RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra

13.10.2022 - (COM(2022)0089 – C9‑0059(2022) – 2022/0068(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteurs: Andreas Schieder, Seán Kelly, Danuta Maria Hübner


Proċedura : 2022/0068(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0248/2022
Testi mressqa :
A9-0248/2022
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra

(COM(2022)0089 – C9‑0059(2022) – 2022/0068(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0089),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43, 91, 100, 173, 182, 188, 189 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għas-Sajd,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0248/2022),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

 

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda  1

 

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-Unjoni u r-Renju Unit jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali oħra bejniethom li jikkostitwixxu ftehimiet addizzjonali għall-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni u tali ftehimiet addizzjonali huma parti integrali mir-relazzjonijiet bilaterali ġenerali kif irregolati minn dan il-Ftehim u jiffurmaw parti mill-qafas ġenerali.

(4) L-Unjoni u r-Renju Unit jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali oħra bejniethom li jikkostitwixxu ftehimiet addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u tali ftehimiet addizzjonali huma parti integrali mir-relazzjonijiet bilaterali ġenerali kif irregolati minn dan il-Ftehim u jiffurmaw parti mill-qafas ġenerali. F'konformità mal-Artikolu 774 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, dak il-ftehim la japplika għal Ġibiltà u lanqas ma għandu effett f'dak it-territorju, u r-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u Ġibiltà se jiġu stabbiliti fid-dettall fi ftehim separat. F'konformità mad-dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Novembru 2018 li l-ftehim se jirrikjedi l-qbil minn qabel tar-Renju ta' Spanja;

Emenda  2

 

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Jekk tinqala' l-ħtieġa li jiġu eżerċitati d-drittijiet tagħha fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jenħtieġ li l-Unjoni tkun f'pożizzjoni li tagħmel użu xieraq mill-istrumenti disponibbli għaliha malajr u b'mod proporzjonat, effettiv u flessibbli, filwaqt li tinvolvi bis-sħiħ lill-Istati Membri. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' wkoll tieħu miżuri xierqa jekk ir-rikors effettiv għal soluzzjoni ta' tilwim vinkolanti skont dawk il-Ftehimiet ma jkunx possibbli minħabba li r-Renju Unit ma jikkooperax biex jagħmel tali rikors possibbli. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri li jirregolaw l-adozzjoni ta' dawk il-miżuri.

(5) Jekk tinqala' l-ħtieġa li jiġu eżerċitati d-drittijiet tagħha fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, inkluż il-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jenħtieġ li l-Unjoni tkun f'pożizzjoni li tagħmel użu xieraq mill-istrumenti disponibbli għaliha malajr u b'mod proporzjonat, effettiv u flessibbli, filwaqt li tinvolvi bis-sħiħ lill-Istati Membri u li żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat immedjatament u bis-sħiħ. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun tista' wkoll tieħu miżuri xierqa jekk ir-rikors effettiv għal soluzzjoni ta' tilwim vinkolanti skont dawk il-Ftehimiet ma jkunx possibbli minħabba li r-Renju Unit ma jikkooperax biex jagħmel tali rikors possibbli. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri li jirregolaw l-adozzjoni ta' dawk il-miżuri.

Emenda  3

 

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Biex il-kompetenzi ta' kontroll politiku tal-Parlament Ewropew stabbiliti fl-Artikolu 14(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jingħataw effett, il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkun infurmat bis-sħiħ u b’mod tempestiv fuq l-istess livell mal-Kunsill dwar id-diffikultajiet kollha li jistgħu jinqalgħu, b'mod partikolari dwar ksur possibbli tal-Ftehimiet u sitwazzjonijiet oħra li jistgħu jsarrfu fit-teħid ta' miżuri skont dan ir-Regolament, kif ukoll dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tadotta kwalunkwe miżura ta' infurzar skont il-Ftehimiet u dwar is-segwitu għal kwalunkwe miżura meħuda sabiex ikun jista' jseħħ skambju ta' fehmiet sinfikattiv, anki meta tkun meħtieġa azzjoni urġenti. Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew ikollu l-possibbiltà jesprimi l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni, u din jenħtieġ li tikkunsidraha qabel ma tadotta kwalunkwe miżura ta' infurzar.

Emenda  4

 

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' skrutinju skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  5

 

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament jibqa' adatt għall-iskop tiegħu, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq, fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, rieżami tal-ambitu u l-implimentazzjoni tiegħu u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(7) Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament jibqa' adatt għall-iskop tiegħu, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq, fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, rieżami tal-ambitu u l-implimentazzjoni tiegħu u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, u magħhom iżżid, fejn ikun xieraq, il-proposti leġiżlattivi rilevanti.

Emenda  6

 

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Peress li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri li jirregolaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, u biex il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa inklużi, kif xieraq, ir-restrizzjonijiet kummerċjali, l-investiment jew attivitajiet oħra fl-ambitu tal-Ftehim imsemmi l-aħħar ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista' pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, peress li l-Unjoni biss hija Parti fit-TCA u l-Ftehim dwar il-Ħruġ, l-azzjoni fil-livell tad-dritt internazzjonali fir-rigward ta' dawn il-ftehimiet tista' tittieħed biss mill-Unjoni. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dak l-objettiv,

(9) Minħabba li l-Unjoni biss hija parti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u l-Ftehim dwar il-Ħruġ, hija biss tista' tieħu azzjoni fil-livell tad-dritt internazzjonali fir-rigward ta' dawn il-ftehimiet meta dawn jikkonċernaw il-kompetenzi esklussivi tal-Unjoni, u għalhekk l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli u proċeduri li jirregolaw l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u u li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-miżuri meħtieġa inklużi, kif xieraq, ir-restrizzjonijiet kummerċjali, l-investiment jew attivitajiet oħra fl-ambitu tal-Ftehim imsemmi l-aħħar, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista' pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb b'mod aktar effettiv fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) is-sospensjoni tat-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodott jew prodotti kkonċernat(i) kif stabbilit fl-Artikolu 34 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

(a) is-sospensjoni temporanja tat-trattament preferenzjali rilevanti tal-prodott jew prodotti kkonċernat(i) kif stabbilit fl-Artikolu 34 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

Emenda  8

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-miżuri li għandhom jiġu adottati skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-kriterji li ġejjin, fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli u tal-interess ġenerali tal-Unjoni:

2. Il-miżuri li għandhom jiġu adottati skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-proporzjonalità tagħhom mal-objettivi li jsegwu u l-effettività tagħhom li jwasslu għall-konformità tar-Renju Unit mal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) u għandhom iqisu l-kriterji li ġejjin u kwalunkwe kriterju speċifiku li jista' jiġi stabbilit fil-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) b'rabta mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2), fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli u tal-interess ġenerali tal-Unjoni:

Emenda  9

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-effettività tal-miżuri li jwasslu għall-konformità tar-Renju Unit mal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1(1);

imħassar

Emenda  10

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-potenzjal tal-miżuri li jipprovdu solliev lill-operaturi ekonomiċi fl-Unjoni milquta mill-miżuri tar-Renju Unit;

(b) il-potenzjal tal-miżuri li jipprovdu solliev lill-operaturi ekonomiċi u lill-partijiet ikkonċernati kollha fl-Unjoni milquta mill-miżuri tar-Renju Unit;

Emenda  11

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) kull kriterju speċifiku li jista' jiġi stabbilit fil-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) b'rabta mal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2).

imħassar

Emenda  12

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tinforma bis-sħiħ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament u b’mod tempestiv bid-diffikultajiet kollha li jistgħu jinqalgħu, b'mod partikolari bi ksur possibbli tal-Ftehimiet u sitwazzjonijiet oħra li jistgħu jsarrfu fit-teħid ta' miżuri skont dan ir-Regolament, kif ukoll bl-intenzjoni tagħha li tadotta miżuri msemmija fil-paragrafu 1 u bis-segwitu għal kwalunkwe miżura meħuda sabiex ikun jista' jsir skambju ta' fehmiet sinifikattiv. Il-Parlament Ewropew jista' jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni, u din għandha tikkunsidraha qabel ma tadotta kwalunkwe miżura ta' infurzar. Jekk il-Kummissjoni ma ssegwix il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tispjega bil-miktub ir-raġunijiet għaliex ma tkunx għamlet dan.

Emenda  13

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn ikun hemm tħassib partikolari ta' Stat Membru wieħed jew aktar, dak jew dawk l-Istat(i) Membru/i, jista'/jistgħu jitlob/jitolbu lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2). Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx b'mod pożittiv għal tali talba, din għandha tinforma lill-Kunsill fi żmien tempestiv bir-raġunijiet tagħha.

4. Fejn ikun hemm tħassib partikolari, kwalunkwe Stat Membru jew il-Parlament Ewropew jista' jitlob lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2), jew inkella l-Parlament Ewropew jista' jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina t-tħassib tagħha mill-ġdid u tivvaluta l-ħtieġa li tadotta tali miżuri. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx b'mod pożittiv għal tali talba, din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien tempestiv bir-raġunijiet tagħha.

Emenda  14

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Jekk, minħabba diverġenzi sinifikanti persistenti, il-miżuri ta' riekwilibriju msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament idumu aktar minn sena, Stat Membru wieħed jew aktar jista'/jistgħu jitlob/jitolbu lill-Kummissjoni tattiva l-klawżola ta' stħarriġ prevista fl-Artikolu 411 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Il-Kummissjoni għandha teżamina din it-talba fi żmien tempestiv u għandha tikkunsidra li tgħarraf kif xieraq lill-Kunsill ta' Sħubija dwar dik il-kwistjoni, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx b'mod pożittiv għal tali talba, din għandha tinforma lill-Kunsill fi żmien tempestiv bir-raġunijiet tagħha.

5. Jekk, minħabba diverġenzi sinifikanti persistenti, il-miżuri ta' riekwilibriju msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament idumu aktar minn sena, Stat Membru wieħed jew aktar jista'/jistgħu jitlob/jitolbu lill-Kummissjoni tattiva l-klawżola ta' stħarriġ prevista fl-Artikolu 411 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jew inkella l-Parlament Ewropew jista' jesprimi t-tħassib tiegħu u jitlob lill-Kummissjoni teżamina t-tħassib tagħha mill-ġdid u tivvaluta l-ħtieġa li tattiva l-klawżola ta' rieżami. Il-Kummissjoni għandha teżamina din it-talba fi żmien tempestiv u għandha tikkunsidra li tgħarraf kif xieraq lill-Kunsill ta' Sħubija dwar dik il-kwistjoni, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx b'mod pożittiv għal tali talba, din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien tempestiv bir-raġunijiet tagħha.

Emenda  15

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tar-Renju Unit. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tar-Renju Unit. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. F'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu infurmati regolarment u minnufih dwar il-proċedimenti tal-kumitati.

Emenda  16

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu fi kwalunkwe ħin jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' skrutinju f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  17

 

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Meta l-Kummissjoni tippreżenta r-rapporti annwali tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni u l-Ftehim dwar il-Ħruġ, għandha tinkludi wkoll ħarsa ġenerali lejn l-ilmenti riċevuti rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, kif ukoll is-segwitu tagħhom, u tal-miżuri adottati skont l-Artikolu 2.

Emenda  18

 

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-Parlament Ewropew, fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni, jista' jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa tal-kumitat responsabbli tiegħu sabiex tippreżenta u tispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda  19

 

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: Jekk jogħġbok daħħal id-data tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u magħhom iżżid, fejn ikun xieraq, il-proposti leġiżlattivi rilevanti.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni li qed tiġi kkunsidrata (COM(2022)0089) hija maħsuba biex tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta, temenda, tissospendi jew tħassar, kif meħtieġ, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għadd ta' miżuri previsti kemm fil-Ftehim dwar il-Ħruġ[1] kif ukoll fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni[2] bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit.

Il-miżuri koperti mill-proposta jinkludu, fost l-oħrajn, dawk bil-ħsieb li jwasslu għall-konformità mill-Parti l-oħra ma' deċiżjoni mogħtija minn tribunal jew bord tal-arbitraġġ, miżuri kumpensatorji, miżuri ta' rimedju, miżuri ta' riekwilibriju, kontromiżuri, miżuri ta' salvagwardja, jew is-sospensjoni tal-obbligi skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew kwalunkwe ftehim supplementari f'każ ta' ksur ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' tali ftehimiet jew ta' nuqqas ta' ssodisfar ta' ċerti kundizzjonijiet. Tali miżuri huma maħsuba biex jiġu applikati temporanjament sakemm tinkiseb konformità sħiħa mal-Ftehimiet.

Tali miżuri se jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setghat ta' implimentazzjoni[3], abbażi tal-proċedura ta' eżami, kif previst fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

Il-proposta tal-Kummissjoni telenka wkoll il-kriterji għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni rilevanti, inkluż, u apparti, il-kriterji speċifiċi li jistgħu jiġu stabbiliti fil-Ftehim dwar il-Ħruġ jew fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, l-effettività tal-miżuri li jwasslu għall-konformità tar-Renju Unit mal-Ftehimiet, u d-disponibbiltà ta' sorsi alternattivi ta' provvista għall-prodotti jew is-servizzi kkonċernati, sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas kemm jista' jkun kwalunkwe impatt negattiv fuq l-industriji downstream, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti, jew il-konsumaturi finali fl-Unjoni.

 

Il-pożizzjoni tar-Rapporteurs

L-adegwatezza u t-tempestività tal-proposta

 

Il-proposta tal-Kummissjoni kienet mistennija fir-rigward tal-miżuri previsti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, u kif jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689[4] tad-29 ta' April 2021. L-estensjoni tal-istess proċedura għall-miżuri ta' infurzar kollha inklużi dawk fil-qafas tal-Ftehim dwar il-Ħruġ għandha tintlaqa' tajjeb, peress li tiżgura proċedura uniformi għall-miżuri kollha ta' infurzar fil-kuntest tar-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit kollha kemm hi. Barra minn hekk, l-użu ta' atti ta' implimentazzjoni fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 f'dan il-kuntest huwa xieraq u se jiżgura l-involviment adegwat tal-Istati Membri, kif ukoll tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b'hekk jipprovdi ċertezza u trasparenza.

 

Il-proposta tal-Kummissjoni hija wkoll f'waqtha fl-istadju attwali u wara l-iżviluppi li seħħew fir-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehimiet, u b'mod partikolari fil-kuntest tat-taħditiet bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta' Fuq.

 

Il-konformità mal-Ftehimiet li l-partijiet innegozjaw, iffirmaw u rratifikaw hija essenzjali sabiex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tal-obbligi internazzjonali legalment vinkolanti, u biex tiġi salvagwardjata mhux biss il-fiduċja reċiproka bejn il-partijiet, iżda wkoll iċ-ċertezza għaċ-ċittadini u n-negozji taż-żewġ partijiet.

 

Ir-rwol ta' monitoraġġ tal-Parlament Ewropew

 

Kif imtenni b'mod konsistenti mill-Parlament, huwa essenzjali li jiġu żgurati l-iskrutinju tal-Parlament u s-sorveljanza demokratika tal-implimentazzjoni tal-Ftehimiet mar-Renju Unit. Il-Parlament għandu jkun jista' jaqdi bis-sħiħ ir-rwol tiegħu f'dak li jirrigwarda l-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet li jiffurmaw parti minn relazzjoni speċjali u mingħajr preċedent bejn l-UE u pajjiż ġar, li kien Stat Membru.

 

Fil-kuntest tal-proposta tal-Kummissjoni inkwistjoni, il-Parlament għandu dejjem jinżamm infurmat b'mod tempestiv u kif xieraq, fuq l-istess livell mal-Kunsill, bl-istrumenti disponibbli biex jiġi indirizzat il-ksur tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni; bis-sitwazzjonijiet li jistgħu jagħtu lok għall-miżuri ta' infurzar previsti f'dawk il-ftehimiet; bl-intenzjoni li jiġu adottati miżuri ta' infurzar skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ jew il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, u bis-segwitu għal kwalunkwe miżura meħuda, bil-ħsieb li jkun jista' jsir skambju ta' fehmiet sinifikattiv.

 

Il-Kummissjoni għandu jkollha l-akbar kunsiderazzjoni tal-fehmiet espressi mill-Parlament.

 

 


 

ITTRA TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (27.9.2022)

Is-Sur David McALLISTER

President

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

BRUSSELL

 

Is-Sur Bernd LANGE

President

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

BRUSSELL

 

Is-Sur Antonio TAJANI

President

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar id-drittijiet tal-Unjoni fl-infurzar u fl-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit (WA) u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit (TCA). (2022/0068(COD))

Sinjuri Presidenti,

F'konformità mal-ftehim li ntlaħaq fit-3 ta' Ġunju 2022 (ittra konġunta D306125) dwar il-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejn il-kumitati tagħna dwar il-proposta leġiżlattiva għal Regolament li jistabbilixxi r-regoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit u tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit (COM (2022)0089), il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO) ikkunsidra l-proposta u adotta l-opinjoni tiegħu fil-forma ta' ittra bl-emendi u l-kunsiderazzjonijiet ta' hawn taħt fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Settembru 2022.

IMCO 1

Premessa 7

(7) Sabiex jiġi żgurat li dan ir-Regolament jibqa' adatt għall-iskop tiegħu, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq, fi żmien ħames  snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu jew sentejn wara l-adozzjoni tal-ewwel att ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament liema minn dawn iż-żminijiet jiġi l-ewwel, rieżami tal-ambitu u l-implimentazzjoni tiegħu u tirrapporta s-sejbiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

IMCO 2

Premessa 8

(8)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju rapidu, effettiv u flessibbli tad-drittijiet korrispondenti tal-Unjoni skont il-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta l-miżuri msemmija hawn fuq ▌u biex tadotta, kif xieraq, miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ jew attivitajiet oħra. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jestendu wkoll għall-emenda, is-sospensjoni jew it-tħassir tal-miżuri adottati. Jenħtieġ li dawn ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. Minħabba li l-miżuri previsti jinvolvu l-adozzjoni ta' atti ta' ambitu ġenerali, u li l-biċċa l-kbira tal-miżuri previsti huma relatati mal-oqsma msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(2) ta' dak ir-Regolament, il-proċedura ta' eżami jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni ta' dawk il-miżuri. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih fejn, f'każijiet debitament ġustifikati, raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan għall-protezzjoni xierqa tal-interessi tal-Unjoni.

IMCO 3

Artikolu 2 - paragrafu 3a (ġdid)

3a. Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih u bis-sħiħ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi kwalunkwe sitwazzjoni li tista' twassal għall-adozzjoni ta' miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament.

IMCO 4

Artikolu 2 - paragrafu 3b (ġdid)

 

3b. Malli tirċievi lment, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ilmenti kollha u tista' tibda investigazzjonijiet bil-ħsieb li tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament. L-ilmenti jistgħu jitressqu minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li taġixxi f'isem l-industrija tal-Unjoni, jew it-trade unions. Ilment għandu jinkludi evidenza tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex l-Unjoni tkun tista' tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament. Fejn ikun jidher li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-adozzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan fi żmien 45 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment. Meta l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li ma tadottax miżura msemmija fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha bil-miktub lil min jagħmel l-ilment. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3a ġdid, il-Kummissjoni jeħtiġilha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rapport annwali tagħha dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni dwar l-ilmenti riċevuti u s-segwitu tagħhom.

IMCO 5

Artikolu 2 – paragrafu 4

4. Fejn ikun hemm tħassib partikolari tal-Parlament jew ta' Stat Membru wieħed jew aktar, il-Parlament jew, skont il-każ  dak jew dawk l-Istat(i) Membru/i, jista'/jistgħu jitlob/jitolbu lill-Kummissjoni biex tadotta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2). Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx b'mod pożittiv għal tali talba, din għandha tinforma kemm lill-Parlament Ewropew kif ukoll lill-Kunsill fi żmien tempestiv bir-raġunijiet tagħha.

IMCO 6

Artikolu 2 – paragrafu 7

 

7. Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament ġustifikati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni applikabbli minnufih f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(3). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew mingħajr dewmien bid-deċiżjoni u l-ġustifikazzjoni tagħha.

IMCO 7

Artikolu 5

 

Mhux aktar tard minn sentejn wara l-adozzjoni tal-ewwel att ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jew, fejn ma jkun ġie adottat l-ebda att ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi rilevanti.

Minbarra l-emendi msemmija hawn fuq, f'isem il-Kumitat, nixtieq nenfasizza dan li ġej:

Is-Suq Intern huwa wieħed mill-kisbiet ewlenin tal-Unjoni u li tejjeb l-iżvilupp ekonomiku tas-soċjetà apparti milli ħoloq ambjent fejn l-operaturi ekonomiċi jistgħu jirnexxu, u fejn iċ-ċittadini għandhom perspettivi aħjar ta' impjieg u protezzjoni aktar b'saħħitha bħala konsumaturi. Is-sħubija ekonomika bejn l-UE u r-Renju Unit għandha tkun orjentata lejn il-ġenerazzjoni ta' opportunitajiet li se jkunu ta' benefiċċju reċiproku, jiżguraw ċertezza legali għan-negozji u protezzjoni għall-konsumaturi, u bl-ebda mod ma jippermetu xi tip ta' rigressjoni fl-integrità u l-funzjonament tas-Suq Uniku u tal-Unjoni Doganali.

Il-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq huwa parti integrali mill-Ftehim dwar il-Ħruġ, li jippermetti lin-negozji tal-Irlanda ta' Fuq jibqgħu parti mis-suq intern tar-Renju Unit, filwaqt li jkollhom ukoll aċċess sħiħ għas-Suq Uniku tal-Unjoni Ewropea għall-merkanzija. Din is-sitwazzjoni unika toħloq opportunitajiet mingħajr paragun għaċ-ċittadini u l-kumpaniji fl-Irlanda ta' Fuq u billi tipprevjeni fruntiera fiżika fuq il-gżira tal-Irlanda, tirrappreżenta salvagwardja importanti għall-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira.

Barra minn hekk, hija osservata parteċipazzjoni akbar ta' kumpaniji bbażati fl-Irlanda ta' Fuq biex jinnegozjaw mal-bqija tas-Suq Intern tal-UE. Dan l-iżvilupp huwa konsegwenza tar-realizzazzjoni produttiva tal-opportunitajiet offruti mill-inklużjoni tal-Irlanda ta' Fuq fis-suq uniku tal-UE għall-prodotti. Għalhekk, l-implimentazzjoni sħiħa tal-Protokoll tal-Irlanda ta' Fuq hija meħtieġa biex tiggarantixxi aċċess kontinwu għas-Suq Uniku.

Ir-Renju Unit jeħtieġ li jikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi internazzjonali li daħal għalihom b'mod volontarju fil-qasam tal-Politika Doganali, b'mod partikolari billi a) jipprovdi lill-uffiċjali doganali tal-UE b'aċċess f'ħin reali għall-bażijiet tad-data doganali dwar l-importazzjonijiet fl-Irlanda ta' Fuq, b) jelimina n-nuqqasijiet identifikati fl-iskema ta' Negozjanti ta' Fiduċja tiegħu, c) jistabbilixxi l-kontrolli meħtieġa fuq il-merkanzija esportata mill-Gran Brittanja lejn l-Irlanda ta' Fuq li tkun f'riskju li tidħol fis-suq uniku tal-UE, u d) joħloq il-postijiet ta' kontroll meħtieġa fuq il-fruntiera.

Id-diskussjonijiet permezz tal-kanali eżistenti kif maħluqa mill-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit huma l-unika triq biex jinstabu modi xierqa biex jiġu aġġustati l-oqsma possibbli ta' frizzjoni fl-applikazzjoni tal-arranġamenti doganali, u l-inizjattivi unilaterali meħuda mir-Renju Unit ħolqu biss inċertezza. Il-possibbiltà li jiġu diskussi korsiji separati għall-kontrolli doganali għal merkanzija f'riskju u merkanzija li ma tkunx f'riskju li tidħol fis-Suq Uniku kif issuġġerit mill-Kummissjoni hija milqugħa, iżda tali soluzzjonijiet għandhom jiġu avvanzati biss permezz ta' negozjati ġenwini bejn iż-żewġ naħat għall-kuntrarju ta' inizjattivi unilaterali.

Il-ksur tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, u speċjalment tal-Protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta' Fuq, jista' jkollu impatti negattivi sinifikanti fuq il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, l-integrità tas-Suq Intern tal-UE, fuq il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-ħaddiema u n-negozji Ewropej.

Jenħtieġ li l-Kummissjoni taġixxi fil-ħin u b'mod effettiv biex tipproteġi l-interessi tagħha fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, filwaqt li tqis il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira u l-impatt tal-miżuri adottati għal dan l-għan fuq iċ-ċertezza legali għall-industriji downstream, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti jew il-konsumaturi finali fl-Unjoni.

***

 

Ninsab fiduċjuż li l-kumitati tiegħek se jqisu u jivvotaw kif xieraq dwar l-emendi tal-IMCO msemmija hawn fuq. Kif maqbul, inti se tiżgura wkoll li l-prinċipju diġà inkluż fil-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi evitat jew minimizzat kwalunkwe impatt negattiv fuq l-industriji downstream, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti, jew il-konsumaturi finali fl-Unjoni ma jitneħħiex fir-rapport finali tiegħek u, jekk il-Kunsill ifittex li jemendah, inti tikkonsulta lill-Kumitat IMCO.

 

Dejjem tiegħek,

Anna Cavazzini

President

Membri li qed jipparteċipaw għall-votazzjoni finali

Anna Cavazzini

President

Andrus Ansip

Viċi President

Maria Grapini

Viċi President

Krzysztof Hetman

Viċi President

Marc Angel

 

Pablo Arias Echeverría

 

Alessandra Basso

 

Brando Benifei

 

Adam Bielan

 

Biljana Borzan

 

Vlad‑Marius Botoş

 

Marco Campomenosi

 

Maria da Graça Carvalho

 

Deirdre Clune

 

David Cormand

 

Alexandra Geese

 

Sandro Gozi

 

Virginie Joron

 

Eugen Jurzyca

 

Arba Kokalari

 

Marcel Kolaja

 

Moritz Körner

 

Andrey Kovatchev

 

Jean‑Lin Lacapelle

 

Morten Løkkegaard

 

Adriana Maldonado López

 

Antonius Manders

 

Beata Mazurek

 

Anne‑Sophie Pelletier

 

Miroslav Radačovský

 

René Repasi

 

Antonio Maria Rinaldi

 

Massimiliano Salini

 

Christel Schaldemose

 

Tomislav Sokol

 

Ivan Štefanec

 

Marc Tarabella

 

Kim Van Sparrentak

 

Loránt Vincze

 

Marion Walsmann

 

Kosma Złotowski

 

Carlos Zorrinho

 

Marco Zullo

 

 


 

ITTRA TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (03.10.2022)

David McAllister

President

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

BRUSSELL

Bernd Lange

President

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

BRUSSELL

 

Antonio Tajani

President

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni tal-Kumitati INTA, AFET u AFCO dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra. (COM(2022)0089 – C9 0059/2022 – 2022/0068(COD)

Sinjuri Presidenti,

Skont il-proċedura msemmija hawn fuq, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu ddeċieda li jitlob l-applikazzjoni tal-Artikolu 56(1) sabiex jippreżenta opinjoni lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali fil-forma ta' din l-ittra.

 

 

 

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kkunsidra l-kwistjoni u adotta l-opinjoni tiegħu fit-3 ta' Ottubru 2022[5] u jistieden lill-Kumitati ewlenin biex iqisu l-kunsiderazzjonijiet ta' hawn taħt.

Dejjem tiegħek,

 

 

 

 

 

((iffirmata)) [Karima Delli]   [Peter Vitanov]

 

 

 

 

SUĠĠERIMENTI

A. Billi l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprovdi konnettività kontinwa u mingħajr xkiel għat-trasport bl-ajru, bit-triq u marittimu u jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi tat-trasport tal-UE u tar-Renju Unit;

B. Billi l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni stabbilixxa aċċess reċiproku għas-suq u regoli u standards komuni, li jiżguraw livell għoli ta' sikurezza tat-trasport u drittijiet tal-passiġġieri;

C.  Billi tliet Kumitati Speċjalizzati fil-qasam tat-trasport - it-trasport bl-ajru, is-sikurezza tal-avjazzjoni u t-trasport bit-triq - ġew stabbiliti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni biex jimmonitorjaw u jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim;

1. Jissottolinja li l-UE jeħtiġilha tibqa' viġilanti dwar il-fatt li r-Renju Unit ma impenjax ruħu għall-allinjament dinamiku tar-regoli tiegħu dwar diversi oqsma ta' politika, li wħud minnhom huma ta' importanza għas-setturi tat-trasport bit-triq u bl-ajru; jirrimarka li dan ifisser li l-iżviluppi futuri tal-leġiżlazzjoni u tal-istandards fl-UE mhux se jwassal awtomatikament għall-allinjament tar-regoli u l-istandards korrispondenti tar-Renju Unit; jitlob, għalhekk, li jkun hemm valutazzjoni komparattiva u kooperazzjoni strutturati meta jiġu riveduti l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni, bl-għan li tinżamm kompetizzjoni ġusta bejn il-partijiet, tissaħħaħ b'mod reċiproku l-kompetittività globali, il-piżijiet amministrattivi jinżammu għal minimu, u jiġi żgurat funzjonament bla xkiel tat-trasport transfruntier;

2. Jissottolinja l-interdipendenza qawwija tal-Unjoni u tar-Renju Unit, speċjalment fil-qasam tat-trasport; itenni, għalhekk, ir-rieda soda tal-Unjoni li tirrispetta r-regoli u l-istandards komuni stabbiliti mar-Renju Unit mill-Ftehim;

3.  Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni xierqa tal-Ftehim; jilqa' f'dan ir-rigward il-ħidma li għaddejja tal-Kumitati Speċjalizzati għat-trasport bl-ajru, is-sikurezza tal-avjazzjoni u t-trasport bit-triq biex jimmonitorjaw u jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim; jisħaq li l-Parlament għandu jeżerċita l-ogħla livell ta' skrutinju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Ftehim permezz tal-parteċipazzjoni attiva u kontinwa tiegħu fl-Assemblea Parlamentari ta' Sħubija stabbilita mill-Ftehim.

4. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkun lesta tagħmel użu sħiħ mill-mekkaniżmi vinkolanti għas-soluzzjoni tat-tilwim u tieħu miżuri ta' rimedju previsti fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mir-Renju Unit; jinnota li l-Unjoni għandha tkun tista' tieħu miżuri xierqa u f'waqthom jekk ma jkunx possibbli rikors effettiv għal mekkaniżmu vinkolanti għas-soluzzjoni ta' tilwim minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni mir-Renju Unit; Jisħaq, madankollu, li tali miżuri għandhom jiġu implimentati biss ladarba jkunu ġew eżawriti t-tentattivi kollha biex iseħħ djalogu kostruttiv u jintlaħaq fehim konġunt;

4.  Jilqa' minn dan il-lat l-għan tar-Regolament propost biex, bħala miżura ta' prekawzjoni, jistabbilixxi regoli biex jiżgura li l-Unjoni tkun tista' taġixxi b'mod tempestiv u effettiv biex tipproteġi l-interess tagħha fl-implimentazzjoni kemm tal-Ftehim dwar il-Ħruġ kif ukoll tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li timplimenta, f'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-Ftehim, miżuri ta' rimedju, riekwilibriju u salvagwardja fil-qasam tat-trasport ikkunsidrati fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta u previsti fl-Artikolu 1(2) d, e, f;  jistieden lill-Kumitati ewlenin biex jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet fl-ewwel qari, filwaqt li jieħdu f'idejhom il-proposta tal-Kummissjoni;

5. Jistieden lill-Kummissjoni taġixxi b'mod proporzjonat, effettiv u flessibbli jekk tinqala' l-ħtieġa li jiġu eżerċitati dawn id-drittijiet; jistieden lill-Kumitati ewlenin jikkunsidraw mekkaniżmu ta' rappurtar xieraq lill-Parlament Ewropew għal dak li jikkonċerna l-implimentazzjoni tar-regolament propost;


 

ITTRA TAL-KUMITAT GĦAS-SAJD (12.9.2022)

Is-Sur David McALLISTER

President

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

BRUSSELL

 

Is-Sur Bernd LANGE

President

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

BRUSSELL

 

Is-Sur Antonio TAJANI

President

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, min-naħa l-oħra.(2022/0068(COD))

 

 

 

Skont il-proċedura inkwistjoni, il-Kumitat għas-Sajd ġie mistieden jippreżenta opinjoni lill-Kumitati tiegħek. Meta titqies il-proposta inkwistjoni, ġie deċiż li din l-opinjoni tingħata fil-forma ta' ittra (l-Artikolu 56(1) it-tieni subparagrafu).

Is-sottoskritt, is-Sur François Xavier Bellamy (ir-rapporteur permanenti tal-Kumitat PECH għall-kwistjonijiet ta' wara l-Brexit) u jien abbozzajna din l-Opinjoni. Din ġiet adottata b'mod unanimu mill-koordinaturi fil-laqgħa tagħhom tal-1.9.2022, u sussegwentement ġiet approvata permezz ta' proċedura bil-miktub mingħajr ebda kumment mill-Membri tal-Kumitat għas-Sajd.

F'isem il-Kumitat għas-Sajd, jekk jogħġbok sib mehmuża hawnhekk l-opinjoni tiegħu dwar il-proposta għal regoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit.

 

 

Dejjem tiegħek,

 

 

Pierre Karleskind

 

François‑Xavier Bellamy

 


SUĠĠERIMENTI

- wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2021 dwar il-konklużjoni tal-ftehim ta' kummerċ u kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (minn hawn 'il quddiem "il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni"), u b'mod partikolari l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd f'dan ir-rigward (P9 TA(2021)0140),

- wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta' April 2021 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni[6],

A. Filwaqt li jqis li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni fih għadd ta' dispożizzjonijiet imfassla biex jipproteġu l-interessi tal-Unjoni f'każ ta' implimentazzjoni insuffiċjenti jew nuqqas ta' konformità mir-Renju Unit mal-obbligi tiegħu skont dan il-ftehim; filwaqt li jqis li fil-qasam tas-sajd, huwa fil-fatt possibbli li l-Unjoni tieħu miżuri ta' kumpens, ta' rimedju, ta' salvagwardja jew ta' riekwilibriju, kif ukoll miżuri ta' sospensjoni ta' xi wħud mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 501, 506 u 773 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (minn hawn 'il quddiem "il-miżuri għad-difiża tal-interessi tal-Unjoni");

B. Filwaqt li jqis li d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta' April 2021 tipprevedi temporanjament, fl-Artikolu 3 tagħha, li tali miżuri għad-difiża tal-interessi tal-Unjoni jistgħu jittieħdu mill-Kummissjoni, u dan sakemm jidħol fis-seħħ att leġiżlattiv speċifiku li jirregola l-adozzjoni tal-miżuri;

C. Filwaqt li jqis li l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni rigward is-sajd s'issa ltaqgħet ma' diversi ntoppi u ma kinitx ottimali; filwaqt li jqis li l-Unjoni ltaqgħet ma' problemi sinifikanti b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-ilmijiet u l-għoti ta' liċenzji tas-sajd, jew ta' restrizzjonijiet addizzjonali minn miżuri tekniċi tas-sajd adottati unilateralment mir-Renju Unit mingħajr konsultazzjoni minn qabel;

D. Billi l-Artikolu 510 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprevedi rieżami tal-ftehim, li jenħtieġ li jitwettaq erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' aġġustament li jintemm fit-30 ta' Ġunju 2026;

E. Filwaqt li jqis li fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' April 2022 dwar il-futur tas-sajd fil-Kanal Ingliż, fil-Baħar tat-Tramuntana, fil-Baħar Irlandiż u fl-Oċean Atlantiku fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE (P9 TA(2022)0103), il-Parlament Ewropew itenni ħafna tħassib dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ u Kooperazzjoni; filwaqt li jqis li l-Parlament Ewropew jenfasizza wkoll li, sabiex tiġi garantita l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, għandhom jintużaw l-istrumenti legali kollha, inklużi dawk relatati mal-aċċess għas-suq, kif ukoll il-miżuri kumpensatorji u ta' rispons u l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim kollha previsti mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni;

Il-Kumitat għas-Sajd:

1. Itenni t-tħassib tiegħu dwar implimentazzjoni rapida, skrupluża, sħiħa u kompleta in bona fede tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tas-sajd; jitlob li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli għall-Unjoni biex tagħmel dan u biex ma toqgħodx lura milli tieħu miżuri biex tiddefendi l-interessi tagħha jekk din l-implimentazzjoni tkun nieqsa, fi żmien qasir kif ukoll wara l-perjodu ta' aġġustament;

2. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li twitti t-triq għal-leġiżlaturi biex jistabbilixxu l-qafas għall-adozzjoni ta' miżuri biex jiddefendu l-interessi tal-Unjoni, u l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha li timplimenta u tinforza l-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jew kwalunkwe ftehim supplimentari; jappoġġa għal dan l-għan l-istabbiliment ta' qafas istituzzjonali li jippermetti li jittieħdu miżuri rapidi, effettivi u proporzjonati, f'konformità mat-Trattati;

3. Ifakkar li fir-rigward tas-sajd b'mod partikolari, il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprevedi l-possibbiltà ta' ċerti miżuri protettivi biex jiddefendu l-interessi tal-Unjoni mingħajr rikors minn qabel għal proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim; jilqa' l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni li tiddefinixxi l-qafas għall-adozzjoni ta' miżuri li jiddefendu l-interessi tal-Unjoni tkopri s-sajd bl-istess mod bħal interessi settorjali oħra, u skont proċeduri istituzzjonali simili; jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jżommu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament propost ir-referenzi rilevanti kollha għall-kwistjonijiet tas-sajd, b'mod partikolari dawk magħmula skont l-Artikoli 501, 506 u 773 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, mingħajr ebda eċċezzjoni — u jirrifjutaw, matul in-negozjati interistituzzjonali, kwalunkwe proposta possibbli għal eżenzjonijiet fir-rigward tas-sajd;

4. Jinnota b'mod partikolari li l-Artikolu 2(4) tar-regolament propost jipprevedi li l-Kummissjoni trid tinforma lill-Kunsill bir-raġunijiet tagħha, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tirrispondix b'mod favorevoli għal talba minn Stat Membru wieħed jew aktar biex tieħu miżuri biex tiddefendi l-interessi tal-Unjoni. Jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jimmodifikaw din id-dispożizzjoni sabiex il-Parlament Ewropew jitqiegħed fuq l-istess livell mal-Kunsill f'dan ir-rigward, u li l-Parlament jiġi infurmat malajr kemm jista' jkun dwar il-preżentazzjoni ta' talba ta' Stat Membru wieħed jew aktar kif ukoll is-segwitu mogħti, aktar u aktar jekk tali talba twieġeb għal implimentazzjoni insuffiċjenti tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni rigward is-sajd;

5. Ifakkar fid-dimensjoni emblematika tas-sajd fid-dibattiti relatati mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Jenfasizza l-importanza mogħtija mill-Parlament Ewropew lill-monitoraġġ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit u l-ħtieġa ta' implimentazzjoni xierqa u bona fide tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni f'dan il-qasam; ifakkar fl-awtorità tal-Parlament Ewropew li jitlob direttament lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tiddefendi l-interessi tal-Unjoni quddiem tħassib speċifiku, b'mod partikolari fil-qasam tas-sajd;  fl-aħħar nett, jenfasizza l-importanza attribwita mill-Kumitat għas-Sajd għall-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill jibdew jaħdmu minn issa 'l quddiem biex iħejju għat-tmiem tal-perjodu ta' aġġustament, sabiex tinkiseb sitwazzjoni stabbli u sodisfaċenti għas-settur tas-sajd wara t-30 ta' Ġunju 2026.


 


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tar-regoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra

Referenzi

COM(2022)0089 – C9-0059/2022 – 2022/0068(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.3.2022

 

 

 

Kumitati responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

23.3.2022

INTA

23.3.2022

AFCO

23.3.2022

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

23.3.2022

IMCO

23.3.2022

TRAN

23.3.2022

AGRI

23.3.2022

 

PECH

23.3.2022

JURI

23.3.2022

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

ITRE

22.3.2022

AGRI

20.4.2022

JURI

13.6.2022

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Andreas Schieder

22.3.2022

Seán Kelly

22.3.2022

Danuta Maria Hübner

22.3.2022

 

Artikolu 58 – Proċedura b’kumitati konġunti

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

 

 

7.7.2022

Eżami fil-kumitat

13.7.2022

31.8.2022

 

 

Data tal-adozzjoni

10.10.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

75

0

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alexandrov Yordanov, Barry Andrews, Gerolf Annemans, Maria Arena, Anna-Michelle Asimakopoulou, Petras Auštrevičius, Traian Băsescu, Gabriele Bischoff, Geert Bourgeois, Udo Bullmann, Reinhard Bütikofer, Jordi Cañas, Katalin Cseh, Arnaud Danjean, Paolo De Castro, Gwendoline Delbos-Corfield, Salvatore De Meo, Pascal Durand, Raphaël Glucksmann, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Herve Juvin, Karin Karlsbro, Dietmar Köster, Bernd Lange, Miriam Lexmann, Nathalie Loiseau, Thierry Mariani, Gabriel Mato, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Gheorghe-Vlad Nistor, Tonino Picula, Giuliano Pisapia, Carles Puigdemont i Casamajó, Samira Rafaela, Thijs Reuten, Catharina Rinzema, Massimiliano Salini, Andreas Schieder, Helmut Scholz, Pedro Silva Pereira, Jordi Solé, Sergei Stanishev, Dragoş Tudorache, Mihai Tudose, Marie-Pierre Vedrenne, Viola von Cramon-Taubadel, Jörgen Warborn, Charlie Weimers, Rainer Wieland, Isabel Wiseler-Lima, Jan Zahradil, Bernhard Zimniok

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mazaly Aguilar, Attila Ara-Kovács, Gunnar Beck, Markus Buchheit, Marco Campomenosi, Dacian Cioloş, Jérémy Decerle, Loucas Fourlas, Robert Hajšel, Pierrette Herzberger-Fofana, Rasa Juknevičienė, Liudas Mažylis, Alin Mituța, Alessandra Moretti, Juozas Olekas, Manuela Ripa, Christian Sagartz

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Susanna Ceccardi, Rosanna Conte, Mónica Silvana González, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Caroline Roose, Christine Schneider, Nils Ušakovs, Lucia Vuolo, Lara Wolters

Data tat-tressiq

13.10.2022

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

75

+

ECR

Geert Bourgeois, Charlie Weimers, Jan Zahradil

ID

Gerolf Annemans, Marco Campomenosi, Susanna Ceccardi, Rosanna Conte, Herve Juvin, Thierry Mariani

NI

Carles Puigdemont i Casamajó

PPE

Alexander Alexandrov Yordanov, Anna-Michelle Asimakopoulou, Traian Băsescu, Arnaud Danjean, Salvatore De Meo, Loucas Fourlas, Christophe Hansen, Danuta Maria Hübner, Rasa Juknevičienė, Miriam Lexmann, Marian-Jean Marinescu, Gabriel Mato, Liudas Mažylis, Francisco José Millán Mon, Gheorghe-Vlad Nistor, Christian Sagartz, Massimiliano Salini, Christine Schneider, Lucia Vuolo, Jörgen Warborn, Rainer Wieland, Isabel Wiseler-Lima

RENEW

Barry Andrews, Petras Auštrevičius, Jordi Cañas, Dacian Cioloş, Katalin Cseh, Jérémy Decerle, Pascal Durand, Nathalie Loiseau, Alin Mituța, Javier Nart, Samira Rafaela, Dragoş Tudorache, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Attila Ara-Kovács, Maria Arena, Gabriele Bischoff, Udo Bullmann, Paolo De Castro, Raphaël Glucksmann, Mónica Silvana González, Robert Hajšel, Dietmar Köster, Bernd Lange, Alessandra Moretti, Juozas Olekas, Tonino Picula, Giuliano Pisapia, Thijs Reuten, Andreas Schieder, Pedro Silva Pereira, Sergei Stanishev, Mihai Tudose, Nils Ušakovs, Lara Wolters

THE LEFT

Helmut Scholz

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Gwendoline Delbos-Corfield, Pierrette Herzberger-Fofana, Tilly Metz, Manuela Ripa, Caroline Roose, Jordi Solé, Viola von Cramon-Taubadel

 

0

-

 

 

 

6

0

ECR

Mazaly Aguilar

ID

Gunnar Beck, Markus Buchheit, Bernhard Zimniok

RENEW

Karin Karlsbro, Catharina Rinzema

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Ottubru 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza