RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport

28.10.2022 - (COM(2021)0813 – C9‑0471/2021 – 2021/0419(COD)) - ***I

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Rovana Plumb

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport

(COM(2021)0813 – C9‑0471/2021 – 2021/0419(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0813),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0471/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0265/2022),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

 

Emenda  1

 

Proposta għal direttiva

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti33 tidentifika l-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti ("STI") bħala azzjoni ewlenija fil-kisba ta' mobbiltà multimodali konnessa u awtomatizzata, u għalhekk tikkontribwixxi għat-trasformazzjoni tas-sistema Ewropea tat-trasport biex jintlaħaq l-objettiv ta' mobbiltà effiċjenti, sikura, sostenibbli, intelliġenti u reżiljenti. Din tikkomplementa l-azzjonijiet imħabbra taħt l-inizjattiva ewlenija dwar l-ekoloġizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija biex titrawwem il-loġistika multimodali. L-istrateġija ħabbret ukoll, għall-2022, reviżjoni tar-Regolament ta' Delega (UE) 2017/1926 dwar servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali biex tinkludi l-aċċessibbiltà obbligatorja tas-settijiet ta' data dinamiċi, kif ukoll valutazzjoni tal-ħtieġa ta' azzjoni regolatorja dwar id-drittijiet u d-dmirijiet ta' fornituri ta' servizzi diġitali multimodali flimkien ma' inizjattiva dwar il-ħruġ ta' biljetti, inkluż il-ħruġ ta' biljetti tal-ferrovija.

(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti33 tidentifika l-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti ("STI") bħala azzjoni ewlenija fil-kisba ta' mobbiltà multimodali konnessa u awtomatizzata, u għalhekk tikkontribwixxi għat-trasformazzjoni tas-sistema Ewropea tat-trasport biex jintlaħaq l-objettiv ta' mobbiltà effiċjenti, sikura, sostenibbli, intelliġenti u reżiljenti. Din tikkomplementa l-azzjonijiet imħabbra taħt l-inizjattiva ewlenija dwar l-ekoloġizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija biex titrawwem il-loġistika multimodali. L-istrateġija ħabbret ukoll, għall-2022, reviżjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2017/1926 dwar servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali biex tinkludi l-aċċessibbiltà obbligatorja tas-settijiet ta' data dinamiċi, kif ukoll valutazzjoni tal-ħtieġa ta' azzjoni regolatorja dwar id-drittijiet u d-dmirijiet ta' fornituri ta' servizzi diġitali multimodali flimkien ma' inizjattiva dwar il-ħruġ ta' biljetti, inkluż il-ħruġ ta' biljetti tal-ferrovija. Din id-direttiva jenħtieġ li tiżgura li l-applikazzjonijiet tas-sistemi STI fil-qasam tat-trasport bit-triq jippermettu l-integrazzjoni bla xkiel ma' modi oħra tat-trasport, bħat-trasport ferrovjarju jew il-mobbiltà attiva, biex b'hekk tiġi ffaċilitata bidla għal dawk il-modi kull meta jkun possibbli, biex jittejbu l-effiċjenza u l-aċċessibbiltà.

__________________

__________________

33 COM(2020) 789 final.

33 COM(2020)789 final.

Emenda  2

 

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Ir-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, jew ir-Regolament tat-Tassonomija, jesprimi l-ambizzjoni li jiffaċilita aktar investiment għall-mobbiltà sostenibbli, pereżempju biex tiżdied l-elettrifikazzjoni jew biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni lejn modi tat-trasport aktar nodfa billi jippromwovi bidla modali u ġestjoni aħjar tat-traffiku. Fl-istess ħin, jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' kriterji tekniċi addizzjonali ta' skrinjar għat-trasport. Biex jiġi ffaċilitat l-investiment fis-sistemi STI u biex tiġi riflessa l-importanza tiegħu għall-mobbiltà sostenibbli, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati kriterji tekniċi ta' skrinjar għas-sistemi STI.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-ħtieġa dejjem akbar li jsir użu aħjar mid-data biex il-ktajjen tat-trasport isiru aktar sostenibbli, effiċjenti u reżiljenti, titlob il-koordinazzjoni mtejba tal-qafas tal-STI ma' inizjattivi oħra mmirati lejn l-armonizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-kondiviżjoni tad-data fis-setturi tal-mobbiltà, tat-trasport u tal-loġistika b'perspettiva multimodali37.

(4) Il-ħtieġa dejjem akbar li jsir użu aħjar mid-data biex il-ktajjen tat-trasport isiru aktar sostenibbli, sikuri, effiċjenti u reżiljenti, titlob il-koordinazzjoni mtejba tal-qafas tas-sistemi STI ma' inizjattivi oħra mmirati lejn l-armonizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-kondiviżjoni tad-data fis-setturi tal-mobbiltà, tat-trasport u tal-loġistika b'perspettiva multimodali37, filwaqt li jitqiesu r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza. B'mod partikolari jenħtieġ li jiġu mtejba l-interoperabbiltà u l-komunikazzjoni marbuta mas-servizzi ta' informazzjoni u ta' prenotazzjoni bbażati fuq is-sistemi STI għal postijiet tal-parkeġġ bla periklu u sikuri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali bħaż-żoni ta' servizz u mistrieħ fit-toroq.

__________________

__________________

37 Bħall-ispazju tad-data Ewropew komuni dwar il-Mobbiltà u l-komponenti tiegħu, ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-15 ta' Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33), u x-xogħol segwit mill-Forum dwar it-Trasport u l-Loġistika Diġitali (DTLF).

37 Bħall-ispazju tad-data Ewropew komuni dwar il-Mobbiltà u l-komponenti tiegħu, ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33), u x-xogħol segwit mill-Forum dwar it-Trasport u l-Loġistika Diġitali (DTLF).

Emenda  4

 

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Id-diġitalizzazzjoni u l-innovazzjoni fit-trasport bit-triq joħolqu opportunitajiet ta' impjieg billi jiżviluppaw proġetti ġodda fl-industrija;

Emenda  5

 

Proposta għal direttiva

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) F'ħafna Stati Membri l-applikazzjonijiet nazzjonali ta' dawk is-sistemi u servizzi diġà qed jiġu varati fis-settur tat-trasport bit-triq. Madankollu, minkejja t-titjib mill-adozzjoni tagħha fl-2010, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2010/40/UE38 sabet nuqqasijiet persistenti li jwasslu biex il-bqija tal-varar ikun frammentat u mhux koordinat u għal nuqqas ta' kontinwità ġeografika tas-servizzi tal-STI madwar l-Unjoni u fil-fruntieri esterni tagħha.

(6) F'ħafna Stati Membri l-applikazzjonijiet nazzjonali ta' dawk is-sistemi u servizzi diġà qed jiġu varati fis-settur tat-trasport bit-triq. Madankollu, minkejja t-titjib mill-adozzjoni tagħha fl-2010, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2010/40/UE38 sabet nuqqasijiet persistenti li jwasslu biex il-bqija tal-varar ikun frammentat u mhux koordinat u għal nuqqas ta' kontinwità ġeografika tas-servizzi tas-sistemi STI madwar l-Unjoni u fil-fruntieri esterni tagħha. L-iżvilupp tas-sistemi STI jenħtieġ li jkopri l-ħtiġijiet taż-żoni suburbani, rurali u periferiċi, kif ukoll il-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi, billi jiżgura l-inklużjoni soċjali u ekonomika, peress li l-ħajja f'żoni bħal dawn tiddependi fil-biċċa l-kbira mid-disponibbiltà ta' servizzi u infrastruttura ta' kwalità u peress li jistgħu jkunu mistennija kisbiet kbar mill-iżvilupp ta' dawn is-servizzi u l-infrastruttura f'dawn iż-żoni permezz tal-varar tas-sistemi STI.

__________________

__________________

38 https://transport.ec.europa.eu/transport-themes/intelligent-transport-systems/road/action-plan-and-directive_en

38 https://transport.ec.europa.eu/transport-themes/intelligent-transport-systems/road/action-plan-and-directive_en

Emenda  6

 

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti ta' Delega tal-Kummissjoni39 li jissupplimentaw id-Direttiva 2010/40/UE, l-Istati Membri stabbilew punti ta' aċċess nazzjonali40 (NAPs). L-NAPs jorganizzaw l-aċċess għal u l-użu mill-ġdid ta' data relatata mat-trasport biex jgħinu fl-appoġġ tal-forniment ta' servizzi tal-STI interoperabbli madwar l-UE kollha għall-utenti finali. Dawn l-NAPs huma komponent importanti tal-ispazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà taħt l-istrateġija Ewropea għad-data41 u jenħtieġ li jkun hemm dipendenza fuqhom b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibbiltà tad-data.

(7) Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni39 li jissupplimentaw id-Direttiva 2010/40/UE, l-Istati Membri stabbilew punti ta' aċċess nazzjonali40 (NAPs) u punti ta' aċċess reġjonali u lokali. L-NAPs jorganizzaw l-aċċess għal data relatata mat-trasport u l-użu mill-ġdid tagħha biex jgħinu fl-appoġġ tal-forniment ta' servizzi tas-sistemi STI interoperabbli madwar l-UE kollha għall-utenti finali. Din id-data relatata mat-trasport jenħtieġ li tkun disponibbli f'format li jinqara mill-magni. Dawn l-NAPs huma komponent importanti tal-ispazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà taħt l-istrateġija Ewropea għad-data41 u jenħtieġ li jkun hemm dipendenza fuqhom b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibbiltà tad-data biex jiġi ffaċilitat l-użu sikur u effiċjenti tagħhom, kif xieraq.

__________________

__________________

39 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jissuplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 1); ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta' informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b'xejn lill-utenti (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 6); ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/962 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21); u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta' Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1).

39 Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jissuplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 1); ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta' informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b'xejn lill-utenti (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 6); ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21); u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta' Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta' servizzi ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1).

40 https://transport.ec.europa.eu/transport-themes/intelligent-transport-systems/road/action-plan-and-directive/national-access-points_en

40 https://transport.ec.europa.eu/transport-themes/intelligent-transport-systems/road/action-plan-and-directive/national-access-points_en

41 COM(2020) 66 final.

41 COM(2020)66 final.

Emenda  7

 

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Peress li l-istabbiliment ta' spazju komuni Ewropew għall-mobbiltà jiddependi b'mod sinifikanti mill-NAPs, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2010/40/EU, u meta jkun possibbli, iħaffu t-twettiq tal-impenji tagħhom.

Emenda  8

 

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Id-data relatata mal-post u d-disponibbiltà ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi jenħtieġ li tkun disponibbli fuq l-NAPs.

Emenda  9

 

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Biex ikun żgurat varar ikkoordinat u effettiv tal-STI fl-Unjoni kollha kemm hi, jenħtieġ li jiddaħħlu speċifikazzjonijiet, inkluż, fejn xieraq, standards, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet u proċeduri dettaljati ulterjuri, minbarra l-ispeċifikazzjonijiet diġà adottati. Qabel ma tadotta xi speċifikazzjonijiet addizzjonali jew riveduti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-konformità tagħhom ma' ċerti prinċipji definiti li jinsabu fl-Anness II. Jenħtieġ li tingħata prijorità primarjament lill-erba' oqsma ewlenin tal-iżvilupp u l-varar tal-STI. Matul l-implimentazzjoni ulterjuri tal-STI, l-infrastruttura eżistenti tal-STI stabbilita minn Stati Membri partikolari jenħtieġ li titqies f'termini tal-progress teknoloġiku u tal-isforzi finanzjarji magħmulha. Jekk ikun xieraq, jenħtieġ li jiġi żgurat, b'mod partikolari għas-C-ITS, li r-rekwiżiti għas-sistemi tal-STI la jimponu u lanqas jiddiskriminaw favur l-użu ta' tip partikolari ta' teknoloġija.

(8) Biex ikun żgurat varar ikkoordinat, effettiv u interoperabbli tas-sistemi STI fl-Unjoni kollha kemm hi, jenħtieġ li jiddaħħlu speċifikazzjonijiet, inkluż, fejn xieraq, standards, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet u proċeduri dettaljati ulterjuri, minbarra l-ispeċifikazzjonijiet diġà adottati. Qabel ma tadotta xi speċifikazzjonijiet addizzjonali jew riveduti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-komplementarjetà tagħhom mas-sistemi tat-trasport pubbliku bħala partijiet mis-servizzi ta' interess (ekonomiku) ġenerali u l-konformità tagħhom ma' ċerti prinċipji definiti li jinsabu fl-Anness II. Jenħtieġ li tingħata prijorità primarjament lill-erba' oqsma ewlenin tal-iżvilupp u l-varar tas-sistemi STI. Matul l-implimentazzjoni ulterjuri tas-sistemi STI, l-infrastruttura eżistenti tas-sistemi STI stabbilita minn Stati Membri partikolari jenħtieġ li titqies f'termini tal-progress teknoloġiku u tal-isforzi finanzjarji magħmulha.

Emenda  10

 

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Sabiex jiġi garantit li s-sistemi STI jkunu kompatibbli u interoperabbli, hemm bżonn li jiġi żgurat li, b'mod partikolari għas-C-ITS, ir-rekwiżiti għas-sistemi STI la jimponu u lanqas ma jiddiskriminaw favur l-użu ta' tip partikolari ta' teknoloġija, f'konformità mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika kif stabbilit fid-Direttiva (UE) 2018/19721a. Ir-restrizzjonijiet għall-prinċipju tan-newtralità teknoloġika jenħtieġ li jkunu xierqa u ġġustifikati mill-ħtieġa li tiġi evitata interferenza ta' ħsara. Tali restrizzjonijiet jistgħu, pereżempju, jieħdu l-forma ta' impożizzjoni ta' livelli ta' potenza u maskri tal-emissjonijiet, biex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa pubblika billi jiġi limitat l-esponiment tal-pubbliku għall-kampijiet elettromanjetiċi. Dawn jistgħu jiġu ddisinjati biex jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-servizzi permezz ta' livell adegwat ta' kwalità teknika tas-servizz, filwaqt li ma jipprekludux neċessarjament il-possibbiltà li jintuża aktar minn servizz wieħed fl-istess banda ta' spettru tar-radju.  Dawn jistgħu jiġu ddisinjati wkoll biex jiżguraw il-kondiviżjoni xierqa tal-ispettru tar-radju, b'mod partikolari meta l-użu tiegħu jkun soġġett biss għal awtorizzazzjonijiet ġenerali, biex jiġi ssalvagwardjat l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju, jew biex jintlaħaq objettiv ta' interess ġenerali f'konformità mad-dritt tal-Unjoni.

 

__________________

 

1a Il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi

Emenda  11

 

Proposta għal direttiva

Premessa 8b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Il-varar li għaddej tas-sistemi STI joħloq aspettattivi leġittimi fost il-partijiet ikkonċernati u l-investimenti tagħhom. Sabiex jiġu mħeġġa l-investimenti fis-sistemi STI u tiġi pprovduta ċertezza tad-dritt, jenħtieġ li meta jkunu qed jiġu diskussi l-iżviluppi teknoloġiċi futuri fil-qasam tas-sistemi STI jitqiesu dejjem l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati.

Emenda  12

 

Proposta għal direttiva

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jqisu u jibnu fuq l-esperjenza u r-riżultati diġà miksuba fil-qasam tal-STI, ta' sistemi ta' trasport intelliġenti kooperattivi (C-ITS), u tal-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata (CCAM), b'mod partikolari fil-kuntest tal-pjattaformi tas-C-ITS42 u tas-CCAM43, il-Forum Ewropew għall-Mobbiltà Multimodali tal-Passiġġieri44 u l-Pjattaforma Ewropea għall-Implimentazzjoni ta' eCall45.

(9) L-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jqisu u jibnu fuq l-esperjenza u r-riżultati diġà miksuba fil-qasam tas-sistemi STI, ta' sistemi ta' trasport intelliġenti kooperattivi (C-ITS), u tal-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata (CCAM), b'mod partikolari fil-kuntest tal-pjattaformi tas-C-ITS42 u tas-CCAM43, il-Forum Ewropew għall-Mobbiltà Multimodali tal-Passiġġieri44, il-Forum tat-Trasport u l-Loġistika Diġitali44a u l-Pjattaforma Ewropea għall-Implimentazzjoni tal-eCall45.

__________________

__________________

42 Il-Kodiċi E03188 fir-Reġistru tal-Gruppi ta' Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili

42 Il-Kodiċi E03188 fir-Reġistru tal-Gruppi ta' Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili

43 Il-Kodiċi E03657 fir-Reġistru tal-Gruppi ta' Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili

43 Il-Kodiċi E03657 fir-Reġistru tal-Gruppi ta' Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili

44 Il-Kodiċi E03826 fir-Reġistru tal-Gruppi ta' Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili

44 Il-Kodiċi E03826 fir-Reġistru tal-Gruppi ta' Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili

45 Il-Kodiċi E02481 fir-Reġistru tal-Gruppi ta' Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili

45 Il-Kodiċi E02481 fir-Reġistru tal-Gruppi ta' Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili

Emenda  13

 

Proposta għal direttiva

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jrawmu l-innovazzjoni. Id-disponibbiltà akbar tad-data jenħtieġ li, pereżempju, twassal għall-iżvilupp ta' servizzi ġodda tal-STI, u viċi versa l-innovazzjoni jenħtieġ li tidentifika l-ħtiġijiet għal speċifikazzjonijiet futuri. Is-Sħubija Ewropea dwar il-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata taħt Orizzont Ewropa jenħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp u l-ittestjar tal-mewġa li jmiss ta' servizzi tas-C-ITS, li jgħinu fl-integrazzjoni ta' vetturi awtomatizzati ħafna f'servizzi ġodda ta' mobbiltà multimodali.

(10) L-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jrawmu l-innovazzjoni. Id-disponibbiltà akbar tad-data jenħtieġ li, pereżempju, twassal għall-iżvilupp ta' servizzi ġodda tas-sistemi STI, u viċi versa l-innovazzjoni jenħtieġ li tidentifika l-ħtiġijiet għal speċifikazzjonijiet futuri. Qabel il-varar, it-teknoloġiji l-ġodda, b'mod partikolari s-C-ITS, jenħtieġ li dejjem jiġu ttestjati f'kundizzjonijiet tad-dinja reali sabiex tiġi żgurata l-affidabbiltà. Is-Sħubija Ewropea dwar il-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata taħt Orizzont Ewropa jenħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp u l-ittestjar tal-mewġa li jmiss ta' servizzi tas-C-ITS, li jgħinu fl-integrazzjoni ta' vetturi awtomatizzati ħafna f'servizzi ġodda ta' mobbiltà multimodali.

Emenda  14

 

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tressaq speċifikazzjonijiet dwar is-C-ITS mingħajr dewmien.

Emenda  15

 

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-istudju tal-2020 "Mapping accessible transport for persons with reduced mobility"47 juri li n-nuqqas ta' data suffiċjenti dwar il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà attwalment qed jipprevjeni l-ippjanar affidabbli tal-vjaġġi meta jintużaw aspetti ta' aċċessibbiltà bħala varjabbli tat-tiftix. Biex tkompli tissaħħaħ l-aċċessibbiltà tas-sistema tat-trasport u jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar għall-persuni b'diżabbiltà u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, is-servizzi ta' mobbiltà diġitali multimodali jeħtieġu d-disponibbiltà ta' data fuq in-nodi ta' aċċess u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tagħhom.

(13) L-istudju tal-2020 "Mapping accessible transport for persons with reduced mobility"47 (L-immappjar tat-trasport aċċessibbli għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa) juri li n-nuqqas ta' data suffiċjenti dwar il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà attwalment qed jipprevjeni l-ippjanar affidabbli tal-vjaġġi meta jintużaw aspetti ta' aċċessibbiltà bħala varjabbli tat-tiftix. Dan juri wkoll li l-istabbiliment ta' rekwiżiti u standards minimi għall-informazzjoni għall-persuni b'diżabbiltà u b'mobbiltà mnaqqsa jenħtieġ li jitqies bħala importanti ħafna kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak tal-Istati Membri. Biex tkompli tissaħħaħ l-aċċessibbiltà tas-sistema tat-trasport u jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar għall-persuni b'diżabbiltà u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, is-servizzi ta' mobbiltà diġitali multimodali jeħtieġ li jkollhom data fuq in-nodi ta' aċċess u l-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tagħhom f'formati aċċessibbli.

__________________

__________________

47 https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/dfa0c844-3b5f-11eb-b27b-01aa75ed71a1

47 https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/dfa0c844-3b5f-11eb-b27b-01aa75ed71a1

Emenda  16

 

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-integrazzjoni akbar tas-sistemi tal-STI u s-sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieqa, jew tas-sistemi tal-vetturi u tal-infrastruttura b'mod ġenerali, timplika li tali sistemi se jiddependu aktar u aktar fuq l-informazzjoni li jipprovdu lil xulxin. Dan huwa partikolarment il-każ għas-C-ITS. Tali dipendenza se tiżdied b'livelli ogħla ta' awtomatizzazzjoni. Dawn il-livelli ogħla ta' awtomatizzazzjoni huma mistennija li jagħmlu użu mill-komunikazzjoni bejn il-vetturi u l-infrastruttura biex jiġu orkestrati l-manuvri u jittaffew il-flussi tat-traffiku ta' veloċità, biex jikkontribwixxu wkoll għal trasport aktar sostenibbli. Għalhekk, jekk tiġi kompromessa l-integrità tas-servizzi tal-STI, dan jista' jkollu impatt serju fuq is-sikurezza fit-toroq, pereżempju meta jiġi kkomunikat il-limitu tal-veloċità l-ħażin jew meta vettura tagħmel waqfa ta' emerġenza minħabba periklu li ma jeżistix. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza fejn l-integrità tas-servizzi tal-STI tkun kompromessa, biex jiġu adottati kontromiżuri li jindirizzaw il-kawżi u l-konsegwenzi ta' dik is-sitwazzjoni. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jittieħdu malajr kemm jista' jkun u jkunu applikabbli immedjatament. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48. Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tat-trasport, huwa xieraq li tiġi applikata l-estensjoni tal-validità ta' tali miżura lil hinn minn sitt xhur bl-użu tal-possibbiltà prevista skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jenħtieġ li tali kontromiżuri jintemmu malli tiġi implimentata soluzzjoni alternattiva jew mar-riżoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza.

(14) L-integrazzjoni akbar tas-sistemi STI u s-sistemi avvanzati ta' assistenza għas-sewwieqa, jew tas-sistemi tal-vetturi u tal-infrastruttura b'mod ġenerali, timplika li tali sistemi se jiddependu aktar u aktar fuq l-informazzjoni li jipprovdu lil xulxin. Dan huwa partikolarment il-każ għas-C-ITS. Tali dipendenza se tiżdied b'livelli ogħla ta' awtomatizzazzjoni. Dawn il-livelli ogħla ta' awtomatizzazzjoni huma mistennija li jagħmlu użu mill-komunikazzjoni sigura bejn il-vetturi u l-infrastruttura biex jiġu orkestrati l-manuvri u jittaffew il-flussi tat-traffiku ta' veloċità, biex jikkontribwixxu wkoll għal trasport aktar sostenibbli. Il-komunikazzjoni sigura bejn il-vetturi u l-infrastruttura jenħtieġ li tiżgura l-affidabbiltà, l-akkuratezza u d-disponibbiltà tad-data, mingħajr ma tiġi kompromessa l-ħtieġa ta' aċċess ġust għad-data minn partijiet interessati u utenti finali differenti. Għalhekk, jekk tiġi kompromessa l-integrità tas-servizzi tas-sistemi STI, dan jista' jkollu impatt serju fuq is-sikurezza fit-toroq, pereżempju meta jiġi kkomunikat il-limitu tal-veloċità l-ħażin jew meta vettura tagħmel waqfa ta' emerġenza minħabba periklu li ma jeżistix. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza meta l-integrità tas-servizzi tas-sistemi STI tkun kompromessa fi Stat Membru wieħed jew aktar jew meta l-integrità tas-servizzi tas-sistemi STI fi Stat Membru wieħed jew aktar ikollha implikazzjonijiet transfruntiera. Meta s-servizzi tas-sistemi STI jiġu kompromessi u jkunu fis-seħħ pjanijiet ta' emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jieħdu azzjoni immedjata. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jittieħdu malajr kemm jista' jkun u jkunu applikabbli immedjatament. Is-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni jenħtieġ li jintużaw biss f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza meta forom oħra ta' rimedju minn awtoritajiet oħra ma jkunux kisbu suċċess. Huwa mistenni li l-awtoritajiet kompetenti lokali u tas-sistema kollha jkollhom fis-seħħ pjanijiet ta' ġestjoni tal-emerġenzi biex jindirizzaw firxa ta' fallimenti tas-sistema possibbli u jkunu kapaċi jwettqu dawk il-pjanijiet jekk ikun meħtieġ. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill48. Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tat-trasport, huwa xieraq li tiġi applikata l-estensjoni tal-validità ta' tali miżura lil hinn minn sitt xhur bl-użu tal-possibbiltà prevista skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jenħtieġ li tali kontromiżuri jintemmu malli tiġi implimentata soluzzjoni alternattiva jew mar-riżoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta' emerġenza.

__________________

__________________

48 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

48 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda  17

 

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Meta l-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-STI jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali, jenħtieġ li tali pproċessar jitwettaq skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali u l-privatezza, kif stabbilit, b'mod partikolari, fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49 u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50.

(15) Meta l-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali, jenħtieġ li tali pproċessar jitwettaq strettament skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali u l-privatezza, kif stabbilit, b'mod partikolari, fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill49 u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50.

__________________

__________________

49 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

49 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

50 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

50 Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

Emenda  18

 

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Meta jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali, l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati skont din id-Direttiva jenħtieġ li jqisu r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-Direttiva 2002/58/KE. B'mod partikolari, kull meta jkun possibbli li jintlaħqu bl-istess mod l-għanijiet segwiti bl-użu ta' data anonima minflok data personali, jenħtieġ li tiġi mħeġġa l-anonimizzazzjoni bħala waħda mit-tekniki għat-tisħiħ tal-privatezza tal-individwi, f'konformità mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn.

(16) Meta jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali, l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati skont din id-Direttiva jenħtieġ li jaderixxu mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-Direttiva 2002/58/KE. B'mod partikolari, malli l-għan tal-ipproċessar ikun jista' jinkiseb ukoll mingħajr referenza għal persuna u l-anonimizzazzjoni tkun teknikament possibbli, l-anonimizzazzjoni bħala waħda mit-tekniki għat-tisħiħ tal-privatezza tal-individwi jenħtieġ li sseħħ, f'konformità mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn. B'mod partikolari, meta jintużaw teknoloġiji bħad-data dwar ix-xejriet tal-mobbiltà ta' vettura jew ir-rikonoxximent tal-wiċċ, jenħtieġ li tiġi evitata kull forma ta' diskriminazzjoni.

Emenda  19

 

Proposta għal direttiva

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Il-forniment ta' servizzi ta' kronometraġġ u pożizzjonament siguri u affidabbli huwa element essenzjali tal-operat effettiv tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-STI. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi żgurata l-kompatibbiltà tagħhom mal-mekkaniżmu ta' awtentikazzjoni pprovdut mill-programm Galileo, sabiex jittaffew l-attakki ta' spoofing tas-sinjali fuq is-Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita ("GNSS").

(21) Il-forniment ta' servizzi ta' kronometraġġ u pożizzjonament siguri u affidabbli huwa element essenzjali tal-operat effettiv tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi żgurata r-retrokompatibbiltà tagħhom mal-mekkaniżmu ta' awtentikazzjoni pprovdut mill-programm Galileo, sabiex jittaffew l-attakki ta' spoofing tas-sinjali fuq is-Sistemi Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita ("GNSS"), u barra minn hekk, fejn xieraq, jintużaw mekkaniżmi ppruvati oħra biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-pożizzjonament u l-kronometraġġ. Tali mekkaniżmi jistgħu jinkludu l-verifika tal-plawżibbiltà u l-użu ta' servizzi GNSS.

Emenda  20

 

Proposta għal direttiva

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra, inklużi gruppi ta' esperti u kumitati oħra tal-Kummissjoni li jittrattaw l-aspetti diġitali tat-trasport, jenħtieġ li jiġu kkonsultati fit-tfassil tal-programmi ta' ħidma adottati mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2010/40/UE.

(22) L-Istati Membri jew awtoritajiet kompetenti oħra, meta jkun xieraq u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra, inklużi gruppi ta' esperti u kumitati oħra tal-Kummissjoni li jittrattaw l-aspetti diġitali tat-trasport, il-fornituri tas-servizzi tas-sistemi STI, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti tas-sistemi STI, l-operaturi tat-trasport u tal-faċilitajiet u r-rappreżentanti tal-industrija tal-manifattura, jenħtieġ li jiġu kkonsultati fit-tfassil tal-programmi ta' ħidma adottati mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2010/40/UE.

Emenda  21

 

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, speċjalment il-kandidati għas-sħubija fl-UE u dawk il-pajjiżi terzi fejn jinsabu kurituri ta' tranżitu li jikkollegaw lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li trawwem ukoll kooperazzjoni fil-livell internazzjonali.

Emenda  22

 

Proposta għal direttiva

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda l-lista tat-tipi ta' data li għalihom l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tad-data u li tiġi emendata l-lista ta' servizzi tal-STI li għalihom l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-varar, għal perjodu ta' ħames snin li jibda mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta' żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni. B'mod partikolari huwa importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti u mal-partijiet ikkonċernati, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet59. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(24) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda l-lista tat-tipi ta' data li għalihom l-Istati Membri, jew awtoritajiet kompetenti oħra, meta jkun xieraq, għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tad-data u li tiġi emendata l-lista ta' servizzi tas-sistemi STI li għalihom l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-varar, għal perjodu ta' ħames snin li jibda mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta' żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti u mal-partijiet ikkonċernati li jirrappreżentaw it-tipi kollha ta' utenti tat-triq u partijiet ikkonċernati oħra, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet59. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

__________________

__________________

59 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

59 Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

Emenda  23

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) fl-Artikolu 3 jiżdied il-punt li ġej:

 

"(g) l-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet għal Servizzi ta' Trasport Intelliġenti Kooperattivi"

Emenda  24

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 4 – punt 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa) il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

(2) "interoperabbiltà" tfisser il-kapaċità tas-sistemi, u tal-proċessi industrijali li dawn is-sistemi jissejsu fuqhom, li jiskambjaw id-data u jikkondividu l-informazzjoni u l-konoxxenza;

"(2) "interoperabbiltà" tfisser il-kapaċità tas-sistemi, u tal-proċessi tan-negozju li dawn is-sistemi jissejsu fuqhom, li jiskambjaw id-data u jikkondividu l-informazzjoni u l-konoxxenza biex tiġi garantita l-kontinwità tas-servizzi tas-sistemi STI;

Emenda  25

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 4 – punt 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  il-punt (14) huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"(14) "data dwar it-toroq" tfisser data dwar il-karatteristiċi tal-infrastruttura tat-toroq, inklużi, iżda mhux biss, is-sinjali tat-traffiku mwaħħlin u l-attributi regolatorji tagħhom tas-sikurezza kif ukoll l-infrastruttura tal-iċċarġjar;

Emenda  26

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 4 – punt 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) sistemi ta' trasport intelliġenti kooperattivi jew C-ITS tfisser sistemi ta' trasport intelliġenti li jippermettu lill-utenti tal-STI jikkooperaw billi jiskambjaw messaġġi siguri u affidabbli;

(19) "sistemi ta' trasport intelliġenti kooperattivi" jew "C-ITS" tfisser sistemi ta' trasport intelliġenti li jippermettu lill-utenti tas-sistemi STI jinteraġixxu u jikkooperaw billi jiskambjaw messaġġi siguri u affidabbli, b'mod nondiskriminatorju, bejn il-vetturi u elementi oħra tal-ekosistema tat-trasport, inklużi l-vetturi, l-infrastruttura u l-utenti vulnerabbli tat-triq, permezz tat-teknoloġiji ta' komunikazzjoni, mingħajr ebda għarfien minn qabel ta' xulxin;

Emenda  27

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 4 – punt 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) 'disponibbiltà tad-data' tfisser l-eżistenza ta' data f'format diġitali li jinqara mill-magni;

(21) "disponibbiltà tad-data" tfisser l-eżistenza ta' data f'format diġitali aċċessibbli li jinqara mill-magni;

Emenda  28

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 4 – punt 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) aċċessibbiltà tad-data tfisser il-possibbiltà li tintalab u tinkiseb data f'format diġitali li jinqara mill-magni permezz ta' Punti ta' Aċċess Nazzjonali;

(23) "aċċessibbiltà tad-data" tfisser il-possibbiltà li tintalab u tinkiseb data f'format diġitali aċċessibbli li jinqara mill-magni permezz ta' Punti ta' Aċċess Nazzjonali u meta jkun xieraq permezz ta' Punti ta' Aċċess Reġjonali jew Lokali;

Emenda  29

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6 jiġu applikati fir-rigward tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI, meta dawk ikunu varati, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Stat Membru li jiddeċiedi dwar il-varar min-naħa tiegħu ta' dawn l-applikazzjonijiet u s-servizzi fit-territorju tiegħu. Dan id-dritt huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6a u 6b. Fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll dwar l-infurzar ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet.

1. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6 jiġu applikati fir-rigward tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI, meta dawk ikunu varati, f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kull Stat Membru li jiddeċiedi dwar il-varar min-naħa tiegħu ta' dawn l-applikazzjonijiet u s-servizzi fit-territorju tiegħu. Dan id-dritt huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6a u 6b. Meta jkun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll, inkluż mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, dwar l-infurzar ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tadotta metodoloġija għall-interoperabbiltà tad-data fl-arkitettura tal-Punti ta' Aċċess Nazzjonali bħala parti mill-programm ta' ħidma tagħha msemmi fl-Artikolu 17(5).

Emenda  30

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll fir-rigward tal-oqsma ta' prijorità, sa fejn ma tkun ġiet adottata l-ebda speċifikazzjoni fir-rigward ta' dawk l-oqsma ta' prijorità.

2. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ukoll, inkluż mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, fir-rigward tal-oqsma ta' prijorità, sa fejn ma tkun ġiet adottata l-ebda speċifikazzjoni fir-rigward ta' dawk l-oqsma ta' prijorità.

Emenda  31

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll, fejn meħtieġ mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, dwar l-aspetti operazzjonali tal-implimentazzjoni u l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni, bħal standards u profili armonizzati tal-UE, definizzjonijiet komuni, metadata komuni, rekwiżiti komuni tal-kwalità u aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-arkitetturi tal-Punti ta' Aċċess Nazzjonali, kundizzjonijiet komuni għall-iskambju tad-data, kif ukoll attivitajiet komuni ta' taħriġ u sensibilizzazzjoni.;

3. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ukoll, inkluż mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, dwar l-aspetti operattivi tal-implimentazzjoni u l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni, bħal standards u profili armonizzati tal-UE, definizzjonijiet komuni, metadata komuni, rekwiżiti komuni tal-kwalità u aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-arkitetturi tal-Punti ta' Aċċess Nazzjonali, l-aċċessibbiltà tad-data u kundizzjonijiet komuni għall-iskambju tad-data, aċċess sigur kif ukoll attivitajiet komuni ta' taħriġ u sensibilizzazzjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom jikkondividu l-aħjar prattiki u jiżviluppaw proġetti konġunti, speċjalment f'żoni transfruntiera;

Emenda  32

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 6 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri stabbiliti mid-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, l-ispeċifikazzjonijiet għandhom, fejn xieraq, jistipulaw il-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jistabbilixxu regoli addizzjonali għall-forniment ta' servizzi tal-STI fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu, sakemm dawk ir-regoli ma jostakolawx l-interoperabbiltà.;

5. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri stabbiliti mid-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, l-ispeċifikazzjonijiet għandhom, fejn xieraq, jistipulaw il-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jistabbilixxu regoli addizzjonali għall-forniment ta' servizzi tas-sistemi STI fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu. Tali regoli ma jistgħux jiġu proposti jew awtorizzati jekk jostakolaw l-interoperabbiltà;

Emenda  33

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 6a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal kull tip ta' data elenkat fl-Anness III, id-data tkun disponibbli għall-kopertura ġeografika relattiva għal tali tip ta' data kemm jista' jkun kmieni u mhux aktar tard mid-data rispettiva stabbilita f'dak l-Anness.

L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li għal kull tip ta' data elenkat fl-Anness III, id-data tkun disponibbli għall-kopertura ġeografika relattiva għal tali tip ta' data, filwaqt li jagħmlu l-aħjar sforz tagħhom kemm jista' jkun kmieni u mhux aktar tard mid-data rispettiva stabbilita f'dak l-Anness.

Emenda  34

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 6a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà ta' dik id-data fuq il-Punti ta' Aċċess Nazzjonali sal-istess data.

L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà ta' dik id-data fuq il-Punti ta' Aċċess Nazzjonali sal-istess data. Għal dan il-għan, l-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu interkonnessjoni tal-utent xierqa.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 6a – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi punt ta' aċċess komuni Ewropew għall-aċċess għad-data relatata mat-trasport u l-użu mill-ġdid tagħha, biex tgħin fl-appoġġ tal-forniment, madwar l-UE kollha, ta' servizzi tas-sistemi STI interoperabbli marbuta mal-ivvjaġġar u t-traffiku lill-utenti finali. Dan il-punt ta' aċċess komuni Ewropew għandu jikkonnettja l-Punti ta' Aċċess Nazzjonali kollha u joffri aċċess għad-data kollha koperta bid-Direttiva 2010/40/UE. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-punt ta' aċċess komuni Ewropew ikun disponibbli għall-pubbliku u jkun faċilment aċċessibbli permezz tal-forniment ta' data miftuħa, mingħajr ħlas, u permezz ta' interkonnessjonijiet miftuħa u standardizzati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Punti ta' Aċċess Nazzjonali tagħhom jippermettu skambju awtomatizzat u uniformi ta' data mal-aċċess komuni Ewropew u mingħajr preġudizzju għal-liġijiet rilevanti kollha tal-Unjoni.

Emenda  36

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 6b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi tal-STI speċifikati fl-Anness IV jintużaw għall-kopertura ġeografika stabbilita f'dak l-Anness sad-data speċifikata fih.;

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi tas-sistemi STI speċifikati fl-Anness IV jintużaw għall-kopertura ġeografika mhux aktar tard mid-data rispettiva stabbilita f'dak l-Anness;

Emenda  37

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 7 – paragrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Wara analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u valutazzjoni tal-impatt inklużi konsultazzjonijiet xierqa, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-lista tat-tipi ta' data fl-Anness III, inkluża d-data tal-implimentazzjoni u l-kopertura ġeografika għal kull tip ta' data. Dawk l-emendi għandhom ikunu konsistenti mal-kategoriji tad-data stabbiliti fl-aħħar programm ta' ħidma adottat f'konformità mal-Artikolu 17(5).

1a. Wara analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u valutazzjoni tal-impatt b'enfasi partikolari fuq l-impatt fuq l-SMEs u flimkien ma' konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, inklużi r-rappreżentanti tal-utenti kollha tat-triq u gruppi kkonċernati oħra b'mod ugwali, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 biex temenda l-lista tat-tipi ta' data fl-Anness III, inkluża d-data tal-implimentazzjoni u l-kopertura ġeografika għal kull tip ta' data. Dawk l-emendi għandhom ikunu konsistenti mal-kategoriji tad-data stabbiliti fl-aħħar programm ta' ħidma adottat f'konformità mal-Artikolu 17(5).

Emenda  38

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 7 – paragrafu 1b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b. Wara analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji li tqis kif xieraq l-iżviluppi tas-suq u l-evoluzzjoni tat-teknoloġija u valutazzjoni tal-impatt li tinkludi konsultazzjonijiet xierqa, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-lista tas-servizzi tal-STI fl-Anness IV, inkluża d-data tal-implimentazzjoni u l-kopertura ġeografika għal kull servizz tal-STI. Dawk l-emendi għandhom ikunu konsistenti mal-lista tas-servizzi tal-STI stabbilita fl-aħħar programm ta' ħidma adottat f'konformità mal-Artikolu 17(5).

1b. Wara analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji li tqis kif xieraq l-iżviluppi tas-suq u l-evoluzzjoni tat-teknoloġija u valutazzjoni tal-impatt b'enfasi speċjali fuq l-impatt fuq l-SMEs u flimkien ma' konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati , il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 biex temenda l-lista tas-servizzi tas-sistemi STI fl-Anness IV, inkluża d-data tal-implimentazzjoni u l-kopertura ġeografika għal kull servizz tas-sistemi STI. Tali proposti għandhom ikunu konsistenti mal-lista tas-servizzi tas-sistemi STI stabbilita fl-aħħar programm ta' ħidma adottat f'konformità mal-Artikolu 17(5).

Emenda  39

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 9

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a) L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 9

"Artikolu 9

Miżuri mhux vinkolanti

Miżuri mhux vinkolanti

Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida u miżuri mhux vinkolanti oħra biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni tal-Istati Membri rigward l-oqsma ta' prijorità f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

Il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida u miżuri mhux vinkolanti oħra biex tiffaċilita l-kooperazzjoni tal-Istati Membri rigward l-oqsma ta' prijorità f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2). L-għan ta' dawk il-linji gwida għandu jkun li jgħinu biex jiġi definit proċess li bih l-Istati Membri jikkondividu bejniethom it-tipi ta' data elenkati fl-Anness III, li jkunu saru disponibbli mill-fornituri tas-servizzi tas-sistemi STI permezz tal-NAPs tagħhom b'mod ċentralizzat u kooperattiv.

Emenda  40

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-ispeċifikazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 6 jikkonċernaw l-ipproċessar ta' data dwar it-traffiku, l-ivvjaġġar jew it-toroq li hija data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679*, għandhom jistabbilixxu l-kategoriji ta' dik id-data u jipprevedu salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Fejn xieraq, għandu jiġi mħeġġeġ l-użu ta' data anonima.

Meta l-ispeċifikazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 6 jikkonċernaw l-ipproċessar ta' data dwar it-traffiku, l-ivvjaġġar jew it-toroq li tkun data personali kif definita fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679*, għandhom jistabbilixxu l-kategoriji ta' dik id-data u jipprevedu salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Malli l-għan tal-ipproċessar ikun jista' jinkiseb ukoll mingħajr referenza għal persuna u l-anonimizzazzjoni tkun teknikament fattibbli, id-data kollha użata għandha tkun data anonima.

____________

____________

* Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).";

* Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).";

Emenda  41

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 12 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(12a) L-Artikolu 12(4) huwa emendat kif ġej:

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

""4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar is-Sistemi STI, partijiet ikkonċernati rilevanti oħra u esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

(Direttiva 2010/40/UE)

Emenda  42

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 17 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Wara r-rapport inizjali, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull tliet snin dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tal-atti delegati kollha li jissupplimentaw din id-Direttiva, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3. Wara r-rapport inizjali, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull sentejn dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tal-atti delegati kollha li jissupplimentaw din id-Direttiva, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

Emenda  43

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 17 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, 18-il xahar wara kull skadenza għar-rapporti tal-Istati Membri, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn analiżi dwar il-funzjonament u l-implimentazzjoni, inklużi r-riżorsi finanzjarji użati u meħtieġa, tal-Artikoli 5 sa 11 u tal-Artikolu 16, u għandu jivvaluta l-ħtieġa li din id-Direttiva tiġi emendata, fejn ikun il-każ.

4. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, 12-il xahar wara kull skadenza għar-rapporti tal-Istati Membri, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn analiżi dwar il-funzjonament u l-implimentazzjoni, inklużi r-riżorsi finanzjarji użati u meħtieġa, tal-Artikoli 5 sa 11 u tal-Artikolu 16, u għandu jivvaluta l-ħtieġa li din id-Direttiva tiġi emendata, fejn ikun il-każ.

Emenda  44

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Direttiva 2010/40/UE

Artikolu 17 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [Data tad-dħul fis-seħħ + 12-il xahar], il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tadotta programm ta' ħidma. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(4). Il-programm ta' ħidma għandu jinkludi objettivi u dati għall-implimentazzjoni tiegħu kull sena, kif ukoll il-lista tal-kategoriji tad-data u s-servizzi tal-STI li għalihom il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7(1a) u (1b).

Sa [Data tad-dħul fis-seħħ + 12-il xahar], il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar is-Sistemi STI, u lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, tadotta programm ta' ħidma. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(4). Il-programm ta' ħidma għandu jinkludi objettivi u dati għall-implimentazzjoni tiegħu kull sena, kif ukoll il-lista tal-kategoriji tad-data u s-servizzi tas-sistemi STI li għalihom il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7(1a) jew tressaq proposta leġiżlattiva ġdida.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 1 – paragrafu 1 – punt 1.1 – paragrafu 1 – punt 1.1.4

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.1.4. l-aġġornament f'waqtu tal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali, inkluża informazzjoni relatata mal-prenotazzjoni u max-xiri ta' servizzi tat-trasport, mill-fornituri tas-servizzi tal-STI.

1.1.4. l-aġġornament f'waqtu tal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali, inkluża informazzjoni relatata mal-prenotazzjoni u, meta jkun rilevanti, max-xiri ta' servizzi tat-trasport, mill-fornituri tas-servizzi tas-sistemi STI.

Emenda  46

 

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt 2.1 – paragrafu 1 – punt 2.1.4

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.1.4. id-disponibbiltà tad-data u sinerġiji ma' inizjattivi oħrajn immirati lejn l-armonizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-kondiviżjoni tad-data67, kif ukoll l-appoġġ tal-multimodalità, tal-integrazzjoni tal-modi u tal-ottimizzazzjoni tal-bilanċ modali fuq in-network tat-trasport Ewropew.

2.1.4. id-disponibbiltà tad-data u sinerġiji ma' inizjattivi oħrajn immirati lejn l-armonizzazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-kondiviżjoni tad-data67, kif ukoll l-appoġġ tal-multimodalità, l-integrazzjoni tal-modi u l-ottimizzazzjoni tal-bilanċ modali fuq in-network tat-trasport Ewropew.

__________________

__________________

67 Bħar-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33), u x-xogħol segwit mill-Forum dwar it-Trasport u l-Loġistika Diġitali (DTLF).

67 Bħar-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33), u x-xogħol segwit mill-Forum dwar it-Trasport u l-Loġistika Diġitali (DTLF).

Emenda  47

 

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt 2.2 – paragrafu 1 – punt 2.2.1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2.1. id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' data eżistenti u akkurata dwar l-ivvjaġġar bit-triq u multimodali u dwar it-traffiku, meħtieġa għall-ġestjoni tal-mobbiltà, għall-awtoritajiet pubbliċi rilevanti mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data;

2.2.1. id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà, f'format standardizzat, ta' data eżistenti u akkurata dwar l-ivvjaġġar bit-triq u multimodali u dwar it-traffiku, meħtieġa għall-ġestjoni tal-mobbiltà, għall-awtoritajiet pubbliċi rilevanti mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data;

Emenda  48

 

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 2 – paragrafu 1 – punt 2.4 – paragrafu 1 – punt 2.4.2

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.4.2. id-disponibbiltà ta' data relatata mal-merkanzija, aċċessibbli permezz ta' oqfsa speċifiċi oħrajn ta' kondiviżjoni tad-data68;

2.4.2. id-disponibbiltà ta' data relatata mal-merkanzija, aċċessibbli permezz ta' oqfsa speċifiċi oħrajn ta' kondiviżjoni tad-data68 filwaqt li titrawwem l-interoperabbiltà tas-soluzzjonijiet eCMR;

__________________

__________________

68 Bħar-Regolament (UE) 2020/1056.

68 Bħar-Regolament (UE) 2020/1056.

Emenda  49

 

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – punt 3.1 – paragrafu 1 – punt 3.1.3a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3.1.3 a. L-iżgurar tal-adattament rapidu tar-Regolament (UE) 2018/858 sabiex jiġu inklużi t-teknoloġiji eCall tal-Ġenerazzjoni li Jmiss.

Emenda  50

 

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – punt 3.1 – paragrafu 1 – punt 3.1.3b (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3.1.3 b. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jaħdmu mal-Operaturi tan-Networks Mobbli u partijiet ikkonċernati oħra biex isibu soluzzjoni għall-funzjonament tas-sistemi eCall f'vetturi li jidħlu fis-suq qabel ma l-istandard eCall tal-Ġenerazzjoni li Jmiss ikun ġie approvat u mdaħħal fir-regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Il-funzjonament tas-sistemi eCall CS għandu tal-anqas jiġi żgurat għat-tul taċ-ċiklu tal-ħajja mistenni tal-aħħar vetturi mqiegħda fis-suq b'sistema bħal din.

Emenda  51

 

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – punt 3.2 – paragrafu 1 – punt 3.2.3a (ġdid)

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3.2.3a. id-disponibbiltà ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi għall-utenti.

Emenda  52

 

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 3 – paragrafu 1 – punt 3.4 – punt 3.4.1

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.4.1. Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tiġi appoġġata s-sikurezza tal-utenti tat-triq fir-rigward tal-Interkonnessjoni bejn il-Magni u l-Bniedem abbord il-vetturi u l-użu ta' apparat nomadiku biex jiġu appoġġati l-attività tas-sewqan u/jew l-operazzjoni ta' trasport, kif ukoll is-sigurtà tal-komunikazzjonijiet fil-vetturi li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69, tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70 u tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71.

3.4.1. Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tiġi appoġġata s-sikurezza tal-utenti tat-triq fir-rigward tal-Interkonnessjoni bejn il-Magni u l-Bniedem abbord il-vetturi u l-użu ta' apparat nomadiku, inklużi t-telefowns ċellulari, biex jiġu appoġġati l-attività tas-sewqan u/jew l-operazzjoni ta' trasport, kif ukoll is-sigurtà tal-komunikazzjonijiet fil-vetturi li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill69, tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill70 u tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill71. Id-definizzjonijiet tal-miżuri meħtieġa għandhom jirrikonoxxu wkoll il-ħtieġa li tiġi żgurata l-aċċettazzjoni reċiproka tal-messaġġi tas-sistemi STI skambjati bejn il-modi tat-trasport, li l-apparati tas-sistemi STI u s-sensuri mehmuża tagħhom ikunu ġew żviluppati abbażi ta' standards funzjonali tas-sikurezza differenti.

__________________

__________________

69 Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

69 Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

70 Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

70 Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).

71 Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

71 Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).

Emenda  53

 

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 4 – paragrafu 1 – punt 4.1 – punt 4.1.4

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.1.4. id-definizzjoni ta' infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-iskambju ta' data jew tal-informazzjoni bejn vetturi, bejn infrastrutturi u bejn il-vetturi u l-infrastrutturi;

4.1.4. id-definizzjoni ta' infrastruttura tal-komunikazzjoni sigura, akkurata u affidabbli għall-iskambju ta' data jew tal-informazzjoni bejn vetturi, bejn infrastrutturi u bejn il-vetturi u l-infrastrutturi;

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Anness 2 – Tabella 1 – punt a

Direttiva 2010/40/UE

Anness 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) jagħtu kontribut tanġibbli għas-soluzzjoni tal-isfidi prinċipali li jaffettwaw it-trasport bit-triq fl-Ewropa (pereżempju t-tnaqqis tal-konġestjoni, it-tnaqqis tal-emissjonjiet, it-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija, il-ksib ta' livelli ogħla ta' sikurezza u sigurtà inkluż għall-utenti vulnerabbli tat-toroq);

(a) jagħtu kontribut tanġibbli għas-soluzzjoni tal-isfidi prinċipali li jaffettwaw it-trasport bit-triq fl-Ewropa (pereżempju t-tnaqqis tal-konġestjoni, l-antiċipazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza u fenomeni tat-temp, it-tnaqqis tal-emissjonijiet, it-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija, il-ksib ta' livelli ogħla ta' sikurezza u sigurtà inkluż għall-utenti vulnerabbli tat-triq);

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Anness 2 – Tabella 1 – punt e

Direttiva 2010/40/UE

Anness 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) jiżguraw li s-sistemi u l-proċessi tan-negozju sottostanti jkollhom il-kapaċità għall-iskambju ta' data u għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni u ta' għarfien sabiex ikun jista' jiġi pprovdut servizz effettiv tal-STI;

(e) jiżguraw li s-sistemi, l-applikazzjonijiet, is-servizzi u l-proċessi tan-negozju sottostanti jkollhom il-kapaċità għall-iskambju ta' data u għall-iskambju ta' informazzjoni u ta' għarfien f'ambjent sigur u fdat u f'format standardizzat biex ikun jista' jiġi pprovdut servizz effettiv tas-sistemi STI;

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Anness 2 – Tabella 1 – punt g

Direttiva 2010/40/UE

Anness 2 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

g) iqisu d-differenzi inerenti fil-karatteristiċi tan-networks tat-trasport, b'mod partikolari fid-daqsijiet tal-volumi tat-traffiku u fil-kundizzjonijiet tat-temp fit-toroq;

(g) iqisu d-differenzi inerenti fil-karatteristiċi tan-networks tat-trasport, b'mod partikolari fid-daqsijiet tal-volumi tat-traffiku u fil-kundizzjonijiet tat-temp fit-toroq u fl-awtomizzazzjoni tal-infrastrutturi;

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Anness 2 – Tabella 1 – punt h

Direttiva 2010/40/UE

Anness 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) la jimpedixxu u lanqas jiddiskriminaw kontra l-aċċess għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-STI mill-utenti vulnerabbli tat-toroq. Fejn rilevanti, ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-Anness I tad-Direttiva 2019/882 meta l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-STI jkunu maħsuba li jiffurmaw interkonnessjoni ma' jew li jipprovdu informazzjoni lill-utenti tal-STI b'diżabbiltà;

(h) la jimpedixxu u lanqas jiddiskriminaw kontra l-aċċess għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI minn kwalunkwe utent tat-triq.B'mod speċifiku għall-utenti vulnerabbli tat-triq, huwa meħtieġ li l-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà f'konformità mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tal-Anness I tad-Direttiva 2019/882 meta l-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI jkunu maħsuba li jiffurmaw interkonnessjoni ma' jew li jipprovdu informazzjoni lill-utenti b'diżabbiltà tas-sistemi STI;

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Anness 2 – Tabella 1 – punt 1

Direttiva 2010/40/UE

Anness 2 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) juru, wara valutazzjoni tar-riskju adatta, ir-robustezza tas-sistemi tal-STI innovattivi, permezz ta' livell suffiċjenti ta' żvilupp tekniku u sfruttament operattiv;"

(i) juru, wara valutazzjoni tar-riskju adatta, inklużi testijiet f'kundizzjonijiet reali, fost il-manifatturi tal-vetturi u l-fornituri tal-infrastruttura, ir-robustezza tas-sistemi STI innovattivi, permezz ta' livell suffiċjenti ta' żvilupp tekniku u sfruttament operattiv, bħala bażi għal skemi ta' valutazzjoni tal-konformità;"

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Anness 2 – Tabella 1 – punt k

Direttiva 2010/40/UE

Anness 2 – punt k

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

k) iqisu l-koordinazzjoni tad-diversi mezzi tat-trasport, fejn xieraq, waqt il-varar tal-STI;

(k) iqisu l-koordinazzjoni tal-modi kollha tat-trasport rilevanti għal din id-Direttiva, u b'mod partikolari ċ-ċikliżmu u l-mixi, meta jużaw is-sistemi STI billi jiżguraw, fost affarijiet oħra, l-interoperabbiltà tas-sistemi, l-iskambju tad-data u l-applikazzjonijiet fost il-modi kollha;

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Anness 2 – Tabella 1 – punt 1

Direttiva 2010/40/UE

Anness 2 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) iqisu r-regoli, il-politiki u l-attivitajiet eżistenti tal-Unjoni li huma rilevanti fil-qasam tal-STI, b'mod partikolari fil-qasam tal-istandardizzazzjoni;

(l) iqisu r-regoli, il-politiki u l-attivitajiet eżistenti tal-Unjoni li huma rilevanti fil-qasam tas-sistemi STI, b'mod partikolari fil-qasam tal-istandardizzazzjoni u, għall-ispeċifikazzjonijiet, il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika kif stabbilit fid-Direttiva 2018/1972;

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Anness 2 – Tabella 1 – punt m

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

m) jiżguraw it-trasparenza tal-klassifikazzjoni meta jiġu proposti għażliet ta' mobbiltà lill-klijenti.

(m) jiżguraw it-trasparenza tal-klassifikazzjoni, inkluż dwar l-effetti ambjentali, meta jiġu proposti għażliet ta' mobbiltà lill-klijenti.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Anness III - Tabella

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Lista tat-tipi ta' data

 

Tip ta' data

Kopertura ġeografika

Data

 

 

 

Tipi ta' data dwar regolamenti u restrizzjonijiet (kif imsemmi fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/9626 ):

 

 

Ir-regolamenti dwar it-traffiku statiku u dinamiku, fejn applikabbli, li jikkonċernaw it-tipi ta' data li ġejjin:

- il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-mini

- il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-pontijiet

- il-limiti tal-veloċità

- ir-regolamenti dwar il-kunsinna tal-merkanzija

- il-projbizzjonijiet ta' sorpass għal vetturi tqal tal-merkanzija

- id-direzzjoni tal-ivjaġġar f'korsiji riversibbli

- ir-restrizzjonijiet fuq il-piż/it-tul/il-wisa'/l-għoli

- it-toroq b'direzzjoni waħda

In-network trans-Ewropew għat-toroq, awtostradi oħrajn mhux inklużi f'dak in-network u toroq primarji

il-31 ta' Diċembru 2025

 

In-network kollu tat-toroq tal-UE li huwa aċċessibbli pubblikament għat-traffiku motorizzat, kif ukoll l-infrastruttura taċ-ċikliżmu tul dan in-network, bl-eċċezzjoni ta' toroq privati

il-31 ta' Diċembru 2028

- il-pjanijiet taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku

In-network kollu tat-toroq li huwa aċċessibbli pubblikament għat-traffiku motorizzat, kif ukoll l-infrastruttura taċ-ċikliżmu tul dan in-network,

il-31 ta' Diċembru 2025

- ir-regolamenti dwar l-aċċess tal-vetturi urbani

- il-limiti tar-restrizzjonijiet, projbizzjonijiet jew obbligi mal-validità żonali, status ta' aċċess attwali u kundizzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni f'żoni tat-traffiku regolati

In-network kollu tat-toroq li huwa aċċessibbli pubblikament għat-traffiku motorizzat, kif ukoll l-infrastruttura taċ-ċikliżmu tul dan in-network,

il-31 ta' Diċembru 2025

Tipi ta' data dwar l-istat tan-network (kif imsemmi fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/962):

 

 

- toroq magħluqa

- korsiji magħluqa

- xogħlijiet fit-triq

- miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku temporanji

- kundizzjonijiet ħżiena fit-toroq

- aċċidenti u inċidenti li jinvolvu utenti vulnerabbli tat-triq

In-network trans-Ewropew għat-toroq, awtostradi oħrajn mhux inklużi f'dak in-network u toroq primarji

il-31 ta' Diċembru 2025

 

In-network kollu tat-toroq tal-UE li huwa aċċessibbli pubblikament għat-traffiku motorizzat, u inkluża l-infrastruttura taċ-ċikliżmu tul dan in-network, bl-eċċezzjoni ta' toroq privati

il-31 ta' Diċembru 2028

Tipi ta' data dwar postijiet tal-parkeġġ mingħajr periklu u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (kif imsemmi fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013) 7 ):

 

 

- data statika relatata maż-żoni tal-parkeġġ

- informazzjoni dwar is-sikurezza u t-tagħmir taż-żona tal-parkeġġ inkluża informazzjoni dwar il-miżuri ta' sigurtà eżistenti u rilevanti għas-sewwieqa kollha, inklużi l-persuni vulnerabbli, u s-sewwieqa tat-trakkijiet - data dinamika dwar id-disponibbiltà tal-postijiet tal-parkeġġ inkluż jekk parkeġġ huwiex: mimli, magħluq jew l-għadd ta' postijiet vojta disponibbli.

In-network trans-Ewropew għat-toroq u għal awtostradi oħrajn mhux inklużi f'dak in-network

il-31 ta' Diċembru 2025

Data dwar avvenimenti jew kundizzjonijiet identifikati relatati mas-sikurezza fit-toroq (kif imsemmija fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 8 ):

 

 

- triq temporanjament tiżloq

- annimal, persuni, ostakli, skart fit-triq

- żona ta' aċċidenti mhux protetta

- xogħlijiet fit-toroq għal żmien qasir

- viżibbiltà mnaqqsa

- sewwieq fid-direzzjoni l-ħażina

- imblukkar mhux ġestit ta' triq

- kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp

- aċċidenti b'riskju għoli bħal aċċidenti b'emissjonijiet tossiċi, li jirriżultaw f'għeluq tat-toroq.

In-network trans-Ewropew għat-toroq u għal awtostradi oħrajn mhux inklużi f'dak in-network

il-31 ta' Diċembru 2026

Tipi ta' data statika dwar l-ivvjaġġar multimodali (kif imsemmi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 9 ):

 

 

Il-post tan-nodi ta' aċċess identifikati għall-mezzi skedati kollha, inkluża informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tan-nodi ta' aċċess u tal-mogħdijiet fi ħdan interkambju (bħall-eżistenza ta' liftijiet, skali mobbli)

In-network kollu tat-trasport tal-UE, kif ukoll l-infrastruttura taċ-ċikliżmu tul dan in-network,

il-31 ta' Diċembru 2026

Tipi ta' data dwar regolamenti u restrizzjonijiet (kif imsemmi fir-Regolament (UE) […./..] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1] dwar il-varar ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi):

 

 

Infrastruttura tal-fjuwils alternattivi

- data statika dwar l-għadd ta' stazzjonijiet tal-irriċarġjar elettriku u tar-riforniment tal-idroġenu

- data dinamika dwar id-disponibbiltà ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi

In-network trans-Ewropew għat-toroq, awtostradi oħrajn mhux inklużi f'dak in-network u toroq primarji

il-31 ta' Diċembru 2025

Infrastruttura tal-fjuwils alternattivi għal postijiet tal-parkeġġ bla periklu u sikuri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali

- data statika dwar l-għadd ta' stazzjonijiet tal-irriċarġjar elettriku u tar-riforniment tal-idroġenu f'kull post tal-parkeġġ bla periklu u sikur għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali;

- data dinamika dwar id-disponibbiltà ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi;

In-network trans-Ewropew għat-toroq, awtostradi oħrajn mhux inklużi f'dak in-network u toroq primarji

il-31 ta' Diċembru 2025


NOTA SPJEGATTIVA

Nazzarda nimmaġina li xi darba fil-futur, vetturi awtomatizzati ħafna se jikkondividu l-ispazju pubbliku ma' robots u droni varji. Fil-futur qrib, meta l-karozzi mibjugħin illum il-ġurnata jistgħu jkunu għadhom fiċ-ċirkolazzjoni: it-traffiku se jikkonsisti minn taħlita ta' vetturi awtomatizzati ħafna u vetturi b'livelli baxxi ta' awtomazzjoni mibjugħin fil-bidu tas-snin 2020. Dawn kollha jeħtieġu li jkunu konxji ta' xulxin, ta' fejn qegħdin, ta' fejn biħsiebhom imorru u b'liema veloċità. Jeħtieġ li jafdaw f'xulxin biex ma jaħbtux ġo xulxin – litteralment! Dan jeħtieġ komunikazzjoni diretta ad hoc bejn l-atturi differenti, dejjem u fil-pront. L-ewwel karozzi mgħammra għal dinja bħal din qed jidħlu issa fis-suq tal-Ewropa u l-operaturi tat-toroq qed ilestu t-toroq tagħhom u qed jibdew jarmawhom.

Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi aġġornament tad-Direttiva tal-2010 dwar is-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (STI), biex tadatta ruħha għall-emerġenza ta' għażliet ġodda ta' mobbiltà bit-triq, ta' apps għall-apparati mobbli u ta' mobbiltà konnessa u awtomatizzata. L-għan ta' dan ir-rieżami huwa li jiġi stimulat il-varar aktar rapidu ta' servizzi ġodda u intelliġenti, billi jiġi propost li ċerta data kruċjali dwar it-toroq, l-ivvjaġġar u t-traffiku ssir disponibbli f'format diġitali, bħal-limiti tal-veloċità, il-pjanijiet taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku jew ix-xogħlijiet fit-toroq. 

Is-sistemi STI japplikaw teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni bħall-għodod ta' ppjanar tal-ivvjaġġar, l-eCall, u s-sewqan awtomatizzat fit-trasport, li permezz tagħhom il-mobbiltà ssir aktar sikura, effiċjenti u sostenibbli. Permezz tas-sistemi STI, iċ-ċittadini jistgħu jirċievu informazzjoni aħjar permezz ta' applikazzjonijiet fil-karozza, eż. dwar ir-regolamenti tat-traffiku u x-xogħlijiet fit-toroq.

L-applikazzjonijiet tas-sistemi STI jikkonsistu mill-użu ta' teknoloġiji tal-komunikazzjoni "fuq medda qasira" għall-istabbiliment tal-komunikazzjoni bejn il-vetturi (V2V) mill-istess manifatturi jew minn manifatturi differenti, l-infrastruttura (V2I) u l-persuni mexjin (V2P).

Ir-reviżjoni tinkludi estensjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva sabiex tinkludi aħjar is-servizzi emerġenti, bħall-informazzjoni multimodali, is-servizzi ta' prenotazzjoni u ħruġ tal-biljetti (bħal apps biex issib u tipprenota vjaġġi li jikkombinaw servizzi tat-trasport pubbliku, tal-car sharing, jew tal-bike sharing), il-komunikazzjoni bejn il-vetturi u l-infrastruttura (biex tiżdied is-sikurezza) u l-mobbiltà awtomatizzata. Hija tordna wkoll il-ġbir ta' data kruċjali u l-provvista ta' servizzi essenzjali bħas-servizzi ta' informazzjoni f'ħin reali li jinfurmaw lis-sewwieq dwar aċċidenti jew ostakli fit-triq.

Ir-reviżjoni tad-Direttiva ITS tista' tkun opportunità biex tiġi garantita s-sovranità diġitali tal-awtoritajiet lokali sabiex jiġu aċċellerati l-bidla modali u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet diġitali li jirrispettaw il-politiki lokali ta' tranżizzjoni ekoloġika.

Is-suċċess tas-sistemi STI jiddependi fuq ambjent mingħajr interferenzi, komunikazzjonijiet mingħajr xkiel u d-disponibbiltà rapida u wiesgħa tagħhom għall-utenti kollha tat-triq. Din hija applikazzjoni relatata mas-sikurezza li se ssalva l-ħajjiet: għal dan il-għan, in-newtralità teknoloġika, il-koeżistenza, l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà huma l-prinċipji ewlenin.

L-elementi ewlenin tar-reviżjoni tad-Direttiva ITS previsti mir-rapporteur

Ir-rapporteur hija favur l-użu effiċjenti tal-applikazzjonijiet tas-sistemi ta' trasport intelliġenti (STI). L-applikazzjonijiet tas-sistemi STI jistgħu jipprovdu benefiċċji sinifikanti li jistgħu jitkejlu fir-rigward tas-sikurezza, is-sigurtà, l-ambjent u l-ekonomija. Is-settur tas-sistemi STI se jkollu jkompli jqis lill-utenti fis-settur tat-trasport bit-triq meta jiżviluppa applikazzjonijiet ġodda u servizzi ġodda. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw il-varar armonizzat u interoperabbli tas-sistemi STI bil-ħsieb li l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha bejn l-utenti kollha tat-triq u l-awtoritajiet isiru aktar effiċjenti.

Ir-rapporteur titlob b'mod speċifiku dan li ġej:

 In-newtralità teknoloġika – l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu r-riżultat li għandu jinkiseb, iżda la jimponu u lanqas jiddiskriminaw favur l-użu ta' tip partikolari ta' teknoloġija biex jinkiseb ir-riżultat.

Il-qafas regolatorju tas-sistemi STI għandu joffri ċertezza għas-suq billi jistipula l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika fl-Anness II. Hemm ħtieġa ta' approċċ regolatorju fejn is-servizzi u l-benefiċċji relatati tagħhom jitqabblu skont il-valur tal-utent finali u tal-ekosistema tagħhom (irrispettivament mit-teknoloġija sottostanti). L-enfasi għandha tkun fuq il-provvista tas-servizz, u l-qafas regolatorju għandu jibqa' newtrali fir-rigward tat-teknoloġija biex irawwem l-innovazzjoni mmexxija mis-suq. Il-Premessa 8 attwali diġà tirrkonoxxi "li r-rekwiżiti għas-sistemi STI la jimponu u lanqas jiddiskriminaw favur l-użu ta' tip partikolari ta' teknoloġija". Biex jissaħħaħ dan l-impenn, huwa importanti li dan jiġi elenkat b'mod espliċitu fost il-prinċipji gwida fl-Anness II.

 L-iżvilupp tas-sistemi STI għandu jkopri l-ħtiġijiet taż-żoni rurali, bħala kwistjoni separata mill-iżvilupp tagħhom fiż-żoni urbani, billi tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali u ekonomika.

Huwa importanti li tingħata attenzjoni speċjali fil-livell tal-UE lill-estensjoni tas-sistemi STI għaż-żoni rurali, għaliex il-ħajja f'tali żoni tiddependi fil-biċċa l-kbira mid-disponibbiltà ta' infrastruttura u servizzi pubbliċi ta' kwalità. Għalhekk il-kapaċità taż-żoni rurali li jibbenefikaw mis-soluzzjonijiet ipprovduti mis-sistemi STI għandha tiġi indirizzata fil-livell tal-UE.

 Id-Data fil-Punti ta' Aċċess Nazzjonali (NAPs) għandha tkun disponibbli f'format kemm statiku kif ukoll dinamiku, fejn tkun inkluża wkoll id-data dwar ir-regolamenti dwar l-aċċess tal-vetturi urbani (UVARs) u dwar l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi. Id-data kondiviża mill-NAPs jeħtieġ li tkun tinqara faċilment u tinftiehem b'mod ġenerali mill-operaturi tat-trasport kummerċjali.

L-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu t-tipi ta' data elenkati fl-Anness III u s-servizzi tas-sistemi STI elenkati fl-Anness IV tal-proposta STI jsaħħaħ l-importanza ta' NAPs li jkunu interoperabbli u, sa fejn ikun l-aktar possibbli, armonizzati. Ammont akbar ta' data kondiviża relatata mar-regolamenti u r-restrizzjonijiet, l-istat tan-network, u l-avvenimenti jew il-kundizzjonijiet identifikati relatati mas-sikurezza fit-toroq, huwa pass importanti lejn it-tnaqqis tal-fatalitajiet fit-toroq. It-titjib ulterjuri tal-lista ta' tipi ta' data fl-Anness III permezz tal-inklużjoni ta' informazzjoni dwar l-UVARs u l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi se jiffaċilita l-operazzjonijiet tan-negozju għall-operaturi tat-trasport kummerċjali bit-triq u għas-sewwieqa kollha li jipparteċipaw fit-traffiku billi jippermettilhom li jippjanaw l-irriċarġjar/ir-riforniment tal-vettura tagħhom li taħdem bi fjuwil alternattiv.

L-isfidi jippersistu, għaliex hemm nuqqas ta' approċċ armonizzat fl-implimentazzjoni tal-NAPs madwar l-UE. B'mod aktar speċifiku, id-disponibbiltà tad-data dwar postijiet tal-parkeġġ bla periklu u sikuri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali fuq l-NAPs għadha mhux sodisfaċenti. Bħalissa, l-Istati Membri qed jipprovdu d-data dwar l-NAPs f'varjetà ta' formati. Dawn jinkludu mapep interattivi, spreadsheets u informazzjoni testwali. L-NAPs għandhom jieħdu pass ulterjuri u jisfruttaw id-data, li tinġabar billi tiġi pprovduta interkonnessjoni xierqa biex tintuża mill-utenti finali, bħall-operaturi tat-trasport u s-sewwieqa. Minħabba r-rabta rilevanti mar-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi (AFIR), id-data li tiffoka fuq l-infrastruttura ta' fjuwils alternattivi għandha tkun disponibbli f'format kemm statiku kif ukoll dinamiku fuq l-NAPs.

 L-iżgurar tal-użu tal-prova elettronika tal-konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea (UE) u nazzjonali relatati mal-użu tal-vetturi u mas-sewwieq.

Id-diġitalizzazzjoni tirrappreżenta opportunità għas-settur tat-trasport tal-merkanzija li jimmodernizza ruħu, filwaqt li fl-istess ħin, tippermettilu li jinforza r-regoli dwar it-trasport b'mod aktar effiċjenti. Pereżempju, l-awtoritajiet għandhom ikunu f'pożizzjoni li jaċċettaw informazzjoni elettronika bid-data rilevanti kollha relatata mal-konformità tar-regoli dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq. L-isfida hija li ma tistax tingħata prova għal kollox b'mezz elettroniku, u l-użu tal-karti jibqa' n-norma. Għal din ir-raġuni, għandha tiġi esplorata l-kompatibbiltà bejn ir-regoli tas-sistemi STI u d-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) 2020/1056 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ir-Regolament eFTI). Għandha titqies aktar il-possibbiltà li jkun hemm data diġitalizzata relatata mal-vettura, is-sewwieq u t-trejler. Mil-lat tal-vettura, id-dokumenti ta' reġistrazzjoni tal-vettura, kif ukoll iċ-ċertifikati ta' affidabbiltà stradali u r-rapporti relatati mat-test tal-affidabbiltà stradali jistgħu jiġu diġitalizzati. Mil-lat tas-sewwieq, l-informazzjoni dwar il-Kopja Awtentikata Ċċertifikata tal-Liċenzja Komunitarja tista' tiġi diġitalizzata wkoll.

 L-integrazzjoni tan-nota ta' konsenja elettronika (eCMR) fi ħdan is-sistema ta' telefonata ta' emerġenza (eCall) biex il-ħaddiema tal-emerġenza jkun jista' jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar x'oġġetti qed jinġarru fil-vettura.

Fir-rigward tad-disponibbiltà tad-data relatata mal-merkanzija, il-konnessjoni tal-eCMR mal-eCall tiżgura li l-operaturi tal-linja 112 ikollhom viżibbiltà sħiħa tal-informazzjoni tal-merkanzija. Dan huwa importanti b'mod partikolari fil-każ tat-trasport ta' merkanzija ta' valur jew perikoluża. Minkejja l-benefiċċji ċari, is-servizz tal-eCall fil-vetturi tqal (HDVs) għadu mhux disponibbli billi huwa installat biss f'mudelli ġodda ta' karozzi tal-passiġġieri privati b'mhux aktar minn tmien sedili u f'vetturi ħfief (LDVs).

Ir-Regolament (UE) 2020/1056 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija, li jistabbilixxi l-qafas legali għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tal-Istati Membri rigward il-moviment tal-merkanzija fl-UE għandu jiżgura li s-soluzzjonijiet eżistenti varji għall-eCMR ikunu interoperabbli.

 Is-servizzi ta' mobbiltà diġitali multimodali għandhom jagħtu lill-operaturi tat-trasport bit-triq il-kapaċità li jagħżlu u jimxu mingħajr xkiel lejn pjattaformi oħra, u dan ifisser li l-interoperabbiltà hija essenzjali. Il-kondiviżjoni tad-data ġġenerata min-negozju mill-operaturi tat-trasport kummerċjali bit-triq għandha tkun dejjem volontarja, u d-data miġbura għandha tintuża għal skop speċifika biss. Id-data tal-konsumaturi għandha tkun protetta, f'konformità mal-GDPR, meta jipprovdu l-informazzjoni personali tagħhom, meta jipprenotaw servizzi jew biljetti, kif ukoll id-data li l-karozzi tagħhom jikkondividu mal-fornituri tas-servizzi jew l-infrastruttura.

Il-provvista ta' esperjenza ta' mobbiltà mingħajr xkiel lill-utenti li tinkludi l-mobbiltà kollettiva u kondiviża se tikkontribwixxi għal sistemi ta' mobbiltà aktar sostenibbli u għat-tnaqqis tal-konġestjoni. Fir-rigward tal-operaturi tat-trasport tal-passiġġieri, b'mod speċjali operaturi fis-sistema tal-Mobbiltà bħala Servizz (MaaS), dawn se jiksbu l-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni, dment li l-kwistjonijiet relatati mat-trasparenza tal-prezz u l-informazzjoni dwar il-prezz jiġu ċċarati.

Il-pussess ta' data ġġenerata min-negozju huwa assi importanti biex wieħed jibqa' kompetittiv fis-suq. Għal din ir-raġuni, meta l-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI jipprevedu l-kondiviżjoni ta' kwalunkwe tip ta' data, il-kondiviżjoni għandha tkun fuq bażi volontarja għas-sidien ta' din id-data. Dan se jippromwovi l-fiduċja bejn is-sħab tan-negozju. Barra minn hekk, f'każijiet meta jkun meħtieġ li d-data ġġenerata min-negozju tiġi kondiviża, din għandha tinġabar għal skop speċifiku biss. Jekk il-provvista tad-data tan-negozju tiġi sforzata billi ssir obbligatorja, dan se joħnoq l-innovazzjoni u jista' jfixkel il-kompetittività tan-negozji. Is-sid tad-data għandu jkun kapaċi jagħżel ma' min tiġi skambjata din id-data, min għandu aċċess għaliha, liema data hija disponibbli għal min u min hu intitolat li eventwalment jimmodifikaha.

Huwa neċessarju li tiġi enfasizzata l-importanza tal-protezzjoni effettiva tal-privatezza u d-data fil-kuntest tal-varar tas-sistemi STI. Madankollu, ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data ma jipprovdix biżżejjed protezzjoni meta, fl-anonimizzazzjoni tad-data, jintużaw teknoloġiji (eż. data dwar ix-xejriet tal-mobbiltà ta' vettura, ir-rikonoxximent tal-wiċċ, eċċ.) li jippermettu li jsiru konklużjonijiet dwar individwi jew saħansitra jiddiskriminaw permezz ta' algoritmi. Il-konsumaturi għandhom ikunu fiċ-ċentru u d-data tagħhom għandha tkun protetta, f'konformità sħiħa mal-GDPR.

 Id-definizzjoni tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni u tal-format standardizzat tal-messaġġi li għandhom jintużaw bejn il-vetturi konnessi u awtomatizzati, l-awtoritajiet, l-infrastruttura u l-ambjent ġenerali.

Il-vetturi kooperattivi, konnessi u awtomatizzati mistennija jkollhom ċerti vantaġġi meta mqabbla mal-vetturi tradizzjonali, bħat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, iż-żieda tal-effiċjenza tat-trasport, it-tnaqqis tal-ispejjeż tat-trasport u t-tnaqqis tal-emissjonijiet. Għandhom jitwieġbu l-mistoqsijiet dwar is-sigurtà tad-data u s-sjieda tad-data, inkluża l-protezzjoni tad-data kemm għan-negozji li għandhom bażijiet ta' data tal-konsumaturi ta' valur kif ukoll għall-konsumaturi nfushom. Hekk kif qed jiġu introdotti b'mod kummerċjali livelli ogħla ta' awtonomija tal-vetturi fis-suq, il-bilanċ tar-responsabbiltà jimxi mis-sewwieq għall-prodott, sabiex fl-aħħar mill-aħħar iwassal biex ir-responsabbiltà sħiħa tkun f'idejn il-manifatturi tal-vetturi u l-fornituri tat-teknoloġiji. Arkitettura għall-kondiviżjoni affidabbli u bla xkiel tad-data se tkun essenzjali biex tiġi ddeterminata b'mod ċar ir-responsabbiltà ta' parti.

 Ir-riskju ta' attakki ċibernetiċi għandu jiġi minimizzat, is-sigurtà tad-data jeħtieġ tiġi żgurata u l-leġiżlazzjoni dwar il-privatezza trid tiġi rrispettata. Fl-aħħar mill-aħħar, is-sjieda tad-data relatata mal-operazzjonijiet tat-trasport għandha tibqa' f'idejn l-operaturi tat-trasport.

Il-vetturi se jkunu aktar konnessi ma' xulxin u se jkunu kapaċi jikkomunikaw ma' xulxin (komunikazzjoni bejn vettura u oħra), mal-infrastruttura (komunikazzjoni bejn vettura u l-infrastruttura) u mal-ambjent ġenerali (komunikazzjoni bejn vettura u kollox). Għal din ir-raġuni, huwa importanti ħafna li din il-komunikazzjoni tiġi skambjata b'mod sigur sabiex jiġi evitat li s-sigurtà fit-toroq tiġi kompromessa.

L-ipproċessar tad-data/tal-privatezza tal-klijenti, il-protezzjoni tad-data kummerċjali, kif ukoll l-impatt tal-kondiviżjoni tad-data fuq il-mudelli tan-negozju tal-operaturi tat-trasport għandhom jitqiesu b'mod ulterjuri. Il-varar tas-servizzi ta' mobbiltà diġitali multimodali jfisser ukoll li l-kumpaniji tat-trasport se jkunu meħtieġa jħarrġu lill-persunal tagħhom mill-ġdid sabiex jadattaw ruħhom għat-teknoloġiji l-ġodda. L-operaturi tat-trasport se jkunu meħtieġa jibqgħu kompetittivi hekk kif tevolvi t-tranżizzjoni diġitali.

Konklużjonijiet

Is-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (STI) huma essenzjali biex tinkiseb il-viżjoni tal-UE ta' trasport mingħajr xkiel kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija. Id-disponibbiltà ta' data miftuħa u ta' kwalità għolja dwar it-trasport se twassal għal titjib sostanzjali fil-prestazzjoni tan-networks, tal-operazzjonijiet u tas-servizzi tat-trasport, filwaqt li trawwem il-konnettività tagħhom u tiffaċilita l-kollaborazzjoni.

F'dawn l-aħħar snin, is-sistemi STI qed ikollhom rwol kruċjali fil-kisba tal-objettivi tal-UE għas-sikurezza u s-sostenibbiltà tat-trasport. Is-servizzi tas-sistemi STI issa jintużaw ħafna madwar l-Ewropa u jmexxu l-effiċjenza tat-trasport kemm fil-livell lokali kif ukoll f'dak internazzjonali.

Is-sistemi STI jżidu s-sikurezza u l-kapaċità permezz ta' aktar interoperabbiltà u użu aħjar tal-infrastruttura eżistenti, b'benefiċċji finanzjarji u ambjentali sussegwenti;

Permezz tal-armonizzazzjoni u l-kontinwità tas-servizzi pan-Ewropej fl-Istati Membri, tas-sistemi STI se jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-ħolqien taż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport

Referenzi

COM(2021)0813 – C9-0471/2021 – 2021/0419(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

15.12.2021

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

27.1.2022

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Rovana Plumb

17.2.2022

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.6.2022

26.9.2022

 

 

Data tal-adozzjoni

26.10.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andris Ameriks, Erik Bergkvist, Izaskun Bilbao Barandica, Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Ismail Ertug, Gheorghe Falcă, Carlo Fidanza, Isabel García Muñoz, Jens Gieseke, Elsi Katainen, Kateřina Konečná, Elena Kountoura, Peter Lundgren, Benoît Lutgen, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Tilly Metz, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Philippe Olivier, Rovana Plumb, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Vera Tax, Barbara Thaler, István Ujhelyi, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Vlad Gheorghe, Ondřej Kovařík, Dorien Rookmaker, Andreas Schieder, Annalisa Tardino

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Manuel Fernandes, Peter Jahr, Dan-Ştefan Motreanu, Theresa Muigg, Luisa Regimenti

Data tat-tressiq

29.10.2022

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT

39

+

NI

Mario Furore

PPE

Gheorghe Falcă, José Manuel Fernandes, Jens Gieseke, Peter Jahr, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Benoît Lutgen, Marian-Jean Marinescu, Dan-Ştefan Motreanu, Luisa Regimenti, Massimiliano Salini, Barbara Thaler, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jörgen Warborn

RENEW

Izaskun Bilbao Barandica, Vlad Gheorghe, Elsi Katainen, Ondřej Kovařík, Caroline Nagtegaal, Jan-Christoph Oetjen, Dominique Riquet

S&D

Andris Ameriks, Erik Bergkvist, Ismail Ertug, Isabel García Muñoz, Theresa Muigg, Rovana Plumb, Andreas Schieder, Vera Tax, István Ujhelyi

THE LEFT

José Gusmão, Kateřina Konečná, Elena Kountoura

VERTS/ALE

Ciarán Cuffe, Jakop G. Dalunde, Karima Delli, Anna Deparnay-Grunenberg, Tilly Metz

 

0

-

 

 

 

8

0

ECR

Carlo Fidanza, Peter Lundgren, Dorien Rookmaker, Kosma Złotowski

ID

Paolo Borchia, Marco Campomenosi, Philippe Olivier, Annalisa Tardino

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjonijiet

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Novembru 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza