tiżgura infurzar aktar uniformi u komunikazzjoni legalment ċerta meta tkun qed tittratta n-notifiki ta' sejħa lura u t-talbiet rispettivi mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm web portal li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lill-konsumaturi bl-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(11), 9(2) punt c), 10(8), 11(3), 11(4) u l-Artikolu 19.

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm web portal faċilment aċċessibbli li jippermetti lill-operaturi ekonomiċi jipprovdu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u lill-konsumaturi l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 8(11), 9(2) punt c), 10(8), 11(3), 11(4) u l-Artikolu 19 li għandu jkun aċċessibbli għall-konsumaturi b'diżabilità.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk il-Kummissjoni ssir taf bi prodott, jew kategorija jew grupp speċifiku ta' prodotti li joħolqu riskju serju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, hija tista' tieħu kwalunkwe miżura xierqa, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Istati Membri, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, adattati għall-gravità u l-urġenza tas-sitwazzjoni jekk, fl-istess ħin:

1. Jekk il-Kummissjoni ssir taf bi prodott, jew kategorija jew grupp speċifiku ta' prodotti li joħolqu riskju serju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, hija tista' tieħu kwalunkwe miżura xierqa, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Istati Membri, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, adattati għall-gravità u l-urġenza tas-sitwazzjoni jekk:

Ġustifikazzjoni

Jekk il-kriterji jkunu kumulattivi, il-mandat tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni huwa limitat wisq.

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ir-riskju jista' jiġi eliminat biss b'mod effettiv billi jiġu adottati l-miżuri xierqa applikabbli fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġi żgurat livell konsistenti u għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(c) ir-riskju jista' jiġi eliminat biss b'mod effettiv billi jiġu adottati l-miżuri xierqa u proporzjonati applikabbli fil-livell tal-Unjoni, sabiex jiġi żgurat livell konsistenti u għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji, il-prodotti perikolużi, il-metodi u r-riżultati tat-testijiet, l-iżviluppi xjentifiċi reċenti kif ukoll aspetti oħra rilevanti għall-attivitajiet tal-kontroll;

(a) l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji, il-prodotti perikolużi, il-metodi u r-riżultati tat-testijiet, l-iżviluppi xjentifiċi reċenti kif ukoll aspetti oħra rilevanti għall-attivitajiet tal-kontroll bħall-kunsiderazzjoni tal-Istandards Ewropej biex tiġi pprovduta preżunzjoni ta' konformità ma' dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jinżammu infurmati dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tas-sikurezza tal-prodotti.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jiddeċiedu li jwettqu azzjonijiet simultanji kkoordinati ta' kontroll ("sweeps") ta' kategoriji ta' prodotti partikolari biex jivverifikaw il-konformità ma' dan ir-Regolament jew biex jidentifikaw ksur ta' dan ir-Regolament.

1. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu azzjonijiet simultanji kkoordinati ta' kontroll ("sweeps") fuq bażi regolari, mill-inqas darba f'sena, li fihom jivverifikaw il-konformità ma' dan ir-Regolament jew jidentifikaw ksur online u offline ta' dan ir-Regolament.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri dwar prodotti li joħolqu riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi għandha tkun disponibbli b'mod ġenerali lill-pubbliku, f'konformità mar-rekwiżiti tat-trasparenza u mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet ta' monitoraġġ u investigazzjoni. B'mod partikolari, il-pubbliku għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-prodotti, in-natura tar-riskju u l-miżuri meħuda. Din l-informazzjoni għandha tingħata f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.

1. L-informazzjoni disponibbli lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew lill-Kummissjoni fir-rigward tal-miżuri dwar prodotti li joħolqu riskji għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi jew informazzjoni meqjusa rilevanti sabiex jiġu protetti l-interessi tal-utenti finali għandha tkun disponibbli lill-pubbliku, f'konformità mar-rekwiżiti tat-trasparenza u mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet ta' monitoraġġ u investigazzjoni. B'mod partikolari, il-pubbliku għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-prodotti, in-natura tar-riskju u l-miżuri meħuda. Din l-informazzjoni għandha tingħata f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni relatata mal-miżuri dwar il-prodotti jew is-sikurezza tal-prodotti għandha tkun disponibbli għall-utenti finali kollha.

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-konsumaturi u lill-partijiet interessati l-oħra l-opportunità li jissottomettu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti rigward is-sikurezza tal-prodotti u dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza u kontroll u dawn l-ilmenti għandhom jiġu segwiti kif xieraq.

4. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-konsumaturi jew organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-konsumaturi u lill-partijiet interessati l-oħra l-opportunità li jissottomettu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti rigward is-sikurezza tal-prodotti u dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza u kontroll u dawn l-ilmenti għandhom jiġu segwiti kif xieraq. L-awtorità li lilha jkun tressaq l-ilment għandha tinforma lill-ilmentatur bil-progress tal-proċedimenti u bid-deċiżjoni meħuda.

 

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha żżomm portal Safety Gate, li jipprovdi lill-pubbliku ġenerali b'aċċess liberu għal informazzjoni magħżula nnotifikata f'konformità mal-Artikolu 24.

1. Għall-finijiet tal-Artikolu 31(1) u l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha żżomm portal Safety Gate, li jipprovdi lill-pubbliku ġenerali b'aċċess liberu għal informazzjoni magħżula nnotifikata f'konformità mal-Artikolu 24. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dan is-sit web ikun jista' jinstab faċilment u jkun aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali.

 

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F'każ ta' sejħa lura jew fejn ċerta informazzjoni trid tinġieb għall-attenzjoni tal-konsumaturi biex jiġi żgurat l-użu sikur ta' prodott ("twissija ta' sikurezza"), l-operaturi ekonomiċi, f'konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom kif previst fl-Artikoli 8, 9, 10 u 11, għandhom jinnotifikaw direttament lill-konsumaturi affettwati kollha li jistgħu jidentifikaw. L-operaturi ekonomiċi li jiġbru d-data personali tal-klijenti tagħhom għandhom jagħmlu użu minn din l-informazzjoni għal sejħiet lura u twissijiet ta' sikurezza.

1. F'każ ta' sejħa lura jew fejn ċerta informazzjoni trid tinġieb għall-attenzjoni tal-utenti finali biex jiġi żgurat l-użu sikur ta' prodott ("twissija ta' sikurezza"), l-operaturi ekonomiċi, f'konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom kif previst fl-Artikoli 8, 9, 10, 11 u 12, għandhom jinnotifikaw direttament lill-konsumaturi affettwati kollha li jistgħu jidentifikaw. L-operaturi ekonomiċi li jiġbru d-data personali tal-klijenti tagħhom għandhom jagħmlu użu minn din l-informazzjoni neċessarja għal sejħiet lura u twissijiet ta' sikurezza. Filwaqt li jqisu l-protezzjoni tad-data, is-swieq online għandhom jgħinu lill-operaturi ekonomiċi f'każ li jkunu biegħu il-prodott rispettiv fis-suq tagħhom biex jiksbu d-data tal-klijent speċifika meħtieġa sabiex titwettaq sejħa lura effiċjenti.

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta l-operaturi ekonomiċi jkollhom sistemi ta' reġistrazzjoni tal-prodotti jew programmi ta' lealtà tal-klijenti fis-seħħ għal finijiet oħra minbarra li jikkuntattjaw lill-klijenti tagħhom b'informazzjoni dwar is-sikurezza, huma għandhom joffru l-possibbiltà lill-klijenti tagħhom li jipprovdu dettalji ta' kuntatt separati biss għall-finijiet ta' sikurezza. Id-data personali miġbura għal dak il-għan għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ u tista' tintuża biss biex jiġu kkuntattjati l-konsumaturi f'każ ta' sejħa lura jew twissija ta' sikurezza.

2. Meta l-operaturi ekonomiċi jkollhom sistemi ta' reġistrazzjoni tal-prodotti jew programmi ta' lealtà tal-klijenti fis-seħħ għal finijiet oħra minbarra li jikkuntattjaw lill-klijenti tagħhom b'informazzjoni dwar is-sikurezza, huma għandhom joffru l-possibbiltà lill-klijenti tagħhom li jipprovdu dettalji ta' kuntatt separati biss għall-finijiet ta' sikurezza. Id-data personali miġbura għal dak il-għan għandha tkun limitata għall-minimu meħtieġ u għandha tintuża biss biex jiġu kkuntattjati l-konsumaturi f'każ ta' sejħa lura jew twissija ta' sikurezza.

Ġustifikazzjoni

Id-data personali pprovduta għas-sistemi ta' reġistrazzjoni tal-prodotti għandha tintuża biss b'rabta ma' sejħiet lura.

Emenda  134

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk mhux il-konsumaturi affettwati kollha jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati direttament, l-operaturi ekonomiċi, f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom ixerrdu avviż ta' sejħa lura jew twissija ta' sikurezza permezz ta' mezzi xierqa oħra, filwaqt li jiżguraw l-usa' firxa possibbli inkluż, fejn disponibbli: is-sit web tal-kumpanija, il-mezzi tal-midja soċjali, bullettini u l-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u, kif xieraq, avviżi fil-midja tal-massa u mezzi oħra ta' komunikazzjoni. L-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-konsumaturi b'diżabilità.

4. Jekk mhux il-konsumaturi affettwati kollha jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati direttament anke mingħajr l-għajnuna tas-swieq online f'konformità mal-paragrafu 1, l-operaturi ekonomiċi, f'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, għandhom ixerrdu avviż ta' sejħa lura jew twissija ta' sikurezza permezz ta' mezzi xierqa oħra, filwaqt li jiżguraw l-usa' firxa possibbli inkluż, fejn disponibbli: is-sit web tal-kumpanija, il-mezzi tal-midja soċjali, bullettini u l-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u, kif xieraq, avviżi fil-midja tal-massa u mezzi oħra ta' komunikazzjoni. L-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-konsumaturi b'diżabilità.

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) deskrizzjoni ċara tal-periklu assoċjat mal-prodott imsejjaħ lura, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe element li jista' jnaqqas il-perċezzjoni tar-riskju tal-konsumaturi, inklużi termini u espressjonijiet bħal "volontarji", "prekawzjoni", "diskrezzjonali", "f'sitwazzjonijiet rari/speċifiċi" kif ukoll billi jiġi indikat li ma kien hemm l-ebda inċident irrapportat;

(c) deskrizzjoni ċara tal-periklu assoċjat mal-prodott imsejjaħ lura, mingħajr l-ebda element li jista' jnaqqas il-perċezzjoni tar-riskju tal-konsumaturi, inklużi termini u espressjonijiet bħal "volontarji", "prekawzjoni", "diskrezzjonali", "f'sitwazzjonijiet rari/speċifiċi" kif ukoll billi jiġi indikat li ma kien hemm l-ebda inċident irrapportat;

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi jistgħu jiġu mqarrqa u għalhekk dawn l-elementi qarrieqa mhux biss għandhom jiġu evitati iżda assolutament ma għandhomx jintużaw.

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2019/771, fil-każ ta' sejħa lura, l-operatur ekonomiku responsabbli għas-sejħa lura għandu joffri lill-konsumatur rimedju effettiv, mingħajr ħlas u f'waqtu. Dak ir-rimedju għandu jikkonsisti f'mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2019/771, fil-każ ta' sejħa lura, l-operatur ekonomiku responsabbli għas-sejħa lura għandu joffri lill-konsumatur rimedju effettiv, mingħajr ħlas u f'waqtu. Sabiex il-merkanzija tinġieb f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-konsumatur jista' jagħżel bejn wieħed minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jagħżlu bejn ir-rimedji kif inhu l-każ f'leġiżlazzjoni oħra tal-UE dwar il-konsumaturi.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-tiswija, ir-rimi jew il-qerda tal-prodott mill-konsumaturi għandha titqies biss bħala rimedju effettiv fejn tkun tista' titwettaq faċilment u b'mod sikur mill-konsumatur. F'każijiet bħal dawn, l-operatur ekonomiku responsabbli għas-sejħa lura għandu jipprovdi lill-konsumaturi bl-istruzzjonijiet meħtieġa u/jew, fil-każ ta' awtotiswija, b'parts tal-bdil bla ħlas jew b'aġġornamenti tas-software.

2. It-tiswija, ir-rimi jew il-qerda tal-prodott mill-konsumaturi għandha titqies biss bħala rimedju effettiv fejn tkun tista' titwettaq faċilment u b'mod sikur mill-konsumatur. F'każijiet bħal dawn, l-operatur ekonomiku responsabbli għas-sejħa lura għandu jipprovdi lill-konsumaturi bl-istruzzjonijiet meħtieġa u/jew, fil-każ ta' awtotiswija, b'parts tal-bdil bla ħlas jew b'aġġornamenti tas-software inklużi r-riskji potenzjali kif ukoll il-konsegwenzi tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi għandhom ikunu infurmati tajjeb meta jwettqu tiswijiet huma stess.

Emenda  138

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2a (new)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Id-dritt għal rimedju stabbilit f'dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 85/374/KEE.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tiċċara li anke meta l-konsumaturi jirċievu rimedju għal prodott imsejjaħ lura skont ir-Regolament dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti (GPSR), id-dritt tagħhom li jitolbu kumpens għad-danni skont id-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà għall-Prodotti ma jiġix affettwat.

Emenda  139

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) nuqqas ta' konformità mal-obbligi tat-traċċabbiltà u ta' informazzjoni tal-operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikoli 8, 9, 10, 11 u 18 u 19;

(d) nuqqas ta' konformità mal-obbligi tat-traċċabbiltà u ta' informazzjoni tal-operaturi ekonomiċi msemmija fl-Artikoli 8, 9, 10, 11 u 18, 19 u 20;

Emenda  140

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. fejn il-penali jkopru biss ammont baxx.

Emenda  141

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa [daħħal id-data ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ] il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jivvaluta b'mod partikolari jekk dan ir-Regolament laħaqx l-objettiv li titjieb il-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi filwaqt li jqis l-impatt tiegħu fuq in-negozji u b'mod partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u medji.

1. Sa [daħħal id-data ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ] il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jivvaluta b'mod partikolari jekk dan ir-Regolament laħaqx l-objettiv li titjieb il-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi b'mod partikolari fir-rigward tat-titjib tat-traċċabbiltà, il-livell u l-funzjonament tas-sorveljanza tas-suq, ix-xogħol ta' standardizzazzjoni, il-funzjonament tas-Safety Gate, l-isfidi ppreżentati minn teknoloġiji ġodda u mis-swieq online.

Ġustifikazzjoni

L-evalwazzjoni għandha tkopri speċifikament xi wħud mill-aktar aspetti rilevanti għas-sikurezza tal-konsumatur.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Regolament dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Referenzi

COM(2021)0346 – C9-0245/2021 – 2021/0170(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.9.2021

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.9.2021

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

René Repasi

2.2.2022

Rapporteur għal opinjoni preċedenti

Evelyne Gebhardt

Eżami fil-kumitat

28.10.2021

1.12.2021

 

 

Data tal-adozzjoni

15.3.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Manon Aubry, Gunnar Beck, Ilana Cicurel, Geoffroy Didier, Pascal Durand, Jean-Paul Garraud, Gilles Lebreton, Sabrina Pignedoli, Jiří Pospíšil, Franco Roberti, Raffaele Stancanelli, Marie Toussaint, Adrián Vázquez Lázara, Axel Voss, Marion Walsmann, Tiemo Wölken, Lara Wolters, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Patrick Breyer, Daniel Buda, Caterina Chinnici, Heidi Hautala, René Repasi, Nacho Sánchez Amor, Stéphane Séjourné

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

PPE

Pascal Arimont, Daniel Buda, Geoffroy Didier, Jiří Pospíšil, Axel Voss, Marion Walsmann, Javier Zarzalejos

S&D

René Repasi, Franco Roberti, Nacho Sánchez Amor, Lara Wolters, Tiemo Wölken

Renew

Ilana Cicurel, Pascal Durand, Stéphane Séjourné, Adrián Vázquez Lázara

ID

Jean‑Paul Garraud, Gilles Lebreton

Verts/ALE

Patrick Breyer, Marie Toussaint

ECR

Raffaele Stancanelli

 

0

-

 

 

 

1

0

ID

Gunnar Beck,

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

 

 


 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Regolament dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Referenzi

COM(2021)0346 – C9-0245/2021 – 2021/0170(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

1.7.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

13.9.2021

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

13.9.2021

ENVI

13.9.2021

ITRE

13.9.2021

JURI

13.9.2021

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

INTA

14.7.2021

ENVI

6.9.2021

ITRE

14.7.2021

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Dita Charanzová

15.7.2021

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.9.2021

10.1.2022

28.2.2022

21.4.2022

Data tal-adozzjoni

16.6.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Alessandra Basso, Brando Benifei, Adam Bielan, Andrea Caroppo, Anna Cavazzini, Dita Charanzová, Deirdre Clune, Alexandra Geese, Sandro Gozi, Maria Grapini, Krzysztof Hetman, Virginie Joron, Eugen Jurzyca, Arba Kokalari, Marcel Kolaja, Kateřina Konečná, Andrey Kovatchev, Maria-Manuel Leitão-Marques, Adriana Maldonado López, Beata Mazurek, Leszek Miller, René Repasi, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Róża Thun und Hohenstein, Kim Van Sparrentak, Marion Walsmann

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Campomenosi, Maria da Graça Carvalho, Geoffroy Didier, Malte Gallée, Stelios Kouloglou, Karen Melchior, Tsvetelina Penkova, Antonio Maria Rinaldi, Marc Tarabella, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Beer, Rosanna Conte, Vlad Gheorghe, Ondřej Kovařík

Data tat-tressiq

24.6.2022

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ECR

Adam Bielan, Eugen Jurzyca, Beata Mazurek, Kosma Złotowski

ID

Alessandra Basso, Marco Campomenosi, Rosanna Conte, Virginie Joron, Antonio Maria Rinaldi

PPE

Pablo Arias Echeverría, Andrea Caroppo, Maria da Graça Carvalho, Deirdre Clune, Geoffroy Didier, Krzysztof Hetman, Arba Kokalari, Andrey Kovatchev, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Marion Walsmann

RENEW

Nicola Beer, Dita Charanzová, Vlad Gheorghe, Sandro Gozi, Ondřej Kovařík, Karen Melchior, Róża Thun und Hohenstein

S&D

Brando Benifei, Maria Grapini, Maria-Manuel Leitão-Marques, Adriana Maldonado López, Leszek Miller, Tsvetelina Penkova, René Repasi, Christel Schaldemose, Marc Tarabella

VERTS/ALE

Anna Cavazzini, Malte Gallée, Alexandra Geese, Kim Van Sparrentak

 

1

-

VERTS/ALE

Marcel Kolaja

 

2

0

THE LEFT

Kateřina Konečná, Stelios Kouloglou

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Lulju 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza