RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023-2027

13.10.2022 - (COM(2022)0057 – C9‑0045/2022 – 2022/0039(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Christophe Grudler


Proċedura : 2022/0039(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0249/2022
Testi mressqa :
A9-0249/2022
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023-2027

(COM(2022)0057 – C9‑0045/2022 – 2022/0039(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0057),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 189(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0045/2022),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9‑0249/2022),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. .

 


Emenda  1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[*]

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

 

2022/0039 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023-2027

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 189(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Hemm domanda dejjem akbar mill-atturi governattivi tal-Unjoni għal servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita siguri u affidabbli, b'mod partikolari minħabba li jkunu l-unika għażla vijabbli f'sitwazzjonijiet fejn is-sistemi ta' komunikazzjoni bbażati fuq l-art ▌ jiġu mfixkla jew ma jkunux affidabbli. Aċċess li jkun għall-but ta' kulħadd u kosteffettiv għal komunikazzjoni bbażata fuq is-satellita huwa wkoll indispensabbli fejn ma jkunx hemm networks terrestri, inkluż fuq l-oċeani u fl-ispazju tal-ajru, f'żoni remoti, u fejnin-networks terrestri jiffaċċjaw qtugħ serju jew ma jkunux affidabbli f'sitwazzjonijiet ta' kriżi. Minn lat aktar globali, il-komunikazzjoni bis-satellita tista' żżid ir-reżiljenza ġenerali tan-networks ta' komunikazzjoni, pereżempju billi toffri alternattiva fil-każ ta' attakki fiżiċi jew inċidenti ċibernetiċi fuq in-networks terrestri, aċċidenti jew diżastru naturali.

(2) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta Diċembru 2013 laqgħu t-tħejjijiet għall-ġenerazzjoni li jmiss ta' Komunikazzjoni Governattiva bis-Satellita permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA). Is-satcom governattiva ġiet identifikata wkoll bħala wieħed mill-elementi tal-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ta' Ġunju 2016. Is-satcom governattiva jeħtiġilha tagħti kontribut għar-rispons tal-UE għat-Theddidiet Ibridi u tipprovdi sostenn għall-Istrateġija tas-Sigurtà Marittima tal-UE u għall-politika tal-UE dwar l-Artiku.

(3) Fit-22 ta' Marzu 2017, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà tal-Kunsill approva l-Ħtiġijiet tal-Utenti Militari Ċivili ta' Livell Għoli għall-Komunikazzjonijiet Governattivi bis-Satellita [1] li tħejjew mis-SEAE dwar ir-rekwiżiti tal-utent militari identifikati mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża fl-Objettiv Komuni tal-Istat Maġġur tagħha adottata fl-2014, u l-ħtiġijiet tal-utent ċivili miġbura mill-Kummissjoni ġew magħquda biex jipproduċu l-Ħtiġijiet tal-Utenti Militari Ċivili ta' Livell Għoli għall-Komunikazzjonijiet Governattivi bis-Satellita.

(4) Wieħed mill-komponenti importanti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/696 huwa GOVSATCOM, li għandu l-għan li jiżgura  d-disponibbiltà fit-tul ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet bis-satellita affidabbli, siguri, skalabbli u kosteffettivi għall-utenti ta' GOVSATCOM. Ir-Regolament (UE) 2021/696 jipprevedi li fl-ewwel fażi, tal-komponent GOVSATCOM sa madwar l-2025, il-kapaċità eżistenti tkun raggruppata u kondiviża permezz taċ-Ċentru ta' GOVSATCOM. F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni jeħtiġilha takkwista kapaċitajiet ta' GOVSATCOM mill-Istati Membri b'sistemi nazzjonali u kapaċitajiet spazjali u minn fornituri tal-komunikazzjoni kummerċjali bis-satellita jew tas-servizzi, filwaqt li tqis l-interessi essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni. F'dik l-ewwel fażi, is-servizzi ta' GOVSATCOM iridu jiġu introdotti permezz ta' approċċ gradwali, fid-dawl taż-żieda fl-iskala tal-kapaċitajiet tal-infrastruttura taċ-Ċentru ta' GOVSATCOM. Huwa bbażat ukoll fuq il-premessa li jekk matul l-ewwel fażi, analiżi dettaljata tal-provvista u tad-domanda fil-futur tiżvela li dan l-approċċ ma jkunx biżżejjed biex ikopri d-domanda li tkun qed tevolvi, ikun neċessarju li tinbeda t-tieni fażi u li jiġu żviluppati infrastrutturi jew kapaċitajiet spazjali addizzjonali mfassla apposta permezz ta' kooperazzjoni mas-settur privat, eż. mal-operaturi satellitari tal-Unjoni.

(5) F'xenarju li qed jevolvi malajr, l-utenti governattivi ▌qed jagħmlu l-bidla lejn soluzzjonijiet ta' sigurtà ogħla, latenza baxxa u kopertura globali biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħhom. Il-progress tekniku riċenti ppermetta li jitfaċċaw kostellazzjonijiet ta' komunikazzjonijiet ta' orbita mhux ġeostazzjonarja (NGSO) u gradwalment joffri servizzi ta' konnettività b'veloċità għolja u b'latenza baxxa. Hemm għalhekk possibiltajiet ta' opportunità biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-utenti governattivi billi tiġi żviluppata u implimentata infrastruttura addizzjonali peress li l-filings għall-frekwenzi neċessarji biex jiġu pprovduti s-servizzi meħtieġa bħalissa huma disponibbli fl-Unjoni Ewropea. Jekk ma jintużawx, dawn il-filings ma jibqgħux validi u jiġu attribwiti lil atturi oħra. Peress li l-frekwenzi huma riżorsa li dejjem qed issir aktar skarsa, jenħtieġ li l-Kummissjoni taħtaf din l-opportunità u jenħtieġ li tikkonkludi ftehimiet ta' liċenzjar speċifiċi ma' dawk l-Istati Membri li jipprovdu l-filings tal-frekwenzi. Dan il-proċess miftuħ u trasparenti jenħtieġ li jseħħ għall-filings tal-frekwenzi għall-forniment ta' servizzi governattivi bbażati fuq l-infrastruttura governattiva.

(6) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-21-22 ta' Marzu 2019 enfasizzaw li l-Unjoni jeħtieġ li tkompli tiżviluppa ekonomija diġitali kompetittiva, sigura, inklużiva u etika b'konnettività ta' klassi dinjija.

(7) L-effett tal-operazzjonijiet ibridi fl-ispazju jista' jkollu wkoll impatt sinifikanti fuq l-attivitajiet kummerċjali ċivili li jiddependu dejjem aktar fuq il-kapaċitajiet spazjali. Sabiex tiġi indirizzata din l-isfida il-"Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sinerġiji bejn l-industriji ċivili, tad-difiża u tal-ispazju" tat-22 ta' Frar 2021, jiddikjara li għandu l-għan li "jippermetti l-aċċess għal konnettività b'veloċità għolja għal kulħadd fl-Ewropa, u se jipprovdi sistema ta' konnettività reżiljenti li permezz tagħha l-Ewropa tibqa' konnessa irrispettivament minn x'jiġri"[2].

(8) Jenħtieġ li l-Unjoni tiżgura l-forniment ta' soluzzjonijiet ▌ bis-satellita li jkunu reżiljenti, globali, siguri, mingħajr interruzzjoni, garantiti u flessibbli għall-ħtiġijiet governattivi dejjem jevolvu u għall-interess pubbliku, mibnija fuq bażi teknoloġika u industrijali tal-UE, sabiex tiżdied ir-reżiljenza tal-operazzjonijiet tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' aċċess garantit u mingħajr interruzzjoni għas-servizzi bis-satellita.

(9) 

(10) Għalhekk, huwa importanti li jiġi stabbilit Programm ġdid tal-Unjoni għal Konnettività Sigura ("il-Programm") biex jipprevedi l-infrastruttura ▌tal-Unjoni ta' servizzi multipli bis-satellita, abbażi tad-domanda tal-entitajiet governattivi u li jintegra u jikkomplementa il-komponent GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-infrastruttura relatata, li tieħu vantaġġ ukoll minn kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej addizzjonali, minn perspettiva ta' infrastruttura, kapaċitajiet ta' komunikazzjoni u servizz, bl-integrazzjoni gradwali tal-inizjattiva tal-Infrastruttura Ewropea ta' Komunikazzjoni Kwantistika (EuroQCI).

(11) Jenħtieġ li l-Programm jissodisfa l-ħtiġijiet governattivi l-ġodda għal soluzzjonijiet ta' sigurtà ogħla, latenza baxxa u kopertura globali. Jenħtieġ li jiżgura l-forniment u d-disponibbiltà fit-tul ta' aċċess globali mingħajr interruzzjoni għal servizzi governattivi bis-satellita siguri, awtonomi, affidabbli u kosteffettivi, li jappoġġaw ir-reżiljenza u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, is-sorveljanza, l-azzjonijiet esterni, il-ġestjoni tal-kriżijiet, kif ukoll applikazzjonijiet li huma kritiċi għall-ekonomija, is-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni, permezz ta' infrastruttura governattiva speċifika, li tintegra u tikkomplementa l-kapaċitajiet ta' GOVSATCOM. Barra minn hekk, il-Programm jenħtieġ li jipprijoritizza t-twassil ta' servizzi governattivi u jippermetti wkoll il-forniment ta' servizzi kummerċjali mis-settur privat permezz ta' infrastruttura kummerċjali.

(11a) Skont l-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI) għall-2021, il-konnettività madwar l-Unjoni tjiebet f'"networks b'kapaċità għolja ħafna" (VHCN) u hija disponibbli f'59 % tal-unitajiet domestiċi tal-Unjoni u b'hekk tikkontribwixxi għal kopertura (NGA) ta' broadband veloċi ta' 87 % tal-unitajiet domestiċi. Fir-rigward tan-networks mobbli, 14 % biss taż-żoni popolati kienu koperti b'networks 5G fl-2020, madankollu żieda konsiderevoli fl-ispettru tar-radju assenjat tipprometti aċċelerazzjoni tal-introduzzjoni tal-5G madwar l-Unjoni fis-snin li ġejjin. Il-Programm huwa maħsub biex jgħin fit-titjib tal-konnettività fl-Unjoni kollha u mad-dinja kollha, għaċ-ċittadini u għan-negozji, u jinkludi mingħajr ma jkun limitat għalih, il-forniment ta' broadband b'veloċità għolja għall-but ta' kulħadd li jista' jgħin biex jelimina ż-żoni mingħajr konnessjoni u jżid il-koeżjoni fl-Unjoni kollha, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, fiż-żoni rurali, periferiċi, remoti u iżolati u fil-gżejjer tagħha, fejn l-implimentazzjoni ta' fibra tal-broadband hija għalja wisq u l-konnettività tintlaħaq bl-aħjar mod permezz ta' infrastruttura satellitari. Is-servizzi satellitari attwalment ma jistgħux jissostitwixxu l-prestazzjoni tan-networks ibbażati fuq l-art iżda jistgħu jnaqqsu d-distakki diġitali u saħansitra jikkontribwixxu għall-forniment ta' Servizz Universali inqas eżiġenti skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2018/1972[3].

(11b) Peress li l-Programm huwa inizjattiva ġdida, li ma kinitx parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027, jenħtieġ li jiġu allokati riżorsi finanzjarji ġodda. Jenħtieġ li tingħata prijorità lil marġnijiet mhux allokati taħt il-limiti massimi tal-QFP jew mobilizzati permezz tal-istrumenti speċjali mhux tematiċi tal-QFP, sabiex jiġi evitat it-tnaqqis minn programmi oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Programm ma jikkompromettix l-implimentazzjoni ta' programmi oħra tal-Unjoni. Ir-reviżjoni li jmiss tal-QFP jenħtieġ li tipprovdi finanzjament li jkun biżżejjed għall-Programm, biex jiġu żgurati l-konsistenza, l-ambizzjoni u l-finanzjament fit-tul tiegħu.

(11c) Għalhekk, jenħtieġ li l-Programm jikkonsisti f'attivitajiet ta' żvilupp, ta' validazzjoni u attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni għall-kostruzzjoni tal-infrastruttura spazjali u terrestri inizjali, meħtieġa għall-forniment ta' servizzi governattivi. L-attivitajiet ta' sfruttament jenħtieġ li jibdew mill-aktar fis possibbli bil-forniment tas-sett inizjali ta' servizzi sal-2024, sabiex il-ħtiġijiet dejjem jevolvu tal-utenti governattivi jiġu ssodisfati mill-aktar fis possibbli. Jenħtieġ li l-Programm għaldaqstant jinvolvi attivitajiet immirati lejn it-tlestija kemm tal-infrastruttura spazjali kif ukoll dik terrestri meħtieġa għall-kapaċità operazzjonali sħiħa tas-servizzi governattivi sal-2027. Il-forniment ta' servizzi governattivi, l-operat, il-manutenzjoni u t-titjib kontinwu tal-infrastruttura, ladarba tiġi implimentata, kif ukoll l-iżvilupp tal-ġenerazzjonijiet futuri tas-servizzi governattivi, jenħtieġ li jkunu parti mill-attivitajiet ta' sfruttament.

(12) Minn Ġunju 2019, l-Istati Membri ffirmaw id-Dikjarazzjoni dwar l-Infrastruttura Ewropea ta' Komunikazzjoni Kwantistika (EuroQCI), fejn qablu li jaħdmu flimkien, mal-Kummissjoni u bl-appoġġ tal-ESA, lejn l-iżvilupp ta' infrastruttura ta' komunikazzjoni kwantistika li tkopri l-UE kollha. Skont din id-Dikjarazzjoni, l-EuroQCI għandha l-għan li timplimenta infrastruttura ta' komunikazzjoni kwantistika minn tarf sa tarf sigura u ċċertifikata, li tippermetti li l-informazzjoni u d-data jiġu trażmessi u maħżuna b'mod ultrasigur u li tkun kapaċi tgħaqqad l-assi kritiċi ta' komunikazzjoni pubblika madwar l-Unjoni kollha.  Għal dan l-għan, jenħtieġ li jinbnew infrastruttura spazjali u infrastruttura terrestri interkonnessi, sabiex ikunu jistgħu jiġu ġġenerati u distribwiti kjavi kriptografiċi bbażati fuq it-teorija tal-informazzjoni kwantistika. Il-Programm se jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tad-Dikjarazzjoni EuroQCI billi jiżviluppa infrastruttura spazjali EuroQCI integrata fl-infrastruttura spazjali u dik terrestri tal-Programm. Jenħtieġ li l-infrastruttura spazjali EuroQCI tiġi żviluppata fil-Programm f'żewġ fażijiet ewlenin, fażi ta' validazzjoni preliminari u fażi ta' implimentazzjoni sħiħa, li jenħtieġ li jirriżultaw fl-integrazzjoni sħiħa mal-Programm, inklużi soluzzjonijiet xierqa għall-konnettività intersatellitari u d-data relay bejn is-satelliti u l-art. Jenħtieġ li l-Programm jintegra l-EuroQCI fl-infrastruttura governattiva tiegħu, peress li se jipprovdi sistemi kriptografiċi li jibqgħu validi għall-futur u li joffru livelli mingħajr preċedent ta' komunikazzjonijiet siguri billi jirreżistu attakki futuri tal-computing kwantistiku.

(13) Biex jiġu ottimizzati r-riżorsi disponibbli ▌ta' komunikazzjoni bis-satellita, sabiex jiġi ggarantit l-aċċess f'sitwazzjonijiet mhux prevedibbli, bħad-diżastri naturali, u biex tiġi żgurata l-effiċjenza operazzjonali u ħinijiet qosra ta' pproċessar, huwa meħtieġ segment terrestri. Jenħtieġ li dan jiġi mfassal abbażi tar-rekwiżiti operazzjonali u tas-sigurtà.

(14) Sabiex jiġu estiżi l-kapaċitajiet ta' komunikazzjoni bis-satellita tal-Unjoni, jenħtieġ li l-infrastruttura tal-Programm tkun ibbażata fuq, tintegra u tikkomplementa l-infrastruttura żviluppata għall-finijiet tal-komponent GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-infrastruttura terrestri tal-Programm tkun ibbażata fuq iċ-Ċentri ta' GOVSATCOM, skont iż-żieda progressiva fl-iskala tagħhom permezz ta' assi oħra tas-segment terrestri, abbażi tal-ħtiġijiet tal-utenti u tas-servizzi.

(14a) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tal-Programm u l-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni, huwa essenzjali li jiġu żgurati, mill-aktar fis possibbli, is-slots orbitali u l-frekwenzi meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-servizzi. L-istabbiliment rapidu tal-portafoll tas-servizzi, allokazzjoni adegwata tad-drittijiet għall-użu tal-frekwenzi, u l-implimentazzjoni rapida tal-ewwel lott ta' satelliti fl-2024 huma meħtieġa biex jiġu żgurati s-slots orbitali u l-frekwenzi.

(15) Jenħtieġ li s-servizzi pprovduti mill-Programm jgħinu biex jgħaqqdu reġjuni ġirien tal-Unjoni, bħar-reġjuni tal-Baħar Mediterran, tal-Baħar Baltiku u tal-Baħar l-Iswed, u żoni strateġiċi oħra bħall-Artiku u l-Afrika, u jikkontribwixxu għar-reżiljenza ġeopolitika billi joffru konnettività addizzjonali f'konformità mal-miri ta' politika f'dawn ir-reġjuni u mal-istrateġija Global Gateway[4].

(16) Huwa xieraq li s-satelliti mibnija għall-finijiet tal-Programm jistgħu jkunu mgħammra b'subsistemi, inklużi tagħbijiet utli li jistgħu jippermettu li jiżdiedu l-kapaċità u s-servizzi ta' komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, b'hekk, ikun possibbli l-iżvilupp ta' missjonijiet addizzjonali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/696. Dawk is-subsistemi jistgħu jiġu żviluppati bl-għan li joffru servizzi alternattivi ta' pożizzjonament, navigazzjoni u ta' twaqqit li jikkomplementaw lil Galileo, jiżguraw ix-xandir ta' messaġġi EGNOS/SBAS b'latenza aktar baxxa, jipprovdu sensuri bbażati fuq l-ispazju għall-għarfien tas-sitwazzjoni spazjali u jappoġġaw it-titjib tal-kapaċitajiet attwali ta' Copernicus, b'mod partikolari għas-servizzi ta' emerġenza u tas-sigurtà ċivili. Barra minn hekk, dawk is-subsistemi jistgħu jippermettu l-forniment ta' servizzi li mhumiex komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni.

(17) Huwa vitali għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, għall-awtonomija strateġika tagħha, għall-iżgurar tas-sigurtà u l-integrità tas-servizzi governattivi u l-kompetittività tal-Unjoni f'suq li qed jevolvi malajr, li ▌l-assi spazjali tal-Programm jiġu llanċjati mit-territorju tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-mikrolanċaturi jistgħu jipprovdu flessibbiltà addizzjonali biex jippermettu l-implimentazzjoni rapida tal-assi spazjali mit-territorju tal-Unjoni. F'ċirkostanzi eċċezzjonali u sostanzjati kif xieraq, jenħtieġ li jkun possibbli li tali llanċjar jsir minn territorju ta' pajjiż terz.

(18) Huwa importanti li l-Unjoni jkollha l-assi tanġibbli u intanġibbli kollha relatati mal-infrastruttura governattiva filwaqt li tiżgura r-rispett tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-Artikolu 17 tagħha. Minkejja s-sjieda mill-Unjoni ta' dawk l-assi, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Unjoni, f'konformità ma' dan ir-Regolament u, fejn jitqies xieraq fuq valutazzjoni ta' każ b'każ, li dawk l-assi jsiru disponibbli għal partijiet terzi jew li jiġu mwarrba.

(19) Jenħtieġ li l-Programm jipprovdi servizzi mmirati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti governattivi, filwaqt li jqis il-Ħtiġijiet tal-Utenti Militari Ċivili ta' Livell Għoli għall-Komunikazzjonijiet Governattivi bis-Satellita[5], li ġew approvati mill-Kumitat tas-Sigurtà tal-Kunsill f'Marzu 2017 ▌.

(20) Jenħtieġ li r-rekwiżiti operazzjonali għas-servizzi governattivi jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti governattivi, filwaqt li jitqiesu wkoll il-kapaċitajiet tal-offerti attwali tas-suq. Meta jiġu vvalutati dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li l-kapaċitajiet attwali tas-suq jintużaw kemm jista' jkun possibbli. Minn dawk ir-rekwiżiti operazzjonali, flimkien mar-rekwiżiti tas-sigurtà u d-domanda dejjem tevolvi tas-servizzi governattivi, jenħtieġ li jiġi żviluppat il-portafoll tas-servizzi governattivi. Il-portafoll tas-servizzi jenħtieġ li jistabbilixxi l-linja bażi applikabbli għas-servizzi governattivi. Il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi jenħtieġ li jqis il-portafoll tas-servizzi, tas-servizzi ta' GOVSATCOM, stabbilit fil-qafas tar-Regolament (UE) 2021/696. Sabiex tinżamm l-aqwa konkordanza possibbli bejn id-domanda u s-servizzi pprovduti, jenħtieġ li l-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi jiġi aġġornat regolarment wara li jiġu kkonsultati l-Istati Membri.

(21) Il-komunikazzjonijiet bis-satellita mhumiex riżorsa infinita u huma limitati mill-kapaċità satellitari, mill-frekwenza u mill-kopertura ġeografika. Sabiex ikun kosteffettiv u jikkapitalizza fuq l-ekonomiji ta' skala, jenħtieġ li l-Programm jottimizza l-konkordanza bejn il-provvista u d-domanda tas-servizzi governattivi. Peress li kemm id-domanda kif ukoll il-provvista potenzjali jinbidlu maż-żmien, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja l-ħtiġijiet biex taġġusta l-portafoll għas-servizzi governattivi kull meta dan jidher li jkun meħtieġ.

(22) 

(23) L-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ("SEAE"), kif ukoll l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jsiru l-parteċipanti tal-Programm, sa tali punt fejn jagħżlu li jawtorizzaw utenti ta' servizzi governattivi jew jipprovdu kapaċitajiet, siti jew faċilitajiet. Meta wieħed iqis li hija f'idejn Stat Membru li jiddeċiedi jekk jawtorizzax l-utenti nazzjonali tas-servizzi governattivi, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux obbligati li jsiru parteċipanti fil-Programm jew li jospitaw infrastruttura tal-Programm.

(24) Kull parteċipant tal-Programm jenħtieġ li jaħtar Awtorità Kompetenti għall-Konnettività Sigura biex timmonitorja jekk l-utenti, u entitajiet nazzjonali oħra li għandhom rwol fil-Programm, jikkonformawx mar-regoli u l-proċeduri ta' sigurtà applikabbli kif stabbilit fir-rekwiżiti tas-sigurtà.

(25) Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju, li jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda[6], għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(26) L-objettivi tal-Programm huma koerenti u komplementari ma' dawk ta' programmi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Orizzont Ewropa, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7]u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2021/764[8], il-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[9], l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[10], il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11] u, b'mod partikolari, il-Programm Spazjali tal-Unjoni stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[12], b'hekk l-inklużjoni tiegħu hija ġustifikata kif xieraq. Jenħtieġ li fondi minn dawk il-programmi tal-Unjoni ma jiġux riallokati biex jiffinanzjaw il-Programm.

(27) Il-Programm Orizzont Ewropa se jalloka sehem speċifiku mill-komponenti tiegħu tar-Raggruppament 4 għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni relatati mal-iżvilupp u mal-validazzjoni tas-sistema ta' konnettività sigura, inkluż għat-teknoloġiji potenzjali li jiġu żviluppati fl-ekosistema spazjali Ewropew, li b'mod speċjali se jisfrutta l-impatt ta' parteċipanti ġodda, negozji ġodda u intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Peress li l-Programm għal Konnettività Sigura huwa inizjattiva ġdida u l-Programm Orizzont Ewropa huwa prijorità ewlenija tal-Unjoni, l-allokazzjoni ta' fondi għal dawk l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni jenħtieġ li ma tnaqqas xejn mill-attivitajiet l-oħra tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa taħt ir-Raggruppament 4, li huma essenzjali għall-kompetittività tal-Unjoni u għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. Konsegwentement, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi istituzzjonali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li jsir disponibbli għall-Programm Orizzont Ewropa ammont ta' approprjazzjonijiet ta' impenn ekwivalenti għall-ammont allokat taħt ir-Raggruppament 4 għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni relatati mas-sistema ta' konnettività sigura matul il-perjodu 2023-2027, li jirriżulta min-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali ta' proġetti li jappartjenu għal dak il-programm jew għall-predeċessur tiegħu, kif previst fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-"Regolament Finanzjarju"). Dan l-ammont huwa addizzjonali għall-ammont ta' EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) previst fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-użu mill-ġdid ta' fondi diżimpenjati fir-rigward tal-programm ta' riċerka. Il-Programm Spazjali tal-Unjoni se jalloka sehem speċifiku tal-komponent GOVSATCOM tiegħu għall-attivitajiet relatati mal-iżvilupp u mal-ikkompletar taċ-Ċentru ta' GOVSATCOM li se jkun neċessarju għall-infrastruttura terrestri tas-sistema ta' Konnettività Sigura. Il-finanzjament li joriġina minn dawn il-programmi jenħtieġ li jiġi implimentat f'konformità mar-regoli ta' dawn il-programmi. Minħabba li dawk ir-regoli huma differenti sew mir-regoli taħt dan ir-Regolament, il-ħtieġa li l-objettivi tal-politika intenzjonali jintlaħqu b'mod effettiv jenħtieġ li tiġi kkunsidrata meta tkun qed tittieħed deċiżjoni fuq il-finanzjament ta' azzjonijiet ▌mill-fondi allokati minn Orizzont Ewropew ▌kif ukoll mill-Programm ta' Konnettività Sigura tal-Unjoni.

(28) 

(28a) Sabiex jiġi żgurat li l-Programm jiġi implimentat b'suċċess, huwa importanti li jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja li tkun addizzjonali għall-ammont disponibbli permezz tal-baġit tal-Unjoni u l-kontribuzzjonijiet tas-settur privat. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jsiru skont il-ħtiġijiet u d-domanda tagħhom għas-servizzi li jkunu disponibbli permezz tal-Programm. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Istati Membri jagħmlu kontribuzzjonijiet in natura. Kontribuzzjonijiet finanzjarji u kontribuzzjonijiet in natura addizzjonali minn partijiet oħra jenħtieġ li jkunu possibbli wkoll.

(28b) Il-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-Programm jenħtieġ li jitqiesu fir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP, bil-ħsieb li jiġu żgurati l-istabbiltà, il-koerenza, l-ambizzjoni u l-finanzjament fit-tul tal-Programm. Finanzjament xieraq permezz tal-baġit tal-Unjoni jiżgura skrutinju demokratiku tal-Programm fil-proċedura baġitarja annwali u jippermetti l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Unjoni dwar il-kontroll finanzjarju u l-kwittanza.

(28c) Diversi Stati Membri pprogrammaw fondi mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) għall-attivitajiet spazjali. Sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza tar-riżorsi finanzjarji disponibbli u jiġu żgurati sinerġiji bejn il-Programm u l-RRF, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu jallinjaw il-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza mal-ħtiġijiet tal-Programm.

(29) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14] (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għall-Programm. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta' esperti esterni.

(30) F'konformità mal-Artikolu 191(3) tar-Regolament Finanzjarju, l-istess kostijiet fl-ebda ċirkostanza ma għandhom jiġu ffinanzjati darbtejn mill-baġit tal-Unjoni. Jenħtieġ li jkun hemm mekkaniżmi biex jiżguraw li jiġi evitat il-finanzjament doppju u dan l-aspett jenħtieġ li jiġi inkluż fir-rieżami regolari dwar l-implimentazzjoni tal-Programm.

(30a) Fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-QFP 2021-2027, jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni baġitarja solida tal-inizjattiva sabiex jiġu pprovduti riżorsi adegwati għall-Programm.

(31) Il-Kummissjoni, meta twettaq ċerti kompiti ta' natura mhux regolatorja, jenħtieġ li tkun tista' tirrikorri, kif ikun meħtieġ u kemm ikun hemm bżonn, għall-assistenza teknika ta' ċerti partijiet esterni. Jenħtieġ li anki entitajiet oħra involuti fil-governanza pubblika tal-Programm ikunu jistgħu jużaw l-istess assistenza teknika fit-twettiq tal-kompiti fdati lilhom skont dan ir-Regolament.

(32) Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u b'mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(33) Il-kuntratti ta' akkwist konklużi taħt il-Programm għall-attivitajiet iffinanzjati mill-Programm jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni u mal-prinċipji speċifiċi deskritti f'dan ir-Regolament. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Unjoni tkun responsabbli wkoll għad-definizzjoni tal-objettivi li jridu jintlaħqu fir-rigward tal-akkwist pubbliku.

(33a) Il-Programm jiddependi fuq teknoloġiji kumplessi u li jinbidlu b'mod kostanti. Id-dipendenza fuq tali teknoloġiji tirriżulta f'inċertezza u riskju għall-kuntratti pubbliċi konklużi fl-ambitu tal-Programm, peress li dawk il-kuntratti jinvolvu impenji fit-tul għat-tagħmir jew għas-servizzi. Għalhekk, minbarra r-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, huma meħtieġa miżuri speċifiċi li jikkonċernaw il-kuntratti pubbliċi. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħata kuntratt fil-forma ta' kuntratt b'pagamenti fi stadji kundizzjonali, tiddaħħal emenda, taħt ċerti kundizzjonijiet, fil-kuntest tal-prestazzjoni tiegħu, jew jiġi impost livell minimu ta' sottokuntrattar. Fir-rigward ta' dan tal-aħħar, jenħtieġ li tingħata prijorità, fejn possibbli, lin-negozji ġodda u lill-SMEs, b'mod partikolari sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod transfruntier. Fl-aħħar nett, minħabba l-inċertezzi teknoloġiċi li jikkaratterizzaw il-komponenti tal-Programm, il-prezzijiet tal-kuntratti mhux dejjem jistgħu jitbassru b'mod preċiż u għalhekk jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu konklużi kuntratti mingħajr ma jiġi stipulat prezz fiss riġidu u li jiġu inklużi klawżoli li jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(34) L-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi li, abbażi tar-riżultati ta' valutazzjoni ex ante, il-Kummissjoni trid tkun tista' tiddependi fuq is-sistemi u l-proċeduri tal-persuni jew tal-entitajiet fdati bl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni. Jekk ikun meħtieġ, jenħtieġ li fil-ftehim ta' kontribuzzjoni korrispondenti jiġu definiti aġġustamenti speċifiċi għal dawk is-sistemi u l-proċeduri ("miżuri ta' superviżjoni"), kif ukoll l-arranġamenti għall-kuntratti eżistenti.

(35) Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm, huwa importanti li, fejn ikun xieraq, wieħed ikun jista' jibbaża fuq il-kapaċitajiet offruti mill-entitajiet pubbliċi u privati tal-Unjoni li jkunu attivi fil-qasam spazjali, u li tkun tista' ssir ħidma wkoll fil-livell internazzjonali ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali. Għal din ir-raġuni, huwa meħtieġ li jkun hemm lok għall-possibbiltà li jintużaw l-għodod u l-metodi ta' ġestjoni rilevanti kollha li huma previsti mit-TFUE u mir-Regolament Finanzjarju u proċeduri konġunti tal-akkwist.

(36) F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15] u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95[16], (Euratom, KE) Nru 2185/96[17] u (UE) 2017/1939[18], l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta' penali amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013 l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) huwa mogħti s-setgħa li jinvestiga reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll iressaq dawn il-każijiet quddiem il-qorti, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[19]. F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera għalkollox fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw f'kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi mill-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(37) Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, huwa meħtieġ li pajjiżi terzi jintalbu jagħtu d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa għall-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, għall-OLAF u għall-Qorti tal-Awdituri biex jeżerċitaw b'mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

(38) Sħubija pubblika-privata hija l-aktar skema xierqa biex jiġi żgurat li l-objettivi tal-Programm ikunu jistgħu jiġu segwiti. Jenħtieġ li tippermetti li l-bażi teknoloġika u infrastrutturali eżistenti tal-komunikazzjoni bis-satellita tal-UE tkompli tiġi żviluppata u li jiġu pprovduti servizzi governattivi robusti u innovattivi, u tipprovdi inċentivi lis-sħab privati biex jikkomplementaw l-infrastruttura tal-Programm b'kapaċitajiet addizzjonali għal servizzi kummerċjali permezz ta' investimenti proprji addizzjonali. Barra minn hekk, skema bħal din jenħtieġ li tottimizza l-kostijiet tal-implimentazzjoni u tal-operat billi tikkondividi l-kostijiet tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni fuq komponenti komuni kemm għall-infrastrutturi governattivi kif ukoll għal dawk kummerċjali, kif ukoll għall-kostijiet operazzjonali billi tippermetti livell għoli ta' mutwalizzazzjoni tal-kapaċità. Jenħtieġ li tistimula wkolll-innovazzjoni b'mod partikolari fl-ekosistema spazjali tal-Unjoni billi tippermetti l-kondiviżjoni tar-riskji tar-Riċerka u l-Iżvilupp bejn is-sħab pubbliċi u privati.

(39) Il-mudell ta' implimentazzjoni jista' jieħu l-għamla ta' kuntratt ta' konċessjoni jew ta' arranġamenti kuntrattwali oħra. Irrispettivament mill-mudell ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti bosta prinċipji ewlenin. Jenħtieġ li l-kuntratt jistabbilixxi distribuzzjoni ċara tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet bejn is-sħab pubbliċi u privati, flimkien ma' allokazzjoni ċara tar-riskji bejniethom, bil-ħsieb li jiġi żgurat li s-sieħeb privat jerfa' r-responsabbiltà għall-konsegwenzi ta' kwalunkwe nuqqas li jkun responsabbli għalih. Il-kuntratt jenħtieġ li jiżgura wkoll li s-sħab privati ma jirċievu l-ebda kumpens żejjed ▌għall-forniment ta' servizzi governattivi, jippermetti li l-forniment ta' servizzi kummerċjali jiġi stabbilit mis-settur privat, u jiżgura prijoritizzazzjoni xierqa tal-ħtiġijiet tal-utenti governattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tivvaluta u tapprova tali servizzi biex tiżgura li l-interessi essenzjali tal-Unjoni u l-objettivi tal-Programm jiġu ppreservati. Huwa importanti li jkun hemm miżuri fis-seħħ biex jiżguraw li dawk l-interessi essenzjali u l-objettivi jiġu ppreservati. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-kontinwità tas-servizz f'każ li l-kuntrattur ma jkunx jista' jissodisfa l-obbligi tiegħu. Il-kuntratt jenħtieġ li jipprevjeni, fost affarijiet oħra, kunflitti ta' interess u distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-forniment ta' servizzi kummerċjali. Dan jista' jsir billi tiġi inkluża s-separazzjoni tal-kontijiet bejn is-servizzi governattivi u kummerċjali, l-aċċess miftuħ, ġust u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura meħtieġa għall-forniment ta' servizzi kummerċjali. Jenħtieġ li s-sħubija pubblika-privata trawwem il-parteċipazzjoni ta' negozji ġodda u SMEs tul il-katina tal-valur kollha tal-konċessjoni u madwar l-Istati Membri, u b'hekk tinċentiva l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi u fixkiela.

(39a) F'konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, jenħtieġ li l-Programm jimminimizza, sa fejn possibbli, l-impatt ambjentali tiegħu. Filwaqt li l-assi spazjali stess ma jirrilaxxawx gassijiet serra waqt li jkunu qed jintużaw, il-manifattura tagħhom u l-faċilitajiet tal-art assoċjati għandhom impatt ambjentali. Jenħtieġ li jiġu adottati miżuri biex dak l-impatt jiġi mmitigat. Għal dak il-għan, l-akkwist imsemmi fl-ambitu tal-Programm jenħtieġ li jinkludi prinċipji u miżuri dwar is-sostenibbiltà, bħal dispożizzjonijiet biex jiġu minimizzati u kkumpensati l-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġġenerati mill-iżvilupp, il-produzzjoni u l-implimentazzjoni tal-infrastruttura u miżuri għall-prevenzjoni tat-tniġġis tad-dawl bħall-impatt ta' osservazzjonijiet astronomiċi bbażati fuq l-art, inkluż stħarriġ b'kamp wiesa' fl-ottiku u fl-infraaħmar, kif ukoll miżuri li jimmitigaw it-tniġġis tal-arja minn satelliti li jkunu deħlin lura fl-atmosfera.

(39b) Fid-dawl tal-għadd dejjem jikber ta' inġenji spazjali u skart fl-orbita, il-kostellazzjoni Ewropea l-ġdida jenħtieġ li tissodisfa wkoll kriterji ta' sostenibbiltà spazjali u tkun eżempju ta' prattiki tajbin fil-ġestjoni tat-traffiku spazjali u fis-sorveljanza u l-insegwiment spazjali (SST), sabiex tnaqqas l-ammont ta' skart prodott, tipprevjeni break-ups fl-orbita u kolliżjonijiet fl-orbita, u tipprovdi miżuri xierqa għal tmiem il-ħajja tal-inġenji spazjali. Hekk kif tħassib leġittimu dwar il-protezzjoni tal-ambjent spazjali qed jiġi diskuss (eż. fil-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Użu Paċifiku tal-Ispazju Ekstratmosferiku (COPUOS) u l-Kumitat ta' Koordinazzjoni bejn l-Aġenziji dwar l-Iskart Spazjali (IADC)), huwa tal-akbar importanza li l-Unjoni turi li hija minn ta' quddiem fis-sostenibbiltà tal-attivitajiet spazjali.

(39c) Inizjattivi fl-Unjoni kollha, bħall-inizjattiva tal-konnettività sigura, jissawru bil-parteċipazzjoni wiesgħa ta' intrapriżi żgħar, medji u kbar innovattivi u negozji ġodda mis-settur spazjali upstream, midstream u downstream madwar l-Unjoni. F'dawn l-aħħar snin, xi atturi spazjali sfidaw is-settur spazjali, b'mod partikolari n-negozji ġodda u l-SMEs li żviluppaw teknoloġiji u applikazzjonijiet spazjali innovattivi u mmexxija mis-suq, xi drabi b'mudelli ta' negozju differenti. Sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tal-ekosistema spazjali tal-Unjoni, dan il-Programm jenħtieġ li jimmassimizza l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji innovattivi u fixkiela kif ukoll mudelli ta' negozju innovattivi, b'mod partikolari minn negozji ġodda u SMEs li jiżviluppaw teknoloġiji u applikazzjonijiet spazjali mmexxija mis-suq, filwaqt li jkopri l-katina tal-valur spazjali kollha, li tinkludi s-segment upstream, midstream u downstream.

(39d) Sabiex jiġu ottimizzati l-effiċjenza u l-impatt tal-Programm, jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet biex jiġu promossi l-użu u l-iżvilupp ta' standards miftuħa, teknoloġiji b'sors miftuħ u interoperabbiltà fl-arkitettura tas-sistema ta' konnettività sigura. Tfassil aktar miftuħ tas-sistema jista' jippermetti sinerġiji aħjar ma' komponenti oħra tal-Programm Spazjali tal-Unjoni jew servizzi u applikazzjonijiet nazzjonali, jottimizza l-kostijiet billi jevita d-duplikazzjoni fl-iżvilupp tal-istess teknoloġija, u jtejjeb l-affidabbiltà.

(40) Governanza pubblika tajba tal-Programm tirrikjedi d-distribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u tal-kompiti fost l-atturi differenti involuti biex tiġi evitata duplikazzjoni bla ħtieġa u biex jitnaqqsu l-kostijiet li jaqbżu l-baġit u d-dewmien. L-atturi kollha tal-governanza jenħtieġ li jappoġġaw, fil-qasam tal-kompetenza tagħhom u f'konformità mar-responsabbiltajiet tagħhom, l-ilħuq tal-objettivi tal-Programm.

(41) L-Istati Membri ilhom attivi fil-qasam tal-ispazju. Huma għandhom sistemi, infrastruttura, aġenziji u korpi nazzjonali marbuta mal-ispazju. Għalhekk, jistgħu jagħtu kontribut kbir għall-Programm, speċjalment fl-implimentazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li jikkooperaw mal-Unjoni biex jippromwovu s-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-Programm u jiżguraw koerenza bejn l-inizjattivi nazzjonali rilevanti u l-Programm. Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmobilizza l-mezzi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, tibbenefika mill-assistenza tagħhom u, soġġett għal kundizzjonijiet maqbula reċiprokament, tiddelega lill-Istati Membri kompiti mhux regolatorji fl-implimentazzjoni tal-Programm. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni tal-infrastruttura terrestri stabbilita fit-territorji tagħhom. Minbarra dan, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu flimkien u ma' korpi internazzjonali u ma' awtoritajiet regolatorji xierqa biex jiżguraw li l-frekwenzi meħtieġa għall-Programm ikunu disponibbli u protetti fil-livell adegwat biex ikun hemm lok għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni sħaħ tal-applikazzjonijiet abbażi tas-servizzi offruti, f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[20].

(42) F'konformità mal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u bħala promotur tal-interess ġenerali tal-Unjoni, hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li timplimenta l-Programm, tassumi responsabbiltà ġenerali u tippromwovi l-użu tiegħu. Sabiex tottimizza r-riżorsi u l-kompetenzi tad-diversi partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tiddelega ċerti kompiti lil entitajiet oħra f'ċirkostanzi ġustifikabbli. Ladarba għandha r-responsabbiltà ġenerali tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina r-rekwiżiti tekniċi u operazzjonali prinċipali meħtieġa biex tiġi implimentata l-evoluzzjoni tas-sistemi u tas-servizzi. Jenħtieġ li tagħmel dan wara li tkun ikkonsultat lill-esperti tal-Istati Membri, lill-utenti u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Fl-aħħar nett, f'konformità mal-Artikolu 4(3) tat-TFUE, l-eżerċizzju tal-kompetenza mill-Unjoni ma jirriżultax f'impediment għall-Istati Membri milli jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom. Madankollu, biex isir użu tajjeb mill-fondi tal-Unjoni, huwa xieraq li l-Kummissjoni tiżgura, kemm jista' jkun, il-koerenza tal-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-Programm, ma' dawk tal-Istati Membri, inklużi dawk iffinanzjati fl-ambitu tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom.

(43) Il-missjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali ("l-Aġenzija") hija li tikkontribwixxi għall-Programm, b'mod partikolari fir-rigward tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà u tas-sigurtà operazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li ċerti kompiti marbuta ma' dawk l-oqsma jiġu fdati lill-Aġenzija. Fir-rigward tas-sigurtà b'mod partikolari, u minħabba l-esperjenza tagħha f'dan il-qasam, jenħtieġ li l-Aġenzija tkun responsabbli għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà tas-servizzi u tal-infrastruttura governattivi. Meta possibbli, l-Aġenzija jenħtieġ li tikseb sinerġiji u effiċjenzi, pereżempju dawk ibbażati fuq għarfien espert żviluppat tul iċ-ċikli tal-ħajja tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita Ewropea (EGNSS). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Aġenzija twettaq il-kompiti li l-Kummissjoni tikkonferixxi lilha. Meta tiddelega kompiti lill-Aġenzija, kemm bħala kompiti proprji kif ukoll bħala kompiti delegati, jenħtieġ li jkunu disponibbli riżorsi umani, amministrattivi u finanzjarji adegwati. Ir-riżorsi tal-Aġenzija jenħtieġ li jiġu evalwati fuq bażi kontinwa, sabiex l-Aġenzija tkun tista' twettaq il-kompiti u l-missjonijiet tagħha kompletament. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li skont dan tipproponi baġit adegwat għall-Aġenzija fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali.

(44) Filwaqt li tibni fuq l-għarfien espert żviluppat f'dawn l-aħħar snin fil-ġestjoni, fl-operat u fil-forniment ta' servizzi relatati mal-komponenti Galileo u EGNOS tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, l-Aġenzija hija l-aktar korp xieraq, u jenħtieġ li tiżviluppa l-kapaċitajiet meħtieġa biex timplimenta, taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni, il-kompiti kollha relatati mal-operat tal-infrastruttura governattiva u l-forniment ta' servizzi governattivi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Aġenzija tiġi fdata bl-operat tal-infrastruttura governattiva u bil-forniment ta' servizzi governattivi.

(45) Sabiex jiġi żgurat l-operat tal-infrastruttura governattiva u jiġi ffaċilitat il-forniment ta' servizzi governattivi, jenħtieġ li l-Aġenzija titħalla tiddelega, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, attivitajiet speċifiċi lil entitajiet oħra, f'oqsma tal-kompetenza rispettiva tagħhom, skont il-kundizzjonijiet tal-ġestjoni indiretta li japplikaw għall-Kummissjoni kif stabbilit fir-Regolament Finanzjarju.

(46) L-ESA hija organizzazzjoni internazzjonali b'għarfien espert estensiv fil-qasam spazjali inkluż fil-komunikazzjoni bis-satellita u għalhekk hija sieħeb importanti fl-implimentazzjoni tal-aspetti differenti tal-politika spazjali tal-Unjoni. F'dak ir-rigward, l-ESA jenħtieġ li tkun tista' tipprovdi għarfien espert tekniku lill-Kummissjoni, inkluż għat-tħejjija tal-aspetti tekniċi tal-Programm, kif ukoll l-inklużjoni ta' parteċipanti ġodda, negozji ġodda u SMEs. Għal dan il-għan, l-ESA tista' tiġi fdata bl-attivitajiet ta' żvilupp u validazzjoni tal-Programm, u tappoġġa l-evalwazzjoni tal-kuntratti konklużi fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Programm.

(47) Minħabba l-importanza tal-attivitajiet marbuta mal-ispazju għall-ekonomija tal-Unjoni u għall-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni, jenħtieġ li l-kisba u ż-żamma ta' livell għoli ta' sigurtà jkunu prijorità ewlenija għall-Programm, b'mod partikolari sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż fir-rigward ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata.

(48) Skont l-Artikolu 17 tat-TUE, il-Kummissjoni hija responsabbli għall-ġestjoni ta' programmi li, f'konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, jistgħu jiġu sottodelegati lil partijiet terzi, f'ġestjoni indiretta. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni trid tiżgura li l-kompiti mwettqa minn partijiet terzi għall-implimentazzjoni tal-Programm f'ġestjoni indiretta ma jfixklux is-sigurtà tal-Programm, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontroll ta' informazzjoni klassifikata. Għalhekk jenħtieġ li jiġi ċċarat li fejn il-Kummissjoni tiddelega lill-ESA biex twettaq kompiti skont il-Programm, il-ftehimiet ta' kontribuzzjoni korrispondenti jridu jiżguraw li l-informazzjoni klassifikata ġġenerata mill-ESA titqies bħala informazzjoni klassifikata tal-UE ("IKUE") f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444[21] u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE[22] maħluqa taħt l-awtorità tal-Kummissjoni.

(49) Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli, it-tnejn li huma fil-qasam rispettiv ta' kompetenza tagħhom, jenħtieġ li jiżguraw is-sigurtà tal-Programm, f'konformità ma' dan ir-Regolament u, fejn ikun rilevanti, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/698[23].

(50) Minħabba l-għarfien espert speċifiku tas-SEAE u l-kuntatt regolari tiegħu mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, jenħtieġ li s-SEAE jassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq ta' ċerti kompiti relatati mas-sigurtà tal-Programm fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE[24].

(51) Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà esklużiva tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, kif previst fl-Artikolu 4(2) tat-TUE, u għad-dritt tal-Istati Membri li jipproteġu l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom f'konformità mal-Artikolu 346 tat-TFUE, jenħtieġ li tiġi stabbilita governanza speċifika ta' sigurtà li tiżgura implimentazzjoni bla xkiel tal-Programm. Jenħtieġ li dik il-governanza tkun ibbażata fuq tliet prinċipji ewlenin. L-ewwel nett, huwa importanti li l-esperjenza unika u estensiva tal-Istati Membri fi kwistjonijiet ta' sigurtà titqies kemm jista' jkun. It-tieni, sabiex ikun hemm prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess u ta' kwalunkwe nuqqas fl-applikazzjoni tar-regoli dwar is-sigurtà, jenħtieġ li l-funzjonijiet operazzjonali jkunu segregati mill-funzjonijiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà. It-tielet, l-entità responsabbli għall-ġestjoni tal-infrastruttura kollha tal-Programm jew ta' parti minnha hija wkoll l-aqwa waħda biex timmaniġġa s-sigurtà tal-kompiti fdati lilha. Is-sigurtà tal-Programm tibni fuq l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-Programm Spazjali tal-Unjoni tul l-aħħar snin. Governanza tajba tas-sigurtà tirrikjedi wkoll li r-rwoli jiġu distribwiti b'mod xieraq fost id-diversi atturi. Peress li hija responsabbli għall-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali, tiddetermina r-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà applikabbli għall-Programm.

(52) Il-miżuri taċ-ċibersigurtà, tas-sigurtà fiżika u tar-ridondanza tal-infrastrutturi tal-Programm, kemm terrestri kif ukoll spazjali, huma kruċjali biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz u tal-operazzjonijiet tas-sistema. Peress li t-theddid taċ-ċibersigurtà għas-satelliti huwa ta' tħassib għas-sostenibbiltà spazjali il-ħtieġa li jiġu protetti s-sistema u s-servizzi tagħha kontra l-attakki ċibernetiċi, inkluż permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda, jenħtieġ li għalhekk titqies b'mod xieraq meta jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tas-sigurtà.

(53) Fejn xieraq, wara l-analiżi tar-riskju u tat-theddid, il-Kummissjoni jenħtieġ li tidentifika struttura ta' monitoraġġ tas-sigurtà. Din l-istruttura ta' monitoraġġ tas-sigurtà jenħtieġ li ▌twieġeb għall-istruzzjonijiet żviluppati fl-ambitu tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/698. Sabiex tibbenefika minn sinerġiji u ffrankar tal-kostijiet, dik l-istruttura jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-esperjenza u l-għarfien mill-operat taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sigurtà Galileo msemmi fl-Artikolu 34(5), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2021/696.

(54) Is-servizzi governattivi pprovduti mill-Programm se jintużaw mill-atturi governattivi tal-Unjoni f'missjonijiet kritiċi tas-sigurtà u tas-sikurezza. Għalhekk, tali servizzi u infrastruttura jenħtieġ li jkunu soġġetti għal akkreditazzjoni tas-sigurtà.

(55) Huwa indispensabbli li attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà jitwettqu abbażi ta' responsabbiltà kollettiva għas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, billi kull attur jagħmel l-almu tiegħu biex jibni kunsens u billi jiġu involuti dawk kollha kkonċernati bil-kwistjoni tas-sigurtà, u li titpoġġa fis-seħħ proċedura għall-monitoraġġ permanenti tar-riskju. Huwa wkoll neċessarju li l-attivitajiet tal-akkreditazzjoni teknika tas-sigurtà jiġu mwettqa minn professjonisti li huma kwalifikati kif xieraq fil-qasam tal-akkreditazzjoni tas-sistemi kumplessi u li jkollhom livell adegwat ta' approvazzjoni tas-sigurtà.

(56) Objettiv importanti tal-Programm huwa li jiżgura s-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri, u li jsaħħaħ ir-reżiljenza fit-teknoloġiji ewlenin u fil-ktajjen tal-valur. F'każijiet speċifiċi, dak l-objettiv jirrikjedi li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà u għall-parteċipazzjoni, biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-integrità, tas-sigurtà u tar-reżiljenza tas-sistemi operazzjonali tal-Unjoni. Dawk ir-rekwiżiti jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu l-akkreditazzjonijiet tas-sigurtà stabbiliti. Dan jenħtieġ li ma jdgħajjifx il-ħtieġa tal-kompetittività u l-kosteffettività.

(57) Meta wieħed iqis l-importanza għall-Programm tal-infrastruttura governattiva terrestri tiegħu, u l-impatt ta' din fuq is-sigurtà tiegħu, il-post ta' tali infrastruttura jenħtieġ li jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-infrastruttura governattiva terrestri tal-Programm tkompli ssegwi proċess miftuħ u trasparenti, li jista' jinvolvi lill-Aġenzija, fejn xieraq, abbażi tal-qasam ta' kompetenza tagħha. Meta tiddetermina l-post, jenħtieġ li l-Kummissjoni, sa fejn possibbli, tfittex sinerġiji mal-infrastruttura eżistenti tal-komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u tagħmel ħilitha biex tikseb bilanċ ġeografiku. Għal finijiet ta' sinerġiji, iffrankar tal-kostijiet u sigurtà, l-integrazzjoni tal-infrastruttura terrestri mal-komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni jenħtieġ li tiġi vvalutata fl-ewwel istanza. Fit-tieni istanza, il-Kummissjoni jenħtieġ li, fejn possibbli, tqis il-bilanċ ġeografiku fost l-Istati Membri biex tillokalizza l-infrastruttura terrestri fl-Unjoni.

(58) Is-servizzi governattivi tal-Programm se jintużaw f'missjonijiet u f'operazzjonijiet kritiċi tas-sigurtà u tas-sikurezza mill-atturi tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Għalhekk, sabiex jiġi protett l-interess essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, huma meħtieġa miżuri biex jiġi żgurat livell meħtieġ ta' nondipendenza fuq partijiet terzi (pajjiżi terzi u entitajiet minn pajjiżi terzi), li jkopru l-elementi kollha tal-Programm. Dan jinkludi teknoloġiji spazjali u terrestri fil-livell tal-komponenti, tas-subsistemi u tas-sistemi, l-industriji tal-manifattura, is-sidien u l-operaturi tas-sistemi spazjali, u l-post fiżiku tal-komponenti tas-sistema terrestri.

(59) Sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tal-industrija spazjali Ewropea fil-futur, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' ħiliet avvanzati f'oqsma relatati mal-ispazju u jappoġġa attivitajiet ta' edukazzjoni u taħriġ, jippromwovi opportunitajiet indaqs, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ taċ-ċittadini tal-Unjoni f'dak il-qasam.

(60) Minħabba l-kopertura tiegħu mad-dinja kollha, il-Programm għandu dimensjoni internazzjonali b'saħħitha. Is-sħab internazzjonali, il-gvernijiet u ċ-ċittadini tagħhom se jkunu riċevituri tal-firxa ta' servizzi tal-Programm b'benefiċċji akkumulati għall-kooperazzjoni internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri ma' dawn is-sħab. Għal kwistjonijiet relatati mal-Programm, il-Kummissjoni tista' tikkoordina, f'isem l-Unjoni u fil-qasam ta' kompetenza tagħha, l-attivitajiet fix-xena internazzjonali. B'mod partikolari, il-Kummissjoni, fir-rigward tal-Programm, tiddefendi l-interessi tal-Unjoni u tal-Istati Membri f'fora internazzjonali, inkluż fil-qasam tal-frekwenzi, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri f'dak il-qasam.

(61) Jenħtieġ li l-Programm, fejn xieraq, ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali abbażi ta' ftehim li jeħtieġ li jiġi konkluż f'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali kif ukoll il-pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ▌.

(62) Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE[25], persuni u entitajiet stabbiliti f'pajjiżi jew f'territorji ekstra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettivi tal-Programm u għal arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu huwa marbut il-pajjiż jew it-territorju ekstra-Ewropew rilevanti.

(63) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tal-post taċ-ċentri li jappartjenu għall-infrastruttura governattiva terrestri, ir-rekwiżiti operazzjonali għas-servizzi governattivi, il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi governattivi, kif ukoll l-istabbiliment ta' rekwiżiti addizzjonali għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Programm. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[26].

(64) ▌Is-servizzi governattivi, bħala regola ġenerali, jenħtieġ li jiġu pprovduti mingħajr ħlas lill-utenti tas-servizzi governattivi. Madankollu, il-kapaċità għal dawk is-servizzi hija limitata. Jekk, wara analiżi, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm nuqqas ta' kapaċitajiet, jenħtieġ li jkun permess li tiġi żviluppata politika tal-ipprezzar bħala parti minn dawk ir-regoli dettaljati dwar il-forniment tas-servizz sabiex ikun hemm qbil bejn il-provvista u d-domanda tas-servizzi u jiġu ffinanzjati l-kapaċitajiet addizzjonali meħtieġa għal żieda fl-użu ta' fornimenti ta' servizzi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta tali politika tal-ipprezzar. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(65) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni relatati mas-segment terrestri tal-infrastruttura governattiva. Għall-għażla ta' tali postijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tqis ir-rekwiżiti operazzjonali u tas-sigurtà, kif ukoll l-infrastruttura eżistenti. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(66) Fl-interess ta' governanza pubblika tajba u minħabba s-sinerġiji bejn dan il-Programm u l-Programm Spazjali tal-Unjoni, u b'mod partikolari biex jiġu żgurati sinerġiji xierqa mal-komponent GOVSATCOM, il-kumitat tal-Programm stabbilit fil-qafas tar-Regolament (UE) 2021/696 fil-konfigurazzjoni ta' GOVSATCOM jenħtieġ li jservi wkoll bħala l-kumitat għall-finijiet ta' dan il-Programm. Għal kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà tal-Programm, il-kumitat tal-Programm jenħtieġ li jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċifika ta' sigurtà.

(67) Peress li l-governanza pubblika tajba tirrikjedi ġestjoni uniformi tal-Programm, teħid aktar rapidu tad-deċiżjonijiet u aċċess ugwali għall-informazzjoni, ir-rappreżentanti tal-entitajiet fdati b'kompiti relatati mal-Programm jistgħu jieħdu sehem bħala osservaturi fil-ħidma tal-kumitat tal-Programm stabbilit bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Għall-istess raġunijiet, ir-rappreżentanti ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li kkonkludew ftehim internazzjonali mal-Unjoni, relatat mal-Programm, jistgħu jieħdu sehem fil-ħidma tal-kumitat tal-Programm, soġġetti għall-obbligi ta' sigurtà u kif previst fit-termini ta' tali ftehim. Ir-rappreżentanti ta' entitajiet fdati b'kompiti relatati mal-Programm, ta' pajjiżi terzi u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali jenħtieġ li ma jkunux intitolati jieħdu sehem fil-proċeduri ta' votazzjoni tal-kumitat tal-Programm. Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' osservaturi u parteċipanti ad hoc jenħtieġ li jkunu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tal-kumitat tal-Programm.

(68) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet[27], jenħtieġ li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f'konformità ma' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm. L-evalwazzjoni ta' dan il-Programm jenħtieġ li tqis is-sejbiet tal-evalwazzjoni tal-Programm Spazjali tal-Unjoni li jappartjenu għall-komponent GOVSATCOM imwettqa fil-qafas tar-Regolament (UE) 2021/696 u jenħtieġ li tkun disponibbli fi żmien xieraq biex tikkontribwixxi għall-ħidma dwar kwalunkwe proposta biex jitkompla l-Programm fil-perjodu tal-QFP li jmiss.

(69) Sabiex tiġi żgurata l-adegwatezza kontinwa tal-indikaturi biex jirrapportaw dwar il-progress tal-Programm, kif ukoll il-qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tal-Programm, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness ta' dan ir-Regolament f'dak li għandu x'jaqsam mal-indikaturi, biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-miżuri li jridu jittieħdu fir-rigward tas-sikurezza u tas-sostenibbiltà ta' attivitajiet fl-ispazju ekstratmosferiku, kif ukoll biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni, li jista' jqis, inter alia, l-adozzjoni u l-impatti tal-utent finali fuq is-suq intern. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(69a) Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà tal-implimentazzjoni tal-Programm, f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti finanzjarji u legali essenzjali kollha. Hemm bżonn ukoll li jiġi stabbilit il-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-sħab industrijali rilevanti, bil-ħsieb li jiġi żgurat li jkun hemm qafas ċar għall-objettivi intermedji u għall-miri tal-Programm.

(70) Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw kontroll massimu fuq ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-Programm. Meta tadotta atti ta' implimentazzjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-Programm, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun assistita minn kumitat tal-Programm li jiltaqa' f'konfigurazzjoni speċifika ta' sigurtà. Minħabba s-sensittività ta' kwistjonijiet ta' sigurtà, jenħtieġ li l-President tal-kumitat tal-Programm jagħmel ħiltu biex isib soluzzjonijiet li jkunu jgawdu l-akbar appoġġ possibbli fi ħdan il-kumitat. Il-Kummissjoni jenħtieġ li ma tadottax atti ta' implimentazzjoni li jiddeterminaw ir-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali tal-Programm f'każijiet fejn il-kumitat tal-Programm ma jagħti l-ebda opinjoni.

(70a) Il-Programm jikkomplementa l-Programm Spazjali eżistenti tal-Unjoni, billi jintegra u jestendi l-objettivi u l-azzjonijiet tiegħu biex tinħoloq sistema ta' konnettività spazjali sigura għall-Unjoni. Għalhekk, jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq, għall-fini tal-konsistenza ġenerali tal-politika spazjali tal-Unjoni, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn proposta xierqa biex dan il-Programm jiġi integrat fil-Programm Spazjali tal-Unjoni, sa mhux aktar tard mill-QFP 2028-2034.

(71) Ladarba l-objettiv ta' dan ir-Regolament ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni li jmorru lil hinn mill-kapaċitajiet finanzjarji u tekniċi ta' kwalunkwe Stat Membru uniku, jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta l-miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dak l-objettiv jintlaħaq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura ("il-Programm"). Huwa jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm, u r-regoli dwar l-attivitajiet tal-Programm filwaqt li jqis ir-Regolament (KE) 2021/696, l-infrastruttura u s-servizzi tal-Programm, il-parteċipanti tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2023-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-forniment ta' tali finanzjament, kif ukoll ir-regoli għall-implimentazzjoni tal-Programm.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) "Infrastruttura kritika" tfisser assi, faċilità, tagħmir, network, sistema jew parti minnhom, li huma meħtieġa għall-forniment ta' servizz essenzjali;

(2) "Infrastruttura Ewropea ta' Komunikazzjoni Kwantistika (EuroQCI)" tfisser infrastruttura interkonnessa spazjali u terrestri li tappartjeni għall-infrastruttura tal-Programm bl-użu ta' teknoloġija bbażata fuq il-kwantum biex tiġi żgurata d-distribuzzjoni ta' kjavi kriptografiċi;

(3) "Ċentru ta' GOVSATCOM" tfisser iċ-Ċentru ta' GOVSATCOM kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (23), tar-Regolament (UE) 2021/696;

(4) "Utent ta' GOVSATCOM" tfisser l-utent ta' GOVSATCOM kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (22), tar-Regolament (UE) 2021/696;

(5) "infrastruttura" tfisser assi, sistema jew parti minnhom, li huma meħtieġa għall-forniment tas-servizzi pprovduti mill-Programm;

(6) " ▌ekosistema spazjali" tfisser network ta' atturi interattivi fis-settur spazjali li joperaw fi ktajjen tal-valur, mill-iżgħar negozji ġodda sal-akbar kumpaniji, li jinkludi s-segmenti upstream, midstream u downstream tas-suq spazjali;

(7) "tagħbija utli" tfisser tagħmir li jinġarr minn inġenju spazjali għat-twettiq ta' missjoni partikolari fl-ispazju;

(8) "sistema ta' konnettività sigura" tfisser is-sistema żviluppata f'konformità ma' dan ir-Regolament li tinkludi l-infrastruttura msemmija fl-Artikolu 5 u li tipprovdi s-servizzi msemmija fl-Artikolu 7;

(8a) "informazzjoni klassifikata tal-UE" tfisser informazzjoni klassifikata tal-UE kif iddefinita fl-Artikolu 2, il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2021/696;

(8b) "informazzjoni sensittiva mhux klassifikata" tfisser informazzjoni sensittiva mhux klassifikata kif iddefinita fl-Artikolu 2, il-punt (26), tar-Regolament (UE) 2021/696;

(9) "Aġenzija" tfisser l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/696.

Artikolu 3

Objettivi tal-programm

1. L-objettiv ġenerali tal-Programm huwa li jistabbilixxi sistema spazjali sigura, awtonoma u li toffri bosta servizzi taħt kontroll ċivili, li tintegra u tikkomplementa l-kapaċitajiet tal-komponent GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, b'mod partikolari biex:

(a) jiġu żgurati l-forniment u d-disponibbiltà fit-tul fit-territorju tal-Unjoni u madwar id-dinja ta'  aċċess mingħajr interruzzjoni għal servizzi satellitari governattivi siguri, awtonomi, affidabbli, reżiljenti u kosteffettivi għall-utenti governattivi f'konformità mal-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 7, li jappoġġa l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, l-għarfien tas-sitwazzjoni, l-azzjonijiet esterni, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-applikazzjonijiet li huma kritiċi għall-ekonomija, l-ambjent, is-sigurtà u d-difiża, u b'hekk jiżdiedu r-reżiljenza u s-sovranità teknoloġika tal-Unjoni u tal-Istati Membri, filwaqt li tiġi evitata dipendenza eċċessiva fuq soluzzjonijiet ibbażati mhux fl-UE, b'mod partikolari għal funzjonijiet kritiċi u jiġi żgurat aċċess għall-ispazju, b'mod partikolari għal slots orbitali u d-dritt li jintużaw frekwenzi rilevanti;

(b) ikun permess il-forniment ta' servizzi kummerċjali jew ta' servizzi offruti lill-utenti governattivi bbażati fuq infrastruttura kummerċjali mis-settur privat f'konformità mal-Artikolu 7(4), inklużi servizzi biex tkompli tiġi żviluppata l-konnettività broadband b'veloċità għolja u konnettività mingħajr xkiel fid-dinja kollha.

2. Il-Programm għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a) itejjeb il-kwalità, ir-reżiljenza u l-awtonomija tas-servizzi satellitari tal-Unjoni u tal-Istati Membri[28];▌

(b) iżid ir-reżiljenza ċibernetika tal-Unjoni billi jiġu żviluppati r-ridondanza, iċ-ċiberprotezzjoni passiva u reattiva u ċ-ċibersigurtà operazzjonali;

(ba) jiżviluppa u jintegra s-segment spazjali u dak terrestri relatat tal-EuroQCI bil-għan li tiġi permessa t-trażmissjoni sigura tal-kjavi kriptografiċi;

(c) jagħti permess, fejn possibbli, l-iżvilupp ta' komunikazzjoni u ta' servizzi oħra, b'mod partikolari bit-titjib, bil-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-kapaċitajiet u s-servizzi ta' komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u bl-espansjoni tagħhom, kif ukoll servizzi li mhumiex komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, billi jiġu ospitati subsistemi satellitari addizzjonali, inklużi tagħbijiet utli;

(d) jinċentiva l-innovazzjoni, l-effiċjenza, kif ukoll l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji fixkiela u mudelli ta' negozju innovattivi fl-ekosistema spazjali Ewropea kollha, b'mod partikolari billi jiġu appoġġati l-entranti l-ġodda, in-negozji l-ġodda u l-SMEs tas-settur upstream, midstream u downstream madwar l-Unjoni speċjalment permezz tat-tisħiħ tal-kompetizzjoni fis-suq tas-settur spazjali tal-Unjoni; ▌

(e) ikompli jiżgura l-iżvilupp ta' broadband b'veloċità għolja u konnettività mingħajr xkiel fl-Unjoni kollha, u b'hekk ineħħi ż-żoni mingħajr konnessjoni tal-komunikazzjoni b'appoġġ għall-iżvilupp inklużiv, koeżiv u sostenibbli tal-Unjoni filwaqt li jitnaqqas id-distakk diġitali, u jiġi permess aċċess għall-internet bi prezz raġonevoli, li jikkontribwixxu għall-forniment tas-Servizz Universali skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2018/1972 u jżidu l-koeżjoni madwar l-Unjoni u jippermetti konnettività fuq żoni ġeografiċi ta' interess strateġiku għall-Unjoni, pereżempju r-reġjuni ġirien tal-Unjoni, bħar-reġjuni tal-Mediterran, il-Baħar Baltiku u l-Baħar l-Iswed, u żoni strateġiċi oħra bħall-Artiku u l-Afrika;

(ea) isaħħaħ is-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet fl-ispazju bl-implimentazzjoni ta' miżuri xierqa li jiżguraw u jippromwovu mġiba responsabbli fl-ispazju fl-implimentazzjoni tal-Programm; u

(eb) itejjeb l-awtonomija strateġika u teknoloġika tal-Unjoni f'termini ta' teknoloġiji spazjali, assi, operazzjonijiet u servizzi.

 Artikolu 4

Attivitajiet ta' implimentazzjoni tal-Programm

1. Il-forniment tas-servizzi governattivi msemmija fl-Artikolu 7(1a) għandu jkun ibbażat fuq il-komponent GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, integrat fih u kkumplimentat minnu. Dawn għandhom jiġu żgurati permezz tal-attivitajiet li ġejjin:

(a) sal-2024, l-attivitajiet ta' tfassil, ta' żvilupp, ta' validazzjoni u ta' implimentazzjoni relatati ▌tal- ▌infrastruttura spazjali u terrestri meħtieġa biex jiġu pprovduti l-ewwel servizzi governattivi 6 xhur wara l-implimentazzjoni;

(b) l-iżvilupp u l-integrazzjoni gradwali tas-segment spazjali u tas-segment terrestri relatat tal-Infrastruttura Ewropea tal-Komunikazzjoni Kwantistika fl-infrastruttura spazjali u terrestri tas-sistema ta' konnettività sigura;

(c) attivitajiet ta' implimentazzjoni biex titlesta l-infrastruttura spazjali u terrestri meħtieġa biex jiġu pprovduti servizzi governattivi, u li jwasslu għal kapaċità operazzjonali sħiħa sal-2027;

(d) attivitajiet ta' sfruttament għall-forniment ta' servizzi governattivi, li jinkludu:

(i) l-operat, il-manutenzjoni, it-titjib kontinwu u l-protezzjoni tal-infrastruttura spazjali u terrestri, inklużi r-rikostituzzjoni u l-ġestjoni tal-obsolexxenza.

(e) l-iżvilupp ta' ġenerazzjonijiet futuri tal-infrastruttura spazjali u terrestri u l-evoluzzjoni tas-servizzi governattivi.

1a. Il-forniment ta' servizzi kummerċjali għandu jiġi żgurat u ffinanzjat mill-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2).

2. 

3. 

Artikolu 5

Infrastruttura tas-sistema ta' konnettività sigura

1. L-infrastruttura għandha tiġi stabbilita billi tiġi żviluppata, tinbena u titħaddem infrastruttura multi-orbitali, skalabbli biex tadatta għall-evoluzzjoni tad-domanda governattiva għas-servizzi satellitari u li toffri latenza baxxa, filwaqt li tintegra u tikkomplementa l-kapaċitajiet eżistenti u futuri użati fil-kuntest tal-komponent GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni. Hija għandha tikkonsisti f'infrastruttura governattiva u kummerċjali kif stabbilit fil-paragrafi 2 u 4 rispettivament.

2. L-infrastruttura governattiva tas-sistema ta' konnettività sigura għandha tinbena fuq l-infrastruttura tas-segment terrestri taċ-Ċentru ta' GOVSATCOM kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/696 li għandha tiżdied gradwalment u tinkludi l-assi terrestri u spazjali kollha relatati li huma meħtieġa għall-forniment tas-servizzi governattivi, kif stabbilit fl-Artikolu 7(1), inklużi l-assi li ġejjin:

(a) jew satelliti jew subsistemi satellitari, inklużi t-tagħbijiet utli;

(b) subkomponenti spazjali u terrestri li jiżguraw id-distribuzzjoni ta' kjavi kriptografiċi;

(c) infrastruttura għall-monitoraġġ tas-sigurtà tal-infrastruttura u s-servizzi governattivi;

(d) infrastruttura għall-forniment tas-servizzi lill-utenti governattivi.

(e) 

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-dritt tal-użu tal-frekwenzi meħtieġa għat-trażmissjoni tas-sinjali ġġenerati mill-assi terrestri u spazjali tal-infrastruttura governattiva għandu jkun parti mill-infrastruttura governattiva.

L-infrastruttura governattiva għandha tospita, kif xieraq, subsistemi addizzjonali, b'mod partikolari tagħbijiet utli, li jistgħu jintużaw bħala parti mill-infrastruttura spazjali tal-komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/696 skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament kif ukoll subsistemi użati għal servizzi li mhumiex komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni.

3. Fejn meħtieġ il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi miżuri meħtieġa biex tiddetermina l-post taċ-ċentri li jappartjenu għall-infrastruttura governattiva terrestri, ħlief iċ-Ċentri ta' GOVSATCOM, f'konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà, wara proċess miftuħ u trasparenti. Matul dak il-proċess, il-Kummissjoni għandha tqis is-sinerġiji possibbli kollha maċ-ċentri eżistenti marbuta ma' komponenti oħra tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u tagħmel ħilitha biex tikseb bilanċ ġeografiku. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(2) ta' dan ir-Regolament. Il-post taċ-Ċentri ta' GOVSATCOM għandu jiġi ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) 2021/696.

Għall-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, iċ-ċentri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu, fejn possibbli, jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri u regolati minn ftehim ta' akkoljenza li jieħu l-għamla ta' ftehim amministrattiv bejn l-Unjoni u l-Istat Membru kkonċernat.

Fejn ma jkunx possibbli li ċ-ċentru jkun jinsab fit-territorju tal-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tiddetermina l-post ta' tali ċentru fit-territorju ta' membri tal-EFTA li huma membri taż-ŻEE jew fit-territorju ta' pajjiż terz ieħor, soġġett għal ftehim ta' akkoljenza bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat konkluż f'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE.

4. L-infrastruttura kummerċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-assi spazjali u terrestri kollha għajr dawk li huma parti mill-infrastruttura governattiva. L-infrastruttura kummerċjali u kwalunkwe riskju relatat għandhom jiġu ffinanzjati kompletament mill-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2).

4a. Fejn is-servizzi governattivi u kummerċjali jiddependu fuq assi komuni, il-kuntratti msemmija fl-Artikolu 15 għandhom jiddeterminaw liema minn dawk l-assi għandhom ikunu parti mill-infrastruttura governattiva.

5. Sabiex jiġu protetti l-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni, l-assi spazjali tas-sistema ta' konnettività sigura għandhom jiġu llanċjati minn fornituri li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 u mit-territorju tal-Unjoni.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni tista' tippermetti lil fornitur jillanċja assi spazjali mit-territorju ta' pajjiż terz f'ċirkostanzi eċċezzjonali u sostanzjati kif xieraq.

Artikolu 6

Azzjonijiet b'appoġġ għal ekosistema spazjali tal-Unjoni innovattiva u kompetittiva

1. F'konformità mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punt (d), il-Programm għandu jappoġġa ekosistema spazjali tal-Unjoni innovattiva u kompetittiva, u b'mod partikolari l-inizjattivi u l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/696, inkluż, fejn xieraq, l-appoġġ tal-attivitajiet marbuta mas-servizzi kummerċjali.

2. Il-Kummissjoni għandha tistimula l-innovazzjoni fl-ekosistema spazjali tal-Unjoni tul id-durata tal-Programm billi tieħu l-miżuri li ġejjin:

(a) tistabbilixxi kriterji għall-għoti tal-kuntratti msemmi fl-Artikolu 15 li jiżguraw il-parteċipazzjoni ta' entranti ġodda, ta' negozji ġodda u ta' intrapriżi żgħar u medji (SMEs) minn madwar l-Unjoni u tul il-katina tal-valur rilevanti kollha ▌  ;

(b) tirrikjedi li l-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2) jipprovdi pjan li jimmassimizza l-integrazzjoni ta' entranti ġodda, ta' negozji ġodda u ta' SMEs minn madwar l-Unjoni fl-attivitajiet taħt il-kuntratti msemmija fl-Artikolu 15, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' kwoti speċifiċi;

(c) tappoġġa entrati ġodda, negozji ġodda u SMEs minn madwar l-Unjoni biex jipprovdu servizzi proprji lill-utenti finali;

(ca) tippromwovi l-użu u l-iżvilupp ta' standards miftuħa, teknoloġiji b'sors miftuħ u interoperabbiltà fl-arkitettura tas-sistema ta' konnettività sigura, sabiex ikun hemm lok għal sinerġiji, ottimizzazzjoni tal-ispejjeż u titjib fl-affidabbiltà;

(cb) tippromwovi l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' antenni riċevituri u terminals tal-utenti fl-Unjoni, meħtieġa biex jiġu sfruttati s-servizzi ta' komunikazzjoni governattivi u kummerċjali;

(d) tippromwovi parteċipazzjoni aktar b'saħħitha tal-innovaturi nisa u tistabbilixxi għanijiet ta' ugwaljanza u inklużjoni fid-dokument tal-offerta;

(da) tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ħiliet f'oqsma relatati mal-ispazju u għal attivitajiet ta' taħriġ.

Artikolu 6a

Is-sostenibbiltà ambjentali u spazjali

1. L-implimentazzjoni tal-Programm għandha titwettaq bil-ħsieb li tiġi żgurata s-sostenibbiltà ambjentali u spazjali.

2. Sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ambjentali u spazjali, il-kuntratti u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 15 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar:

(a) il-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġġenerati mill-iżvilupp, il-produzzjoni u l-implimentazzjoni tal-infrastruttura;

(b) l-istabbiliment ta' skema li tikkumpensa l-bqija tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra;

(c) miżuri xierqa biex jitnaqqas it-tniġġis mir-radjazzjoni viżibbli u inviżibbli kkawżat mill-inġenji spazjali, u li jista' jfixkel osservazzjonijiet astronomiċi jew kwalunkwe tip ieħor ta' riċerka u osservazzjoni;

(d) l-użu ta' teknoloġiji xierqa għall-evitar ta' kolliżjonijiet għal inġenji spazjali;

(e) il-preżentazzjoni u l-implimentazzjoni ta' pjan komprensiv ta' mitigazzjoni tar-residwi qabel il-fażi ta' implimentazzjoni.

3. Il-kuntratti u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 15 għandhom jinkludu obbligu li tiġi pprovduta data lill-entitajiet inkarigati mill-produzzjoni tal-informazzjoni tal-SST u tas-servizzi tal-SST kif imsemmi fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/696.

4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li tinżamm bażi tad-data komprensiva tal-assi spazjali tal-Programm, b'mod partikolari b'data relatata ma' aspetti ta' sostenibbiltà ambjentali u spazjali.

5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 43, sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-miżuri li għandhom jittieħdu skont kull wieħed mir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

Kapitolu II

Servizzi

Artikolu 7

Definizzjoni tal-portafoll tas-servizzi

1. Għandu jiġi stabbilit portafoll tas-servizzi għal servizzi governattivi. Dan għandu jikkonsisti mill-kategoriji ta' servizzi li ġejjin, li jikkomplementaw il-portafoll tas-servizzi għas-servizzi ta' GOVSATCOM imsemmija fl-Artikolu 63(3) tar-Regolament (UE) 2021/696:

 (a) servizzi offruti lil utenti governattivi bbażati fuq infrastruttura governattiva, bħal servizzi robusti, globali u ta' latenza baxxa jew rilejs tad-data spazjali;

(b) servizzi offruti lil utenti governattivi bbażati fuq infrastruttura kummerċjali, bħal servizzi siguri, globali u b'latenza baxxa jew servizzi narrowband globali;

(c) servizzi ta' komunikazzjoni kwantistika.

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-rekwiżiti operazzjonali għal servizzi governattivi, fl-għamla ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għall-każijiet ta' użu relatati b'mod partikolari mal-ġestjoni tal-kriżijiet, mal-għarfien tas-sitwazzjoni fl-ispazju u mal-ġestjoni tal-infrastruttura ewlenija, inkluż in-networks tal-komunikazzjoni diplomatika. Dawn ir-rekwiżiti operazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq l-analiżi dettaljata tar-rekwiżiti tal-utenti tal-Programm, għandhom iqisu r-rekwiżiti li jirriżultaw minn tagħmir u networks tal-utenti eżistenti u r-rekwiżiti operazzjonali għal servizzi ta' GOVSATCOM f'konformità mal-Artikolu 63(2) tar-Regolament dwar il-Programm Spazjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).

3. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-portafoll tas-servizzi għal servizzi governattivi fl-għamla ta' lista ta' servizzi u l-attributi tagħhom, inkluż il-kopertura ġeografika, il-frekwenza, il-wisa' tal-banda, it-tagħmir tal-utenti, u l-karatteristiċi tas-sigurtà. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti operazzjonali msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u r-rekwiżiti ta' sigurtà applikabbli msemmija fl-Artikolu 27(2). Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).

4. Il-forniment ta' servizzi kummerċjali u kwalunkwe riskju relatat għandhom jiġu ffinanzjati kompletament mill-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2). ▌

Artikolu 8

Servizzi governattivi

1. Is-servizzi governattivi għandhom jiġu pprovduti lill-parteċipanti tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 9(1), (2) u (3).

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dettaljati dwar il-forniment ta' servizzi governattivi filwaqt li tqis l-Artikolu 66 tar-Regolament dwar il-Programm Spazjali u d-domanda mistennija għall-każijiet differenti ta' użu, l-allokazzjoni dinamika tar-riżorsi u l-prijoritizzazzjoni tas-servizzi governattivi skont ir-rilevanza u l-kritikalità tal-ħtiġijiet tal-utenti u, fejn xieraq, il-kosteffiċjenza. Għal dak l-għan, il-kostijiet tal-forniment ta' servizzi governattivi għandhom jiġu kkalkulati b'mod trasparenti u kkunsidrati meta jiġi ddeterminat il-fornitur ta' dawk is-servizzi.

3. L-aċċess għas-servizzi governattivi għandu jkun mingħajr ħlas għall-utenti tiegħu.

4. B'deroga mill-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista', f'każijiet debitament ġustifikati, fejn ikun strettament neċessarju għal finijiet ta' tqabbil bejn il-provvista u d-domanda tas-servizzi governattivi, għal perjodu limitat u fuq bażi eċċezzjonali, tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, politika tal-ipprezzar. Bid-determinazzjoni tal-politika tal-ipprezzar, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ▌ ma jkun hemm l-ebda nuqqas ta' servizzi governattivi. Il-politika tal-ipprezzar ma għandhiex tirriżulta f'kumpens żejjed lill-benefiċjarju. Kwalunkwe dħul mill-politika tal-ipprezzar għandu jiġi ttrattat bħala dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (ir-"Regolament Finanzjarju").

5. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).

6. 

6a. Fl-Istati Membri għandu jkun hemm l-istess livell ta' forniment tas-servizzi f'termini ta' portafoll tas-servizzi, disponibbiltà ġeografika, u rendiment tas-servizz u kwalità. Is-servizzi governattivi għandhom ikunu disponibbli bi prijorità fuq it-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 9

Parteċipanti u awtoritajiet kompetenti tal-Programm

1. L-Istati Membri, il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandhom ikunu l-parteċipanti tal-Programm sa tali punt fejn jawtorizzaw lill-utenti tas-servizzi governattivi.

2. L-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jsiru parteċipanti tal-Programm sa fejn ikun meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom u f'konformità mar-regoli dettaljati stabbiliti f'arranġament amministrattiv konkluż bejn l-aġenzija kkonċernata u l-istituzzjoni tal-Unjoni li tissorveljaha.

3. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jsiru parteċipanti tal-Programm f'konformità mal-Artikolu 36.

4. Kull parteċipant tal-Programm għandu jaħtar awtorità waħda Kompetenti għall-Konnettività Sigura. Il-parteċipanti ta' GOVSATCOM imsemmija fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2021/696 li jipparteċipaw fil-Programm u jkunu ħatru awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 68(4) tar-Regolament 2021/696 għandhom jaħtru l-istess awtorità bħala l-Awtorità Kompetenti għall-Konnettività Sigura.

Dan ir-rekwiżit għandu jitqies li jkun hemm konformità miegħu mill-parteċipanti tal-Programm, jekk jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a) ikunu wkoll parteċipanti ta' GOVSATCOM imsemmi fl-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) 2021/696; u

(b) ikunu ħatru awtorità kompetenti f'konformità mal-Artikolu 68(4) tar-Regolament 2021/696.

4a. Il-prijoritizzazzjoni ta' kapaċitajiet governattivi bejn l-utenti awtorizzati minn kull parteċipant tal-Programm għandha tiġi ddeterminata u implimentata minn dak il-parteċipant tal-Programm.

5. Awtorità Kompetenti għall-Konnettività Sigura msemmija fil-paragrafu 4 għandha tiżgura li:

(a) l-użu tas-servizzi jkun f'konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli;

(b) id-drittijiet ta' aċċess għas-servizzi governattivi jiġu ddeterminati u ġestiti;

(c) it-tagħmir tal-utent meħtieġ għall-użu tas-servizzi governattivi u l-konnessjonijiet u l-informazzjoni ta' komunikazzjoni elettronika assoċjati jintużaw u jiġu ġestiti f'konformità mar-rekwiżiti ta' sigurtà u ta' sostenibbiltà applikabbli;

(d) ikun stabbilit punt ċentrali ta' kuntatt biex jassisti kif ikun meħtieġ fir-rapportar tar-riskji u tat-theddid għas-sigurtà, b'mod partikolari fid-detezzjoni ta' kolliżjonijiet potenzjali u interferenza elettromanjetika potenzjalment dannuża li taffettwa s-servizzi taħt il-Programm.

Artikolu 10

Utenti tas-servizzi governattivi

1. L-entitajiet li ġejjin jistgħu jiġu awtorizzati bħala utenti tas-servizzi governattivi:

(a) awtorità pubblika jew korp tal-Unjoni jew ta' Stat Membru fdati bl-eżerċizzju ta' tali awtorità pubblika;

(b) persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi f'isem u taħt il-kontroll ta' entità msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu.

2. L-utenti tas-servizzi governattivi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu awtorizzati kif xieraq mill-parteċipanti tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 9 biex jużaw is-servizzi governattivi u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' sigurtà ġenerali msemmija fl-Artikolu 27(2).

Kapitolu III

Kontribuzzjoni u mekkaniżmi baġitarji

Artikolu 11

Baġit

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sal-31 ta' Diċembru 2027 u biex ikopri r-riskji assoċjati relatati mal-infrastruttura governattiva biss għandu jkun ta' EUR 1 750 biljun bil-prezzijiet attwali. Dan l-ammont għandu jittieħed mill-marġini mhux allokati taħt il-limiti massimi tal-QFP 2021-2027 jew jiġi mmobilizzat permezz tal-istrumenti speċjali mhux tematiċi tal-QFP.

- 

- 

- 

2. Il-Programm għandu jiġi kkomplementat b'finanzjament implimentat minn attivitajiet rilevanti taħt il-Programm Orizzont Ewropa u l-komponent GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni għal ammont indikattiv massimu ta' EUR 0,430 biljun u EUR 0,220 biljun rispettivament. Dan il-finanzjament għandu jiġi implimentat f'konformità sħiħa mal-objettivi, ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 2021/695, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/764 u r-Regolament (UE) Nru 2021/696 rispettivament, u b'rispett sħiħ għall-objettivi, il-kriterji u l-modalitajiet ta' implimentazzjoni tagħhom.

3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża biex ikopri l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3. Tali nefqa tista' tkopri wkoll:

(a) l-istudji u l-laqgħat tal-esperti, b'mod partikolari l-konformità mal-limiti tal-kost u tal-ħin tagħhom;

(b) l-attivitajiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, inkluż il-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni fejn dawn ikunu marbuta direttament mal-objettivi ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari biex jinħolqu sinerġiji ma' politiki oħra tal-Unjoni;

(c) in-networks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jkollhom il-funzjoni li jipproċessaw jew li jiskambjaw l-informazzjoni, u l-miżuri dwar il-ġestjoni amministrattiva implimentata mill-Kummissjoni, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, li jkunu implimentati mill-Kummissjoni;

(d) assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, pereżempju attivitajiet ta' tħejjija, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditjar u ta' evalwazzjoni, inkluż sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

4. L-impenji baġitarji għal attivitajiet li jestendu għal aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq bosta snin f'pagamenti annwali.

Artikolu 12

Finanzjament kumulattiv u alternattiv

Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni, inkluż fondi taħt ġestjoni kondiviża, tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni taħt il-Programm, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm tal-Unjoni rilevanti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet totali eliġibbli tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkulat fuq bażi prorata f'konformità mad-dokumenti li jistipulaw il-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

Artikolu 13

Kontribuzzjonijiet għall-Programm

1. Il-Programm jista' jirċievi kontribuzzjonijiet finanzjarji jew kontribuzzjonijiet in natura addizzjonali minn:

(a) Aġenziji u korpi tal-Unjoni;

(b) Stati Membri;

(c) Pajjiżi terzi li jipparteċipaw fil-programm;

(d) ▌ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra f'konformità mal-ftehimiet rilevanti;

(da) Kontribuzzjonijiet mis-settur privat.

1a. Il-Programm jista' jirċievi kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-ESA b'appoġġ għall-attivitajiet ta' żvilupp u ta' validazzjoni inklużi f'kuntratti mogħtija skont l-Artikolu 15.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 u 1a ta' dan l-Artikolu u d-dħul skont l-Artikolu 8(4) għandhom jiġu ttrattati bħala dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (ir-"Regolament Finanzjarju").

Artikolu 14

Implimentazzjoni u għamliet ta' finanzjament tal-Unjoni

1. Il-Programm għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta f'konformità mar-Regolament Finanzjarju jew taħt ġestjoni indiretta ma' korpi msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.

2. Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-għamliet stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Huwa jista' jipprovdi wkoll finanzjament fl-għamla ta' strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta' taħlit.

Kapitolu IV

Implimentazzjoni tal-Programm

Artikolu 15

Mudell ta' implimentazzjoni

1. L-attivitajiet stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati permezz ta' kuntratti mogħtija f'konformità mar-Regolament Finanzjarju u l-prinċipji tal-akkwist skont l-Artikolu 17 ta' dan ir-Regolament.

2. Ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet, l-iskema finanzjarja u l-allokazzjoni tar-riskji bejn l-Unjoni u l-kuntrattur għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti f'kuntratti, li jistgħu jieħdu l-għamla ta' kuntratt ta' konċessjoni, kuntratt ta' provvista, servizz jew xogħlijiet, jew kuntratt imħallat, filwaqt li jitqies ir-reġim tas-sjieda skont l-Artikolu 16 u l-finanzjament tal-Programm skont il-Kapitolu III.

3. Il-kuntratti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu akkwistati taħt ġestjoni diretta u indiretta u jistgħu jieħdu l-għamla ta' akkwist interistituzzjonali msemmi fl-Artikolu 165(1) tar-Regolament Finanzjarju, bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija, fejn il-Kummissjoni għandha tassumi r-rwol ta' awtorità kontraenti ewlenija.

4. Jekk il-proċedura ta' akkwist imsemmija fil-paragrafu 2 tieħu l-għamla ta' kuntratt ta' konċessjoni u tali proċedura twassal għan-nuqqas ta' konklużjoni tal-kuntratt ta' konċessjoni, il-Kummissjoni għandha tirristruttura l-akkwist u timplimenta kuntratt ta' provvista, servizz jew xogħlijiet, kif xieraq għal implimentazzjoni ottimali tal-Programm.

5. Fejn xieraq, il-proċeduri ta' akkwist għall-kuntratti msemmija f'dan l-Artikolu jistgħu jieħdu wkoll l-għamla ta' akkwisti konġunti mal-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 165(2) tar-Regolament Finanzjarju.

6. Il-kuntratti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiżguraw li l-forniment ta' servizzi kummerċjali jħares l-interessi essenzjali tal-Unjoni u l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 3. Dawn għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari kif il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tapprova l-forniment ta' servizzi kummerċjali, sabiex tiżgura li l-interessi essenzjali tal-Unjoni u l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm jiġu ppreservati u x'miżuri għandhom jittieħdu f'każ li dawk l-interessi essenzjali ma jiġux irrispettati jew dawk l-objettivi ma jintlaħqux. Barra minn hekk, dawn għandhom jinkludu miżuri li jiżguraw il-kontinwità tas-servizz f'każ ta' nuqqas serju min-naħa tal-kuntrattur. Dawk il-kuntratti għandhom jinkludu wkoll salvagwardji adegwati biex jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed lill-kuntrattur, distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, kunflitti ta' interess, diskriminazzjoni bla bżonn jew kwalunkwe vantaġġ indirett moħbi ieħor. Tali salvagwardji jistgħu jinkludu l-obbligu ta' separazzjoni tal-kontabilità bejn il-forniment ta' servizzi governattivi u l-forniment ta' servizzi kummerċjali, inkluż l-istabbiliment ta' entità strutturalment u legalment separata mill-operatur integrat vertikalment għall-forniment ta' servizzi governattivi, u l-forniment ta' aċċess miftuħ, ġust, raġonevoli u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura meħtieġ għall-forniment ta' servizzi kummerċjali.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura kontroll fuq l-infrastruttura kondiviża mas-sieħeb privat, u d-dispożizzjonijiet kuntrattwali tagħha għandhom jiġu kkunsidrati fil-ftehim ta' konċessjoni bħal opzjoni ta' xiri lura f'każ ta' inadempjenza, dritt ta' veto f'każ ta' akkwiżizzjoni minn kumpanija ta' pajjiż terz u skrutinju ta' persunal ewlieni.

7. 

7a. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-proċeduri u l-kuntratti ta' akkwist imsemmija f'dan l-Artikolu.

7b. Il-kuntratti msemmija f'dan l-Artikolu għandu jkun fihom dispożizzjonijiet dwar il-mitigazzjoni tar-riskji taċ-ċibersigurtà.

Artikolu 16

Sjieda u użu tal-assi

1. L-Unjoni għandha tkun is-sid tal-assi tanġibbli u intanġibbli kollha stabbiliti fl-Artikolu 5, li jiffurmaw parti mill-infrastruttura governattiva. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra rilevanti marbuta mal-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw fil-ħolqien jew fl-iżvilupp ta' tali assi jkun fihom dispożizzjonijiet li jiżguraw is-sjieda tal-Unjoni ta' dawk l-assi.

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Unjoni jkollha d-drittijiet li ġejjin:

(a) id-dritt tal-użu tal-frekwenzi meħtieġa għat-trażmissjoni tas-sinjali ġġenerati mill-Programm, f'konformità mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-ftehimiet ta' liċenzjar rilevanti applikabbli u l-filings ipprovduti mill-Istati Membri li jibqgħu l-proprjetà tagħhom;

(b) id-dritt li tingħata prijorità lill-forniment tas-servizzi governattivi fuq is-servizzi kummerċjali, skont it-termini u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti msemmija fl-Artikolu 15 u b'kunsiderazzjoni tal-utenti tas-servizzi governattivi msemmija fl-Artikolu 10(1).

2. B'deroga mill-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tfittex li tikkonkludi kuntratti, ftehimiet jew arranġamenti oħra ma' partijiet terzi fir-rigward ta':

(a) drittijiet ta' sjieda preeżistenti fir-rigward ta' assi tanġibbli u intanġibbli li jiffurmaw parti mill-infrastruttura tal-Programm;

(b) l-akkwist tas-sjieda jew tad-drittijiet tal-liċenzja fir-rigward ta' assi oħra tanġibbli jew intanġibbli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Programm, fir-rigward tal-forniment ta' servizzi governattivi.

3. Fejn l-assi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jikkonsistu minn drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-Kummissjoni għandha timmaniġġa dawk id-drittijiet bl-aktar mod effettiv possibbli, filwaqt li tqis:

(a) il-ħtieġa li tipproteġi l-assi u li tagħtihom valur;

(b) l-interessi leġittimi tal-partijiet ikkonċernati kollha;

(c) il-ħtieġa li jiġu żgurati swieq kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb u li jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda;

(d) il-ħtieġa għall-kontinwità tas-servizzi pprovduti mill-Programm.

4. Il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tiżgura li l-kuntratti, il-ftehimiet u arranġamenti oħra rilevanti jinkludu l-possibbiltà ta' trasferiment ta' dawk id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali lil partijiet terzi, jew il-possibbiltà ta' għoti ta' liċenzji ta' partijiet terzi għal dawk id-drittijiet, inkluż lill-kreatur tal-proprjetà intellettwali, u li tali partijiet terzi jkunu jistgħu jgawdu dawk id-drittijiet liberament meta jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 17

Prinċipji tal-akkwist

1. L-akkwist taħt il-Programm għandu jitwettaq f'konformità mar-regoli dwar l-akkwist stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju.

2. Fi proċeduri ta' akkwist għall-finijiet tal-Programm, li jikkumplimentaw il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, l-awtorità kontraenti għandha taġixxi f'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a) li tippromwovi fl-Istati Membri kollha madwar l-Unjoni u tul il-katina tal-provvista kollha, l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa u miftuħa possibbli mill-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari negozji ġodda, parteċipanti ġodda u SMEs, inkluż fil-każ ta' sottokuntrattar mill-offerenti, billi tirrikjedi, fejn xieraq numru minimu ta' operaturi ekonomiċi stabbiliti fi Stati Membri differenti;

(b) li tiżgura kompetizzjoni effettiva fil-proċess tal-offerti, filwaqt li tqis l-objettivi tal-indipendenza teknoloġika u l-kontinwità tas-servizzi;

(c) li ssegwi l-prinċipji tal-aċċess miftuħ u tal-kompetizzjoni, permezz tas-sejħiet għall-offerti abbażi tal-forniment ta' informazzjoni trasparenti u f'waqtha, il-komunikazzjoni ċara tar-regoli u l-proċeduri applikabbli dwar l-akkwist, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li tippermetti kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-offerenti potenzjali kollha;

(d) li tipproteġi s-sigurtà u l-interess pubbliku tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, inkluż permezz ta' tisħiħ tal-awtonomija teknoloġika u strateġika tal-Unjoni, b'mod partikolari f'termini teknoloġiċi, billi jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju u jiġu implimentati miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' tfixkil meta jkun disponibbli fornitur wieħed biss;

(da) sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operazzjonijiet, il-kuntratti u l-proċeduri ta' akkwist iridu jew jipprevedu d-diversifikazzjoni tal-prodotti, il-komponenti u l-provvisti tas-servizzi fost il-fornituri jew jimplimentaw miżuri tar-riskju ta' tfixkil;

(e) li tikkonforma mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-infrastruttura ewlenija tal-Programm u li tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-interess essenzjali tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;

(f) b'deroga mill-Artikolu 167 tar-Regolament Finanzjarju, li tuża, kull fejn ikun xieraq, diversi sorsi ta' provvista sabiex jiġi żgurat kontroll ġenerali aħjar tal-komponenti kollha tal-Programm, tal-kost tagħhom u tal-iskeda tagħhom;

(g) li tippromwovi l-aċċessibbiltà, il-kontinwità u l-affidabbiltà tas-servizz;

(h) li ttejjeb is-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet fl-ispazju ekstratmosferiku, billi timplimenta miżuri xierqa f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 6a;

(i) li tiżgura l-promozzjoni effettiva ta' opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, u tad-dimensjoni tal-ġeneru u għandu jkollha l-għan li tindirizza l-kawżi tal-iżbilanċ bejn il-ġeneri. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet ta' evalwazzjoni.

Artikolu 18

Sottokuntrattar

1. Sabiex tħeġġeġ lill-entranti ġodda, lill-SMEs u lin-negozji ġodda madwar l-Unjoni u l-parteċipazzjoni transfruntiera tagħhom, u biex toffri l-aktar kopertura ġeografika wiesgħa possibbli filwaqt li tħares l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, l-awtorità kontraenti għandha titlob li l-offerent jissottokuntratta parti mill-kuntratt permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva fil-livelli xierqa ta' sottokuntrattar lil kumpaniji oħra għajr dawk li jiffurmaw parti mill-grupp tal-offerent.

1a. Għal kuntratti 'l fuq minn EUR 10 miljun, l-awtorità kontraenti għandha tiżgura li porzjonijiet kbar u mill-inqas 30 % tal-valur tal-kuntratt jiġi sottokuntrattat permezz ta' sejħa għall-offerti kompetittiva f'livelli varji ta' sottokuntrattar lil kumpaniji barra l-grupp tal-offerent ewlieni, b'mod partikolari biex tippermetti l-parteċipazzjoni transfruntiera ta' SMEs fl-ekosistema spazjali.

2. 

2a. Jekk l-offerent ma jkunx jista' jikkonforma mat-talba msemmija fil-paragrafu 1 jew mal-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1a, huwa għandu jipprovdi r-raġunijiet debitament ġustifikati kif xieraq lill-awtorità kontraenti għaliex ma jkunx jista' jagħmel dan. L-awtorità kontraenti tista' tippermetti lill-offerent jidderoga mir-rekwiżiti biex jikkonforma mat-talba. L-awtorità kontraenti għandha tippreżenta kwalunkwe talba għal deroga skont dan il-paragrafu lill-Kummissjoni u lill-kumitat tal-Programm.

Artikolu 19

Kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà u parteċipazzjoni għall-preservazzjoni tas-sigurtà, l-integrità u r-reżiljenza tas-sistemi operazzjonali tal-Unjoni

Il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà u parteċipazzjoni għandhom japplikaw għall-proċeduri ta' għoti mwettqa fl-implimentazzjoni tal-Programm, fejn meħtieġ u xieraq biex jiġu ppreservati s-sigurtà, l-integrità u r-reżiljenza tas-sistemi operazzjonali tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2021/696, filwaqt li jitqies l-objettiv li tiġi promossa l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, b'mod partikolari f'termini ta' teknoloġija fost it-teknoloġiji ewlenin u l-ktajjen tal-valur, filwaqt li tiġi ppreservata ekonomija miftuħa.

Artikolu 20

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta' deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa biex l-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni responsabbli, l-OLAF, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jitwettqu investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

Kapitolu V

Governanza tal-Programm

Artikolu 21

Prinċipji ta' governanza

Il-governanza tal-Programm għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

(a) distribuzzjoni ċara tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet bejn l-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm

(b) ir-rilevanza tal-istruttura ta' governanza għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Programm u tal-miżuri, kif xieraq;

(c) kontroll b'saħħtu tal-Programm, inkluża aderenza stretta mal-kost, mal-iskeda u mal-prestazzjoni mill-entitajiet kollha, fi ħdan ir-rwoli u l-kompiti rispettivi tagħhom f'konformità ma' dan ir-Regolament;

(d) ġestjoni trasparenti u kosteffiċjenti;

(e) kontinwità tas-servizz u kontinwità tal-infrastruttura meħtieġa, inklużi l-monitoraġġ u l-ġestjoni tas-sigurtà, u l-protezzjoni minn theddidiet rilevanti;

(f) kunsiderazzjoni sistematika u strutturata tal-ħtiġijiet tal-utenti tad-data, tal-informazzjoni u tas-servizzi pprovduti mill-Programm, kif ukoll tal-evoluzzjonijiet xjentifiċi u teknoloġiċi relatati;

(g) sforzi kostanti biex jiġu kkontrollati u jitnaqqsu r-riskji.

Artikolu 22

Rwol tal-Istati Membri

1. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu bil-kompetenza teknika, bl-għarfien espert u bl-assistenza tagħhom, b'mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà, jew, fejn xieraq u possibbli, billi jagħmlu disponibbli għall-Unjoni d-data, l-informazzjoni, is-servizzi u l-infrastruttura fil-pussess tagħhom jew li jinsabu fit-territorju tagħhom.

2. Fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koerenza u l-komplementarjetà tal-pjanijiet ta' rkupru u reżiljenza tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[29] u tal-Programm.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-funzjonament tal-Programm ikun bla xkiel, inkluż billi jgħinu fil-protezzjoni, fil-livell adegwat, tal-frekwenzi meħtieġa għall-Programm.

4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jikkooperaw biex iwessgħu l-adozzjoni tas-servizzi pprovduti mill-Programm.

5. Fil-qasam tas-sigurtà, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/696.

6. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-ħtiġijiet operazzjonali tagħhom għas-servizzi governattivi.

Artikolu 23

Rwol tal-Kummissjoni

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha r-responsabbiltà ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali. F'konformità ma' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-prijoritajiet u l-evoluzzjoni tal-Programm, skont ir-rekwiżiti tal-utent, u għandha twettaq is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr preġudizzju għal politiki oħra tal-Unjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm diviżjoni ċara tal-kompiti u r-responsabbiltajiet bejn id-diversi entitajiet involuti fil-Programm u għandha tikkoordina l-attivitajiet ta' dawk l-entitajiet. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-entitajiet fdati kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-Programm jipproteġu l-interess tal-Unjoni, jiggarantixxu l-ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni u jikkonformaw mar-Regolament Finanzjarju u ma' dan ir-Regolament.

3. Il-Kummissjoni għandha takkwista, tagħti u tiffirma l-kuntratti msemmija fl-Artikolu 15 f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

4. Il-Kummissjoni tista' tiddelega kompiti li jikkonċernaw il-Programm lill-Aġenzija u lill-ESA taħt ġestjoni indiretta, f'konformità mar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom kif stabbilit skont l-Artikoli 24 u 25. Sabiex tiffaċilita l-ilħuq tal-objettivi skont l-Artikolu 3 u tippromwovi l-aktar kooperazzjoni effiċjenti bejn it-tliet entitajiet, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi ftehimiet ta' kontribuzzjoni ma' kull entità.

5. Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2), tal-Aġenzija jew tal-entitajiet inkarigati oħrajn, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-adozzjoni u l-użu tas-servizzi pprovduti mill-Programm jiġu promossi u massimizzati. Hija għandha tiżgura l-komplementarjetà, il-konsistenza, is-sinerġiji u r-rabtiet bejn il-Programm u azzjonijiet u programmi oħra tal-Unjoni.

6. Fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-koerenza tal-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-Programm mal-attivitajiet li jsiru fil-qasam spazjali fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali. Hija għandha tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u, fejn ikun rilevanti għall-Programm, tiffaċilita l-konverġenza u l-interoperabbiltà tal-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħhom u l-iżviluppi fil-qasam spazjali.

7. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-kumitat tal-Programm imsemmi fl-Artikolu 42(1) dwar ir-riżultati intermedji u finali tal-evalwazzjoni ta' kwalunkwe proċedura ta' akkwist, u dwar kwalunkwe kuntratt, inkluż sottokuntratti, ma' entitajiet pubbliċi u privati.

Artikolu 24

Rwol tal-Aġenzija

1. Il-kompitu proprju tal-Aġenzija għandu jkun:

(a) li tiżgura, permezz tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà tagħha, l-akkreditazzjoni tas-sigurtà tal-infrastruttura governattiva u s-servizzi governattivi f'konformità mal-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) 2021/696;

(b) li tiżgura s-sigurtà operazzjonali tal-infrastruttura governattiva, inklużi ċ-ċibersigurtà, l-analiżi tar-riskju u tat-theddid; il-monitoraġġ tas-sigurtà, b'mod partikolari l-istabbiliment ta' speċifikazzjonijiet tekniċi u proċeduri operazzjonali u l-monitoraġġ tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà msemmija fl-Artikolu 27(2).

2. Il-Kummissjoni għandha tiddelega, permezz ta' ftehim ta' kontribuzzjoni wieħed jew aktar, il-kompiti li ġejjin lill-Aġenzija:

(a) il-ġestjoni operattiva tal-infrastruttura governattiva tal-Programm;

(b) 

(c) il-forniment tas-servizzi governattivi, b'mod partikolari permezz taċ-Ċentru ta' GOVSATCOM;

(d) il-ġestjoni tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 15, wara l-għoti u l-iffirmar tagħhom;

(e) il-koordinazzjoni ġenerali tal-aspetti relatati mal-utenti tas-servizzi governattivi f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, mas-SEAE u ma' entitajiet oħra;

(f) it-twettiq ta' attivitajiet relatati mal-użu mill-utenti ta' servizzi offruti mill-Programm mingħajr ma jiġu affettwati l-attivitajiet imwettqa mill-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2) taħt kuntratti msemmija fl-Artikolu 15.

2a. Il-Kummissjoni tista' tiddelega, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni wieħed jew ta' aktar minn wieħed, dment li jkunu bl-intenzjoni li jtejbu l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Programm.

3. B'deroga mill-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju u soġġett għall-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni, l-Aġenzija tista' tiddelega, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, attivitajiet speċifiċi lil entitajiet oħra, fl-oqsma tal-kompetenza rispettiva tagħhom, bil-kundizzjonijiet ta' ġestjoni indiretta li japplikaw għall-Kummissjoni.

4. Meta attivitajiet jiġu fdati lill-Aġenzija, kemm jekk bħala kompiti proprji kif imsemmija fil-paragrafu 1 jew bħala kompiti delegati kif imsemmija fil-paragrafi 2 u 2a, għandhom jiġu żgurati riżorsi finanzjarji, umani u amministrattivi xierqa għall-implimentazzjoni tagħhom. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha talloka parti mill-baġit għall-attivitajiet fdati lill-Aġenzija għall-finanzjament tar-riżorsi umani meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom. Sabiex l-Aġenzija tkun tista' twettaq il-kompiti u l-missjonijiet tagħha, ir-riżorsi tagħha għandhom jiġu evalwati mill-ġdid fuq bażi kontinwa.

Artikolu 25

Rwol tal-ESA

1. Dment li l-interess tal-Unjoni jkun protett, l-ESA tista', fil-qasam tal-għarfien espert tagħha, tiġi fdata bil-kompiti li ġejjin:

(a) is-superviżjoni tal-attivitajiet ta' żvilupp, ta' validazzjoni u ta' implimentazzjoni relatati msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), u tal-iżvilupp u l-evoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (e), imwettqa fil-qafas tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 15, filwaqt li tiżgura l-koordinazzjoni bejn il-kompiti u l-baġit fdati lill-ESA skont dan l-artikolu u r-riżorsi proprji possibbli tal-ESA magħmula disponibbli għall-Programm jew għall-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2) skont it-termini u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu miftiehma fil-ftehimiet ta' kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 23(4);

(b) l-għoti ta' għarfien espert tekniku lill-Kummissjoni; inkluż għat-tħejjija tal-aspetti tekniċi tal-Programm;

(c) l-appoġġ għall-evalwazzjoni tal-kuntratti skont l-Artikolu 15.

2. Fuq il-bażi ta' valutazzjoni mill-Kummissjoni, l-ESA tista' tiġi fdata b'kompiti oħra bbażati fuq il-ħtiġijiet tal-Programm, b'mod partikolari relatati mas-segment spazjali u mas-segment terrestri relatat tal-Infrastruttura Ewropea tal-Komunikazzjoni Kwantistika, dment li dawk il-kompiti ma jidduplikawx l-attivitajiet imwettqa minn entità oħra fil-kuntest tal-Programm u li jkollhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Programm.

Kapitolu VI

Sigurtà tal-Programm

Artikolu 26

Prinċipji ġenerali tas-sigurtà

L-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2021/696 għandu japplika għal dan il-Programm.

Artikolu 27

Governanza tas-sigurtà

1. Il-Kummissjoni, fil-qasam ta' kompetenza tagħha u bl-appoġġ tal-Aġenzija, għandha tiżgura livell għoli ta' sigurtà rigward, b'mod partikolari:

(a) il-protezzjoni tal-infrastruttura, kemm dik terrestri kif ukoll dik spazjali, u tal-forniment tas-servizzi, partikolarment kontra l-attakki fiżiċi jew ċibernetiċi, inkluża l-interferenza mal-flussi tad-data;

(b) il-kontroll u l-ġestjoni tat-trasferimenti tat-teknoloġija;

(c) l-iżvilupp u l-konservazzjoni fl-Unjoni tal-kompetenzi u tal-għarfien espert miksuba;

(d) il-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u ta' informazzjoni klassifikata.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li titwettaq analiżi tar-riskji u tat-theddid għall-infrastruttura governattiva msemmija fl-Artikolu 5(2). Abbażi ta' din l-analiżi, hija għandha tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, ir-rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà. B'hekk, il-Kummissjoni għandha tqis l-impatt ta' dawk ir-rekwiżiti fuq il-funzjonament bla xkiel tal-infrastruttura governattiva, b'mod partikolari f'termini ta' kost, ta' ġestjoni tar-riskji u ta' skeda, u għandha tiżgura li l-livell ġenerali tas-sigurtà ma jitnaqqasx, u li l-funzjonament tat-tagħmir ma jkunx ipperikolat u li r-riskji għaċ-ċibersigurtà jkunu meqjusa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).

3. L-Artikolu 34(3) sa (7) tar-Regolament (UE) 2021/696 għandu japplika għal dan il-Programm. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "komponent" fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2021/696 għandu jinqara bħala "infrastruttura governattiva", inklużi s-servizzi governattivi kif imsemmi fl-Artikolu 7(1a), (1b) u (1c) ta' dan ir-Regolament, u r-referenzi kollha għall-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 28

Sigurtà tas-sistema u s-servizzi implimentati

Kull meta s-sigurtà tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha tkun tista' tiġi affettwata mill-operat tas-sistema jew mill-forniment tas-servizzi governattivi, għandha tapplika d-Deċiżjoni (PESK) XXX.

Artikolu 29

Awtorità għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

Il-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà stabbilit fi ħdan l-Aġenzija skont l-Artikolu 72(1) tar-Regolament (UE) 2021/696 għandu jkun l-awtorità għall-akkreditazzjoni tas-sigurtà għall-infrastruttura governattiva tal-Programm.

Artikolu 30

Prinċipji ġenerali tal-akkreditazzjoni tas-sigurtà

L-attivitajiet ta' akkreditazzjoni tas-sigurtà relatati mal-Programm għandhom jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-punti (a) sa (j) tal-Artikolu 37, tar-Regolament (UE) 2021/696. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "komponent" fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/696 għandu jinqara bħala "infrastruttura governattiva" u r-referenzi kollha għall-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2021/696 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Artikolu 27(2) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 31

Kompiti u kompożizzjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

1. L-Artikolu 38, bl-eċċezzjoni tal-punti (c) sa (f) tal-paragrafu 2 u l-punt (b) tal-paragrafu 3, u l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2021/696 għandhom japplikaw għal dan il-Programm.

2. Minbarra l-paragrafu 1 u fuq bażi eċċezzjonali, ir-rappreżentanti tal-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2) ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà bħala osservaturi għal kwistjonijiet relatati direttament ma' dak il-kuntrattur.

Artikolu 32

Regoli tal-votazzjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

L-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2021/696 għandu japplika fir-rigward tar-regoli tal-votazzjoni tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà.

Artikolu 33

Komunikazzjoni u impatt tad-deċiżjonijiet tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà

1. L-Artikolu 41(1) sa (4) tar-Regolament (UE) 2021/696 għandu japplika għad-deċiżjonijiet tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "komponent" fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2021/696 għandu jinqara bħala "infrastruttura governattiva".

2. L-iskeda għall-ħidma tal-Bord għall-Akkreditazzjoni tas-Sigurtà ma għandhiex tfixkel l-iskeda tal-attivitajiet ipprovduta fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 38(1).

Artikolu 34

Rwol tal-Istati Membri fl-akkreditazzjoni tas-sigurtà

L-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/696 għandu japplika għal dan il-Programm.

Artikolu 35

Protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata

1. L-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2021/696 għandu japplika għall-informazzjoni klassifikata relatata mal-Programm.

2. L-informazzjoni klassifikata ġġenerata mill-ESA fir-rigward tal-kompiti fdati skont l-Artikolu 25(1) u (2) għandha titqies bħala Informazzjoni Klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444[30] u mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE[31], maħluqa taħt l-awtorità tal-Kummissjoni.

Kapitolu VII

Relazzjonijiet internazzjonali

Artikolu 36

 Parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Programm

1. F'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku konkluż f'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE li jkopri l-parteċipazzjoni ta' pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), kif ukoll tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a) pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, f'konformità mal-prinċipji ġenerali u mat-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(b) pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, f'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew fi ftehimiet simili, u f'konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c) pajjiżi terzi, għajr dawk il-pajjiżi terzi koperti fil-punti (a) u (b).

2. Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali f'konformità mal-ftehimiet konklużi f'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE.

3. Il-ftehim speċifiku msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu:

(a) jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz jew tal-organizzazzjoni internazzjonali parteċipanti fil-programmi tal-Unjoni;

(b) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali, u l-kostijiet amministrattivi tagħhom;

(c) ma jagħti l-ebda setgħa ta' teħid tad-deċiżjonijiet lill-pajjiż terz jew lill-organizzazzjoni internazzjonali fir-rigward tal-Programm tal-Unjoni;

(d) jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tħares l-interessi finanzjarji tagħha;

(e) ikun mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet eżistenti konklużi mill-Unjoni jew mill-Istati Membri, b'mod partikolari b'referenza għad-dritt tal-użu tal-frekwenzi.

4. Mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3, u fl-interess tas-sigurtà, il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għall-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-Programm, sa fejn ikun kompatibbli mal-ftehimiet eżistenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).

Artikolu 37

Aċċess għas-servizzi governattivi minn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jista' jkollhom aċċess għas-servizzi governattivi dment li:

(a) jikkonkludu ftehim, f'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE, li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-aċċess għas-servizzi governattivi;

(b) jikkonformaw mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2021/696.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-"Programm" fl-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2021/696 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-"Programm" stabbilit minn dan ir-Regolament.

Kapitolu VIII

Programmazzjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni u kontroll

Artikolu 38

Programmazzjoni, monitoraġġ u rapportar

1. Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi l-azzjonijiet u l-baġit assoċjat meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-Programm u, fejn ikun applikabbli, l-ammont globali riżervat għal operazzjonijiet ta' taħlit. Il-programm ta' ħidma għandu jikkomplementa l-programm ta' ħidma għall-komponent GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) 2021/696.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta' ħidma permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 42(2).

2. L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm biex jintlaħqu l-objettivi ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness.

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 43, li temenda l-Anness fir-rigward tal-indikaturi fejn jitqies li dan ikun meħtieġ, kif ukoll li tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni.

4. Fejn meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-proċedura prevista fl-Artikolu 44 għandha tapplika għal atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

5. Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Programm jinġabru b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu.

Għal dan l-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni u, fejn ikun xieraq, fuq l-Istati Membri.

6. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni xierqa. Id-data meħtieġa għall-verifika tal-prestazzjoni għandha tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu.

Artikolu 39

Evalwazzjoni u valutazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet f'waqthom tal-Programm sabiex jagħtu kontribut fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

2. Sa [DATA – SENTEJN WARA D-DĦUL FIS-SEĦĦ] u fi kwalunkwe każ sat-30 ta' Ġunju 2026, u kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-Programm. Meta twettaq l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali. Hija għandha tivvaluta:

(a) il-prestazzjoni tal-infrastruttura tal-konnettività sigura u tas-servizzi pprovduti taħt il-Programm, inklużi l-veloċità tal-konnessjoni, il-latenza baxxa, id-disponibbiltà, l-affidabbiltà, l-awtonomija u l-aċċess globali;

(aa) il-mudelli ta' governanza u implimentazzjoni, u l-effiċjenza tagħhom;

(b) l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti tal-Programm;

(ba) is-sinerġija u l-komplementarjetà tal-Programm ma' GOVSATCOM u mal-komponenti l-oħra tal-Programm Spazjali tal-Unjoni;

(bb) l-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet disponibbli u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda;

(bc) il-parteċipazzjoni u l-ingranaġġ tal-innovazzjoni fl-ekosistema spazjali, b'mod partkolari negozji ġodda u SMEs madwar l-Unjoni;

(bd) l-impatt ambjentali tal-Programm filwaqt li jitqiesu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7a;

(be) kwalunkwe qbiż tal-kostijiet, il-puntwalità fl-ilħiq tal-iskadenzi stabbiliti għall-proġetti u l-effettività tal-governanza u tal-ġestjoni tal-Programm;

(bf) l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-attivitajiet tal-Programm;

(bg) il-livell tas-sinerġija u tal-komplementarjetà tal-Programm ma' inizjattivi rilevanti tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn rilevanti, reġjonali.

Jekk ikun xieraq, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi proposta xierqa.

3. L-evalwazzjoni tal-Programm għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni tal-komponent GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, imwettqa f'konformità mal-Artikolu 102 tar-Regolament (UE) 2021/696.

Jekk il-Kummissjoni tqis li jkun xieraq, fid-dawl tal-koerenza ġenerali tas-settur spazjali tal-Unjoni, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata, sa mhux aktar tard mill-QFP 2028-2034, minn proposta xierqa biex dan il-Programm jiġi integrat fil-Programm Spazjali tal-Unjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

5. L-entitajiet involuti fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jipprovdu d-data u l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għall-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

6. Sentejn wara l-kapaċità operazzjonali sħiħa, u kull sentejn wara dan, l-Aġenzija għandha toħroġ rapport tas-suq, f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, dwar l-impatt tal-Programm fuq l-industrija kummerċjali tas-satelliti tal-UE bil-għan li jiġi żgurat l-impatt minimu possibbli fuq il-kompetizzjoni u ż-żamma ta' inċentivi għall-innovazzjoni.

Artikolu 40

Awditi

L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew entitajiet, inkluż minn oħrajn għajr dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija globali skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 41

Protezzjoni tad-data personali u tal-privatezza

Id-data personali kollha li tintuża fil-kuntest tal-kompiti u tal-attivitajiet previsti f'dan ir-Regolament, inkluż mill-Aġenzija, għandha tiġi pproċessata f'konformità mad-dritt applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[32] u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[33].

Kapitolu IX

Delega u miżuri ta' implimentazzjoni

Artikolu 42

Proċedura ta' kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat tal-Programm stabbilit mill-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) 2021/696, fil-konfigurazzjoni ta' GOVSATCOM. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Għall-finijiet tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikoli 5(3) u 27(2) ta' dan ir-Regolament, il-kumitat imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jiltaqa' fil-konfigurazzjoni tas-sigurtà definita fl-Artikolu 107(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) 2021/696.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Meta l-kumitat tal-Programm ma jagħti l-ebda opinjoni dwar l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 27(2) ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 43

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 6a u l-Artikolu 38 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6a u l-Artikolu 38 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 6a u l-Artikolu 38 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 44

Proċedura ta' urġenza

1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tagħti r-raġunijiet li għalihom tkun intużat il-proċedura ta' urġenza.

2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(6). F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Kapitolu X

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 45

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1. Dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta' dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż il-media u l-pubbliku bil-ħsieb li jtejbu l-komunikazzjoni madwar l-UE kollha fir-rigward tal-benefiċċji tas-servizzi spazjali, filwaqt li jinkludu lill-SMEs fis-sensibilizzazzjoni sabiex juru l-involviment tagħhom fl-iżvilupp u fl-għoti ta' servizzi spazjali liċ-ċittadini.

2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, mal-azzjonijiet meħuda skont il-Programm u mar-riżultati miksuba.

3. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 46

Kontinwità tas-servizzi wara l-2027

Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi previsti fl-Artikolu 3, biex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux ikkompletati sa tmiem il-Programm, kif ukoll spejjeż li jkopru attivitajiet operazzjonali kritiċi u l-forniment ta' servizzi.

Artikolu 47

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew

Għall-Kunsill

Il-President

Il-President



 

Anness

INDIKATURI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-PROGRAMM

Il-Programm se jiġi mmonitorjat mill-qrib abbażi ta' sett ta' indikaturi maħsuba biex ikejlu kemm ikunu nkisbu l-objettivi speċifiċi tal-Programm u bil-ħsieb li jiġu mminimizzati l-piżijiet u l-kostijiet amministrattivi. Għal dak l-għan, se tinġabar data fir-rigward tas-sett ta' indikaturi ewlenin li ġejjin:

  L-indikaturi jenħtieġ li jkunu marbuta mal-objettivi speċifiċi, iżda sabiex jiġi evitat in-nuqqas ta' koerenza, dawn ma għandhomx jiġu repetuti.

Objettiv speċifiku 1: It-titjib tal-kwalità, tar-reżiljenza u tal-awtonomija tas-servizzi satellitari tal-Unjoni u tal-Istati Membri

  Indikatur 1: Il-gvernijiet tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jistgħu jaċċessaw sett inizjali ta' servizzi governattivi fl-2024, b'kapaċità sħiħa fl-2027

  Indikatur 2: Il-prestazzjoni tas-sistema f'termini tal-kopertura globali, id-disponibbiltà tas-servizz, il-wisa' tal-banda

  Indikatur 3: Integrazzjoni sħiħa tal-kapaċità eżistenti mir-riżerva tal-Unjoni permezz tal-integrazzjoni tal-infrastruttura terrestri ta' GOVSATCOM

  Indikatur 4: L-għadd annwali ta' qtugħ kbir fin-networks tat-telekomunikazzjoni fl-Istati Membri mmitigat mis-servizzi governattivi offruti mis-sistema ta' konnettività sigura

  Indikatur 5: Sodisfazzjon tal-utent bil-prestazzjoni tas-sistema ta' konnettività sigura

  Indikatur 6: L-għadd ta' utenti tas-servizzi governattivi fl-UE

  Indikatur 7: Ir-rata ta' kopertura tal-parteċipanti fil-Programm u l-għadd ta' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li jipparteċipaw fil-Programm f'konformità mal-Artikolu 36

Objettiv speċifiku 2: Iżidir-reżiljenza ċibernetika tal-Unjoni billi jiġu żviluppati r-ridondanza, iċ-ċiberprotezzjoni passiva u reattiva ▌ u ċ-ċibersigurtà operazzjonali ▌

  Indikatur 1: Is-sistema tikseb akkreditazzjoni tas-sigurtà li tippermetti lis-servizzi jittrażmettu Informazzjoni Klassifikata tal-UE (IKUE) sa ċertu livell ta' klassifikazzjoni u l-informazzjoni klassifikata nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE ta' livell ta' klassifikazzjoni ekwivalenti, skont il-prinċipji stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (2013/488/UE) dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni tal-IKUE

  

  Indikatur 2: L-għadd u s-severità annwali tal-impatt tal-inċidenti taċ-ċibersigurtà fuq is-sistema ta' konnettività sigura

  Objettiv speċifiku 2a: Jiżviluppa u jintegra s-segment spazjali u dak terrestri relatat tal-EuroQCI bil-għan li tiġi permessa t-trażmissjoni sigura tal-kjavi kriptografiċi

  Indikatur 1: L-għadd ta' Stati Membri konnessi man-network terrestri tal-EuroQCI

  Indikatur 2: Is-satelliti ta' komunikazzjoni kwantistika meħtieġa għall-funzjonament tal-EuroQCI huma fl-orbita u qed jaħdmu

Objettiv speċifiku 3: Jagħti permess, fejn possibbli, l-iżvilupp ta' komunikazzjoni u ta' servizzi oħra, b'mod partikolari bit-titjib, bil-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-kapaċitajiet u s-servizzi ta' komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u bl-espansjoni tagħhom, kif ukoll servizzi li mhumiex komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni, billi jiġu ospitati subsistemi satellitari addizzjonali, inklużi tagħbijiet utli

  Indikatur 1: L-għadd ta' tagħbijiet utli li jtejbu l-kapaċitajiet ta' Għarfien tas-Sitwazzjoni tal-Unjoni

  Indikatur 2: Għadd ta' tagħbijiet utli li jtejbu l-kapaċitajiet tal-EGNSS

  Indikatur 3: Għadd ta' tagħbijiet utli li jtejbu l-kapaċitajiet ta' Copernicus

Objettiv speċifiku 4: Jinċentiva l-innovazzjoni kif ukoll l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji innovattivi u fixkiela fl-ekosistema spazjali Ewropea kollha, b'mod partikolari billi jiġu appoġġati l-entranti l-ġodda, in-negozji l-ġodda u l-SMEs tas-settur upstream, midstream u downstream madwar l-Unjoni

  Indikatur 1: L-għadd ta' entranti ġodda, negozji ġodda, SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja li jipprovdu servizzi abbażi tal-infrastruttura

  Indikatur 2: Il-perċentwal globali tal-valur tal-kuntratti sottokuntrattati mill-offerenti ewlenin lill-SMEs għajr dawk affiljati mal-grupp tal-offerent u s-sehem tal-parteċipazzjoni transfruntiera tagħhom

Objettiv speċifiku 5: Jippermetti l-iżvilupp ulterjuri ta' broadband b'veloċità għolja u konnettività mingħajr xkiel madwar l-Unjoni, u b'hekk ineħħi ż-żoni mingħajr konnessjoni b'appoġġ għall-iżvilupp inklużiv, koeżiv u sostenibbli tal-Unjoni filwaqt li jitnaqqas id-distakk diġitali, jippermetti aċċess bi prezz raġonevoli u jżid il-koeżjoni madwar l-Unjoni u f'żoni ġeografiċi ta' interess strateġiku barra mill-Unjoni.

  Indikatur 1: Il-veloċità, il-latenza, id-disponibbiltà u l-affidabbiltà ▌ tal-broadband bis-satellita

  Indikatur 2: L-għadd ta' utenti ġodda ▌ tal-komunikazzjoni bis-satellita ▌ fiż-żoni rurali, ir-reġjuni ultraperiferiċi, il-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej tal-UE, u ż-żoni ġeografiċi ta' interess strateġiku barra mill-Unjoni

  Indikatur 3: L-għadd ta' pajjiżi fejn il-broadband bis-satellita huwa disponibbli għall-konsumaturi

  Objettiv speċifiku 5a: Aċċess għal slots orbitali u d-dritt ta' użu tal-frekwenzi rilevanti

  Indikatur 1: L-għadd ta' satelliti għal kull slot orbitali fl-2025, 2026, 2027

  Objettiv speċifiku 5b: Isaħħaħ is-sikurezza u s-sostenibbiltà tal-attivitajiet fl-ispazju bl-implimentazzjoni ta' miżuri xierqa li jiżguraw u jippromwovu mġiba responsabbli fl-ispazju fl-implimentazzjoni tal-Programm

  Indikatur 1: L-impronta tal-gassijiet serra għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu tal-Programm

  Indikatur 2: L-għadd ta' satelliti attivi, satelliti dekummissjonati u satelliti rkuprati

  Indikatur 3: L-ammont ta' residwi ġġenerati mill-kostellazzjoni

  Indikatur 4: Effimeri tas-satelliti kondiviżi mal-konsorzju tal-SST tal-UE

  Indikatur 5: Miżura xierqa tal-effett tar-riflessjoni tad-dawl fuq osservazzjonijiet astromiċi

  Objettiv speċifiku 5c: Itejjeb l-awtonomija strateġika u teknoloġika tal-Unjoni f'termini ta' teknoloġiji spazjali, assi, operazzjonijiet u servizzi

  Indikatur 1: L-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet satellitari mixtrija mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni minn atturi mhux tal-Unjoni

  Indikatur 2: L-għadd ta' llanċjar mhux trasportat mit-territorju tal-Unjoni, jew territorju minn membri tal-EFTA li huma membri taż-ŻEE

  Indikatur 3: L-għadd ta' komponenti u teknoloġiji użati fl-infrastruttura li mhumiex maħsuba u manifatturati fl-Unjoni

  Indikatur 4: Perċentwal ta' terminals tal-utenti użati fis-servizzi tal-infrastruttura li huma maħsuba u prodotti fl-Unjoni

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (6.7.2022)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023-2027

(COM(2022)0057 – C9‑0045/2022 – 2022/0039(COD))

Rapporteur għal opinjoni: José Manuel Fernandes

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Hemm ħtieġa dejjem akbar ta' aċċess aktar sigur u affidabbli, iżda affordabbli u kosteffettiv, għall-komunikazzjoni bis-satellita. Din qiegħda ssir dejjem aktar evidenti fil-kuntest ġeopolitiku diffiċli attwali. Il-Kummissjoni pproponiet li tistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, li jtejjeb ir-reżiljenza tas-servizzi tal-komunikazzjoni tal-Unjoni u jikkontribwixxi għar-reżiljenza ċibernetika tal-Unjoni. Jappoġġa wkoll il-bażi industrijali spazjali, inklużi l-SMEs u n-negozji ġodda, u jippermetti l-iżvilupp ta' broadband b'veloċità għolja u konnettività mingħajr xkiel. Il-programm jikkonsisti fi sħubija pubblika-privata, bil-forniment ta' servizzi governattivi u kummerċjali. Fl-2025 għandu jkun aċċessibbli sett preliminari ta' servizzi governattivi, b'kapaċità sħiħa fl-2027.

Ir-rapporteur jilqa' l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel progress rapidu fuq din l-inizjattiva kruċjali, fejn l-UE qiegħda tikkompeti ma' atturi oħra dinamiċi ħafna. Huwa jqis li l-programm jikkontribwixxi bil-kbir għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni u jnaqqas id-dipendenza tal-Unjoni fuq atturi pubbliċi u privati minn pajjiżi terzi.

Fir-rigward tal-impatt baġitarju u tad-dispożizzjonijiet finanzjarji, ir-rapporteur jinsisti li l-pakkett finanzjarju tal-programmi eżistenti tal-UE ma għandux jitnaqqas biex jiġu ffinanzjati programmi ġodda. Barra minn hekk, il-mudell ta' finanzjament tal-programm għal Konnettività Sigura, li huwa bbażat parzjalment fuq kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u mis-settur privat, ma għandux jirrappreżenta riskju finanzjarju għall-komponent governattiv tal-programm. 

Il-preservazzjoni tal-livell ta' finanzjament tal-Programmi eżistenti tal-UE

Peress li l-Programm għal Konnettività Sigura huwa inizjattiva ġdida li ma kinitx prevista meta ġie stabbilit il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2021-2027, u biex jiġi evitat kwalunkwe tnaqqis minn programmi oħra tal-Unjoni, l-ammont tal-pakkett finanzjarju għandu jittieħed mill-marġnijiet mhux allokati fl-ambitu tal-limiti massimi tal-QFP jew immobilizzat permezz tal-istrumenti speċjali mhux tematiċi tal-QFP.

Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tipprevedi r-riallokazzjoni ta' ammont totali ta' EUR 1,6 biljun tul il-perjodu 2023-2027. Minn dan l-ammont totali, EUR 150 miljun jiġu mill-marġnijiet iżda l-bqija jiġu minn programmi eżistenti (il-Programm Spazjali - Galileo/EGNOS, FNE-Diġitali, il-Programm Ewropa Diġitali (DEP), il-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) u r-riżerva tal-NDICI).

Ir-rapporteur jikkunsidra li dawn l-ammonti huma neċessarji għall-eżekuzzjoni tajba tal-programmi relatati. Għalhekk mhuwiex aċċettabbli li jiġu riallokati għal attività kompletament ġdida. B'mod partikolari:

 L-FNE-Diġitali u d-DEP huma komponenti ewlenin tal-istrateġija tal-Unjoni biex tikseb it-tranżizzjoni diġitali. Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal Att dwar iċ-Ċipep ikollha impatt negattiv kemm fuq il-FNE-Diġitali kif ukoll fuq id-DEP;

 Il-finanzjament għall-EDF tnaqqas ħafna mill-Kunsill Ewropew meta mqabbel mal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni u għalhekk diġà huwa ferm aktar baxx mill-ammont li l-Kummissjoni u l-Parlament ħassew li kien meħtieġ. Barra minn hekk, huwa element kruċjali fit-tiswir ta' politika Ewropea ta' difiża. Il-Kunsill Ewropew iddeskriva l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja bħala "bidla tettonika fl-istorja Ewropea". Riallokazzjoni "bħas-soltu" mhijiex reazzjoni adattata għas-sitwazzjoni;

 Ir-riżerva tal-Isfidi u l-Prijoritajiet Emerġenti tal-NDICI hija maħsuba biex tindirizza ċirkostanzi mhux previsti. Għandha tiġi mmobilizzata biss għal kriżijiet ġodda jew għal sfidi emerġenti, u mhux għal inizjattivi ppjanati jew programmabbli.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipprevedi l-allokazzjoni ta' ammont totali ta' EUR 800 miljun matul il-perjodu 2023-2027. Ir-rapporteur jista' jaċċetta l-allokazzjoni ta' ammonti fl-ambitu tal-Programm Spazjali (GovSatCom) u Orizzont Ewropa, peress li l-objettivi tal-programmi tagħhom huma komplementari u koerenti ma' dawk tal-Konnettività Sigura. Madankollu, huwa jipproponi li l-ammont allokat fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa jiġi kkumpensat bl-użu ta' diżimpenji minn programmi ta' riċerka. Ir-rapporteur ma jaqbilx mal-allokazzjoni ta' EUR 150 miljun fl-ambitu tal-programm NDICI - Ewropa Globali, li jkopri l-kooperazzjoni tal-UE ma' pajjiżi terzi. Dan mhuwiex iġġustifikat, b'mod partikolari fid-dawl tal-kuntest globali. Il-finanzjament għall-programm NDICI diġà huwa ftit wisq wara biss sena waħda fil-QFP attwali. 

L-iżgurar tal-vijabbiltà tal-komponent governattiv tal-programm

Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tantiċipa li sehem kbir tal-finanzjament mhuwiex se jiġi mill-Baġit tal-UE. Tabilħaqq, huwa mistenni li l-Istati Membri jikkontribwixxu għall-infrastruttura u għas-servizzi governattivi, filwaqt li s-sħab privati jiffinanzjaw kompletament l-infrastruttura kummerċjali u l-forniment ta' servizzi kummerċjali.

Mekkaniżmu tajjeb ta' salvagwardja bejn il-komponenti governattivi u dawk kummerċjali se jkun kruċjali biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi governattivi, fi kwalunkwe sitwazzjoni ta' inadempjenza min-naħa tas-sieħeb kummerċjali.

Fir-rigward tal-komponent governattiv, il-Kummissjoni tipprevedi finanzjament kemm mill-baġit tal-UE kif ukoll mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri. Għalhekk ir-Regolament għandu jiżgura li ma jkun hemm ebda riskju finanzjarju għall-baġit tal-UE. L-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jikkontribwixxu biex jiżguraw il-vijabbiltà tal-infrastruttura governattiva u tal-forniment tas-servizzi fil-perjodu taż-żmien definit. 

 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Hemm domanda dejjem akbar mill-atturi governattivi tal-Unjoni għal servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita siguri u affidabbli, b'mod partikolari minħabba li jkunu l-unika għażla vijabbli f'sitwazzjonijiet fejn is-sistemi ta' komunikazzjoni bbażati fuq l-art ma jkunux jeżistu, jiġu mfixkla jew ma jkunux affidabbli. Aċċess li jkun għall-but ta' kulħadd u kosteffettiv għal komunikazzjoni bbażata fuq is-satellita huwa wkoll indispensabbli f'reġjuni remoti u fl-ibħra miftuħa u fl-ispazju tal-ajru. Pereżempju, fejn in-nuqqas ta' komunikazzjoni b'wisa' tal-banda għolja bħalissa jillimita l-kapaċità li jittieħed vantaġġ sħiħ minn sensuri u pjattaformi ġodda li josservaw il-71 % tal-pjaneta tagħna li hija oċean, il-komunikazzjoni bis-satellita tiżgura d-disponibbiltà fit-tul ta' aċċess dinji mingħajr interruzzjoni.

1. Hemm domanda dejjem akbar mill-atturi governattivi tal-Unjoni għal servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita siguri u affidabbli, b'mod partikolari minħabba li huma l-unika għażla vijabbli f'sitwazzjonijiet fejn is-sistemi ta' komunikazzjoni bbażati fuq l-art ma jkunux jeżistu, jiġu mfixkla jew ma jkunux affidabbli. Aċċess li jkun għall-but ta' kulħadd u kosteffettiv għal komunikazzjoni bbażata fuq is-satellita huwa wkoll indispensabbli f'reġjuni remoti, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, u fl-ibħra miftuħa u fl-ispazju tal-ajru. Pereżempju, fejn in-nuqqas ta' komunikazzjoni b'wisa' tal-banda għolja bħalissa jillimita l-kapaċità li jittieħed vantaġġ sħiħ minn sensuri u pjattaformi ġodda li josservaw il-71 % tal-pjaneta tagħna li hija oċean, il-komunikazzjoni bis-satellita tiżgura d-disponibbiltà fit-tul ta' aċċess dinji mingħajr interruzzjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju, li jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda22, għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(25) Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju, li jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda22, għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Peress li l-Programm huwa inizjattiva ġdida li ma kinitx prevista meta ġie stabbilit il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2021-2027, u biex jiġi evitat kwalunkwe tnaqqis minn programmi oħra tal-Unjoni, l-ammont tal-pakkett finanzjarju jenħtieġ li jittieħed mill-marġnijiet mhux allokati fl-ambitu tal-limiti massimi tal-QFP jew immobilizzat permezz tal-istrumenti speċjali mhux tematiċi tal-QFP.

__________________

__________________

22 ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

22 ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

Ġustifikazzjoni

Il-pożizzjoni stabbilita tal-Parlament Ewropew hija li inizjattivi ġodda għandhom jiġu ffinanzjati bl-użu ta' riżorsi ġodda. L-istess approċċ għandu jiġi applikat f'din is-sitwazzjoni. B'mod partikolari, ma għandux ikun hemm fondi riallokati minn programmi oħra tal-Unjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) L-objettivi tal-Programm huma koerenti u komplementari ma' dawk ta' programmi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Orizzont Ewropa, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, il-Programm Ewropa Diġitali, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 u, b'mod partikolari, il-Programm Spazjali tal-Unjoni, stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27.

(26) L-objettivi tal-Programm huma koerenti u komplementari ma' dawk ta' programmi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, il-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 u, b'mod partikolari, il-Programm Spazjali tal-Unjoni stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27. Madankollu, jenħtieġ li fondi minn dawk il-programmi ma jiġux riallokati biex jiffinanzjaw il-Programm.

__________________

__________________

23 Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

23 Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).

24 Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).

24 Ir-Regolament (UE) 2021/694 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/2240 (ĠU L 166, 11.5.2021, p. 1).

25 Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).

25 Ir-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 (ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1).

26 Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38).

26 Ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 (ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38).

27 Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

27 Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 912/2010, (UE) Nru 1285/2013 u, (UE) Nru 377/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).

Ġustifikazzjoni

Huwa minnu li l-objettivi tal-Programm għal Konnettività Sigura jikkomplementaw dawk ta' programmi oħra tal-Unjoni. Madankollu, fondi minn dawk il-programmi ma għandhomx jiġu riallokati biex jiffinanzjaw din l-inizjattiva l-ġdida.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Il-Programm Orizzont Ewropa se jalloka sehem dedikat mill-komponenti tiegħu tal-Raggruppament 4 għall-attivitajiet tar-riċerka u innovazzjoni relatati mal-iżvilupp u mal-validazzjoni tas-sistema ta' konnettività sigura, inkluż għat-teknoloġiji potenzjali li jiġu żviluppati taħt Spazju Ġdid. L-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) se jalloka sehem dedikat tal-fondi ta' Ewropa Globali tiegħu għal attivitajiet relatati mal-operat tas-sistema u mal-provvediment ta' servizzi, u dan se jippermetti li jiġu offruti firxa ta' servizzi lil sħab internazzjonali. Il-Programm Spazjali tal-Unjoni se jalloka sehem dedikat tal-komponent GOVSATCOM tiegħu għall-attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-GOVSATCOM Hub li se jifforma parti mill-infrastruttura tal-art tas-sistema ta' Konnettività Sigura. Il-finanzjament li joriġina minn dawn il-programmi jenħtieġ li jiġi implimentat f'konformità mar-regoli ta' dawn il-programmi. Minħabba li dawk ir-regoli huma differenti sew mir-regoli taħt dan ir-Regolament, il-ħtieġa li l-objettivi tal-politika intenzjonali jintlaħqu b'mod effettiv jenħtieġ li tiġi kkunsidrata meta tkun qed tittieħed deċiżjoni fuq il-finanzjament ta' azzjonijiet kemm mill-fondi allokati minn Orizzont Ewropew u NDICI kif ukoll mill-Programm ta' Konnettività Sigura tal-Unjoni.

(27) Il-Programm Orizzont Ewropa se jalloka sehem dedikat mill-komponenti tiegħu tar-Raggruppament 4 għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni relatati mal-iżvilupp u mal-validazzjoni tas-sistema ta' konnettività sigura, inkluż għat-teknoloġiji potenzjali li jiġu żviluppati taħt Spazju Ġdid. Peress li l-Programm għal Konnettività Sigura huwa inizjattiva ġdida u l-Programm Orizzont Ewropa huwa prijorità ewlenija tal-Unjoni, l-allokazzjoni ta' fondi għal dawk l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni jenħtieġ li ma tnaqqas xejn mill-attivitajiet l-oħra tar-riċerka u l-innovazzjoni mwettqa taħt ir-Raggruppament 4, li huma essenzjali għall-kompetittività tal-Unjoni u għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. Konsegwentement, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi istituzzjonali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li jsir disponibbli għall-Programm Orizzont Ewropa ammont ta' approprjazzjonijiet ta' impenn ekwivalenti għall-ammont allokat taħt ir-Raggruppament 4 għall-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni relatati mas-sistema ta' konnettività sigura matul il-perjodu 2023-2027, li jirriżulta min-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali ta' proġetti li jappartjenu għal dak il-programm jew għall-predeċessur tiegħu, kif previst fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-"Regolament Finanzjarju"). Dan l-ammont huwa addizzjonali għall-ammont ta' EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) previst fid-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-użu mill-ġdid ta' fondi diżimpenjati fir-rigward tal-programm ta' riċerka. Il-Programm Spazjali tal-Unjoni se jalloka sehem dedikat tal-komponent GOVSATCOM tiegħu għall-attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-GOVSATCOM Hub li se jifforma parti mill-infrastruttura tal-art tas-sistema ta' Konnettività Sigura. Il-finanzjament li joriġina minn dawn il-programmi jenħtieġ li jiġi implimentat f'konformità mar-regoli ta' dawn il-programmi. Minħabba li dawk ir-regoli huma differenti sew mir-regoli taħt dan ir-Regolament, il-ħtieġa li l-objettivi tal-politika intenzjonali jintlaħqu b'mod effettiv jenħtieġ li tiġi kkunsidrata meta tkun qed tittieħed deċiżjoni fuq il-finanzjament ta' azzjonijiet mill-fondi allokati minn Orizzont Ewropew u mill-Programm ta' Konnettività Sigura tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tipproponi li talloka fondi fl-ambitu ta' tliet Programmi oħra għall-fini tal-Konnettività Sigura. Jagħmel sens li jintuża l-Govsatcom Hub; dik l-allokazzjoni tista' għalhekk tiġi appoġġata. Jagħmel sens ukoll li jiġu appoġġati l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni relatati mal-programm fl-ambitu ta' Orizzont Ewropa. Madankollu, huwa ssuġġerit li dak jiġi kkumpensat bl-użu ta' diżimpenji skont l-Artikolu 15(3), bil-għan li jiġi żgurat li r-Raggruppament 4 ma jonqosx minħabba din l-inizjattiva l-ġdida. L-allokazzjoni fl-ambitu tal-NDICI ma tistax tiġi appoġġata.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Minħabba l-implikazzjonijiet inerenti tiegħu fuq is-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-Programm jikkondividi wkoll objettivi u prinċipji mal-Fond Ewropew għad-Difiża stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28. Għalhekk, parti mill-finanzjament minn dak il-Programm jenħtieġ li jiġi pprovdut biex jiffinanzja l-attivitajiet taħt dan il-Programm, b'mod partikolari l-azzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-infrastruttura tiegħu.

imħassar

__________________

 

28 Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149).

 

Ġustifikazzjoni

Il-baġit propost oriġinarjament mill-Kummissjoni għall-EDF tnaqqas ħafna mill-Kunsill Ewropew. Fid-dawl tal-ġrajjiet kurrenti, dak kien żball. Ma jistax jiġi appoġġat aktar tnaqqis ta' dan l-ammont.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) Il-programm jenħtieġ li jgawdi livell suffiċjenti ta' finanzjament biex jiġi żgurat is-suċċess tiegħu. Minbarra l-pakkett finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni, il-Programm jista' jirċievi kontribuzzjonijiet finanzjarji jew in natura minn partijiet oħra, inklużi Stati Membri. Tali kontribuzzjonijiet finanzjarji jistgħu jiġu stabbiliti filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ġenerali tal-Istati Membri, u b'qies tal-prinċipji tal-proporzjonalità, tas-solidarjetà u tal-ekwità. Barra minn hekk, l-infrastruttura tal-Programm tista' tiġi kkomplementata b'kapaċitajiet addizzjonali ffinanzjati minn investimenti addizzjonali mis-settur privat.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 28b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b) Il-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-Programm jenħtieġ li jitqiesu fir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, bil-ħsieb li jiġu żgurati l-istabbiltà, il-koerenza, l-ambizzjoni u l-finanzjament fit-tul tal-Programm. Finanzjament xieraq permezz tal-baġit tal-Unjoni jiżgura skrutinju demokratiku tal-Programm fil-proċedura baġitarja annwali u jippermetti l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Unjoni dwar il-kontroll finanzjarju u l-kwittanza.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 28c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28c) Diversi Stati Membri pprogrammaw fondi mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) għal attivitajiet spazjali. Sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza tar-riżorsi finanzjarji disponibbli u jiġu żgurati sinerġiji bejn il-Programm u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu jallinjaw il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom mal-ħtiġijiet tal-Programm.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 33

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Il-kuntratti ta' akkwist konklużi taħt il-Programm għall-attivitajiet iffinanzjati mill-Programm jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Unjoni tkun responsabbli wkoll għad-definizzjoni tal-objettivi li jridu jintlaħqu fir-rigward tal-akkwist pubbliku.

(33) Il-kuntratti ta' akkwist konklużi taħt il-Programm għall-attivitajiet iffinanzjati mill-Programm jenħtieġ li jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni u mal-prinċipji speċifiċi deskritti f'dan ir-Regolament. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Unjoni tkun responsabbli wkoll għad-definizzjoni tal-objettivi li jridu jintlaħqu fir-rigward tal-akkwist pubbliku. Jenħtieġ li l-Unjoni tippromwovi parteċipazzjoni ġeografika wiesgħa fost l-atturi ekonomiċi fil-proċeduri tal-akkwist. L-aġenzija kontraenti jenħtieġ li tiffavorixxi soluzzjonijiet tekniċi li jkunu fattibbli fit-tul.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 38

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Sħubija pubblika-privata hija l-aktar skema xierqa biex jiġi żgurat li l-objettivi tal-Programm ikunu jistgħu jiġu segwiti. Hija tippermetti li l-bażi teknoloġika u infrastrutturali eżistenti tal-komunikazzjoni bis-satellita tal-UE tkompli tiġi żviluppata u li jiġu pprovduti servizzi governattivi robusti u innovattivi, filwaqt li tippermetti lis-sieħeb privat jikkomplementa l-infrastruttura tal-Programm b'kapaċitajiet addizzjonali biex joffri servizzi kummerċjali permezz ta' investimenti proprji addizzjonali. Barra minn hekk, skema bħal din tottimizza l-kostijiet tal-implimentazzjoni u tal-operat billi tikkondividi l-kostijiet tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni fuq komponenti komuni kemm għall-infrastrutturi governattivi kif ukoll għal dawk kummerċjali, kif ukoll għall-kostijiet operazzjonali billi tippermetti livell għoli ta' mutwalizzazzjoni tal-kapaċità. Hija tistimula l-innovazzjoni b'mod partikolari għal Spazju Ġdid billi tippermetti l-kondiviżjoni tar-riskji tar-Riċerka u l-Iżvilupp bejn is-sħab pubbliċi u privati.

(38) Sħubija pubblika-privata hija l-aktar skema xierqa biex jiġi żgurat li l-objettivi tal-Programm ikunu jistgħu jiġu segwiti. Hija tippermetti li l-bażi teknoloġika u infrastrutturali eżistenti tal-komunikazzjoni bis-satellita tal-UE tkompli tiġi żviluppata u li jiġu pprovduti servizzi governattivi robusti u innovattivi, filwaqt li tippermetti lis-sieħeb privat jikkomplementa l-infrastruttura tal-Programm b'kapaċitajiet addizzjonali biex joffri servizzi kummerċjali permezz ta' investimenti proprji addizzjonali. Barra minn hekk, skema bħal din tottimizza l-kostijiet tal-implimentazzjoni u tal-operat billi tikkondividi l-kostijiet tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni fuq komponenti komuni kemm għall-infrastrutturi governattivi kif ukoll għal dawk kummerċjali, kif ukoll għall-kostijiet operazzjonali billi tippermetti livell għoli ta' mutwalizzazzjoni tal-kapaċità. Hija tistimula l-innovazzjoni b'mod partikolari għal Spazju Ġdid billi tippermetti l-kondiviżjoni tar-riskji tar-Riċerka u l-Iżvilupp bejn is-sħab pubbliċi u privati. Dawk il-kostijiet u dawk ir-riskji jenħtieġ li jiġu kondiviżi b'tali mod li jiġi żgurat li s-sħab privati ma jirċievu l-ebda kumpens żejjed. Is-sħubijiet pubbliċi-privati jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l-bidliet fil-kundizzjonijiet klimatiċi, ir-riskju ta' diżastri u l-miżuri potenzjali ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ta' adattament għalih jiġu identifikati u kkunsidrati matul iċ-ċiklu kollu tal-proġett mill-iżvilupp u t-tfassil sal-implimentazzjoni ta' kull proġett individwali. Il-proġetti jenħtieġ li jaderixxu mal-prinċipju ta' "la tagħmilx ħsara sinifikanti".

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 39

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-mudell ta' implimentazzjoni jista' jieħu l-għamla ta' kuntratt ta' konċessjoni jew ta' arranġamenti kuntrattwali oħra. Irrispettivament mill-mudell ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti bosta prinċipji ewlenin. Jenħtieġ li l-kuntratt jistabbilixxi distribuzzjoni ċara tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet bejn is-sħab pubbliċi u privati. Għalhekk, jenħtieġ li jevita kwalunkwe kumpens żejjed tas-sieħeb privat għall-forniment ta' servizzi governattivi, jippermetti li l-forniment ta' servizzi kummerċjali jiġi stabbilit mis-settur privat, u jiżgura prijoritizzazzjoni xierqa tal-ħtiġijiet tal-utenti governattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tivvaluta u tapprova tali servizzi biex tiżgura li l-interessi essenzjali tal-Unjoni u l-objettivi tal-Programm jiġu ppreservati u jiġu stabbiliti salvagwardji adegwati biex jipprevjenu distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-forniment ta' servizzi kummerċjali; tali salvagwardji jistgħu jinkludu s-separazzjoni tal-kontijiet bejn is-servizzi governattivi u kummerċjali, l-aċċess miftuħ, ġust u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura meħtieġa għall-forniment ta' servizzi kummerċjali. Jenħtieġ li s-sħubija pubblika-privata trawwem il-parteċipazzjoni ta' negozji ġodda u SMEs tul il-katina tal-valur kollha tal-konċessjoni u madwar l-Istati Membri, u b'hekk tinċentiva l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi u fixkiela

(39) Il-mudell ta' implimentazzjoni jista' jieħu l-għamla ta' kuntratt ta' konċessjoni jew ta' arranġamenti kuntrattwali oħra. Irrispettivament mill-mudell ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti bosta prinċipji ewlenin li jikkomplementaw ir-regoli inklużi fir-Regolament Finanzjarju u speċifiċi għall-Programm. Jenħtieġ li l-kuntratt jistabbilixxi distribuzzjoni ċara tal-kompiti u tar-responsabbiltajiet bejn is-sħab pubbliċi u privati, flimkien ma' allokazzjoni ċara tar-riskji bejniethom, bil-għan li jiġi żgurat li s-sieħeb privat jassumi r-responsabbiltà għall-konsegwenzi ta' kwalunkwe nuqqas li jkun responsabbli għalih. Il-kuntratt jenħtieġ li jiżgura wkoll li s-sieħeb privat ma jirċievi l-ebda kumpens żejjed għall-forniment ta' servizzi governattivi, jippermetti li l-forniment ta' servizzi kummerċjali jiġi stabbilit mis-settur privat, u jiżgura prijoritizzazzjoni xierqa tal-ħtiġijiet tal-utenti governattivi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tivvaluta u tapprova tali servizzi biex tiżgura li l-interessi essenzjali tal-Unjoni u l-objettivi tal-Programm jiġu ppreservati. Huwa importanti li jiġi żgurat li jkun hemm fis-seħħ miżuri biex jiżguraw li dawk l-interessi u l-objettivi essenzjali jiġu ppreservati. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-kontinwità tas-servizz f'każ li l-kuntrattur ma jkunx jista' jaqdi l-obbligi tiegħu. Il-kuntratt jenħtieġ li jipprevjeni, fost affarijiet oħra, kunflitti ta' interess u distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni li jirriżultaw mill-forniment ta' servizzi kummerċjali. Dan jista' jsir, fost oħrajn, billi tiġi inkluża s-separazzjoni tal-kontijiet bejn is-servizzi governattivi u kummerċjali, l-aċċess miftuħ, ġust u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura meħtieġa għall-forniment ta' servizzi kummerċjali. Jenħtieġ li s-sħubija pubblika-privata trawwem il-parteċipazzjoni ta' negozji ġodda u SMEs tul il-katina tal-valur kollha tal-konċessjoni u madwar l-Istati Membri, u b'hekk tinċentiva l-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi u fixkiela

Ġustifikazzjoni

Il-kuntratti għandhom jiżguraw li jiġi ppreservat l-interess finanzjarju tal-Unjoni.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 41

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) L-Istati Membri ilhom attivi fil-qasam tal-ispazju. Huma għandhom sistemi, infrastruttura, aġenziji u korpi nazzjonali marbuta mal-ispazju. Għalhekk, jistgħu jagħtu kontribut kbir għall-Programm, speċjalment għall-implimentazzjoni tiegħu. Huma jistgħu jikkooperaw mal-Unjoni biex jippromwovu s-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-Programm u jiżguraw koerenza bejn l-inizjattivi nazzjonali rilevanti u l-Programm. Il-Kummissjoni tista' timmobilizza l-mezzi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, tibbenefika mill-assistenza tagħhom u, soġġett għal kundizzjonijiet maqbula reċiprokament, tiddelega lill-Istati Membri kompiti mhux regolatorji fl-implimentazzjoni tal-Programm. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni tal-infrastruttura terrestri stabbilita fit-territorji tagħhom. Minbarra dan, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu flimkien u ma' korpi internazzjonali u ma' awtoritajiet regolatorji xierqa biex jiżguraw li l-frekwenzi meħtieġa għall-Programm ikunu disponibbli u protetti fil-livell adegwat biex ikun hemm lok għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni bis-sħiħ tal-applikazzjonijiet abbażi tas-servizzi offruti, f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(41) L-Istati Membri ilhom attivi fil-qasam tal-ispazju. Huma għandhom sistemi, infrastruttura, aġenziji u korpi nazzjonali marbuta mal-ispazju. Għalhekk, jistgħu jagħtu kontribut kbir għall-Programm, speċjalment għall-implimentazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li jikkooperaw mal-Unjoni biex jippromwovu s-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-Programm u jiżguraw koerenza bejn l-inizjattivi nazzjonali rilevanti u l-Programm. Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmobilizza l-mezzi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, tibbenefika mill-assistenza tagħhom u, soġġett għal kundizzjonijiet maqbula reċiprokament, tiddelega lill-Istati Membri kompiti mhux regolatorji fl-implimentazzjoni tal-Programm. Barra minn hekk, l-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni tal-infrastruttura terrestri stabbilita fit-territorji tagħhom. Minbarra dan, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaħdmu flimkien u ma' korpi internazzjonali u ma' awtoritajiet regolatorji xierqa biex jiżguraw li l-frekwenzi meħtieġa għall-Programm ikunu disponibbli u protetti fil-livell adegwat biex ikun hemm lok għall-iżvilupp u għall-implimentazzjoni bis-sħiħ tal-applikazzjonijiet abbażi tas-servizzi offruti, f'konformità mad-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 42

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) F'konformità mal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u bħala promotur tal-interess ġenerali tal-Unjoni, hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li timplimenta l-Programm, tassumi responsabbiltà ġenerali u tippromwovi l-użu tiegħu. Sabiex tottimizza r-riżorsi u l-kompetenzi tad-diversi partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tiddelega ċerti kompiti lil entitajiet oħra f'ċirkostanzi ġustifikabbli. Ladarba għandha r-responsabbiltà ġenerali tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina r-rekwiżiti tekniċi u operazzjonali prinċipali meħtieġa biex tiġi implimentata l-evoluzzjoni tas-sistemi u tas-servizzi. Jenħtieġ li tagħmel dan wara li tkun ikkonsultat lill-esperti tal-Istati Membri, lill-utenti u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Fl-aħħar nett, f'konformità mal-Artikolu 4(3) tat-TFUE, l-eżerċizzju tal-kompetenza mill-Unjoni ma jirriżultax f'impediment għall-Istati Membri milli jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom. Madankollu, biex isir użu tajjeb mill-fondi tal-Unjoni, huwa xieraq li l-Kummissjoni tiżgura, kemm jista' jkun, il-koerenza tal-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-Programm, ma' dawk tal-Istati Membri.

(42) F'konformità mal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ("TUE") u bħala promotur tal-interess ġenerali tal-Unjoni, hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li timplimenta l-Programm, tassumi responsabbiltà ġenerali u tippromwovi l-użu tiegħu. Sabiex tottimizza r-riżorsi u l-kompetenzi tad-diversi partijiet ikkonċernati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tiddelega ċerti kompiti lil entitajiet oħra f'ċirkostanzi ġustifikabbli. Ladarba għandha r-responsabbiltà ġenerali tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddetermina r-rekwiżiti tekniċi u operazzjonali prinċipali meħtieġa biex tiġi implimentata l-evoluzzjoni tas-sistemi u tas-servizzi. Jenħtieġ li tagħmel dan wara li tkun ikkonsultat lill-esperti tal-Istati Membri, lill-utenti u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Fl-aħħar nett, f'konformità mal-Artikolu 4(3) tat-TFUE, l-eżerċizzju tal-kompetenza mill-Unjoni ma jirriżultax f'impediment għall-Istati Membri milli jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom. Madankollu, biex isir użu tajjeb mill-fondi tal-Unjoni, huwa xieraq li l-Kummissjoni tiżgura, kemm jista' jkun, il-koerenza tal-attivitajiet imwettqa fil-kuntest tal-Programm, ma' dawk tal-Istati Membri, inklużi dawk iffinanzjati fl-ambitu tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 45

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Sabiex jiġi żgurat l-operat tal-infrastruttura governattiva u jiġi ffaċilitat il-forniment ta' servizzi governattivi, jenħtieġ li l-Aġenzija titħalla tiddelega, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, attivitajiet speċifiċi lil entitajiet oħra, f'oqsma tal-kompetenza rispettiva tagħhom, skont il-kundizzjonijiet tal-ġestjoni indiretta li japplikaw għall-Kummissjoni.

(45) Sabiex jiġi żgurat l-operat tal-infrastruttura governattiva u jiġi ffaċilitat il-forniment ta' servizzi governattivi, jenħtieġ li l-Aġenzija titħalla tiddelega, permezz ta' ftehimiet ta' kontribuzzjoni, attivitajiet speċifiċi lil entitajiet oħra, f'oqsma tal-kompetenza rispettiva tagħhom, skont il-kundizzjonijiet tal-ġestjoni indiretta li japplikaw għall-Kummissjoni u stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 64

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(64) Fil-prinċipju, is-servizzi governattivi jenħtieġ li jiġu pprovduti mingħajr ħlas lill-utenti tas-servizzi governattivi. Jekk, wara analiżi, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm nuqqas ta' kapaċitajiet, jenħtieġ li jkun permess li tiġi żviluppata politika tal-ipprezzar bħala parti minn dawk ir-regoli dettaljati dwar il-forniment tas-servizz sabiex tiġi evitata distorsjoni tas-suq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta tali politika dwar l-ipprezzar. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(64) Is-servizzi governattivi, bħala regolari ġenerali, jenħtieġ li jiġu pprovduti mingħajr ħlas lill-utenti tas-servizzi governattivi. Madankollu, il-kapaċità għal dawk is-servizzi hija limitata. Jekk, wara analiżi bir-reqqa, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm nuqqas ta' kapaċitajiet, jenħtieġ li jkun permess, fejn ġustifikat b'mod debitu, li tiġi żviluppata politika tal-ipprezzar bħala parti minn dawk ir-regoli dettaljati dwar il-forniment tas-servizz sabiex il-provvista tkun taqbel mad-domanda tas-servizzi u tiġi evitata distorsjoni tas-suq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta tali politika tal-ipprezzar. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika ulterjuri.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 68

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(68) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet42, jenħtieġ li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f'konformità ma' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm. L-evalwazzjoni ta' dan il-Programm jenħtieġ li tqis is-sejbiet tal-evalwazzjoni tal-Programm Spazjali tal-Unjoni li jappartjenu għall-komponent GOVSATCOM imwettaq fil-qafas tar-Regolament (UE) 2021/696.

(68) Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet42, jenħtieġ li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f'konformità ma' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm. L-evalwazzjoni ta' dan il-Programm jenħtieġ li tqis is-sejbiet tal-evalwazzjoni tal-Programm Spazjali tal-Unjoni li jappartjenu għall-komponent GOVSATCOM imwettqa fil-qafas tar-Regolament (UE) 2021/696 u jenħtieġ li tkun disponibbli fi żmien xieraq biex tikkontribwixxi għall-ħidma dwar kwalunkwe proposta biex jitkompla l-Programm fil-perjodu tal-QFP li jmiss.

__________________

42 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

__________________

42 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 69a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(69a) Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà tal-implimentazzjoni tal-Programm, f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti finanzjarji u legali essenzjali kollha. Hemm bżonn ukoll li jiġi stabbilit il-kamp ta' applikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-sħab rilevanti fl-industrija, bil-ħsieb li jiġi żgurat li jkun hemm qafas ċar għall-objettivi intermedji u l-miri tal-Programm.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt (a)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tiġi żgurata d-disponibbiltà fit-tul ta' aċċess dinji mingħajr interruzzjoni għal servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita li jkunu siguri u kosteffettivi għall-utenti governattivi f'konformità mal-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 7, li jappoġġa l-protezzjoni ta' infrastrutturi kritiċi, is-sorveljanza, l-azzjonijiet esterni, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-applikazzjonijiet li huma kritiċi għall-ekonomija, l-ambjent, is-sigurtà u d-difiża, u b'hekk tiżdied ir-reżiljenza tal-Istati Membri;

(a) tiġi żgurata d-disponibbiltà fit-tul ta' aċċess dinji mingħajr interruzzjoni għal servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita li jkunu siguri u kosteffettivi għall-utenti governattivi f'konformità mal-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 7, li jappoġġa l-protezzjoni ta' infrastrutturi kritiċi, is-sorveljanza, l-azzjonijiet esterni, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-applikazzjonijiet li huma kritiċi għall-ekonomija, il-klima u l-ambjent, is-sigurtà u d-difiża, u b'hekk tiżdied ir-reżiljenza tal-Istati Membri;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-infrastruttura kummerċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-assi spazjali u terrestri kollha għajr dawk li huma parti mill-infrastruttura governattiva. L-infrastruttura kummerċjali għandha tiġi ffinanzjata kompletament mill-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2).

4. L-infrastruttura kummerċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-assi spazjali u terrestri kollha għajr dawk li huma parti mill-infrastruttura governattiva. L-infrastruttura kummerċjali, u kwalunkwe riskju relatat, għandhom jiġu ffinanzjati kompletament mill-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2).

Ġustifikazzjoni

Il-kuntrattur jassumi r-responsabbiltà sħiħa għall-infrastruttura kummerċjali u għal kwalunkwe riskju relatat.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-forniment ta' servizzi kummerċjali għandu jiġi ffinanzjat mill-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2). It-termini u l-kundizzjonijiet għall-forniment ta' servizzi kummerċjali għandhom jiġu ddeterminati fil-kuntratti msemmija fl-Artikolu 15. Huma għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari kif il-Kummissjoni se tivvaluta u tapprova l-forniment ta' servizzi kummerċjali biex tiżgura li l-interessi essenzjali tal-Unjoni u l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 3 jiġu ppreservati. Huma għandhom jinkludu wkoll salvagwardji adegwati biex jipprevjenu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fil-forniment ta' servizzi kummerċjali, biex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess, diskriminazzjoni bla bżonn u kwalunkwe vantaġġ indirett moħbi ieħor għall-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2). Tali salvagwardji jistgħu jinkludu l-obbligu ta' separazzjoni tal-kontabilità bejn il-forniment ta’ servizzi governattivi u l-forniment ta' servizzi kummerċjali, inkluż l-istabbiliment ta' entità strutturalment u legalment separata mill-operatur integrat vertikalment għall-forniment ta' servizzi governattivi, u l-forniment ta' aċċess miftuħ, ġust u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura meħtieġ għall-forniment ta' servizzi kummerċjali.

4. Il-forniment ta' servizzi kummerċjali għandu jiġi ffinanzjat mill-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2). It-termini u l-kundizzjonijiet għall-forniment ta' servizzi kummerċjali għandhom jiġu ddeterminati fil-kuntratti msemmija fl-Artikolu 15. Huma għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari kif il-Kummissjoni se tivvaluta u tapprova l-forniment ta' servizzi kummerċjali biex tiżgura li l-interessi essenzjali tal-Unjoni u l-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 3 jiġu ppreservati u x'miżuri għandhom jittieħdu f'każ li dawk l-interessi essenzjali ma jiġux irrispettati jew dawk l-objettivi ma jintlaħqux. B'mod partikolari, il-kuntratti għandhom jinkludu miżuri li jiżguraw il-kontinwità tas-servizz f'każ ta' nuqqas serju min-naħa tal-kuntrattur.

 

Dawk il-kuntratti għandhom jiżguraw ukoll li ma jkun hemm ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni fil-forniment ta' servizzi kummerċjali, kunflitti ta' interess, diskriminazzjoni bla bżonn jew kwalunkwe vantaġġ indirett moħbi ieħor għall-kuntrattur imsemmi fl-Artikolu 15(2). Għalhekk jistgħu jinkludu l-obbligu ta' separazzjoni tal-kontabilità bejn il-forniment ta' servizzi governattivi u l-forniment ta' servizzi kummerċjali, inkluż l-istabbiliment ta' entità strutturalment u legalment separata mill-operatur integrat vertikalment għall-forniment ta' servizzi governattivi, u l-forniment ta' aċċess miftuħ, ġust u mhux diskriminatorju għall-infrastruttura meħtieġ għall-forniment ta' servizzi kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Emenda maħsuba biex tiżgura li l-interess finanzjarju tal-Unjoni jiġi ppreservat.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista', f'każijiet debitament ġustifikati u fuq bażi eċċezzjonali, tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, politika dwar l-ipprezzar.

B'deroga mill-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista', wara analiżi bir-reqqa, fejn strettament meħtieġ biex il-provvista tkun taqbel mad-domanda tas-servizzi governattivi tiddetermina, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, politika tal-ipprezzar.

Ġustifikazzjoni

Iċċarar tal-politika tal-ipprezzar.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bid-determinazzjoni ta' din il-politika tal-ipprezzar, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-forniment tas-servizzi governattivi ma jfixkilx il-kompetizzjoni, li ma jkun hemm l-ebda nuqqas ta' servizzi governattivi u li l-prezz identifikat ma jirriżultax f'kumpens żejjed lill-benefiċjarju.

Bid-determinazzjoni ta' din il-politika tal-ipprezzar, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-forniment tas-servizzi governattivi ma jfixkilx il-kompetizzjoni u li ma jkun hemm l-ebda nuqqas ta' servizzi governattivi. Il-politika tal-ipprezzar ma tistax tirriżulta f'kumpens żejjed lill-kuntrattur. Kwalunkwe dħul mill-politika tal-ipprezzar għandu jintuża biex iżid il-kapaċità tas-sistema ta' konnettività sigura, jew għall-manutenzjoni tas-sistema, jew għall-akkwist ta' kapaċità addizzjonali.

Ġustifikazzjoni

Iċċarar tal-politika tal-ipprezzar.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sal-31 ta' Diċembru 2027 u biex ikopri r-riskji assoċjati, għandu jkun ta' EUR 1 600 biljun bil-prezzijiet attwali.

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sal-31 ta' Diċembru 2027 u biex ikopri r-riskji assoċjati relatati mal-infrastruttura governattiva biss għandu jkun ta' EUR 1 750 biljun bil-prezzijiet attwali. Dak l-ammont għandu jittieħed mill-marġnijiet mhux allokati fl-ambitu tal-limiti massimi tal-QFP 2021-2027 jew jiġi mmobilizzat permezz tal-istrumenti speċjali mhux tematiċi tal-QFP.

Ġustifikazzjoni

Bħala inizjattiva ġdida, il-Konnettività Sigura għandha tiġi ffinanzjata bl-użu ta' riżorsi ġodda. Iż-żieda żgħira fil-pakkett finanzjarju tikkorrispondi għall-ammont li l-Kummissjoni pproponiet li talloka fl-ambitu tal-NDICI.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont mill-QFP 2021-27 għandha tkun kif ġej:

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 23.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 EUR 950 miljun mill-Intestatura 1;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 23.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 EUR 500 miljun mill-Intestatura 5;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 23.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 EUR 150 miljun mill-Intestatura 6.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda 23.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Programm għandu jiġi kkomplementat b'finanzjament implimentat taħt il-Programm Orizzont Ewropa, il-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) għal ammont indikattiv massimu ta' EUR 0,430 biljun, EUR 0,220 biljun u EUR 0,150 biljun rispettivament. Dan il-finanzjament għandu jiġi implimentat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2021/695, ir-Regolament (UE) Nru 2021/696 u r-Regolament (UE) Nru 2021/947 rispettivament.

2. Il-Programm għandu jiġi kkomplementat b'finanzjament implimentat taħt il-Programm Orizzont Ewropa u l-Programm Spazjali tal-Unjoni għal ammont indikattiv massimu ta' EUR 0,430 biljun u EUR 0,220 biljun rispettivament. Dan il-finanzjament għandu jiġi implimentat f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2021/695 u r-Regolament (UE) Nru 2021/696 rispettivament.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ma jistax jintuża biex ikopri kwalunkwe riskju relatat mal-infrastruttura kummerċjali.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-kuntratti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jinkludu salvagwardji adegwati biex jiġi evitat kwalunkwe kumpens żejjed lill-kuntrattur, distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, kwalunkwe kunflitt ta' interess, diskriminazzjoni bla bżonn u kwalunkwe vantaġġ indirett moħbi ieħor. F'konformità mal-Artikolu 7(4), dawn għandu jkun fihom dispożizzjonijiet dwar il-proċess ta' valutazzjoni u approvazzjoni tas-servizzi kummerċjali pprovduti mill-kuntrattur, biex jiġi żgurat li l-interess essenzjali tal-Unjoni u l-objettivi tal-Programm jiġu ppreservati.

6. Il-kuntratti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiżguraw li l-kuntrattur ma jirċievi ebda kumpens żejjed u li ma jkun hemm ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni, kunflitti ta' interess, diskriminazzjoni bla bżonn jew kwalunkwe vantaġġ indirett moħbi ieħor. F'konformità mal-Artikolu 7(4), dawn għandu jkun fihom dispożizzjonijiet dwar il-proċess ta' valutazzjoni u approvazzjoni tas-servizzi kummerċjali pprovduti mill-kuntrattur, biex jiġi żgurat li l-interess essenzjali tal-Unjoni u l-objettivi tal-Programm jiġu ppreservati u dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu f'każ li dawk l-interessi essenzjali ma jiġux irrispettati jew dawk l-objettivi ma jintlaħqux. B'mod partikolari, għandhom jinkludu miżuri li jiżguraw il-kontinwità tas-servizz f'każ ta' nuqqas serju min-naħa tal-kuntrattur.

Ġustifikazzjoni

Emenda maħsuba biex tiżgura li l-interess finanzjarju tal-Unjoni jiġi ppreservat.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li tiżgura kompetizzjoni effettiva fil-proċess tal-offerti, filwaqt li tqis l-objettivi tal-indipendenza teknoloġika u l-kontinwità tas-servizzi;

(b) li tiżgura kompetizzjoni effettiva fil-proċess tal-offerti, filwaqt li tqis l-objettivi tal-indipendenza teknoloġika, il-kontinwità tas-servizzi u l-fattibbiltà teknoloġika fit-tul;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) li tissodisfa l-kriterji ambjentali;

(h) li tissodisfa l-kriterji ta' sostenibbiltà ambjentali u soċjali;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Evalwazzjoni

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet f'waqthom tal-Programm sabiex jagħtu kontribut fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

1. Sabiex tikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tiżgura li r-riżorsi jintużaw bl-aktar mod effettiv u effiċjenti, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-Programm fuq bażi kontinwa u għandha tevalwa l-implimentazzjoni tiegħu sat-30 ta' Ġunju 2026 u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sa [DATA 3 SNIN WARA D-DĦUL FIS-SEĦĦ], u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-Programm. Hija għandha tivvaluta:

2. Meta twettaq l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fil-livell nazzjonali u għandha tivvaluta:

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) kwalunkwe qbiż tal-kostijiet, il-puntwalità fl-ilħiq tal-iskadenzi stabbiliti għall-proġetti u l-effettività tal-governanza u tal-ġestjoni tal-Programm;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza, u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-attivitajiet tal-Programm;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt bc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc) il-livell tas-sinerġija u tal-komplementarjetà tal-Programm ma' inizjattivi rilevanti tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn rilevanti, reġjonali.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi previsti fl-Artikolu 3, biex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux ikkompletati sa tmiem il-Programm, kif ukoll spejjeż li jkopru attivitajiet operazzjonali kritiċi u l-forniment ta' servizzi.

Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż neċessarji biex jintlaħqu l-objettivi previsti fl-Artikolu 3, biex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux ikkompletati sa tmiem il-Programm, kif ukoll spejjeż li jkopru attivitajiet operazzjonali kritiċi u l-forniment ta' servizzi.

Ġustifikazzjoni

Importanti li jintbagħat sinjal li r-riżorsi meħtieġa se jkunu disponibbli wara l-2027.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023-2027

Referenzi

COM(2022)0057 – C9-0045/2022 – 2022/0039(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.3.2022

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

7.3.2022

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

José Manuel Fernandes

11.3.2022

Eżami fil-kumitat

17.5.2022

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.7.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Anna Bonfrisco, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, Andor Deli, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Vlad Gheorghe, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Dimitrios Papadimoulis, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Olbrycht

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Bernhuber, Helmut Scholz, Birgit Sippel

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt

NI

Andor Deli

PPE

Alexander Bernhuber, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Rainer Wieland

Renew

Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Valérie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Eero Heinäluoma, Margarida Marques, Victor Negrescu, Sippel Birgit, Nils Ušakovs

The Left

Dimitrios Papadimoulis, Scholz Helmut

Verts/ALE

Rasmus Andresen, Francisco Guerreiro

 

0

-

 

2

0

HDDR

Anna Bonfrisco, Joachim Kuhs

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 


 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura għall-perjodu 2023-2027

Referenzi

COM(2022)0057 – C9-0045/2022 – 2022/0039(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

16.2.2022

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

7.3.2022

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

7.3.2022

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Christophe Grudler

8.4.2022

 

 

 

Eżami fil-kumitat

13.6.2022

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.10.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Michael Bloss, Paolo Borchia, Markus Buchheit, Cristian-Silviu Buşoi, Ignazio Corrao, Nicola Danti, Marie Dauchy, Pilar del Castillo Vera, Martina Dlabajová, Christian Ehler, Valter Flego, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Claudia Gamon, Jens Geier, Nicolás González Casares, Christophe Grudler, Henrike Hahn, Ivo Hristov, Ivars Ijabs, Romana Jerković, Łukasz Kohut, Andrius Kubilius, Miapetra Kumpula-Natri, Iskra Mihaylova, Dan Nica, Angelika Niebler, Ville Niinistö, Mauri Pekkarinen, Tsvetelina Penkova, Markus Pieper, Clara Ponsatí Obiols, Manuela Ripa, Sara Skyttedal, Riho Terras, Grzegorz Tobiszowski, Patrizia Toia, Marie Toussaint, Pernille Weiss

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrus Ansip, Tiziana Beghin, Damian Boeselager, Franc Bogovič, Damien Carême, Jakop G. Dalunde, Elena Lizzi, Alin Mituța, Dominique Riquet, Angelika Winzig

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alessandra Basso, Biljana Borzan, Rosanna Conte, Andrzej Halicki, Maria-Manuel Leitão-Marques, Colm Markey

Data tat-tressiq

13.10.2022

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

58

+

ECR

Grzegorz Tobiszowski

ID

Alessandra Basso, Paolo Borchia, Rosanna Conte, Marie Dauchy, Elena Lizzi

NI

Tiziana Beghin, Clara Ponsatí Obiols

PPE

François-Xavier Bellamy, Hildegard Bentele, Tom Berendsen, Vasile Blaga, Franc Bogovič, Cristian-Silviu Buşoi, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Andrzej Halicki, Andrius Kubilius, Colm Markey, Angelika Niebler, Markus Pieper, Sara Skyttedal, Riho Terras, Pernille Weiss, Angelika Winzig

RENEW

Andrus Ansip, Nicola Danti, Martina Dlabajová, Valter Flego, Claudia Gamon, Christophe Grudler, Ivars Ijabs, Iskra Mihaylova, Alin Mituța, Mauri Pekkarinen, Dominique Riquet

S&D

Biljana Borzan, Niels Fuglsang, Lina Gálvez Muñoz, Jens Geier, Nicolás González Casares, Ivo Hristov, Romana Jerković, Łukasz Kohut, Miapetra Kumpula-Natri, Maria-Manuel Leitão-Marques, Dan Nica, Tsvetelina Penkova, Patrizia Toia

VERTS/ALE

Michael Bloss, Damian Boeselager, Damien Carême, Ignazio Corrao, Jakop G. Dalunde, Henrike Hahn, Ville Niinistö, Manuela Ripa, Marie Toussaint

 

0

-

 

 

 

1

0

ID

Markus Buchheit

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Ottubru 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza