RAPPORT dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida Aġġornata għall-Ewropa: allinjament tal-infiq mal-politika
19.7.2022 - (2022/2008(INI))
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Tom Berendsen
- MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- OPINJONI TAL-MINORANZA
- ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU
- INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida Aġġornata għall-Ewropa: allinjament tal-infiq mal-politika
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikoli 9, 151, 152, 153(1) u (2) tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 173 tiegħu, li jirrigwarda l-politika industrijali tal-UE u jirreferi, fost affarijiet oħra, għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu u l-Protokoll Nru 2 tiegħu dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Frar 2020 bit-titolu "Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa" (COM(2020)0067),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa" (COM(2020)0102),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Strateġija għall-SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali" (COM(2020)0103),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Pjan ta' Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari - Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva" (COM(2020)0098),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Lulju 2020 bit-titolu "Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima" (COM(2020)0301),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 bit-titolu "Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa", (COM(2021)0350),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2021 bit-titolu ""Lesti għall-Mira ta' 55 %": nilħqu l-Mira Klimatika tal-UE għall-2030 fi triqitna lejn in-newtralità klimatika" (COM(2021)0550),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Jannar 2022 bit-titolu "Ekosistemi industrijali, awtonomija strateġika u benessri",
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-2 ta' Diċembru 2021 bit-titolu "Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa"[1],
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 bit-titolu "Annual Single Market Report 2021" (Rapport Annwali dwar is-Suq Uniku 2021) (SWD(2021)0351),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 bit-titolu "Strategic dependencies and capacities" (Dipendenzi u kapaċitajiet strateġiċi) (SWD(2021)0352),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 bit-titolu "Lejn azzar Ewropew kompetittiv u nadif" (SWD(2021)0353),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-2019 tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar Industriji Intensivi fl-Enerġija bit-titolu "Pjan Ġenerali għal Trasformazzjoni Kompetittiva tal-Industriji Intensivi fl-Enerġija tal-UE – li Tippermetti Ekonomija Ċirkolari Newtrali għall-Klima sal-2050",
– wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija tal-2021 bit-titolu "Emissjonijiet żero netti sal-2050: Pjan Direzzjonali għas-Settur tal-Enerġija Globali",
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2018 dwar "Strateġija futura għall-Politika Industrijali tal-UE",
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Mejju 2019 dwar strateġija ta' politika industrijali futura tal-UE: viżjoni għall-2030,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2020 dwar irkupru li jmexxi 'l quddiem it-tranżizzjoni lejn industrija tal-UE aktar dinamika, reżiljenti u kompetittiva,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar li nagħmlu l-irkupru ċirkolari u ekoloġiku,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew[2],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha[3],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2020 dwar strateġija industrijali ġdida għall-Ewropa[4],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar strateġija ġdida għall-SMEs Ewropej[5],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Frar 2021 dwar il-pjan ta' azzjoni ġdid għall-ekonomija ċirkolari[6],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2021 dwar strateġija Ewropea għall-idroġenu[7],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2021 dwar strateġija Ewropea għall-integrazzjoni tas-sistemi tal-enerġija[8],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2021 dwar strateġija Ewropea għall-materja prima kritika[9],
– wara li kkunsidra l-ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2020 bit-titolu "ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni" (COM(2020)0628),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Novembru 2020 dwar "Strateġija Farmaċewtika għall-Ewropa" (COM(2020)0761),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2022 bit-titolu "L-istabbiliment ta' Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali" (COM(2020)0027),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2019 bit-titolu "Technology Infrastructures" (Infrastrutturi tat-Teknoloġija) (SWD(2019)0158),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi[10],
– wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1749 tat-28 ta' Settembru 2021 dwar l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel: minn prinċipji għal prattika – Linji gwida u eżempji għall-implimentazzjoni tagħha fit-teħid ta' deċiżjonijiet fis-settur tal-enerġija u lil hinn minnu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima tal-4 ta' April 2022 bit-titolu "Climate Change 2022: Mitigation of Climate Change" (Tibdil fil-Klima 2022: Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Industrijali, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0214/2022),
A. billi huwa kruċjali li l-industrija tkun tista' timplimenta t-tranżizzjonijiet doppji, filwaqt li toħloq impjiegi ta' kwalità għolja u tiżgura kompetittività u l-kapaċità tagħha li tiżviluppa u tipproduċi prodotti, servizzi u proċessi ta' produzzjoni nodfa;
B. billi l-għan tal-Istrateġija Industrijali jrid ikun ukoll li ssaħħaħ is-suq uniku u trawwem rivoluzzjonijiet teknoloġiċi sabiex tagħmel l-UE mexxej dinji fit-teknoloġiji ekoloġiċi u diġitali;
C. billi l-proċessi industrijali u tal-manifattura jirrappreżentaw is-sinsla tas-suq tax-xogħol tal-UE u għandhom irawmu l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja;
D. billi f'dinja ġeopolitika li qed tinbidel, it-tisħiħ tal-awtonomija strateġika u t-tnaqqis tad-dipendenzi tal-UE fuq materjali, prodotti, enerġija, kapaċitajiet ta' manifattura u teknoloġiji kritiċi huma vitali, filwaqt li tinżamm ekonomija kemm jista' jkun miftuħa u magħluqa kemm meħtieġ;
E. billi l-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna wriet għal darb'oħra li l-UE tiddependi ħafna mill-provvista tal-enerġija minn pajjiżi terzi; billi l-UE jeħtieġ li taġġusta mill-ġdid il-politiki industrijali u tal-enerġija bl-għan li tiddiversifika s-sorsi tal-enerġija tagħha kemm jista' jkun possibbli, iżżid l-iffrankar fl-enerġija u l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika, kif ukoll tuża volumi kbar ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u tadotta approċċ ta' ekonomija ċirkolari ħafna aktar b'saħħtu fl-industriji bbażati fuq ktajjen tal-provvista reżiljenti u sostenibbli;
F. billi livell għoli ta' dipendenza fuq il-provvista tal-enerġija, bħal fuq ir-Russja, u prezzijiet għoljin tal-enerġija jistgħu jkunu detrimentali għall-kapaċitajiet ta' produzzjoni ta' kumpaniji Ewropej; billi d-disponibbiltà ta' materjali u komponenti tal-kapaċità tal-manifattura fl-Ewropa hija essenzjali biex tevita li tiġi sostitwita d-dipendenza enerġetika tal-UE b'dipendenza akkumulata għall-provvista ta' minerali tal-art rari, metalli oħra kritiċi, tagħmir, jew kapaċitajiet ta' manifattura;
G. billi fl-UE nsibu istituti ta' riċerka, kumpaniji u nies tas-sengħa ewlenin fid-dinja u għandha l-potenzjal li tkun minn ta' quddiem fid-dinja fl-innovazzjoni industrijali;
H. billi l-Kummissjoni, wara li identifikat id-dipendenzi strateġiċi tagħha fl-ekosistemi industrijali l-aktar sensittivi, ħabbret li se tipproponi miżuri konkreti sistemiċi (ekonomiċi u regolatorji) biex tnaqqas dawn id-dipendenzi, inkluż billi tassigura u tippromwovi l-produzzjoni u l-investiment fl-Ewropa;
I. billi l-UE jeħtieġ li tindirizza r-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista, filwaqt li toħloq ekosistema tal-manifattura u tal-provvista attraenti, innovattiva ta' valur għoli, li tkun allinjata mal-għanijiet tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż), l-innovazzjoni u l-miri klimatiċi u ambjentali tal-Ewropa;
J. billi s-settur industrijali esperjenza tnaqqis ta' 35 % fl-emissjonijiet tas-CO2 mill-1990, u billi parti minn dan it-tnaqqis huwa dovut għar-rilokazzjonijiet tas-siti;
K. billi l-potenzjal ekonomiku stmat biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija finali sal-2030, meta mqabbel maż-żamma tal-istatus quo, huwa ta' 23,5 % għall-industrija Ewropea[11];
L. billi l-Kummissjoni rrikonoxxiet li aktar setturi ekonomiċi bħas-settur tas-saħħa, is-settur agroalimentari, l-industrija tal-minjieri u tal-estrazzjoni tal-materja prima u l-industrija tat-teknoloġija diġitali huma kruċjali biex tinkiseb l-awtonomija strateġika tal-UE;
M. billi l-Kummissjoni rrikonoxxiet fl-istrateġija industrijali aġġornata ġdida li politiki tas-suq mhux sostenibbli, inkluż fl-akkwist pubbliku, jistgħu jwasslu għal konsolidazzjoni tas-suq;
1. Jilqa' l-aġġornament tal-istrateġija industrijali; jisħaq li biex il-Patt Ekoloġiku jkun strateġija ta' tkabbir verament sostenibbli u trasformattiva, inaqqas id-dipendenzi u jżomm kundizzjonijiet ekwi għall-industrija Ewropea matul it-tranżizzjonijiet doppji, jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn politika industrijali ambizzjuża sabiex isir mexxej kompetittiv f'emissjonijiet netti żero ta' gassijiet serra (GHG) u f'ekonomija sostenibbli, u biex joħloq sinerġiji bejn in-negozji, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u n-negozji ġodda, u jeħtieġ li jiġi appoġġjat minn politika ambizzjuża ta' R&Ż u qafas favorevoli għall-SMEs; jisħaq li din il-ħtieġa żdiedet b'mod sinifikanti minħabba l-kriżi klimatika u enerġetika li għaddejja u l-gwerra Russa ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa ta' miżuri ta' salvataġġ immirati għall-konsumaturi vulnerabbli fil-kuntest industrijali, b'mod partikolari l-SMEs u l-mikrointrapriżi vulnerabbli, li ġew affettwati wkoll b'mod qawwi mill-effetti tal-pandemija tal-COVID-19;
2. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw l-impatt tal-gwerra Russa ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna fuq l-industrija Ewropea u l-kapaċitajiet tagħha f'inizjattivi u objettivi attwali u futuri, u jadottaw approċċ olistiku meta joħolqu inċentivi biex jappoġġjaw setturi industrijali strateġiċi u l-ktajjen tal-provvista tagħhom, li qed jiffaċċjaw żieda qawwija fl-ispejjeż tal-enerġija, it-trasport u l-materja prima; jirrikonoxxi li hemm bosta miżuri li jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu dawn l-impatti, filwaqt li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u t-tniġġis tal-arja;
3. Jisħaq li suq uniku Ewropew li jiffunzjona huwa ta' vantaġġ biex tissaħħaħ ir-reżiljenza industrijali, l-attraenza tal-Ewropa bħala destinazzjoni ta' investiment u l-kompetittività tal-UE, kif ukoll jittejbu t-tranżizzjonijiet doppji bħala bażi għal tkabbir ġdid fis-setturi industrijali;
4. Jissottolinja li l-UE ma tistax tkun dipendenti fuq pajjiżi li mhumiex fl-UE għal prodotti, enerġija u kapaċitajiet u teknoloġiji tal-manifattura li huma essenzjali għall-ekonomija tagħna u għas-soċjetà tagħna tal-futur; jisħaq li jeħtieġ li l-UE terġa' tikseb pożizzjoni b'saħħitha fi ktajjen ta' valur globali kruċjali u tiżgura l-provvista ta' materja prima kritika fi żminijiet ta' kriżi, anke permezz tal-użu akbar ta' mudelli tan-negozju ċirkolari; jenfasizza l-benefiċċju ta' ktajjen tal-provvista iqsar għar-reżiljenza tal-ekonomija tagħna u għall-kisba tal-ambizzjonijiet klimatiċi tal-UE;
5. Jenfasizza l-importanza ta' kollaborazzjoni internazzjonali, sħubijiet ugwali u kummerċ globali miftuħ għall-ekonomija Ewropea, filwaqt li jinnota li wieħed mill-modi l-aktar effiċjenti biex tissaħħaħ ir-reżiljenza industrijali Ewropea u jitnaqqsu d-dipendenzi huwa li jiġu ddiversifikati l-ktajjen tal-provvista permezz ta' miżuri tal-politika kummerċjali ambizzjużi, inkluż il-kummerċ strateġiku u l-ftehimiet tal-investiment;
6. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli perkorsi ta' tranżizzjoni ċari u bbażati fuq ix-xjenza għall-ekosistema industrijali, inkluż billi tidentifika l-ħtiġijiet għal tranżizzjoni b'suċċess f'termini ta' infrastruttura, teknoloġiji u ħiliet; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-konsistenza, il-koordinazzjoni u s-sinerġiji fl-inizjattivi, l-objettivi, il-finanzjament u l-istrumenti regolatorji kollha li se jappoġġjaw l-industrija matul it-tranżizzjonijiet; jenfasizza l-ħtieġa ta' allinjament bejn il-perkorsi tat-tranżizzjoni, il-pjanijiet direzzjonali tat-teknoloġija industrijali u l-Aġendi Strateġiċi ta' Riċerka u Innovazzjoni tas-Sħubijiet Ewropej fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa; jitlob monitoraġġ u rappurtar annwali dwar il-kompetittività, il-progress teknoloġiku, l-impjegabbiltà u r-reżiljenza tal-ekosistemi industrijali tagħna u dwar il-progress fil-perkorsi ta' tranżizzjoni tas-setturi individwali, inkluża l-konsistenza tagħhom mal-miri klimatiċi tal-UE, sabiex l-istrumenti jkunu jistgħu jiġu adattati malajr meta jkun meħtieġ; jisħaq li l-partijiet ikkonċernati kollha fil-katina tal-valur, inklużi s-soċjetà ċivili, il-komunità akkademika, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, it-trade unions u l-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima għandhom ikunu involuti b'mod trasparenti fil-proċess tal-perkorsi ta' tranżizzjoni li jiżguraw monitoraġġ kontinwu u bbażat fuq ix-xjenza tal-progress;
7. Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija ffokata fuq it-tranżizzjoni tal-industriji l-aktar intensivi fl-enerġija li tippermettilhom jippreżervaw il-kompetittività tagħhom u fl-istess ħin jappoġġjaw awtonomija strateġika akbar, minħabba li dawn l-industriji ta' spiss huma ta' importanza strateġika;
8. Ifakkar li l-kompetittività industrijali tal-Ewropa fil-biċċa l-kbira tiddependi mill-kapaċità tagħha li tkun innovattiva; jinnota li setgħat ekonomiċi oħra għandhom prestazzjoni aħjar fuq l-UE fl-infiq fir-R&Ż bħala perċentwal tal-PDG; itenni l-importanza ta' livell ambizzjuż ta' investiment fir-R&Ż biex tittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-UE fid-dinja; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-mira ta' 3 % tal-investimenti tal-PDG fir-R&Ż għadha ma ntlaħqitx fil-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina l-isforzi tal-Istati Membri biex ikomplu jimpenjaw ruħhom għal żieda fil-miri nazzjonali tal-investiment fir-R&Ż, b'mod partikolari biex il-finanzjament pubbliku u privat nazzjonali għall-innovazzjoni u r-riċerka industrijali jimxi lejn riċerka mmexxija mill-kurżità u ta' tħejjija teknoloġika baxxa biex tinżamm u tittejjeb il-bażi tal-għarfien li ssostni l-innovazzjoni industrijali tal-Ewropa; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol li jista' jkollhom is-sħubijiet tax-xjenza miftuħa; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-investiment fir-R&Ż ikun ukoll immirat lejn il-parteċipazzjoni tal-mikrointrapriżi;
9. Jindika l-ħtieġa li l-programmi ta' ħidma ta' Orizzont Ewropa u s-sħubijiet pubbliċi-privati jqisu ċ-ċirkostanzi l-ġodda li jirriżultaw mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna, b'mod partikolari r-raggruppamenti 4 u 5 dwar "l-industrija, id-diġitali u l-ispazju" u dwar "il-klima, l-enerġija u l-mobilità", u li jiffukaw fuq ir-R&Ż orjentati lejn l-industrija fuq is-sostituzzjoni tal-fjuwils fossili u fuq it-tnaqqis tad-dipendenza tal-industriji tal-UE fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija;
10. Jistieden lill-Kummissjoni tikkontribwixxi fit-tnaqqis tad-distakk fl-investiment mal-kompetituri globali għal teknoloġiji abilitanti essenzjali; jilqa', f'dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni għal Att Ewropew dwar iċ-Ċipep u l-istabbiliment tal-Alleanza Ewropea għad-Data Industrijali, Edge u Cloud; jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu malajr kemm jista' jkun għax-xogħol ittardjat tal-Alleanza Ewropea għall-Proċessuri Industrijali u għat-Teknoloġiji tas-Semikondutturi; jistieden lill-Kummissjoni testendi malajr dawn l-inizjattivi għal strumenti oħra ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni (RŻI) u għal teknoloġiji abilitanti ewlenin, bħall-batteriji, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, l-awtomazzjoni u r-robotika, il-bijoteknoloġija, l-edge computing, il-fotonika u l-computing kwantistiku u t-teknoloġija;
11. Jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi, inklużi ż-żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni lokali, il-linji pilota u s-siti ta' manifattura tal-ewwel tip għat-teknoloġija avvanzata taċ-ċippa, id-disinn taċ-ċippa u tas-sistema; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-finanzjament tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep ma jwassalx għal tnaqqis fil-finanzjament għal programmi relatati oħra eżistenti tal-UE; jilqa' d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-Att dwar iċ-Ċipep Ewropej (SWD (2022) 0147); madankollu jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi valutazzjoni tal-impatt, inkluż l-impatt ambjentali, u analiżi komprensiva tal-ħtiġijiet futuri għaċ-ċipep, il-vantaġġ kompetittiv ta' tipi differenti u l-potenzjal għall-produzzjoni taċ-ċipep fl-Ewropa;
12. Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u ta' Innovazzjoni (SRIA) tal-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin (KDT JU) minħabba li din hija aġenda kruċjali għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni f'diversi teknoloġiji abilitanti ewlenin; jikkunsidra li l-finanzjament mill-ġdid tal-KDT JU lejn ir-riċerka speċifikament dwar iċ-ċipep primarjament għandu jsir fi ħdan il-qafas tal-SRIA eżistenti;
13. Jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-"Made in EU" u li titħaffef l-adozzjoni tat-teknoloġiji tal-Industrija 4.0, b'mod partikolari mill-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora bil-qawwa s-sħubija "Made in Europe" fil-programm Orizzont Ewropa u tagħmel dan billi trawwem il-kooperazzjoni tal-SMEs mal-universitajiet u mal-organizzazzjonijiet tar-riċerka u t-teknoloġija; jenfasizza li "Made in Europe" għandha tappoġġja mhux biss il-kwalità u l-innovazzjoni, iżda wkoll prodotti, proċessi u servizzi industrijali sostenibbli ħafna u soċjalment ġusti, u tippromwovi l-irkupru ta' impjiegi ta' kwalità u opportunitajiet ta' manifattura madwar l-Unjoni, sabiex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ibbilanċjat u sostenibbli tar-reġjuni kollha tal-UE;
14. Jisħaq fuq l-importanza tal-Forum Industrijali stabbilit mill-istrateġija industrijali u jinnota li fost il-ħames task forces li nħolqu, waħda hija direttament rilevanti għas-suq uniku u tanalizza l-aspetti orizzontali tas-suq uniku u t-tneħħija ta' ostakli, filwaqt li oħra għandha enfasi speċifika fuq il-manifattura avvanzata bħala faċilitatur orizzontali għal firxa wiesgħa ta' ekosistemi;
15. Jissottolinja l-importanza tal-ambizzjoni ta' tniġġis żero tal-Unjoni u ta' ekonomija ċirkolari integrata bis-sħiħ biex tinħoloq industrija effiċjenti u dekarbonizzata; jistieden lill-Kummissjoni twettaq analizi dwar ir-riċiklaġġ u introduzzjoni mill-ġdid fiċ-ċiklu tal-prodott; jistieden lill-Kummissjoni tagħti kunsiderazzjoni partikolari lill-opportunitajiet ta' finanzjament u ta' offerti għal proġetti ta' kumpaniji li huma mexxejja innovattivi fl-ekonomija ċirkolari, kif ukoll għall-ħtieġa li jiġi stimulat l-iżvilupp ta' swieq ewlenin; iqis li l-prevenzjoni tal-iskart u t-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi relatat mal-iskart, kif ukoll ir-riċiklaġġ b'ċirkwit magħluq f'setturi industrijali sħaħ, huma indispensabbli għal ekonomija ċirkolari; jenfasizza wkoll l-importanza tal-istandards, il-mandati għax-xiri, il-kwoti, is-sostenibbiltà u r-riparabbiltà mid-disinn filwaqt li jiġu ffaċilitati r-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid ta' materja prima (kritika) importanti, kif ukoll tal-użu mtejjeb u l-lonġevità tal-prodotti;
16. Jilqa' t-tħabbira tal-Kummissjoni li ħarġet gwida dwar l-akkwist pubbliku u l-isforzi tagħha fil-promozzjoni tar-reċiproċità fl-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku; jisħaq li l-akkwist pubbliku huwa strument essenzjali għas-sigurtà nazzjonali u ekonomika, il-politika industrijali, soċjali u tas-sostenibbiltà ekoloġika u għall-appoġġ tal-adozzjoni u d-domanda għal prodotti u servizzi; jissottolinja li l-mekkaniżmi tal-akkwist pubbliku għandhom jappoġġjaw aktar it-trasformazzjoni tal-industrija tal-Ewropa billi jrawmu l-produzzjoni ta' prodotti u servizzi ekoinnovattivi, kosteffettivi u sostenibbli, u jżidu d-domanda għal materja prima sekondarja li tirriżulta mill-użu ta' proċessi tal-produzzjoni ċirkolari; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tirrieżamina r-regoli tal-akkwist pubbliku u tal-kompetizzjoni fejn meħtieġ, filwaqt li tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq uniku; ifakkar fl-importanza tal-linji gwida żviluppati mill-Kummissjoni dwar kif l-Istati Membri għandhom jinkludu għanijiet ta' prestazzjoni u kriterji ta' kwalità, kif ukoll il-kriterju tal-Aktar Offerta Ekonomika Vantaġġuża (MEAT), fil-kuntratti mogħtija; jistieden lill-Kummissjoni tissalvagwardja l-aċċess għall-SMEs u tiġġieled kontra l-kriterji tal-akkwist li jistabbilixxu rekwiżiti jew kwalifiki lil hinn mill-elementi ewlenin tas-servizz jew tal-prodotti mixtrija, sabiex l-SMEs ikollhom ċans ġust li jipparteċipaw fis-suq sostanzjali għall-akkwist pubbliku; jitlob li jkun hemm l-ogħla viġilanza fir-rigward tal-akkwist ta' infrastruttura kritika minn atturi mhux Ewropej;
17. Ifakkar fir-rwol tal-prattiki tal-akkwist sostenibbli fil-prevenzjoni tan-nuqqasijiet tal-mediċina biex jiġu żgurati s-sigurtà tal-provvista u l-investimenti fil-manifattura; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, tappoġġja lill-Istati Membri billi tiżviluppa regoli tal-UE mmirati dwar l-akkwist tal-mediċini, skont id-direttiva attwali dwar l-akkwist pubbliku, bl-għan li jiġu żgurati s-sostenibbiltà fit-tul, il-kompetizzjoni, is-sigurtà tal-provvista u jiġu stimulati investimenti fil-manifattura;
18. Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-akkwisti konġunti mnedija matul it-tifqigħa tal-COVID-19, biex tqabbilhom mal-ftehim ta' xiri bil-quddiem, u titgħallem mil-lezzjoni miksuba biex ittejjeb din l-għodda billi tevita kwalunkwe tfixkil tas-suq intern;
19. Jenfasizza l-importanza li l-edukazzjoni, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid jiġu inklużi fil-perkorsi ta' tranżizzjoni bħala għodod importanti fit-trasformazzjoni tal-industrija tal-UE u fl-isforzi biex tinkiseb produttività ogħla, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol tar-reġjuni fil-proċess ta' rivitalizzazzjoni ekonomika, sabiex jiġi evitat li r-reġjuni jitfaqqru; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġija għall-edukazzjoni vokazzjonali u sħubijiet bejn in-negozji u l-edukazzjoni flimkien mas-sħab soċjali, b'mod partikolari fi ħdan raggruppamenti industrijali reġjonali, biex jagħtu spinta lill-ħiliet u jtejbu l-adozzjoni ta' innovazzjonijiet lesti għas-suq mill-SMEs, u billi jistabbilixxu inċentivi għall-SMEs biex iħarrġu u jtejbu l-ħiliet tal-persunal u tal-ħaddiema tagħhom, speċjalment fil-qasam tal-ħiliet diġitali; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn ir-R&Ż u l-industrija, speċjalment fil-forma ta' trasferimenti tat-teknoloġija lill-SMEs; jisħaq li l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, l-opportunitajiet indaqs u l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-intraprenditorija għandhom ikunu żgurati;
20. Jisħaq fuq l-importanza ta' edukazzjoni proattiva u politiki tat-taħriġ li jrawmu r-reklutaġġ u ż-żamma tat-talent fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw riċerkaturi u għalliema ta' klassi dinjija fl-UE biex imexxu l-aġenda tal-edukazzjoni, tar-riċerka, tal-iżvilupp u tat-taħriġ tal-forza tax-xogħol futura u jtejbu l-kollaborazzjoni bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka u s-settur tan-negozju;
21. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri jimplimentaw il-Patt għall-Ħiliet u l-inizjattivi l-oħra tal-Unjoni li għandhom l-għan li joħolqu opportunitajiet ta' taħriġ mill-ġdid u ta' titjib tal-ħiliet għall-forza tax-xogħol, li jgħammru lill-individwi bil-ħiliet meħtieġa li jwasslu għal diversifikazzjoni professjonali u li jindirizzaw in-nuqqas ta' ħaddiema u ta' ħiliet u jħaffu t-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema u tal-persuni qiegħda, speċjalment il-ħaddiema li huma l-aktar vulnerabbli f'termini tat-tranżizzjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati l-inizjattivi mmirati lejn it-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni, bil-għan li jinbena suq intern Ewropew b'saħħtu għar-riċerka u l-innovazzjoni;
22. Jisħaq li l-ħaddiema inqas kwalifikati huma partikolarment vulnerabbli; jisħaq fuq ir-rilevanza tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta f'dan ir-rigward minkejja l-kamp ta' applikazzjoni limitat tiegħu;
23. Jissottolinja li l-SMEs u n-negozji ġodda qed ikollhom rwol ċentrali fl-ekosistemi industrijali tal-UE, speċjalment fid-diġitalizzazzjoni tal-UE, u huma sors kritiku ta' mudelli ta' negozju u innovazzjoni ta' prodotti sostenbbli u soċjalment responsabbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejjeb l-aċċess tagħhom għall-finanzjament nazzjonali u tal-UE, b'mod partikolari f'setturi tradizzjonali fejn id-diġitalizzazzjoni għadha ma ġietx żviluppata; jesprimi dispjaċir għal-lakuna fil-finanzjament għall-intraprendituri kkawżata mill-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali jew l-oriġini; jenfasizza r-rwol tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni biex irawwem ekosistema tan-negozji ġodda u tal-investiment Ewropea li twassal għal aktar iżvilupp ta' innovazzjonijiet ta' teknoloġija profonda, ta' riskju għoli u premju għoli;
24. Huwa tal-fehma li l-inizjattivi biex jinkiseb id-Deċennju Diġitali se jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni diġitali tan-negozji, speċjalment l-SMEs, li għadhom lura meta mqabbla ma' kumpaniji kbar fil-ħiliet diġitali jew fid-diġitalizzazzjoni tal-operat tagħhom;
25. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-ostakli eżistenti fis-suq uniku li qed ixekklu t-tkabbir tal-SMEs u tan-negozji ġodda fl-Ewropa, kif ukoll il-ħtieġa ta' qafas legali u regolatorju mtejjeb u konsegwentement jiġu introdotti politiki favur l-SMEs;
26. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-qafas regolatorju jiġi mmodernizzat u validu għall-futur sabiex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-prevedibbiltà regolatorja, li tiffaċilita l-innovazzjoni, l-investimenti, l-approvazzjoni ta' prodotti u servizzi innovattivi, u tippermetti t-trasformazzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet żero netti ta' gassijiet serra u tiżgura l-kompetittività tal-Ewropa u l-impjiegi ta' kwalità għolja, filwaqt li jitqiesu l-aspetti ekonomiċi, ambjentali, tal-ġeneru u soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi pjanijiet direzzjonali fil-perkorsi ta' tranżizzjoni, b'miri vinkolanti kwantitattivi u kwalitattivi, wara li tikkonkludi valutazzjoni tal-impatt, u biex tnaqqas il-piżijiet amministrattivi bla bżonn għan-negozji Ewropej, speċjalment l-SMEs; jenfasizza l-prinċipju ta' "one in, one out";
27. Jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattiv bla bżonn, speċjalment għall-SMEs u għan-negozji l-ġodda, filwaqt li jinżammu l-ogħla standards għall-konsumaturi, il-ħaddiema, is-saħħa u l-ħarsien tal-ambjent; jisħaq li l-Ewropa qed tesperjenza żvolta bħala riżultat tal-gwerra Russa ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna u l-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk proposti leġiżlattivi ġodda jpoġġux piż regolatorju jew amministrattiv żejjed fuq il-kumpaniji;
28. Ifakkar fir-rwol li għandha l-amministrazzjoni pubblika biex tiżgura ambjent ekonomiku favur in-negozju u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi bla bżonn fuq l-intrapriżi, filwaqt li tiżgura l-ogħla standards ta' trasparenza u ta' sikurezza tal-ħaddiema; jemmen li l-għodod tal-gvern elettroniku, il-politiki tal-innovazzjoni diġitali u t-tisħiħ tal-ħiliet diġitali għandhom jiġu promossi fis-settur pubbliku u fost l-impjegati tiegħu;
29. Jissottolinja d-dimensjonijiet nazzjonali u reġjonali tal-politika industrijali u r-rwol ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, b'mod partikolari f'termini ta' impjieg u żvilupp ekonomiku u industrijali tul it-territorju tal-Istati Membri; jistieden, f'dan ir-rigward, biex issir analiżi tal-kisbiet tal-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti bħala pjattaforma għal miżuri futuri fil-livell reġjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' parteċipazzjoni trasparenti tal-partijiet ikkonċernati lokali kollha, inklużi s-soċjetà ċivili u r-rappreżentanti tal-komunità fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta' tranżizzjoni reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi strumenti biex jiżdied l-użu ta' "Made in EU" f'livell reġjonali;
30. Jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq ekosistemi reġjonali li jħaddnu l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom stess, jgħinu biex jingħelbu d-disparitajiet reġjonali u jinvolvu l-amministrazzjoni pubblika, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, lix-xjenzati, lis-soċjetà ċivili u lill-industrija biex jgħaqqdu l-għarfien tagħhom u joħolqu b'mod konġunt il-kontenut, il-kuntest u l-esperjenzi ta' tagħlim;
31. Jinsisti fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-ġustizzja soċjali tat-tranżizzjoni industrijali u li jiġu żviluppati miżuri adegwati li jappoġġjaw l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid ta' reġjuni fi tranżizzjoni permezz ta' proġetti ta' investiment interreġjonali strateġiċi u permezz ta' pjanijiet għall-iżvilupp mill-ġdid għar-reġjuni vulnerabbli, speċjalment iż-żoni rurali u remoti;
32. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta' riorjentazzjoni fundamentali tal-politika tal-enerġija Ewropea tagħna b'risposta għall-invażjoni vjolenti tar-Russja fl-Ukrajna; jitlob tnaqqis sinifikanti fid-dipendenza enerġetika tal-UE, speċjalment fuq il-gass, iż-żejt, il-faħam u l-fjuwil nukleari Russi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaċċelleraw il-kapaċitajiet ta' produzzjoni ta' enerġija sostenibbli, affordabbli, sigura u abbundanti ta' enerġija rinnovabbli u tranżitorja b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, u jżidu l-iffrankar tal-enerġija u l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja b'mod aktar effettiv l-iżvilupp ta' sorsi tal-enerġija li se jippermettu li jintlaħaq it-tkabbir tad-domanda għall-elettriku u żżid il-koordinazzjoni tal-ippjanar u l-iffinanzjar għall-infrastruttura meħtieġa, b'mod partikolari għall-elettriku, l-enerġija, il-grilji intelliġenti, l-idroġenu, is-CO2 u l-infrastruttura tat-tisħin/tkessiħ;
33. Jisħaq li l-funzjonament xieraq tal-ekosistema industrijali Ewropea jeħtieġ provvista tal-enerġija stabbli; iwissi fuq il-konsegwenzi dannużi ta' kuntest ta' kontrazzjoni tal-enerġija għall-għodda produttiva; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa ta' sistema ta' koordinazzjoni li tissorvelja sistematikament id-disponibbiltà tal-gass fi żminijiet ta' kriżi sabiex tiffaċilita strateġiji Ewropej komuni ħalli tiġi ttrattata l-kriżi;
34. Jindika l-fatt li t-tisħin u t-tkessiħ tal-proċessi jibqgħu wieħed mill-aktar użi sinifikanti ta' enerġija fis-settur industrijali; jissottolinja li, biex jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-industrija, il-potenzjali tal-effiċjenza enerġetika fit-tisħin u t-tkessiħ industrijali jeħtieġ li jiġu sfruttati bis-sħiħ; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir użu aħjar tas-sħana u l-kesħa mormija inevitabbli, kif ukoll raggruppamenti u simbjożi industrijali li joffru sinerġiji sinifikanti u potenzjali ta' ffrankar tal-enerġija f'ħafna setturi, inklużi t-tessuti, is-sustanzi kimiċi, l-ipproċessar tal-ikel u l-makkinarju;
35. Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha f'li tillibera l-potenzjal tal-bijoekonomija ċirkolari, fejn jintużaw riżorsi sostenibbli u rinnovabbli biex jippromwovu industriji kompetittivi u reżiljenti fuq terminu twil; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-użu tal-iskart tal-bijomassa jista' jissostitwixxi b'mod effettiv il-fjuwils fossili, filwaqt li jippermetti li titnaqqas l-impronta tas-CO2; iħeġġeġ, għalhekk, lill-awtoritajiet tal-UE, nazzjonali u lokali, jinkoraġġixxu tali approċċ ċirkolari fil-politiki kollha;
36. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jnaqqsu ż-żmien meħtieġ biex joħorġu l-permessi b'mod sostanzjali u joħolqu proċeduri ta' awtorizzazzjoni mgħaġġla għall-infrastruttura li tappoġġja l-industrija fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari newtrali għall-klima, mingħajr preġudizzju għat-trasparenza, il-leġittimità u l-legalità tal-proċeduri eżistenti; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa li jiġi żviluppat pedament tal-idroġenu fl-Ewropa, li jiġu żviluppati aktar l-interkonnessjonijiet madwar il-kontinent tagħna u li jiġi appoġġjat l-użu mifrux ta' teknoloġiji li jiffrankaw l-enerġija bħall-installazzjoni ta' faċilitajiet lokali ta' ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli effiċjenti ħafna u l-koġenerazzjoni, b'mod partikolari għall-SMEs;
37. Itenni l-ħtieġa ta' qafas abilitanti għall-iżvilupp ta' mobilità sostenibbli u appoġġ għall-akkoppjament tas-setturi;
38. Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-programmi u l-istrumenti tar-RŻI, l-infrastruttura u dawk diġitali kollha tal-UE b'mod intelliġenti u selettiv, inklużi proġetti importanti ta' interess Ewropew komuni biex jiġu mmirati l-fallimenti tas-suq, u l-alleanzi industrijali, kif ukoll l-infrastrutturi tat-teknoloġija biex jittestjaw, jivvalidaw u jtejbu s-soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda, b'mod partikolari dawk li jiżviluppaw it-teknoloġiji innovattivi rivoluzzjonarji meħtieġa għat-tranżizzjonijiet doppji, b'mod partikolari dawk relatati mal-produzzjoni tal-enerġija, il-fjuwils u t-teknoloġiji abilitanti ewlenin, u għall-implimentazzjoni ta' ekonomija ċirkolari effiċjenti, bħall-azzar nadif, l-avjazzjoni nadifa, l-fjuwils elettroniċi, il-fertilizzanti nodfa, u l-e-cracking;
39. Jisħaq li valutazzjoni rapida ta' proġetti importanti ta' applikazzjonijiet ta' interess Ewropew komuni (IPCEI) mill-Kummissjoni hija kruċjali għar-reżiljenza tal-industrija Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi linji gwida ċari, effettivi, sempliċi u komprensivi rigward l-IPCEIs; itenni l-importanza tat-tnaqqis tar-riskju tal-finanzjament, bħal permezz ta' InvestEU jew il-Fond għall-Innovazzjoni, li huwa essenzjali għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-manifattura tal-UE f'setturi strateġiċi ewlenin, bħall-industrija solari, li jippermettulha terġa' tibni bażi ta' manifattura Ewropea solida;
40. Jenfasizza l-potenzjal kbir tal-Kuntratti għad-Differenza tal-Karbonju (CCfDs) bħala strument vitali biex jiskatta t-tnaqqis tal-emissjonijiet u jnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili fl-industrija; iqis l-importanza tagħhom b'mod partikolari għas-setturi li diffiċli jitrażżnu, għat-titjib tat-teknoloġiji u għall-appoġġ tad-diffużjoni tagħhom fi ħdan is-setturi; jenfasizza li s-CCfDs għandhom ikunu proporzjonati, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE, konformi mad-WTO u m'għandhomx iwasslu għal distorsjonijiet bla bżonn tas-suq intern tal-UE;
41. Jilqa' l-analiżi tal-Kummissjoni dwar id-dipendenzi u l-kapaċitajiet strateġiċi f'konformità mal-għan ta' awtonomija strateġika; jistieden lill-Kummissjoni tiffinalizza l-pjanijiet direzzjonali tal-analiżi u t-teknoloġija industrijali mill-aktar fis possibbli u tipproponi azzjonijiet biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-prodotti kritiċi identifikati, inkluż ir-riċiklaġġ u l-azzjonijiet ta' effiċjenza fir-riżorsi, u l-provvisti, inklużi l-fornituri tal-enerġija; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat l-aċċess mhux interrott ta' tagħmir mediku u tal-kura tas-saħħa essenzjali għas-suq komuni tal-UE, wara l-esperjenza miksuba min-nuqqasijiet inizjali fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19; jenfasizza l-ħtieġa ta' strateġija bbażata fuq analiżi aktar fil-fond tad-dipendenzi reċiproċi sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE fil-ktajjen tal-valur kritiċi u fil-manifattura; filwaqt li tibqa' impenjata favur il-multilateraliżmu u l-kummerċ ħieles;
42. Jistieden lill-Kummissjoni tadotta approċċ olistiku tal-katina tal-valur meta tanalizza d-dipendenzi strateġiċi madwar l-14-il ekosistema industrijali kritiċi li identifikat fir-Rapport Annwali tagħha dwar is-Suq Uniku tal-2021; jirrakkomanda li dawn l-eżamijiet fil-fond jiġu estiżi għas-setturi kollha meqjusa bħala strateġiċi; jitlob lill-Kummissjoni tqis l-impatt tal-miżuri ekstraterritorjali meħuda minn pajjiżi mhux tal-UE fuq l-industriji tagħha, b'mod partikolari f'termini ta' kontrolli tal-esportazzjoni; jirrimarka li sabiex jiġi evitat li jinħolqu dipendenzi u vulnerabbiltajiet ġodda, l-Istrateġija Industrijali l-Ġdida Aġġornata għandha tkun immexxija minn riżorsi u kapaċitajiet teknoloġiċi Ewropej;
43. Jissottolinja li r-riċiklaġġ għandu jkollu rwol kritiku fiż-żieda tal-provvista ta' materja prima u sekondarja, u b'hekk titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja miżuri biex tillimita ż-żieda fid-domanda għall-materja prima primarja bħall-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari, l-appoġġ tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) għal sostituzzjonijiet materjali, inklużi provvisti sostenibbli fi ftehimiet kummerċjali, u permezz ta' sħubijiet għall-materja prima;
44. Jistieden lill-Kummissjoni twessa' l-ambitu tal-Osservatorju tat-Teknoloġiji Kritiċi biex jinkludi l-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar kontinwi tal-indikaturi tar-reżiljenza għall-industriji tal-UE, bħal dipendenzi reċiproċi f'teknoloġiji ewlenin, kapaċitajiet tal-manifattura, sistemi ta' twissija bikrija għal qtugħ potenzjali, dipendenzi strateġiċi u sussidji barranin f'setturi strateġiċi;
45. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu inċentivi ad hoc għal investimenti fil-produzzjoni ta' oġġetti kritiċi, bħal mediċini essenzjali, biex tikseb l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha, kif ukoll għall-manifattura ta' teknoloġija fid-dawl ta' kwalunkwe tip ta' kriżi, inkluża gwerra, filwaqt li jkun hemm ktajjen tal-provvista reżiljenti fit-tul;
46. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri proposti fl-Istrateġija Farmaċewtika tal-UE jiżguraw ir-rwol tal-UE bħala innovatur fir-R&Ż, kif ukoll jiggarantixxu l-kompetittività jipprovdu provvisti affidabbli u aċċessibbli ekonomikament, aċċess għal mediċini moderni u li jkomplu jistimulaw l-innovazzjoni u l-investiment fir-R&Ż; jinnota li l-attrazzjoni ta' industrija farmaċewtika bbażata fuq ir-riċerka b'saħħitha lejn l-UE tappoġġja wkoll ir-reżiljenza tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġjati investimenti ddedikati fir-R&I, il-manifattura tal-mediċini u l-ingredjenti attivi fl-UE u billi jinżammu faċilitajiet vibranti bbażati fuq ir-riċerka u tal-produzzjoni fit-territorju tagħha;
47. Jinsab imħasseb ħafna dwar il-kompetizzjoni inġusta, l-investimenti u t-teħid ta' kontroll minn kumpaniji ffinanzjati mill-Istat mhux tal-UE fis-suq uniku, speċjalment f'setturi strateġiċi, bħall-provvista tal-enerġija meħtieġa biex jiġu żgurati l-indipendenza u s-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza din l-interferenza, biex tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi, speċjalment għall-SMEs, biex jiġu żviluppati miżuri xierqa u legalment sodi biex tiġi evitata l-interferenza, filwaqt li, b'mod ġenerali, jiġi żgurat li l-qafas stabbilit sew tal-politika tal-kompetizzjoni tal-UE ma jiġix imminat u li l-kompetizzjoni ġusta tiġi promossa fost il-kumpaniji mhux tal-UE u tal-UE li joperaw fis-suq uniku tal-UE bl-istess mod;
48. Jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni biex jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-kumpaniji Ewropej u dawk mhux Ewropej; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi ppreservata l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej fl-esportazzjoni fil-qafas ta' dawn il-proposti;
49. Jistieden lill-Kummissjoni, bil-ħsieb tar-rieżami li jmiss, twessa' l-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjonijiet tal-qafas għall-investiment barrani dirett biex tindirizza l-effett tas-sussidji barranin fuq is-sigurtà ekonomika fl-UE u tat-trasferimenti tat-teknoloġija minn kumpaniji tal-UE f'pajjiżi li mhumiex fl-UE f'setturi strateġiċi;
50. Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi t-trasferiment ta' teknoloġiji ambjentali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni ekoloġika fuq skala globali;
51. Jinsab imħasseb dwar id-dipendenza dejjem tikber fuq produtturi mhux tal-UE għal tagħmir tas-sigurtà f'partijiet vitali u sensittivi tas-soċjetà tagħna, bħas-sigurtà (tal-fruntiera, ċibernetika u tad-difiża); jisħaq fuq il-ħtieġa li t-teknoloġija u t-tagħmir tas-sigurtà jiġu deżinjati bħala settur strateġiku; jitlob li jkun hemm pjan ta' azzjoni biex tingħata spinta lil din l-industrija tal-UE, inkluż permezz ta' regoli adattati dwar l-akkwist pubbliku;
52. Jenfasizza l-konklużjonijiet tar-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tan-networks 5G u r-riskji assoċjati mal-bejjiegħa mhux fl-UE[12]; jistieden lill-Kummissjoni tistimula introduzzjoni koordinata tal-5G fl-UE u tnaqqas ir-riskji tad-dipendenzi esterni u l-interferenzi fit-teknoloġija tal-komunikazzjoni tal-5G u 6G permezz ta' appoġġ ikkoordinat biex l-atturi Ewropej ikunu jistgħu jibnu l-kapaċitajiet ta' R&Ż għas-sistemi 6G u jiżviluppaw swieq ewlenin għall-infrastruttura 5G bħala bażi għat-trasformazzjonijiet diġitali u ekoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura livell adegwat ta' kompetittività fil-qasam tat-teknoloġiji 5G filwaqt li tiggarantixxi s-sigurtà tan-networks 5G;
53. Jenfasizza li l-industriji u s-setturi kulturali u kreattivi huma ċentrali għall-moviment Bauhaus Ewropew Ġdid li se jkun inizjattiva kruċjali; jinnota li s-setturi kulturali u kreattivi huma l-forza li tmexxi l-innovazzjoni u l-iżvilupp fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas ta' politika industrijali komprensiv, koerenti u fit-tul għas-setturi kulturali u kreattivi;
54. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar Att dwar id-Data u l-iżvilupp ta' inizjattiva Ewropea komuni dwar l-ispazji tad-data; jissottolinja r-rwol li l-ispazji tad-data interoperabbli, kompetittivi u madwar l-Ewropa kollha se jkollhom għal diversi setturi industrijali, inkluż l-iżvilupp tal-intelliġenza artifiċjali, il-mobilità, l-ambjent, is-saħħa u l-manifattura intelliġenti; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ differenzjat li jqis il-karatteristiċi ta' kull settur; jemmen li r-rwol ewlieni ta' kumpaniji mhux tal-UE jew mhux taż-Żona Ekonomika Ewropea fl-inizjattivi tal-ispazji tad-data tal-UE jista' jnaqqas l-għan li tissaħħaħ is-sovranità teknoloġika tal-UE; jisħaq fuq l-importanza tal-ekonomija tad-data u jitlob lill-Kummissjoni taċċellera l-inizjattivi kollha relatati mad-data u tappoġġja l-emerġenza ta' ekosistema tal-ispazju tad-data Ewropea bbażata fuq l-affidabbiltà, il-kompetittività u l-interoperabbiltà, u trawwem il-ħolqien ta' infrastrutturi Ewropej kondiviżi biex tiffaċilita l-użu u l-iskambju tad-data bejn is-setturi industrijali, issaħħaħ l-ekosistemi tad-data, tal-cloud u tal-edge u ssaħħaħ l-investimenti fil-komunikazzjonijiet b'veloċità għolja; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza taċ-ċertezza legali li hija essenzjali għall-kapaċità innovattiva tal-kumpaniji tal-UE;
55. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata r-reżiljenza tan-networks tal-komunikazzjoni u s-sigurtà tal-ispazji tad-data, u b'hekk jiġi inkoraġġit il-varar rapidu tan-networks tal-fibra li jistgħu jiżguraw perkorsiiet multipli u reżistenza għal attakki fiżiċi u ċibernetiċi;
56. Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-tranżizzjoni diġitali tagħmel użu mill-metodi l-aktar avvanzati u mill-aħjar prattiki biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, il-kumplessitajiet komputazzjonali, tiżdied l-effiċjenza enerġetika u l-effiċjenza tad-data tas-sistemi f'użu produttiv; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa ta' metodu li jinkludi valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali fit-tranżizzjoni diġitali, inkluż dwar l-użu tal-enerġija, tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodotti u s-sistemi;
57. Jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi miżuri biex tipprevjeni s-sjieda mhux mill-UE tal-korpi notifikati tal-UE, li huma nnominati minn pajjiż tal-UE biex jivvalutaw il-konformità ta' ċerti prodotti qabel jitqiegħdu fis-suq;
58. Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal strateġija tal-istandardizzazzjoni Ewropea li għandha l-għan li tappoġġja t-trasformazzjoni diġitali u t-tranżizzjoni ekoloġika, u jikkondividi l-ambizzjoni biex jittieħed approċċ aktar proattiv lejn l-istabbiliment tal-istrateġiji għall-istandards inkluż fil-livell internazzjonali ma' sħab kummerċjali ewlenin;
59. Jinnota li, sabiex tinkiseb awtonomija strateġika, l-UE teħtieġ tiżviluppa l-kapaċitajiet ta' difiża tagħha; jisħaq fuq l-importanza li tiġi pprovduta direzzjoni politika u jiġu żviluppati programmi pubbliċi ambizzjużi biex jiġu appoġġjati u tingħata spinta lill-investimenti fl-industriji tal-ispazju u tad-difiża; jemmen li huwa ta' importanza kbira li jiġi operazzjonalizzat suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża affidabbli, modest u effiċjenti li jinkludi grad għoli ta' sovranità teknoloġika;
60. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
NOTA SPJEGATTIVA
L-industriji Ewropej huma kruċjali għall-prosperità tas-soċjetajiet tagħna tal-lum u ta' għada. Dawn mhux biss jipprovdu 35 miljun impjieg, iżda wkoll joħolqu u jipproduċu innovazzjonijiet, materjali sostenibbli u l-prodotti li neħtieġu għall-ekonomija u s-soċjetà tagħna tal-futur.
Biex nindirizzaw it-tibdil fil-klima neħtieġu tranżizzjoni mgħaġġla fl-enerġija, riċerka u żvilupp aċċellerati f'teknoloġiji u proċessi ġodda, u adozzjoni u implimentazzjoni malajr tas-soluzzjonijiet meħtieġa. Ir-Rapporteur jemmen li politika industrijali Ewropea kompetittiva u innovattiva hija neċessità sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-UE dwar il-klima.
L-UE teħtieġ twettaq il-wegħda tagħha li l-Patt Ekoloġiku jkun strateġija ta' tkabbir, li trawwem kemm it-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll dik diġitali. Aspett ċentrali se jkun il-ħolqien ta' qafas ta' kooperazzjoni bejn l-industrija u l-Istati Membri li jippermetti li jiġu żviluppati, skjerati u esportati innovazzjonijiet Ewropej ewlenin fid-dinja. Dan jirriżulta mhux biss fi tnaqqis effettiv tal-emissjonijiet iżda wkoll fl-iżvilupp simultanju tat-teknoloġiji, il-prodotti u s-servizzi li s-soċjetà tagħna u l-bqija tad-dinja jeħtieġu. Dan qed joħloq strateġija vera għat-tkabbir Ewropew.
Il-pjanijiet għat-trasformazzjoni industrijali tal-UE jippreżentaw diversi sfidi. Huwa ċar li, matul it-tranżizzjoni kollha, l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ jimpenjaw ruħhom biex jiffaċilitaw, jikkoordinaw u jiddefendu l-industrija fejn meħtieġ. Biex isseħħ il-bidla, jeħtieġ li jiġu stabbiliti soluzzjonijiet u strumenti mfassla apposta, li huma adattati għall-ekosistemi industrijali differenti li jeżistu fl-Unjoni Ewropea.
B'impenn pubbliku għal investimenti f'infrastruttura tal-enerġija nadifa, programm strateġiku ta' innovazzjoni, tnaqqis tal-piż amministrattiv u l-użu tal-fondi pubbliċi, nistennew ukoll reċiproċità permezz ta' impenn fit-tul tal-kumpaniji riċevituri li jinvestu fir-reġjuni tagħhom, il-poplu tagħhom u l-ambjent tagħhom għall-benefiċċju tas-soċjetajiet lokali.
Kompetittiva u Nadifa
It-tisħiħ tal-kompetittività industrijali fl-Unjoni Ewropea huwa neċessità f'dinja li qed tinbidel b'ritmu mgħaġġel. Fl-UE nsibu istituti ta' riċerka, kumpaniji u nies tas-sengħa ta' livell dinji. Il-kumpaniji Ewropej għandhom potenzjal kbir għall-ħolqien ta' impjiegi, esportazzjoni u tkabbir sostenibbli. Is-saħħiet Ewropej fil-ktajjen tal-valur globali jeħtieġ li jinżammu u jittejbu f'dinja fejn ir-realtà ġeopolitika qed tinbidel.
Il-kooperazzjoni Ewropea bejn l-industrija, l-universitajiet u istituzzjonijiet edukattivi oħra, entitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u gvernijiet hija kruċjali sabiex titnieda l-infrastruttura meħtieġa u jiġu żviluppati t-teknoloġiji rivoluzzjonarji meħtieġa għall-produzzjoni ta' ħtiġijiet ta' kuljum bħal azzar nadif, sustanzi kimiċi nodfa, fertilizzant nadif, fjuwils elettroniċi, pannelli solari, turbini tar-riħ u mediċini essenzjali. Neħtieġu perkorsi ta' tranżizzjoni għal kull ekosistema li tifforma aġenda komuni għall-iżvilupp u l-użu ta' dawn it-teknoloġiji rivoluzzjonarji.
Sfida separata u enormi hija li niżguraw li nistgħu nilħqu l-ħtiġijiet tal-enerġija għall-industriji tagħna fil-futur. Sar jidher ċar li l-enerġija rinnovabbli prodotta fl-Ewropa ma tistax tagħmel dan waħedha. Għalhekk, jeħtieġ li ninvolvu ruħna f'"Diplomazija fl-Enerġija" ma' pajjiżi oħra biex tiġi żgurata pereżempju l-provvista ta' fjuwils sintetiċi.
Reżiljenti
Il-kriżi tal-COVID fetħet aktar għajnejna għall-fatt li l-Unjoni Ewropea hija wisq dipendenti fuq partijiet oħra tad-dinja għal prodotti u riżorsi kruċjali. Għal ħafna żmien l-approċċ tagħna għall-produzzjoni domestika pprijoritarizza l-ispejjeż fuq medda qasira ta' żmien fuq is-sigurtà, is-sostenibbiltà u r-reżiljenza. Ma nistgħux inħallu d-disponibbiltà u l-affordabbiltà tal-prodotti u t-teknoloġiji li huma essenzjali fl-ekonomija tagħna u għas-soċjetà tagħna tal-futur ikunu dipendenti ħafna fuq partijiet oħra tad-dinja. L-Unjoni Ewropwa jeħtieġ terġa' tikseb pożizzjoni b'saħħitha fi ktajjen ta' valur globali kruċjali u tiżgura l-provvista ta' materjali kritiċi fi żminijiet ta' kriżi.
Għal żmien twil wisq l-UE injorat ir-realtà li ċ-Ċina, ir-Russja u pajjiżi oħra għandhom sett ta' regoli differenti. Xi pajjiżi ma jibżgħux jużaw investimenti pubbliċi strateġiċi flimkien ma' protezzjoni biex joħolqu mexxejja industrijali. Mhuwiex possibbli fl-UE li s-setturi kollha jiġu ffinanzjati mill-Istat, u għalhekk hemm bżonn ta' għodda difensiva biex jinżammu l-kundizzjonijiet ugwali tal-industrija Ewropea fis-suq tagħna stess, jiġu miġġielda sussidji barranin ta' tfixkil, tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta ta' kumpaniji barranin sussidjati mill-istat u jiġu protetti setturi u teknoloġiji Ewropej kruċjali. Dan għandu jkun akkumpanjat minn interventi strateġiċi kuraġġużi biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-UE.
Industrija kompetittiva, nadifa u reżiljenti hija kruċjali għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin fl-Unjoni Ewropea.
OPINJONI TAL-MINORANZA
Id-deindustrijalizzazzjoni laqtet b'mod sever lir-reġjuni madwar l-Unjoni Ewropea. Bil-ħsieb li jiġu massimizzati l-profitti u l-hekk imsejħa kompetittività, il-korporazzjonijiet jagħlqu jew jirrilokaw il-kapaċità tal-manifattura b'rieda. Barra minn hekk, l-industrija għadha mutur ewlieni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Billi ħallew id-deċiżjonijiet fundamentali f'idejn is-suq u l-korporazzjonijiet, il-politiki industrijali tal-UE aggravaw l-inugwaljanzi reġjonali, il-kriżijiet soċjali u klimatiċi. Sfortunatament, dan ir-rapport ma jaqbilx mal-approċċ tradizzjonali tal-UE għall-Istrateġija Industrijali, li fih il-massimizzazzjoni tal-profitti, aktar milli l-ħtiġijiet soċjali u klimatiċi, tistabbilixxi l-aġenda. Ir-rapport jappoġġja t-trasferiment massiv ta' sussidji pubbliċi lil korporazzjonijiet privati, filwaqt li jissussidja d-dividendi, mingħajr redditu ġust garantit fuq l-investiment għas-soċjetà jew kondizzjonalitajiet fuq il-finanzjament pubbliku. L-"ispinta" proposta għall-industrija militari la se toħloq paċi u lanqas sigurtà. Iżda l-affarijiet m'għandhomx għalfejn ikunu b'dan il-mod. Għan-nies u għalll-pjaneta, għandna bżonn – u nistgħu – nbiddlu l-affarijiet. Billi l-interess pubbliku jingħata prijorità, billi tikkombina l-inizjattiva pubblika u l-investiment pubbliku, l-istrateġija industrijali tista' tiggarantixxi impjiegi ta' kwalità fl-Unjoni kollha, u tagħmel l-industrija vantaġġ fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Neħtieġu pjan pubbliku ambizzjuż għal setturi strateġiċi bħas-saħħa, it-trasport, l-akkomodazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-enerġija.
Marc BOTENGA
Marisa MATIAS
Sira REGO
Sandra PEREIRA
Giorgos GEORGIOU
ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT
Il-lista li ġejja hija kkompilata fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-Rapporteur. Ir-Rapporteur irċieva kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-abbozz ta' rapport:
Entità u/jew persuna |
Alstom |
ASD |
ASML |
BASF |
Cecimo |
Damen Shipyards |
E3G |
ECFR |
EFPIA |
ERT |
Eurometaux |
FME |
France Industrie |
HydrogenEurope |
Industriall |
Katapult |
NXP |
SeaEurope |
SEMI Europe |
Signify |
SolarPower Europe |
Tata Steel |
TenneT |
TNO |
UNIFE |
VNO-NCW |
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI (19.5.2022)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija industrijali l-ġdida aġġornata għall-Ewropa: allinjament tal-infiq mal-politika
Rapporteur għal opinjoni: Angelika Winzig
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
1. Iqis li biex l-UE żżomm il-post prominenti tagħha fl-ekonomija dinjija, terġa' tikseb il-pożizzjoni tagħha li qabel kienet b'saħħitha fil-ktajjen tal-provvista globali importanti u tkun kompetittiva fi swieq miftuħa, kull settur irid jingħata appoġġ suffiċjenti u mmirat biex jiżviluppa bażi teknoloġika orjentata lejn is-sostenibbiltà u jżid u jiffaċilita l-isforzi ta' riċerka u innovazzjoni mwettqa mill-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati;
2 Iqis li l-istrateġija industrijali tal-UE trid tiġi implimentata b'mod konsistenti u koordinat f'konformità ma' objettivi ambizzjużi sabiex jissaħħu l-ktajjen tal-provvista tal-UE; jenfasizza li l-kummerċ ħieles, ġust, sostenibbli u bbażat fuq il-valuri li jibbilanċja b'mod xieraq il-ħtieġa għal swieq miftuħa u sovranità strateġika li jirrispettaw id-dritt internazzjonali, kif ukoll l-isforzi biex tiġi żviluppata solidarjetà strateġika ma' sħab tal-istess fehma dwar suġġetti bħall-istabbiliment ta' standards internazzjonali, se jsaħħu l-bażi industrijali tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq aġenda kummerċjali ambizzjuża f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU;
3. Jinnota li l-industrija tal-UE u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) huma s-sinsla tal-ekonomija tal-UE u s-suċċess tagħha; jenfasizza r-rwol ċentrali tal-SMEs fil-kisba tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jissottolinja l-ħtieġa li l-industrija u l-SMEs jiġu appoġġjati bis-sħiħ permezz tat-tranżizzjoni doppja u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda billi jingħataw aċċess imfassal apposta għall-finanzjament u fondi suffiċjenti u appoġġ immirat għar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni fil-ħiliet diġitali għall-impjegati, bidla fuq skala kbira li tista' tinkiseb biss jekk jiġu pprovduti l-inċentivi meħtieġa għal soluzzjonijiet klimatiċi u diġitali innovattivi;
4. Jissottolinja l-ħtieġa ta' stabbiltà u prevedibbiltà regolatorji li tippromwovi u tippremja l-innovazzjoni u l-investimenti f'teknoloġiji ġodda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex isaħħu l-miżuri taċ-ċibersigurtà fil-livelli kollha; jissottolinja l-importanza li titwettaq aġenda diġitali ambizzjuża tal-UE biex jinbnew sħubijiet internazzjonali strateġiċi bħall-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti, filwaqt li tiġi żgurata pożizzjoni ta' tmexxija għall-UE fil-kummerċ diġitali; jitlob li jitkomplew in-negozjati tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) dwar il-kummerċ elettroniku, li għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-SMEs u lill-konsumaturi; jilqa' l-inizjattiva taċ-ċipep tal-Kummissjoni, li se tiżgura l-provvista ta' semikondutturi lill-UE, u b'hekk tgħinha tikseb awtonomija strateġika; jipproponi wkoll li tiġi żviluppata strateġija dwar il-materjali, li huma kritiċi għat-tranżizzjoni doppja, inkluż iżda mhux limitat għall-materjali tal-art rari; jenfasizza li tali inizjattivi jeħtieġ li jitqiegħdu f'qafas usa' li għandu jidentifika u jimmonitorja d-dipendenzi ewlenin tal-katina tal-provvista bħala pass kruċjali ta' strateġija industrijali integrata u sostenibbli tal-UE, komponent ewlieni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;
5. Jinsab imħasseb li kemm il-leġiżlazzjoni attwali kif ukoll dik proposta tal-UE jinvolvu wisq ostakli amministrattivi u burokratiċi għan-negozji tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u li titnaqqas il-burokrazija għan-negozji tal-UE, u b'mod partikolari għall-SMEs; jilqa' l-prinċipju ta' "one in, one out"; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tal-UE u tinkludi pjanijiet direzzjonali b'miri kwantitattivi u kwalitattivi biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi għan-negozji tal-UE, speċjalment l-SMEs, b'mill-inqas 30 %; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mmonitorjati u pprovduti inċentivi regolatorji u finanzjarji li jħarsu 'l quddiem biex tiġi ffaċilitata l-bidla lejn attivitajiet ekonomiċi sostenibbli; ifakkar lill-Kummissjoni tapplika l-prinċipju "aħseb l-ewwel fiż-żgħir" u biex tinkludi t-test tal-SMEs fil-valutazzjonijiet tal-impatt u fil-ħidma leġiżlattiva tagħha, speċjalment fir-rigward tas-settur tat-tranżizzjoni tal-enerġija u s-setturi ekonomiċi orjentati lejn l-esportazzjoni;
6. Jenfasizza li huwa importanti li jiġi promoss il-mudell ta' "spiral kwadruplu" ta' kooperazzjoni bejn l-universitajiet, iċ-ċentri ta' riċerka, in-negozji u s-settur pubbliku; jenfasizza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien fuq it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija industrijali tal-UE sabiex jiggarantixxu aktar allinjament mal-politika kummerċjali tal-UE billi jiddiversifikaw u jisfruttaw is-sinerġiji u sabiex jagħmlu setturi differenti aktar kompetittivi fil-livell internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tfassal rapporti ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament;
7. Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li toħroġ gwida dwar l-akkwist pubbliku; jenfasizza li l-akkwist pubbliku huwa strument indispensabbli għas-sigurtà nazzjonali u ekonomika; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi indikat lill-pajjiżi mhux tal-UE li s-swieq tal-akkwist pubbliku tal-UE se jibqgħu miftuħa filwaqt li l-isforzi jiġu ffukati fuq il-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi u fuq il-limitazzjoni tal-piżijiet burokratiċi għan-negozji u l-awtoritajiet kontraenti;
8. Jenfasizza li jeħtieġ li jiġu implimentati inizjattivi ta' politika ewlenin tal-UE bħall-Patt Ekoloġiku Ewropew, id-Deċennju Diġitali tal-Ewropa u l-għanijiet ta' reżiljenza tal-UE, filwaqt li titqies il-kompetittività tal-industrija tal-UE, fid-dawl tal-iżviluppi reċenti fil-livell internazzjonali, b'mod partikolari l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
9. Itenni l-appoġġ tiegħu għal aġenda ta' negozjati kummerċjali multilaterali u jħeġġeġ lill-membri tad-WTO jaqblu fit-12-il konferenza ministerjali li jmiss dwar pjan ta' ħidma biex jiġi aġġornat il-ktieb tar-regoli tad-WTO u jiġu restawrati l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għan-negozji u l-impjegati;
10. Jenfasizza l-importanza ta' aktar negozjati biex jiġu żgurati ftehimiet ta' kummerċ ħieles ambizzjużi, moderni, orjentati lejn il-futur u sostenibbli b'kapitoli ambizzjużi u infurzabbli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, u biex jiġu segwiti l-għanijiet ta' kundizzjonijiet ekwi u reċiproċità fil-konfront ta' sħab kummerċjali ewlenin oħra permezz tal-użu tas-sett ta' għodod kummerċjali tal-UE, inkluż l-Istrument ta' Akkwist Internazzjonali, id-diliġenza dovuta, l-antikoerċizzjoni u s-sussidji barranin; jenfasizza l-importanza ta' kollaborazzjoni internazzjonali u kummerċ globali miftuħ għall-ekonomija tal-UE;
11. Jirrimarka li l-investiment sostenibbli 'l ġewwa u 'l barra, il-kummerċ u l-aċċess għas-swieq mhux tal-UE huma kruċjali biex jiġi appoġġjat l-irkupru ekonomiku tal-UE wara l-pandemija tal-COVID-19 u biex tiġi żgurata reżiljenza fit-tul, bil-għan li tissaħħaħ is-sovranità tal-UE permezz ta' pjan ambizzjuż ta' awtonomija strateġika u jitnaqqsu d-dipendenzi fuq pajjiżi mhux tal-UE, jiġi żgurat l-aħjar użu tal-produzzjoni interna tal-UE, tissaħħaħ l-ekonomija ċirkolari tal-UE u globali, jiġu diversifikati l-ktajjen tal-provvista tagħha, il-friend-shoring, id-delokalizzazzjoni f'pajjiż qrib jew ir-rilokazzjoni fejn rilevanti, tiġi ggarantita l-indipendenza tiegħu minn kwalunkwe produttur uniku, speċjalment fir-rigward ta' prodotti u materjali kritiċi, inklużi ikel u prodotti agrikoli, u jiġu żgurati ktajjen ta' provvista sostenibbli f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi;
12. Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-investiment dirett barrani li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet klimatiċi tal-UE; jirrimarka l-ħtieġa li tiġi indirizzata d-diversifikazzjoni tas-suq, b'mod partikolari ma' sħab tal-istess fehma, u li tinżamm aġenda kummerċjali ambizzjuża mas-sħab globali;
13. Jinsisti bil-qawwa li l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu, il-prevenzjoni ta' kompetizzjoni inġusta, it-tneħħija gradwali ta' sussidji għal attivitajiet ekonomiċi li huma ta' ħsara kbira għall-ambjent u l-investimenti strateġiċi li jmorru kontra s-sigurtà nazzjonali jew l-ordni pubbliku għandhom jibqgħu prijorità ewlenija sabiex jiġu salvagwardjati l-awtonomija industrijali u l-kompetittività tal-UE; iqajjem ukoll il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-lakuna regolatorja eżistenti rigward il-parteċipazzjoni tal-UE f'impriżi konġunti bbażati barra l-pajjiż; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssegwi aġenda kummerċjali u ta' investiment biex tindirizza politiki u prattiki inġusti;
14. Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tiżgura l-provvista tal-enerġija meħtieġa għall-industrija tal-UE billi tiddiversifika s-sorsi u l-fornituri tal-enerġija u tnaqqas id-dipendenzi esterni – speċjalment billi tibni fuq rabtiet ma' sħab tal-istess fehma – u billi tnaqqas id-dipendenzi tal-UE fuq l-enerġija fossili fid-dawl tal-gwerra fl-Ukrajna, b'mod partikolari fuq il-faħam, iż-żejt u l-gass Russi;
15. Jissottolinja b'mod partikolari l-ħtieġa li l-UE telimina gradwalment id-dipendenzi tagħha fuq l-importazzjonijiet taż-żejt, tal-faħam u tal-gass billi tħaffef it-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli u tilħaq il-miri klimatiċi intermedji tagħha, u l-ħtieġa li gradwalment telimina s-sussidji għall-fjuwils fossili sabiex tilħaq l-għanijiet klimatiċi fit-tul tagħha;
16. Jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tibda minnufih negozjati dwar ftehimiet kummerċjali u ta' kooperazzjoni ma' sħab internazzjonali potenzjali għall-produzzjoni u l-kummerċ tal-idroġenu sostenibbli sabiex tiġi żgurata l-provvista futura ta' fjuwils rinnovabbli ta' oriġini mhux bijoloġika għas-setturi tal-industrija, tat-tisħin u tat-trasport tal-UE;
17. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu aġġornati l-infrastruttura tal-gass eżistenti tal-UE u l-konnettività bejn l-Istati Membri, inklużi t-terminals meħtieġa b'kapaċità suffiċjenti biex jippermettu l-importazzjoni u t-trasport tal-ammonijaka u l-idroġenu madwar l-UE, sabiex l-ekonomija tal-idroġenu tkun tista' tikber; jissottolinja li l-iżvilupp ta' networks u infrastrutturi loġistiċi effiċjenti u integrati u ta' infrastruttura li tiżgura aċċess aktar faċli għat-trasport, l-enerġija u s-servizzi diġitali, iżid il-kompetittività tan-negozji u jnaqqas l-ostakli kummerċjali billi jippromwovi kummerċ miftuħ ibbażat fuq ir-regoli mal-bqija tad-dinja;
18. Jissottolinja li t-tranżizzjoni doppja se tirrikjedi l-iżgurar u ż-żieda massiva tal-aċċess għall-estrazzjoni u l-ipproċessar ta' materja prima strateġika u kritika bħal-litju, l-materjali tal-art rari u l-kobalt, li jeħtieġ li jiġu importati u li għalihom se jkun hemm kompetizzjoni ġeopolitika li qed tikber;
19. Jipproponi wkoll li jitfassal att Ewropew dwar il-materjali tal-art rari.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
16.5.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 0 5 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
37 |
+ |
ECR |
Geert Bourgeois, Emmanouil Fragkos, Dominik Tarczyński, Jan Zahradil |
ID |
Herve Juvin, Danilo Oscar Lancini |
NI |
Tiziana Beghin, Carles Puigdemont i Casamajó, Ernő Schaller‑Baross |
PPE |
Anna‑Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Arnaud Danjean, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Gabriel Mato, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn, Angelika Winzig, Juan Ignacio Zoido Álvarez |
RENEW |
Jordi Cañas, Svenja Hahn, Karin Karlsbro, Samira Rafaela, Catharina Rinzema, Marie‑Pierre Vedrenne |
S&D |
Paolo De Castro, Agnes Jongerius, Miapetra Kumpula‑Natri, Bernd Lange, Margarida Marques, Inma Rodríguez‑Piñero, Mihai Tudose, Kathleen Van Brempt |
VERTS/ALE |
Anna Cavazzini, Heidi Hautala, Sara Matthieu |
0 |
- |
|
|
5 |
0 |
ID |
Markus Buchheit, Roman Haider |
S&D |
Raphaël Glucksmann |
THE LEFT |
Emmanuel Maurel, Helmut Scholz |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (20.6.2022)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa aġġornata: l-allinjament tal-infiq mal-politika
Rapporteur għal opinjoni: Maria da Graça Carvalho
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
Strateġija industrijali ġdida fl-era ta' wara l-COVID
1. Ifakkar li l-istrateġija industrijali l-ġdida ġiet aġġornata biex tirrifletti t-tagħlimiet mill-pandemija tal-COVID-19 u biex tagħti spinta lill-irkupru tas-suq uniku, u li din l-istrateġija se tkun kruċjali biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE billi jitwettqu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u jiġi żgurat li s-suq uniku jkun mgħammar aħjar biex jiffaċċja kriżijiet futuri; ifakkar li sistema ta' governanza b'saħħitha u sistema diġitalizzata ta' sorveljanza tas-suq huma essenzjali sabiex jitnieda mill-ġdid u jiġi żgurat il-funzjonament xieraq u l-approfondiment tas-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni tiffoka fuq l-iżgurar li l-istrateġija industrijali tgħin biex jitneħħew l-ostakli mhux ġustifikati għas-suq uniku u tgħin biex jiġu evitati aktar frammentazzjoni u approċċi nazzjonali diverġenti, filwaqt li fl-istess ħin titqies il-ħtieġa li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur; ifakkar fl-importanza li jiġu eliminati l-burokrazija u l-ispejjeż eċċessivi għall-SMEs u l-mikrointrapriżi li joperaw fis-suq uniku;
2. Jenfasizza l-ħtieġa li l-politiki ewlenin tal-Unjoni jiġu kkunsidrati b'mod olistiku fi ħdan l-istrateġija industrijali, li għandu jkollha l-għan li tallinja l-istrumenti differenti u tkun integrata bis-sħiħ mal-inizjattivi eżistenti; jenfasizza wkoll li l-istrateġija industrijali trid tkun koerenti u trid tissalvagwardja u tiffavorixxi l-kompetittività industrijali fl-oqsma kollha tal-politika Ewropea, filwaqt li tiżgura wkoll il-protezzjoni tal-konsumatur u l-progress lejn l-objettivi ambjentali; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-importanza li tinżamm u tiġi żviluppata aktar it-tmexxija Ewropea f'setturi strateġiċi, b'mod partikolari għal dawk is-setturi li wrew li huma essenzjali matul il-pandemija tal-COVID-19; jenfasizza li l-politika industrijali Ewropea għandha tkun ta' benefiċċju għall-Istati Membri kollha; jissottolinja l-importanza li jinżamm djalogu miftuħ mas-setturi industrijali kollha u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;
3. Ifakkar fir-restrizzjonijiet mhux koordinati li fixklu serjament il-funzjonament xieraq tas-suq intern matul il-pandemija u wasslu għal tfixkil kbir fil-ktajjen tal-provvista f'ħafna ekosistemi industrijali, b'mod partikolari fis-setturi tal-ikel u tal-farmaċewtika; f'dan ir-rigward, jissottolinja l-ħtieġa li jiġu evitati l-iżbilanċi fil-katina tal-provvista tal-ikel Ewropea u li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel, u li tiġi garantita r-reżiljenza fir-rigward tal-produzzjoni farmaċewtika u medika; ifakkar ukoll li l-kontrolli fil-fruntieri u l-għeluq wasslu għal diffikultajiet għall-ħaddiema transfruntiera jew staġjonali u jissottolinja l-importanza tal-moviment mingħajr ostakli; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tivvaluta t-tfixkil relatat mal-pandemija fil-ktajjen tal-valur transfruntiera peress li l-istrateġija industrijali trid tipprovdi t-tlestija tal-ktajjen tal-valur f'ċerti industriji biex tiġi promossa l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE;
4. Jilqa' l-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni tal-istrateġija tal-UE għal tessuti sostenibbli u ċirkolari; ifakkar li l-industrija tat-tessuti qed tiffaċċja rkupru kajman mit-tnaqqis matul il-pandemija, peress li anke hi ġiet affettwata mir-rilokazzjoni kbira ta' siti ta' produzzjoni f'pajjiżi terzi; jissottolinja l-ħtieġa li l-SMEs jiġu mmirati bħala l-atturi ewlenin fis-settur;
L-istrateġija industrijali u s-sitwazzjoni fl-Ukrajna
5. Jissottolinja li l-gwerra illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna żżid l-urġenza biex tinbena bażi ekonomika aktar reżiljenti, sostenibbli u robusta fl-UE u jitlesta s-suq uniku f'setturi industrijali u strateġiċi ewlenin; jissottolinja, f'dan il-kuntest, l-importanza tad-diversifikazzjoni tal-provvisti u l-prevenzjoni tad-dipendenza żejda f'oqsma bħall-enerġija, il-materja prima u l-prodotti kritiċi peress li dan jista' jwassal għal vulnerabbiltajiet u jnaqqas il-kapaċità tal-UE li taġixxi; jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ Ewropew ikkoordinat fl-oqsma tal-produzzjoni tal-enerġija u l-infrastruttura tat-trasport (TEN-T) filwaqt li tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi u tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari, sabiex tissaħħaħ l-istrateġija industrijali;
6. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw approċċ olistiku meta joħolqu inċentivi biex jappoġġjaw setturi industrijali strateġiċi u l-ktajjen tal-provvista tagħhom, bħall-ikel, il-farmaċewtika u oħrajn, li qed jiffaċċjaw żieda qawwija fl-ispejjeż tal-enerġija, tat-trasport u tal-materja prima minħabba l-gwerra attwali fl-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni b'mod partikolari timplimenta strateġija dwar il-materja prima kritika u r-riżorsi meħtieġa għat-teknoloġiji abilitanti essenzjali, id-diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika; jappoġġja barra minn hekk miżuri ta' għajnuna mmirati għall-konsumaturi u l-kumpaniji vulnerabbli fil-kuntest industrijali b'mod partikolari l-SMEs u l-mikrointrapriżi vulnerabbli, biex jittaffew l-agħar impatti ekonomiċi u soċjali tal-prezzijiet għoljin tal-enerġija;
It-tisħiħ ta' awtonomija strateġika miftuħa
7. Itenni l-ħtieġa li tissaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa Ewropea billi jiġu indirizzati t-tfixkil u l-vulnerabbiltajiet tal-ktajjen tal-provvista u tiġi żgurata r-reżiljenza tagħhom u billi jsir investiment fil-ħiliet, il-kwalifiki professjonali, iċ-ċibersigurtà, l-infrastruttura diġitali, l-ekonomija tad-data u t-teknoloġiji ewlenin bħall-intelliġenza artifiċjali, il-5G u l-6G, il-mikroproċessuri u s-semikondutturi, il-batteriji, il-produzzjoni 3D, il-computing ta' prestazzjoni għolja u t-teknoloġiji kwantistiċi; jenfasizza l-urġenza li jiżdiedu t-teknoloġiji industrijali innovattivi rivoluzzjonarji madwar l-Unjoni, b'mod partikolari għall-industriji kritiċi intensivi fl-enerġija, anke bil-ħsieb li jingħalqu ċ-ċrieki tal-karbonju fil-ktajjen tal-valur tal-industriji intensivi fl-enerġija permezz tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tar-riżorsi; jinnota l-ħtieġa li jsir użu sħiħ mill-intelliġenza artifiċjali b'mod responsabbli; jissottolinja li anke ż-żoni rurali, remoti u ultraperiferiċi jridu jibbenefikaw minn dawn l-investimenti;
8. Jenfasizza l-importanza li tittejjeb id-disponibilità tad-data, filwaqt li jiġu rispettati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, u jirrakkomanda suq uniku għad-data biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp industrijali tal-UE, titrawwem l-innovazzjoni u jissaħħaħ is-suq uniku diġitali kollu kemm hu; jitlob lill-Kummissjoni taċċellera l-progress fl-inizjattivi kollha relatati mad-data, ittejjeb il-kondiviżjoni u l-iskambju tad-data, tappoġġja l-iżvilupp ta' spazji komuni Ewropej tad-data u trawwem il-ħolqien ta' infrastruttura Ewropea kondiviża; jemmen li l-UE għandha tikkoopera b'mod effettiv mas-sħab internazzjonali biex tikseb standards diġitali kompatibbli;
Tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali
9. Ifakkar li sabiex tinkiseb l-awtonomija strateġika miftuħa, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jridu jiġu aċċellerati madwar l-UE; jissottolinja d-distakk enormi fl-investiment fl-industriji tat-teknoloġija li jippermettu t-trasformazzjoni diġitali u ekoloġika tas-soċjetà tagħna u jtenni l-ħtieġa li jissaħħu l-investimenti fit-teknoloġiji diġitali u ekoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Istati Membri, jappoġġjaw bis-sħiħ tali approċċ orizzontali, biex jiġi żgurat li l-Ewropa tibqa' mexxejja globali f'teknoloġiji abilitanti kruċjali;
10. Ifakkar li l-Patt Ekoloġiku jista' jinkiseb biss b'żieda fil-produzzjoni u fl-użu tal-enerġija rinnovabbli filwaqt li fl-istess ħin jirrikonoxxi l-importanza tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika, li se jwasslu għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija primarja, u li jiġi żgurat aċċess suffiċjenti għal enerġija nadifa affordabbli, sigura u diversifikata sabiex titkompla t-tranżizzjoni ekoloġika tal-industrija Ewropea u l-kompetittività globali tagħha; barra minn hekk, jilqa' t-tnedija tal-Inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida fil-kuntest tal-istrateġija industrijali sabiex tiġi promossa u żviluppata s-sostenibilità, b'mod partikolari fir-rigward tas-setturi arkitettoniċi, tal-kostruzzjoni u tal-akkomodazzjoni, filwaqt li tiffoka wkoll fuq l-ippjanar u l-iżvilupp sostenibbli tal-bliet u tiżgura l-inklużjoni taċ-ċittadini Ewropej kollha;
11. Jissottolinja li l-istrateġija industrijali għandha tindirizza l-ostakli ewlenin għal żvilupp aktar mgħaġġel tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u żżid il-konsum sostenibbli, fost l-oħrajn billi jinstabu modi kif l-SMEs u l-produtturi tal-enerġija jiġu konnessi aħjar fis-sistema; jissottolinja li informazzjoni ambjentali affidabbli u verifikabbli, kif ukoll informazzjoni dwar id-durabilità u l-possibilità ta' tiswija tal-prodotti, huma kruċjali għat-trasformazzjoni tax-xejriet tal-konsum f'direzzjoni sostenibbli;
It-tisħiħ tas-suq intern
12. Jappella għat-tnedija mill-ġdid tal-istrateġija tas-suq uniku sabiex jiġi sfruttat aktar il-potenzjal tas-suq uniku billi jitnaqqsu l-approċċi regolatorji, tiġi adottata leġiżlazzjoni proporzjonata, jiġu modernizzati l-amministrazzjonijiet pubbliċi u jittaffew il-piżijiet burokratiċi għan-negozji, jingħelbu l-ostakli eżistenti għall-investiment sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-konformità regolatorja, tiġi stimulata l-kompetizzjoni, tiġi ffavorita l-innovazzjoni mmexxija mis-suq u tiġi promossa l-UE bħala mexxejja dinjija fil-protezzjoni tal-konsumatur; jenfasizza li l-kompetittività industrijali tal-UE tiddependi fuq suq uniku li jiffunzjona bis-sħiħ u li jkun reżiljenti li jagħti benefiċċji lill-Istati Membri kollha u liċ-ċittadini tagħhom, b'mod partikolari billi jiffoka fuq id-drittijiet tal-konsumatur, kif ukoll il-ħtiġijiet tan-negozji, inklużi l-SMEs, il-mikrointrapriżi u n-negozji ġodda;
13. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni bejniethom u mal-operaturi ekonomiċi u jużaw teknoloġiji ġodda għat-tneħħija ta' ostakli regolatorji u mhux regolatorji u piżijiet amministrattivi mhux ġustifikati fis-suq uniku, inkluż fis-servizzi; jenfasizza l-benefiċċji ekonomiċi tat-tlestija tas-suq uniku, filwaqt li jinnota b'mod partikolari l-istimi magħmula mill-Kummissjon li aktar titjib fis-suq uniku għall-prodotti industrijali jista' jiġġenera bejn EUR 183 biljun u EUR 269 biljun fis-sena, filwaqt li l-profitti minn integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tas-servizzi jistgħu jilħqu EUR 297 biljun fis-sena u dan waħdu jżid il-benefiċċji ekonomiċi minn 8-9 % għal madwar 12 % tal-PDG addizzjonali[13];
14. Jistieden lill-Kummissjoni tressaq Strument ta' Emerġenza tas-Suq Uniku ambizzjuż li jsaħħaħ ir-reżiljenza u jiżgura suq uniku li jiffunzjona tajjeb fi żminijiet ta' kriżi filwaqt li jiżviluppa wkoll miżuri b'saħħithom ta' tħejjija għall-kriżijiet mingħajr ma jimmina l-isforzi biex jiġu eliminati ostakli mhux ġustifikati fis-suq uniku; barra minn hekk jitlob lill-Kummissjoni ttejjeb l-effikaċja tal-għodod ta' governanza eżistenti;
15. Ifakkar li, minbarra l-ekosistemi vertikali, huwa meħtieġ li jkun hemm approċċi orizzontali, bħal dawk dwar it-teknoloġiji abilitanti, u li l-ekosistema diġitali trid tiġi integrata mal-ekosistemi industrijali l-oħra kollha b'mod orizzontali; ifakkar li l-ekosistema tat-turiżmu ntlaqtet l-aktar matul il-pandemija, u diversi ekosistemi oħra wkoll qed jiffaċċjaw irkupru bil-mod, bħall-industrija tat-tessuti u l-industrija kulturali u kreattiva, filwaqt li l-ekosistema diġitali żiedet il-fatturat tagħha matul il-kriżi; jenfasizza l-importanza tal-istrateġija industrijali stabbilit mill-Istrateġija Industrijali u jinnota li fost il-ħames task forces li nħolqu, wieħed huwa direttament rilevanti għas-suq uniku u janalizza l-aspetti orizzontali tas-suq uniku u t-tneħħija tal-ostakli inġustifikati, u ieħor għandu enfasi speċifika fuq il-manifattura avvanzata bħala faċilitatur orizzontali għal firxa wiesgħa ta' ekosistemi;
16 Jissottolinja l-ħtieġa li fl-istrateġija industrijali tiġi inkluża l-industrija tal-logħob tal-azzard bħala waħda mill-industriji bl-ogħla potenzjal ta' żvilupp filwaqt li jfakkar li l-biċċa l-kbira tal-produtturi u l-iżviluppaturi tal-logħob mhumiex atturi Ewropej; jitlob li jkun hemm perkorsi ċari fil-livell Ewropew li jippermettu lill-industrija taċċellera u ssir mexxejja fis-settur;
Il-promozzjoni tal-istandardizzazzjoni
17. Jirrikonoxxi l-istrateġija Ewropea ta' standardizzazzjoni u jissottolinja li l-istandards armonizzati flimkien mal-innovazzjoni jistgħu jżidu l-benessri ekonomiku, soċjetali u ambjentali, inklużi s-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi u tal-ħaddiema; iqis li standards bi prestazzjoni tajba huma għalhekk essenzjali għal suq uniku li jiffunzjona tajjeb, is-sikurezza tal-prodotti, il-kompetittività globali u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u l-protezzjoni tal-konsumaturi; jissottolinja l-importanza tat-trasparenza u l-inklużività u li tiġi evitata burokrazija eċċessiva fl-istandardizzazzjoni; iqis li l-istrateġija ta' standardizzazzjoni għandu jkollha l-għan li tgħin biex ittejjeb l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-materjal u trawwem l-użu ta' riżorsi sekondarji;
18. Jisħaq li huwa kruċjali li l-istrateġija tal-istandardizzazzjoni tkompli tattira l-aħjar esperti, u jħeġġeġ approċċ aktar koordinat f'termini tal-istabbiliment ta' standards internazzjonali u li l-objettivi strateġiċi jiġu diskussi u maqbula bil-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti;
19. Jitlob proposti ambizzjużi tal-Kummissjoni dwar ir-riforma doganali li jmiss, inkluż dwar il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni; jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li l-kontrolli doganali fl-UE kollha jsegwu l-istess standards; jitlob riforma li tiżgura kummerċ miftuħ, ġust u sostenibbli u tipproteġi lill-konsumaturi kontra prodotti perikolużi u mhux konformi; jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-"Rapport mill-Grupp ta' Persuni Għorrief dwar ir-Riforma tal-Unjoni Doganali tal-UE" għar-riforma tagħha[14];
L-akkwist pubbliku u l-kompetittività tal-SMEs
20. Jissottolinja l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kompetittività tal-SMEs, tal-mikrointrapriżi u tal-industrija billi jiġu indirizzati r-riskji tal-provvista, id-dipendenzi, it-tfixkil u l-vulnerabbiltajiet, speċjalment fl-ekonomiji ekoloġiċi u diġitali; jenfasizza li qafas tal-akkwist pubbliku effettiv, miftuħ, ġust u kooperattiv flimkien mal-investiment pubbliku jista' jkollu rwol importanti fl-appoġġ tal-impjiegi, it-tkabbir sostenibbli, il-kompetittività, l-investimenti innovattivi u t-trawwim tal-konsum sostenibbli u l-użu ta' prodotti sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jaħdmu fuq l-implimentazzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku li tirrifletti kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali, sabiex jinħoloq suq uniku armonizzat u li jiffunzjona tajjeb; ifakkar fl-importanza tal-gwida tal-Kummissjoni dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku, li se tgħin l-isforzi tal-UE biex issir ekonomija effiċjenti fir-riżorsi u se tgħin biex tistimula d-domanda għal prodotti u servizzi aktar sostenibbli filwaqt li trawwem ukoll l-ekoinnovazzjoni;
21. Ifakkar fl-importanza tal-linji gwida żviluppati mill-Kummissjoni li jagħtu indikazzjonijiet prattiċi dwar kif l-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu miri ta' prestazzjoni u kriterji ta' kwalità, bħall-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża (MEAT), fil-kuntratti mogħtija permezz tal-akkwist pubbliku u kif tista' tiġi involuta aħjar il-pluralità ta' manifatturi, inklużi SMEs u mikrointrapriżi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw mill-qrib il-pożizzjoni tal-SMEs fir-rigward tal-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku; jissottolinja l-importanza tal-SMEs għall-kompetittività u l-innovazzjoni fis-suq intern filwaqt li jirrikonoxxi l-pożizzjoni tagħhom bħala produtturi u wkoll bħala fornituri ta' servizzi industrijali lil manifatturi oħra; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-SMEs, il-mikrointrapriżi u n-negozji ġodda fit-titjib tal-aċċess għall-finanzjament filwaqt li tgħin biex jitnaqqsu l-akkwiżizzjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet ta' kumpaniji Ewropej, fejn tali akkwiżizzjonijiet jew akkwiżizzjonijiet jheddu l-innovazzjoni Ewropea, u tipprovdi gwida ċara dwar kif wieħed għandu jikkonforma mar-regoli settorjali tal-UE, fejn rilevanti;
22. Ifakkar fl-importanza ta' prattiki tal-akkwist pubbliku effettivi u sostenibbli, speċjalment fil-kuntest tal-ekosistema tas-saħħa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta' regoli mmirati, rigward l-akkwist konġunt ta' oġġetti essenzjali bħall-mediċini, bil-għan li jiġu żgurati s-sostenibilità fit-tul, is-sigurtà tal-provvista, il-kompetizzjoni ġusta u l-investiment fil-kapaċitajiet tal-manifattura;
23. Ifakkar fl-importanza tar-regoli tal-kompetizzjoni adattati għal dinamiċi ġodda tas-suq tal-UE u għal kuntest globali li qed jinbidel biex tiġi garantita kompetizzjoni effettiva u ġusta fis-suq uniku u biex tissaħħaħ l-għażla tal-konsumaturi;
Riċerka, innovazzjoni u teknoloġiji rivoluzzjonarji
24. Ifakkar fl-impenji biex jiżdiedu l-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp għal 3 % tal-PDG u biex tissaħħaħ iż-Żona Ewropea tar-Riċerka biex jiġi żviluppat suq uniku għar-riċerka u l-innovazzjoni; jilqa' l-istabbiliment ta' alleanzi industrijali f'setturi differenti u jenfasizza li alleanzi bħal dawn flimkien ma' sħubijiet pubbliċi-privati huma importanti għall-iżvilupp ta' teknoloġiji rivoluzzjonarji; jenfasizza li żieda fl-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp hija neċessità assoluta jekk l-UE trid tibqa' kompetittiva; jissottolinja li l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp għandu jiffoka fuq is-setturi industrijali kollha, u mhux biss fuq is-settur tal-manifattura, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw parteċipazzjoni akbar tal-SMEs u l-mikrointrapriżi fis-suq tar-riċerka u l-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura trasparenza, inklużività, konsistenza u sinerġija fl-inizjattivi, il-finanzjament u l-istrumenti regolatorji kollha li jappoġġjaw l-industrija, l-SMEs u l-mikrointrapriżi, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa Żona Ewropea għall-Innovazzjoni li jkollha l-għan li tibdel ir-riżultati xjentifiċi fi prodotti kummerċjali, jappoġġjaw in-negozji ġodda u l-SMEs u jżommu n-negozji fi ħdan is-suq uniku tal-Unjoni;
25. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati l-inizjattivi mmirati lejn it-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-Ekosistemi Ewropej tal-Innovazzjoni, bil-għan li jinbena suq intern Ewropew b'saħħtu għar-riċerka u l-innovazzjoni;
26. Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi linji gwida ċari, effettivi, sempliċi u komprensivi rigward l-istrumenti eżistenti li jenħtieġ li jindirizzaw il-prijoritajiet ta' politika f'diversi setturi industrijali, b'mod partikolari l-Proġetti Importanti ta' Interess Ewropew Komuni, id-diversi alleanzi (data industrijali, lanċjaturi spazjali, avjazzjoni b'emissjonijiet żero, batteriji u oħrajn), il-Konsorzji għal Infrastruttura Diġitali Ewropea (EDICs), u oħrajn; jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati s-sinerġiji t-tajba bejn l-istrumenti, il-programmi u l-fondi differenti, mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza mill-ġdid sal-fondi strutturali, u jissottolinja l-ħtieġa li dawn jiġu integrati aħjar mal-impriżi konġunti u l-inizjattivi l-oħra derivati minn Orizzont Ewropa, bħall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni;
Nagħtu spinta lill-ħiliet
27. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa miżuri konkreti biex tappoġġja lill-Istati Membri fl-indirizzar tan-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet f'ċerti setturi filwaqt li tippromwovi wkoll kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti; jitlob l-ibbilanċjar mill-ġdid fi ħdan is-suq uniku tal-eżodu ta' talent, esperti teknoloġiċi u għarfien espert u għat-titjib tal-finanzjament għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku; barra minn hekk, jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jieħdu azzjoni deċiżiva permezz tal-oqfsa nazzjonali tagħhom biex jimplimentaw kif xieraq il-Patt għall-Ħiliet u inizjattivi oħra tal-UE mmirati lejn il-ħolqien ta' opportunitajiet ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet għall-forza tax-xogħol; ifakkar fl-importanza li jissaħħu l-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod partikolari biex jiġu żviluppati l-ħiliet meħtieġa biex jiġu appoġġjati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tas-suq uniku;
28. Jenfasizza l-ħtieġa ta' djalogu permanenti fost l-awtoritajiet rilevanti u l-operaturi ekonomiċi biex jiġi żgurat li l-forza tax-xogħol tkun ippreparata aħjar għall-ħtiġijiet industrijali l-ġodda; ifakkar li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tas-setturi industrijali jirrikjedu r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali ta' professjonisti b'ħiliet għolja u b'ħiliet għolja;
29. Jenfasizza li l-problema tan-nuqqas ta' nisa impjegati fis-settur industrijali tikkontribwixxi għad-differenza bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa; jitlob li tittieħed azzjoni fil-kuntest tal-istrateġija industrijali biex jiġu indirizzati d-disparità bejn il-ġeneri fl-industriji Ewropej u n-nuqqas ta' opportunitajiet għan-nisa, b'mod partikolari fl-oqsma STEM; ifakkar, barra minn hekk, li d-diġitalizzazzjoni tal-industriji tradizzjonali tista' twassal għall-ħolqien tal-impjiegi f'industriji ġodda, iżda tista' wkoll tfixkel l-impjiegi attwali u tista' twassal għal kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji f'ċerti każijiet; ifakkar li dawn l-isfidi jeħtieġu azzjoni u investiment finanzjarju xieraq fil-kuntest tal-istrateġija industrijali.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
16.6.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
36 0 6 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Pablo Arias Echeverría, Alessandra Basso, Brando Benifei, Adam Bielan, Andrea Caroppo, Anna Cavazzini, Dita Charanzová, Deirdre Clune, Alexandra Geese, Sandro Gozi, Maria Grapini, Krzysztof Hetman, Virginie Joron, Eugen Jurzyca, Arba Kokalari, Marcel Kolaja, Andrey Kovatchev, Maria-Manuel Leitão-Marques, Adriana Maldonado López, Beata Mazurek, Leszek Miller, René Repasi, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Róża Thun und Hohenstein, Kim Van Sparrentak, Marion Walsmann |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Marco Campomenosi, Maria da Graça Carvalho, Geoffroy Didier, Malte Gallée, Karen Melchior, Tsvetelina Penkova, Antonio Maria Rinaldi, Marc Tarabella, Kosma Złotowski |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Nicola Beer, Rosanna Conte, Vlad Gheorghe, Ondřej Kovařík |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
36 |
+ |
ECR |
Adam Bielan, Beata Mazurek, Kosma Złotowski |
PPE |
Pablo Arias Echeverría, Andrea Caroppo, Maria da Graça Carvalho, Deirdre Clune, Geoffroy Didier, Krzysztof Hetman, Arba Kokalari, Andrey Kovatchev, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Marion Walsmann |
RENEW |
Nicola Beer, Dita Charanzová, Vlad Gheorghe, Sandro Gozi, Ondřej Kovařík, Karen Melchior, Róża Thun und Hohenstein |
S&D |
Brando Benifei, Maria Grapini, Maria-Manuel Leitão-Marques, Adriana Maldonado López, Leszek Miller, Tsvetelina Penkova, René Repasi, Christel Schaldemose, Marc Tarabella |
VERTS/ALE |
Anna Cavazzini, Malte Gallée, Alexandra Geese, Marcel Kolaja, Kim Van Sparrentak |
0 |
- |
|
|
6 |
0 |
ECR |
Eugen Jurzyca |
ID |
Alessandra Basso, Marco Campomenosi, Rosanna Conte, Virginie Joron, Antonio Maria Rinaldi |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (21.6.2022)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida Aġġornata għall-Ewropa: allinjament tal-infiq mal-politika
Rapporteur għal opinjoni: Carlo Fidanza
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa" (COM(2020)0102) u r-riżoluzzjoni korrispondenti tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2020[15],
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Strateġija għal SMEs għal Ewropa sostenibbli u diġitali" (COM(2020)0103),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2020 bit-titolu "Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur" (COM(2020)0789),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 bit-titolu "Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b'saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa", (COM(2021)0350),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Marzu 2021 dwar l-istabbiliment ta' strateġija tal-UE għal turiżmu sostenibbli[16],
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 bit-titolu "Annual Single Market Report 2021" (Rapport Annwali dwar is-Suq Uniku 2021) (SWD(2021)0351),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2021 bit-titolu "Strategic dependencies and capacities" (Dipendenzi u kapaċitajiet strateġiċi) (SWD(2021)0352),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ġunju 2021 bit-titolu "Scenarios towards co-creation of transition pathway for tourism for a more resilient, innovative and sustainable ecosystem" (Xenarji lejn il-ħolqien konġunt ta' perkors ta' tranżizzjoni għat-turiżmu għal ekosistema aktar reżiljenti, innovattiva u sostenibbli) (SWD(2021)0164),
– wara li kkunsidra r-rapport ta' politika tal-Kummissjoni bit-titolu "Transition Pathway for Tourism" (Perkors ta' Tranżizzjoni għat-Turiżmu) ippubblikat fl-4 ta' Frar 2022,
A. billi l-industrija tat-turiżmu u tat-trasport kienet l-aktar affettwata mir-restrizzjonijiet introdotti b'reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, li fl-2021 irriżultat fi tnaqqis ta' 72 % fil-wasliet ta' turisti internazzjonali meta mqabbla mal-livelli ta' qabel il-pandemija[17];
B. billi s-settur tat-turiżmu kien jirrappreżenta 11,6 % tal-impjiegi kollha fl-2019; billi l-Kunsill Dinji tal-Ivvjaġġar u t-Turiżmu (WTTC) rrapporta li ntilfu 3,6 miljun impjieg relatati mat-turiżmu fl-Ewropa fl-2020[18]; billi l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt bla preċedent fuq is-settur tat-turiżmu, peress li naqqset drastikament il-flussi tat-turiżmu u b'hekk id-dħul tan-negozji relatati mat-turiżmu; billi l-kontribut globali tat-turiżmu għall-PDG totali fl-Ewropa naqas bin-nofs minn 9,9 % fl-2019 għal 4,9 % fl-2020; billi s-settur tat-trasport u l-infrastruttura tat-trasport huma l-pedament tal-ekonomija Ewropea; billi networks ta' infrastruttura robusti u negozji tat-trasport vijabbli huma prerekwiżiti fundamentali għall-aspetti kollha tal-kompetittività ta' soċjetà;
C. billi kundizzjonijiet ekonomiċi fis-settur tat-trasport għandhom impatt dirett fuq in-negozji industrijali, peress li l-ispejjeż tat-trasport tal-materja prima, l-oġġetti tal-input u l-prodotti lesti jaffettwaw il-prezzijiet tal-prodotti, li fl-aħħar mill-aħħar iridu jinġarru mill-konsumaturi; billi, fid-dawl taż-żidiet qawwija reċenti fil-prezzijiet tal-fjuwil u tal-enerġija, li jżidu mal-inflazzjoni u jimminaw il-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi, hija meħtieġa strateġija komuni fil-livell tal-UE, armonizzati ma' miżuri robusti fil-livell tal-Istati Membri, biex jiġu mmoderati ż-żieda fil-prezzijiet u l-impatt ekonomiku negattiv fuq il-kompetittività tan-negozji Ewropej u l-kapaċità tal-akkwist tal-unitajiet domestiċi Ewropej;
D. billi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u l-mikrointrapriżi jiffurmaw il-maġġoranza tan-negozji fis-settur tat-trasport, u billi huma b'mod partikolari sensittivi għaċ-ċaqliq ekonomiku, għaċ-ċaqliq fil-prezzijiet u għaż-żieda fil-piżijiet regolatorji; billi l-istrateġija industrijali Ewropea trid tqis il-kundizzjonijiet tal-intrapriżi ż-żgħar u għandha titfassal skont il-prinċipju "aħseb l-ewwel fiż-żgħir";
E. billi r-rapport ta' politika tal-Kummissjoni "Transition Pathway for Tourism" (Perkors ta' Tranżizzjoni għat-Turiżmu) jenfasizza l-ħtieġa li tiġi aċċellerata aktar it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-ekosistema tat-turiżmu fl-Istati Membri u billi aktar minn 99 % tan-negozji fis-settur tat-turiżmu tal-UE huma SMEs u mikrointrapriżi; billi hemm ħtieġa għal miżuri biex jiġu impjegati mill-ġdid ħaddiema li telqu mis-settur, skemi għall-qgħad għal ħaddiema u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti fis-settur;
F. billi x-xejriet tal-ivvjaġġar inbidlu minħabba l-emerġenza tas-saħħa, fejn l-ivvjaġġar jieħu t-tendenza li jsir lejn destinazzjonijiet mhux iffullati u lokali; billi hemm sfidi ġodda kkawżati mis-sitwazzjoni ġeopolitika;
G. billi r-rapport ta' politika tal-Kummissjoni "Transition Pathway for Tourism" (Perkors ta' Tranżizzjoni għat-Turiżmu) jenfasizza li l-istrateġiji tat-turiżmu tal-Istati Membri għandhom jinbnew fuq prinċipji ta' żvilupp sostenibbli li jiżguraw sostenibbiltà ekonomika, ambjentali u soċjali
H. billi t-turiżmu huwa industrija importanti u multidimensjonali b'effetti multiplikaturi sinifikanti fuq industriji oħra, u dan jagħmluh prijorità fl-Aġenda tal-UE, u billi, madankollu, it-turiżmu jeħtieġ li jkun inkluż aktar fi programmi finanzjarji u f'politiki tal-UE;
I. billi d-destinazzjonijiet fir-reġjuni periferiċi, fiż-żoni rurali u fil-gżejjer, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, jiffaċċjaw sfidi speċifiċi relatati mal-għażliet tat-trasport disponibbli u għalhekk huma wkoll aktar vulnerabbli lejn kwalunkwe impatt soċjoekonomiku negattiv tat-tranżizzjoni ekoloġika;
J. billi n-network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) għandu jiżgura koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll aċċessibbiltà madwar l-UE u r-reġjuni tagħha, inklużi dawk rurali, remoti, muntanjużi, skarsament popolati, periferali, insulari u ultraperiferiċi, b'tali mod li jistimola t-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi u jnaqqas l-inugwaljanzi, irawwem id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni, u jtejjeb l-adattabbiltà u r-reżiljenza b'impatt dirett fuq l-industrija tat-turiżmu;
K. billi l-iżvilupp ibbilanċjat tal-kurituri tat-trasport li jiżgura l-konnettività bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar u l-Lvant u l-Punent fl-Ewropa kollha huwa meħtieġ sabiex jissaħħu aktar l-irkupru u r-reżiljenza tat-turiżmu; billi s-settur tal-mobbiltà u tat-trasport joffri potenzjal enormi għal investiment produttiv fl-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-industrijalizzazzjoni mill-ġdid tas-settur, billi jikkombina l-manifattura u t-tiswija ta' tagħmir mal-promozzjoni tat-trasport pubbliku, il-ferroviji, il-mobbiltà sostenibbli u intelliġenti, u l-ippjanar spazjali abbażi tal-konnettività, il-koeżjoni u l-iżvilupp;
L. billi l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-pakkett "lesti għall-mira ta' 55 %", li għandu l-għan li jikseb newtralità klimatika sal-2050, ma tqisx l-impatti ta' xi partijiet speċifiċi ta' leġiżlazzjoni fuq l-ekosistema tat-turiżmu u l-kompetittività tagħha;
M. billi r-rapport ta' politika tal-Kummissjoni "Transition Pathway for Tourism" (Perkors ta' Tranżizzjoni għat-Turiżmu) ma jinkludix linji gwida dwar governanza ċara jew pjan ta' azzjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi tat-turiżmu u proposti soluzzjonijiet komuni;
1. Jilqa' l-Perkors ta' Tranżizzjoni għat-Turiżmu u jistieden lill-Kummissjoni twettaq u ssegwi dan billi tippreżenta sett ta' azzjonijiet konkreti għal diversi oqsma, bħar-riċerka u l-iżvilupp, l-infrastruttura u l-iżvilupp teknoloġiku u l-ħiliet, sabiex tippromwovi l-iżvilupp ta' turiżmu sostenibbli fid-destinazzjonijiet Ewropej kollha kemm għat-turisti kif ukoll għall-popolazzjonijiet lokali, filwaqt li tiżgura l-konsistenza u l-allinjament bejn il-politiki u l-objettivi tal-UE, l-istrumenti ta' finanzjament u l-istrumenti regolatorji biex jiġu appoġġjati l-industriji fit-tranżizzjonijiet sostenibbli tagħhom;
2. Jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi b'aktar kooperazzjoni fil-proċess konġunt ta' monitoraġġ u implimentazzjoni għal Perkors ta' Tranżizzjoni għat-Turiżmu mal-Parlament (b'mod ewlieni mal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u t-Task Force għat-Turiżmu tiegħu) u istituzzjonijiet oħra tal-UE, bħall-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; jitlob lill-Kummissjoni, għal dak il-għan, biex tinvolvi t-Task Force għat-Turiżmu tal-Parlament fil-laqgħat regolari tal-Kumitat Konsultattiv dwar it-Turiżmu sabiex tissaħħaħ l-istrateġija Ewropea għat-turiżmu;
3. Jitlob li l-Kummissjoni tistabbilixxi u topera pjattaforma online għall-kollaborazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati sabiex tippromwovi aktar il-proċess ta' kokreazzjoni;
4. Jisħaq li r-rispons għall-pandemija tal-COVID-19 jirrappreżenta opportunità storika biex jiġi mmodernizzat it-turiżmu fl-UE u jsir aktar sostenibbli, inkluż fir-rigward tal-mobbiltà, u aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika pjan ta' azzjoni dwar it-"turiżmu sostenibbli" li jinkludi objettivi fuq terminu qasir, medju u twil, li jkopri l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, u jenfasizza li dawn l-azzjonijiet iridu jiġu promossi f'koordinazzjoni mal-Parlament u mal-Istati Membri; itenni l-konvinzjoni tiegħu li d-destinazzjonijiet turistiċi u l-faċilitajiet iridu jkunu aċċessibbli għall-persuni kollha fis-soċjetà, b'mod partikolari għall-persuni b'diżabilità, u jappoġġja l-pożizzjoni espressa fil-Perkors ta' Tranżizzjoni għat-Turiżmu li l-faċilitajiet turistiċi aċċessibbli fid-destinazzjonijiet kollha, kif ukoll l-informazzjoni ċara u aċċessibbli dwar dawn il-faċilitajiet, għandhom jiġu pprovduti għall-vjaġġaturi li jippjanaw u jipprenotaw is-soġġorni u l-attivitajiet tagħhom;
5. Iqis li t-turiżmu sostenibbli, flimkien mal-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi, irid jikkontribwixxi għall-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi naturali u l-bijodiversità, b'attenzjoni partikolari għall-ħtieġa li jiġi limitat il-fenomenu tat-turiżmu eċċessiv, u jħeġġeġ l-iżvilupp ta' mudelli alternattivi u l-użu ta' teknoloġiji diġitali; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament tal-UE għall-partijiet ikkonċernati tat-turiżmu, b'mod partikolari biex tgħin lill-istabbilimenti ta' akkomodazzjoni żgħar biex ittejjeb l-effiċjenza enerġetika tagħhom u żżid l-iffrankar tal-enerġija tagħhom;
6. Iqis li l-istrateġija għandha tkompli ssaħħaħ l-integrità tas-suq uniku fir-rigward tas-setturi tat-turiżmu u tat-trasport; jitlob li l-istrateġija industrijali l-ġdida għall-Ewropa tkun allinjata mal-ambizzjonijiet ta' politika relatati bħall-kisba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u d-diġitalizzazzjoni, l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi għall-industrija u n-negozji Ewropej, l-indirizzar tal-faqar enerġetiku u tat-trasport, it-titjib tal-koeżjoni soċjali, it-tisħiħ tal-multimodalità u l-appoġġ tal-ekosistema tat-turiżmu, pereżempju permezz tal-kondiviżjoni ta' prattiki tajba biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar kif jistgħu jittejbu l-politiki għaż-żewġ setturi;
7. Jappella lill-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-kriżijiet biex jiġi żgurat li s-settur tat-turiżmu jkun imħejji adegwatament għal kriżijiet futuri, fejn ir-reazzjonijiet nazzjonali juru li mhumiex biżżejjed;
8. Itenni t-talba tiegħu għall-ħolqien ta' Aġenzija Ewropea għat-Turiżmu, responsabbli, fost l-oħrajn, li:
– tipprovdi lill-UE u lill-Istati Membri tagħha ħarsa ġenerali fattwali u data għal dawk li jfasslu l-politika, li se jippermettulhom ifasslu strateġiji infurmati bbażati fuq data turistika miġbura u analizzata, inkluż dwar l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali possibbli ta' dawn l-istrateġiji fuq is-settur;
– tħaddem mekkaniżmu għall-ġestjoni tal-kriżijiet biex jiġi żgurat li s-settur tat-turiżmu jkun imħejji adegwatament għal kriżijiet futuri, fejn ir-reazzjonijiet nazzjonali wrew li mhumiex biżżejjed;
– tagħti appoġġ tekniku u amministrattiv lill-mikrointrapriżi u lill-SMEs biex tiżdied il-kapaċità tagħhom li jiksbu aċċess għal finanzjamenti u strumenti finanzjarji tal-UE u jagħmlu użu minnhom;
– tgħin lill-ekosistema tat-turiżmu billi, pereżempju, tikkondividi prattiki tajbin biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar it-titjib tal-politiki tat-turiżmu;
– tippromwovi l-marka Ewropea f'pajjiżi terzi u tiffoka fuq id-diversifikazzjoni tal-prodott turistiku Ewropew;
9. Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa politika Ewropea komprensiva tat-turiżmu bil-ħsieb li tinħoloq Unjoni Ewropea tat-Turiżmu;
10. Jappella lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija Ewropea tat-turiżmu komprensiva (l-Aġenda Ewropea għat-Turiżmu 2030/2050), fi sħubija ma' awtoritajiet differenti fil-livelli kollha ta' governanza u l-atturi tal-industrija, b'għanijiet, objettivi, opportunitajiet ta' finanzjament u pjanijiet ta' implimentazzjoni ċari;
11. Iqis li huwa ta' dispjaċir li l-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE u n-NextGenerationEU ma allokawx finanzjament speċifiku għas-settur tat-turiżmu, li ġie affettwat b'mod partikolarment negattiv mill-pandemija tal-COVID-19, mill-gwerra li għaddejja bħalissa fl-Ukrajna, mill-inflazzjoni għolja u miż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-fjuwil, minkejja li dan is-settur ikkontribwixxa 9,9 % għall-PDG tal-UE fl-2019; huwa tal-fehma li l-investimenti pubbliċi mill-UE u l-Istati Membri huma essenzjali għall-iżvilupp tal-infrastruttura u l-mobbiltà b'appoġġ għas-settur tat-turiżmu;
12. Jilqa' l-gwida għall-finanzjament tal-UE għat-turiżmu; jitlob lill-Kummissjoni, madankollu, tissistematizza u xxerred l-opportunitajiet ta' finanzjament taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-qafas finanzjarju pluriennali tal-UE 2021-2027 sabiex tipprovdi aktar informazzjoni dwar l-iżvilupp ta' azzjonijiet speċifiċi; jitlob li l-partijiet ikkonċernati fit-turiżmu fl-Istati Membri jingħataw opportunitajiet finanzjarji;
13. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-ekosistema tat-turiżmu għall-investimenti permezz ta' diversi strumenti ta' finanzjament tal-UE, bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; jissottolinja l-importanza li jiġi pprovdut taħriġ settorjali relatat mal-finanzi lill-partijiet ikkonċernati fl-ekosistema tat-turiżmu bħala mod addizzjonali biex jiżdied l-aċċess għall-finanzjament;
14. Jenfasizza li l-imposti addizzjonali fis-settur tat-trasport jaffettwaw lin-nies, speċjalment dawk f'żoni skarsament popolati u ultraperiferali, u lin-negozji bl-aktar marġini finanzjarji baxxi (speċjalment negozji iżgħar); iqis iż-żidiet qawwija reċenti fil-prezzijiet tal-fjuwil u tal-enerġija bħala theddida serja għall-kompetittività tal-Unjoni u għas-sitwazzjoni finanzjarja tal-unitajiet domestiċi tal-UE; jistieden lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE u lill-Istati Membri jappoġġjaw miżuri u skemi li jiġġieldu kontra prezzijiet ogħla, pereżempju billi jippromwovu ċaqliq lejn modi sostenibbli ta' trasport, bħall-ferroviji u l-mobbiltà attiva, billi jinċentivaw it-trasport pubbliku u jinkoraġġixxu skemi ta' mobbiltà kondiviża u inizjattivi relatati;
15. Ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-opportunità offruta mill-preżentazzjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji fl-ambitu tal-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament u tikkoopera regolarment miegħu dwar ix-xogħol preparatorju u l-progress li jkun sar fl-iżvilupp ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji u żżomm lill-Membri tal-Parlament involuti fil-proċess;
16. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-SMEs u lill-mikrointrapriżi (inklużi l-artiġjani) fis-settur tat-turiżmu billi trawwem inizjattivi sostenibbli innovattivi, tissimplifika l-burokrazija, tinkoraġġixxi l-edukazzjoni u t-taħriġ u tipprovdi finanzjament għal promozzjoni tal-ħiliet u għal taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol, speċjalment fir-rigward ta' ħiliet ġodda diġitali, biex tistimula offerti ġodda ta' turiżmu f'termini ta' destinazzjonijiet u esperjenzi u tikkontribwixxi fiż-żieda tal-valur tal-prodotti reġjonali u tradizzjonijiet lokali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv fuq l-SMEs u l-qafas regolatorju tal-Unjoni jiġi adattat aħjar għal dan il-għan;
17. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu u jappoġġjaw aktar miżuri għad-diġitalizzazzjoni; ifakkar li t-tranżizzjoni diġitali hija waħda mill-prijoritajiet orizzontali ewlenin tal-UE li se tgħin biex tingħata spinta lill-kompetittività tan-negozji tal-UE sabiex jitrawmu l-intraprenditorija, l-innovazzjoni u r-riċerka, jiġu żviluppati soluzzjonijiet kreattivi u innovattivi u ssir ħidma mal-universitajiet, l-iskejjel tat-turiżmu u ċ-ċentri tal-għarfien biex jiġi trasferit u prodott l-għarfien għall-industrija, li se jkompli jsaħħaħ ir-reżiljenza ta' dawn in-negozji għal kriżijiet ekonomiċi jew kriżijiet oħra;
18. Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi s-settur tat-turiżmu fl-istrateġija tad-data tal-UE u tappoġġja l-ħolqien ta' spazji tad-data li se jkunu ta' benefiċċju għas-settur billi toħloq qafas pubbliku għal kondiviżjoni u aċċessibbiltà mtejba tad-data; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tarmonizza r-regoli dwar il-ġbir tad-data tal-istatistika tat-turiżmu;
19. Jinnota li aċċess tajjeb għad-data huwa kruċjali għall-iżvilupp tat-teknoloġija tal-intelliġenza artifiċjali (IA) li se ssir dejjem aktar sinifikanti fis-settur tat-trasport, f'konformità mal-introduzzjoni ta' flotot intelliġenti u konnessi, filwaqt li jiġi rikonoxxut li ħafna sfidi li għad iridu jingħelbu f'li jiżguraw applikazzjonijiet tal-IA sikuri, siguri u trasparenti; jissottolinja l-fatt li l-iżviluppi teknoloġiċi fil-qasam tat-trasport u l-mobbiltà, b'mod partikolari l-applikazzjonijiet tal-IA u l-vetturi awtonomi, joffru potenzjal kbir għas-simplifikazzjoni tal-ħajja ta' kuljum tan-nies u tan-negozji, għat-tqassir tal-ħinijiet tal-ivvjaġġar, għat-tnaqqis tal-konġestjoni, għall-prevenzjoni tal-aċċidenti, għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u tal-ispejjeż;
20. Jappoġġja awtomatizzazzjoni usa' fis-settur tat-trasport bil-għan li dan isir aktar effiċjenti, sostenibbli u kompetittiv;
21. Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-użu ta' vetturi b'emissjonijiet żero, tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra billi tinkoraġġixxi l-użu ta' mezzi tat-trasport b'emissjonijiet baxxi jew żero, u tħeġġeġ l-użu ta' soluzzjonijiet tat-trasport alternattivi sostenibbli disponibbli għall-pubbliku u għan-negozji billi tappoġġja d-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni u ttejjeb il-konnettività u l-aċċess skont l-istrateġija għal mobbiltà sostenibbli u intelliġenti;
22. Jitlob li jsir investiment pubbliku fl-industrijalizzazzjoni mill-ġdid tal-Istati Membri sabiex jgħin fl-iżvilupp tagħhom u jappoġġja s-sovranità tagħhom, b'mod partikolari billi jinkoraġġixxi l-kostruzzjoni u t-tiswija ta' vetturi ferrovjarji u bastimenti u billi jiżgura li r-rikonfigurazzjoni tal-enerġija tas-settur tat-trasport tikkontribwixxi għall-produzzjoni tal-enerġija domestika u li l-promozzjoni ta' mobbiltà sostenibbli u intelliġenti ssir xprun ta' attività produttiva;
23. Jemmen li l-promozzjoni tal-marka "Ewropa" f'pajjiżi terzi għandha tiffoka fuq id-diversifikazzjoni tal-offerta tal-UE f'termini, fost l-oħrajn, ta' wirt kulturali, storiku u naturali, il-gastronomija lokali u s-saħħa, f'kooperazzjoni mad-destinazzjonijiet u l-operaturi turistiċi; isostni li d-destinazzjonijiet speċifiċi għandhom jiġu promossi b'mod strateġiku sabiex jiġi żviluppat it-turiżmu matul is-sena kollha bil-għan li jinħolqu itinerarji ad hoc li jtejbu l-valur tal-artiġjanat u tal-postijiet fejn joperaw l-artiġjani, u b'hekk jirrispondu għall-istandardizzazzjoni tal-provvista turistika u d-depopolazzjoni għaddejja ta' ħafna komunitajiet lokali, peress li huma l-attrazzjonijiet ewlenin għat-turisti u huma essenzjali għall-irkupru ġenerali tal-offerta turistika tal-pajjiżi Ewropej; ifakkar fil-ħtieġa ta' strateġiji komprensivi ta' turiżmu intelliġenti għar-reġjuni remoti u l-ħtieġa li jiġu stimulati opportunitajiet ġodda ta' turiżmu;
24. Iqis li l-isfidi potenzjali u l-ispejjeż dejjem jiżdiedu tat-tranżizzjoni ekoloġika għas-setturi tat-trasport, b'mod partikolari t-trasport bl-ajru u marittimu, jistgħu jaffettwaw id-domanda għas-setturi tat-turiżmu; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tivvaluta b'mod regolari l-impatti soċjoekonomiċi ta' dawn l-isfidi, inkluża l-kompetittività ta' din it-tranżizzjoni, filwaqt li tqis il-miżuri kollha proposti fis-setturi tat-turiżmu fl-Istati Membri;
25. Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri kollha jkollhom network tat-TEN-T żviluppat sew, intelliġenti, sikur u sostenibbli li jiffaċilita t-trasport, il-konnettività u l-aċċessibbiltà territorjali fl-UE kollha, b'mod partikolari fir-reġjuni periferiċi, il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi, sabiex jiġi promoss u msaħħaħ it-turiżmu Ewropew u internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-konnessjonijiet transfruntiera neqsin u t-tlestija tagħhom, kif ukoll lill-konnettività; jistieden lill-Istati Membri jużaw ir-riżorsi min-NextGenerationEU u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa biex jaċċelleraw dawn l-investimenti fl-infrastruttura u jiksbu kapaċità msaħħa malajr għall-investiment fis-sistema tat-trasport, li se tkun ta' benefiċċju għall-kompetittività tal-industrija u l-pożizzjoni finanzjarja tal-unitajiet domestiċi; jikkunsidra li l-iżvilupp tat-TEN-T u l-konnessjoni tiegħu fuq l-art ma' żoni urbani, lokali u kostali se jkollhom rwol ewlieni biex jipprovdu soluzzjonijiet ta' trasport flessibbli u alternattivi sostenibbli għall-ivvjaġġar u t-turiżmu, inkluż fuq distanzi twal meta t-trasport bl-ajru ma jkunx soluzzjoni ottimali jew meħtieġa;
26. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni, kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2020[19], biex tadotta pjan direzzjonali b'miri u indikaturi konkreti u vinkolanti sabiex tiżgura regolamentazzjoni aħjar u simplifikazzjoni tal-piż amministrattiv bil-għan li tingħata spinta lill-irkupru ekonomiku u tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni; ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-wegħda tagħha li taħdem skont il-prinċipju ta' "One In, One Out"; jinnota li, skont dan il-prinċipju, kull piż regolatorju ġdid li jiġi introdott irid jiġi kkumpensat permezz tat-tneħħija ta' piż tal-ispejjeż ekwivalenti fl-istess qasam ta' politika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twieġeb malajr kemm jista' jkun bi pjan komprensiv li jikkumpensa għall-piżijiet regolatorji imposti fuq is-settur tat-trasport, f'konformità mal-prinċipju ta' "One In, One Out";
27. Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita l-ippjannar tal-vjaġġi, inkluż billi tipprovdi proċeduri simplifikati għall-ħruġ ta' biljetti multimodali permezz ta' servizzi diġitali u d-drittijiet assoċjati, mill-aktar fis possibbli, filwaqt li tirregola aħjar l-attività tal-pjattaformi ta' prenotazzjoni online u l-intermedjarji tagħhom; jitlob li l-qafas tal-UE għal kirjiet fuq terminu qasir jissaħħu u jkunu proporzjonali u għall-politiki ġodda li jiġu implimentati biex itejbu t-trasparenza, il-kompetizzjoni ġusta fis-settur tal-ospitalità u l-protezzjoni tal-klijenti kontra l-ispekulazzjoni;
28. Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-industrija tat-turiżmu, meta jressqu l-istrateġiji turistiċi tagħhom, jagħtu attenzjoni mill-qrib lill-qawwiet speċifiċi tad-destinazzjonijiet turistiċi f'termini tal-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistema u r-riżorsi naturali, il-wirt kulturali u storiku u l-potenzjal li jagħtu lill-klijenti esperjenzi uniċi u awtentiċi, u lill-inklużività u l-aċċessibbiltà, inkluż għall-persuni b'diżabilità; iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-SMEs u l-industriji kulturali u kreattivi fir-rwol ewlieni tagħhom fl-ekosistema tat-turiżmu, u jappella għall-provvista ta' assistenza teknika u l-finanzjament meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija; jappella, barra minn hekk, għal inizjattivi innovattivi usa' li jħeġġu l-edukazzjoni fil-ħiliet diġitali;
29. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw is-sitwazzjoni tal-ħaddiema tul il-katina tal-valur kollha tas-settur tat-turiżmu, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali u n-negozji, permezz ta' djalogu kostruttiv dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur, li huwa kkaratterizzat mill-istaġjonalità u l-użu ta' forom ta' impjieg part-time; jenfasizza l-konsegwenzi negattivi tan-nuqqas ta' ħaddiema fuq is-settur tat-turiżmu f'diversi Stati Membri u jħeġġiġhom jindirizzaw malajr il-kawżi ekonomiċi, soċjali u kulturali;
30. Jiddispjaċih li r-rati ta' ħlas fis-siegħa u l-ispejjeż tax-xogħol fis-settur tat-turiżmu huma ferm aktar baxxi milli fl-ekonomija fl-intier tagħha, u li hemm perċentwal relattivament għoli ta' kuntratti għal terminu fiss u perjodi iqsar ta' impjieg; jinsab imħasseb li n-nisa li jaħdmu fis-settur tat-turiżmu jaqilgħu madwar 15 % inqas mill-kontropartijiet irġiel tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi impjiegi ġusti u inklużivi fis-settur;
31. Jemmen li l-ekonomija blu hija essenzjali għall-promozzjoni ta' industrija tat-turiżmu sostenibbli; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni għandha tiżgura applikazzjoni ġusta u nondiskriminatorja tad-Direttiva 2006/123/KE[20] meta tkun relatata ma' konċessjonijiet marittimi tal-istat għal skopijiet ta' turiżmu; jinnota li huwa kruċjali li jiġu salvagwardjati l-ekosistemi taż-żoni rurali u kostali sabiex tiġi ppreservata u mtejba r-rikkezza tal-bijodiversità u l-ekoturiżmu; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu lir-reġjuni remoti u lir-reġjuni ultraperiferiċi bi strateġiji komprensivi ta' turiżmu intelliġenti sabiex jindirizzaw problemi ta' trasport limitat u konnettività diġitali;
32. Jenfasizza l-impatt pożittiv tal-mobbiltà kondiviża fuq it-turiżmu, inkluż il-kondiviżjoni tal-karozzi, il-kondiviżjoni tal-iskuters u l-kondiviżjoni tar-roti, bħala parti minn strateġija ta' mobbiltà integrata mas-servizzi tat-trasport pubbliċi (skedati u mhux skedati) u privati.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Data tal-adozzjoni |
15.6.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 0 1 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Paolo Borchia, Karolin Braunsberger-Reinhold, Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Gheorghe Falcă, Giuseppe Ferrandino, Carlo Fidanza, Mario Furore, Jens Gieseke, Elsi Katainen, Elena Kountoura, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, João Pimenta Lopes, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Vera Tax, Barbara Thaler, Petar Vitanov, Lucia Vuolo, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Tom Berendsen, Maria Grapini, Roman Haider, Pär Holmgren, Ondřej Kovařík, Colm Markey, Dorien Rookmaker, Annalisa Tardino |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Alessandra Basso |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
37 |
+ |
ECR |
Carlo Fidanza, Peter Lundgren, Dorien Rookmaker, Roberts Zīle, Kosma Złotowski |
ID |
Alessandra Basso, Paolo Borchia, Roman Haider, Annalisa Tardino |
NI |
Mario Furore |
PPE |
Tom Berendsen, Karolin Braunsberger-Reinhold, Gheorghe Falcă, Jens Gieseke, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Colm Markey, Massimiliano Salini, Barbara Thaler, Lucia Vuolo |
RENEW |
José Ramón Bauzá Díaz, Izaskun Bilbao Barandica, Elsi Katainen, Ondřej Kovařík, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet |
S&D |
Giuseppe Ferrandino, Maria Grapini, Vera Tax, Petar Vitanov |
THE LEFT |
Elena Kountoura |
VERTS/ALE |
Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Pär Holmgren, Tilly Metz |
0 |
- |
|
|
1 |
0 |
THE LEFT |
João Pimenta Lopes |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
13.7.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
70 0 4 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Matteo Adinolfi, Nicola Beer, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Paolo Borchia, Marc Botenga, Markus Buchheit, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Nicola Danti, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Claudia Gamon, Jens Geier, Nicolás González Casares, Christophe Grudler, Henrike Hahn, Ivo Hristov, Ivars Ijabs, Romana Jerković, Eva Kaili, Seán Kelly, Łukasz Kohut, Zdzisław Krasnodębski, Andrius Kubilius, Marisa Matias, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Angelika Niebler, Niklas Nienaß, Ville Niinistö, Mauri Pekkarinen, Tsvetelina Penkova, Morten Petersen, Markus Pieper, Sira Rego, Robert Roos, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Riho Terras, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Marie Toussaint, Isabella Tovaglieri, Henna Virkkunen, Pernille Weiss, Carlos Zorrinho |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Andrus Ansip, Pascal Arimont, Tiziana Beghin, Franc Bogovič, Gheorghe Falcă, Andreas Glück, Klemen Grošelj, Elżbieta Kruk, Adriana Maldonado López, Sandra Pereira, Bronis Ropė, Ernő Schaller-Baross, Jordi Solé, Marion Walsmann |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Biljana Borzan, Rosanna Conte, Erik Marquardt, Liudas Mažylis, Matjaž Nemec, Antonio Maria Rinaldi, Christel Schaldemose, Alexandr Vondra |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
70 |
+ |
ECR |
Zdzisław Krasnodębski, Elżbieta Kruk, Robert Roos, Grzegorz Tobiszowski, Alexandr Vondra |
ID |
Matteo Adinolfi, Paolo Borchia, Markus Buchheit, Rosanna Conte, Antonio Maria Rinaldi, Isabella Tovaglieri |
NI |
Tiziana Beghin, Ernő Schaller-Baross |
PPE |
Pascal Arimont, François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Franc Bogovič, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Gheorghe Falcă, Seán Kelly, Andrius Kubilius, Liudas Mažylis, Angelika Niebler, Markus Pieper, Sara Skyttedal, Maria Spyraki, Riho Terras, Henna Virkkunen, Marion Walsmann, Pernille Weiss |
RENEW |
Andrus Ansip, Nicola Beer, Nicola Danti, Claudia Gamon, Andreas Glück, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Ivars Ijabs, Iskra Mihaylova, Mauri Pekkarinen, Morten Petersen |
S&D |
Biljana Borzan, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Jens Geier, Nicolás González Casares, Ivo Hristov, Romana Jerković, Eva Kaili, Łukasz Kohut, Adriana Maldonado López, Matjaž Nemec, Dan Nica, Tsvetelina Penkova, Christel Schaldemose, Patrizia Toia, Carlos Zorrinho |
VERTS/ALE |
Ignazio Corrao, Ciarán Cuffe, Henrike Hahn, Erik Marquardt, Niklas Nienaß, Ville Niinistö, Bronis Ropė, Jordi Solé, Marie Toussaint |
4 |
- |
THE LEFT |
Marc Botenga, Marisa Matias, Sandra Pereira, Sira Rego |
0 |
0 |
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU C 97, 28.2.2022, p. 43.
- [2] ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.
- [3] ĠU C 316, 6.8.2021, p. 2.
- [4] ĠU C 425, 20.10.2021, p. 43.
- [5] ĠU C 445, 29.10.2021, p. 2.
- [6] ĠU C 465, 17.11.2021, p. 11.
- [7] ĠU C 15, 12.1.2022, p. 56.
- [8] ĠU C 15, 12.1.2022, p. 45.
- [9] Testi adottati, P9_TA(2021)0468.
- [10] ĠU C 238, 6.7.2018, p. 28.
- [11] Rapport Speċjali 2022/02 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: "Effiċjenza fl-enerġija fl-intrapriżi. Iffrankar tal-enerġija iżda hemm dgħufijiet fl-ippjanar u fl-għażla tal-proġetti" https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR22_02/SR_Energy-effic-enterpr_MT.pdf
- [12] Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, "Rapport Speċjali 03/2022: Tnedija tal-5G fl-UE: dewmien fl-introduzzjoni tan-networks, u problemi ta' sigurtà jibqgħu mhux solvuti", Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2022.
- [13] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2022 bit-titolu "Lejn ekonomija ekoloġika, diġitali u reżiljenti: il-mudell ta' Tkabbir Ewropew Tagħna "(COM(2022)0083).
- [14] "Inqiegħdu aktar Unjoni fid-Dwana Ewropea - Għaxar proposti biex l-Unjoni Doganali tal-UE tkun adattata għal Ewropa Ġeopolitika. Rapport mill-Grupp ta' Persuni Għorrief dwar ir-Riforma tal-Unjoni Doganali tal-UE", Brussell, Marzu 2022.
- [15] ĠU C 425, 20.10.2021, p. 43.
- [16] ĠU C 494, 8.12.2021, p. 106.
- [17] https://www.unwto.org/unwto-world-tourism-barometer-data
- [18] Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar strateġija ġdida għall-SMEs Ewropej, ĠU C 445, 29.10.2021, p. 2, il-paragrafu 5.
- [19] Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2020 dwar strateġija ġdida għall-SMEs Ewropej, ĠU C 445, 29.10.2021, p. 2, il-paragrafu 5.
- [20] Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.