RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-emendi għall-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992

8.9.2022 - (07978/2022 – C9‑0181/2022 – 2022/0082(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Bernd Lange

Proċedura : 2022/0082(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0229/2022
Testi mressqa :
A9-0229/2022
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-emendi għall-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992

(07978/2022 – C9‑0181/2022 – 2022/0082(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07978/2022),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' emendi għall-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992 (07978/2022),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0181/2022),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9‑0229/2022),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-emendi għall-ftehim;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


 

NOTA SPJEGATTIVA

L-Unjoni Ewropea hija Parti għall-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor adottat fl-1992 mill-Konferenza dwar iz-Zokkor tan-Nazzjonijiet Uniti u membru tal-Organizzazzjoni Internazzjonali taz-Zokkor ("ISO").

Il-Kummissjoni ġiet awtorizzata mill-Kunsill biex tiftaħ in-negozjati mal-partijiet l-oħra għall-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor, bil-għan li jiġi mmodernizzat, b'mod partikolari fir-rigward tad-diskrepanzi bejn l-għadd ta' voti u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Membri u l-pożizzjoni relattiva tagħhom fis-suq dinji taz-zokkor.

Il-bidliet jikkonċernaw it-tliet oqsma li ġejjin: il-baġit amministrattiv u l-kontribuzzjonijiet tal-Membri skont l-Artikolu 25; it-twessigħ tal-objettivi, tal-istudji, tal-evalwazzjonijiet u tal-attivitajiet ta' riċerka, li jippermetti l-inklużjoni ta' prodotti oħra relatati maz-zokkor (b'mod partikolari l-bijoetanol) fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 1, 32, 33 u 34; u r-regoli għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 23.

Waqt id-59 laqgħa tal-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor tas-26 ta' Novembru 2021, il-Kunsill Internazzjonali taz-Zokkor ("ISC") ivvota unanimament favur ir-rakkomandazzjoni tal-Membri tal-ISO biex jemendaw il-Ftehim, f'konformità mal-eżitu tan-negozjati.

L-għanijiet riveduti tal-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor huma kif ġej:

(a) li tiġi żgurata kooperazzjoni internazzjonali msaħħa dwar il-kwistjonijiet dinjija taz-zokkor u tal-prodotti dolċifikanti kif ukoll dwar il-kwistjonijiet relatati, inkluż il-bijoenerġija u l-produzzjoni tal-fjuwil tal-etanol abbażi ta' għelejjel taz-zokkor;

(b) li jiġi pprovdut qafas għall-konsultazzjonijiet intergovernattivi dwar is-swieq taz-zokkor u tal-prodotti dolċifikanti, kif ukoll dwar il-prodotti sekondarji tal-industrija taz-zokkor u l-fjuwil tal-etanol abbażi ta' għelejjel taz-zokkor;

(c) li jiġi ffaċilitat in-negozjar billi tinġabar u tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar is-suq dinji taz-zokkor u ta' prodotti dolċifikanti oħra, kif ukoll dwar il-bijoenerġija u l-fjuwil tal-etanol abbażi ta' għelejjel taz-zokkor;

(d) li titħeġġeġ żieda fid-domanda għaz-zokkor u għall-għelejjel taz-zokkor, b'mod partikolari għal użi mhux tal-ikel.

F'konformità mal-Artikoli 207(4) u 218(6) punt (a) (v) tat-TFUE, il-kunsens rapidu tal-Parlament Ewropew huwa meħtieġ sabiex il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-emendi għall-Ftehim u biex dan tal-aħħar jidħol fis-seħħ fi żmien debitu.

Fid-dawl ta' dan, ir-Rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-emendi għall-Ftehim, mingħajr preġudizzju għad-dritt demokratiku tiegħu għal skrutinju demokratiku.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Konklużjoni tal-emendi għall-Ftehim Internazzjonali dwar iz-Zokkor tal-1992

Referenzi

07978/2022 – C9-0181/2022 – 2022/0082(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

16.5.2022

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

18.5.2022

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

18.5.2022

AGRI

18.5.2022

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

BUDG

19.4.2022

AGRI

20.4.2022

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Bernd Lange

16.5.2022

 

 

 

Eżami fil-kumitat

13.7.2022

 

 

 

Data tal-adozzjoni

31.8.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

1

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Barry Andrews, Anna-Michelle Asimakopoulou, Geert Bourgeois, Saskia Bricmont, Markus Buchheit, Udo Bullmann, Jordi Cañas, Arnaud Danjean, Emmanouil Fragkos, Raphaël Glucksmann, Markéta Gregorová, Roman Haider, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Danuta Maria Hübner, Herve Juvin, Karin Karlsbro, Bernd Lange, Margarida Marques, Emmanuel Maurel, Carles Puigdemont i Casamajó, Samira Rafaela, Inma Rodríguez-Piñero, Massimiliano Salini, Helmut Scholz, Sven Simon, Kathleen Van Brempt, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jérémy Decerle, José Manuel García-Margallo y Marfil, Enikő Győri, Miapetra Kumpula-Natri, Javier Moreno Sánchez, Manuela Ripa, Pedro Silva Pereira

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paolo Borchia, Pernille Weiss

Data tat-tressiq

7.9.2022

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ECR

Geert Bourgeois, Emmanouil Fragkos

ID

Paolo Borchia, Markus Buchheit, Roman Haider

NI

Enikő Győri, Carles Puigdemont i Casamajó

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Arnaud Danjean, José Manuel García-Margallo y Marfil, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Massimiliano Salini, Sven Simon, Jörgen Warborn, Pernille Weiss, Iuliu Winkler, Juan Ignacio Zoido Álvarez

RENEW

Barry Andrews, Jordi Cañas, Jérémy Decerle, Karin Karlsbro, Samira Rafaela

S&D

Udo Bullmann, Miapetra Kumpula-Natri, Bernd Lange, Margarida Marques, Javier Moreno Sánchez, Inma Rodríguez-Piñero, Pedro Silva Pereira, Kathleen Van Brempt

 

1

-

THE LEFT

Emmanuel Maurel

 

7

0

ID

Herve Juvin

S&D

Raphaël Glucksmann

THE LEFT

Helmut Scholz

VERTS/ALE

Saskia Bricmont, Markéta Gregorová, Heidi Hautala, Manuela Ripa

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Settembru 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza