RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi

13.10.2022 - (COM(2021)0775 – C9‑0458/2021 – 2021/0406(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Bernd Lange

Proċedura : 2021/0406(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0246/2022
Testi mressqa :
A9-0246/2022
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi

(COM(2021)0775 – C9‑0458/2021 – 2021/0406(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0775),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0458/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mill-Kummissjoni li taċċetta l-pożizzjoni adottata mill-Parlament, u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Diċembru 2021, li japprova l-pożizzjoni msemmija, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0246/2022),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Skont l-Artikolu 1 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-għanijiet tan-Nazzjonijiet Uniti jinkludu l-għan li jiġu żviluppati relazzjonijiet favorevoli fost in-nazzjonijiet abbażi tar-rispett għall-prinċipju ta' drittijiet ugwali.

(3) Skont l-Artikolu 1 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-għanijiet tan-Nazzjonijiet Uniti jinkludu l-għan li jiġu żviluppati relazzjonijiet favorevoli fost in-nazzjonijiet abbażi tar-rispett għall-prinċipju ta' drittijiet ugwali. Barra minn hekk, f'konformità mad-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji tad-Dritt Internazzjonali li jikkonċernaw ir-Relazzjonijiet ta' Ħbiberija u l-Kooperazzjoni fost l-Istati f'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-relazzjonijiet internazzjonali jenħtieġ li jitwettqu f'konformità mal-prinċipji tal-ugwaljanza sovrana u tan-nuqqas ta' intervent1a.

___________________

1a L-Assemblea Ġenerali tan-NU, Id-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji tad-Dritt Internazzjonali li jikkonċernaw ir-Relazzjonijiet ta' Ħbiberija u l-Kooperazzjoni fost l-Istati f'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-24 ta' Ottubru 1970, A/RES/2625(XXV)

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Id-dritt internazzjonali tar-responsabbiltà tal-istat għal atti internazzjonalment illegali ġie kkodifikat mill-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-20011a u jenħtieġ li jiggwida l-azzjoni tal-Unjoni fejn l-Unjoni tiffaċċja koerċizzjoni ekonomika minn pajjiż terz li tikkostitwixxi att internazzjonalment illegali. Id-"Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji tad-Dritt Internazzjonali li jikkonċernaw ir-Relazzjonijiet ta' Ħbiberija u l-Kooperazzjoni fost l-Istati f'konformità mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti"1b tiddikjara li l-ebda Stat ma jista' juża jew jinkoraġġixxi l-użu ta' miżuri ekonomiċi, politiċi jew miżuri ta' kwalunkwe natura oħra biex jisforza Stat ieħor jissubordina l-eżerċizzju tad-drittijiet sovrani tiegħu u biex jikseb vantaġġi ta' kwalunkwe tip minnu. Dawk ir-regoli kodifikati tad-dritt internazzjonali konswetudinarju huma vinkolanti.

__________________

1a Atti Internazzjonalment Illegali, adottati mill-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-tlieta u ħamsin sessjoni tagħha, fl-2001, u li ttieħed nota tagħhom mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-riżoluzzjoni 56/83.

1b Ir-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 2625/24 (XXV) tal-24 ta' Ottubru 1970.

Emenda  3

Proposta għal regolament
Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Filwaqt li dejjem taġixxi fil-qafas tad-dritt internazzjonali, huwa essenzjali li l-Unjoni jkollha strument xieraq biex tiskoraġġixxi u tiġġieled il-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi sabiex tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi tagħha u dawk tal-Istati Membri tagħha. Dan huwa partikolarment il-każ fejn pajjiżi terzi jieħdu miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment li jinterferixxu fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru billi jfittxu li jipprevjenu jew jiksbu l-waqfien, il-modifika jew l-adozzjoni ta' att partikolari mill-Unjoni jew minn Stat Membru. Tali miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment jistgħu jinkludu mhux biss azzjonijiet meħuda fuq, u li jkollhom effetti fit-territorju tal-pajjiż terz, iżda wkoll azzjonijiet meħuda mill-pajjiż terz, inkluż permezz ta' entitajiet ikkontrollati jew diretti mill-pajjiż terz u preżenti fl-Unjoni, li jikkawżaw ħsara lill-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni.

(6) Filwaqt li dejjem taġixxi fil-qafas tad-dritt internazzjonali, huwa essenzjali li l-Unjoni jkollha strument xieraq biex tiskoraġġixxi u tiġġieled il-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi sabiex tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi tagħha u dawk tal-Istati Membri tagħha. Dan huwa partikolarment il-każ fejn pajjiżi terzi jieħdu, jonqsu milli jieħdu jew jheddu li jieħdu miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment li jinterferixxu fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru billi jfittxu li jipprevjenu jew jiksbu l-waqfien, il-modifika jew l-adozzjoni ta' att partikolari, inkluża kull forma ta' għażla ta' politika jew pożizzjoni fir-rigward ta' għażla ta' politika bħar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewopew, mill-Unjoni jew minn Stat Membru. Tali miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment jistgħu jinkludu mhux biss azzjonijiet meħuda, l-omissjoni ta' azzjoni, jew it-theddid ta' azzjonijiet jew ta' azzjonijiet li se jittieħdu fuq, u li jkollhom effetti fit-territorju tal-pajjiż terz, iżda wkoll azzjonijiet meħuda mill-pajjiż terz jew li l-pajjiż terz hedded li jieħu, inkluż permezz ta' entitajiet ikkontrollati jew diretti mill-pajjiż terz u preżenti fl-Unjoni, li jikkawżaw ħsara lill-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni bħal, fost l-oħrajn, ċerti effetti ekstraterritorjali ta' sanzjonijiet ta' pajjiżi terzi li jaffettwaw in-negozju u l-individwi tal-UE, u fl-aħħar mill-aħħar is-sovranità tal-għażliet tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  4

Proposta għal regolament
Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispons effettiv, effiċjenti u rapidu tal-Unjoni għall-koerċizzjoni ekonomika, inkluż l-iskoraġġiment ta' koerċizzjoni ekonomika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru u, fl-aħħar istanza, kontromiżuri.

(7) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispons effettiv, effiċjenti u rapidu tal-Unjoni għall-koerċizzjoni ekonomika speċjalment id-deterrenza tal-koerċizzjoni ekonomika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru u, fejn meħtieġ meta strumenti oħra ma jistgħux jipproteġu l-interess tal-Unjoni b'mod adegwat, kontromiżuri. Dan ir-Regolament jikkomplimenta d-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-kummerċ bħar-Regolament (UE) 2016/167 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

__________________

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha, ĠU L 309, 309.29.1996, p. 1.

Emenda  5

Proposta għal regolament
Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari kontra l-koerċizzjoni ekonomika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru ta' pajjiżi terzi, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. Dan minħabba li l-Istati Membri bħala atturi distinti skont id-dritt internazzjonali jistgħu ma jkunux intitolati skont id-dritt internazzjonali biex jirreaġixxu għall-koerċizzjoni ekonomika diretta kontra l-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba l-kompetenza esklużiva mogħtija lill-Unjoni mill-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri ma jitħallewx jieħdu miżuri ta' politika kummerċjali komuni bħala reazzjoni għall-koerċizzjoni ekonomika. Għalhekk, dawk l-objettivi jistgħu jintlaħqu b'effettività akbar fil-livell tal-Unjoni.

(8) L-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari kontra l-koerċizzjoni ekonomika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru ta' pajjiżi terzi, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. Dan minħabba li l-Istati Membri bħala atturi distinti skont id-dritt internazzjonali jistgħu ma jkunux intitolati skont id-dritt internazzjonali biex jirreaġixxu għall-koerċizzjoni ekonomika diretta kontra l-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba l-kompetenza esklużiva mogħtija lill-Unjoni mill-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri ma jitħallewx jieħdu miżuri ta' politika kummerċjali komuni bħala reazzjoni għall-koerċizzjoni ekonomika. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-mezzi biex dawk l-objettivi jintlaħqu b'mod effettiv jinħolqu fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament
Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, għall-ħolqien ta' qafas effettiv u komprensiv għal azzjoni tal-Unjoni kontra l-koerċizzjoni ekonomika, li jiġu stabbiliti regoli dwar l-eżami, id-determinazzjoni u l-kontroazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika ta' pajjiżi terzi. B'mod partikolari, il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu preċeduti minn eżami tal-fatti, determinazzjoni tal-eżistenza ta' koerċizzjoni ekonomika, u, fejn possibbli, sforzi biex tinstab soluzzjoni f'kooperazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat. Kwalunkwe miżura imposta mill-Unjoni jenħtieġ li tkun proporzjonata mad-dannu kkawżat mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-kriterji għad-definizzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jqisu b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu evitati jew minimizzati l-effetti kollaterali, il-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet imposti fuq l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni kif ukoll l-interess tal-Unjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi segwiti, f'konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(9) F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, għall-ħolqien ta' qafas effettiv u komprensiv għal azzjoni tal-Unjoni kontra l-koerċizzjoni ekonomika, li jiġu stabbiliti regoli dwar l-eżami, id-determinazzjoni u l-kontroazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika ta' pajjiżi terzi. B'mod partikolari, il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu preċeduti minn eżami tal-fatti, determinazzjoni tal-eżistenza ta' koerċizzjoni ekonomika, u, fejn possibbli u jekk il-pajjiż terz jimpenja ruħu in bona fide, sforzi biex tinstab soluzzjoni f'kooperazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat. Kwalunkwe miżura imposta mill-Unjoni jenħtieġ li tkun proporzjonata mad-dannu kkawżat mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiżi terzi u jenħtieġ li jkollha l-għan prinċipali li tikseb il-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika u, fejn xieraq, ir-reparazzjoni għad-dannu kkawżat. Jenħtieġ li l-kriterji għad-definizzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jqisu b'mod partikolari l-effettività tal-miżuri li jwasslu għat-tmiem tal-koerċizzjoni ekonomika u l-potenzjal tal-miżuri li jipprovdu solliev lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati mill-koerċizzjoni ekonomika, anki permezz ta' miżuri interni bħal fond ta' kumpens ad hoc għal dawk l-operaturi ekonomiċi. Jenħtieġ li tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-ħtieġa li jiġu indikati l-passi sussegwenti li jridu jittieħdu u li jiġu evitati jew minimizzati r-riskji ta' eskalazzjoni fir-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali, l-effetti kollaterali, il-kumplessità amministrattiva sproporzjonata u l-kostijiet imposti fuq l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni kif ukoll l-interess tal-Unjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi segwiti, f'konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda  7

Proposta għal regolament
Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Unjoni abbażi ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tikkonforma mal-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali. Id-dritt internazzjonali jippermetti, taħt ċerti kundizzjonijiet, bħall-proporzjonalità u l-avviż minn qabel, l-impożizzjoni ta' kontromiżuri, jiġifieri miżuri li altrimenti jkunu kuntrarji għall-obbligi internazzjonali ta' parti danneġġjata fil-konfront tal-pajjiż responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali, u li huma mmirati biex jiksbu l-waqfien tal-ksur jew kumpens għalih.10 Għaldaqstant, il-miżuri ta' rispons adottati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jieħdu l-forma ta' miżuri li jaderixxu mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jew miżuri li jikkostitwixxu kontromiżuri permessi. Skont id-dritt internazzjonali, u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, dawn jenħtieġ li ma jaqbżux livell li jkun proporzjonat mad-dannu mġarrab mill-Unjoni jew minn Stat Membru minħabba l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiż terz, filwaqt li għandha titqies il-gravità tal-miżuri tal-pajjiż terz u d-drittijiet u l-interessi tal-Unjoni inkwistjoni. F'dan ir-rigward, id-dannu lill-Unjoni jew lil Stat Membru huwa mifhum skont id-dritt internazzjonali li jinkludi dannu lill-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

(10) Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-Unjoni abbażi ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tikkonforma mal-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali. Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tappoġġja s-sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, bl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fil-qalba tagħha. Id-dritt internazzjonali jippermetti, taħt ċerti kundizzjonijiet, bħall-proporzjonalità u l-avviż minn qabel, l-impożizzjoni ta' kontromiżuri, jiġifieri miżuri li altrimenti jkunu kuntrarji għall-obbligi internazzjonali ta' parti danneġġjata fil-konfront tal-pajjiż responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali, u li huma mmirati biex jiksbu l-waqfien tal-ksur jew ir-reparazzjoni għalih.10 Għaldaqstant, il-miżuri ta' rispons adottati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jieħdu l-forma ta' miżuri li jaderixxu mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jew miżuri li jikkostitwixxu kontromiżuri permessi. Skont id-dritt internazzjonali, u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, dawn jenħtieġ li jkunu proporzjonati mad-dannu mġarrab mill-Unjoni jew minn Stat Membru minħabba l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiż terz, filwaqt li għandha titqies il-gravità tal-miżuri tal-pajjiż terz u d-drittijiet u l-interessi tal-Unjoni inkwistjoni. F'dan ir-rigward, id-dannu lill-Unjoni jew lil Stat Membru huwa mifhum skont id-dritt internazzjonali li jinkludi dannu lill-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.

__________________

__________________

10 Ara l-Artikoli 22 u 49-53 tal-Artikoli dwar ir-Responsabbiltà tal-Istati għal Atti Illegali fuq livell Internazzjonali, adottati mill-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-tlieta u ħamsin sessjoni tagħha, fl-2001, u li ttieħdu nota tagħhom mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-riżoluzzjoni 56/83.

Emenda  8

Proposta għal regolament
Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-koerċizzjoni hija pprojbita skont id-dritt internazzjonali meta pajjiż juża miżuri bħal restrizzjonijiet fuq il-kummerċ jew fuq l-investiment sabiex jikseb minn pajjiż ieħor azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni li dak il-pajjiż ma huwiex obbligat li jwettaq fuq livell internazzjonali u li taqa' taħt is-sovranità tiegħu, meta l-koerċizzjoni tilħaq limitu kwalitattiv jew kwantitattiv partikolari, skont kemm l-objettivi segwiti kif ukoll il-mezzi użati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina l-azzjoni ta' pajjiż terz abbażi ta' kriterji kwalitattivi u kwantitattivi li jgħinu fid-determinazzjoni ta' jekk il-pajjiż terz jindaħalx fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru u jekk l-azzjoni tiegħu tikkostitwixxix koerċizzjoni ekonomika li tirrikjedi rispons tal-Unjoni.

(11) Il-koerċizzjoni hija pprojbita skont id-dritt internazzjonali meta pajjiż juża miżuri bħal restrizzjonijiet fuq il-kummerċ jew fuq l-investiment sabiex jikseb minn pajjiż ieħor azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni li dak il-pajjiż ma huwiex obbligat li jwettaq fuq livell internazzjonali u li taqa' taħt is-sovranità tiegħu, meta l-koerċizzjoni tilħaq limitu kwalitattiv jew kwantitattiv partikolari, skont kemm l-objettivi segwiti kif ukoll il-mezzi użati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-kriterji kwalitattivi jew kwantitattivi li jgħinu fid-determinazzjoni ta' jekk il-pajjiż terz jindaħalx fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru u jekk l-azzjoni tiegħu tikkostitwixxix koerċizzjoni ekonomika li tirrikjedi rispons tal-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina jekk il-miżuri ta' pajjiżi terzi humiex koerċittivi, fuq inizjattiva tagħha stess jew wara informazzjoni rċevuta minn kwalunkwe sors, inklużi persuni ġuridiċi u fiżiċi jew Stat Membru. Wara dan l-eżami, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina f'deċiżjoni jekk il-miżura tal-pajjiż terz hijiex koerċittiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkomunika kwalunkwe determinazzjoni affermattiva lill-pajjiż terz ikkonċernat, flimkien ma' talba li l-koerċizzjoni ekonomika tieqaf u talba, fejn xieraq, li kwalunkwe dannu jiġi kkoreġut.

(13) Il-Kummissjoni tista' u, b'mod partikolari fil-każ ta' ilment motivat, jenħtieġ li teżamina jekk il-miżuri ta' pajjiżi terzi humiex koerċittivi, fuq inizjattiva tagħha stess jew wara informazzjoni rċevuta minn kwalunkwe sors, inklużi persuni ġuridiċi u fiżiċi, il-Parlament Ewropew jew Stat Membru. Wara dan l-eżami, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina f'deċiżjoni jekk il-miżura tal-pajjiż terz hijiex koerċittiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni  tikkomunika pubblikament ir-riżultat ta' dan l-eżami. F'każ ta' determinazzjoni affermattiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkomunika lill-pajjiż terz ikkonċernat, flimkien ma' talba li l-koerċizzjoni ekonomika tieqaf u talba, fejn xieraq, li kwalunkwe dannu jiġi kkoreġut.

Emenda  10

Proposta għal regolament
Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa u tikkoopera ma' pajjiżi terzi affettwati mill-istess miżuri jew minn miżuri simili ta' koerċizzjoni ekonomika jew pajjiżi terzi interessati oħra. Jenħtieġ li l-Unjoni tipparteċipa fil-koordinazzjoni internazzjonali f'fora bilaterali, plurilaterali jew multilaterali li jkunu mmirati lejn il-prevenzjoni jew lejn l-eliminazzjoni tal-koerċizzjoni ekonomika.

(14) Jenħtieġ li l-Unjoni tikkoopera ma' sħab affettwati mill-istess miżuri jew minn miżuri simili ta' koerċizzjoni ekonomika jew sħab interessati oħra. Jenħtieġ li l-Unjoni tipparteċipa fil-koordinazzjoni internazzjonali f'kwalunkwefora bilaterali, plurilaterali jew multilaterali li jkunu adattati għall-prevenzjoni jew lejn l-eliminazzjoni tal-koerċizzjoni ekonomika.

Emenda  11

Proposta għal regolament
Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Jenħtieġ li l-Unjoni timponi biss kontromiżuri meta mezzi oħra bħal negozjati, medjazzjoni jew aġġudikazzjoni ma jwasslux għall-waqfien immedjat u effettiv tal-koerċizzjoni ekonomika u għar-reparazzjoni tad-dannu li tkun ikkawżat lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha, u fejn tkun meħtieġa azzjoni biex jiġu protetti l-interessi u d-drittijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u jkun fl-interess tal-Unjoni. Huwa xieraq li r-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-impożizzjoni u l-applikazzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni u jippermetti azzjoni rapida fejn meħtieġ biex tiġi ppreservata l-effettività ta' kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni.

(15) L-Unjoni hija mħeġġa tuża b'mod proattiv il-mezzi disponibbli kollha ta' parteċipazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat bħal negozjati, aġġudikazzjoni jew medjazzjoni u jenħtieġ li timponi miżuri f'każijiet fejn tali mezzi ma jwasslux għall-waqfien immedjat u effettiv tal-koerċizzjoni ekonomika u għar-reparazzjoni tad-dannu li tkun ikkawżat lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha, u fejn tkun meħtieġa azzjoni biex jiġu protetti l-interessi u d-drittijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u jkun fl-interess tal-Unjoni. Huwa xieraq li r-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-impożizzjoni u l-applikazzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni u jippermetti azzjoni rapida fejn meħtieġ biex tiġi ppreservata l-effettività ta' kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni.

Emenda  12

Proposta għal regolament
Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu magħżula u mfassla abbażi ta' kriterji oġġettivi, inklużi: l-effettività tal-miżuri li jwasslu għall-waqfien tal-koerċizzjoni mill-pajjiż terz; il-potenzjal tagħhom li jipprovdu għajnuna lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika ta' pajjiżi terzi; l-għan li jiġu evitati jew minimizzati l-effetti ekonomiċi u effetti oħra negattivi fuq l-Unjoni; u l-evitar ta' kumplessità u kostijiet amministrattivi sproporzjonati. Huwa essenzjali wkoll li l-għażla u t-tfassil tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jqisu l-interess tal-Unjoni. Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jenħtieġ li jintgħażlu minn firxa wiesgħa ta' għażliet sabiex jippermettu l-adozzjoni tal-aktar miżuri xierqa fi kwalunkwe każ partikolari.

(16) Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu magħżula u mfassla abbażi ta' kriterji oġġettivi, inklużi: l-ewwel u qabel kollox, l-effettività tal-miżuri li jwasslu għall-waqfien tal-koerċizzjoni mill-pajjiż terz; l-effettività tal-miżuri li jikkoreġu d-dannu kkawżat mill-koerċizzjoni ekonomika; il-potenzjal tagħhom li jipprovdu għajnuna lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika ta' pajjiżi terzi; Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra wkoll fatturi rilevanti oħra bħall-għan li jiġu evitati jew minimizzati l-effetti ekonomiċi u effetti oħra negattivi fuq l-Unjoni; u l-evitar ta' kumplessità u kostijiet amministrattivi sproporzjonati. Huwa essenzjali wkoll li l-għażla u t-tfassil tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jqisu l-interess tal-Unjoni. Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jenħtieġ li jintgħażlu minn firxa wiesgħa ta' għażliet sabiex jippermettu l-adozzjoni tal-aktar miżuri xierqa fi kwalunkwe każ partikolari.

Emenda  13

Proposta għal regolament
Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fit-twettiq tal-objettiv li jinkiseb il-waqfien tal-miżura tal-koerċizzjoni ekonomika, il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni li jikkonsistu minn restrizzjonijiet fuq l-investiment dirett barrani jew il-kummerċ fis-servizzi jenħtieġ li japplikaw biss fir-rigward tas-servizzi pprovduti, jew investimenti diretti magħmula, fl-Unjoni minn persuna ġuridika waħda jew aktar stabbilita fl-Unjoni li jkunu proprjetà ta' persuni tal-pajjiż terz ikkonċernat jew ikkontrollati minnhom fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni u b'mod partikolari biex jiġi evitat l-evitar tagħhom. Id-deċiżjoni li tiġi imposta kwalunkwe restrizzjoni bħal din se tkun iġġustifikata kif xieraq fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament fid-dawl tal-kriterji speċifikati f'dan ir-Regolament.

(18) Fit-twettiq tal-objettiv li jinkiseb il-waqfien tal-miżura tal-koerċizzjoni ekonomika u fejn xieraq, ir-reparazzjoni tad-dannu kkawżat, il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni li jikkonsistu minn restrizzjonijiet fuq l-investiment dirett barrani jew il-kummerċ fis-servizzi jenħtieġ li japplikaw biss fir-rigward tas-servizzi pprovduti, jew investimenti diretti magħmula, fl-Unjoni minn persuna ġuridika waħda jew aktar stabbilita fl-Unjoni li jkunu proprjetà ta' persuni tal-pajjiż terz ikkonċernat jew ikkontrollati minnhom fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni u b'mod partikolari biex jiġi evitat l-evitar tagħhom. Id-deċiżjoni li tiġi imposta kwalunkwe restrizzjoni bħal din se tkun iġġustifikata kif xieraq fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament fid-dawl tal-kriterji speċifikati f'dan ir-Regolament.

Emenda  14

Proposta għal regolament
Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Huwa essenzjali li jiġu previsti opportunitajiet għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati għall-finijiet tal-adozzjoni u tal-emendar tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, u kif rilevanti għall-finijiet ta' sospensjoni u ta' terminazzjoni, fid-dawl tal-impatt potenzjali fuq tali partijiet ikkonċernati.

(20) Huwa essenzjali li jiġu previsti opportunitajiet għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inklużi n-negozji, għall-finijiet tal-adozzjoni u tal-emendar tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, u kif rilevanti għall-finijiet ta' sospensjoni u ta' terminazzjoni, fid-dawl tal-impatt potenzjali fuq tali partijiet ikkonċernati.

Emenda  15

Proposta għal regolament
Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a) Fid-dawl taż-żieda evidenti fl-użu ta' ingranaġġi ekonomiċi minn pajjiżi barranin kontra l-Unjoni u ż-żieda probabbli fil-frekwenza u l-gravità ta' dawn il-prattiki fil-futur, jenħtieġ li l-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ (CTEO) ikun responsabbli b'mod ġenerali għall-funzjonament u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u anki bil-ħsieb li jsaħħaħ it-tħejjija għal tali każijiet, li jivvaluta d-dipendenzi u l-assi tal-Unjoni, li jadotta l-miżuri kkoordinati meħtieġa u fl-aħħar mill-aħħar li jkun jista' jirreaġixxi fil-pront meta jkun meħtieġ. Tali kompetenza orizzontali tipprovdi l-appoġġ meħtieġ lill-Unjoni sabiex tkun tista' tantiċipa aħjar u tirreaġixxi b'mod effettiv għall-koerċizzjoni ekonomika.

Emenda  16

Proposta għal regolament
Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Huwa importanti li jiġu żgurati komunikazzjoni u skambju effettivi ta' fehmiet u informazzjoni bejn il-Kummissjoni minn naħa u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill min-naħa l-oħra, b'mod partikolari dwar l-isforzi li jkun hemm involviment mal-pajjiż terz ikkonċernat biex jiġu esplorati għażliet bil-ħsieb li jinkiseb il-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika u dwar kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

(21) Huwa importanti li jiġu żgurati djalogu u skambju effettivi u regolari ta' fehmiet u informazzjoni bejn il-Kummissjoni minn naħa u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill min-naħa l-oħra, b'mod partikolari dwar l-eżamijiet li qed isiru attwalment jew dwar il-miżuri ta' pajjiżi terzi, dwar l-isforzi li jkun hemm involviment mal-pajjiż terz ikkonċernat biex jiġu esplorati għażliet bil-ħsieb li jinkiseb il-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika jew, fejn xieraq, ir-reparazzjoni tad-dannu kkawżat u dwar kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni skont dan ir-Regolament, inklużi l-istadji tal-eżami tal-miżuri ta' pajjiżi terzi u tad-determinazzjoni fir-rigward tal-miżuri tal-koerzzjoni ekonomika u dwar l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni.

Emenda  17

Proposta għal regolament
Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-miżuri adottati skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-effettività u l-operat tagħhom u fir-rigward tal-konklużjonijiet possibbli għal miżuri futuri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina wkoll dan ir-Regolament wara li tikseb esperjenza suffiċjenti bl-eżistenza jew bl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ir-rieżami jkopri l-kamp ta' applikazzjoni, il-funzjonament, l-effiċjenza u l-effettività ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-valutazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

(26) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-miżuri adottati skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-effettività u l-operat tagħhom u fir-rigward tal-konklużjonijiet possibbli għal miżuri futuri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina wkoll dan ir-Regolament wara li tikseb esperjenza suffiċjenti bl-eżistenza jew bl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari sabiex tiżgura l-komplementarjetà mar-rieżami li ġej tal-Istatut ta' Mblukkar1a. Jenħtieġ li r-rieżami ta' dan ir-Regolament ikopri l-kamp ta' applikazzjoni, il-funzjonament, l-effiċjenza u l-effettività ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-valutazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

__________________

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha, ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1.

Emenda  18

Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fejn pajjiż terz ifittex, permezz ta' miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment, li jġiegħel lill-Unjoni jew lil Stat Membru jadotta jew jonqos milli jadotta att partikolari. Dan ir-Regolament jipprovdi qafas għall-Unjoni biex tirreaġixxi f'sitwazzjonijiet bħal dawn bl-għan li tiskoraġġixxi, jew li twaqqaf lill-pajjiż terz milli jwettaq tali azzjonijiet, filwaqt li jippermetti lill-Unjoni, fl-aħħar istanza, li tikkontrobatti tali azzjonijiet.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fejn pajjiż terz ifittex, permezz ta' kwalunkwe forma ta' azzjoni, omissjoni ta' azzjoni jew theddida ta' dan li taffettwa l-kummerċ jew l-investiment, li jġiegħel lill-Unjoni jew lil Stat Membru jadotta jew jonqos milli jadotta att partikolari, inklużi għażla ta' politika partikolari, att ġuridiku jew pożizzjoni fir-rigward ta' għażla ta' politika. Dan ir-Regolament jipprovdi qafas għall-Unjoni biex tirreaġixxi f'sitwazzjonijiet bħal dawn bl-għan li tiskoraġġixxi, jew li twaqqaf tali azzjonijiet u, fejn xieraq, tikseb ir-reparazzjoni tad-dannu kkawżat, biex b'hekk l-Unjoni tkun tista' tikkontrobatti tali azzjonijiet.

Emenda  19

Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan ir-Regolament għandha tkun konsistenti mal-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali u mwettqa fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

2. Kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan ir-Regolament għandha tkun konsistenti mal-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali.

Emenda  20

Proposta għal regolament
Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1a

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.  "koerċizzjoni" tfisser kwalunkwe azzjoni jew miżura ta' pajjiż terz li tinterferixxi fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru billi jfittex li jipprevjeni jew li jikseb il-waqfien, il-modifika jew l-adozzjoni ta' att partikolari mill-Unjoni jew minn Stat Membru;

2.  "azzjoni jew miżura ta' pajjiż terz" tfisser kwalunkwe tip ta' azzjoni jew miżura, nuqqas ta' azzjoni jew theddid korrispondenti imputabbli lill-pajjiż terz rilevanti; 3. "att partikolari" tfisser għażla ta' politika, att ġuridiku jew pożizzjoni partikolari fir-rigward ta' għażla ta' politika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru;

4.  "omissjoni ta' azzjoni" tfisser nuqqas minn pajjiż terz li jikkonforma mal-obbligi tiegħu fi strumenti legalment vinkolanti tad-dritt internazzjonali;

5.  "theddida ta' koerċizzjoni" tfisser theddida sostanzjata ta' azzjoni jew miżura ta' pajjiż terz li tkun kredibbli, sinifikanti, u li tista' tintuża malajr u faċilment; 6. "koerċizzjoni ekonomika" tfisser koerċizzjoni permezz ta' azzjoni jew miżura ta' pajjiż terz li taffettwa l-kummerċ jew l-investiment;

7.  "dannu" tfisser l-impatt negattiv imġarrab mill-Unjoni jew minn Stat Membru, inklużi l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni;

8.  "miżura ta' rispons tal-Unjoni"tfisser kwalunkwe miżura li taderixxi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni jew permessa fid-dritt internazzjonali fir-rigward tal-pajjiż terz responsabbli għall-koerċizzjoni ekonomika, li tkun proporzjonata għad-dannu mġarrab mill-Unjoni jew minn Stat Membru u li jkollha l-għan li tikseb il-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika u, fejn xieraq, ir-riparazzjoni għad-dannu kkawżat;

9.  "interess tal-Unjoni" tfisser l-ewwel u qabel kollox il-ħtieġa li jiġi ppreservat l-ispazju tal-politika tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha li jagħmlu għażliet sovrani leġittimi fl-iżgurar tal-koeżjoni soċjali, politika u ekonomika tal-Unjoni, u d-difiża tal-interessi strateġiċi u ekonomiċi tagħha.

Emenda  21

Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament japplika meta pajjiż terz:

1. Dan ir-Regolament japplika biss fil-każ ta' koerċizzjoni ekonomika meta pajjiż terz:

Emenda  22

Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – indċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 billi japplika jew jhedded li japplika miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment.

 japplika jew jhedded li japplika miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment.

Emenda  23

Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagraph 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tali azzjonijiet ta' pajjiżi terzi għandhom jissejħu miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika.

imħassar

Emenda  24

Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fid-determinazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex issodisfati, għandu jitqies dan li ġej:

2. Fid-determinazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex issodisfati, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:

Emenda  25

Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-intensità, is-severità, il-frekwenza, id-durata, il-wisa' u l-kobor tal-kejl tal-pajjiż terz u l-pressjoni li tirriżulta minnu;

(a) l-intensità, is-severità, il-frekwenza, id-durata, il-wisa' u l-kobor tal-kejl tal-miżura tal-pajjiż terz jew omissjoni ta' azzjoni jew theddida ta' dan, kif ukoll il-pressjoni li tirriżulta minnu; il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk tali miżuri humiex parti minn mudell usa' ta' mġiba;

Emenda  26

Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jekk il-pajjiż terz ikunx involut f'tendenza ta' interferenza bil-għan li jikseb atti partikolari mill-Unjoni jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi oħra;

(b) jekk il-pajjiż terz ikunx involut f'tendenza ċara ta' interferenza bil-għan li jikseb atti partikolari mill-Unjoni jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi oħra;

Emenda  27

Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-punt sa fejn il-miżura tal-pajjiż terz tidħol f'qasam tas-sovranità tal-Unjoni jew tal-Istati Membri;

(c) il-punt sa fejn il-miżura jew l-omissjoni ta' azzjoni jew theddid ta' dan minn naħa ta' pajjiż terz jinċidu f'qasam tas-sovranità tal-Unjoni jew tal-Istati Membri;

Emenda  28

Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jekk il-pajjiż terz ikunx qed jaġixxi abbażi ta' tħassib leġittimu li jkun rikonoxxut fuq livell internazzjonali;

(d) jekk il-pajjiż terz ikunx qed jaġixxi abbażi ta' tħassib li jkun rikonoxxut bħala leġittimu skont id-dritt u l-kovenzjonijiet internazzjonali;

Emenda  29

Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista' teżamina kwalunkwe miżura ta' pajjiż terz sabiex tiddetermina jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1). Il-Kummissjoni għandha taġixxi malajr.

1. Il-Kummissjoni tista' jew, fil-każ ta' ilment debitament motivat, għandha teżamina kwalunkwe miżura ta' pajjiż terz, ommissjoni ta' azzjoni jew theddida ta' dan sabiex tiddetermina jekk jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1). Il-Kummissjoni għandha taġixxi malajr.

Emenda  30

Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' twettaq l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 fuq inizjattiva tagħha stess jew wara informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe sors. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'konformità mal-Artikolu 12, li tista' tinkludi l-identità tal-fornitur tal-informazzjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha twettaq l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 abbażi tal-informazzjoni sostanzjata miġbura fuq inizjattiva tagħha stess jew informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe sors affidabbli, b'mod partikolari l-operaturi ekonomiċi jew it-trade unions. Il-Parlament Ewropew u Stat Membru jistgħu wkoll jipprovdu tali informazzjoni sostanzjata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'konformità mal-Artikolu 12, li tista' tinkludi l-ħabi tal-identità tal-fornitur tal-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi għodod diġitali disponibbli għall-pubbliku sabiex tiffaċilita s-sottomissjoni ta' informazzjoni rilevanti u sostanzjata minn sorsi esterni.

Emenda  31

Proposta għal regolament
Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew permezz ta' mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni pubblika xierqa bi stedina għas-sottomissjoni ta' informazzjoni f'limitu ta' żmien speċifikat. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat bil-bidu tal-eżami.

Il-Kummissjoni għandha tinforma debitament, anki fil-forma ta' skambju ta' fehmiet, u f'ħin utli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tnedija ta' eżami u kwalunkwe żvilupp f'eżami li qed iseħħ tal-miżuri ta' pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni tista' tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u permezz ta' mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni pubblika xierqa tat-tnedija ta' proċedura ta' eżami. L-avviż għandu jinkludi stedina għas-sottomissjoni ta' informazzjoni f'limitu ta' żmien speċifikat u indikazzjoni tal-iskeda taż-żmien għad-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 4, li ma għandhiex taqbeż sitt xhur. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat bil-bidu tal-eżami.

Emenda  32

Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara eżami mwettaq f'konformità mal-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tiddetermina jekk il-miżura tal-pajjiż terz ikkonċernat tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1). Il-Kummissjoni għandha taġixxi malajr.

Wara eżami mwettaq f'konformità mal-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tiddetermina jekk il-miżura tal-pajjiż terz ikkonċernat tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1). Meta ma jkun ġie ppubblikat l-ebda avviż skont l-Artikolu 3 u fil-każ ta' determinazzjoni affermattiva, id-deċiżjoni għandha tinkludi indikazzjoni tal-iskeda ta' żmien għall-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 7, li ma għandhiex taqbeż is-sitt xhur. Għal raġunijiet imperattivi debitament ġustifikati sabiex tiġi evitata ħsara irreparabbli lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha, il-Kummissjoni tista' testendi dik l-iskeda ta' żmien sa erba' xhur oħra. Il-Kummissjoni għandha taġixxi malajr. Il-Kummissjoni għandha tinforma, anki fil-forma ta' skambju ta' fehmiet, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-deċiżjoni u tippubblikaha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u permezz ta' mezzi oħra ta' komunikazzjoni pubblika xierqa.

Emenda  33

Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni tista' tistieden lill-pajjiż terz ikkonċernat jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni tista' tistieden lill-pajjiż terz ikkonċernat jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu, f'perjodu ta' żmien raġonevoli u speċifikat li ma għandux idewwem bla bżonn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Emenda  34

Proposta għal regolament
Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżura tal-pajjiż terz ikkonċernat tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1), hija għandha tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat bid-deċiżjoni tagħha u titolbu jwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika u, fejn xieraq, isewwi d-dannu mġarrab mill-Unjoni jew mill-Istati Membri tagħha.

Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżura tal-pajjiż terz ikkonċernat tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1), hija għandha tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat bid-deċiżjoni tagħha u titolb lil dak il-pajjiż terz iwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika immedjatament u, fejn xieraq, isewwi d-dannu mġarrab mill-Unjoni jew mill-Istati Membri tagħha f'perjodu ta' żmien raġonevoli u speċifikat.

Emenda  35

Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tkun miftuħa biex tinvolvi ruħha f'isem l-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat, biex tesplora għażliet bil-għan li tikseb il-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika. Tali għażliet jistgħu jinkludu:

Insegwitu tal-avviż imsemmi fl-Artikolu 4, il-Kummissjoni għandha tkun disposta tipparteċipa f'isem l-Unjoni fi djalogu mal-pajjiż terz ikkonċernat u, dejjem jekk il-pajjiż ikkonċernat ukoll jipparteċipa in bona fide, għandha tagħmel dan b'mod proattiv, biex tesplora għażliet bil-għan li tikseb il-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika u, fejn xieraq, ir-reparazzjoni tad-dannu kkawżat għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha. Tali għażliet ma għandhomx idewmu bla bżonn il-proċedura u jistgħu jinkludu:

Emenda  36

Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 medjazzjoni, konċiljazzjoni jew uffiċċji tajbin biex jassistu lill-Unjoni u lill-pajjiż terz ikkonċernat f'dawn l-isforzi;

deleted

Emenda  37

Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 is-sottomissjoni tal-kwistjoni lill-aġġudikazzjoni internazzjonali.

 is-sottomissjoni, ukoll b'mod parallel mal-għażliet l-oħra, tal-kwistjoni lill-aġġudikazzjoni internazzjonali.

Emenda  38

Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- medjazzjoni, konċiljazzjoni jew uffiċċji tajbin biex jassistu lill-Unjoni u lill-pajjiż terz ikkonċernat f'dawn l-isforzi;

Emenda  39

Proposta għal regolament
Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati bl-iżviluppi rilevanti.

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati bis-sħiħ, b'mod regolari u fi żmien utli, anki fil-forma ta' skambju ta' fehmiet, u għandha tinnotifikahom b'kwalunkwe żvilupp fid-djalogu mal-pajjiż terz ikkonċernat.

Emenda  40

Proposta għal regolament
Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjonijiet jew f'kooperazzjoni, f'isem l-Unjoni, ma' kwalunkwe pajjiż ieħor affettwat mill-istess miżuri jew minn miżuri simili ta' koerċizzjoni ekonomika jew ma' kwalunkwe pajjiż terz interessat, bil-ħsieb li tikseb il-waqfien tal-koerċizzjoni. Dan jista' jinvolvi, fejn xieraq, koordinazzjoni f'fora internazzjonali rilevanti u koordinazzjoni b'reazzjoni għall-koerċizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjonijiet jew f'kooperazzjoni, f'isem l-Unjoni, ma' kwalunkwe pajjiż u sieħeb ieħor affettwat mill-istess miżuri jew minn miżuri simili ta' koerċizzjoni ekonomika jew ma' kwalunkwe pajjiż terz u sieħeb interessat, bil-ħsieb li tikseb il-waqfien tal-koerċizzjoni. Dan jista' jinvolvi, fejn xieraq, koordinazzjoni fil-kondiviżjoni ta' informazzjoni u esperjenzi relatati biex jiġi ffaċilitat rispons kollettiv u koerenti għal tali miżuri koerċittivi, u koordinazzjoni f'fora internazzjonali rilevanti u koordinazzjoni b'rispons għall-koerċizzjoni. Tali konsultazzjoni jew kooperazzjoni ma għandhiex iddewwem bla bżonn l-applikazzjoni ta' dan l-istrument. Il-Kummissjoni għandha tinforma, anki fil-forma ta' skambju ta' fehmiet, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konsultazzjoni jew il-kooperazzjoni.

Emenda  41

Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jiddetermina li għandha tieħu miżura ta' rispons tal-Unjoni meta:

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżura ta' rispons tal-Unjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni minn fost il-miżuri previsti fl-Anness I fejn:

Emenda  42

Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-azzjoni skont l-Artikoli 4 u 5 ma tkunx irriżultat fil-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika u fir-rimedju tad-dannu li tkun ikkawżat lill-Unjoni jew lil Stat Membru f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

(a) l-azzjoni skont l-Artikoli 4 u 5 ma tkunx irriżultat fil-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika u, fejn xieraq, fir-reparazzjoni tad-dannu li tkun ikkawżat lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha fil-perjodu ta' żmien stabbilit fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 4;

Emenda  43

Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-azzjoni hija fl-interess tal-Unjoni.

(c) l-azzjoni hija fl-interess tal-Unjoni fil-każ partikolari ta' koerċizzjoni ekonomika taħt eżami.

Emenda  44

Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina wkoll ir-rispons xieraq tal-Unjoni minn fost il-miżuri previsti fl-Anness I. Tali miżuri jistgħu japplikaw ukoll fir-rigward ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi maħtura f'konformità mal-Artikolu 8. Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll miżuri li tista' tieħu skont strumenti legali oħrajn.

Fl-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika r-rispett tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-punti (a), (b) u (c). Hija għandha tiddetermina u tiġġustifika wkoll ir-rispons xieraq tal-Unjoni. Tali miżuri jistgħu japplikaw ukoll fir-rigward ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi maħtura f'konformità mal-Artikolu 8.

Emenda  45

Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

L-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma, anki fil-forma ta' skambju ta' fehmiet, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-att ta' implimentazzjoni u tippubblikah f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u permezz ta' mezzi oħra ta' komunikazzjoni pubblika xierqa.

Emenda  46

Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll miżuri li mhumiex elenkati fl-Anness I skont strumenti legali oħrajn. Kwalunkwe adozzjoni bħal din għandha tkun ikkoordinata u konsistenti ma' azzjoni fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Emenda  47

Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni għandhom japplikaw minn data speċifikata wara l-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi din id-data ta' applikazzjoni, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi, biex tippermetti n-notifika tal-pajjiż terz ikkonċernat skont il-paragrafu 3 u biex dan iwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika.

2. Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni għandhom japplikaw minn data speċifikata wara l-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u f'kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur mill-adozzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi din id-data ta' applikazzjoni, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi, biex tippermetti n-notifika tal-pajjiż terz ikkonċernat skont il-paragrafu 3 u biex dan iwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika u, fejn xieraq, tikkoreġi d-dannu kkawżat.

Emenda  48

Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha, mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni, tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat dwar il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati skont il-paragrafu 1. Fin-notifika, il-Kummissjoni għandha, f'isem l-Unjoni, titlob lill-pajjiż terz ikkonċernat biex iwaqqaf minnufih il-koerċizzjoni ekonomika, toffri li tiġi nnegozjata soluzzjoni, u tinforma lill-pajjiż terz ikkonċernat li l-miżura ta' rispons tal-Unjoni se tapplika, sakemm ma tiqafx il-koerċizzjoni ekonomika.

3. Il-Kummissjoni għandha, mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni, tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat dwar il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati skont il-paragrafu 1. Fin-notifika, il-Kummissjoni għandha, f'isem l-Unjoni, titlob lill-pajjiż terz ikkonċernat biex iwaqqaf immedjatament il-koerċizzjoni ekonomika, toffri li tiġi nnegozjata soluzzjoni anki, fejn xieraq, fir-rigward tar-reparazzjoni tad-dannu kkawżat mill-pajjiż terz lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha, u tinforma lill-pajjiż terz ikkonċernat li l-miżura ta' rispons tal-Unjoni se tapplika, sakemm ma tiqafx il-koerċizzjoni ekonomika jew, fejn xieraq, meta l-pajjiż terz jikkoreġi d-dannu kkawżat.

Emenda  49

Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddikjara li l-applikazzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni għandha tiġi differita għal perjodu speċifikat f'dan l-att ta' implimentazzjoni, meta l-Kummissjoni jkollha informazzjoni kredibbli li l-pajjiż terz ikun waqqaf il-koerċizzjoni ekonomika qabel il-bidu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika li hemm tali informazzjoni u d-data minn meta għandu japplika d-differiment. Jekk il-pajjiż terz iwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika qabel ma jibdew japplikaw il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha ttemm il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 10.

4. L-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiddikjara li l-applikazzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni għandha tiġi differita, iżda biss għal perjodu li jkun neċessarju għall-Kummissjoni biex tivverifika l-waqfien effettiv tal-koerċizzjoni jew it-theddida ta' din u dan jeħtieġ li jiġi speċifikat f'dak l-att ta' implimentazzjoni, meta l-Kummissjoni jkollha informazzjoni kredibbli li l-pajjiż terz ikun ħa passi konreti biex iwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika jew it-theddida ta' din jew, fejn xieraq, ikun ikkoreġa d-dannu kkawżat qabel il-bidu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika li hemm tali informazzjoni u d-data minn meta għandu japplika d-differiment. Jekk il-pajjiż terz iwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika, jew, fejn xieraq, jikkoreġi d-dannu kkawżat qabel ma jibdew japplikaw il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha ttemm il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 10.

Emenda  50

Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Minkejja l-paragrafi 2, 3 u 4, il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jistgħu japplikaw mingħajr ma l-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, l-ewwel titlob, għal darb'oħra, lill-pajjiż terz ikkonċernat iwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika jew mingħajr ma l-Kummissjoni l-ewwel nett tinnotifikah li se tapplika l-miżura ta' rispons tal-Unjoni, meta dan ikun meħtieġ għall-preservazzjoni tad-drittijiet u tal-interessi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, b'mod partikolari tal-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni.

5. Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jistgħu japplikaw mingħajr ma l-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, l-ewwel titlob, għal darb'oħra, lill-pajjiż terz ikkonċernat iwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika jew mingħajr ma l-Kummissjoni l-ewwel nett tinnotifikah li se tapplika l-miżura ta' rispons tal-Unjoni skont il-paragrafu 3, meta dan ikun meħtieġ għall-preservazzjoni tad-drittijiet u tal-interessi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, b'mod partikolari tal-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni.

Emenda  51

Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex tiġi evitata ħsara irreparabbli lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli li jimponu miżuri ta' rispons tal-Unjoni, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3). Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5. Dawk l-atti għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur.

6. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex tiġi evitata ħsara irreparabbli lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika, il-Kummissjoni għandha tieħu miżura ta' rispons tal-Unjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(1) bħala atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih li jimponu miżuri ta' rispons tal-Unjoni, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3). Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 u l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 5 jiġu meqjusa sodisfatti. Dawk l-atti għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur u wara dan il-perjodu il-miżuri jistgħu jiġu adottati permezz ta' att ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) jekk meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tinforma, anki fil-forma ta' skambju ta' fehmiet, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-atti ta' implimentazzjoni u tippubblikahom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u permezz ta' mezzi oħra ta' komunikazzjoni pubblika xierqa.

Emenda  52

Proposta għal regolament
Artikolu 7 – paragrafu 7 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14 biex temenda l-lista prevista fl-Anness I sabiex tipprovdi tipi addizzjonali ta' miżuri b'rispons għal miżura ta' pajjiż terz. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati bħal dawn fejn it-tipi ta' miżuri ta' rispons:

7. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14 biex temenda l-lista prevista fl-Anness I sabiex tipprovdi tipi addizzjonali ta' miżuri b'rispons għal miżura ta' pajjiż terz, wara li tkun informat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-atti delegati. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati bħal dawn fejn it-tipi ta' miżuri ta' rispons:

Emenda  53

Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż il-livell li jkun proporzjonat għad-dannu mġarrab mill-Unjoni jew minn Stat Membru minħabba l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiż terz, filwaqt li tqis il-gravità tal-miżuri tal-pajjiż terz u d-drittijiet inkwistjoni.

1. Kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni għandha tkun proporzjonata mal-livell tad-dannu mġarrab mill-Unjoni jew minn Stat Membru minħabba l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiż terz, l-impatt ekonomiku li dawk il-miżuri qed ikollhom fuq l-Unjoni jew fuq Stat Membru u għandha tkun effettiva fil-preservazzjoni tad-drittijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jagħmlu għażliet sovrani leġittimi fir-rigward ta' atti, politiki jew pożizzjonijiet partikolari.

Emenda  54

Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tagħżel u tfassal miżura ta' rispons xierqa li tqis id-determinazzjoni magħmula skont l-Artikolu 4, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(2) u l-interess tal-Unjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż kif miġbura skont l-Artikolu 11, u l-kriterji li ġejjin:

2. Il-Kummissjoni għandha tagħżel u tfassal miżura ta' rispons xierqa li tqis id-determinazzjoni magħmula skont l-Artikolu 4, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż kif miġbura skont l-Artikolu 11, u l-kriterji li ġejjin:

Emenda  55

Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-effettività tal-miżuri li jwasslu għall-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika;

(a) l-effettività tal-miżuri li jwasslu għall-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika u, meta xieraq, ir-reparazzjoni tad-dannu kkawżat lill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha;

Emenda  56

Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika miżuri ta' rispons tal-Unjoni skont l-Artikoli 7 jew 8 li jikkonsistu f'restrizzjonijiet fuq l-investiment dirett barrani jew fuq il-kummerċ f'servizzi anki fir-rigward ta' servizzi pprovduti, jew investimenti diretti magħmula, fl-Unjoni minn persuna ġuridika waħda jew aktar stabbiliti fl-Unjoni u li huma proprjetà ta' persuni tal-pajjiż terz ikkonċernat jew ikkontrollati minnhom fejn meħtieġ, biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi dwar tali applikazzjoni fejn miżuri ta' rispons tal-Unjoni li ma jkoprux sitwazzjonijiet bħal dawn ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu b'mod effettiv l-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fejn tali miżuri jistgħu jiġu evitati. Fil-valutazzjoni ta' jekk tiġix adottata tali deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, minbarra l-kriterji fil-paragrafi 1 u 2, fost affarijiet oħra:

3. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tapplika miżuri ta' rispons tal-Unjoni skont l-Artikoli 7 jew 8 li jikkonsistu f'restrizzjonijiet fuq l-investiment dirett barrani jew fuq il-kummerċ f'servizzi anki fir-rigward ta' servizzi pprovduti, jew investimenti diretti magħmula, fl-Unjoni minn persuna ġuridika waħda jew aktar stabbiliti fl-Unjoni u li huma proprjetà ta' persuni tal-pajjiż terz ikkonċernat jew ikkontrollati minnhom fejn meħtieġ, biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi dwar tali applikazzjoni fejn miżuri ta' rispons tal-Unjoni li ma jkoprux sitwazzjonijiet bħal dawn ma jkunux biżżejjed biex jintlaħqu b'mod effettiv l-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fejn l-effett ta' tali miżuri jista' jiġi evitat jew newtralizzat. Fil-valutazzjoni ta' jekk tiġix adottata tali deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, minbarra l-kriterji fil-paragrafi 1 u 2, fost affarijiet oħra:

Emenda  57

Proposta għal regolament
Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-kontribut effettiv ta' restrizzjonijiet intra-Unjoni bħal dawn għall-objettiv li jinkiseb il-waqfien tal-miżura ta' koerċizzjoni ekonomika;

(b) il-kontribut effettiv possibbli ta' restrizzjonijiet intra-Unjoni bħal dawn għall-objettiv li jinkiseb il-waqfien tal-miżura ta' koerċizzjoni ekonomika;

Emenda  58

Proposta għal regolamentArtikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kriterji għall-għażla u t-tfassil ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni.

Emenda  59

Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt rieżami l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika implimentati minn pajjiż terz li jkunu skattaw il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati u l-effetti tagħhom fuq l-interessi tal-Unjoni u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati b'dan.

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt rieżami l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika implimentati minn pajjiż terz li jkunu skattaw il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati u l-effetti tagħhom fuq l-interessi tal-Unjoni u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati regolarment b'dan.

Emenda  60

Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat jissospendi l-koerċizzjoni ekonomika, jew fejn dan ikun meħtieġ fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-applikazzjoni tal-miżura rispettiva ta' rispons tal-Unjoni għad-durata tas-sospensjoni tal-pajjiż terz, jew sakemm ikun meħtieġ fid-dawl tal-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tissospendi l-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ikun offra, u l-Unjoni tkun ikkonkludiet, ftehim biex il-kwistjoni titressaq għal aġġudikazzjoni internazzjonali vinkolanti ta' parti terza u l-pajjiż terz ikun qed jissospendi wkoll il-miżuri tiegħu ta' koerċizzjoni ekonomika. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi li tissospendi l-miżura ta' rispons tal-Unjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

2. Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat jissospendi kompletament il-koerċizzjoni ekonomika, il-Kummissjoni għandha tissospendi l-applikazzjoni tal-miżura rispettiva ta' rispons tal-Unjoni għad-durata tas-sospensjoni tal-pajjiż terz jew, fejn ikun meħtieġ fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-applikazzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni sakemm ikun meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha tissospendi l-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ikun offra, u l-Unjoni tkun ikkonkludiet, ftehim biex il-kwistjoni titressaq għal aġġudikazzjoni internazzjonali vinkolanti ta' parti terza kif imsemmija fl-Artikolu 5 u jekk il-pajjiż terz ikun ukoll waqqaf il-miżuri tiegħu ta' koerċizzjoni ekonomika u jimpenja ruħu li jappoġġa u jirrispetta l-aġġudikazzjoni ta' parti terza. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi li tissospendi l-miżura ta' rispons tal-Unjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Emenda  61

Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn ikun meħtieġ li jsiru aġġustamenti għall-miżuri ta' rispons tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 2 u 9 (2), jew żviluppi ulterjuri, inkluża r-reazzjoni tal-pajjiż terz, il-Kummissjoni tista', kif xieraq, temenda l-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità mal-Artikolu 7, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

3. Fejn ikun meħtieġ li jsiru aġġustamenti għall-miżuri ta' rispons tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 2 u 9 (2), jew żviluppi ulterjuri, inkluża r-reazzjoni tal-pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, temenda malajr il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità mal-Artikolu 7, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Emenda  62

Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) meta l-koerċizzjoni ekonomika tkun waqfet;

(a) meta l-koerċizzjoni ekonomika tkun waqfet u kien hemm reparazzjoni għad-dannu kkawżat;

Emenda  63

Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) meta deċiżjoni vinkolanti f'aġġudikazzjoni internazzjonali ta' parti terza f'tilwim bejn il-pajjiż terz ikkonċernat u l-Unjoni jew Stat Membru tirrikjedi l-irtirar tal-miżura ta' rispons tal-Unjoni;

(c) meta deċiżjoni vinkolanti f'aġġudikazzjoni internazzjonali ta' parti terza f'tilwim bejn il-pajjiż terz ikkonċernat u l-Unjoni jew Stat Membru tirrikjedi l-irtirar tal-miżura ta' rispons tal-Unjoni sakemm il-pajjiż terz ikun ħa passi konkreti biex jimplimenta d-deċiżjoni; or

Emenda  64

Proposta għal regolament
Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli li jissospendu, li jemendaw jew li jtemmu l-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità mal-Artikolu 7. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3) u għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' mhux aktar minn xahrejn.

5. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli li jissospendu jew li jemendaw il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità mal-Artikolu 7. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3) u dawn għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' mhux aktar minn xahrejn, li warajhom jista' jiġi adottat att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafi 2, 3 jew 4, skont kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat mingħajr dewmien bid-deċiżjoni u l-ġustifikazzjoni tagħha.

Emenda  65

Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel l-adozzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni jew l-emendar ta' tali miżuri, il-Kummissjoni għandha, u qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta' tali miżuri, rispettivament, il-Kummissjoni tista' tfittex informazzjoni u fehmiet dwar l-impatt ekonomiku fuq l-operaturi tal-Unjoni u l-interess tal-Unjoni, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew permezz ta' mezzi oħra ta' komunikazzjoni pubblika xierqa. L-avviż għandu jindika l-perjodu li fih għandu jiġi ppreżentat l-input.

1. Qabel l-adozzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni jew l-emendar ta' tali miżuri, il-Kummissjoni għandha, u qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta' tali miżuri, rispettivament, il-Kummissjoni tista' tfittex informazzjoni u fehmiet dwar l-impatt ekonomiku fuq l-operaturi tal-Unjoni kif meħtieġ, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew permezz ta' mezzi oħra ta' komunikazzjoni pubblika xierqa. L-avviż għandu jindika l-perjodu li fih għandu jiġi ppreżentat l-input.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fit-twettiq tal-ġbir tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinforma u tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari lill-assoċjazzjonijiet tal-industrija, affettwati minn miżuri possibbli ta' rispons tal-Unjoni, u lill-Istati Membri involuti fit-tħejjija jew fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-oqsma affettwati.

3. Fit-twettiq tal-ġbir tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinforma u tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari lill-assoċjazzjonijiet tal-industrija u s-sħab soċjali tal-Unjoni, affettwati minn miżuri possibbli ta' rispons tal-Unjoni, u lill-Istati Membri involuti fit-tħejjija jew fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-oqsma affettwati.

Emenda  67

Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-interazzjoni ta' tali miżuri mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Membri;

(b) l-interazzjoni ta' tali miżuri mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

Emenda  68

Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-interess tal-Unjoni.

(d) l-effett ta' tali miżuri fuq it-tnaqqis tal-impatt negattiv tal-miżuri koerċittivi tal-pajjiż terz.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tqis b'mod sħiħ l-informazzjoni miġbura matul l-eżerċizzju ta' ġbir ta' informazzjoni. Analiżi tal-miżuri previsti għandha takkumpanja l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni meta jiġi ppreżentat lill-kumitat fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

5. Il-Kummissjoni għandha tqis b'mod sħiħ l-informazzjoni miġbura matul l-eżerċizzju ta' ġbir ta' informazzjoni. Analiżi tal-miżuri previsti u l-impatti potenzjali tagħhom għandha takkumpanja l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni meta jiġi ppreżentat lill-kumitat fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew b'tali analiżi f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  70

Proposta għal regolament
Artikolu 11 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Qabel l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 7(6) jew l-Artikolu 10(5), il-Kummissjoni għandha tfittex informazzjoni u fehmiet mill-partijiet ikkonċernati rilevanti b'mod immirat, sakemm ir-raġunijiet imperattivi ta' urġenza ma jkunux tali li t-tfittxija għall-informazzjoni u l-konsultazzjonijiet ma jkunux possibbli jew ma jkunux meħtieġa għal raġunijiet oġġettivi, pereżempju biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

6. Il-Kummissjoni għandha tfittex informazzjoni u fehmiet mill-partijiet rilevanti kkonċernati speċjalment mill-operaturi ekonomiċi affettwati mill-koerċizzjoni ekonomika, bħala prinċipju ġenerali qabel l-adozzjoni ta' att ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 7(6) jew l-Artikolu 10(5), sakemm is-sitwazzjoni eċċezzjonali ta' raġunijiet imperattivi ta' urġenza ma tkunx tali li t-tfittxija għall-informazzjoni u l-konsultazzjonijiet ma jkunux possibbli jew ma jkunux meħtieġa għal raġunijiet oġġettivi, pereżempju biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

Emenda  71

Proposta għal regolament
Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11a

L-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ

L-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ (CTEO) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-koordinazzjoni tiegħu ma' għodod oħra relatati mal-antikoerċizzjoni bħall-Istatut ta' Mblukkar1a. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, is-CTEO għandu:

(a)  jiġbor informazzjoni u jipprovdi analiżi tal-kostijiet u tad-data bl-għan li jiddetermina n-natura tal-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika;

(b)  jaġixxi, f'konformità sħiħa mal-prinċipju tal-kunfidenzjalità, bħala l-punt ta' kuntatt ewlieni għan-negozji tal-UE u l-partijiet ikkonċernati tas-settur privat affettwati mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika, inkluż fir-rigward tal-assistenza li għandha tiġi pprovduta fil-kuntest tal-koerċizzjoni ekonomika li għaddejja bħalissa;

__________________

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta' Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni ekstraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha (ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1).

Emenda  72

Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-informazzjoni riċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan li għalih tkun ġiet mitluba.

1. L-informazzjoni riċevuta skont dan ir-Regolament għandha tintuża biss għall-għan li għalih tkun ġiet ipprovduta, mitluba jew miksuba.

Emenda  73

Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Min jipprovdi l-informazzjoni jista' jitlob li l-informazzjoni pprovduta tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. F'każijiet bħal dawn, l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn sommarju mhux kunfidenzjali jew minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ma jistax isir sommarju ta' din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri jew l-uffiċjali tagħhom ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni ta' natura kunfidenzjali rċevuta skont dan ir-Regolament, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur ta' tali informazzjoni.

2. Min jipprovdi l-informazzjoni jista' jitlob li l-informazzjoni pprovduta tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. F'każijiet bħal dawn, l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn sommarju mhux kunfidenzjali iżda b'mod effettiv jew minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex ma jistax isir sommarju ta' din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew, l-Istati Membri jew l-uffiċjali tagħhom huma pprojbiti milli jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni ta' natura kunfidenzjali rċevuta skont dan ir-Regolament, mingħajr permess speċifiku mill-fornitur ta' tali informazzjoni.

Emenda  74

Proposta għal regolament
Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-paragrafu 2 ma għandux jipprekludi lill-Kummissjoni milli tiżvela informazzjoni ġenerali f'forma ta' sommarju, li ma jkunx fiha informazzjoni li tippermetti li jiġi identifikat il-fornitur tal-informazzjoni. Tali divulgazzjoni għandha tqis l-interess leġittimu tal-partijiet ikkonċernati f'li ma jiddivulgawx informazzjoni kunfidenzjali.

3. Il-paragrafu 2 ma għandux jipprekludi lill-Kummissjoni milli tiżvela informazzjoni ġenerali f'forma ta' sommarju iżda b'mod effettiv, li ma jkunx fiha informazzjoni li tippermetti li jiġi identifikat il-fornitur tal-informazzjoni. Tali divulgazzjoni għandha tqis l-interess leġittimu tal-partijiet ikkonċernati f'li ma jiddivulgawx informazzjoni kunfidenzjali.

Emenda  75

Proposta għal regolament
Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rieżami

Rapportar u Rieżami

Emenda  76

Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni adottata skont l-Artikolu 7 sitt xhur wara t-terminazzjoni tagħha, filwaqt li tqis il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jeżamina l-effettività u l-operat tal-miżura ta' rispons tal-Unjoni, u għandu jasal għal konklużjonijiet possibbli għal miżuri futuri.

1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni adottata skont l-Artikolu 7 sitt xhur wara t-terminazzjoni tagħha, filwaqt li tqis il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati, u l-informazzjoni provduta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ta' evalwazzjoni li fih teżamina l-effettività u l-operat tal-miżura ta' rispons tal-Unjoni, u tasal għal konklużjonijiet possibbli għal miżuri futuri. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  77

Proposta għal regolament
Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mhux aktar tard minn tliet snin wara l-adozzjoni tal-ewwel att ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jew sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema jiġi l-ewwel, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u tal-anqas kull erba' snin wara dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu, b'mod partikolari, fl-iżgurar tal-komplimentarjetà mar-rieżami tal-Istatut ta' Mbokkar, u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, b'mod partikolari fir-rapportar rilevanti tal-Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ.

NOTA SPJEGATTIVA

L-UE teħtieġ strument kontra l-koerċizzjoni (ACI) b'mod urġenti biex timla lakuna sfortunata fil-liġi tal-UE: filwaqt li qed tiffaċċja bidla minn kummerċ internazzjonali bbażat fuq ir-regoli għal dak ibbażat fuq is-setgħa, l-UE bħalissa m'għandha l-ebda għodda biex tiskoraġġixxi u, fejn meħtieġ, tirrispondi għall-koerċizzjoni ekonomika biex tipproteġi l-interessi leġittimi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

L-elementi li jiskattaw dan l-istrument jeħtieġ li jkunu definiti b'mod wiesa' u newtrali għall-pajjiżi. Il-koerċizzjoni ekonomika tista' tabilħaqq tieħu ħafna forom differenti, bħat-theddida ta' Washington li jirritalja fuq it-taxxa diġitali ta' diversi Stati Membri tal-UE; l-imblokk taċ-Ċina tal-importazzjonijiet mil-Litwanja wara li t-Tajwan fetaħ Ambaxxata de facto f'Vilnius; il-bojkotts "spontanji" tad-ditti tal-Punent; u l-projbizzjonijiet fuq il-Membri tal-Parlament Ewropew li jikkritikaw liċ-Ċina; il-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjoni ta' prodotti agrikoli mill-Istati Membri tal-UE.

Filwaqt li, fejn possibbli, tirrikorri għal mekkaniżmi eżistenti għas-soluzzjoni tat-tilwim u tfittex strateġija globali u komuni, l-UE għandha tkun tista' tintervjeni b'aktar ħeffa f'sitwazzjoni fejn pajjiż, billi japplika jew jhedded li japplika miżuri li jaffettwaw il-kummerċ u l-investimenti, ifittex li jagħmel pressjoni fuq l-UE jew l-Istati Membri tagħha biex jagħmlu jew joqogħdu lura milli jagħmlu għażla politika. In-nuqqas ta' disponibbiltà ta' tali għodda huwa dgħufija tas-sistema legali tagħna peress li l-ġlieda kontra l-koerċizzjoni ekonomika hija permessa skont id-dritt internazzjonali. Is-sempliċi eżistenza ta' tali għodda jkollha effett dissważiv. Barra minn hekk, għandna nqisu l-fatt li s-sħab kummerċjali tagħna diġà għandhom stabbiliti strumenti simili – l-UE qed tipprova tlaħħaq magħhom, u mhux qed teskala tellieqa għall-armi.

Barra minn hekk, irid jiġi mifhum li l-miżuri meħuda taħt l-ACI huma l-aħħar rimedju fir-rispons tal-UE għal azzjonijiet koerċittivi ta' pajjiż terz bl-iskop uniku li jiġi protett l-ispazju leġittimu tal-politika tal-Unjoni. Mhijiex għodda offensiva li l-UE tista' tuża b'mod indiskriminat.

Matul dawn l-aħħar snin, esperjenzajna tensjonijiet kummerċjali globali u l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-ktajjen tal-provvista globali, li l-vulnerabbiltajiet tagħhom ġew esposti aktar wara l-invażjoni militari tal-Ukrajna mir-Russja fi Frar 2022. F'dan il-kuntest, nemmen li l-UE ma tistax tkun interlokutur kredibbli fix-xena globali mingħajr strument kummerċjali b'saħħtu li jippreserva l-interessi, id-drittijiet u l-għażliet politiċi sovrani tagħha. Id-dikjarazzjoni reċenti ta' Versailles tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern tal-10 u l-11 ta' Marzu 2022 tenfasizza r-rwol tal-politika kummerċjali tal-UE fil-kisba tal-objettiv li tinbena awtonomija strateġika Ewropea permezz ta' bażi ekonomika aktar robusta billi din tal-aħħar issir aktar reżiljenti, kompetittiva u adatta għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa' lura.

Il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għal strument kontra l-koerċizzjoni fl-2020, u dan wassal għal dikjarazzjoni konġunta tal-istituzzjonijiet tal-UE annessa mar-regolament ta' infurzar emendat[1]. F'dak il-kuntest, kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Parlament Ewropew esprimew tħassib dwar il-prattiki kummerċjali ta' ċerti pajjiżi terzi li jfittxu li jikkostrinġu lill-Unjoni u/jew lill-Istati Membri tagħha jieħdu jew jirtiraw miżuri ta' politika partikolari. Ninsab ħerqan għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar dan l-istrument il-ġdid.

Nilqa' l-fatt li l-President tal-Kummissjoni Ewropea laqgħet it-tħassib tagħna f'Settembru 2020 u, kif imwiegħed, il-Kummissjoni ressqet proposta għall-ACI qabel tmiem l-2021. Din l-għodda l-ġdida se tikkompleta s-sett ta' għodod kummerċjali tal-UE, flimkien mar-regoli l-ġodda dwar ir-reċiproċità għall-aċċess għas-swieq tal-akkwist globali u dwar is-sussidji barranin distorsivi, li fuqhom dan il-Parlament ilu jaħdem b'mod qawwi bħala parti mir-rieżami tal-politika kummerċjali tal-UE. Kif indikajna wkoll fir-rapport tagħna dwar l-effetti tal-COVID-19 fuq il-kummerċ[2], l-iskop ta' tali rieżami huwa li jiġi żgurat li l-kummerċ jikkontribwixxi għall-objettiv ġenerali tal-awtonomija strateġika tal-UE.

Għalhekk, nappoġġja b'mod ġenerali l-proposta tal-Kummissjoni għal strument kummerċjali u l-emendi proposti fl-enfasi tal-abbozz ta' rapport tiegħi fuq is-seba' punti li ġejjin:

1. Definizzjoni saħansitra usa' ta' koerċizzjoni ekonomika biex jiġi żgurat effett dissważiv reali. Dan l-istrument għandu jkopri wkoll it-theddida ta' miżuri minn pajjiż terz, li bħala tali tikkwalifika bħala koerċizzjoni ekonomika, kif ukoll kwalunkwe miżura li tinterferixxi ma' għażla ta' politika partikolari tal-UE, tkun xi tkun il-forma li tieħu din tal-aħħar.

2. Fejn meħtieġ, rispons rapidu u effettiv tal-UE se jagħmel dan l-istrument kredibbli: Il-kontromiżuri tal-UE għandhom ikunu proporzjonati u rapidi, meta jkunu urġenti, u għandu jkollhom l-għan mhux biss li jtemmu l-koerċizzjoni iżda, kull meta jkun possibbli, li jindirizzaw ukoll id-dannu kkawżat mill-koerċizzjoni.

3. L-istat tad-dritt irid jiġi ppreservat permezz taċ-ċertezza legali u kontromiżuri kompatibbli mad-dritt internazzjonali; il-proċedura jeħtieġ li ssib il-bilanċ it-tajjeb bejn il-ħtieġa għal reazzjoni rapida u l-importanza li jiġu pprovduti indikazzjonijiet tal-iskeda ta' żmien tal-passi proċedurali meħtieġa.

4. Impenn għal soluzzjoni negozjata iżda mingħajr dewmien bla bżonn tal-proċess: għandu jiġi żgurat biżżejjed spazju għal djalogu mal-pajjiż terz, kif ukoll għall-kooperazzjoni f'fora internazzjonali u ma' sħab kummerċjali oħra tal-UE mingħajr dewmien bla bżonn tal-impożizzjoni ta' kontromiżuri.

5. L-interess tal-Unjoni huwa fil-qalba ta' dan l-istrument: il-fatt li jiġu miġġielda b'mod effiċjenti l-miżuri ta' pajjiżi terzi li jinterferixxu bla bżonn fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni u/jew tal-Istati Membri huwa, f'dan il-kuntest, parti deċiżiva mill-interess tal-Unjoni. L-interess tal-Unjoni jrid jiżgura wkoll li kwalunkwe miżura meħuda skont dan ir-Regolament tqis il-koerenza ekonomika u soċjali tal-Unjoni u ma taffettwahomx b'mod negattiv.

6. Għandha tiġi żgurata l-koerenza ma' strumenti oħra li jindirizzaw l-effetti ekstraterritorjali tal-miżuri meħuda minn pajjiżi mhux tal-UE, bħall-Istatut ta' Mblukkar. Għal dan l-iskop, jista' jkun meħtieġ rieżami bikri ta' dan ir-regolament.

7. Skrutinju demokratiku fl-istadji kollha: l-involviment tal-partijiet ikkonċernati – filwaqt li tiġi żgurata kunfidenzjalità sħiħa – huwa vitali biex tiġi identifikata l-koerċizzjoni, jiġu ddeterminati d-daqs u l-effetti tagħha u b'hekk jitfasslu kontromiżuri effettivi. Il-Parlament, li għandu jattribwixxi skrutinju demokratiku lil dan l-istrument, għandu jinżamm infurmat flimkien mal-Kunsill fl-istadji rilevanti kollha, mill-eżami sar-rieżami kontinwu tal-miżuri tal-UE.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN (28.7.2022)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi

(COM(2021)0775 – C9‑0458/2021 – 2021/0406(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Markéta Gregorová

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-ekonomija dinjija interkonnessa moderna toħloq riskju akbar ta' koerċizzjoni ekonomika u opportunità għaliha, peress li tipprovdi lill-pajjiżi b'mezzi mtejba, inklużi mezzi ibridi, biex jużaw tali koerċizzjoni. Huwa mixtieq li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-ħolqien, għall-iżvilupp u għall-kjarifika ta' oqfsa internazzjonali għall-prevenzjoni u għall-eliminazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' koerċizzjoni ekonomika.

(5) L-ekonomija dinjija interkonnessa moderna toħloq riskju akbar ta' koerċizzjoni ekonomika u opportunità għaliha, peress li tipprovdi lill-pajjiżi, b'mod speċjali lir-reġimi mhux demokratiċi, b'mezzi mtejba, inklużi mezzi ibridi, diretti jew indiretti, biex jużaw tali koerċizzjoni. Huwa importanti li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-ħolqien, għall-iżvilupp u għall-kjarifika ta' oqfsa internazzjonali għall-prevenzjoni u għall-eliminazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' koerċizzjoni ekonomika.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Reġimi mhux demokratiċi, bħall-Federazzjoni Russa, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran, ikomplu jdgħajfu l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, jheddu l-governanza demokratika u s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri, u jiddegradaw il-kompetittività ekonomika tagħna.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Filwaqt li dejjem taġixxi fil-qafas tad-dritt internazzjonali, huwa essenzjali li l-Unjoni jkollha strument xieraq biex tiskoraġġixxi u tiġġieled il-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi sabiex tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi tagħha u dawk tal-Istati Membri tagħha. Dan huwa partikolarment il-każ fejn pajjiżi terzi jieħdu miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment li jinterferixxu fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru billi jfittxu li jipprevjenu jew jiksbu l-waqfien, il-modifika jew l-adozzjoni ta' att partikolari mill-Unjoni jew minn Stat Membru. Tali miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment jistgħu jinkludu mhux biss azzjonijiet meħuda fuq, u li jkollhom effetti fit-territorju tal-pajjiż terz, iżda wkoll azzjonijiet meħuda mill-pajjiż terz, inkluż permezz ta' entitajiet ikkontrollati jew diretti mill-pajjiż terz u preżenti fl-Unjoni, li jikkawżaw ħsara lill-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni.

(6) Filwaqt li dejjem taġixxi fil-qafas tad-dritt internazzjonali, huwa essenzjali li l-Unjoni jkollha strument xieraq biex tiskoraġġixxi u tiġġieled il-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi sabiex tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi tagħha u dawk tal-Istati Membri tagħha. Dan huwa partikolarment il-każ fejn pajjiżi terzi jieħdu jew jheddu li jieħdu miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment li jinterferixxu fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, inklużi l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet governattivi u ġudizzjarji tagħhom, billi jfittxu, b'mod dirett jew indirett, li jipprevjenu jew jiksbu l-waqfien, il-modifika jew l-adozzjoni ta' att partikolari mill-Unjoni jew minn Stat Membru. Tali miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment, jew theddid ta' dan, jistgħu jinkludu mhux biss azzjonijiet meħuda jew theddid ta' dan fuq, u li jkollhom effetti fit-territorju tal-pajjiż terz, iżda wkoll azzjonijiet meħuda jew theddid ta' dan mill-pajjiż terz, inkluż permezz ta' entitajiet ikkontrollati jew diretti mill-pajjiż terz u preżenti fl-Unjoni, li jikkawżaw ħsara lill-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni bħal, fost l-oħrajn, effetti ekstraterritorjali ta' sanzjonijiet minn pajjiżi terzi.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Il-koerċizzjoni ekonomika mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kontra l-Litwanja, Stat Membru tal-Unjoni, iddgħajjef il-prinċipji bażiċi tas-Suq Uniku tal-Unjoni u tirrikjedi rispons konġunt.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6b) Il-koerċizzjoni ekonomika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kontra l-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali tal-Unjoni ddgħajjef il-politiki tat-tkabbir tal-Unjoni u s-suċċess tar-riformi demokratiċi u ekonomiċi f'pajjiżi li jaspiraw li jsiru Stati Membri tal-Unjoni. L-investimenti u s-self taċ-Ċina fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, speċjalment is-self ta' EUR 1 biljun meħud mill-gvern Montenegrin għall-kostruzzjoni tal-awtostrada Bar-Boljare, iżidu l-vulnerabbiltà tal-pajjiżi għall-interferenza barranija u jpoġġu piż fuq il-finanzi pubbliċi tagħhom.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari kontra l-koerċizzjoni ekonomika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru ta' pajjiżi terzi, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. Dan minħabba li l-Istati Membri bħala atturi distinti skont id-dritt internazzjonali jistgħu ma jkunux intitolati skont id-dritt internazzjonali biex jirreaġixxu għall-koerċizzjoni ekonomika diretta kontra l-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba l-kompetenza esklużiva mogħtija lill-Unjoni mill-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri ma jitħallewx jieħdu miżuri ta' politika kummerċjali komuni bħala reazzjoni għall-koerċizzjoni ekonomika. Għalhekk, dawk l-objettivi jistgħu jintlaħqu b'effettività akbar fil-livell tal-Unjoni.

(8) L-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari kontra l-koerċizzjoni ekonomika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru ta' pajjiżi terzi, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu waħedhom. Dan minħabba li l-Istati Membri bħala atturi distinti skont id-dritt internazzjonali jistgħu ma jkunux intitolati skont id-dritt internazzjonali biex jirreaġixxu għall-koerċizzjoni ekonomika diretta kontra l-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba l-kompetenza esklużiva mogħtija lill-Unjoni mill-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri ma jitħallewx jieħdu miżuri ta' politika kummerċjali komuni bħala reazzjoni għall-koerċizzjoni ekonomika. Għalhekk, dawk l-objettivi jintlaħqu b'effettività akbar fil-livell tal-Unjoni, u fi spirtu ta' għaqda u solidarjetà.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, għall-ħolqien ta' qafas effettiv u komprensiv għal azzjoni tal-Unjoni kontra l-koerċizzjoni ekonomika, li jiġu stabbiliti regoli dwar l-eżami, id-determinazzjoni u l-kontroazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika ta' pajjiżi terzi. B'mod partikolari, il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu preċeduti minn eżami tal-fatti, determinazzjoni tal-eżistenza ta' koerċizzjoni ekonomika, u, fejn possibbli, sforzi biex tinstab soluzzjoni f'kooperazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat. Kwalunkwe miżura imposta mill-Unjoni jenħtieġ li tkun proporzjonata mad-dannu kkawżat mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-kriterji għad-definizzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jqisu b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu evitati jew minimizzati l-effetti kollaterali, il-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet imposti fuq l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni kif ukoll l-interess tal-Unjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi segwiti, f'konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(9) F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, għall-ħolqien ta' qafas effettiv u komprensiv għal azzjoni tal-Unjoni kontra l-koerċizzjoni ekonomika, li jiġu stabbiliti regoli dwar l-eżami, id-determinazzjoni u l-kontroazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika ta' pajjiżi terzi. B'mod partikolari, il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu preċeduti f'perjodu raġonevoli ta' mhux aktar minn tliet xhur minn eżami tal-fatti, determinazzjoni tal-eżistenza ta' koerċizzjoni ekonomika, u, fejn possibbli, sforzi biex tinstab soluzzjoni f'kooperazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat. Kwalunkwe miżura imposta mill-Unjoni jenħtieġ li tkun proporzjonata mad-dannu kkawżat mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-kriterji għad-definizzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jqisu b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu evitati jew minimizzati l-effetti kollaterali, il-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet imposti fuq l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni kif ukoll l-interess tal-Unjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi segwiti, f'konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-koerċizzjoni hija pprojbita skont id-dritt internazzjonali meta pajjiż juża miżuri bħal restrizzjonijiet fuq il-kummerċ jew fuq l-investiment sabiex jikseb minn pajjiż ieħor azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni li dak il-pajjiż ma huwiex obbligat li jwettaq fuq livell internazzjonali u li taqa' taħt is-sovranità tiegħu, meta l-koerċizzjoni tilħaq limitu kwalitattiv jew kwantitattiv partikolari, skont kemm l-objettivi segwiti kif ukoll il-mezzi użati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina l-azzjoni ta' pajjiż terz abbażi ta' kriterji kwalitattivi u kwantitattivi li jgħinu fid-determinazzjoni ta' jekk il-pajjiż terz jindaħalx fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru u jekk l-azzjoni tiegħu tikkostitwixxix koerċizzjoni ekonomika li tirrikjedi rispons tal-Unjoni.

(11) Il-koerċizzjoni hija pprojbita skont id-dritt internazzjonali meta pajjiż juża miżuri bħal restrizzjonijiet fuq il-kummerċ jew fuq l-investiment, jew l-adozzjoni ta' liġijiet b'applikazzjoni ekstraterritorjali li jimminaw l-interessi tal-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea li jikkonformaw mal-obbligi internazzjonali tagħhom, sabiex jikseb minn pajjiż ieħor azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni li dak il-pajjiż ma huwiex obbligat li jwettaq fuq livell internazzjonali u li taqa' taħt is-sovranità tiegħu, meta l-koerċizzjoni tilħaq limitu kwalitattiv jew kwantitattiv partikolari, skont kemm l-objettivi segwiti kif ukoll il-mezzi użati. Jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina l-azzjoni ta' pajjiż terz abbażi ta' kriterji kwalitattivi u kwantitattivi li jgħinu fid-determinazzjoni ta' jekk il-pajjiż terz jindaħalx fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, jekk il-pajjiż terz ikunx involut f'tendenza ta' interferenza bil-għan li jikseb atti partikolari mill-Unjoni jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi oħra; jekk il-pajjiż terz ikunx qed jaġixxi abbażi ta' tħassib leġittimu li jkun rikonoxxut fuq livell internazzjonali; jekk u b'liema mod il-pajjiż terz, qabel l-impożizzjoni tal-miżuri tiegħu, ikunx għamel tentattivi serji, b'rieda tajba, biex isolvi l-kwistjoni permezz ta' koordinazzjoni internazzjonali jew permezz ta' aġġudikazzjoni, kemm b'mod bilaterali kif ukoll f'forum internazzjonali. l-intensità, is-severità, il-frekwenza, id-durata, il-wisa' u l-kobor tal-miżura tal-pajjiż terz u l-pressjoni li tirriżulta minnha u jekk l-azzjoni tiegħu tikkostitwixxix koerċizzjoni ekonomika li tirrikjedi rispons tal-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina jekk il-miżuri ta' pajjiżi terzi humiex koerċittivi, fuq inizjattiva tagħha stess jew wara informazzjoni rċevuta minn kwalunkwe sors, inklużi persuni ġuridiċi u fiżiċi jew Stat Membru. Wara dan l-eżami, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina f'deċiżjoni jekk il-miżura tal-pajjiż terz hijiex koerċittiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkomunika kwalunkwe determinazzjoni affermattiva lill-pajjiż terz ikkonċernat, flimkien ma' talba li l-koerċizzjoni ekonomika tieqaf u talba, fejn xieraq, li kwalunkwe dannu jiġi kkoreġut.

(13) Jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina jekk il-miżuri ta' pajjiżi terzi humiex koerċittivi, fuq inizjattiva tagħha stess jew wara informazzjoni rċevuta minn kwalunkwe sors, inklużi persuni ġuridiċi u fiżiċi, il-Parlament Ewropew jew Stat Membru. Wara dan l-eżami, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina f'deċiżjoni jekk il-miżura tal-pajjiż terz hijiex koerċittiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkomunika kwalunkwe determinazzjoni affermattiva lill-pajjiż terz ikkonċernat, flimkien ma' talba li l-koerċizzjoni ekonomika tieqaf f'perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum u talba, fejn xieraq, li kwalunkwe dannu jiġi kkoreġut.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa u tikkoopera ma' pajjiżi terzi affettwati mill-istess miżuri jew minn miżuri simili ta' koerċizzjoni ekonomika jew pajjiżi terzi interessati oħra. Jenħtieġ li l-Unjoni tipparteċipa fil-koordinazzjoni internazzjonali f'fora bilaterali, plurilaterali jew multilaterali li jkunu mmirati lejn il-prevenzjoni jew lejn l-eliminazzjoni tal-koerċizzjoni ekonomika.

(14) Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa u tikkoopera ma' pajjiżi terzi affettwati mill-istess miżuri jew minn miżuri simili ta' koerċizzjoni ekonomika jew pajjiżi terzi interessati oħra, b'mod partikolari, sħab demokratiċi tal-istess fehma. Jenħtieġ li l-Unjoni tipparteċipa fil-koordinazzjoni internazzjonali f'fora bilaterali, plurilaterali jew multilaterali li jkunu mmirati lejn il-prevenzjoni jew lejn l-eliminazzjoni tal-koerċizzjoni ekonomika.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Jenħtieġ li l-Unjoni timponi biss kontromiżuri meta mezzi oħra bħal negozjati, medjazzjoni jew aġġudikazzjoni ma jwasslux għall-waqfien immedjat u effettiv tal-koerċizzjoni ekonomika u għar-reparazzjoni tad-dannu li tkun ikkawżat lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha, u fejn tkun meħtieġa azzjoni biex jiġu protetti l-interessi u d-drittijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u jkun fl-interess tal-Unjoni. Huwa xieraq li r-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-impożizzjoni u l-applikazzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni u jippermetti azzjoni rapida fejn meħtieġ biex tiġi ppreservata l-effettività ta' kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni.

(15) Jenħtieġ li l-Unjoni timponi biss kontromiżuri meta mezzi oħra bħal negozjati, medjazzjoni jew aġġudikazzjoni ma jwasslux għall-waqfien immedjat, f'perjodu ta' mhux aktar minn sitt xhur wara d-determinazzjoni tal-eżistenza ta' koerċizzjoni ekonomika minn pajjiż terz, u effettiv tal-koerċizzjoni ekonomika u għar-reparazzjoni tad-dannu li tkun ikkawżat lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha, u fejn tkun meħtieġa azzjoni biex jiġu protetti l-interessi u d-drittijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u jkun fl-interess tal-Unjoni. Huwa xieraq li r-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-impożizzjoni u l-applikazzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni u jippermetti azzjoni rapida fejn meħtieġ biex tiġi ppreservata l-effettività ta' kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu magħżula u mfassla abbażi ta' kriterji oġġettivi, inklużi: l-effettività tal-miżuri li jwasslu għall-waqfien tal-koerċizzjoni mill-pajjiż terz; il-potenzjal tagħhom li jipprovdu għajnuna lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika ta' pajjiżi terzi; l-għan li jiġu evitati jew minimizzati l-effetti ekonomiċi u effetti oħra negattivi fuq l-Unjoni; u l-evitar ta' kumplessità u kostijiet amministrattivi sproporzjonati. Huwa essenzjali wkoll li l-għażla u t-tfassil tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jqisu l-interess tal-Unjoni. Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jenħtieġ li jintgħażlu minn firxa wiesgħa ta' għażliet sabiex jippermettu l-adozzjoni tal-aktar miżuri xierqa fi kwalunkwe każ partikolari.

(16) Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu magħżula u mfassla abbażi ta' kriterji oġġettivi, inklużi: l-effettività tal-miżuri li jwasslu għall-waqfien tal-koerċizzjoni mill-pajjiż terz; l-effettività tal-miżuri li jikkoreġu d-dannu kkawżat mill-koerċizzjoni ekonomika; il-potenzjal tagħhom li jipprovdu għajnuna lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika ta' pajjiżi terzi; l-għan li jiġu evitati jew minimizzati l-effetti ekonomiċi u effetti oħra negattivi fuq l-Unjoni; u l-evitar ta' kumplessità u kostijiet amministrattivi sproporzjonati; komunikazzjoni strateġika tal-azzjonijiet tal-Unjoni biex jiġi żgurat li dawn ma jkunux irrappreżentati ħażin jew manipulati minn pajjiż terz permezz ta' miżinformazzjoni, diżinformazzjoni jew propaganda; l-evitar jew il-minimizzazzjoni ta' effetti negattivi fuq politiki jew objettivi oħra tal-Unjoni; u l-eżistenza u n-natura ta' kwalunkwe miżura ta' rispons ippromulgata minn pajjiżi oħra affettwati mill-istess miżuri jew minn miżuri simili ta' koerċizzjoni ekonomika. Huwa essenzjali wkoll li l-għażla u t-tfassil tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jqisu l-interess tal-Unjoni. Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jenħtieġ li jintgħażlu minn firxa wiesgħa ta' għażliet sabiex jippermettu l-adozzjoni tal-aktar miżuri xierqa fi kwalunkwe każ partikolari.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fit-twettiq tal-objettiv li jinkiseb il-waqfien tal-miżura tal-koerċizzjoni ekonomika, il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni li jikkonsistu minn restrizzjonijiet fuq l-investiment dirett barrani jew il-kummerċ fis-servizzi jenħtieġ li japplikaw biss fir-rigward tas-servizzi pprovduti, jew investimenti diretti magħmula, fl-Unjoni minn persuna ġuridika waħda jew aktar stabbilita fl-Unjoni li jkunu proprjetà ta' persuni tal-pajjiż terz ikkonċernat jew ikkontrollati minnhom fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni u b'mod partikolari biex jiġi evitat l-evitar tagħhom. Id-deċiżjoni li tiġi imposta kwalunkwe restrizzjoni bħal din se tkun iġġustifikata kif xieraq fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament fid-dawl tal-kriterji speċifikati f'dan ir-Regolament.

(18) Fit-twettiq tal-objettiv li jinkiseb il-waqfien tal-miżura tal-koerċizzjoni ekonomika u r-rimedju tad-dannu kkawżat , il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni li jikkonsistu minn restrizzjonijiet fuq l-investiment dirett barrani jew il-kummerċ fis-servizzi jenħtieġ li japplikaw biss fir-rigward tas-servizzi pprovduti, jew investimenti diretti magħmula, fl-Unjoni minn persuna ġuridika waħda jew aktar stabbilita fl-Unjoni li jkunu proprjetà ta' persuni tal-pajjiż terz ikkonċernat jew ikkontrollati minnhom fejn meħtieġ biex tiġi żgurata l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni u b'mod partikolari biex jiġi evitat l-evitar tagħhom. Id-deċiżjoni li tiġi imposta kwalunkwe restrizzjoni bħal din se tkun iġġustifikata kif xieraq fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament fid-dawl tal-kriterji speċifikati f'dan ir-Regolament.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Huwa importanti li jiġu żgurati komunikazzjoni u skambju effettivi ta' fehmiet u informazzjoni bejn il-Kummissjoni minn naħa u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill min-naħa l-oħra, b'mod partikolari dwar l-isforzi li jkun hemm involviment mal-pajjiż terz ikkonċernat biex jiġu esplorati għażliet bil-ħsieb li jinkiseb il-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika u dwar kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

(21) Huwa importanti li jiġu żgurati komunikazzjoni u skambju effettivi u regolari ta' fehmiet u informazzjoni bejn il-Kummissjoni minn naħa u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill min-naħa l-oħra, b'mod partikolari dwar l-isforzi li jkun hemm involviment mal-pajjiż terz ikkonċernat biex jiġu esplorati għażliet bil-ħsieb li jinkiseb il-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika u r-rimedju tad-dannu kkawżat dwar kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fejn pajjiż terz ifittex, permezz ta' miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment, li jġiegħel lill-Unjoni jew lil Stat Membru jadotta jew jonqos milli jadotta att partikolari. Dan ir-Regolament jipprovdi qafas għall-Unjoni biex tirreaġixxi f'sitwazzjonijiet bħal dawn bl-għan li tiskoraġġixxi, jew li twaqqaf lill-pajjiż terz milli jwettaq tali azzjonijiet, filwaqt li jippermetti lill-Unjoni, fl-aħħar istanza, li tikkontrobatti tali azzjonijiet.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fejn pajjiż terz ifittex, permezz ta' miżuri, omissjoni ta' azzjoni jew theddida ta' dan, li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment, inkluż permezz tal-adozzjoni minn pajjiż terz ta' liġijiet b'applikazzjoni ekstraterritorjali li jimminaw l-interess tal-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni li jikkonformaw mal-obbligi internazzjonali tagħhom, li jġiegħel lill-Unjoni jew lil Stat Membru jadotta jew jonqos milli jadotta att partikolari. Dan ir-Regolament jipprovdi qafas għall-Unjoni biex tirreaġixxi f'sitwazzjonijiet bħal dawn bl-għan li tiskoraġġixxi, tikseb il-waqfien u r-rimedju tad-dannu kkawżat jew li twaqqaf lill-pajjiż terz milli jwettaq tali azzjonijiet, filwaqt li jippermetti lill-Unjoni, fl-aħħar istanza, li tikkontrobatti tali azzjonijiet.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 jinterferixxi fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru billi jfittex li jipprevjeni jew li jikseb il-waqfien, il-modifika jew l-adozzjoni ta' att partikolari mill-Unjoni jew minn Stat Membru

 jinterferixxi fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, inklużi l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet governattivi u ġudizzjarji tiegħu, billi jfittex li jipprevjeni jew li jikseb il-waqfien, il-modifika jew l-adozzjoni ta' att partikolari mill-Unjoni jew minn Stat Membru, inklużi xi effetti ekstraterritorjali ta' liġijiet u deċiżjonijiet ta' pajjiżi terzi

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 billi japplika jew jhedded li japplika miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment.

 billi japplika, f'każ illi jonqos milli jadotta jew jhedded li japplika miżuri li jdgħajfu s-sigurtà ekonomika, il-kummerċ, l-investiment jew il-kompetittività

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

- jevita jew jassisti lil pajjiż terz ieħor biex jevita miżuri restrittivi imposti mill-Unjoni

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fid-determinazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex issodisfati, għandu jitqies dan li ġej:

2. Fid-determinazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 humiex issodisfati, għandu jitqies dan li ġej:

(a) l-intensità, is-severità, il-frekwenza, id-durata, il-wisa' u l-kobor tal-kejl tal-pajjiż terz u l-pressjoni li tirriżulta minnu;

(a) l-intensità, is-severità, il-frekwenza, id-durata, il-wisa' u l-kobor tal-kejl tal-miżura tal-pajjiż terz, omissjoni ta' azzjoni jew theddida ta' dan, kif ukoll il-pressjoni li tirriżulta minnu;

(b) jekk il-pajjiż terz ikunx involut f'tendenza ta' interferenza bil-għan li jikseb atti partikolari mill-Unjoni jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi oħra;

(b) jekk il-pajjiż terz ikunx involut f'tendenza ta' interferenza bil-għan li jikseb atti partikolari mill-Unjoni jew minn Stati Membri jew minn pajjiżi oħra, jew li jxekkel il-kapaċità ta' aġir tal-Unjoni jew tal-Istati Membri;

(ba) il-kuntest usa', inkluż, jekk il-miżuri koerċittivi tal-pajjiż terz humiex parti minn xejra usa' ta' mġiba li timmina l-interessi, is-sigurtà, jew il-kapaċità ta' aġir tal-Unjoni jew tal-Istati Membri;

(c) il-punt sa fejn il-miżura tal-pajjiż terz tidħol f'qasam tas-sovranità tal-Unjoni jew tal-Istati Membri;

(c) il-punt sa fejn il-miżura, l-omissjoni ta' azzjoni jew theddid ta' dan, tal-pajjiż terz jidħlu f'qasam tas-sovranità tal-Unjoni jew tal-Istati Membri;

(d) jekk il-pajjiż terz ikunx qed jaġixxi abbażi ta' tħassib leġittimu li jkun rikonoxxut fuq livell internazzjonali;

(d)  jekk il-pajjiż terz ikunx qed jaġixxi abbażi ta' tħassib leġittimu li jkun definit sew urikonoxxut bħala leġittimu mid-dritt u l-konvenzjonijiet internazzjonali;

(e) jekk u b'liema mod il-pajjiż terz, qabel l-impożizzjoni tal-miżuri tiegħu, ikunx għamel tentattivi serji, b'rieda tajba, biex isolvi l-kwistjoni permezz ta' koordinazzjoni internazzjonali jew permezz ta' aġġudikazzjoni, kemm b'mod bilaterali kif ukoll f'forum internazzjonali.

(e) jekk u b'liema mod il-pajjiż terz, qabel l-impożizzjoni tal-miżuri tiegħu, ikunx għamel tentattivi serji, b'rieda tajba, biex isolvi l-kwistjoni permezz ta' koordinazzjoni internazzjonali jew permezz ta' aġġudikazzjoni, kemm b'mod bilaterali kif ukoll f'forum internazzjonali.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tista' teżamina kwalunkwe miżura ta' pajjiż terz sabiex tiddetermina jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1). Il-Kummissjoni għandha taġixxi malajr.

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe miżura ta' pajjiż terz, omissjoni ta' azzjoni jew theddida ta' dan, sabiex tiddetermina jekk tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1). Il-Kummissjoni għandha taġixxi malajr.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' twettaq l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 fuq inizjattiva tagħha stess jew wara informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe sors. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'konformità mal-Artikolu 12, li tista' tinkludi l-identità tal-fornitur tal-informazzjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha twettaq l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 fuq inizjattiva tagħha stess jew wara informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe sors. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'konformità mal-Artikolu 12, li tista' tinkludi l-identità tal-fornitur tal-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tuża l-punt uniku ta' servizz u tiffaċilita s-sottomissjoni anonima jew pubblika ta' informazzjoni minn sorsi esterni.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew permezz ta' mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni pubblika xierqa bi stedina għas-sottomissjoni ta' informazzjoni f'limitu ta' żmien speċifikat. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat bil-bidu tal-eżami.

Il-Kummissjoni għandha tinforma debitament fil-ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe żvilupp fl-eżami tal-miżuri ta' pajjiżi terzi. Għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew permezz ta' mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni pubblika xierqa bi stedina għas-sottomissjoni ta' informazzjoni f'limitu ta' żmien speċifikat; ta' mhux aktar minn 4 xhur. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat bil-bidu tal-eżami. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-allokazzjoni ta' riżorsi suffiċjenti biex tkun tista' twettaq l-eżami b'mod rapidu.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni tista' tistieden lill-pajjiż terz ikkonċernat jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni tista' tistieden lill-pajjiż terz ikkonċernat jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu, f'limitu ta' żmien raġonevoli u speċifikat li ma għandux idewwem bla bżonn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżura tal-pajjiż terz ikkonċernat tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1), hija għandha tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat bid-deċiżjoni tagħha u titolbu jwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika u, fejn xieraq, isewwi d-dannu mġarrab mill-Unjoni jew mill-Istati Membri tagħha.

Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li l-miżura tal-pajjiż terz ikkonċernat tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1), hija għandha tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat bid-deċiżjoni tagħha u titolbu jwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika u, fejn xieraq, isewwi d-dannu mġarrab mill-Unjoni jew mill-Istati Membri tagħha, f'perjodu ta' żmien raġonevoli u speċifikat ta' mhux aktar minn tliet xhur.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 is-sottomissjoni tal-kwistjoni lill-aġġudikazzjoni internazzjonali.

 is-sottomissjoni, b'mod parallel, tal-kwistjoni lill-aġġudikazzjoni internazzjonali, mingħajr ma jiġi implikat xi dewmien żejjed fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tfittex li tikseb il-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika billi tqajjem ukoll il-kwistjoni fi kwalunkwe forum internazzjonali rilevanti.

Il-Kummissjoni għandha tfittex li tikseb il-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika billi, , minbarra d-determinazzjoni tal-Kummissjoni tal-miżuri tal-pajjiż terz, tqajjem il-kwistjoni fi kwalunkwe forum internazzjonali rilevanti.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati bl-iżviluppi rilevanti.

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati b'mod sħiħ u regolari u f'waqtubl-iżviluppi kollha.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-involviment tagħha ma' kwalunkwe pajjiż ieħor il-Kummissjoni għandha, fejn mixtieq jew meqjus meħtieġ, tirċievi appoġġ minn istituzzjonijiet rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari s-SEAE u d-delegazzjoni tal-Unjoni għall-pajjiż terz ikkonċernat.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-perjodu ta' żmien speċifikat biex il-pajjiż terz ikkonċernat iwaqqaf il-koerċizzjoni u jikkoreġi d-dannu, kif imsemmi fl-Artikolu 4, jista' jittawwal f'każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjonijiet jew f'kooperazzjoni, f'isem l-Unjoni, ma' kwalunkwe pajjiż ieħor affettwat mill-istess miżuri jew minn miżuri simili ta' koerċizzjoni ekonomika jew ma' kwalunkwe pajjiż terz interessat, bil-ħsieb li tikseb il-waqfien tal-koerċizzjoni. Dan jista' jinvolvi, fejn xieraq, koordinazzjoni f'fora internazzjonali rilevanti u koordinazzjoni b'reazzjoni għall-koerċizzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjonijiet jew f'kooperazzjoni, f'isem l-Unjoni, ma' kwalunkwe pajjiż ieħor affettwat mill-istess miżuri jew minn miżuri simili ta' koerċizzjoni ekonomika jew ma' kwalunkwe pajjiż terz interessat, bil-ħsieb li tikseb il-waqfien tal-koerċizzjoni. Dan għandu jinvolvi, koordinazzjoni f'fora internazzjonali rilevanti u koordinazzjoni b'reazzjoni għall-koerċizzjoni.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-involviment tagħha ma' kwalunkwe pajjiż ieħor affettwat mill-istess miżuri jew miżuri simili ta' koerċizzjoni ekonomika, il-Kummissjoni għandha, fejn mixtieq jew meqjus meħtieġ, tirċievi appoġġ minn istituzzjonijiet rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari s-SEAE u d-delegazzjoni tal-Unjoni għall-pajjiż ikkonċernat.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt (b)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tkun meħtieġa azzjoni biex jiġu protetti l-interessi u d-drittijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha f'dak il-każ partikolari, u

(b) tkun meħtieġa azzjoni biex jiġu protetti s-sigurtà, l-interessi u d-drittijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha f'dak il-każ partikolari, u

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina wkoll ir-rispons xieraq tal-Unjoni minn fost il-miżuri previsti fl-Anness I. Tali miżuri jistgħu japplikaw ukoll fir-rigward ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi maħtura f'konformità mal-Artikolu 8. Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll miżuri li tista' tieħu skont strumenti legali oħrajn.

Fl-att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina wkoll ir-rispons xieraq tal-Unjoni, inkluż minn fost il-miżuri previsti fl-Anness I. Tali miżuri jistgħu japplikaw ukoll fir-rigward ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi maħtura f'konformità mal-Artikolu 8. Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll miżuri li tista' tieħu skont strumenti legali oħrajn.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni għandhom japplikaw minn data speċifikata wara l-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi din id-data ta' applikazzjoni, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi, biex tippermetti n-notifika tal-pajjiż terz ikkonċernat skont il-paragrafu 3 u biex dan iwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika.

2. Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni għandhom japplikaw minn data speċifikata wara l-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi din id-data ta' applikazzjoni, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi, biex tippermetti n-notifika tal-pajjiż terz ikkonċernat skont il-paragrafu 3 u biex dan iwaqqaf il-koerċizzjoni ekonomika u tikkoreġi d-dannu kkawżat.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha, mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni, tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat dwar il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati skont il-paragrafu 1. Fin-notifika, il-Kummissjoni għandha, f'isem l-Unjoni, titlob lill-pajjiż terz ikkonċernat biex iwaqqaf minnufih il-koerċizzjoni ekonomika, toffri li tiġi nnegozjata soluzzjoni, u tinforma lill-pajjiż terz ikkonċernat li l-miżura ta' rispons tal-Unjoni se tapplika, sakemm ma tiqafx il-koerċizzjoni ekonomika.

3. Il-Kummissjoni għandha, mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni, tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat dwar il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati skont il-paragrafu 1. Fin-notifika, il-Kummissjoni għandha, f'isem l-Unjoni, titlob lill-pajjiż terz ikkonċernat biex iwaqqaf immedjatament il-koerċizzjoni ekonomika, toffri li tiġi nnegozjata soluzzjoni u r-rimedju tad-dannu kkawżat minnu lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha, inkluż ir-rimedju tad-dannu kkawżat minnha lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha, u tinforma lill-pajjiż terz ikkonċernat li l-miżura ta' rispons tal-Unjoni se tapplika, sakemm ma tiqafx il-koerċizzjoni ekonomika jew, fejn xieraq, sakemm ma tikkoreġix id-dannu kkawżat f'perjodu sa mhux aktar minn 90 jum.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż il-livell li jkun proporzjonat għad-dannu mġarrab mill-Unjoni jew minn Stat Membru minħabba l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiż terz, filwaqt li tqis il-gravità tal-miżuri tal-pajjiż terz u d-drittijiet inkwistjoni.

1. Kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż il-livell li jkun proporzjonat għad-dannu mġarrab mill-Unjoni jew minn Stat Membru minħabba l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiż terz, filwaqt li tqis il-gravità tal-miżuri tal-pajjiż terz u d-drittijiet inkwistjoni, kif ukoll l-impatt tal-miżuri fuq l-Unjoni jew fuq Stat Membru.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill hi u tfassal il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt rieżami l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika implimentati minn pajjiż terz li jkunu skattaw il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati u l-effetti tagħhom fuq l-interessi tal-Unjoni u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati b'dan.

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt rieżami l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika implimentati minn pajjiż terz li jkunu skattaw il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati u l-effetti tagħhom fuq l-interessi tal-Unjoni u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati regolarment b'dan.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat jissospendi l-koerċizzjoni ekonomika, jew fejn dan ikun meħtieġ fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-applikazzjoni tal-miżura rispettiva ta' rispons tal-Unjoni għad-durata tas-sospensjoni tal-pajjiż terz, jew sakemm ikun meħtieġ fid-dawl tal-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tissospendi l-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ikun offra, u l-Unjoni tkun ikkonkludiet, ftehim biex il-kwistjoni titressaq għal aġġudikazzjoni internazzjonali vinkolanti ta' parti terza u l-pajjiż terz ikun qed jissospendi wkoll il-miżuri tiegħu ta' koerċizzjoni ekonomika. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi li tissospendi l-miżura ta' rispons tal-Unjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

2. Fejn il-pajjiż terz ikkonċernat jissospendi l-koerċizzjoni ekonomika u fejn kien hemm rimedju għad-dannu kkawżat lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha, jew fejn dan ikun meħtieġ fl-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista' tissospendi l-applikazzjoni tal-miżura rispettiva ta' rispons tal-Unjoni għad-durata tas-sospensjoni tal-pajjiż terz, jew sakemm ikun meħtieġ fid-dawl tal-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tissospendi l-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jekk il-pajjiż terz ikkonċernat ikun offra, u l-Unjoni tkun ikkonkludiet, ftehim biex il-kwistjoni titressaq għal aġġudikazzjoni internazzjonali vinkolanti ta' parti terza u l-pajjiż terz ikun qed jissospendi wkoll il-miżuri tiegħu ta' koerċizzjoni ekonomika kif ukoll jekk kien hemm rimedju għad-dannu kkawżat lill-Unjoni u lill-Istati Membri permezz tal-koerċizzjoni ekonomika. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tiddeċiedi li tissospendi l-miżura ta' rispons tal-Unjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) meta l-koerċizzjoni ekonomika tkun waqfet;

(a) meta l-koerċizzjoni ekonomika tkun waqfet u kien hemm rimedju għad-dannu kkawżat;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fit-twettiq tal-ġbir tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinforma u tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari lill-assoċjazzjonijiet tal-industrija, affettwati minn miżuri possibbli ta' rispons tal-Unjoni, u lill-Istati Membri involuti fit-tħejjija jew fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-oqsma affettwati.

3. Fit-twettiq tal-ġbir tal-informazzjoni skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinforma u tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, b'mod partikolari lill-assoċjazzjonijiet tal-industrija u trade unions, affettwati minn miżuri possibbli ta' rispons tal-Unjoni, u lill-Istati Membri involuti fit-tħejjija jew fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-oqsma affettwati.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-impatt ta' tali miżuri fuq atturi ta' pajjiżi terzi jew kompetituri, utenti jew konsumaturi tal-Unjoni jew fuq impjegati tal-Unjoni, sħab kummerċjali jew klijenti ta' tali atturi;

(a) l-impatt ta' tali miżuri fuq atturi ta' pajjiżi terzi jew kompetituri, trade unions, utenti jew konsumaturi tal-Unjoni jew fuq impjegati tal-Unjoni, sħab kummerċjali jew klijenti ta' tali atturi;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tqis b'mod sħiħ l-informazzjoni miġbura matul l-eżerċizzju ta' ġbir ta' informazzjoni. Analiżi tal-miżuri previsti għandha takkumpanja l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni meta jiġi ppreżentat lill-kumitat fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

5. Il-Kummissjoni għandha tqis b'mod sħiħ l-informazzjoni miġbura matul l-eżerċizzju ta' ġbir ta' informazzjoni. Analiżi tal-miżuri previsti u l-impatti potenzjali tagħhom għandha takkumpanja l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni meta jiġi ppreżentat lill-kumitat fil-kuntest tal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew informat f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mhux aktar tard minn tliet snin wara l-adozzjoni tal-ewwel att ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jew sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema jiġi l-ewwel, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Mhux aktar tard minn tliet snin wara l-adozzjoni tal-ewwel att ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jew erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema jiġi l-ewwel, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Barra minn hekk, meta tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tipprovdi aġġornamenti fir-rigward tal-iżvilupp ta' dan ir-Regolament.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(la) l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq l-investiment minn operaturi ekonomiċi mill-Unjoni Ewropea fil-pajjiż terz.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(lb) l-impożizzjoni ta' miżuri li jaffettwaw oqsma relatati mal-politika tal-kompetizzjoni;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(lc) is-sospensjoni tal-ħruġ ta' viżi u s-sospensjoni ta' eżenzjonijiet fakultattivi mit-tariffi;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ld) l-impożizzjoni ta' restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta' oġġetti u teknoloġija meqjusa ta' valur strateġiku lejn il-pajjiż terz.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi

Referenzi

COM(2021)0775 – C9-0458/2021 – 2021/0406(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

27.1.2022

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

27.1.2022

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Markéta Gregorová

25.1.2022

Eżami fil-kumitat

14.6.2022

Data tal-adozzjoni

13.7.2022

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

57

5

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alexandrov Yordanov, François Alfonsi, Maria Arena, Petras Auštrevičius, Traian Băsescu, Anna Bonfrisco, Reinhard Bütikofer, Fabio Massimo Castaldo, Susanna Ceccardi, Anna Fotyga, Michael Gahler, Kinga Gál, Giorgos Georgiou, Klemen Grošelj, Balázs Hidvéghi, Peter Kofod, Dietmar Köster, Andrius Kubilius, David Lega, Miriam Lexmann, Antonio López-Istúriz White, Jaak Madison, Thierry Mariani, Pedro Marques, David McAllister, Sven Mikser, Francisco José Millán Mon, Matjaž Nemec, Gheorghe-Vlad Nistor, Demetris Papadakis, Kostas Papadakis, Tonino Picula, Manu Pineda, Giuliano Pisapia, Thijs Reuten, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Mounir Satouri, Andreas Schieder, Jordi Solé, Tineke Strik, Dominik Tarczyński, Hermann Tertsch, Dragoş Tudorache, Hilde Vautmans, Idoia Villanueva Ruiz, Viola von Cramon-Taubadel, Thomas Waitz, Charlie Weimers, Isabel Wiseler-Lima, Salima Yenbou, Bernhard Zimniok

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna-Michelle Asimakopoulou, Nicola Beer, Robert Biedroń, Vladimír Bilčík, Markéta Gregorová, Rasa Juknevičienė, Alessandra Moretti, Paulo Rangel, Ramona Strugariu, Elena Yoncheva, Javier Zarzalejos

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Colm Markey, Maria Spyraki

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

57

+

ECR

Anna Fotyga, Dominik Tarczyński, Hermann Tertsch, Charlie Weimers

ID

Anna Bonfrisco, Susanna Ceccardi, Peter Kofod, Jaak Madison

NI

Fabio Massimo Castaldo

PPE

Alexander Alexandrov Yordanov, Anna-Michelle Asimakopoulou, Traian Băsescu, Vladimír Bilčík, Michael Gahler, Rasa Juknevičienė, Andrius Kubilius, David Lega, Miriam Lexmann, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Colm Markey, Francisco José Millán Mon, Gheorghe-Vlad Nistor, Paulo Rangel, Maria Spyraki, Isabel Wiseler-Lima, Javier Zarzalejos

RENEW

Petras Auštrevičius, Nicola Beer, Klemen Grošelj, Ramona Strugariu, Dragoş Tudorache, Hilde Vautmans, Salima Yenbou

S&D

Maria Arena, Robert Biedroń, Dietmar Köster, Pedro Marques, Sven Mikser, Alessandra Moretti, Matjaž Nemec, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Giuliano Pisapia, Thijs Reuten, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Andreas Schieder, Elena Yoncheva

VERTS/ALE

François Alfonsi, Reinhard Bütikofer, Markéta Gregorová, Mounir Satouri, Jordi Solé, Tineke Strik, Viola von Cramon-Taubadel, Thomas Waitz

5

-

ID

Thierry Mariani, Bernhard Zimniok

NI

Kinga Gál, Balázs Hidvéghi, Kostas Papadakis

3

0

THE LEFT

Giorgos Georgiou, Manu Pineda, Idoia Villanueva Ruiz

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (22.6.2022)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi

(COM(2021)0775 – C9‑0458/2021 – 2021/0406(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Svenja Hahn

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fit-8 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet regolament dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi. L-istrument propost jikkostitwixxi risposta għall-pressjoni ekonomika li l-UE u l-Istati Membri tagħha tqiegħdu deliberatament fil-mira tagħha f'dawn l-aħħar snin, u l-għan tiegħu hu li s-sett ta' għodod għad-difiża tal-kummerċ jissaħħaħ u jiġi kkomplementat u li l-UE tkun tista' tipproteġi ruħha aħjar fix-xena globali.

Bħalissa l-UE m'għandhiex strument li jittratta l-koerċizzjoni speċifikament, u kien għalhekk li l-Parlament Ewropew u diversi Stati Membri talbu tali strument, kif irrimarkat fid-dikjarazzjoni konġunta tal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew tat-2 ta' Frar 2021. Il-proposta tal-Kummissjoni toħroġ minn dik id-dikjarazzjoni. Din l-għodda l-ġdida tippermetti lill-Kummissjoni tintroduċi restrizzjonijiet fuq il-kummerċ, l-investiment u restrizzjonijiet oħra kontra pajjiż terz li jindaħal bla bżonn fl-għażliet politiċi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha. Il-funzjoni ewlenija tal-istrument propost tkun, madankollu, li jiskoraġġixxi l-intimidazzjoni ekonomika bis-sempliċi eżistenza tiegħu.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li tuża s-setgħat ta' implimentazzjoni u delegati tradizzjonali disponibbli fl-ambitu tal-politika kummerċjali komuni. Fil-proposta tal-Kummissjoni, il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jiġu ddeterminati u adottati permezz ta' att ta' implimentazzjoni, filwaqt li l-bidliet għall-miżuri ta' rispons potenzjali u r-regoli tal-oriġini (l-Annessi I u II) ikunu soġġetti għal atti delegati.

Għalkemm l-istrument propost huwa mekkaniżmu għad-difiża tal-kummerċ, il-proposta għandha konsegwenzi għas-suq intern ukoll. Partijiet mill-Anness I u l-Anness II kollu huma responsabbiltajiet tal-IMCO: il-prodotti u l-akkwist pubbliku kif ukoll ir-regoli tal-oriġini.

Meta jitqies l-impatt fuq il-funzjonament tas-suq intern minn kwalunkwe kunflitt relatat mal-kummerċ jew miżura meħuda minn pajjiż terz, huwa sorprendenti li ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt fuq is-suq intern. Dan minkejja li miżuri koerċittivi min-naħa ta' pajjiż terz, kif ukoll kwalunkwe kontromiżura li tista' tittieħed, żgur li jaffettwaw ukoll is-suq intern, bħalma rajna fil-każ tal-projbizzjoni ta' prodotti mil-Litwanja min-naħa taċ-Ċina wara kontroversja diplomatika, li kellha effetti konsegwenzjali ċari fuq Stati Membri oħra u fuq is-suq intern.

Minħabba l-implikazzjonijiet ta' azzjonijiet koerċittivi minn pajjiżi terzi fuq is-suq intern, bħala rapporteur qed nipproponi li l-Istati Membri jingħataw rwol fil-ftuħ ta' investigazzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni. Qed nipproponi wkoll żidiet li jobbligaw lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri infurmati tul il-proċess kollu.

Il-proposta tal-Kummissjoni tħalli ħafna mid-deċiżjonijiet f'idejn il-Kummissjoni, mingħajr skrutinju parlamentari, billi huwa propost li parti konsiderevoli mill-azzjonijiet jiġu eżegwiti permezz ta' atti ta' implimentazzjoni biss.

Nemmen li jkun aktar xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tiddetermina l-eżistenza ta' azzjoni koerċittiva, u mbagħad, taħt l-iskrutinju tal-Parlament Ewropew u tal-Istati Membri, tiddeċiedi x'kontromiżuri adegwati jittieħdu. Dan ikun ifisser li l-kontromiżuri jiġu ddeterminati u adottati permezz ta' att delegat, u mhux permezz ta' att ta' implimentazzjoni kif propost mill-Kummissjoni. Il-bidla fil-proċedura minn att ta' implimentazzjoni għal att delegat tiżgura skrutinju parlamentari fuq il-kontromiżuri, minflok ma l-Kummissjoni tingħata setgħat sħaħ biex taġixxi waħedha.

Ladarba l-Parlament Ewropew u l-Istati Membri jkunu ġew involuti fid-deċiżjoni relatata mal-kontromiżuri, il-Kummissjoni tkun tista' tissospendi jew ittemm il-miżuri permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Madankollu, is-setgħa li jiġu emendati l-miżuri għandha tkun soġġetta għal skrutinju parlamentari, u għalhekk bħala rapporteur qed nipproponi li l-emendar tal-miżuri jsir permezz ta' att delegat ukoll.

Billi waħda mill-preokkupazzjonijiet ewlenin dwar l-istrument propost hija l-kapaċità li tittieħed azzjoni malajr, qed nipproponi li ma jsir l-ebda tibdil fl-Artikolu 10(5) tal-proposta, li jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li, għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati, tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli li jissospendu, jemendaw jew itemmu l-miżuri ta' rispons tal-Unjoni għal perjodu li ma jaqbiżx ix-xahrejn.

Kollox ma' kollox, huwa ċar li l-istrument propost jindirizza bżonn, iżda huwa indispensabbli li noħolqu għodda li ma twassalx għall-protezzjoniżmu iżda tissalvagwardja l-funzjonament tas-suq intern.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-ekonomija dinjija interkonnessa moderna toħloq riskju akbar ta' koerċizzjoni ekonomika u opportunità għaliha, peress li tipprovdi lill-pajjiżi b'mezzi mtejba, inklużi mezzi ibridi, biex jużaw tali koerċizzjoni. Huwa mixtieq li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-ħolqien, għall-iżvilupp u għall-kjarifika ta' oqfsa internazzjonali għall-prevenzjoni u għall-eliminazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' koerċizzjoni ekonomika.

(5) L-ekonomija dinjija interkonnessa moderna toħloq riskju akbar ta' koerċizzjoni ekonomika u opportunità għaliha, peress li tipprovdi lill-pajjiżi b'mezzi mtejba, inklużi mezzi ibridi, biex jużaw tali koerċizzjoni. Għal dan il-għan, huwa essenzjali li tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-suq intern, jiġu diversifikati r-relazzjonijiet kummerċjali u tingħata spinta lill-kompetittività Ewropea. Huwa mixtieq ukoll li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-ħolqien, għall-iżvilupp u għall-kjarifika ta' oqfsa internazzjonali għall-prevenzjoni u għall-eliminazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' koerċizzjoni ekonomika permezz ta' strument ta' deterrent li jikkomplementa l-istrumenti eżistenti tal-Unjoni. L-użu tal-koerċizzjoni ekonomika fil-konfront tal-Unjoni u l-Istati Membri żdied kostantement.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Filwaqt li dejjem taġixxi fil-qafas tad-dritt internazzjonali, huwa essenzjali li l-Unjoni jkollha strument xieraq biex tiskoraġġixxi u tiġġieled il-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi sabiex tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi tagħha u dawk tal-Istati Membri tagħha. Dan huwa partikolarment il-każ fejn pajjiżi terzi jieħdu miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment li jinterferixxu fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru billi jfittxu li jipprevjenu jew jiksbu l-waqfien, il-modifika jew l-adozzjoni ta' att partikolari mill-Unjoni jew minn Stat Membru. Tali miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment jistgħu jinkludu mhux biss azzjonijiet meħuda fuq, u li jkollhom effetti fit-territorju tal-pajjiż terz, iżda wkoll azzjonijiet meħuda mill-pajjiż terz, inkluż permezz ta' entitajiet ikkontrollati jew diretti mill-pajjiż terz u preżenti fl-Unjoni, li jikkawżaw ħsara lill-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni.

(6) Filwaqt li dejjem taġixxi fil-qafas tad-dritt internazzjonali, huwa essenzjali li l-Unjoni jkollha strument xieraq biex tiskoraġġixxi u tiġġieled il-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi sabiex tissalvagwardja d-drittijiet u l-interessi tagħha u dawk tal-Istati Membri tagħha u tiżgura l-funzjonament xieraq tas-suq intern. Dan huwa partikolarment il-każ fejn pajjiżi terzi jieħdu miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment li jinterferixxu fl-għażliet sovrani leġittimi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru billi jfittxu li jipprevjenu jew jiksbu l-waqfien, il-modifika jew l-adozzjoni ta' att partikolari mill-Unjoni jew minn Stat Membru. Tali miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment jistgħu jinkludu mhux biss azzjonijiet meħuda fuq, u li jkollhom effetti fit-territorju tal-pajjiż terz, iżda wkoll azzjonijiet meħuda mill-pajjiż terz, inkluż permezz ta' entitajiet ikkontrollati jew diretti mill-pajjiż terz u preżenti fl-Unjoni, li jikkawżaw ħsara lill-funzjonament tas-suq intern jew lill-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Miżuri ta' koerċizzjoni min-naħa ta' pajjiż terz fil-konfront ta'Stat Membru wieħed ikollhom riperkussjonijiet negattivi fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern u joħolqu, pereżempju, tfixkil fil-ktajjen tal-provvista. L-iżgurar ta' suq intern reżiljenti u li jiffunzjona tajjeb ikollu rwol strateġiku f'dan il-kuntest billi jista' jiskoraġġixxi l-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi. Għalhekk huwa ta' importanza partikolari li jiġu stabbiliti regoli li jippreservaw is-suq intern minn interferenzi negattivi, kif ukoll regoli li jippreservaw il-kapaċità tal-Unjoni li tagħmel għażliet sovrani meta jkunu qed jitqiesu x'miżuri għandha tieħu l-Unjoni f'każ ta' miżuri ta' koerċizzjoni minn pajjiż terz.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispons effettiv, effiċjenti u rapidu tal-Unjoni għall-koerċizzjoni ekonomika, inkluż l-iskoraġġiment ta' koerċizzjoni ekonomika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru u, fl-aħħar istanza, kontromiżuri.

(7) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispons effettiv, effiċjenti u rapidu tal-Unjoni għall-koerċizzjoni ekonomika, inkluż l-iskoraġġiment ta' koerċizzjoni ekonomika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru u, fl-aħħar istanza, kontromiżuri. Bil-ħsieb li jiġi evitat l-użu skorrett ta' dan ir-Regolament u li l-industriji tal-Unjoni jiġu protetti minn kompetizzjoni minn barra, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni ta' dan l-istrument u għall-iskattar ta' miżuri speċifiċi.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, għall-ħolqien ta' qafas effettiv u komprensiv għal azzjoni tal-Unjoni kontra l-koerċizzjoni ekonomika, li jiġu stabbiliti regoli dwar l-eżami, id-determinazzjoni u l-kontroazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika ta' pajjiżi terzi. B'mod partikolari, il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu preċeduti minn eżami tal-fatti, determinazzjoni tal-eżistenza ta' koerċizzjoni ekonomika, u, fejn possibbli, sforzi biex tinstab soluzzjoni f'kooperazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat. Kwalunkwe miżura imposta mill-Unjoni jenħtieġ li tkun proporzjonata mad-dannu kkawżat mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-kriterji għad-definizzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jqisu b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu evitati jew minimizzati l-effetti kollaterali, il-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet imposti fuq l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni kif ukoll l-interess tal-Unjoni. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi segwiti, f'konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(9) F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq, għall-ħolqien ta' qafas effettiv, kredibbli u komprensiv għal azzjoni tal-Unjoni kontra l-koerċizzjoni ekonomika, li jiġu stabbiliti regoli dwar l-eżami, id-determinazzjoni u l-kontroazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika ta' pajjiżi terzi. B'mod partikolari, il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu preċeduti minn eżami tal-fatti, determinazzjoni tal-eżistenza ta' koerċizzjoni ekonomika u tal-impatt tagħha fuq l-Unjoni, u, fejn possibbli, sforzi biex tinstab soluzzjoni f'kooperazzjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat. Kwalunkwe miżura imposta mill-Unjoni jenħtieġ li tkun proporzjonata mad-dannu kkawżat mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-kriterji għad-definizzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jqisu b'mod partikolari l-bżonn ta' ċertezza legali u l-ħtieġa li jiġu evitati jew minimizzati l-effetti kollaterali, il-piżijiet amministrattivi u l-kostijiet imposti fuq l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni kif ukoll l-interess tal-Unjoni fis-salvagwardja tal-integrità u l-funzjonament xieraq tas-suq intern. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi segwiti, f'konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Jenħtieġ li l-Unjoni timponi biss kontromiżuri meta mezzi oħra bħal negozjati, medjazzjoni jew aġġudikazzjoni ma jwasslux għall-waqfien immedjat u effettiv tal-koerċizzjoni ekonomika u għar-reparazzjoni tad-dannu li tkun ikkawżat lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha, u fejn tkun meħtieġa azzjoni biex jiġu protetti l-interessi u d-drittijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u jkun fl-interess tal-Unjoni. Huwa xieraq li r-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-impożizzjoni u l-applikazzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni u jippermetti azzjoni rapida fejn meħtieġ biex tiġi ppreservata l-effettività ta' kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni.

(15) Jenħtieġ li l-Unjoni timponi biss kontromiżuri meta mezzi oħra bħal negozjati, medjazzjoni jew aġġudikazzjoni ma jwasslux għall-waqfien immedjat u effettiv tal-koerċizzjoni ekonomika u għar-reparazzjoni tad-dannu li tkun ikkawżat lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha, u fejn tkun meħtieġa azzjoni biex jiġu protetti s-suq intern, l-interessi u d-drittijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u jkun fl-interess tal-Unjoni. Huwa xieraq li r-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-impożizzjoni u l-applikazzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni u jippermetti azzjoni rapida fejn meħtieġ biex tiġi ppreservata l-effettività ta' kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni. Tali regoli applikabbli jenħtieġ li jiżguraw li r-Regolament ma jxekkilx il-ftuħ tal-Unjoni u l-kummerċ ibbażat fuq ir-regoli.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu magħżula u mfassla abbażi ta' kriterji oġġettivi, inklużi: l-effettività tal-miżuri li jwasslu għall-waqfien tal-koerċizzjoni mill-pajjiż terz; il-potenzjal tagħhom li jipprovdu għajnuna lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika ta' pajjiżi terzi; l-għan li jiġu evitati jew minimizzati l-effetti ekonomiċi u effetti oħra negattivi fuq l-Unjoni; u l-evitar ta' kumplessità u kostijiet amministrattivi sproporzjonati. Huwa essenzjali wkoll li l-għażla u t-tfassil tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jqisu l-interess tal-Unjoni. Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jenħtieġ li jintgħażlu minn firxa wiesgħa ta' għażliet sabiex jippermettu l-adozzjoni tal-aktar miżuri xierqa fi kwalunkwe każ partikolari.

(16) Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu magħżula u mfassla abbażi ta' kriterji oġġettivi, inklużi: l-effettività tal-miżuri li jwasslu għall-waqfien tal-koerċizzjoni mill-pajjiż terz; il-potenzjal tagħhom li jipprovdu għajnuna lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika ta' pajjiżi terzi; l-għan li jiġu evitati jew minimizzati l-effetti ekonomiċi u effetti oħra negattivi fuq l-Unjoni; u l-evitar ta' kumplessità u kostijiet amministrattivi sproporzjonati. Huwa essenzjali wkoll li l-għażla u t-tfassil tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jqisu l-interess tal-Unjoni u li dawk il-miżuri jkunu proporzjonati u mmirati lejn il-massimizzazzjoni tal-effikaċja tagħhom u l-minimizzazzjoni tal-impatt tagħhom fuq l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni. Il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni jenħtieġ li jintgħażlu minn firxa wiesgħa ta' għażliet sabiex jippermettu l-adozzjoni tal-aktar miżuri xierqa fi kwalunkwe każ partikolari.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Wara l-adozzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta kontinwament is-sitwazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' pajjiżi terzi ta' koerċizzjoni ekonomika, l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni u l-effetti tagħhom, bil-ħsieb li taġġusta, tissospendi jew ittemm il-miżuri ta' rispons kif xieraq. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli u l-proċeduri għall-emendar, għas-sospensjoni u għat-terminazzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni u s-sitwazzjonijiet li fihom dawn ikunu xierqa.

(19) Wara l-adozzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta kontinwament is-sitwazzjoni fir-rigward tal-miżuri ta' pajjiżi terzi ta' koerċizzjoni ekonomika, l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni u l-effetti tagħhom, bil-ħsieb li taġġusta, tissospendi jew ittemm il-miżuri ta' rispons kif xieraq. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli u l-proċeduri għall-emendar, għas-sospensjoni u għat-terminazzjoni tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni u s-sitwazzjonijiet li fihom dawn ikunu xierqa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill involuti bis-sħiħ f'kull stadju tal-proċedura billi tirrapporta regolarment dwar kwalunkwe żvilupp reċenti, l-eżitu tar-rieżami dwar l-effikaċja tal-kontromiżuri, kif ukoll dwar il-passi li tkun beħsiebha tieħu.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Huwa essenzjali li jiġu previsti opportunitajiet għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati għall-finijiet tal-adozzjoni u tal-emendar tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, u kif rilevanti għall-finijiet ta' sospensjoni u ta' terminazzjoni, fid-dawl tal-impatt potenzjali fuq tali partijiet ikkonċernati.

(20) Huwa essenzjali li jiġu previsti opportunitajiet għall-involviment tal-partijiet ikkonċernati, inklużi n-negozji, għall-finijiet tal-adozzjoni u tal-emendar tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, u kif rilevanti għall-finijiet ta' sospensjoni u ta' terminazzjoni, fid-dawl tal-impatt potenzjali fuq tali partijiet ikkonċernati.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Huwa importanti li jiġu żgurati komunikazzjoni u skambju effettivi ta' fehmiet u informazzjoni bejn il-Kummissjoni minn naħa u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill min-naħa l-oħra, b'mod partikolari dwar l-isforzi li jkun hemm involviment mal-pajjiż terz ikkonċernat biex jiġu esplorati għażliet bil-ħsieb li jinkiseb il-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika u dwar kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

(21) Huwa importanti li jiġu żgurati komunikazzjoni u skambju effettivi ta' fehmiet u informazzjoni bejn il-Kummissjoni minn naħa u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill min-naħa l-oħra, b'mod partikolari dwar l-isforzi li jkun hemm involviment mal-pajjiż terz ikkonċernat biex jiġu esplorati għażliet bil-ħsieb li jinkiseb il-waqfien tal-koerċizzjoni ekonomika u dwar kwistjonijiet li jistgħu jwasslu għall-adozzjoni ta' miżuri ta' rispons tal-Unjoni skont dan ir-Regolament. B'mod ġenerali jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati bl-iżviluppi li jkunu għaddejjin f'kull stadju tal-proċedura, mid-diskussjonijiet preliminari għan-notifika ta' miżuri ta' rispons.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-miżuri adottati skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-effettività u l-operat tagħhom u fir-rigward tal-konklużjonijiet possibbli għal miżuri futuri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina wkoll dan ir-Regolament wara li tikseb esperjenza suffiċjenti bl-eżistenza jew bl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ir-rieżami jkopri l-kamp ta' applikazzjoni, il-funzjonament, l-effiċjenza u l-effettività ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-valutazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

(26) Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa bir-reqqa l-miżuri adottati skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-effettività u l-operat tagħhom u fir-rigward tal-konklużjonijiet possibbli għal miżuri futuri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina wkoll dan ir-Regolament wara li tikseb esperjenza suffiċjenti bl-eżistenza jew bl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-impatt tiegħu fuq il-kummerċ, l-investimenti u s-suq uniku, u l-konsistenza tiegħu mal-għodod eżistenti. Jenħtieġ li dan ir-rieżami jkopri l-kamp ta' applikazzjoni, il-funzjonament, l-effiċjenza u l-effettività ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta regolarment dwar il-valutazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fejn pajjiż terz ifittex, permezz ta' miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment, li jġiegħel lill-Unjoni jew lil Stat Membru jadotta jew jonqos milli jadotta att partikolari. Dan ir-Regolament jipprovdi qafas għall-Unjoni biex tirreaġixxi f'sitwazzjonijiet bħal dawn bl-għan li tiskoraġġixxi, jew li twaqqaf lill-pajjiż terz milli jwettaq tali azzjonijiet, filwaqt li jippermetti lill-Unjoni, fl-aħħar istanza, li tikkontrobatti tali azzjonijiet.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha u jitħarsu l-integrità u l-funzjonament xieraq tas-suq intern fejn pajjiż terz ifittex, permezz ta' miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment, li jġiegħel lill-Unjoni jew lil Stat Membru jadotta jew jonqos milli jadotta att partikolari. Tali koerċizzjoni trid tiġi miġġielda sabiex jiġu ppreservati l-prerogattivi leġiżlattivi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, l-istat tad-dritt u l-funzjonament tas-suq intern, kif ukoll biex tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni li tista' tirriżulta minn miżuri koerċittivi min-naħa ta' pajjiż terz. Dan ir-Regolament jipprovdi qafas għall-Unjoni biex tirreaġixxi f'sitwazzjonijiet bħal dawn bl-għan li tiskoraġġixxi, jew li twaqqaf lill-pajjiż terz milli jwettaq tali azzjonijiet, filwaqt li jippermetti lill-Unjoni, fl-aħħar istanza, li tikkontrobatti tali azzjonijiet.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan ir-Regolament għandha tkun konsistenti mal-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali u mwettqa fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

2. Kwalunkwe azzjoni meħuda skont dan ir-Regolament għandha tkun konsistenti mal-obbligi tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali u mwettqa fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u tas-suq intern.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 billi japplika jew jhedded li japplika miżuri li jaffettwaw il-kummerċ jew l-investiment.

 billi japplika jew jhedded li japplika miżuri li jaffettwaw is-suq intern, il-kummerċ jew l-investiment.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) il-ħsara finanzjarja u ekonomika lis-suq ta' Stat Membru jew lis-suq intern tal-Unjoni;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jekk il-pajjiż terz ikunx qed jaġixxi abbażi ta' tħassib leġittimu li jkun rikonoxxut fuq livell internazzjonali;

imħassar

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' twettaq l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 fuq inizjattiva tagħha stess jew wara informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe sors. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'konformità mal-Artikolu 12, li tista' tinkludi l-identità tal-fornitur tal-informazzjoni.

2. Il-Kummissjoni tista' twettaq l-eżami msemmi fil-paragrafu 1 fuq inizjattiva tagħha stess jew wara informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe sors ieħor. Il-Kummissjoni għandha taġixxi meta Stat Membru wieħed jew aktar jitolbu tali eżami. Il-Kummissjoni għandha taġixxi malajr u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien dwar l-eżitu tal-eżami tagħha u l-passi li tkun beħsiebha tieħu, u tiżgura l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali f'konformità mal-Artikolu 12, li tista' tinkludi l-identità tal-fornitur tal-informazzjoni.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tfittex informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri tal-pajjiż terz ikkonċernat.

3. Il-Kummissjoni tista' tfittex informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri tal-pajjiż terz ikkonċernat jew tieħu azzjoni billi tivvaluta direttament tali impatt fuq is-suq intern, jekk ikun hemm bżonn.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew permezz ta' mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni pubblika xierqa bi stedina għas-sottomissjoni ta' informazzjoni f'limitu ta' żmien speċifikat. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat bil-bidu tal-eżami.

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi kwalunkwe żvilupp waqt li jkunu qed jiġu eżaminati l-miżuri ta' pajjiżi terzi. Hija tista' tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew permezz ta' mezzi oħrajn ta' komunikazzjoni pubblika xierqa, bi stedina għas-sottomissjoni ta' informazzjoni f'limitu ta' żmien speċifikat li ma jdewwimx bla bżonn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż terz ikkonċernat bil-bidu tal-eżami.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara eżami mwettaq f'konformità mal-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tiddetermina jekk il-miżura tal-pajjiż terz ikkonċernat tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1). Il-Kummissjoni għandha taġixxi malajr.

Wara eżami mwettaq f'konformità mal-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tiddetermina jekk il-miżura tal-pajjiż terz ikkonċernat tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1). Il-Kummissjoni għandha taġixxi malajr u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dik id-deċiżjoni.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni tista' tistieden lill-pajjiż terz ikkonċernat jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

Qabel ma tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-pajjiż terz ikkonċernat jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu, f'limitu ta' żmien speċifikat li ma jdewwimx bla bżonn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 medjazzjoni, konċiljazzjoni jew uffiċċji tajbin biex jassistu lill-Unjoni u lill-pajjiż terz ikkonċernat f'dawn l-isforzi;

 medjazzjoni, konċiljazzjoni diretta jew konċiljazzjoni permezz ta' entitajiet internazzjonali, jew uffiċċji tajbin biex jassistu lill-Unjoni u lill-pajjiż terz ikkonċernat f'dawn l-isforzi;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati bl-iżviluppi rilevanti.

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri affettwati u lill-Kunsill infurmati bis-sħiħ u fil-ħin bl-iżviluppi fid-djalogu mal-pajjiż terz ikkonċernat f'kull stadju tal-proċess u bil-passi li jkun imiss jittieħdu.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tkun meħtieġa azzjoni biex jiġu protetti l-interessi u d-drittijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha f'dak il-każ partikolari, u

(b) tkun proporzjonata u meħtieġa azzjoni biex jiġu protetti l-interessi u d-drittijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jew biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq intern f'dak il-każ partikolari, u

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina wkoll ir-rispons xieraq tal-Unjoni minn fost il-miżuri previsti fl-Anness I. Tali miżuri jistgħu japplikaw ukoll fir-rigward ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi maħtura f'konformità mal-Artikolu 8. Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll miżuri li tista' tieħu skont strumenti legali oħrajn.

Fl-att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina wkoll ir-rispons xieraq tal-Unjoni minn fost il-miżuri previsti fl-Anness I. Tali miżuri jistgħu japplikaw ukoll fir-rigward ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi maħtura f'konformità mal-Artikolu 8. Il-Kummissjoni tista' tadotta wkoll miżuri li tista' tieħu skont strumenti legali oħrajn. Tali miżuri ma għandhomx imorru kontra d-dritt internazzjonali.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex tiġi evitata ħsara irreparabbli lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli li jimponu miżuri ta' rispons tal-Unjoni, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3). Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5. Dawk l-atti għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur.

6. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati biex tiġi evitata ħsara irreparabbli lill-Unjoni, lill-Istati Membri tagħha jew lis-suq intern mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli li jimponu miżuri ta' rispons tal-Unjoni, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3). Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5. Dawk l-atti għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet xhur. Jekk ikollha l-intenzjoni li tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli immedjatament skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel l-adozzjoni ta' tali atti.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jipprovdu għajnuna effettiva jew aktar effettiva lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika;

(b) jipprovdu għajnuna effettiva jew aktar effettiva lil atturi fl-Unjoni affettwati mill-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 7 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) jipprovdu għajnuna effettiva jew aktar effettiva lis-suq intern billi joffru rimedju għall-impatt tal-koerċizzjoni ekonomika;

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż il-livell li jkun proporzjonat għad-dannu mġarrab mill-Unjoni jew minn Stat Membru minħabba l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiż terz, filwaqt li tqis il-gravità tal-miżuri tal-pajjiż terz u d-drittijiet inkwistjoni.

1. Kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż il-livell li jkun proporzjonat għad-dannu mġarrab mill-Unjoni, mis-suq intern jew minn Stat Membru minħabba l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika tal-pajjiż terz, filwaqt li tqis il-gravità tal-miżuri tal-pajjiż terz u d-drittijiet inkwistjoni.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tagħżel u tfassal miżura ta' rispons xierqa li tqis id-determinazzjoni magħmula skont l-Artikolu 4, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(2) u l-interess tal-Unjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż kif miġbura skont l-Artikolu 11, u l-kriterji li ġejjin:

2. Il-Kummissjoni għandha tagħżel u tfassal miżura ta' rispons xierqa li tqis id-determinazzjoni magħmula skont l-Artikolu 4, il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(2) u l-interess tal-Unjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż kif miġbura skont l-Artikolu 11, u l-kriterji oġġettivi li ġejjin:

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-potenzjal tal-miżuri li jipprovdu għajnuna lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni affettwati mill-koerċizzjoni ekonomika;

(b) il-potenzjal tal-miżuri li jipprovdu għajnuna lis-suq intern u lill-operaturi ekonomiċi tiegħu u lil atturi oħra fl-Unjoni affettwati mill-koerċizzjoni ekonomika;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-evitar jew il-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi fuq l-atturi affettwati mill-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, inkluża d-disponibbiltà ta' alternattivi għall-atturi affettwati, pereżempju sorsi alternattivi ta' provvista għal prodotti jew servizzi;

(c) l-evitar jew il-minimizzazzjoni tal-impatti negattivi fuq l-atturi affettwati mill-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, inklużi l-prevedibbiltà fit-tul u d-disponibbiltà ta' alternattivi għall-atturi affettwati, pereżempju sorsi alternattivi ta' provvista għal prodotti jew servizzi;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt rieżami l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika implimentati minn pajjiż terz li jkunu skattaw il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati u l-effetti tagħhom fuq l-interessi tal-Unjoni u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati b'dan.

1. Il-Kummissjoni għandha żżomm taħt rieżami regolari l-miżuri ta' koerċizzjoni ekonomika implimentati minn pajjiż terz li jkunu skattaw il-miżuri ta' rispons tal-Unjoni, l-effettività tal-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati u l-effetti tagħhom fuq l-interessi tal-Unjoni u għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill infurmati b'dan.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn ikun meħtieġ li jsiru aġġustamenti għall-miżuri ta' rispons tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 2 u 9 (2), jew żviluppi ulterjuri, inkluża r-reazzjoni tal-pajjiż terz, il-Kummissjoni tista', kif xieraq, temenda l-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità mal-Artikolu 7, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

3. Fejn ikun meħtieġ li jsiru aġġustamenti għall-miżuri ta' rispons tal-Unjoni filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 2 u 9 (2), l-analiżi tal-effikaċja ta' dawk il-miżuri jew żviluppi ulterjuri, inkluża r-reazzjoni tal-pajjiż terz, il-Kummissjoni tista', kif xieraq, temenda l-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità mal-Artikolu 7, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Stat Membru li jkun ġie soġġett għal koerċizzjoni ekonomika għandu jkollu d-dritt li jitlob lill-Kummissjoni tirrieżamina l-miżuri, jekk l-Istat Membru jqis li l-miżuri ma jkunux għadhom effettivi biex jiġġieldu l-koerċizzjoni imposta mill-pajjiż terz. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-diskrezzjoni li taġixxi.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) meta jkun xieraq fid-dawl tal-interess tal-Unjoni.

(d) meta jkun xieraq u debitament ġustifikat fid-dawl tal-interess tal-Unjoni.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli li jissospendu, li jemendaw jew li jtemmu l-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità mal-Artikolu 7. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3) u għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' mhux aktar minn xahrejn.

5. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati, il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta' implimentazzjoni applikabbli li jissospendu, li jemendaw jew li jtemmu l-miżuri ta' rispons tal-Unjoni adottati f'konformità mal-Artikolu 7. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3) u għandhom jibqgħu fis-seħħ għal perjodu ta' mhux aktar minn xahrejn. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat mingħajr dewmien bid-deċiżjoni u l-ġustifikazzjoni tagħha.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) l-impatt ta' tali miżuri fuq il-benessri tal-konsumatur fl-Unjoni u fuq it-tkabbir ekonomiku u tal-produttività tal-Unjoni u tal-Istati Membri, kif ukoll l-impatt tagħhom fuq in-negozji;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni adottata skont l-Artikolu 7 sitt xhur wara t-terminazzjoni tagħha, filwaqt li tqis il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jeżamina l-effettività u l-operat tal-miżura ta' rispons tal-Unjoni, u għandu jasal għal konklużjonijiet possibbli għal miżuri futuri.

1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa kwalunkwe miżura ta' rispons tal-Unjoni adottata skont l-Artikolu 7 sitt xhur wara t-terminazzjoni tagħha, filwaqt li tqis il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra. Ir-rapport ta' evalwazzjoni għandu jeżamina l-effettività u l-operat tal-miżura ta' rispons tal-Unjoni, u għandu jasal għal konklużjonijiet possibbli għal miżuri futuri. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-konklużjonijiet ġenerali tagħha, u r-rapport ta' evalwazzjoni għandu jiġi ppubblikat.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mhux aktar tard minn tliet snin wara l-adozzjoni tal-ewwel att ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jew sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema jiġi l-ewwel, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni tal-ewwel att ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jew ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, skont liema jiġi l-ewwel, u tal-anqas ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu, filwaqt li takkumpanjah, jekk ikun xieraq, bi proposti leġiżlattivi rilevanti, u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Madankollu, sa ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-miżuri meħuda, l-eżamijiet ivvalutati, il-medjazzjoni mwettqa u l-konklużjonijiet tal-fajls.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-esklużjoni mill-akkwist pubbliku ta' prodotti, servizzi jew fornituri ta' prodotti jew ta' servizzi mill-pajjiż terz ikkonċernat jew l-esklużjoni ta' offerti li l-valur totali tagħhom ikun magħmul minn aktar minn perċentwal speċifikat ta' prodotti jew servizzi mill-pajjiż terz ikkonċernat; u/jew

(i) l-esklużjoni mill-akkwist pubbliku ta' prodotti, servizzi, xogħlijiet jew fornituri ta' prodotti, ta' servizzi jew ta' xogħlijiet mill-pajjiż terz ikkonċernat jew l-esklużjoni ta' offerti li l-valur totali tagħhom ikun magħmul minn aktar minn perċentwal speċifikat ta' prodotti jew servizzi mill-pajjiż terz ikkonċernat; u/jew

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi

Referenzi

COM(2021)0775 – C9-0458/2021 – 2021/0406(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

27.1.2022

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

10.3.2022

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Svenja Hahn

25.1.2022

Eżami fil-kumitat

20.4.2022

16.5.2022

Data tal-adozzjoni

16.6.2022

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Alessandra Basso, Brando Benifei, Adam Bielan, Andrea Caroppo, Anna Cavazzini, Dita Charanzová, Deirdre Clune, Alexandra Geese, Sandro Gozi, Maria Grapini, Krzysztof Hetman, Virginie Joron, Eugen Jurzyca, Arba Kokalari, Marcel Kolaja, Kateřina Konečná, Andrey Kovatchev, Maria-Manuel Leitão-Marques, Adriana Maldonado López, Beata Mazurek, Leszek Miller, René Repasi, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Róża Thun und Hohenstein, Kim Van Sparrentak, Marion Walsmann

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Campomenosi, Maria da Graça Carvalho, Geoffroy Didier, Malte Gallée, Stelios Kouloglou, Karen Melchior, Tsvetelina Penkova, Antonio Maria Rinaldi, Marc Tarabella, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Beer, Rosanna Conte, Vlad Gheorghe, Ondřej Kovařík

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

44

+

ECR

Adam Bielan, Eugen Jurzyca, Beata Mazurek, Kosma Złotowski

ID

Alessandra Basso, Marco Campomenosi, Rosanna Conte, Virginie Joron, Antonio Maria Rinaldi

PPE

Pablo Arias Echeverría, Andrea Caroppo, Maria da Graça Carvalho, Deirdre Clune, Geoffroy Didier, Krzysztof Hetman, Arba Kokalari, Andrey Kovatchev, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Marion Walsmann

RENEW

Nicola Beer, Dita Charanzová, Vlad Gheorghe, Sandro Gozi, Ondřej Kovařík, Karen Melchior, Róża Thun und Hohenstein

S&D

Brando Benifei, Maria Grapini, Maria-Manuel Leitão-Marques, Adriana Maldonado López, Leszek Miller, Tsvetelina Penkova, René Repasi, Christel Schaldemose, Marc Tarabella

THE LEFT

Kateřina Konečná, Stelios Kouloglou

VERTS/ALE

Anna Cavazzini, Malte Gallée, Alexandra Geese, Marcel Kolaja, Kim Van Sparrentak

0

-

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi

Referenzi

COM(2021)0775 – C9-0458/2021 – 2021/0406(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.12.2021

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

27.1.2022

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

27.1.2022

IMCO

10.3.2022

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Bernd Lange

9.12.2021

Eżami fil-kumitat

25.1.2022

16.5.2022

16.6.2022

Data tal-adozzjoni

10.10.2022

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Barry Andrews, Anna-Michelle Asimakopoulou, Geert Bourgeois, Udo Bullmann, Jordi Cañas, Arnaud Danjean, Paolo De Castro, Raphaël Glucksmann, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Herve Juvin, Karin Karlsbro, Bernd Lange, Gabriel Mato, Carles Puigdemont i Casamajó, Samira Rafaela, Catharina Rinzema, Massimiliano Salini, Helmut Scholz, Mihai Tudose, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mazaly Aguilar, Markus Buchheit, Reinhard Bütikofer, Marco Campomenosi, Liudas Mažylis, Manuela Ripa, Pedro Silva Pereira

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosanna Conte, Robert Hajšel, Fulvio Martusciello, Tilly Metz, Caroline Roose, Christian Sagartz, Christine Schneider, Nils Ušakovs, Charlie Weimers, Lara Wolters

Data tat-tressiq

13.10.2022

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ID

Markus Buchheit, Marco Campomenosi, Rosanna Conte

NI

Carles Puigdemont i Casamajó

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Arnaud Danjean, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Liudas Mažylis, Christian Sagartz, Massimiliano Salini, Christine Schneider

RENEW

Barry Andrews, Jordi Cañas, Karin Karlsbro, Samira Rafaela, Catharina Rinzema, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Udo Bullmann, Paolo De Castro, Raphaël Glucksmann, Robert Hajšel, Bernd Lange, Pedro Silva Pereira, Mihai Tudose, Nils Ušakovs, Lara Wolters

THE LEFT

Helmut Scholz

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Tilly Metz, Manuela Ripa, Caroline Roose

0

-

6

0

ECR

Mazaly Aguilar, Geert Bourgeois, Charlie Weimers, Jan Zahradil

ID

Herve Juvin

PPE

Jörgen Warborn

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Ottubru 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza