RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) 2021/1060 fir-rigward ta' aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) - CARE

21.9.2022 - (COM(2022)0325 – C9‑0218/2022 – 2022/0208(COD)) - ***I

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Niklas Nienaß
(Proċedura simplifikata – Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura)


Proċedura : 2022/0208(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0232/2022
Testi mressqa :
A9-0232/2022
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) 2021/1060 fir-rigward ta' aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) - CARE

(COM(2022)0325 – C9‑0218/2022 – 2022/0208(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0325),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9 0218/2022),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0232/2022),

1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 


NOTA SPJEGATTIVA

A. Il-kuntest ġuridiku

 

L-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li l-kompiti, l-objettivi prijoritarji u l-organizzazzjoni tal-Fondi Strutturali għandhom jiġu definiti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolamenti, f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni, adottata fid-29 ta' Ġunju 2022, hija bbażata fuq dan l-Artikolu tat-Trattat, u għandha l-għan li temenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) 2021/1060, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi għall-perjodu 2014–2021 u għall-perjodu 2021–2027, rispettivament.

 

B. Objettiv u kontenut ta' din il-proposta

 

Fid-dawl tal-kamp ta' applikazzjoni u l-impatt dejjem jikbru tal-aggressjoni militari Russa, il-proposta għandha l-għan li tipprovdi sensiela ta' flessibbiltajiet sabiex tindirizzahom. Dawn il-flessibbiltajiet jikkonċernaw diversi aspetti ewlenin koperti miż-żewġ Regolamenti, bħal:

 

 id-deroga mir-rekwiżiti dwar il-post għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji bħala riżultat tal-aggressjoni militari mir-Russja,

 ir-rata ta' prefinanzjament għall-FEŻR, l-FSE+ u l-Fond ta' Koeżjoni fl-2022 u l-2023 żdiedet b'0,5 % addizzjonali (sal-livell ta' 1 %) tal-appoġġ totali,

 rata ta' kofinanzjament sa 100 % għall-assi prijoritarju ddedikat għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi; fl-istess ħin, hemm bżonn li mill-inqas 30 % tal-appoġġ taħt tali prijorità jingħata lill-awtoritajiet lokali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li joperaw fil-komunitajiet lokali,

 flessibbiltajiet bejn il-fondi – li jippermettu l-użu tal-Fond ta' Koeżjoni għal operazzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi migratorji li jirriżultaw mill-aggressjoni Russa, u bejn l-objettivi tematiċi – li jippermettu trasferimenti fi ħdan il-programmi,

 il-possibbiltà li tiġi ddikjarata n-nefqa għal operazzjonijiet li diġà tlestew relatati mal-isfidi migratorji,

 flessibbiltajiet addizzjonali li jikkonċernaw l-operazzjonijiet f'fażijiet bejn il-perjodi 14-20 u 21-27.

 

D. Proċedura fil-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

 

Il-proposta leġiżlattiva tħabbret fil-plenarja fl-4 ta' Lulju 2022, u rreferiet għall-Kumitat REGI bħala l-kumitat ewlieni. Dan ġie ppreżentat fil-kumitat fit-12 ta' Lulju mill-Kummissarju Elisa Ferreira, u sussegwentement ġie eżaminat bir-reqqa mill-kumitat, kemm fil-livell politiku kif ukoll f'dak tekniku.

Fil-laqgħa straordinarja tal-15 ta' Settembru, il-Kumitat REGI ddeċieda li, għal din il-proposta leġiżlattiva, juża l-proċedura simplifikata mingħajr emendi (l-Artikolu 52(1)).  Ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni għal din id-deċiżjoni.

 

E. Il-valutazzjoni tar-rapporteur

 

Ir-rapporteur iqis li l-proposta leġiżlattiva hija ġġustifikata u meħtieġa sabiex tappoġġa lill-Istati Membri u liċ-ċittadini tagħhom li qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa essenjali li l-miżuri proposti jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien bla bżonn. Għaldaqstant, jissuġġerixxi li l-proposta leġiżlattiva tiġi approvata mill-Parlament mingħajr emendi, skont il-proċedura simplifikata stabbilita fl-Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u tar-Regolament (UE) 2021/1060 fir-rigward ta’ aktar flessibbiltà biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa FAST (Assistenza Flessibbli għat-Territorji) - CARE

Referenzi

COM(2022)0325 – C9-0218/2022 – 2022/0208(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.6.2022

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

4.7.2022

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

4.7.2022

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

BUDG

12.7.2022

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Niklas Nienaß

12.7.2022

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

15.9.2022

Eżami fil-kumitat

12.7.2022

1.9.2022

15.9.2022

 

Data tal-adozzjoni

15.9.2022

 

 

 

Data tat-tressiq

21.9.2022

 

 

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Settembru 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza