RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI
13.10.2022 - (COM(2021)0782 – C9‑0457/2021 – 2021/0411(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Lena Düpont
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI
(COM(2021)0782 – C9‑0457/2021 – 2021/0411(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0782),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 87(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0457/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0247/2022),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Titolu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI |
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) It-theddid tranżnazzjonali li jinvolvi attivitajiet kriminali jitlob rispons ikkoordinat, immirat u adattat. Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali li joperaw fil-prattika jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija ta' importanza kbira biex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti u effettiva, inkluż fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni. Barra minn hekk, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, b'mod partikolari, huma emblematiċi tar-rabta bejn is-sigurtà interna u esterna. Dan it-theddid huwa mifrux bejn il-fruntieri u jimmanifesta ruħu fi gruppi kriminali organizzati u terroristiċi li jinvolvu ruħhom f'firxa wiesgħa ta' attivitajiet kriminali. |
(1) L-attivitajiet kriminali transnazzjonali jikkostitwixxu theddida sinifikanti għas-sigurtà interna tal-Unjoni u jitolbu rispons ikkoordinat, immirat u adattat. Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali li joperaw fil-prattika jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata u t-terroriżmu, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija ta' importanza kbira biex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti u effettiva fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni. Barra minn hekk, il-kriminalità serja u organizzata u t-terroriżmu, b'mod partikolari, huma emblematiċi tar-rabta bejn is-sigurtà interna u esterna. Dan it-theddid huwa mifrux bejn il-fruntieri u jimmanifesta ruħu fi gruppi kriminali organizzati u terroristiċi li jinvolvu ruħhom f'firxa wiesgħa ta' attivitajiet kriminali dejjem aktar dinamiċi u kumplessi li jitolbu adattament tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġi żgurat li jkunu jistgħu jiskopru, jipprevjenu u jinvestigaw reati kriminali b'mod aktar effiċjenti. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) F'żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, l-uffiċjali tal-pulizija fi Stat Membru wieħed jenħtieġ li jkollhom, fil-qafas tad-dritt tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali applikabbli, il-possibbiltà li jiksbu aċċess ekwivalenti għall-informazzjoni disponibbli għall-kollegi tagħhom fi Stat Membru ieħor. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jenħtieġ li jikkooperaw b'mod effettiv u awtomatiku madwar l-Unjoni. Għalhekk, komponent essenzjali tal-miżuri li jirfdu s-sigurtà pubblika f'żona interdipendenti mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni huwa l-kooperazzjoni tal-pulizija fuq l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi. L-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kriminalità u l-attivitajiet kriminali, inkluż it-terroriżmu, iservi l-objettiv ġenerali li tiġi protetta s-sigurtà ta' persuni fiżiċi. |
(2) Għall-iżvilupp tal-ispazju Ewropew ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, ikkaratterizzat mill-assenza ta' kontrolli fil-fruntieri interni, huwa essenzjali li l-uffiċjali tal-pulizija u l-persunal ta' awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-infurzar tal-liġi fi Stat Membru wieħed ikollhom, fil-qafas tad-dritt tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali applikabbli, il-possibbiltà li jiksbu aċċess ekwivalenti għall-informazzjoni disponibbli għall-kollegi tagħhom fi Stat Membru ieħor. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi jenħtieġ li jikkooperaw b'mod effettiv u awtomatiku madwar l-Unjoni. Għalhekk, komponent essenzjali tal-miżuri li jirfdu s-sigurtà pubblika f'żona interdipendenti mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni huwa l-kooperazzjoni tal-pulizija fuq l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien u l-investigazzjoni ta' reati kriminali. L-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kriminalità u l-attivitajiet kriminali, inkluż it-terroriżmu, iservi l-objettiv ġenerali li tiġi protetta s-sigurtà ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 2a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Maġġoranza kbira ta' gruppi tal-kriminalità organizzata huma preżenti f'aktar minn tliet Stati Membri u huma magħmula minn membri b'nazzjonalitajiet multipli li jinvolvu ruħhom f'diversi attivitajiet kriminali. L-istruttura ta' tali gruppi kriminali hija dejjem aktar sofistikata, b'sistemi ta' komunikazzjoni u kooperazzjoni b'saħħithom u effiċjenti bejn il-membri tagħhom bejn il-fruntieri. |
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 2b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2b) Biex il-kriminalità transfruntiera tiġi miġġielda b'mod effettiv, huwa ta' importanza kbira li l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi jiskambjaw malajr l-informazzjoni u jikkooperaw b'mod operattiv ma' xulxin. Minkejja li l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tjiebet f'dawn l-aħħar snin, għad hemm ostakli prattiċi. Dawn l-ostakli jinkludu l-modi differenti kif l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi huma strutturati u l-kompetenzi differenti li għandhom, li jirriżultaw parzjalment mid-differenzi fis-sistemi kostituzzjonali nazzjonali. Barra minn hekk, l-ostakli lingwistiċi u l-kopertura dgħajfa tan-network ixekklu l-kooperazzjoni effettiva, b'mod partikolari fir-reġjuni tal-fruntiera. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 2c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2c) Xi Stati Membri żviluppaw proġetti pilota biex isaħħu l-kooperazzjoni transfruntiera, li jiffukaw pereżempju fuq viġilanzi konġunti ta' uffiċjali tal-pulizija minn Stati Membri ġirien fir-reġjuni tal-fruntiera. Għadd ta' Stati Membri adottaw ukoll ftehimiet bilaterali jew saħansitra multilaterali. Din id-Direttiva ma tillimitax il-possibbiltà għall-Istati Membri li jistabbilixxu tali proġetti pilota jew jikkonkludu tali ftehimiet, dment li dawn ikunu kompatibbli ma' din id-Direttiva. Għall-kuntrarju, l-Istati Membri huma mħeġġa jiskambjaw l-aħjar prattika u t-tagħlimiet meħuda minn dawn il-proġetti pilota u l-ftehimiet u jagħmlu użu mill-fondi disponibbli tal-Unjoni f'dak ir-rigward, b'mod partikolari mill-Fond għas-Sigurtà Interna, stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni u s-sejbien ta' reati kriminali huwa regolat mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 198547, adottata fid-19 ta' Ġunju 1990, notevolment fl-Artikoli 39 u 46 tagħha. Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI48 issostitwiet parzjalment dawk id-dispożizzjonijiet u introduċiet regoli ġodda għall-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri. |
(3) L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni u s-sejbien ta' reati kriminali huwa regolat mill-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 198547, adottata fid-19 ta' Ġunju 1990, notevolment fl-Artikoli 39 u 46 tagħha. Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI48 issostitwiet parzjalment dawk id-dispożizzjonijiet u introduċiet regoli ġodda għall-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri. |
__________________ |
__________________ |
47 Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19). |
47 Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19). |
48 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89). |
48 Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89). |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) L-evalwazzjonijiet, inklużi dawk imwettqa skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 1053/201349, indikaw li d-Deċiżjoni Qafas 2006/960/ĠAI ma hijiex ċara biżżejjed u ma tiżgurax skambju adegwat u rapidu ta' informazzjoni rilevanti bejn l-Istati Membri. L-evalwazzjonijiet indikaw ukoll li dik id-Deċiżjoni Qafas ftit li xejn tintuża fil-prattika, parzjalment minħabba n-nuqqas ta' ċarezza esperjenzata fil-prattika bejn il-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u ta' dik id-Deċiżjoni Qafas. |
(4) Ma taffettwax il-verżjoni Maltija Evaluations also indicated that that Framework Decision is scarcely used in practice, in part due to the lack of clarity experienced in practice between the scope of the Convention Implementing the Schengen Agreement and of that Framework Decision. |
__________________ |
__________________ |
49 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27). |
49 Council Regulation (EU) No 1053/2013 of 7 October 2013 establishing an evaluation and monitoring mechanism to verify the application of the Schengen acquis and repealing the Decision of the Executive Committee of 16 September 1998 setting up a Standing Committee on the evaluation and implementation of Schengen (OJ L 295, 6.11.2013, p. 27). |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Għalhekk, il-qafas legali eżistenti li jikkonsisti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u d-Deċiżjoni Qafas 2006/960/ĠAI jenħtieġ li jiġi aġġornat u sostitwit, sabiex jiffaċilita u jiżgura, permezz tal-istabbiliment ta' regoli ċari u armonizzati, l-iskambju adegwat u rapidu ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri differenti. |
(5) Għalhekk, il-qafas legali eżistenti jenħtieġ li jiġi aġġornat bil-għan li jiġu eliminati d-diskrepanzi u jiġu stabbiliti regoli ċari u armonizzati biex jiġi ffaċilitat u żgurat l-iskambju adegwat u rapidu ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri differenti u biex l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi jitħallew jadattaw għas-sitwazzjoni ta' kriminalità organizzata li qed tinbidel u tespandi b'ħeffa, fil-kuntest tal-globalizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà. |
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Premessa 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) B'mod partikolari, jenħtieġ li d-diskrepanzi bejn id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u d-Deċiżjoni Kwadru 2006/960/ĠAI jiġu indirizzati billi jiġu koperti l-iskambji ta' informazzjoni għall-fini tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati kriminali, u b'hekk jissostitwixxu bis-sħiħ, sa fejn ikunu kkonċernati tali skambji, l-Artikoli 39 u 46 ta' dik il-Konvenzjoni u għalhekk jipprovdu ċ-ċertezza legali meħtieġa. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-regoli rilevanti jiġu ssimplifikati u ċċarati, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni effettiva tagħhom fil-prattika. |
(6) B'mod partikolari, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri l-iskambji ta' informazzjoni għall-fini tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati kriminali, u b'hekk tissostitwixxi bis-sħiħ, sa fejn ikunu kkonċernati tali skambji, l-Artikoli 39 u 46 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u għalhekk tipprovdi ċ-ċertezza legali meħtieġa. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-regoli rilevanti tad-Deċiżjoni Qafas 2006/960/ĠAI, li din id-Direttiva tħassar, jiġu ssimplifikati u ċċarati, sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni effettiva tagħhom fil-prattika. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Premessa 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli li jirregolaw l-aspetti trażversali ta' tali skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li r-regoli ta' din id-Direttiva ma jaffettwawx l-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar sistemi jew oqfsa speċifiċi għal tali skambji, bħal skont ir-Regolamenti (UE) 2018/186050, (UE) 2018/186151, (UE) 2018/186252, u (UE) 2016/79453 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi (UE) 2016/68154 u 2019/115355 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI56 u 2008/616/ĠAI57. |
(7) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli armonizzati li jirregolaw l-aspetti trażversali ta' tali skambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri. Jenħtieġ li r-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva ma jaffettwawx l-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni dwar sistemi jew oqfsa speċifiċi għal tali skambji, bħal skont ir-Regolamenti (UE) 2018/186050, (UE) 2018/186151, (UE) 2018/186252, u (UE) 2016/79453 u (UE) .../...[57a] [dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data għall-kooperazzjoni tal-pulizija ("Prüm II")] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi (UE) 2016/68154 u 2019/115355 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI56 u 2008/616/ĠAI57. |
__________________ |
__________________ |
50 Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1). |
50 Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1). |
51 Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14). |
51 Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14). |
52 Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56). |
52 Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56). |
53 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53). |
53 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53). |
54 Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar l-użu ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132). |
54 Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar l-użu ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132). |
55 Id-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta' informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 122). |
55 Id-Direttiva (UE) 2019/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2019 li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta' informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' ċerti reati kriminali, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 122). |
56 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1). |
56 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1). |
57 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12). Proposta għal Regolament dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data għall-kooperazzjoni tal-pulizija ("Prüm II"), bil-ħsieb li jitħassru partijiet minn dawk id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. |
57 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12). Proposta għal Regolament dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data għall-kooperazzjoni tal-pulizija ("Prüm II"), bil-ħsieb li jitħassru partijiet minn dawk id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Premessa 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Din id-Direttiva ma tirregolax l-għoti u l-użu ta' informazzjoni bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji. B'mod partikolari, hija ma għandhiex tinftiehem bħala li tistabbilixxi dritt għall-użu tal-informazzjoni pprovduta skont din id-Direttiva bħala evidenza u, konsegwentement, tħalli kwalunkwe rekwiżit previst fil-liġi applikabbli biex jinkiseb il-kunsens mill-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni għal tali użu mhux affettwat. Din id-Direttiva tħalli l-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-evidenza, bħar-Regolament (UE) …/…58 [dwar l-Ordnijiet Ewropej ta' Produzzjoni u Preservazzjoni għall-evidenza elettronika f'materji kriminali] u d-Direttiva (UE) …/…59 [li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-fini tal-ġbir ta' evidenza fi proċedimenti kriminali], mhux affettwati. |
(8) Din id-Direttiva ma tirregolax l-għoti u l-użu ta' informazzjoni bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji. B'mod partikolari, jenħtieġ li hija ma tinftiehemx bħala li tistabbilixxi dritt għall-użu tal-informazzjoni pprovduta skont din id-Direttiva bħala evidenza u, konsegwentement, tħalli kwalunkwe rekwiżit previst fil-liġi applikabbli biex jinkiseb il-kunsens mill-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni għal tali użu mhux affettwat. Madankollu, jenħtieġ li Stat Membru li jipprovdi informazzjoni skont din id-Direttiva jkun jista' jawtorizza lil Stat Membru ieħor, fil-mument li jipprovdi l-informazzjoni, li jużaha bħala evidenza fi proċessi ġudizzjarji li jirriżultaw mill-investigazzjoni kriminali rilevanti. Din id-Direttiva tħalli l-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-evidenza, bħar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58[dwar l-Ordnijiet Ewropej ta' Produzzjoni u Preservazzjoni għall-evidenza elettronika f'materji kriminali] u d-Direttivi 2014/41/UE58a u (UE) …/…59 [li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-fini tal-ġbir ta' evidenza fi proċedimenti kriminali] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, mhux affettwati. |
__________________ |
__________________ |
58 Proposta għal Regolament, COM/2018/225 final - 2018/0108 (COD). |
58 Proposta għal Regolament, COM/2018/225 final - 2018/0108 (COD). |
59 Proposta għal Direttiva, COM/2018/226 final - 2018/0107 (COD). |
59 Proposta għal Direttiva, COM/2018/226 final - 2018/0107 (COD). |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Premessa 9
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Jenħtieġ li l-iskambji kollha ta' informazzjoni skont din id-Direttiva jkunu soġġetti għal tliet prinċipji ġenerali, jiġifieri dawk tad-disponibbiltà, l-aċċess ekwivalenti u l-kunfidenzjalità. Filwaqt li dawk il-prinċipji huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet aktar speċifiċi ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li huma jiggwidaw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tagħha fejn rilevanti. Pereżempju, il-prinċipju tad-disponibbiltà jenħtieġ li jinftiehem bħala li jindika li l-informazzjoni rilevanti disponibbli għall-Punt Uniku ta' Kuntatt jew għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru wieħed jenħtieġ li tkun disponibbli wkoll, kemm jista' jkun, għal dawk ta' Stati Membri oħrajn. Madankollu, jenħtieġ li l-prinċipju ma jaffettwax l-applikazzjoni, fejn ikun ġustifikat, ta' dispożizzjonijiet speċifiċi ta' din id-Direttiva li jirrestrinġu d-disponibbiltà tal-informazzjoni, bħal dawk għar-raġunijiet ta' rifjut ta' talbiet għal informazzjoni u awtorizzazzjoni ġudizzjarja. Barra minn hekk, skont il-prinċipju ta' aċċess ekwivalenti, l-aċċess tal-Punt Uniku ta' Kuntatt u tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn għal informazzjoni rilevanti jenħtieġ li jkun sostanzjalment l-istess bħal, u b'hekk la jkun aktar strett u lanqas inqas strett minn, l-aċċess ta' dawk tal-istess Stat Membru wieħed, soġġett għad-dispożizzjonijiet aktar speċifiċi tad-Direttiva. |
(9) Jenħtieġ li l-iskambji kollha ta' informazzjoni skont din id-Direttiva jkunu soġġetti għal tliet prinċipji ġenerali, jiġifieri dawk tad-disponibbiltà, l-aċċess ekwivalenti u l-kunfidenzjalità. Filwaqt li dawk il-prinċipji huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet aktar speċifiċi ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li huma jiggwidaw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tagħha fejn rilevanti. L-ewwel nett, il-prinċipju tad-disponibbiltà jenħtieġ li jinftiehem bħala li jindika li l-informazzjoni rilevanti disponibbli għall-Punt Uniku ta' Kuntatt jew għall-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru wieħed jenħtieġ li tkun disponibbli wkoll, kemm jista' jkun, għal dawk ta' Stati Membri oħrajn għall-istess għanijiet f'każ domestiku simili. Madankollu, jenħtieġ li l-prinċipju ma jaffettwax l-applikazzjoni, fejn ikun ġustifikat, ta' dispożizzjonijiet speċifiċi ta' din id-Direttiva li jirrestrinġu d-disponibbiltà tal-informazzjoni, bħal dawk għar-raġunijiet ta' rifjut ta' talbiet għal informazzjoni u awtorizzazzjoni ġudizzjarja. It-tieni, skont il-prinċipju ta' aċċess ekwivalenti, l-aċċess tal-Punt Uniku ta' Kuntatt u tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn għal informazzjoni rilevanti jenħtieġ li jkun sostanzjalment l-istess bħal, u b'hekk la jkun aktar strett u lanqas inqas strett minn, l-aċċess ta' dawk tal-istess Stat Membru wieħed, soġġett għad-dispożizzjonijiet aktar speċifiċi tad-Direttiva. It-tielet, il-prinċipju tal-kunfidenzjalità jirrikjedi li l-Istati Membri jirrispettaw ir-regoli nazzjonali ta' xulxin dwar il-kunfidenzjalità meta jittrattaw informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali li tiġi pprovduta lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew lill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi, billi jiżguraw livell simili ta' kunfidenzjalità f'konformità mar-regoli dwar il-kunfidenzjalità stabbiliti fil-liġi nazzjonali. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Premessa 10
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Sabiex jintlaħaq l-objettiv li jiġi ffaċilitat u żgurat l-iskambju adegwat u rapidu ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-kisba ta' tali informazzjoni billi tiġi indirizzata talba għal informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt tal-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat, f'konformità ma' ċerti rekwiżiti ċari, simplifikati u armonizzati. Fir-rigward tal-kontenut ta' tali talbiet għal informazzjoni, jenħtieġ li b'mod partikolari jiġi speċifikat, b'mod eżawrjenti u dettaljat biżżejjed u mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa ta' valutazzjoni każ b'każ, meta dawn għandhom jitqiesu bħala urġenti u liema spjegazzjonijiet għandhom jinkludu bħala minimu. |
(10) Sabiex jintlaħaq l-objettiv li jiġi ffaċilitat u żgurat l-iskambju adegwat u rapidu ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-kisba ta' tali informazzjoni billi tiġi indirizzata talba għal informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt tal-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat, f'konformità ma' ċerti rekwiżiti ċari dwar meta jistgħu jintbagħtu talbiet, meta dawn għandhom jitqiesu bħala urġenti, liema dettalji għandhom jinkludu bħala minimu, u f'liema lingwa għandhom jiġu ppreżentati. |
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Filwaqt li jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt ta' kull Stat Membru fi kwalunkwe każ ikollhom il-possibbiltà li jissottomettu talbiet għal informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' Stat Membru ieħor, fl-interess tal-flessibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu li, barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jistgħu wkoll jissottomettu tali talbiet. Sabiex il-Punti Uniċi ta' Kuntatt ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet ta' koordinazzjoni tagħhom skont din id-Direttiva, madankollu huwa meħtieġ li, meta Stat Membru jieħu tali deċiżjoni, il-Punt Uniku ta' Kuntatt tiegħu jiġi mgħarraf bit-talbiet kollha li joħorġu bħal dawn, kif ukoll kwalunkwe komunikazzjoni relatata magħha, billi dejjem jiġi inkluż fil-korrispondenza. |
(11) Filwaqt li jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt ta' kull Stat Membru fi kwalunkwe każ ikollhom il-possibbiltà li jissottomettu talbiet għal informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' Stat Membru ieħor, fl-interess tal-flessibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu li, barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom jistgħu jissottomettu tali talbiet. Ir-regoli għal talbiet bħal dawn jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-liġi nazzjonali u kkomunikati lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li kull Stat Membru jibgħat lill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi awtorizzati biex jibagħtu tali talbiet u jinnotifikaha bi kwalunkwe bidla f'dik il-lista. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi kollha tal-Istati Membri u kwalunkwe bidla fiha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sabiex il-Punti Uniċi ta' Kuntatt ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet ta' koordinazzjoni tagħhom skont din id-Direttiva, madankollu huwa meħtieġ li, meta Stat Membru jieħu tali deċiżjoni, il-Punt Uniku ta' Kuntatt tiegħu jiġi mgħarraf bit-talbiet kollha li joħorġu bħal dawn, kif ukoll kwalunkwe komunikazzjoni relatata magħha, billi dejjem jiġi inkluż fil-korrispondenza. Sadanittant, jenħtieġ li l-Istati Membri jfittxu li jnaqqsu l-ħżin doppju tad-data personali għal minimu strett. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Huma meħtieġa limiti ta' żmien biex jiġi żgurat l-ipproċessar rapidu tat-talbiet għal informazzjoni sottomessi lil Punt Uniku ta' Kuntatt. Jenħtieġ li tali limiti ta' żmien ikunu ċari u proporzjonati u jqisu jekk it-talba għall-informazzjoni hijiex urġenti u jekk hijiex meħtieġa awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-limiti ta' żmien applikabbli, filwaqt li madankollu jkun permess grad ta' flessibbiltà fejn ikun oġġettivament ġustifikat, huwa meħtieġ li, fuq bażi eċċezzjonali, jiġu permessi devjazzjonijiet biss meta, u sa fejn, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat Membru rikjest tkun teħtieġ żmien addizzjonali biex tiddeċiedi dwar l-għoti tal-awtorizzazzjoni ġudizzjarja meħtieġa. Tali ħtieġa tista' tinħoloq, pereżempju, minħabba l-kamp ta' applikazzjoni wiesa' jew il-kumplessità tal-kwistjonijiet imqajma mit-talba għal informazzjoni. |
imħassar |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Premessa 12
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Huma meħtieġa limiti ta' żmien biex jiġi żgurat l-ipproċessar rapidu tat-talbiet għal informazzjoni sottomessi lil Punt Uniku ta' Kuntatt. Jenħtieġ li tali limiti ta' żmien ikunu ċari u proporzjonati u jqisu jekk it-talba għall-informazzjoni hijiex urġenti u jekk hijiex meħtieġa awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-limiti ta' żmien applikabbli, filwaqt li madankollu jkun permess grad ta' flessibbiltà fejn ikun oġġettivament ġustifikat, huwa meħtieġ li, fuq bażi eċċezzjonali, jiġu permessi devjazzjonijiet biss meta, u sa fejn, l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat Membru rikjest tkun teħtieġ żmien addizzjonali biex tiddeċiedi dwar l-għoti tal-awtorizzazzjoni ġudizzjarja meħtieġa. Tali ħtieġa tista' tinħoloq, pereżempju, minħabba l-kamp ta' applikazzjoni wiesa' jew il-kumplessità tal-kwistjonijiet imqajma mit-talba għal informazzjoni. |
(12) Huma meħtieġa limiti ta' żmien speċifikati b'mod ċar biex jiġi żgurat l-ipproċessar rapidu tat-talbiet għal informazzjoni sottomessi lil Punt Uniku ta' Kuntatt jew lil awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi. Jenħtieġ li tali limiti ta' żmien ikunu ċari u proporzjonati, filwaqt li jqisu jekk it-talba għall-informazzjoni hijiex urġenti, jekk tikkonċernax kriminalità serja, jekk l-informazzjoni mitluba hijiex direttament aċċessibbli jew tridx tinkiseb minn awtorità pubblika jew parti privata stabbilita f'dak l-Istat Membru, jew jekk hijiex meħtieġa awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel skont il-liġi nazzjonali. Fejn ikun oġġettivament ġustifikat, jiġifieri meta l-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat Membru rikjest tkun teħtieġ żmien addizzjonali biex tiddeċiedi dwar l-għoti tal-awtorizzazzjoni ġudizzjarja meħtieġa, jenħtieġ li l-Punt Uniku ta' Kuntatt jew l-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi, kif applikabbli, ikunu jistgħu jiddevjaw mil-limiti ta' żmien fissi. Tali ħtieġa tista' tinħoloq, pereżempju, minħabba l-kamp ta' applikazzjoni wiesa' jew il-kumplessità tal-kwistjonijiet imqajma mit-talba għal informazzjoni. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Premessa 13
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) F'każijiet eċċezzjonali, jista' jkun oġġettivament ġustifikat li Stat Membru jirrifjuta talba għal informazzjoni sottomessa lil Punt Uniku ta' Kuntatt. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tas-sistema maħluqa minn din id-Direttiva, jenħtieġ li dawk il-każijiet jiġu speċifikati u interpretati b'mod restrittiv. Meta partijiet biss mill-informazzjoni kkonċernata minn tali talba għal informazzjoni jkunu jirrigwardjaw ir-raġunijiet għar-rifjut tat-talba, l-informazzjoni li jifdal għandha tiġi pprovduta fil-limiti ta' żmien stabbiliti minn din id-Direttiva. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-possibbiltà li jintalbu kjarifiki, li jenħtieġ li jissospendu l-limiti ta' żmien applikabbli. Madankollu, tali possibbiltà jenħtieġ li tkun teżisti biss meta l-kjarifiki jkunu oġġettivament meħtieġa u proporzjonati, fis-sens li t-talba għal informazzjoni inkella jkollha tiġi rrifjutata għal waħda mir-raġunijiet elenkati f'din id-Direttiva. Fl-interess ta' kooperazzjoni effettiva, jenħtieġ li jibqa' possibbli li jintalbu l-kjarifiki meħtieġa anke f'sitwazzjonijiet oħrajn, madankollu mingħajr ma dan iwassal għal sospensjoni tal-limiti ta' żmien. |
(13) F'każijiet eċċezzjonali, jista' jkun oġġettivament ġustifikat li Stat Membru jirrifjuta talba għal informazzjoni sottomessa lil Punt Uniku ta' Kuntatt. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tas-sistema maħluqa minn din id-Direttiva, jenħtieġ li dawk il-każijiet jiġu speċifikati u interpretati b'mod restrittiv. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġu stabbiliti s-salvagwardji meħtieġa biex jiġi evitat kwalunkwe użu ħażin tal-mekkaniżmu għall-iskambju ta' informazzjoni għal finijiet politikament motivati u ksur ċar tad-drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi eżerċizzata d-diliġenza dovuta fir-rigward ta' talbiet ippreżentati minn Punt Uniku ta' Kuntatt jew minn awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi minn Stat Membru soġġett għal proċedura skont l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Meta partijiet biss mill-informazzjoni kkonċernata minn tali talba għal informazzjoni jkunu jirrigwardjaw ir-raġunijiet għar-rifjut tat-talba, l-informazzjoni li jifdal jenħtieġ li tiġi pprovduta fil-limiti ta' żmien stabbiliti minn din id-Direttiva. Sabiex jiġu evitati rifjuti bla bżonn, jenħtieġ li l-Punt Uniku ta' Kuntatt jew l-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti, kif applikabbli, ifittxu l-kjarifiki addizzjonali meħtieġa biex tiġi pproċessata t-talba għal informazzjoni. Jenħtieġ li l-limiti ta' żmien applikabbli jiġu sospiżi mill-mument li l-Istat Membru rikjedenti jirċievi t-talba għal kjarifiki sal-mument li jiġu pprovduti l-kjarifiki mitluba. Madankollu, sabiex jiġi evitat dewmien mhux ġustifikat fl-għoti tal-informazzjoni mitluba, jenħtieġ li t-talbiet għal kjarifiki għall-fini tal-prevenzjoni ta' rifjuti għal waħda mir-raġunijiet elenkati f'din id-Direttiva jkunu possibbli biss dment li jkunu oġġettivament meħtieġa u proporzjonati biex tiġi evalwata t-talba għal informazzjoni. Fl-interess ta' kooperazzjoni effettiva, jenħtieġ li jibqa' possibbli li jintalbu l-kjarifiki meħtieġa anke f'sitwazzjonijiet oħrajn, madankollu mingħajr ma dan iwassal għal sospensjoni tal-limiti ta' żmien. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Premessa 14
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Sabiex tkun permessa l-flessibbiltà meħtieġa fid-dawl tal-ħtiġijiet operattivi li jistgħu jvarjaw fil-prattika, jenħtieġ li jiġu previsti żewġ mezzi oħrajn ta' skambju ta' informazzjoni, minbarra t-talbiet għal informazzjoni sottomessi lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt. L-ewwel wieħed huwa l-għoti spontanju ta' informazzjoni, jiġifieri fuq inizjattiva proprja jew tal-Punt Uniku ta' Kuntatt jew inkella tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi mingħajr talba minn qabel. It-tieni wieħed huwa l-għoti ta' informazzjoni fuq talbiet għal informazzjoni sottomessi jew mill-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew inkella mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi mhux lill-Punt Uniku ta' Kuntatt, iżda pjuttost direttament lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor. Fir-rigward taż-żewġ mezzi, jenħtieġ li jiġi stabbilit biss għadd limitat ta' rekwiżiti minimi, b'mod partikolari dwar iż-żamma tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt informati u, fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni fuq inizjattiva proprja, is-sitwazzjonijiet li fihom għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni u l-lingwa li għandha tintuża. |
(14) Sabiex tkun permessa l-flessibbiltà meħtieġa fid-dawl tal-ħtiġijiet operattivi li jistgħu jvarjaw fil-prattika, jenħtieġ li jiġu previsti żewġ mezzi oħrajn ta' skambju ta' informazzjoni, minbarra t-talbiet għal informazzjoni sottomessi lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt. L-ewwel wieħed huwa l-għoti spontanju ta' informazzjoni minn Punt Uniku ta' Kuntatt jew l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew lill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor mingħajr talba minn qabel, jiġifieri l-għoti ta' informazzjoni fuq l-inizjattiva proprja tagħhom. It-tieni wieħed huwa l-għoti ta' informazzjoni fuq talbiet għal informazzjoni sottomessi jew mill-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew inkella mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi direttament lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor. Fir-rigward taż-żewġ mezzi, jenħtieġ li jiġi stabbilit biss għadd limitat ta' rekwiżiti minimi, b'mod partikolari dwar iż-żamma tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt rilevanti informati u, fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni fuq inizjattiva proprja, is-sitwazzjonijiet li fihom għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni u l-lingwa li għandha tintuża. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Premessa 15
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) Ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel għall-għoti ta' informazzjoni jista' jkun salvagwardja importanti. Is-sistemi legali tal-Istati Membri huma differenti f'dan ir-rigward u jenħtieġ li din id-Direttiva ma tinftiehemx bħala li taffettwa tali rekwiżiti stabbiliti skont il-liġi nazzjonali, minbarra li tagħmilhom soġġetti għall-kundizzjoni li l-iskambji domestiċi u l-iskambji bejn l-Istati Membri jiġu ttrattati b'mod ekwivalenti, kemm fis-sustanza kif ukoll proċeduralment. Barra minn hekk, sabiex kwalunkwe dewmien u kumplikazzjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta' tali rekwiżit jinżammu f'livell minimu, il-Punt Uniku ta' Kuntatt jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, kif applikabbli, tal-Istat Membru tal-awtorità ġudizzjarja kompetenti jenħtieġ li jieħdu l-passi prattiċi u legali kollha, fejn rilevanti f'kooperazzjoni mal-Punt Uniku ta' Kuntatt jew mal-awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor li talab l-informazzjoni, sabiex l-awtorizzazzjoni ġudizzjarja tinkiseb kemm jista' jkun malajr. |
(15) Ir-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel għall-għoti ta' informazzjoni, fejn ikun previst mil-liġi nazzjonali, jikkostitwixxi salvagwardja importanti li jenħtieġ li tiġi rrispettata. Madankollu, is-sistemi legali tal-Istati Membri huma differenti f'dan ir-rigward u jenħtieġ li din id-Direttiva ma tinftihemx bħala li taffettwa r-regoli u l-kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet ġudizzjarji minn qabel stabbiliti fil-liġi nazzjonali, minbarra li tagħmilhom soġġetti għall-kundizzjoni li l-iskambji domestiċi u l-iskambji bejn l-Istati Membri jiġu ttrattati b'mod ekwivalenti, kemm fis-sustanza kif ukoll proċeduralment. Barra minn hekk, sabiex kwalunkwe dewmien u kumplikazzjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta' tali rekwiżit jinżammu f'livell minimu, il-Punt Uniku ta' Kuntatt jew l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi, kif applikabbli, tal-Istat Membru tal-awtorità ġudizzjarja kompetenti jenħtieġ li jieħdu l-passi prattiċi u legali kollha, fejn rilevanti f'kooperazzjoni mal-Punt Uniku ta' Kuntatt jew mal-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi rikjedenti, sabiex l-awtorizzazzjoni ġudizzjarja tinkiseb fil-limiti ta' żmien applikabbli. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Premessa 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Huwa partikolarment importanti li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, b'rabta mal-iskambji kollha ta' informazzjoni skont din id-Direttiva. Għal dak l-għan, jenħtieġ li r-regoli ta' din id-Direttiva jiġu allinjati mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi speċifikat li kwalunkwe data personali skambjata minn Punti Uniċi ta' Kuntatt u mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandha tibqa' limitata għall-kategoriji ta' data elenkati fil-punt 2 tat-Taqsima B tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61. Barra minn hekk, sa fejn ikun possibbli, kwalunkwe data personali bħal din jenħtieġ li tiġi distinta skont il-grad ta' akkuratezza u affidabbiltà tagħha, fejn il-fatti jenħtieġ li jiġu distinti minn valutazzjonijiet personali, sabiex jiġu żgurati kemm il-protezzjoni tal-individwi kif ukoll il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni skambjata. Jekk jidher li d-data personali hija skorretta, jenħtieġ li din tiġi kkoreġuta jew imħassra mingħajr dewmien. Tali rettifika jew tħassir, kif ukoll kwalunkwe pproċessar ieħor ta' data personali b'rabta mal-attivitajiet skont din id-Direttiva, jenħtieġ li jitwettqu f'konformità mar-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill62, liema regoli jitħallew mhux affettwati minn din id-Direttiva. |
(16) Huwa partikolarment importanti li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, b'rabta mal-iskambji kollha ta' informazzjoni skont din id-Direttiva. Għal dak l-għan, jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar ta' data personali minn Punt Uniku ta' Kuntatt jew awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi skont din id-Direttiva jitwettaq f'konformità sħiħa mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60. Jenħtieġ li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) tipproċessa d-data f'konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61. Dak ir-Regolament jibqa' mhux affettwat minn din id-Direttiva. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi speċifikat li kwalunkwe data personali skambjata minn Punti Uniċi ta' Kuntatt u mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi għandha tibqa' limitata għall-kategoriji ta' data skont il-kategorija tas-suġġett tad-data elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/794. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir distinzjoni ċara bejn id-data li tikkonċerna l-persuni suspettati u d-data li tikkonċerna x-xhieda, il-vittmi, jew il-persuni li jappartjenu għal gruppi oħra, li għalihom japplikaw limitazzjonijiet aktar stretti. Barra minn hekk, sa fejn ikun possibbli, kwalunkwe data personali bħal din jenħtieġ li tiġi distinta skont il-grad ta' akkuratezza u affidabbiltà tagħha, fejn il-fatti jenħtieġ li jiġu distinti minn valutazzjonijiet personali, sabiex jiġu żgurati t-tnejn li huma. Il-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi jenħtieġ li jipproċessaw it-talbiet għal informazzjoni skont din id-Direttiva malajr kemm jista' jkun biex jiġu żgurati l-preċiżjoni u l-affidabbiltà tad-data personali, biex jiġi evitat il-ħżin doppju bla bżonn tad-data u biex jitnaqqas ir-riskju li d-data tiġi skaduta jew ma tibqax disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi rikjesta. Jekk ikun jidher li d-data personali tkun skorretta, jenħtieġ li din tiġi kkoreġuta jew imħassra mingħajr dewmien. |
__________________ |
__________________ |
60 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89). |
60 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89). |
61 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53). |
61 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53). |
62 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
62 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Premessa 17
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Sabiex ikun hemm għoti adegwat u rapidu ta' informazzjoni minn Punti Uniċi ta' Kuntatt, fuq talba jew fuq inizjattiva tagħhom stess, huwa importanti li l-uffiċjali rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jifhmu lil xulxin. L-ostakli lingwistiċi spiss ifixklu l-iskambju transfruntier tal-informazzjoni. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-użu tal-lingwi li bihom għandhom jiġu pprovduti t-talbiet għal informazzjoni sottomessi lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Punti Uniċi ta' Kuntatt, kif ukoll kwalunkwe komunikazzjoni oħra relatata magħhom, bħal dwar rifjuti u kjarifiki. Jenħtieġ li dawk ir-regoli jilħqu bilanċ bejn, minn naħa, ir-rispett tad-diversità lingwistika fl-Unjoni u ż-żamma tal-ispejjeż tat-traduzzjoni kemm jista' jkun limitati u, min-naħa l-oħra, il-ħtiġijiet operattivi assoċjati ma' skambji adegwati u rapidi ta' informazzjoni bejn il-fruntieri. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu lista li jkun fiha lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Unjoni tal-għażla tagħhom, iżda li jkun fiha wkoll lingwa waħda li tinftiehem u tintuża b'mod wiesa' fil-prattika, jiġifieri l-Ingliż. |
(17) Sabiex ikun hemm għoti adegwat u rapidu ta' informazzjoni minn Punti Uniċi ta' Kuntatt, fuq talba jew fuq inizjattiva tagħhom stess, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri kkonċernati jifhmu lil xulxin. Sabiex jiġi evitat dewmien fl-għoti tal-informazzjoni mitluba kkawżat minn ostakli lingwistiċi u biex jiġu limitati l-ispejjeż tat-traduzzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu lista ta' lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Unjoni li biha jew bihom il-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jista' jiġi indirizzat u jista' jikkomunika. Jenħtieġ li l-komunikazzjonijiet kollha ta' segwitu relatati ma' talba speċifika jiġu trażmessi bil-lingwa li biha tkun ġiet sottomessa dik it-talba. Tali komunikazzjonijiet ta' segwitu jenħtieġ li jinkludu l-għoti tal-informazzjoni mitluba, ir-rifjuti, inkluż ir-raġunijiet għar-rifjuti, u, fejn applikabbli, it-talbiet għal kjarifiki u l-kjarifiki mogħtija. L-Istati Membri jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom ukoll fit-titjib ġenerali tal-ħiliet tal-persunal tagħhom, billi, pereżempju, jipprovdu korsijiet ta' taħriġ speċifiku. |
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) L-iżvilupp ulterjuri tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) bħala ċ-ċentru ta' informazzjoni kriminali tal-Unjoni huwa prijorità. Huwa għalhekk li, meta tiġi skambjata informazzjoni jew kwalunkwe komunikazzjoni relatata, irrispettivament minn jekk dan isirx skont talba għal informazzjoni sottomessa lil Punt Uniku ta' Kuntatt jew lil awtorità tal-infurzar tal-liġi, jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess, jenħtieġ li tintbagħat kopja lill-Europol, madankollu biss sa fejn tkun tikkonċerna reati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol. Fil-prattika, dan jista' jsir permezz tal-immarkar awtomatiku tal-kaxxa korrispondenti tas-SIENA. |
(18) Sabiex jiġi żgurat li l-Europol tkun tista' taqdi r-rwol tagħha bħala ċ-ċentru ta' informazzjoni kriminali tal-Unjoni, u b'hekk tappoġġja lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi, jenħtieġ li ssir valutazzjoni, fuq bażi ta' każ b'każ, dwar jekk kopja tal-informazzjoni jew ta' kwalunkwe komunikazzjoni relatata skambjata skont din id-Direttiva, jenħtieġx li tintbagħat lill-Europol, madankollu biss sa fejn tkun tikkonċerna reati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-persunal tagħhom ikun appoġġjat u mħarreġ b'mod adegwat sabiex jidentifika malajr u b'mod preċiż liema informazzjoni skambjata fil-kuntest ta' din id-Direttiva taqa' taħt il-mandat tal-Europol u hija meħtieġa biex l-Aġenzija tissodisfa l-objettivi tagħha. |
Emenda 24
Proposta għal direttiva
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Il-proliferazzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni użati għat-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi bejn l-Istati Membri u tal-komunikazzjonijiet relatati magħhom jenħtieġ li tiġi rrimedjata, minħabba li xxekkel l-iskambju adegwat u rapidu ta' tali informazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu tal-applikazzjoni ta' network għall-iskambju sikur ta' informazzjoni msejħa SIENA, ġestita mill-Europol f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794, isir obbligatorju għal dawn it-trażmissjonijiet u l-komunikazzjonijiet kollha skont din id-Direttiva, inklużi t-trażmissjoni tat-talbiet għal informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt u direttament lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-għoti ta' informazzjoni fuq tali talbiet u fuq l-inizjattiva tagħhom stess, il-komunikazzjonijiet dwar ir-rifjuti u l-kjarifiki, kif ukoll il-kopji lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt u lill-Europol. Għal dak l-għan, il-Punti Uniċi ta' Kuntatt kollha, kif ukoll l-awtoritajiet kollha tal-infurzar tal-liġi li jistgħu jkunu involuti f'tali skambji, jenħtieġ li jkunu marbuta direttament mas-SIENA. Madankollu, f'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi previst perjodu ta' tranżizzjoni sabiex tkun tista' ssir l-introduzzjoni sħiħa tas-SIENA. |
(19) Il-proliferazzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni użati għat-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi bejn l-Istati Membri u tal-komunikazzjonijiet relatati magħhom jenħtieġ li tiġi rrimedjata, minħabba li xxekkel l-iskambju adegwat u rapidu ta' tali informazzjoni u żżid ir-riskji li jikkonċernaw is-sigurtà tad-data personali. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu tal-applikazzjoni ta' network għall-iskambju sikur ta' informazzjoni ("SIENA"), ġestita mill-Europol f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794, isir obbligatorju għal dawn it-trażmissjonijiet u l-komunikazzjonijiet kollha skont din id-Direttiva, inklużi t-trażmissjoni tat-talbiet għal informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt u direttament lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi, l-għoti ta' informazzjoni fuq tali talbiet u fuq l-inizjattiva tagħhom stess, il-komunikazzjonijiet dwar ir-rifjuti u l-kjarifiki, kif ukoll il-kopji lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt u lill-Europol. Għal dak il-fini, il-Punti Uniċi ta' Kuntatt kollha, kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-infurzar tal-liġi li jistgħu jkunu involuti f'tali skambji, jenħtieġ li jkunu marbuta direttament mas-SIENA. Sabiex l-uffiċjali tal-ewwel linja, bħall-uffiċjali tal-pulizija involuti f'operazzjonijiet ta' tfittxija sistematika, ikunu jistgħu jibbenefikaw mis-SIENA, jenħtieġ li din tkun taħdem fuq apparati mobbli. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi previst perjodu ta' tranżizzjoni qasir sabiex tkun tista' ssir l-introduzzjoni sħiħa tas-SIENA, peress li jinvolvi bidla fil-prattiki attwali f'xi Stati Membri u jirrikjedi li l-persunal jitħarreġ. |
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Premessa 20
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Sabiex jissimplifikaw, jiffaċilitaw u jiġġestixxu aħjar il-flussi tal-informazzjoni, jenħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi jew jaħtar Punt Uniku ta' Kuntatt kompetenti għall-koordinazzjoni tal-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt jikkontribwixxu b'mod partikolari għall-mitigazzjoni tal-frammentazzjoni tax-xenarju tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, speċifikament b'rabta mal-flussi tal-informazzjoni, b'reazzjoni għall-ħtieġa dejjem tikber li tiġi indirizzata b'mod konġunt il-kriminalità transfruntiera, bħat-traffikar tad-droga u t-terroriżmu. Sabiex il-Punti Uniċi ta' Kuntatt ikunu jistgħu jissodisfaw b'mod effettiv il-funzjonijiet ta' koordinazzjoni tagħhom fir-rigward tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni għal finijiet ta' infurzar tal-liġi skont din id-Direttiva, jenħtieġ li huma jiġu assenjati għadd ta' kompiti speċifiċi u minimi u jkollhom ukoll ċerti kapaċitajiet minimi. |
(20) Sabiex jissimplifikaw, jiffaċilitaw u jiġġestixxu aħjar il-flussi tal-informazzjoni, jenħtieġ li kull Stat Membru jaħtar Punt Uniku ta' Kuntatt kompetenti għall-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt jikkontribwixxu b'mod partikolari għall-mitigazzjoni tal-ostakli għall-flussi tal-informazzjoni li jirriżultaw mill-frammentazzjoni tax-xenarju tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi, b'reazzjoni għall-ħtieġa dejjem tikber li tiġi indirizzata b'mod konġunt il-kriminalità transfruntiera, bħat-traffikar tad-droga, iċ-ċiberkriminalità, it-traffikar tal-bnedmin, u t-terroriżmu. Sabiex il-Punti Uniċi ta' Kuntatt ikunu jistgħu jissodisfaw b'mod effettiv il-funzjonijiet ta' koordinazzjoni tagħhom fir-rigward tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni għal finijiet ta' infurzar tal-liġi skont din id-Direttiva, jenħtieġ li huma jiġu assenjati għadd ta' kompiti speċifiċi u minimi u jkollhom ukoll ċerti kapaċitajiet minimi. |
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Premessa 21
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Dawk il-kapaċitajiet tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt jenħtieġ li jinkludu l-aċċess għall-informazzjoni kollha disponibbli fl-Istat Membru tagħhom stess, inkluż billi jkollhom aċċess faċli għall-utenti għall-bażijiet tad-data u l-pjattaformi rilevanti kollha tal-Unjoni u internazzjonali, f'konformità mal-modalitajiet speċifikati fid-dritt tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali applikabbli. Sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, speċjalment dawk dwar il-limiti ta' żmien, jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt jiġu pprovduti b'riżorsi adegwati, inklużi kapaċitajiet adegwati ta' traduzzjoni, u jiffunzjonaw il-ħin kollu. F'dak ir-rigward, il-fatt li jkun hemm front desk li jkun jista' jiskrinja, jipproċessa u jidderieġi t-talbiet għal informazzjoni li jidħlu jista' jżid l-effiċjenza u l-effettività tagħhom. Jenħtieġ li dawk il-kapaċitajiet jinkludu wkoll li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, il-ħin kollu, awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti biex jagħtu l-awtorizzazzjonijiet ġudizzjarji meħtieġa. Fil-prattika, dan jista' jsir, pereżempju, billi tiġi żgurata l-preżenza fiżika jew id-disponibbiltà funzjonali ta' tali awtoritajiet ġudizzjarji, jew fil-bini tal-Punt Uniku ta' Kuntatt jew inkella direttament disponibbli fuq sejħa. |
(21) Dawk il-kapaċitajiet tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt jenħtieġ li jinkludu l-aċċess għall-informazzjoni kollha disponibbli fl-Istat Membru tagħhom stess, inkluż billi jkollhom aċċess faċli għall-utenti għall-bażijiet tad-data u l-pjattaformi rilevanti kollha tal-Unjoni u internazzjonali, f'konformità mal-modalitajiet speċifikati fid-dritt tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali applikabbli. Sabiex ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, speċjalment dawk dwar il-limiti ta' żmien, jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt jiġu pprovduti b'riżorsi adegwati f'termini ta' baġit u persunal, inklużi kapaċitajiet adegwati ta' traduzzjoni, u jiffunzjonaw il-ħin kollu. F'dak ir-rigward, il-fatt li jkun hemm front desk li jkun jista' jiskrinja, jipproċessa u jidderieġi t-talbiet għal informazzjoni li jidħlu jista' jżid l-effiċjenza u l-effettività tagħhom. Jenħtieġ li dawk il-kapaċitajiet jinkludu wkoll li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, il-ħin kollu, awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti biex jagħtu l-awtorizzazzjonijiet ġudizzjarji meħtieġa. Fil-prattika, dan jista' jsir, pereżempju, billi tiġi żgurata l-preżenza fiżika jew id-disponibbiltà funzjonali ta' tali awtoritajiet ġudizzjarji, jew fil-bini tal-Punt Uniku ta' Kuntatt jew inkella direttament disponibbli fuq sejħa. |
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Premessa 22
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'mod effettiv il-funzjonijiet ta' koordinazzjoni tagħhom skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi, li l-involviment tagħhom ikun meħtieġ għall-iskambju adegwat u rapidu ta' informazzjoni skont din id-Direttiva. Filwaqt li huwa f'idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni preċiżi meħtieġa biex jiġi ssodisfat dak ir-rekwiżit, tali rappreżentanti jistgħu jinkludu l-pulizija, id-dwana u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi kompetenti għall-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati kriminali, kif ukoll punti ta' kuntatt possibbli għall-uffiċċji reġjonali u bilaterali, bħall-uffiċjali ta' kollegament u l-attachés issekondati jew stazzjonati fi Stati Membri oħrajn u aġenziji rilevanti tal-Unjoni għall-infurzar tal-liġi, bħall-Europol. Madankollu, fl-interess ta' koordinazzjoni effettiva, bħala minimu, jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-unità nazzjonali tal-Europol, tal-Uffiċċju SIRENE, tal-unità tal-informazzjoni dwar il-passiġġieri u tal-Uffiċċju Ċentrali Nazzjonali tal-Interpol, kif stabbilit skont il-leġiżlazzjoni rilevanti u minkejja li din id-Direttiva ma tkunx applikabbli għall-iskambji ta' informazzjoni speċifikament regolati minn tali leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(22) Sabiex ikunu jistgħu jwettqu b'mod effettiv il-funzjonijiet ta' koordinazzjoni tagħhom skont din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt ikunu magħmula minn persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi, li l-involviment tagħhom ikun meħtieġ għall-iskambju adegwat u rapidu ta' informazzjoni skont din id-Direttiva. Filwaqt li huwa f'idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni preċiżi meħtieġa biex jiġi ssodisfat dak ir-rekwiżit, jenħtieġ li l-pulizija, id-dwana u awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-infurzar tal-liġi responsabbli għall-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati kriminali u punti ta' kuntatt possibbli għall-uffiċċji reġjonali u bilaterali, bħall-uffiċjali ta' kollegament u l-attachés issekondati jew stazzjonati fi Stati Membri oħrajn u aġenziji rilevanti tal-Unjoni għall-infurzar tal-liġi, bħall-Europol, ikunu jistgħu jiġu rrappreżentati fil-Punti Uniċi ta' Kuntatt. Madankollu, fl-interess ta' koordinazzjoni effettiva, bħala minimu, jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt ikunu magħmula minn rappreżentanti tal-unità nazzjonali tal-Europol, tal-Uffiċċju SIRENE, tal-unità tal-informazzjoni dwar il-passiġġieri u tal-Uffiċċju Ċentrali Nazzjonali tal-Interpol, kif stabbilit skont il-leġiżlazzjoni rilevanti jew ftehim internazzjonali u minkejja li din id-Direttiva ma tkunx applikabbli għall-iskambji ta' informazzjoni speċifikament regolati minn tali leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Premessa 22a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22a) Minħabba r-rekwiżiti speċifiċi tal-kooperazzjoni transfruntiera fl-infurzar tal-liġi, inkluż it-trattament ta' informazzjoni sensittiva f'dak il-kuntest, huwa essenzjali li l-persunal tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt u tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi jkollhom l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom b'mod effiċjenti. Għal dik ir-raġuni, il-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi fil-Punt Uniku ta' Kuntatt nazzjonali jenħtieġ li jiġi offrut korsijiet ta' taħriġ regolari fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet professjonali u l-isfondi speċifiċi tagħhom u jiffaċilita l-kuntatt tagħhom ma' Punti Uniċi ta' Kuntatt u ma' awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi minn Stati Membri oħrajn. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-oqsma tal-ipproċessar tad-data, lill-għoti ta' għarfien dwar il-qafas legali tal-Unjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, b'enfasi partikolari fuq il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi u l-protezzjoni tad-data, u lill-lingwi barranin, bil-ħsieb li jgħinu biex jingħelbu l-ostakli lingwistiċi f'Ewropa dejjem aktar diversa. Għall-fini li jipprovdu dawk il-korsijiet ta' taħriġ, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw ukoll il-korsijiet ta' taħriġ u l-għodod rilevanti offruti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), il-possibbiltà li l-persunal tal-infurzar tal-liġi jqatta' ġimgħa fl-Europol, u offerti rilevanti magħmula minn programmi u proġetti ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, bħall-programm ta' skambju tas-CEPOL. |
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Premessa 22b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22b) Minbarra l-ħiliet tekniċi u l-għarfien legali, il-fiduċja reċiproka u l-fehim komuni huma prerekwiżiti għal kooperazzjoni transfruntiera effettiva fl-infurzar tal-liġi. Il-kuntatti personali miksuba permezz ta' operazzjonijiet konġunti u l-kondiviżjoni tal-għarfien espert jiffaċilitaw il-bini tal-fiduċja u l-iżvilupp ta' kultura komuni tal-Unjoni fil-qasam tal-pulizija. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu t-twettiq ta' aktar operazzjonijiet konġunti, taħriġ tattiku u tekniku konġunt u skambji tal-persunal li jiffukaw fuq it-trasferiment tal-għarfien dwar il-metodi ta' ħidma, l-approċċi investigattivi u l-istrutturi organizzattivi tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi fi Stati Membri oħrajn. |
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Premessa 22c (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22c) Biex tiżdied il-parteċipazzjoni fil-korsijiet ta' taħriġ għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi fi ħdan il-Punti Uniċi ta' Kuntatt u biex titjieb l-attraenza ta' ssekondar f'Punt Uniku ta' Kuntatt jew ta' parteċipazzjoni f'operazzjonijiet transfruntiera konġunti, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll inċentivi speċifiċi għall-persunal. |
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Premessa 23
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Il-varar u t-tħaddim ta' Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet elettronika unika li jkollha ċerti funzjonijiet u kapaċitajiet minimi mill-Punti Uniċi ta' Kuntatt huma meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva b'mod effettiv u effiċjenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tal-informazzjoni. |
(23) Il-varar u t-tħaddim ta' Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet elettronika unika li sservi ta' repożitorju u li jkollha ċerti funzjonijiet u kapaċitajiet minimi, mill-Punti Uniċi ta' Kuntatt, huma meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva b'mod effettiv u effiċjenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin tal-informazzjoni. Is-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet jenħtieġ li taħżen l-informazzjoni pprovduta lill-Punt Uniku ta' Kuntattu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-infurzar tal-liġi u t-talbiet għal informazzjoni mibgħuta minn Stati Membri oħrajn lill-Punt Uniku ta' Kuntatt. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi rikjedenti jenħtieġ li jipproċessaw id-data personali maħżuna fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet f'konformità mad-Direttiva (UE) 2016/680 u malajr kemm jista' jkun sabiex jillimitaw il-ħżin doppju tad-data għall-minimu strett. Meta ma jkunx aktar meħtieġ u proporzjonat li dik id-data tiġi pproċessata, jenħtieġ li din titħassar b'mod irrevokabbli mis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet. |
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Premessa 23a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23a) Sabiex tħeġġeġ il-kooperazzjoni prattika skont din id-Direttiva u trawwem kultura komuni Ewropea tal-pulizija bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni torganizza laqgħat regolari tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt, mill-inqas darba fis-sena. Dawk il-laqgħat jenħtieġ li jiffaċilitaw il-kondiviżjoni ta' prattiki tajba fil-qasam tal-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet ta' din id-Direttiva. |
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Premessa 24
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Sabiex ikunu jistgħu jsiru l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni meħtieġa tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jiġbru u jipprovdu kull sena ċerta data lill-Kummissjoni. Dan ir-rekwiżit huwa meħtieġ, b'mod partikolari, biex jirrimedja n-nuqqas ta' data komparabbli li tikkwantifika l-iskambji ta' informazzjoni rilevanti u jiffaċilita wkoll l-obbligu ta' rapportar tal-Kummissjoni. |
(24) Sabiex ikunu jistgħu jsiru l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni meħtieġa tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jiġbru u jipprovdu kull sena ċerta data lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dan ir-rekwiżit huwa meħtieġ, b'mod partikolari, biex jirrimedja n-nuqqas ta' data komparabbli li tikkwantifika l-iskambji ta' informazzjoni transfruntiera rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi u jiffaċilita wkoll l-obbligu ta' rapportar tal-Kummissjoni rigward l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Premessa 25
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) In-natura transfruntiera tal-kriminalità u tat-terroriżmu tirrikjedi li l-Istati Membri jiddependu fuq xulxin biex jindirizzaw tali reati kriminali. Flussi ta' informazzjoni adegwati u rapidi bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi u l-Europol ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu weħidhom. Minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, dan jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment ta' regoli komuni dwar l-iskambju ta' informazzjoni. B'hekk, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
(25) In-natura transfruntiera tal-kriminalità u tat-terroriżmu tirrikjedi li l-Istati Membri jiddependu fuq xulxin biex jipprevjenu, isibu jew jinvestigaw tali reati kriminali. L-esperjenza wriet li flussi ta' informazzjoni adegwati u rapidi bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-infurzar tal-liġi u l-Europol ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri li jaġixxu weħidhom. Minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, dan jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni permezz tal-istabbiliment ta' regoli komuni u kultura komuni dwar l-iskambju ta' informazzjoni u permezz ta' għodod u mezzi ta' komunikazzjoni moderni. B'hekk, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Premessa 25a (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25a) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u ta opinjoni fis-7 ta' Marzu 2022. |
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Premessa 25b (ġdida)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25b) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tissalvagwardja u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta"), b'mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali kif previst mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, kif ukoll mill-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament ikun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ u proporzjonat u soġġett għal kundizzjonijiet ċari, rekwiżiti stretti u superviżjoni effettiva mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, f'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom. |
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, fejn meħtieġ, għall-fini tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati kriminali. |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli armonizzati għall-iskambju adegwat u rapidu ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, fejn meħtieġ u proporzjonat, għall-fini tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati kriminali. |
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) talbiet għal informazzjoni sottomessi lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt stabbiliti jew maħtura mill-Istati Membri, b'mod partikolari dwar il-kontenut ta' tali talbiet, il-limiti ta' żmien obbligatorji għall-għoti tal-informazzjoni mitluba, ir-raġunijiet għar-rifjut ta' tali talbiet u l-mezz ta' komunikazzjoni li għandu jintuża b'rabta ma' tali talbiet; |
(a) talbiet għal informazzjoni sottomessi lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt maħtura mill-Istati Membri, b'mod partikolari dwar il-kontenut ta' tali talbiet, l-għoti ta' informazzjoni skont tali talbiet, il-lingwi ta' ħidma tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt il-limiti ta' żmien obbligatorji għall-għoti tal-informazzjoni mitluba u r-raġunijiet għar-rifjut ta' tali talbiet u l-obbligi li l-informazzjoni skorretta tiġi kkoreġuta u li l-informazzjoni li tingħata tkun verifikata; |
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-għoti fuq inizjattiva proprja tal-informazzjoni rilevanti lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn, b'mod partikolari s-sitwazzjonijiet u l-mod li bih għandha tiġi pprovduta tali informazzjoni; |
(b) l-għoti fuq inizjattiva proprja tal-informazzjoni rilevanti lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn, b'mod partikolari s-sitwazzjonijiet u l-mod li bih għandha tiġi pprovduta tali informazzjoni; |
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-mezz ta' komunikazzjoni li għandu jintuża għall-iskambji kollha ta' informazzjoni u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt b'rabta mal-iskambji ta' informazzjoni direttament bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri; |
(c) il-mezz uniku ta' komunikazzjoni li għandu jintuża għall-iskambji kollha ta' informazzjoni skont din id-Direttiva u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt b'rabta mal-iskambji ta' informazzjoni direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri; |
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) l-istabbiliment, il-kompiti, il-kompożizzjoni u l-kapaċitajiet tal-Punt Uniku ta' Kuntatt, inkluż dwar il-varar ta' Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet elettronika unika għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. |
(d) il-ħatra, l-organizzazzjoni, il-kompiti, il-kompożizzjoni u l-kapaċitajiet tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt tal-Istati Membri, inkluż dwar il-varar u t-tħaddim ta' Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet elettronika unika għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont din id-Direttiva; |
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal skambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri għall-fini tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati kriminali li huma speċifikament regolati minn atti oħrajn tad-dritt tal-Unjoni. |
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal skambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri għall-fini tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati kriminali, meta dawk l-iskambji huma speċifikament regolati minn atti oħrajn tad-dritt tal-Unjoni jew għal skambji ta' informazzjoni għall-fini tal-prosekuzzjoni ta' reati kriminali. |
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jiksbu informazzjoni permezz ta' miżuri koerċittivi, meħuda f'konformità mal-liġi nazzjonali, bl-iskop li din tiġi pprovduta lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn; |
(a) jiksbu informazzjoni permezz ta' miżuri koerċittivi bl-iskop li din tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn; |
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jaħżnu informazzjoni għall-iskop imsemmi fil-punt (a); |
(b) jaħżnu kwalunkwe informazzjoni għall-iskop li jipprovduha lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn; |
Emenda 45
Emenda ta' kompromess li tissostitwixxi l-Emenda/i: 43, 192
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn sabiex tintuża bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji |
(c) jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn sabiex tintuża bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji. |
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Din id-Direttiva ma tistabbilixxi l-ebda dritt li l-informazzjoni pprovduta f'konformità ma' din id-Direttiva tintuża bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji. |
4. Din id-Direttiva ma tistabbilixxi l-ebda dritt li l-informazzjoni pprovduta f'konformità ma' din id-Direttiva tintuża bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji. Fejn Stat Membru rikjedenti jixtieq juża informazzjoni miksuba skont din id-Direttiva bħala evidenza fi proċedimenti ġudizzjarji, huwa għandu jikseb il-kunsens tal-Istat Membru rikjest għal tali użu permezz ta' strumenti eżistenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri. Meta l-Istat Membru rikjest jagħti l-kunsens tiegħu għal tali użu fil-mument li jittrażmetti l-informazzjoni, l-Istat Membru rikjedenti għandu jitħalla juża l-informazzjoni kif xieraq. |
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) "awtorità tal-infurzar tal-liġi" tfisser kwalunkwe awtorità tal-Istati Membri kompetenti skont il-liġi nazzjonali għall-fini tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati kriminali; |
(1) "awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi" tfisser kwalunkwe awtorità tal-pulizija, tad-dwana jew oħrajn tal-Istati Membri kompetenti skont il-liġi nazzjonali biex teżerċita awtorità u tieħu miżuri koerċittivi għall-fini tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati kriminali; |
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) "reati kriminali" tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin: |
(2) "reati kriminali serji" tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin: |
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) ir-reati fiskali relatati ma' taxxi diretti u indiretti, kif stipulat fil-liġi nazzjonali; |
imħassar |
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) "informazzjoni" tfisser kwalunkwe kontenut li jikkonċerna persuna fiżika waħda jew aktar, fatti jew ċirkostanzi rilevanti għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi b'rabta mal-eżerċitar tal-kompiti tagħhom skont il-liġi nazzjonali tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati kriminali; |
(3) "informazzjoni" tfisser kwalunkwe kontenut li jikkonċerna persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar, fatti jew ċirkostanzi rilevanti għall-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi għall-fini tal-eżerċizzar tal-kompiti tagħhom skont il-liġi nazzjonali tal-prevenzjoni, is-sejbien jew l-investigazzjoni ta' reati kriminali; |
Emenda 51
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) informazzjoni "disponibbli" tfisser informazzjoni li tinżamm jew mill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew inkella mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjest, jew informazzjoni li dawk il-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew dawk l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jistgħu jiksbu mingħand awtoritajiet pubbliċi oħrajn jew mingħand partijiet privati stabbiliti f'dak l-Istat Membru mingħajr miżuri koerċittivi; |
imħassar |
Emenda 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) "SIENA" tfisser l-applikazzjoni ta' network għall-iskambju sikur ta' informazzjoni, ġestita mill-Europol, immirata biex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Europol; |
imħassar |
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) "data personali" tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
(6) "data personali" tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/680. |
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) kwalunkwe informazzjoni rilevanti disponibbli għall-Punt Uniku ta' Kuntatt jew għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tiġi pprovduta lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn ("il-prinċipju tad-disponibbiltà"); |
(a) kwalunkwe informazzjoni rilevanti disponibbli għall-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew għall-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, jiġifieri informazzjoni li huma jistgħu jaċċessaw direttament jew li jistgħu jiksbu mingħand awtoritajiet pubbliċi oħrajn jew mingħand partijiet privati stabbiliti f'dak l-Istat Membru mingħajr miżuri koerċittivi skont il-liġi nazzjonali, tiġi pprovduta lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn ("il-prinċipju tad-disponibbiltà"); |
Emenda 55
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-kundizzjonijiet biex tintalab l-informazzjoni mingħand il-Punt Uniku ta' Kuntatt jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn, u dawk biex tiġi pprovduta informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt u lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn, ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli sabiex tintalab informazzjoni simili mingħand l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom stess u sabiex tiġi pprovduta lilhom ("il-prinċipju tal-aċċess ekwivalenti"); |
(b) il-kundizzjonijiet biex tintalab l-informazzjoni mingħand il-Punt Uniku ta' Kuntatt jew l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn u biex tiġi pprovduta lilhom, ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli sabiex tintalab informazzjoni simili f'kuntest simili mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom stess u sabiex tiġi pprovduta lilhom għall-istess finijiet f'każ nazzjonali simili ("il-prinċipju tal-aċċess ekwivalenti"); |
Emenda 56
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) l-informazzjoni pprovduta lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor li tkun immarkata bħala kunfidenzjali tiġi protetta minn dawk l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru li joffri livell simili ta' kunfidenzjalità ("il-prinċipju tal-kunfidenzjalità"). |
(c) l-informazzjoni pprovduta lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor li tkun immarkata bħala kunfidenzjali tiġi protetta mill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru li joffri livell simili ta' kunfidenzjalità ("il-prinċipju tal-kunfidenzjalità"). |
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) l-informazzjoni pprovduta lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew skambjata mod ieħor fis-sens ta' din id-Direttiva, li tirriżulta żbaljata, mhux preċiża jew mhux aġġornata, tiġi kkorreġuta jew imħassra kif xieraq, u kwalunkwe korrezzjoni jew tħassir jiġu mgħarrfa lir-riċevituri kollha mingħajr dewmien. |
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom u, fejn ikunu ddeċidew hekk, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jissottomettu talbiet għal informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt ta' Stati Membri oħrajn f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 5. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom u, fejn ikunu ddeċidew hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom jissottomettu talbiet għal informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt ta' Stati Membri oħrajn f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 5. |
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta Stat Membru jkun iddeċieda li, minbarra l-Punt Uniku ta' Kuntatt tiegħu, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tiegħu jistgħu wkoll jissottomettu talbiet għal informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt ta' Stati Membri oħrajn, huwa għandu jiżgura li dawk l-awtoritajiet jibagħtu, fl-istess ħin li jissottomettu tali talbiet, kopja ta' dawk it-talbiet, u ta' kwalunkwe komunikazzjoni oħra relatata magħhom, lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' dak l-Istat Membru. |
Meta Stat Membru jkun ippreveda fil-liġi nazzjonali li, minbarra l-Punt Uniku ta' Kuntatt tiegħu, l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tiegħu jistgħu wkoll jissottomettu talbiet għal informazzjoni direttament lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt ta' Stati Membri oħrajn, huwa għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi u, fejn meħtieġ, jinnotifikaha bi kwalunkwe bidla fiha. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi kollha u kwalunkwe bidla fiha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-awtoritajiet jibagħtu, fl-istess ħin li jissottomettu tali talbiet, kopja ta' dawk it-talbiet, u ta' kwalunkwe komunikazzjoni oħra relatata magħhom, lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' dak l-Istat Membru. |
Emenda 60
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-informazzjoni mitluba tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjest. |
(b) l-informazzjoni mitluba tkun disponibbli għall-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' dak l-Istat Membru; |
Emenda 61
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Kwalunkwe talba għal informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' Stat Membru ieħor għandha tispeċifika jekk hijiex urġenti jew le. |
3. Kwalunkwe talba għal informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' Stat Membru ieħor li tikkonċerna reat kriminali serju għandha tispeċifika u tiġġustifika jekk hijiex urġenti jew le. |
Emenda 62
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) meħtieġa sabiex jiġu protetti l-interessi vitali ta' persuna li jkunu f'riskju imminenti; |
(b) meħtieġa sabiex tiġi evitata theddida imminenti għall-ħajja jew għall-integrità fiżika ta' persuna; |
Emenda 63
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) f'riskju imminenti li titlef ir-rilevanza jekk ma tiġix ipprovduta b'mod urġenti. |
(d) f'riskju imminenti li titlef ir-rilevanza jekk ma tiġix ipprovduta b'mod urġenti u l-informazzjoni tkun meqjusa ta' importanza vitali. |
Emenda 64
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. It-talbiet għal informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' Stat Membru ieħor għandu jkun fihom l-ispjegazzjonijiet kollha meħtieġa biex jippermettu l-ipproċessar adegwat u rapidu tagħhom f'konformità ma' din id-Direttiva, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin: |
4. It-talbiet għal informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' Stat Membru ieħor għandu jkun fihom id-dettalji kollha meħtieġa biex jippermettu l-ipproċessar adegwat u rapidu tagħhom f'konformità ma' din id-Direttiva, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin: |
Emenda 65
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) ir-raġunijiet oġġettivi li skonthom huwa maħsub li l-informazzjoni mitluba hija disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjest; |
(c) ir-raġunijiet oġġettivi li skonthom huwa maħsub li l-informazzjoni mitluba hija disponibbli għall-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' dak l-Istat Membru; |
Emenda 66
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) ir-raġunijiet li għalihom it-talba titqies bħala urġenti, fejn applikabbli. |
(e) ir-raġunijiet li għalihom it-talba titqies bħala urġenti, fejn applikabbli, f'konformità mal-paragrafu 3. |
Emenda 67
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Soġġetti għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u għall-Artikolu 6(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jipprovdi l-informazzjoni mitluba f'konformità mal-Artikolu 4 mill-aktar fis possibbli u, fi kwalunkwe każ, fil-limiti ta' żmien li ġejjin, kif applikabbli: |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jipprovdi l-informazzjoni mitluba f'konformità mal-Artikolu 4 mill-aktar fis possibbli u, fi kwalunkwe każ, fil-limiti ta' żmien li ġejjin, kif applikabbli: |
Emenda 68
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tmien sigħat, għal talbiet urġenti relatati ma' informazzjoni li tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjest mingħajr ma jkollhom bżonn jiksbu awtorizzazzjoni ġudizzjarja; |
(a) tmien sigħat għal talbiet urġenti relatati ma' informazzjoni li tikkonċerna reat kriminali serju li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tal-Istat Membru rikjest jista' jaċċessa direttament mingħajr ma jkollu bżonn jikseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja; |
Emenda 69
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tlett ijiem kalendarji, għal talbiet urġenti relatati ma' informazzjoni li tkun disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjest soġġett għal rekwiżit li tinkiseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja; |
(b) tliet ijiem kalendarji għal talbiet urġenti relatati ma' informazzjoni li tikkonċerna reat kriminali serju li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tal-Istat Membru rikjest jista': |
Emenda 70
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b – punt i (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(i) jaċċessa direttament iżda soġġett għal rekwiżit li tinkiseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja u tkun relatata ma' informazzjoni dwar reat kriminali serju; |
Emenda 71
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b – punt ii (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ii) jikseb mingħand awtoritajiet pubbliċi oħra jew mingħand partijiet privati stabbiliti f'dak l-Istat Membru mingħajr miżuri koerċittivi skont il-liġi nazzjonali mingħajr awtorizzazzjoni ġudizzjarja; |
Emenda 72
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) ħamest ijiem kalendarji għal talbiet urġenti relatati ma' informazzjoni li tikkonċerna reat kriminali serju li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tal-Istat Membru rikjest jista' jikseb mingħand awtoritajiet pubbliċi oħrajn jew mingħand partijiet privati stabbiliti f'dak l-Istat Membru mingħajr miżuri koerċittivi skont il-liġi nazzjonali u li hija soġġetta għal rekwiżit li tinkiseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja; |
Emenda 73
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) sebat ijiem kalendarji, għat-talbiet kollha li ma humiex urġenti. |
(c) sebat ijiem kalendarji, għat-talbiet kollha li ma humiex urġenti u li ma jeħtiġux awtorizzazzjoni ġudizzjarja. |
Emenda 74
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) għaxart ijiem kalendarji għat-talbiet kollha li ma humiex urġenti u li jeħtieġu awtorizzazzjoni ġudizzjarja. |
Emenda 75
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-perjodi ta' żmien stipulati fl-ewwel subparagrafu għandhom jibdew fil-mument li tasal it-talba għall-informazzjoni. |
Il-limiti ta' żmien stipulati fl-ewwel subparagrafu għandhom jibdew fil-mument li tasal it-talba għall-informazzjoni. |
Emenda 76
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta skont il-liġi nazzjonali tiegħu f'konformità mal-Artikolu 9 l-informazzjoni mitluba tkun disponibbli biss wara li tkun inkisbet awtorizzazzjoni ġudizzjarja, l-Istat Membru rikjest jista' jiddevja mil-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 1 sa fejn ikun meħtieġ biex tinkiseb tali awtorizzazzjoni. |
2. Meta, skont il-liġi nazzjonali tiegħu f'konformità mal-Artikolu 9, l-informazzjoni mitluba tkun disponibbli biss wara li tkun inkisbet awtorizzazzjoni ġudizzjarja, l-Istat Membru rikjest jista' jiddevja mil-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafu (1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (b) u (ca), kif applikabbli, sa fejn ikun meħtieġ biex tinkiseb tali awtorizzazzjoni. |
Emenda 77
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt i
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) jinforma minnufih lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew, fejn applikabbli, lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti dwar id-dewmien mistenni, filwaqt li jispeċifika t-tul tad-dewmien mistenni u r-raġunijiet għal dan; |
(i) jinforma minnufih lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti dwar id-dewmien mistenni, filwaqt li jispeċifika t-tul tad-dewmien mistenni u r-raġunijiet għal dan; |
Emenda 78
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jipprovdi l-informazzjoni mitluba f'konformità mal-Artikolu 4 lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew, fejn applikabbli, lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti, bil-lingwa li biha ġiet sottomessa dik it-talba għal informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 4(5). |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jipprovdi l-informazzjoni mitluba f'konformità mal-Artikolu 4 lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti, bil-lingwa li biha ġiet sottomessa dik it-talba għal informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 4(5). |
Emenda 79
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti, huwa jibgħat ukoll, fl-istess ħin, kopja tal-informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' dak l-Istat Membru. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jipprovdi l-informazzjoni mitluba lill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti, huwa jibgħat ukoll, fl-istess ħin, kopja tal-informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' dak l-Istat Membru. |
Emenda 80
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli għall-Punt Uniku ta' Kuntatt u għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjest; |
(a) l-informazzjoni mitluba ma tkunx disponibbli għall-Punt Uniku ta' Kuntatt u għall-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjest; |
Emenda 81
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) l-informazzjoni mitluba rriżultat mhux aġġornata jew mhux preċiża, u ma ġietx aġġornata jew ikkoreġġuta |
Emenda 82
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt db (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(db) it-talba għal informazzjoni ma tkunx speċifika biżżejjed u tkun teħtieġ li l-Punt Uniku ta' Kuntatt jipprovdi ammont kbir ta' informazzjoni mhux speċifika; |
Emenda 83
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e – punt i
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) imur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Istat Membru rikjest; |
(i) imur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà interna tal-Istat Membru rikjest; |
Emenda 84
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e – punt iii
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(iii) jikkaġuna ħsara bla bżonn lill-interessi vitali ta' persuna fiżika jew ġuridika. |
(iii) jikkaġuna ħsara bla bżonn lill-interessi vitali ta' persuna fiżika jew ġuridika jew jippreżenta theddida imminenti għall-ħajja jew l-integrità fiżika ta' persuna naturali; |
Emenda 85
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e – punt iiia (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(iiia) jintuża għal skopijiet politikament motivati jew għal ksur manifest tad-drittijiet fundamentali; |
Emenda 86
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta meta jivvalutaw talbiet ippreżentati lill-punti ta' kuntatt tagħhom minn Stat Membru li jkun soġġett għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1) jew (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
Emenda 87
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jinforma lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew, fejn applikabbli, lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti bir-rifjut, filwaqt li jispeċifika r-raġunijiet għar-rifjut, fil-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 5(1). |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jinforma lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew, fejn applikabbli, lill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi li talbet l-informazzjoni bir-rifjut, filwaqt li jispeċifika r-raġunijiet għar-rifjut, fil-limiti ta' żmien previsti fl-Artikolu 5(1). |
Emenda 88
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Punt Uniku ta' Kuntatt jew, fejn applikabbli, l-awtorità tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti li t-talba tiegħu jew tagħha għal informazzjoni tkun ġiet irrifjutata għandu jkollhom id-dritt li jipprovdu kjarifiki jew li jitolbu li tali deċiżjoni ta' rifjut tiġi vvalutata mill-ġdid. |
Emenda 89
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jitlob minnufih kjarifiki addizzjonali meħtieġa biex tiġi pproċessata talba għal informazzjoni li altrimenti kien ikollha tiġi rrifjutata mill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew, fejn applikabbli, mill-awtorità tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti. |
3. Fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jitlob minnufih kjarifiki addizzjonali meħtieġa biex tiġi pproċessata talba għal informazzjoni li inkella kien ikollha tiġi rrifjutata mill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew, fejn applikabbli, mill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti. |
Emenda 90
Proposta għal direttiva
Artikolu 6 – paragrafu 3 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 5(1) għandhom jiġu sospiżi mill-mument li l-Punt Uniku ta' Kuntatt jew, fejn applikabbli, l-awtorità tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti jirċievu t-talba għal kjarifiki, sal-mument li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tal-Istat Membru rikjest jirċievi l-kjarifiki. |
Il-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 5(1) għandhom jiġu sospiżi mill-mument li l-Punt Uniku ta' Kuntatt jew, fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru rikjedenti jirċievu t-talba għal kjarifiki, sal-mument li l-kjarifiki mitluba jiġu pprovduti. |
Emenda 91
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jipprovdu, fuq inizjattiva tagħhom stess, kwalunkwe informazzjoni disponibbli għalihom lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn, fejn ikun hemm raġunijiet oġġettivi biex jemmnu li tali informazzjoni tista' tkun rilevanti għal dak l-Istat Membru għall-iskop imsemmi fl-Artikolu 1(1). Madankollu, l-ebda obbligu bħal dan ma għandu jeżisti sa fejn japplikaw ir-raġunijiet imsemmija fil-punti (ċ), (d) jew (e) tal-Artikolu 6(1) fir-rigward ta' tali informazzjoni. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom jipprovdu, fuq inizjattiva tagħhom stess, kwalunkwe informazzjoni disponibbli għalihom lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn, fejn ikun hemm raġunijiet oġġettivi biex jemmnu li tali informazzjoni tista' tkun rilevanti għal dak l-Istat Membru għall-iskop imsemmi fl-Artikolu 1(1). Madankollu, l-ebda obbligu bħal dan ma għandu jeżisti sa fejn japplikaw ir-raġunijiet imsemmija fil-punti (ċ), (d) jew (e) tal-Artikolu 6(1) fir-rigward ta' tali informazzjoni. |
Emenda 92
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Ir-regoli previsti f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll meta, fuq talba ta' awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi, il-Punt Uniku ta' Kuntatt maħtur mill-Istat Membru ta' dik l-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi jipprovdi informazzjoni lil Punt Uniku ta' Kuntatt jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor. |
Emenda 93
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jipprovdu informazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess f'konformità mal-paragrafu 1, huma jagħmlu dan b'waħda mil-lingwi inklużi fil-lista stabbilita mill-Istat Membru rikjest u ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 11. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom jipprovdu informazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess f'konformità mal-paragrafu 1 jew 1a, huma jagħmlu dan b'waħda mil-lingwi inklużi fil-lista stabbilita mill-Istat Membru rikjest u ppubblikata f'konformità mal-Artikolu 11. |
Emenda 94
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jipprovdu tali informazzjoni lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor, huma jibagħtu wkoll, fl-istess ħin, kopja ta' dik l-informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' dak l-Istat Membru l-ieħor. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jipprovdi tali informazzjoni direttament lill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor, huwa jibgħat ukoll, fl-istess ħin, kopja ta' dik l-informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' dak l-Istat Membru l-ieħor. |
Emenda 95
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom jipprovdu tali informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor, huma jibagħtu wkoll, fl-istess ħin, kopja ta' dik l-informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt taż-żewġ Stati Membri kkonċernati. |
Emenda 96
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jissottomettu talbiet għal informazzjoni direttament lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor, il-Punti Uniċi ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jipprovdu, fl-istess ħin li jibagħtu tali talbiet, informazzjoni skont tali talbiet jew jibagħtu kwalunkwe komunikazzjoni oħra relatata magħhom, kopja tagħhom lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' dak l-Istat Membru l-ieħor, kif ukoll, meta l-konsenjatur ikun awtorità tal-infurzar tal-liġi, lill-Punt Uniku ta' Kuntatt tal-Istat Membru tiegħu stess. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi jissottomettu talbiet għal informazzjoni direttament lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor, il-Punti Uniċi ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom jipprovdu, fl-istess ħin li jibagħtu tali talbiet, informazzjoni skont tali talbiet jew jibagħtu kwalunkwe komunikazzjoni oħra relatata magħhom, kopja tagħhom lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' dak l-Istat Membru l-ieħor, kif ukoll, meta l-konsenjatur ikun awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi, lill-Punt Uniku ta' Kuntatt tal-Istat Membru tiegħu stess. |
Emenda 97
Proposta għal direttiva
Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom iwieġbu għat-talbiet skont il-paragrafu 1 fil-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 5(1), ħlief meta tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ġudizzjarja jew meta jkun japplika l-Artikolu 6(1). Fejn tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ġudizzjarja, l-Artikolu 5(2) għandu japplika mutatis mutandis. |
Emenda 98
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri ma għandhom jirrikjedu l-ebda awtorizzazzjoni ġudizzjarja għall-għoti ta' informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor skont il-Kapitoli II u III, fejn ma japplika l-ebda rekwiżit bħal dan fir-rigward tal-għoti simili ta' informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom stess jew lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom stess. |
1. L-Istati Membri ma għandhom jirrikjedu l-ebda awtorizzazzjoni ġudizzjarja għall-għoti ta' informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew lill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor skont il-Kapitoli II u III, fejn ma japplika l-ebda rekwiżit bħal dan fir-rigward tal-għoti tal-istess informazzjoni f'kuntest simili lill-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom stess jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom stess. |
Emenda 99
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn il-liġi nazzjonali tagħhom tkun tirrikjedi awtorizzazzjoni ġudizzjarja għall-għoti ta' informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor f'konformità mal-paragrafu 1, il-Punti Uniċi ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa minnufih, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, sabiex jiksbu tali awtorizzazzjoni ġudizzjarja mill-aktar fis possibbli. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn il-liġi nazzjonali tagħhom tkun tirrikjedi awtorizzazzjoni ġudizzjarja għall-għoti ta' informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew lill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stat Membru ieħor f'konformità mal-paragrafu 1, il-Punti Uniċi ta' Kuntatt tagħhom jieħu l-passi kollha meħtieġa minnufih, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, sabiex jiksbu tali awtorizzazzjoni ġudizzjarja mill-aktar fis possibbli u fil-limiti taż-żmien previsti fl-Artikolu 5(1). |
Emenda 100
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. It-talbiet għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati u deċiżi f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tal-awtorità ġudizzjarja kompetenti. |
3. It-talbiet għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu vvalutati u deċiżi f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru tal-awtorità ġudizzjarja kompetenti. |
Emenda 101
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jipprovdu informazzjoni skont il-Kapitoli II u III li tikkostitwixxi data personali: |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom jipprovdu informazzjoni skont il-Kapitoli II u III li tikkostitwixxi data personali: |
Emenda 102
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt i (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(-i) id-data personali tkun preċiża, kompleta u aġġornata; |
Emenda 103
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt i
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) il-kategoriji ta' data personali pprovduta jibqgħu limitati għal dawk elenkati fil-punt 2 tat-Taqsima B tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/794; |
(i) il-kategoriji ta' data personali pprovduta skont il-kategorija tas-suġġett tad-data jibqgħu limitati għal dawk elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/794 u meħtieġa u proporzjonati għall-ilħuq tal-iskop tat-talba; |
Emenda 104
Proposta għal direttiva
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ii
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(ii) il-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jipprovdu wkoll, fl-istess ħin u sa fejn ikun possibbli, l-elementi meħtieġa li jippermettu lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew lill-awtorità tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru l-ieħor jivvalutaw il-grad ta' akkuratezza, kompletezza u affidabbiltà tad-data personali, kif ukoll sa liema punt id-data personali tkun aġġornata. |
(ii) il-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom jipprovdu wkoll, fl-istess ħin u sa fejn ikun possibbli, l-elementi meħtieġa li jippermettu lill-Punt Uniku ta' Kuntatt jew lill-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru l-ieħor jivvalutaw il-grad ta' akkuratezza, kompletezza u affidabbiltà tad-data personali, kif ukoll sa liema punt id-data personali tkun aġġornata. |
Emenda 105
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata lista b'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li biha/bihom il-Punt Uniku ta' Kuntatt jista' jipprovdi informazzjoni fuq talba għal informazzjoni jew fuq inizjattiva tiegħu stess. Dik il-lista għandha tinkludi l-Ingliż. |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu aġġornata lista b'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li biha/bihom il-Punt Uniku ta' Kuntatt jista' jirċievi u jipprovdi informazzjoni fuq talba għal informazzjoni jew fuq inizjattiva tiegħu stess. Dik il-lista għandha tinkludi l-Ingliż. |
Emenda 106
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jibagħtu talbiet għal informazzjoni, jipprovdu informazzjoni skont tali talbiet, jipprovdu informazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess jew jibagħtu komunikazzjonijiet oħrajn relatati magħhom skont il-Kapitoli II u III, huma jibagħtu wkoll, fl-istess ħin, kopja tagħhom lill-Europol, sa fejn l-informazzjoni li magħha tkun relatata l-komunikazzjoni tkun tikkonċerna reati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom jibagħtu talbiet għal informazzjoni, jipprovdu informazzjoni skont tali talbiet, jipprovdu informazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess jew jibagħtu komunikazzjonijiet u informazzjoni rilevanti oħrajn relatati magħhom skont il-Kapitoli II u III, persunal ikkwalifikat mill-Punti Uniċi ta' Kuntatt tagħhom jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom jevalwaw ukoll, fuq bażi ta' każ b'każ, jekk ikunx meħtieġ li jibagħtu kopja tagħhom lill-Europol, sa fejn l-informazzjoni li magħha tkun relatata l-komunikazzjoni tkun tikkonċerna reati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794. |
Emenda 107
Proposta għal direttiva
Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-finijiet tal-ipproċessar u kwalunkwe restrizzjoni possibbli skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/794, jiġu kkomunikata kif dovut lill-Europol meta tiġi trażmessa l-informazzjoni skont il-paragrafu 1. |
Emenda 108
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-użu tas-SIENA |
Mezz sikur ta' komunikazzjoni |
Emenda 109
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jibagħtu talbiet għal informazzjoni, jipprovdu informazzjoni skont tali talbiet, jipprovdu informazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess jew jibagħtu komunikazzjonijiet oħrajn relatati magħhom skont il-Kapitoli II u III jew skont l-Artikolu 12, huma jagħmlu dan permezz tas-SIENA. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom jibagħtu talbiet għal informazzjoni, jipprovdu informazzjoni skont tali talbiet, jipprovdu informazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess jew jibagħtu komunikazzjonijiet oħrajn relatati magħhom skont il-Kapitoli II u III jew skont l-Artikolu 12, huma jagħmlu dan biss permezz tal-Applikazzjoni tan-Network għall-Iskambju Sikur ta' Informazzjoni tal-Europol (SIENA). |
Emenda 110
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom, kif ukoll l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kollha tagħhom li jistgħu jkunu involuti fl-iskambju ta' informazzjoni skont din id-Direttiva, ikunu direttament konnessi mas-SIENA. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom, kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi kollha tagħhom li jistgħu jkunu involuti fl-iskambju ta' informazzjoni skont din id-Direttiva, ikunu direttament konnessi mas-SIENA, inkluż, fejn xieraq, minn apparati mobbli. |
Emenda 111
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Stabbiliment, kompiti u kapaċitajiet |
Ħatra, kompiti u kapaċitajiet |
Emenda 112
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jaħtar Punt Uniku ta' Kuntatt nazzjonali wieħed, li għandu jkun l-entità ċentrali responsabbli għall-koordinazzjoni tal-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva. |
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar Punt Uniku ta' Kuntatt nazzjonali wieħed, li għandu jkun l-entità ċentrali responsabbli għall-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva. |
Emenda 113
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jingħata s-setgħa li jwettaq mill-inqas il-kompiti kollha li ġejjin: |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom ikollu r-riżorsi u jingħata s-setgħa u r-riżorsi biex iwettaq mill-inqas il-kompiti kollha li ġejjin: |
Emenda 114
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jirċievi u jevalwa t-talbiet għal informazzjoni; |
(a) jirċievi u jevalwa t-talbiet għal informazzjoni fil-lingwi nnotifikati skont l-Artikolu 11(2); |
Emenda 115
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jgħaddi t-talbiet għal informazzjoni lill-awtorità/awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali xierqa u, fejn meħtieġ, jikkoordinaw bejniethom l-ipproċessar ta' tali talbiet u l-għoti ta' informazzjoni fuq tali talbiet; |
(b) jgħaddi t-talbiet għal informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi xierqa u, fejn meħtieġ, jikkoordinaw bejniethom l-ipproċessar ta' tali talbiet u l-għoti ta' informazzjoni fuq tali talbiet; |
Emenda 116
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) janalizza u jistruttura l-informazzjoni bil-ħsieb li din tiġi pprovduta lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt u, fejn applikabbli, lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn; |
(c) janalizza u jistruttura l-informazzjoni bil-ħsieb li din tiġi pprovduta lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt u, fejn applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn; |
Emenda 117
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt d
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jipprovdi, fuq talba jew fuq inizjattiva tiegħu stess, informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt u, fejn applikabbli, lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn f'konformità mal-Artikoli 5 u 7; |
(d) jipprovdi, fuq talba jew fuq inizjattiva tiegħu stess, informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn f'konformità mal-Artikoli 5 u 7; |
Emenda 118
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom ikollu aċċess għall-informazzjoni kollha disponibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom, sa fejn ikun meħtieġ biex iwettaq il-kompiti tiegħu skont din id-Direttiva; |
(a) il-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom ikollu aċċess għall-informazzjoni kollha disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom, sa fejn ikun meħtieġ biex iwettaq il-kompiti tiegħu skont din id-Direttiva u f'konformità mar-regoli relatati mal-protezzjoni tad-data personali stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/680; |
Emenda 119
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jiġi pprovdut bil-persunal, ir-riżorsi u l-kapaċitajiet, inkluż għat-traduzzjoni, meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod adegwat u rapidu f'konformità ma' din id-Direttiva u, b'mod partikolari, il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 5(1); |
(c) il-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jiġi pprovdut bil-persunal ikkwalifikat, l-għodod operattivi sofistikati u r-riżorsi tekniċi, il-bini, l-infrastruttura, ir-riżorsi u l-kapaċitajiet finanzjarji, inkluż għat-traduzzjoni, meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod adegwat, effettiv u rapidu f'konformità ma' din id-Direttiva u, b'mod partikolari, il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 5(1); |
Emenda 120
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – titolu
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kompożizzjoni |
Organizzazzjoni, kompożizzjoni u taħriġ |
Emenda 121
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom b'tali mod li dan ikun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu skont din id-Direttiva b'mod effiċjenti u effettiv. |
1. Ma taffettwax il-verżjoni Maltija |
Emenda 122
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom ikun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi, li l-involviment tagħhom ikun meħtieġ għall-iskambju adegwat u rapidu ta' informazzjoni skont din id-Direttiva, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin sa fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun marbut bil-leġiżlazzjoni rilevanti biex jistabbilixxi jew jaħtar tali unitajiet jew uffiċċji: |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom ikun magħmul minn persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom, li l-involviment tagħhom ikun meħtieġ għall-iskambju adegwat u rapidu ta' informazzjoni skont din id-Direttiva, inklużi mill-inqas dawn li ġejjin sa fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun marbut bil-leġiżlazzjoni jew il-ftehim internazzjonali rilevanti biex jistabbilixxi tali unitajiet jew uffiċċji: |
Emenda 123
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-persunal li jaħdmu fil-Punt Uniku ta' Kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi jkunu kwalifikati kif xieraq għall-kompiti tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-persunal tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom fil-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom aċċess għal taħriġ adegwat u regolari, b'mod partikolari fir-rigward: |
|
(a) tal-ipproċessar tad-data; |
|
(b) tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni fl-oqsma tal-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità u tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-kooperazzjoni fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u l-mandat u l-objettivi tal-Europol għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12; |
|
(c) ta' lingwi barranin |
Emenda 124
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 2b (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. It-taħriġ imsemmi fil-paragrafu 2a jistgħu jinkludu: |
|
(a) korsijiet tal-lingwa, b'enfasi partikolari fuq l-Ingliż u l-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri li magħhom il-Punt Uniku ta' Kuntatt ikollu l-aktar skambji; |
|
(b) taħriġ tal-IT, inkluż dwar l-użu xieraq ta' software u bażijiet ta' data rilevanti; |
|
(c) ġimgħa prattika fil-Europol jew preżentazzjonijiet mill-uffiċjali ta' kollegament fil-Europol; |
|
(d) għodod u korsijiet ta' taħriġ rilevanti offruti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL). |
Emenda 125
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tirreġistra t-talbiet li jidħlu u li joħorġu għall-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 8, kif ukoll kwalunkwe komunikazzjoni oħra mal-Punti Uniċi ta' Kuntatt u, fejn applikabbli, mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn li tirrigwardja tali talbiet, inkluża l-informazzjoni dwar ir-rifjuti u t-talbiet għal u l-għoti tal-kjarifiki msemmija fl-Artikolu 6(2) u (3), rispettivament; |
(a) tirreġistra t-talbiet li jidħlu u li joħorġu għall-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 5 u 8, kif ukoll kwalunkwe komunikazzjoni oħra mal-Punti Uniċi ta' Kuntatt u, fejn applikabbli, mal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn li tirrigwardja tali talbiet, inkluża l-informazzjoni dwar ir-rifjuti, talbiet għall-valutazzjoni mill-ġdid tar-rifjuti, u t-talbiet għal u l-għoti tal-kjarifiki msemmija fl-Artikolu 6(2) u (3), rispettivament; |
Emenda 126
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tirreġistra l-komunikazzjonijiet bejn il-Punt Uniku ta' Kuntatt u l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi, skont il-punt (b) tal-Artikolu 15(2); |
(b) tirreġistra l-komunikazzjonijiet bejn il-Punt Uniku ta' Kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istat Membru tiegħu stess, skont il-punt (b) tal-Artikolu 15(2); |
Emenda 127
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) tirreġistra l-għoti ta' informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt u, fejn applikabbli, lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn f'konformità mal-Artikoli 5, 7 u 8; |
(c) tirreġistra l-għoti ta' informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt u, fejn applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi ta' Stati Membri oħrajn f'konformità mal-Artikoli 5, 7 u 8; |
Emenda 128
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe data personali pproċessata mill-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom tiġi inkluża fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet biss sakemm tkun meħtieġa u proporzjonata għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data personali u sussegwentement titħassar b'mod irrevokabbli. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f'konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 4(1) u mal-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/680, li kwalunkwe data personali pproċessata mill-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom tiġi inkluża fis-Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet biss sakemm tkun meħtieġa sabiex l-awtoritajiet kollha kkonċernati jniżżluha Ladarba tkun tniżżlet, id-data għandha titħassar b'mod irrevokabbli biex il-ħżin doppju ta' tali data jiġi limitat għall-minimu strett. Il-perjodu taż-żamma ma għandux jaqbeż l-erba' ġimgħat. |
Emenda 129
Proposta għal direttiva
Artikolu 16a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 16a |
|
Kooperazzjoni bejn il-Punti Uniċi ta' Kuntatt |
|
1. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni prattika bejn il-Punt Uniku ta' Kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom għall-finijiet ta' din id-Direttiva; |
|
2. Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat regolari bejn il-Punti Uniċi ta' Kuntatt, tal-anqas darba fis-sena, biex tappoġġa l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika relatata mal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. |
Emenda 130
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi statistika dwar l-iskambji ta' informazzjoni ma' Stati Membri oħrajn skont din id-Direttiva, sal-1 ta' Marzu ta' kull sena. |
1. Sal-1 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni statistika dwar l-iskambji ta' informazzjoni ma' Stati Membri oħrajn matul is-sena kalendarja preċedenti skont din id-Direttiva. |
Emenda 131
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-għadd ta' talbiet għal informazzjoni sottomessi mill-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom u mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom; |
(a) l-għadd ta' talbiet għal informazzjoni sottomessi mill-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom u, fejn rilevanti, mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom; |
Emenda 132
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-għadd ta' talbiet għal informazzjoni riċevuti u mwieġba mill-Punt Uniku ta' Kuntatt u mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom, diżaggregati skont jekk humiex urġenti jew le, u diżaggregati skont l-Istati Membri l-oħrajn li jirċievu l-informazzjoni; |
(b) l-għadd ta' talbiet għal informazzjoni riċevuti u mwieġba mill-Punt Uniku ta' Kuntatt u mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tagħhom, diżaggregati skont jekk humiex urġenti jew le, u diżaggregati skont l-Istati Membri l-oħrajn li jirċievu l-informazzjoni; |
Emenda 133
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-istatistika pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 u tagħmilha disponibbli għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill. |
Emenda 134
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha, sa [id-data tad-dħul fis-seħħ + 3 snin], tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
1. Il-Kummissjoni għandha, sa [id-data tad-dħul fis-seħħ + sentejn (2)], tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, li jkun fih informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għal kull Stat Membru. Fit-tfassil ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-effiċjenza tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-motivi li għalihom it-talbiet għal informazzjoni ġew irrifjutati, b'mod partikolari meta t-talba ma tidħolx fl-iskop tal-objettivi ta' din id-Direttiva, u l-konformità mad-dispożizzjonijet dwar il-protezzjoni tad-data u t-trasferiment tal-informazzjoni lill-Europol. |
Emenda 135
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha, sa [id-data tad-dħul fis-seħħ + 5 snin], tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effettività u l-effikaċja ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relatata mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-azzjonijiet ta' segwitu xierqa, inkluża, jekk tkun meħtieġa, proposta leġiżlattiva. |
2. Il-Kummissjoni għandha, sa [id-data tad-dħul fis-seħħ + 4 snin], u kull tliet snin wara dan, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effikaċja ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari l-impatt tagħha fuq il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, l-obbligi stipulati fl-Artikolu 14(3), il-punt (c), u l-protezzjoni tad-data personali. Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relatata mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż, fejn applikabbli, l-ostakli prattiċi li jxekklu l-implimentazzjoni effettiva tagħha. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-azzjonijiet ta' segwitu xierqa, inkluża, jekk tkun xierqa, proposta leġiżlattiva. |
Emenda 136
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa [id-data tad-dħul fis-seħħ + sentejn (2)]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet. |
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa [id-data tad-dħul fis-seħħ + 12-il xahar]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet. |
Emenda 137
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data. Madankollu, huma għandhom japplikaw l-Artikolu 13 minn [id-data tad-dħul fis-seħħ + 4 snin]. |
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data. Madankollu, huma għandhom japplikaw l-Artikolu 13 minn [id-data tad-dħul fis-seħħ + sentejn (2)]. |
NOTA SPJEGATTIVA
Fit-8 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal Direttiva dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI. Flimkien mal-proposti għal Regolament dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data għall-kooperazzjoni tal-pulizija ("Prüm II") u għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni operazzjonali tal-pulizija, il-leġiżlazzjoni proposta tifforma parti mill-"Kodiċi tal-UE dwar il-Kooperazzjoni tal-Pulizija".
L-objettiv tad-Direttiva proposta huwa li ssaħħaħ is-sigurtà interna fl-Unjoni billi tipprovdi regoli u proċeduri ċari kif ukoll perjodi ta' żmien għall-iskambju transfruntier ta' informazzjoni mill-pulizija u minn awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri. Barra minn hekk il-proposta ssaħħaħ ir-rwol tal-Europol fil-proċess billi tobbliga lill-awtoritajiet jużaw l-applikazzjoni ta' network għall-iskambju sikur ta' informazzjoni ("SIENA") tal-Aġenzija kif ukoll jibagħtu lill-Europol kopji tal-informazzjoni kollha relatata ma' reati li jaqgħu fl-ambitu tal-kompetenza tal-Europol.
Id-Direttiva proposta tibni fuq il-qafas legali eżistenti, jiġifieri l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985[1], b'mod partikolari fl-Artikoli 39 u 46 tagħha, u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI[2] ("Deċiżjoni Qafas Żvediża"), li ssostitwiet parzjalment dawn id-dispożizzjonijiet u introduċiet regoli ġodda għall-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri. Iż-żewġ liġijiet ilhom fis-seħħ għal aktar minn ħmistax-il sena iżda ma ntużawx għall-potenzjal sħiħ tagħhom minħabba diskrepanzi li ħolqu inċertezza legali fil-prattika.
Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex taġġorna l-qafas legali għall-iskambju ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi u biex tarmonizza r-regoli għal tali skambji, u b'hekk tiffaċilita u tiżgura skambji adegwati u rapidi ta' informazzjoni. Ir-rapporteur taqbel mal-elementi differenti tal-proposta iżda tipproponi għadd ta' bidliet u żidiet biex jitjieb it-test u jiżdied il-livell ta' ambizzjoni.
L-ewwel nett, ir-rapporteur tipproponi li l-kamp ta' applikazzjoni jiġi estiż mir-reati serji għar-reati kollha. Limitazzjoni għar-reati serji kif propost mill-Kummissjoni mhux talli tippermetti inqas skambji milli taħt id-Direttiva Qafas Żvediża, li tkopri r-reati kollha, iżda taffettwa wkoll l-interazzjoni bejn ir-Regolament Prüm II u d-Direttiva, peress li l-ewwel wieħed japplika għar-reati kollha u, għalhekk, l-awtoritajiet ma setgħux iserrħu fuq id-Direttiva meta jitolbu d-data effettiva jekk it-talba li għaliha rċevew "hit" meta fittxew fil-bażi tad-data ta' Stat Membru ieħor skont il-Prüm kienet tikkonċerna reat mhux serju.
It-tieni, biex jiġi żgurat skambju rapidu ta' informazzjoni, huwa ġustifikat li jiġu stabbiliti limiti ta' żmien armonizzati. Fl-istess ħin, huwa meħtieġ li dawk il-limiti ta' żmien jinżammu proporzjonati biex il-Punt Uniku ta' Kuntatt (SPoC) jew l-awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi jkunu jistgħu jipprovdu l-informazzjoni mitluba. Ir-rapporteur tqis li l-approċċ gradwali propost mill-Kummissjoni huwa ġustifikat iżda temmen li l-limiti ta' żmien għandhom jiġu rfinuti aktar u maqsuma f'ħames kategoriji, b'kunsiderazzjoni tal-urġenza tat-talba, it-tip ta' reat, il-livell ta' disponibbiltà (aċċess dirett jew indirett), u l-ħtieġa li tintalab awtorizzazzjoni ġudizzjarja. Għandha tingħata prijorità lit-talbiet urġenti relatati ma' informazzjoni li tikkonċerna reat serju, li tista' tiġi aċċessata direttament mill-SPoC/awtorità rikjesti (tmien sigħat), filwaqt li għaxart ijiem għandhom japplikaw għat-talbiet kollha mhux urġenti li jeħtieġu awtorizzazzjoni ġudizzjarja. Sabiex jiġi żgurat li t-talbiet trażmessi direttament lil awtorità kompetenti tal-infurzar tal-liġi fi Stat Membru ieħor jiġu ttrattati bl-istess livell ta' ħeġġa, ir-rapporteur barra minn hekk tipproponi li jiġu applikati l-istess limiti ta' żmien għal skambji diretti bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.
It-tielet, minħabba s-sensittività tad-data personali li se tiġi skambjata skont din id-Direttiva, huwa importanti li jiġi pprovdut qafas robust tal-protezzjoni tad-data. L-iskambji kollha skont din id-Direttiva jeħtieġ li jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/680 ("id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi"), bl-eċċezzjoni tal-ipproċessar ta' data mill-Europol, li għalih japplikaw ir-regoli speċifiċi tal-Europol stess dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/794. Huwa partikolarment importanti li l-Istati Membri jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 5 u l-Artikolu 4(1)(e) tad-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi, li jirrikjedu li huma għandhom jistabbilixxu limiti ta' żmien xierqa għall-ħżin ta' data u jiżguraw li d-data ma tinżammx f'forma li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal aktar minn kemm ikun meħtieġ għall-iskop tal-ipproċessar. Bi tweġiba għat-tħassib imqajjem mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fl-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz ta' leġiżlazzjoni, l-abbozz ta' rapport barra minn hekk jiċċara li l-kategoriji tad-data skambjati skont il-kategorija tas-suġġett tad-data jridu jkunu konformi mal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/794. Konsegwentement, il-kategoriji tad-data li jistgħu jiġu skambjati li jikkonċernaw lill-vittmi u lix-xhieda se jkunu aktar limitati minn dawk fuq is-suspettati.
Ir-raba', ir-rapporteur tixtieq tisħaq li l-fiduċja bejn l-awtoritajiet li jikkooperaw hija importanti għall-iskambji adegwati u rapidi ta' informazzjoni daqs l-istrutturi li jiffunzjonaw, il-mezzi sikuri ta' komunikazzjoni u l-limiti ta' żmien armonizzati. Il-fiduċja tinbena permezz ta' kuntatti personali, għarfien dwar l-istrutturi organizzazzjonali interni, il-metodi ta' ħidma u l-approċċi investigattivi. Għal dan l-għan, ir-rapporteur tqis li d-Direttiva għandha tħeġġeġ ukoll lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattika dwar il-kooperazzjoni eżistenti (bħal proġetti transfruntiera u ftehimiet bilaterali jew multilaterali rilevanti) u joffru taħriġ u programmi ta' skambju rilevanti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom. Għar-rappreżentanti tal-SPoCs, l-Istati Membri għandhom jiġu obbligati joffru taħriġ rilevanti. Dan jirrikjedi ż-żieda ta' bażi legali - il-punt (b) tal-Artikolu 87(2) - mad-Direttiva. L-Istati Membri huma mistiedna wkoll jindirizzaw ostakli prattiċi oħrajn li jiffaċċjaw l-uffiċjali tal-ewwel linja involuti f'operazzjonijiet transfruntiera fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Dawn jistgħu jvarjaw minn ostakli lingwistiċi għal nuqqas ta' aċċess mobbli għal mezzi sikuri ta' komunikazzjoni jew kopertura dgħajfa tan-network fir-reġjuni tal-fruntiera.
Finalment, ir-rapporteur tipproponi li jiġu introdotti l-bidliet li ġejjin:
in-notifika mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u l-pubblikazzjoni tal-listi tal-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi maħtura li jistgħu jibagħtu u jirċievu direttament talbiet għal informazzjoni;
id-disponibbiltà tas-SIENA fuq apparati mobbli biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-uffiċjali tal-ewwel linja, b'mod speċjali fir-reġjuni tal-fruntiera;
it-tqassir tal-perjodi ta' traspożizzjoni (12-il xahar) u ta' rapportar (sentejn u erba' snin).
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT (14.7.2022)
għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI
(COM(2021)0782 – C9‑0457/2021 – 2021/0411(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Caterina Chinnici
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) It-theddid tranżnazzjonali li jinvolvi attivitajiet kriminali jitlob rispons ikkoordinat, immirat u adattat. Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali li joperaw fil-prattika jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija ta' importanza kbira biex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti u effettiva, inkluż fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni. Barra minn hekk, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, b'mod partikolari, huma emblematiċi tar-rabta bejn is-sigurtà interna u esterna. Dan it-theddid huwa mifrux bejn il-fruntieri u jimmanifesta ruħu fi gruppi kriminali organizzati u terroristiċi li jinvolvu ruħhom f'firxa wiesgħa ta' attivitajiet kriminali. |
(1) It-theddid tranżnazzjonali li jinvolvi attivitajiet kriminali jitlob rispons ikkoordinat, immirat u adattat. Filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali li joperaw fil-prattika jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija ta' importanza kbira biex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti u effettiva, inkluż fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni. Minbarra l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, huwa importanti wkoll li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li dawk l-awtoritajiet ikomplu u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom mal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), skont ir-regoli eżistenti li jinsabu fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, fost l-oħrajn fir-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 883/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2017/1939 u (UE) 2019/1896. F'dak ir-rigward huwa wkoll vitali li l-Istati Membri jingħataw istruzzjonijiet biex jagħmlu użu aktar effettiv u regolari tal-blacklist tal-Unjoni u biex jikkondividu l-informazzjoni b'mod trasparenti sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji u r-riżorsi baġitarji tal-Unjoni b'mod aktar effettiv kontra l-frodi. Barra minn hekk, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, b'mod partikolari, huma emblematiċi tar-rabta bejn is-sigurtà interna u esterna. Dan it-theddid huwa mifrux bejn il-fruntieri u jimmanifesta ruħu fi gruppi kriminali organizzati u terroristiċi li jinvolvu ruħhom f'firxa wiesgħa ta' attivitajiet kriminali. |
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) F'żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, l-uffiċjali tal-pulizija fi Stat Membru wieħed jenħtieġ li jkollhom, fil-qafas tad-dritt tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali applikabbli, il-possibbiltà li jiksbu aċċess ekwivalenti għall-informazzjoni disponibbli għall-kollegi tagħhom fi Stat Membru ieħor. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jenħtieġ li jikkooperaw b'mod effettiv u awtomatiku madwar l-Unjoni. Għalhekk, komponent essenzjali tal-miżuri li jirfdu s-sigurtà pubblika f'żona interdipendenti mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni huwa l-kooperazzjoni tal-pulizija fuq l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi. L-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kriminalità u l-attivitajiet kriminali, inkluż it-terroriżmu, iservi l-objettiv ġenerali li tiġi protetta s-sigurtà ta' persuni fiżiċi. |
(2) F'żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni, l-uffiċjali tal-pulizija fi Stat Membru wieħed jenħtieġ li jkollhom, fil-qafas tad-dritt tal-Unjoni u tal-liġi nazzjonali applikabbli, il-possibbiltà li jiksbu aċċess ekwivalenti għall-informazzjoni disponibbli għall-kollegi tagħhom fi Stat Membru ieħor. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jenħtieġ li jikkooperaw b'mod effettiv u awtomatiku madwar l-Unjoni. Għalhekk, komponent essenzjali tal-miżuri li jirfdu s-sigurtà pubblika f'żona interdipendenti mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni huwa l-kooperazzjoni tal-pulizija fuq l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi. L-iskambju ta' informazzjoni dwar il-kriminalità u l-attivitajiet kriminali, inkluż it-terroriżmu, iservi l-objettiv ġenerali li tiġi protetta s-sigurtà ta' persuni fiżiċi. L-iskambju effettiv ta' informazzjoni jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra l-ekonomija sewda, il-kriminalità finanzjarja, il-frodi u l-ħasil tal-flus. |
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 11
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Filwaqt li jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt ta' kull Stat Membru fi kwalunkwe każ ikollhom il-possibbiltà li jissottomettu talbiet għal informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' Stat Membru ieħor, fl-interess tal-flessibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu li, barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jistgħu wkoll jissottomettu tali talbiet. Sabiex il-Punti Uniċi ta' Kuntatt ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet ta' koordinazzjoni tagħhom skont din id-Direttiva, madankollu huwa meħtieġ li, meta Stat Membru jieħu tali deċiżjoni, il-Punt Uniku ta' Kuntatt tiegħu jiġi mgħarraf bit-talbiet kollha li joħorġu bħal dawn, kif ukoll kwalunkwe komunikazzjoni relatata magħha, billi dejjem jiġi inkluż fil-korrispondenza. |
(11) Filwaqt li jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt ta' kull Stat Membru fi kwalunkwe każ ikollhom il-possibbiltà li jissottomettu talbiet għal informazzjoni lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' Stat Membru ieħor, fl-interess tal-flessibbiltà, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiddeċiedu li, barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jistgħu wkoll jissottomettu tali talbiet f'konformità mal-proċedura stabbilita f'qafas legali nazzjonali speċifiku. Sabiex il-Punti Uniċi ta' Kuntatt ikunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet ta' koordinazzjoni tagħhom skont din id-Direttiva, madankollu huwa meħtieġ li, meta Stat Membru jieħu tali deċiżjoni, il-Punt Uniku ta' Kuntatt tiegħu jiġi mgħarraf bit-talbiet kollha li joħorġu bħal dawn, kif ukoll kwalunkwe komunikazzjoni relatata magħha, billi dejjem jiġi inkluż fil-korrispondenza. |
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 16
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Huwa partikolarment importanti li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, b'rabta mal-iskambji kollha ta' informazzjoni skont din id-Direttiva. Għal dak l-għan, jenħtieġ li r-regoli ta' din id-Direttiva jiġu allinjati mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi speċifikat li kwalunkwe data personali skambjata minn Punti Uniċi ta' Kuntatt u mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandha tibqa' limitata għall-kategoriji ta' data elenkati fil-punt 2 tat-Taqsima B tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61. Barra minn hekk, sa fejn ikun possibbli, kwalunkwe data personali bħal din jenħtieġ li tiġi distinta skont il-grad ta' akkuratezza u affidabbiltà tagħha, fejn il-fatti jenħtieġ li jiġu distinti minn valutazzjonijiet personali, sabiex jiġu żgurati kemm il-protezzjoni tal-individwi kif ukoll il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni skambjata. Jekk jidher li d-data personali hija skorretta, jenħtieġ li din tiġi kkoreġuta jew imħassra mingħajr dewmien. Tali rettifika jew tħassir, kif ukoll kwalunkwe pproċessar ieħor ta' data personali b'rabta mal-attivitajiet skont din id-Direttiva, jenħtieġ li jitwettqu f'konformità mar-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill62, liema regoli jitħallew mhux affettwati minn din id-Direttiva. |
(16) Huwa partikolarment importanti li tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, b'rabta mal-iskambji kollha ta' informazzjoni skont din id-Direttiva. Għal dak l-għan, jenħtieġ li r-regoli ta' din id-Direttiva jiġu allinjati mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60. B'mod partikolari, jenħtieġ li jiġi speċifikat li kwalunkwe data personali skambjata minn Punti Uniċi ta' Kuntatt u mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandha tibqa' limitata għall-kategoriji ta' data elenkati fil-punt 2 tat-Taqsima B tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill61. Barra minn hekk, sa fejn ikun possibbli, kwalunkwe data personali bħal din jenħtieġ li tiġi distinta skont il-grad ta' akkuratezza u affidabbiltà tagħha, fejn il-fatti jenħtieġ li jiġu distinti minn valutazzjonijiet personali, sabiex jiġu żgurati kemm il-protezzjoni tal-individwi kif ukoll il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni skambjata. Jekk jidher li d-data personali hija skorretta, jenħtieġ li din tiġi kkoreġuta jew imħassra mingħajr dewmien. Tali rettifika jew tħassir, kif ukoll kwalunkwe pproċessar ieħor ta' data personali b'rabta mal-attivitajiet skont din id-Direttiva, jenħtieġ li jitwettqu f'konformità mar-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva (UE) 2016/680, liema regoli jitħallew mhux affettwati minn din id-Direttiva. |
_________________ |
_________________ |
60 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89). |
60 Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89). |
61 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53). |
61 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53). |
62 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). |
|
Ġustifikazzjoni
Ir-referenza tal-GDPR mhijiex rilevanti għall-ipproċessar tad-data personali previst minn din il-Proposta, ara wkoll l-opinjoni tal-EDPS.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 18
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) L-iżvilupp ulterjuri tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) bħala ċ-ċentru ta' informazzjoni kriminali tal-Unjoni huwa prijorità. Huwa għalhekk li, meta tiġi skambjata informazzjoni jew kwalunkwe komunikazzjoni relatata, irrispettivament minn jekk dan isirx skont talba għal informazzjoni sottomessa lil Punt Uniku ta' Kuntatt jew lil awtorità tal-infurzar tal-liġi, jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess, jenħtieġ li tintbagħat kopja lill-Europol, madankollu biss sa fejn tkun tikkonċerna reati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol. Fil-prattika, dan jista' jsir permezz tal-immarkar awtomatiku tal-kaxxa korrispondenti tas-SIENA. |
(18) L-iżvilupp ulterjuri tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) bħala ċ-ċentru ta' informazzjoni kriminali tal-Unjoni huwa prijorità. Huwa għalhekk li, meta tiġi skambjata informazzjoni jew kwalunkwe komunikazzjoni relatata, irrispettivament minn jekk dan isirx skont talba għal informazzjoni sottomessa lil Punt Uniku ta' Kuntatt jew lil awtorità tal-infurzar tal-liġi, jew fuq l-inizjattiva tagħhom stess, jenħtieġ li tintbagħat kopja lill-Europol, madankollu biss sa fejn tkun tikkonċerna reati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-Europol. Fil-prattika, dan jenħtieġ li jsir permezz tal-immarkar awtomatiku tal-kaxxa korrispondenti tas-SIENA. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti simili għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust) fi ħdan l-oqsma ta' responsabbiltà rispettivi tagħhom. |
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 19
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Il-proliferazzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni użati għat-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi bejn l-Istati Membri u tal-komunikazzjonijiet relatati magħhom jenħtieġ li tiġi rrimedjata, minħabba li xxekkel l-iskambju adegwat u rapidu ta' tali informazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu tal-applikazzjoni ta' network għall-iskambju sikur ta' informazzjoni msejħa SIENA, ġestita mill-Europol f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794, isir obbligatorju għal dawn it-trażmissjonijiet u l-komunikazzjonijiet kollha skont din id-Direttiva, inklużi t-trażmissjoni tat-talbiet għal informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt u direttament lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-għoti ta' informazzjoni fuq tali talbiet u fuq l-inizjattiva tagħhom stess, il-komunikazzjonijiet dwar ir-rifjuti u l-kjarifiki, kif ukoll il-kopji lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt u lill-Europol. Għal dak l-għan, il-Punti Uniċi ta' Kuntatt kollha, kif ukoll l-awtoritajiet kollha tal-infurzar tal-liġi li jistgħu jkunu involuti f'tali skambji, jenħtieġ li jkunu marbuta direttament mas-SIENA. Madankollu, f'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi previst perjodu ta' tranżizzjoni sabiex tkun tista' ssir l-introduzzjoni sħiħa tas-SIENA. |
(19) Il-proliferazzjoni tal-mezzi ta' komunikazzjoni użati għat-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi bejn l-Istati Membri u tal-komunikazzjonijiet relatati magħhom jenħtieġ li tiġi rrimedjata, minħabba li xxekkel l-iskambju adegwat u rapidu ta' tali informazzjoni. Għalhekk, huwa ġġustifikat li l-użu tal-applikazzjoni ta' network għall-iskambju sikur ta' informazzjoni msejħa SIENA, ġestita mill-Europol f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794, isir il-mezz ewlieni għall-iskambju ta' informazzjoni u obbligatorju għal dawn it-trażmissjonijiet u l-komunikazzjonijiet kollha skont din id-Direttiva, inklużi t-trażmissjoni tat-talbiet għal informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt u direttament lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, l-għoti ta' informazzjoni fuq tali talbiet u fuq l-inizjattiva tagħhom stess, il-komunikazzjonijiet dwar ir-rifjuti u l-kjarifiki, kif ukoll il-kopji lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt u lill-Europol. Għal dak l-għan, il-Punti Uniċi ta' Kuntatt kollha, kif ukoll l-awtoritajiet kollha tal-infurzar tal-liġi li jistgħu jkunu involuti f'tali skambji, jenħtieġ li jkunu marbuta direttament mas-SIENA. F'dan ir-rigward, huwa essenzjali li l-introduzzjoni sħiħa tas-SIENA ssir mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-introduzzjoni sħiħa tas-SIENA tinvolvi bidla sinifikanti fil-prattiki attwali f'xi Stati Membri u tirrikjedi riformi estensivi tas-sistema ta' informazzjoni nazzjonali u taħriġ tal-persunal, li min-naħa tagħhom jirrikjedu riżorsi addizzjonali. |
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 20
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Sabiex jissimplifikaw, jiffaċilitaw u jiġġestixxu aħjar il-flussi tal-informazzjoni, jenħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi jew jaħtar Punt Uniku ta' Kuntatt kompetenti għall-koordinazzjoni tal-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt jikkontribwixxu b'mod partikolari għall-mitigazzjoni tal-frammentazzjoni tax-xenarju tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, speċifikament b'rabta mal-flussi tal-informazzjoni, b'reazzjoni għall-ħtieġa dejjem tikber li tiġi indirizzata b'mod konġunt il-kriminalità transfruntiera, bħat-traffikar tad-droga u t-terroriżmu. Sabiex il-Punti Uniċi ta' Kuntatt ikunu jistgħu jissodisfaw b'mod effettiv il-funzjonijiet ta' koordinazzjoni tagħhom fir-rigward tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni għal finijiet ta' infurzar tal-liġi skont din id-Direttiva, jenħtieġ li huma jiġu assenjati għadd ta' kompiti speċifiċi u minimi u jkollhom ukoll ċerti kapaċitajiet minimi. |
(20) Sabiex jissimplifikaw, jiffaċilitaw u jiġġestixxu aħjar il-flussi tal-informazzjoni, jenħtieġ li kull Stat Membru jistabbilixxi jew jaħtar Punt Uniku ta' Kuntatt kompetenti għall-koordinazzjoni tal-iskambji ta' informazzjoni skont din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Punti Uniċi ta' Kuntatt jikkontribwixxu b'mod partikolari għall-mitigazzjoni tal-frammentazzjoni tax-xenarju tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, speċifikament b'rabta mal-flussi tal-informazzjoni, b'reazzjoni għall-ħtieġa dejjem tikber li tiġi indirizzata b'mod konġunt il-kriminalità transfruntiera, bħat-traffikar tad-droga u t-terroriżmu. Sabiex il-Punti Uniċi ta' Kuntatt ikunu jistgħu jissodisfaw b'mod effettiv il-funzjonijiet ta' koordinazzjoni tagħhom fir-rigward tal-iskambju transfruntier ta' informazzjoni għal finijiet ta' infurzar tal-liġi skont din id-Direttiva, jenħtieġ li huma jiġu assenjati għadd ta' kompiti speċifiċi u minimi u jkollhom ukoll ċerti kapaċitajiet minimi. Huwa importanti li ssir valutazzjoni tal-kostijiet tal-Punti Uniċi ta' Kuntatt fi stadju bikri, bl-akbar preċiżjoni possibbli, sabiex ikunu jistgħu jitħejjew b'mod komprensiv għall-impatti u l-implimentazzjoni tar-riformi proposti. F'dak ir-rigward huwa xieraq li l-finanzjament tar-riformi tal-ICT meħtieġa jiġi żgurat bis-sħiħ mill-Fond għas-Sigurtà Interna filwaqt li tiġi rrispettata l-ġestjoni finanzjarja tajba u jiġu ssalvagwardjati l-interessi ekonomiċi tal-Unjoni. |
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ca (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, mifhuma bħala d-dħul, l-infiq u l-assi kollha koperti minn, akkwistati permezz ta', jew dovuti lill-baġit tal-Unjoni, il-baġits tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti skont it-Trattati u l-baġits ġestiti u mmonitorjati mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni; |
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) "data personali" tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679. |
(6) "data personali" tfisser data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/680. |
Ġustifikazzjoni
Mhux ir-referenza tal-GDPR, iżda r-referenza LED hija rilevanti għall-ipproċessar tad-data personali previst minn din il-Proposta.
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom u, fejn ikunu ddeċidew hekk, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jissottomettu talbiet għal informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt ta' Stati Membri oħrajn f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 5. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom u, fejn ikunu ddeċidew u stabbilixxew hekk f'qafas legali nazzjonali speċifiku, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jissottomettu talbiet għal informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt ta' Stati Membri oħrajn f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi minn 2 sa 5. |
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta Stat Membru jkun iddeċieda li, minbarra l-Punt Uniku ta' Kuntatt tiegħu, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tiegħu jistgħu wkoll jissottomettu talbiet għal informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt ta' Stati Membri oħrajn, huwa għandu jiżgura li dawk l-awtoritajiet jibagħtu, fl-istess ħin li jissottomettu tali talbiet, kopja ta' dawk it-talbiet, u ta' kwalunkwe komunikazzjoni oħra relatata magħhom, lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' dak l-Istat Membru. |
Meta Stat Membru jkun stabbilixxa f'qafas legali nazzjonali speċifiku li, minbarra l-Punt Uniku ta' Kuntatt tiegħu, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tiegħu jistgħu wkoll jissottomettu talbiet għal informazzjoni lill-Punti Uniċi ta' Kuntatt ta' Stati Membri oħrajn, huwa għandu jiżgura li dawk l-awtoritajiet jibagħtu, fl-istess ħin li jissottomettu tali talbiet, kopja ta' dawk it-talbiet, u ta' kwalunkwe komunikazzjoni oħra relatata magħhom, lill-Punt Uniku ta' Kuntatt ta' dak l-Istat Membru. |
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru; |
(a) essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru; |
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) sebat ijiem kalendarji, għat-talbiet kollha li ma humiex urġenti. |
(c) ħamest ijiem kalendarji, għat-talbiet kollha li ma humiex urġenti. |
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 8a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 8a |
|
Skambju ta' informazzjoni u proċeduri skont l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea |
|
L-awtoritajiet ta' Stat Membru li huwa soġġett għal proċedura msemmija fl-Artikolu 7(1) jew 7(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jixtiequ jitolbu informazzjoni minn Stat Membru ieħor permezz tal-Punt Uniku ta' Kuntatt għandhom jippreżentaw it-talba tagħhom lill-Europol għal valutazzjoni qabel ma tkun tista' tiġi indirizzata lill-Punt Uniku ta' Kuntatt tal-Istat Membru l-ieħor. |
L-Artikolu 8a jiddaħħal fil-Kapitolu IV qabel l-Artikolu 9.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jibagħtu talbiet għal informazzjoni, jipprovdu informazzjoni skont tali talbiet, jipprovdu informazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess jew jibagħtu komunikazzjonijiet oħrajn relatati magħhom skont il-Kapitoli II u III jew skont l-Artikolu 12, huma jagħmlu dan permezz tas-SIENA. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom jibagħtu talbiet għal informazzjoni, jipprovdu informazzjoni skont tali talbiet, jipprovdu informazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess jew jibagħtu komunikazzjonijiet oħrajn relatati magħhom skont il-Kapitoli II u III jew skont l-Artikolu 12, huma jagħmlu dan biss permezz tas-SIENA. |
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jiġi pprovdut bil-persunal, ir-riżorsi u l-kapaċitajiet, inkluż għat-traduzzjoni, meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu b'mod adegwat u rapidu f'konformità ma' din id-Direttiva u, b'mod partikolari, il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 5(1); |
(c) il-Punt Uniku ta' Kuntatt tagħhom jiġi pprovdut bil-persunal, ir-riżorsi finanzjarji u tekniċi, il-bini, l-infrastruttura u l-kapaċitajiet, inkluż għat-traduzzjoni, meħtieġa għat-twettiq effettiv, adegwat u rapidu tal-kompiti tiegħu f'konformità ma' din id-Direttiva u, b'mod partikolari, il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 5(1); |
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi statistika dwar l-iskambji ta' informazzjoni ma' Stati Membri oħrajn skont din id-Direttiva, sal-1 ta' Marzu ta' kull sena. |
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi statistika dwar l-iskambji ta' informazzjoni ma' Stati Membri oħrajn skont din id-Direttiva, sal-1 ta' Marzu ta' kull sena. L-istatistika kif ippreżentata mill-Istati Membri għandha ssir disponibbli għall-Parlament Ewropew. |
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt (d)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) l-għadd ta' każijiet fejn tkun saret devjazzjoni mil-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 5(1) minħabba li kellha tinkiseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja f'konformità mal-Artikolu 5(2), diżaggregati skont l-Istati Membri li jkunu ssottomettew it-talbiet għall-informazzjoni kkonċernata. |
(d) l-għadd ta' każijiet fejn tkun saret devjazzjoni mil-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 5(1), diżaggregati skont it-tip ta' devjazzjoni u l-Istat Membru li jkun issottometta t-talbiet għall-informazzjoni kkonċernata. |
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-istatistika u tużaha għall-obbligu ta' rapportar stabbilit fl-Artikolu 18. L-istatistika kkompilata għandha ssir disponibbli għall-Parlament Ewropew. |
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-Kummissjoni għandha, sa [id-data tad-dħul fis-seħħ + 3 snin], tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
1. Il-Kummissjoni għandha, sa [id-data tad-dħul fis-seħħ + 3 snin], tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni dettaljata dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva minn kull wieħed mill-Istati Membri. |
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-Kummissjoni għandha, sa [id-data tad-dħul fis-seħħ + 5 snin], tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effettività u l-effikaċja ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relatata mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-azzjonijiet ta' segwitu xierqa, inkluża, jekk tkun meħtieġa, proposta leġiżlattiva. |
2. Il-Kummissjoni għandha, sa [id-data tad-dħul fis-seħħ + 5 snin], tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-effettività u l-effikaċja ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra relatata mat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'kunsiderazzjoni speċifika għall-obbligi stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3). Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-azzjonijiet ta' segwitu xierqa, inkluża, jekk tkun meħtieġa, proposta leġiżlattiva, inkluż potenzjalment iż-żieda tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
Ġustifikazzjoni
Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu jkun fih informazzjoni li tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jikkunsidraw il-prestazzjoni ta' din id-Direttiva u l-possibbiltà li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tagħha kif meħtieġ.
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data. Madankollu, huma għandhom japplikaw l-Artikolu 13 minn [id-data tad-dħul fis-seħħ + 4 snin]. |
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn dik id-data. Madankollu, huma għandhom japplikaw l-Artikolu 13 minn [id-data tad-dħul fis-seħħ + 3 snin]. |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, tħassir tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI |
|||
Referenzi |
COM(2021)0782 – C9-0457/2021 – 2021/0411(COD) |
|||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 27.1.2022 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
CONT 27.1.2022 |
|||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Caterina Chinnici 21.2.2022 |
|||
Eżami fil-kumitat |
15.6.2022 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
13.7.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 1 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Matteo Adinolfi, Gilles Boyer, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Jean-François Jalkh, Sándor Rónai, Tomáš Zdechovský |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Grapini, Sophia in ‘t Veld, David Lega, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Tsvetelina Penkova, Viola von Cramon-Taubadel, Michal Wiezik |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Malte Gallée, Andżelika Anna Możdżanowska, Jörgen Warborn |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
20 |
+ |
ECR |
Andżelika Anna Możdżanowska |
ID |
Matteo Adinolfi |
PPE |
Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, David Lega, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Jörgen Warborn, Tomáš Zdechovský |
RENEW |
Gilles Boyer, Olivier Chastel, Sophia in 't Veld, Michal Wiezik |
S&D |
Isabel García Muñoz, Maria Grapini, Tsvetelina Penkova, Sándor Rónai |
VERTS/ALE |
Daniel Freund, Malte Gallée, Viola von Cramon-Taubadel |
1 |
- |
ID |
Jean-François Jalkh |
0 |
0 |
|
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, tħassir tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI |
|||
Referenzi |
COM(2021)0782 – C9-0457/2021 – 2021/0411(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
9.12.2021 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 27.1.2022 |
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 27.1.2022 |
CONT 27.1.2022 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 13.1.2022 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Lena Düpont 31.3.2022 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
27.6.2022 |
10.10.2022 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.10.2022 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
42 12 1 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Abir Al-Sahlani, Konstantinos Arvanitis, Malik Azmani, Pietro Bartolo, Malin Björk, Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Patricia Chagnon, Clare Daly, Andrzej Halicki, Evin Incir, Assita Kanko, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Nuno Melo, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Emil Radev, Paulo Rangel, Terry Reintke, Karlo Ressler, Diana Riba i Giner, Isabel Santos, Birgit Sippel, Sara Skyttedal, Vincenzo Sofo, Ramona Strugariu, Tomas Tobé, Yana Toom, Milan Uhrík, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Elena Yoncheva, Javier Zarzalejos |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Romeo Franz, Erik Marquardt, Peter Pollák, Michal Šimečka, Paul Tang, Róża Thun und Hohenstein, Miguel Urbán Crespo |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Gilles Boyer, Jonás Fernández, Vlad Gheorghe, Hannes Heide, Eero Heinäluoma, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Karsten Lucke, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Simone Schmiedtbauer, Ralf Seekatz, Ivan Štefanec |
|||
Data tat-tressiq |
13.10.2022 |
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
42 |
+ |
ECR |
Assita Kanko, Vincenzo Sofo |
ID |
Antonio Maria Rinaldi, |
PPE |
Andrzej Halicki, Othmar Karas, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Nuno Melo, Nadine Morano, Peter Pollák, Emil Radev, Paulo Rangel, Karlo Ressler, Simone Schmiedtbauer, Ralf Seekatz, Sara Skyttedal, Ivan Štefanec, Tomas Tobé, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Javier Zarzalejos |
RENEW |
Abir Al-Sahlani, Malik Azmani, Gilles Boyer, Vlad Gheorghe, Georgios Kyrtsos, Maite Pagazaurtundúa, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Róża Thun und Hohenstein, Yana Toom |
S&D |
Pietro Bartolo, Jonás Fernández, Hannes Heide, Eero Heinäluoma, Evin Incir, Karsten Lucke, Javier Moreno Sánchez, Evelyn Regner, Isabel Santos, Birgit Sippel, Paul Tang, Elena Yoncheva |
12 |
- |
ID |
Patricia Chagnon |
THE LEFT |
Konstantinos Arvanitis, Malin Björk, Clare Daly, Miguel Urbán Crespo |
VERTS/ALE |
Patrick Breyer, Saskia Bricmont, Romeo Franz, Alice Kuhnke, Erik Marquardt, Terry Reintke, Diana Riba i Giner |
1 |
0 |
NI |
Milan Uhrík |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
-
[1] Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19).
- [2] Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-simplifikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni u intelligence bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 89).