RAPPORT  dwar l-abbozz konġunt tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja

18.11.2022 - (00000/2022 – C9‑0000/2022 – 2022/0212(BUD))

Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni
Rapporteurs:  Nicolae Ştefănuță (Taqsima III – Kummissjoni)
 Niclas Herbst (Taqsimiet oħra)

Proċedura : 2022/0212(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0278/2022
Testi mressqa :
A9-0278/2022
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz konġunt tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja

(00000/2022 – C9‑0000/2022 – 2022/0212(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni u d-dikjarazzjonijiet relevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (00000/2022 – C9‑0000/2022),

 wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, adottat mill-Kummissjoni fl-1 ta' Lulju 2022 (COM(2022)0400),

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, adottata mill-Kunsill fis-6 ta' Settembru 2022 u mibgħuta lill-Parlament Ewropew fid-9 ta' Settembru 2022 (12108/2022 – C9‑0306/2022),

 wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023, ippreżentata mill-Kummissjoni fil-5 ta' Ottubru 2022 (COM(2021)0670),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ottubru 2022 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023[1] u l-emendi baġitarji li tinkludi,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/2053 (UE, Euratom) tal-14 ta' Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom[2],

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/20123[3],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027[4],

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda[5],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 95 u l-Artikolu 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta' Konċiljazzjoni (A9-0278/2022),

1. Japprova t-test konġunt;

2. Jikkonferma d-dikjarazzjonijiet konġunti annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

3. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 ġie adottat b'mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


ANNESS

FINALI
Baġit 2023 – Elementi għall-konklużjonijiet konġunti

 

 

Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:

1. Baġit 2023

2. Baġit 2022 – Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 5/2022

3. Dikjarazzjonijiet

 

Ħarsa ġenerali fil-qosor

A. Baġit 2023

 

Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:

- Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit tal-2023 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 186 616,7-il miljun. Globalment, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2023 ta' EUR 421,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn.

- Il-livell globali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit 2023 huwa stabbilit fl-ammont ta' EUR 168 648,7 miljun. Globalment, dan iħalli marġni taħt il-limitu massimu tal-QFP għall-2023 ta' EUR 3 554,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

- L-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2023 huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal ammont ta' EUR 1 235,7 miljun, li minnhom EUR 182,2 miljun għas-subintestatura 2b Reżiljenza u Valuri, EUR 170,6 miljun għall-Intestatura 5 Sigurtà u Difiża u EUR 882,9 miljun għall-Intestatura 6  Il-Viċinat u d-Dinja.

L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2023 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fis-snin mill-2019 sal-2023 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 948,1 miljun. L-iskeda ta' pagamenti stmata tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:

Strument ta' Flessibbiltà – profil ta' pagament (f'miljuni ta' EUR)

Sena ta' mobilizzazzjoni

2023

2024

2025

2026

Total

2019

82,2

0,0

0,0

0,0

223,2

2020

39,9

0,0

0,0

0,0

106,1

2021

10,3

7,6

0,0

0,0

58,9

2022

62,7

49,8

36,7

0,0

368,4

2023

752,9

279,0

120,6

83,2

1 235,7

Total

948,1

336,4

157,4

83,2

1 992,3

- F'konformità mal-Artikolu 11(1)a tar-Regolament dwar il-QFP, l-Istrument ta' Marġni Uniku huwa mobilizzat f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal ammont ta' EUR 280 miljun fis-subintestatura 2b Reżiljenza u Valuri.

B. Baġit 2022

L-Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) 5/2022 huwa approvat, b'emenda waħda meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni: minħabba l-adozzjoni tardiva tal-bażi legali għall-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA), l-ammont ta' EUR 82 972 301 f'approprjazzjonijiet ta' impenn imqiegħda fir-riżerva għal dan il-għan mhuwiex aċċettat, u l-linja baġitarja korrispondenti 13 06 01 ma nħolqitx għas-sena finanzjarja 2022.

1. Baġit 2023

1.1. Linji "magħluqa"

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor hawn taħt f'dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha huma kkonfermati kif propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit għall-2023 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023.

Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta' hawn taħt.

1.2. Kwistjonijiet orizzontali

Aġenziji deċentralizzati

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament ) u l-għadd ta' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit għall-2023 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

 Taħt is-subintestatura 2b:

 L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE, artikolu baġitarju 07 10 08), li fir-rigward tiegħu l-baġit 2023 jinkludi żieda ta' EUR 2,5 miljun u t-trasformazzjoni ta' għoxrin pożizzjoni ta' aġent kuntrattwali f'pożizzjonijiet ta' aġenti temporanji fit-tabella tal-persunal, jekk wieħed jassumi reklutaġġ medju f'nofs is-sena.

 Taħt l-Intestatura 4:

 L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta' Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA, artikolu baġitarju 11 10 02), li għaliha qed jiżdiedu sitt pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament qed jiżdied b'EUR 0,5 miljun, jekk wieħed jassumi reklutaġġ medju f'nofs is-sena.

 L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA, artikolu baġitarju 10 10 01) li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament qed jiżdied bi EUR 3 miljun.

 L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex, artikolu baġitarju 11 10 01 tal-baġit), li għaliha l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament qed jitnaqqas b'EUR 50 miljun kif propost mill-Kunsill u maqbul mill-Parlament Ewropew fil-qari tagħhom.

Aġenziji eżekuttivi

Il-kontribuzzjoni tal-UE (f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament) u l-għadd ta' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit.

Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji

Ġie maqbul pakkett komprensiv ta' 39 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), li minnhom 29 huma ġodda, għal ammont totali ta' EUR 80,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn, kif propost mill-Parlament.

Il-livell ta' approprjazzjonijiet biex jitkompla l-proġett pilota implimentat mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (Proġett Pilota – Lejn il-ħolqien ta' Akkademja Diplomatika Ewropea, partita baġitarja 2 2 5 0) huwa stabbilit fil-livell mitlub mis-SEAE u propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit 2023.

Dan il-pakkett jirrispetta l-limiti massimi għall-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.

1.3. Intestaturi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta' impenn

Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta' dan li ġej:

Intestatura 1 – Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja / Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

1.0.11

Orizzont Ewropa

12 342 890 425

12 352 890 425

10 000 000

01 02 01 02

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie

864 130 546

874 130 546

10 000 000

1.0.13

Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER)

1 019 848 352

839 848 352

-180 000 000

01 04 01

Kostruzzjoni, operazzjoni u sfruttar tal-faċilitajiet ITER – Impriża Konġunta Ewropea ITER – u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

1 012 128 572

832 128 572

-180 000 000

1.0.221

FNE Trasport

1 792 540 197

1 852 540 197

60 000 000

02 03 01

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – Trasport

1 782 813 707

1 842 813 707

60 000 000

1.0.222

FNE Enerġija

815 673 939

859 173 939

43 500 000

02 03 02

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – Enerġija

810 644 269

854 144 269

43 500 000

1.0.31

Programm għas-Suq Uniku (inkl. SMEs)

592 820 090

602 820 090

10 000 000

03 02 02

Titjib tal-kompetittività tal-intrapriżi, partikolarment SMEs, u jiġu appoġġati fl-aċċess għas-swieq

126 384 000

136 384 000

10 000 000

PP/AP

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

37 325 000

 

Total

 

 

-19 175 000

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 21 548,4 miljun, u dan iħalli marġni ta' EUR 178,6 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1.

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju[6], il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li l-approprjazzjonijiet ta' impenn jerġgħu jsiru disponibbli fuq il-linji baġitarji għar-riċerka għal ammont totali ta' EUR 148,8 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn. Dawn l-approprjazzjonijiet huma parti mill-ammont globali sa EUR 0,5 biljun (fi prezzijiet tal-2018) għall-perjodu 2021-2027 kif maqbul fil-qafas tal-ftehim dwar il-QFP. Dan iħalli sa EUR 238,0 miljun fi prezzijiet tal-2018 disponibbli għall-perjodu 2024-2027. Attivazzjoni ulterjuri possibbli tal-Artikolu 15.3 se tiġi diskussa fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva dwar l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep u l-finanzjament tiegħu.

Il-linja baġitarja li ġejja hija msaħħa u r-rimarki baġitarji tagħha huma riveduti kif xieraq:

 

 

(f'EUR)

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta' impenn

01 02 02 20

Cluster "Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva"

29 762 369

01 02 02 40

Cluster "Diġitali, Industrija u Spazju"

89 287 105

01 02 02 50

Cluster "Klima, Enerġija u Mobbiltà"

29 762 369

Total

 

148 811 843

 

Subintestatura 2a – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja / Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

PP/AP

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

3 500 000

 

Total

 

 

3 500 000

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 62 926,5 miljun, u dan iħalli marġni ta' EUR 12,5-il miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-subintestatura 2a.

Subintestatura 2b – Reżiljenza u Valuri

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja / Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

2.2.23

Il-kost ta' finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI)

1 485 775 000

1 315 775 000

-170 000 000

06 04 01

Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta' kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq

1 479 775 000

1 309 775 000

-170 000 000

2.2.25

EU4Health (l-UE għas-Saħħa)

731 750 309

739 250 309

7 500 000

06 06 01

Programm l-UE għas-Saħħa

707 621 072

715 121 072

7 500 000

2.2.32

Erasmus+

3 648 525 437

3 668 525 437

20 000 000

07 03 01 01

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-individwi u gruppi, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni u l-ekwità, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ – Ġestjoni indiretta

2 382 120 171

2 400 120 171

18 000 000

07 03 03

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-persunal sportiv, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-politiki tal-isport

67 664 711

69 664 711

2 000 000

2.2.33

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (KES)

141 196 320

144 196 320

3 000 000

07 04 01

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà

134 298 196

137 298 196

3 000 000

2.2.34

Ewropa Kreattiva

325 290 321

332 790 321

7 500 000

07 05 01

Kultura

100 040 879

102 540 879

2 500 000

07 05 02

Media

175 661 827

180 661 827

5 000 000

2.2.352

Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri

212 282 092

215 282 092

3 000 000

07 06 02

Il-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-Ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjon

32 154 085

33 154 085

1 000 000

07 06 03

Daphne

25 257 735

26 757 735

1 500 000

07 06 04

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni

108 683 873

109 183 873

500 000

2.2.3DAG

Aġenziji Deċentralizzati

268 478 848

270 978 848

2 500 000

07 10 08

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

62 101 095

64 601 095

2 500 000

PP/AP

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

31 590 500

 

Total

 

 

-94 909 500

Fid-dawl tar-rata tal-imgħax u l-volum ta' operazzjonijiet ta' finanzjament tal-NGEU sa tmiem l-2022, l-approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja 06 04 01 jistgħu jitnaqqsu b'EUR 170,0 miljun, filwaqt li tiġi ppreservata bis-sħiħ il-kapaċità li jiġi ffinanzjat il-komponent mhux ripagabbli tal-NGEU fl-2023.

Għal Erasmus+, it-tisħiħ għall-artikolu baġitarju 07 03 03 Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis u tal-persunal sportiv, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-politiki tal-isport jippermetti kontribuzzjoni għall-finanzjament ta' azzjonijiet relatati mal-Olimpijadi speċjali li jmiss.

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 7 660,2 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-subintestatura 2b u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 182,2 miljun f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-QFP kif ukoll il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Marġni Uniku għal ammont ta' EUR 280,0 miljun f'konformità mal-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament dwar il-QFP.

Intestatura 3 – Riżorsi Naturali u Ambjent

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja / Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

3.2.21

Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)

725 521 280

755 521 280

30 000 000

09 02 01

Natura u bijodiversità

272 761 676

279 011 676

6 250 000

09 02 02

Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja

173 862 556

179 112 556

5 250 000

09 02 03

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih

122 358 139

128 608 139

6 250 000

09 02 04

Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa

130 752 568

143 002 568

12 250 000

PP/AP

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

 

 

6 700 000

 

Total

 

 

36 700 000

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 57 259,3 miljun, u dan iħalli marġni ta' EUR 35,7 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 3.

Intestatura 4 – Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja / Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

4.0.11

Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

1 418 121 253

1 454 621 253

36 500 000

10 02 01

Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

1 414 824 860

1 451 324 860

36 500 000

4.0.1DAG

Aġenziji Deċentralizzati

169 169 287

172 169 287

3 000 000

10 10 01

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA)

169 169 287

172 169 287

3 000 000

4.0.211

Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF) – Strument għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viża (BMVI)

946 798 303

956 798 303

10 000 000

11 02 01

Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi

944 798 303

954 798 303

10 000 000

4.0.2DAG

Aġenziji Deċentralizzati

1 052 269 675

1 002 769 675

-49 500 000

11 10 01

Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera (Frontex)

793 614 137

743 614 137

-50 000 000

11 10 02

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja ("u-LISA")

258 655 538

259 155 538

500 000

 

Total

 

 

0

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 3 727,3 miljun, u dan iħalli marġni ta' EUR 86,7 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 4.

Intestatura 5 – Sigurtà u Difiża

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

5.0.22

Mobbiltà Militari

236 685 681

295 185 681

58 500 000

13 04 01

Mobbiltà militari

234 970 661

293 470 661

58 500 000

 

Total

 

 

58 500 000

Barra minn hekk, sakemm jintlaħaq il-ftehim dwar il-programm ta' konnettività spazjali sigura, l-ammonti proposti fl-Abbozz ta' Baġit għal dan l-għan se jitqiegħdu f'riżerva, biex jiġu rilaxxati jew emendati f'konformità mas-soluzzjoni ta' finanzjament li finalment jintlaħaq qbil dwarha mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Id-dettalji huma stabbiliti fit-taqsima 1.5 hawn taħt.

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 2 116,6 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 5 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 170,6 miljun.

Intestatura 6 – Il-Viċinat u d-Dinja

L-approprjazzjonijiet ta' impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

6.0.111

Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI – Ewropa Globali)

11 970 770 313

12 250 770 313

280 000 000

14 02 01 10

Il-Viċinat tan-Nofsinhar

1 657 209 546

1 727 209 546

70 000 000

14 02 01 11

Il-Viċinat tal-Lvant

618 890 238

828 890 238

210 000 000

 

Total

 

 

280 000 000

 

Għall-istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, iż-żieda ta' EUR 210 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-viċinat tal-Lvant (partita baġitarja 14 02 01 11) se tkun iddedikata għal miżuri fl-Ukrajna u fil-Moldova b'reazzjoni għall-aggressjoni Russa. Iż-żieda ta' EUR 70 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-viċinat tan-Nofsinhar (partita baġitarja 14 02 01 10) hija maħsuba biex tiffinanzja azzjonijiet relatati mal-migrazzjoni, b'mod partikolari azzjonijiet li jappoġġaw il-ġestjoni u l-governanza tal-migrazzjoni u l-ispostament furzat u l-UNRWA.

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 17 211,9 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 6 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 882,9 miljun.

Intestatura 7 - Amministrazzjoni Pubblika Ewropea

L-għadd ta' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 huma maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:

 It-taqsima tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għaliha jiżdiedu erba' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 634 903 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena;

 It-taqsima tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li għaliha jiżdiedu disa' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 1 005 422 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena. Il-pożizzjonijiet korrispondenti huma temporanji, sal-2027;

 It-taqsima tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li għaliha jiżdiedu żewġ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 115 497 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena;

 It-taqsima tal-Ombudsman Ewropew li għaliha jiżdiedu żewġ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 101 388 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena.

 It-Taqsima tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data li għaliha jiżdiedu ħames pożizzjonijiet li minnhom tliet pożizzjonijiet jiżdiedu mat-tabella tal-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u żewġ pożizzjonijiet mat-tabella tal-persunal tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għalhekk jiżdied b'EUR 388 202 meta jitqies ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena;

 It-taqsima tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Estern (SEAE) li għaliha r-riżorsi ta' persunal jiżdiedu bi 11-il Aġent Kuntrattwali u l-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament żdied b'EUR 420 239 meta wieħed iqis ir-reklutaġġ bħala medja f'nofs is-sena.

L-aġġustamenti, li jirriżultaw f'żieda ta' EUR 2,7 miljun fl-intestatura 7, huma spjegati fid-dettall fit-tabelli li ġejjin:

Taqsima 4 – Il-Qorti tal-Ġustizzja

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

1 2 0 0

Pagi u allowances

304 868 000

305 502 903

634 903

 

Total

 

 

634 903

Taqsima 5 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

1 2 0 0

Pagi u allowances

129 600 000

130 605 422

1 005 422

 

Total

 

 

1 005 422

Taqsima 6 – Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

1 2 0 0

Pagi u allowances

82 849 505

82 965 001

115 496

 

Total

 

 

115 496

Taqsima 8 – L-Ombudsman Ewropew

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

1 2 0 0

Pagi u allowances

9 002 978

9 104 366

101 388

 

Total

 

 

101 388

Taqsima 9 – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

1 1 0 0

Pagi u allowances

7 491 500

7 724 420

232 920

3 0 1 0

Pagi u allowances

2 123 500

2 278 782

155 282

 

Total

 

 

388 202

Taqsima 10 – Is-Servizz Ewropew tal-Azzjoni Esterna

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

1 2 0 0

Persunal b'kuntratt

20 967 900

21 388 139

420 239

 

Total

 

 

420 239

B'konsegwenza ta' dan, il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn huwa stabbilit għal EUR 11 311,3 miljuni, li jħalli marġni ta' EUR 107,7 miljun taħt il-limitu massimu tal-intestatura 7, li minnhom EUR 28,2 miljun huma taħt is-submarġni għan-''Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet''.

Strumenti tematiċi speċjali: FEG, SEAR u BAR

L-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG), u r-Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza (SEAR) huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta' Baġit.

1.4. Approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament globali fil-Baġit tal-2023 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2023, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

1. Jitqies il-livell maqbul ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għan-nefqa mhux differenzjata (l-intestaturi 1 sa 6), li għalihom il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament huwa ugwali għal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn. Dan japplika wkoll għat-tnaqqis tal-kost tal-finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI) b'EUR 170,0 miljun. Meta jitqies ukoll l-aġġustament għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-aġenziji deċentralizzati, l-effett ikkombinat huwa tnaqqis ta' EUR 214,0 miljun;

2. L-aġġustament taħt l-intestatura 7 li jirriżulta f'żieda ta' EUR 2,7 miljun;

3. L-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji ġodda kollha proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti jew, fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun iktar baxx. Fil-każ ta' estensjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament huwa l-livell definit fl-Abbozz ta' Baġit kif emendat mill-Ittra emendatorja 1/2023 flimkien ma' 25 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn ġodda korrispondenti, jew fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun aktar baxx. L-effett ikkombinat huwa żieda ta' EUR 19,8 miljun;

4. L-aġġustamenti għal-linji baġitarji tan-nefqa differenzjata li għalihom l-effett ikkombinat huwa żieda ta' EUR 177,0 miljun.

L-aġġustamenti, li jirriżultaw fi tnaqqis globali ta' EUR 14,5 miljun, huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:

Linja baġitarja/Programm

Isem

Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (f'EUR)

AB 2023 (inkl. IE1)

Baġit 2023

Differenza

Intestatura 1

1.0.11

Orizzont Ewropa

11 903 569 694

11 908 569 694

5 000 000

01 02 01 02

Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie

602 437 939

607 437 939

5 000 000

1.0.13

Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER)

721 228 782

671 228 782

-50 000 000

01 04 01

Kostruzzjoni, operazzjoni u sfruttar tal-faċilitajiet ITER – Impriża Konġunta Ewropea ITER – u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni

563 509 002

513 509 002

-50 000 000

1.0.221

FNE Trasport

1 922 486 490

1 943 486 490

21 000 000

02 03 01

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – Trasport

973 760 000

994 760 000

21 000 000

1.0.222

FNE Enerġija

713 629 670

723 629 670

10 000 000

02 03 02

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) – Enerġija

246 000 000

256 000 000

10 000 000

1.0.31

Programm għas-Suq Uniku (inkl. SMEs)

610 260 036

615 260 036

5 000 000

03 02 02

Titjib tal-kompetittività tal-intrapriżi, partikolarment l-SMEs, u jiġu appoġġati fl-aċċess għas-swieq

132 069 500

137 069 500

5 000 000

PP/AP

Proġetti pilola u azzjonijiet preparatorji

 

 

9 331 250

 

Total Intestatura 1

 

 

331 250

Subintestatura 2a

PP/AP

Proġetti pilola u azzjonijiet preparatorji

 

 

875 000

 

Total Subintestatura 2a

 

 

875 000

Subintestatura 2b

2.2.23

Il-kost ta' finanzjament tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI)

1 485 775 000

1 315 775 000

-170 000 000

06 04 01

Strument ta' Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta' kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq

1 479 775 000

1 309 775 000

-170 000 000

2.2.25

Programm l-UE għas-Saħħa

619 341 615

626 841 615

7 500 000

06 06 01

Programm l-UE għas-Saħħa

570 712 378

578 212 378

7 500 000

2.2.32

Erasmus+

3 274 197 196

3 291 597 196

17 400 000

07 03 01 01

Il-promozzjoni tal-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ – Ġestjoni indiretta

2 280 250 000

2 296 250 000

16 000 000

07 03 03

Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis u tal-persunal sportiv, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet sportivi u l-politiki tal-isport.

55 000 000

56 400 000

1 400 000

2.2.33

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà (KES)

122 118 124

124 118 124

2 000 000

07 04 01

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà

104 000 000

106 000 000

2 000 000

2.2.34

Ewropa Kreattiva

306 962 192

312 462 192

5 500 000

07 05 01

Kultura

89 452 597

91 452 597

2 000 000

07 05 02

Il-Media

137 922 353

141 422 353

3 500 000

2.2.352

Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri

155 069 755

156 569 755

1 500 000

07 06 02

Il-promozzjoni tal-involviment u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni

18 510 511

19 010 511

500 000

07 06 03

Daphne

26 078 886

26 828 886

750 000

07 06 04

Protezzjoni u promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni

54 381 753

54 631 753

250 000

2.2.3DAG

Aġenziji deċentralizzati

263 290 848

265 790 848

2 500 000

07 10 08

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)

62 101 095

64 601 095

2 500 000

PP/AP

Proġetti pilola u azzjonijiet preparatorji

 

 

7 897 625

 

Total subintestatura 2b

 

 

-125 702 375

Intestatura 3

3.2.21

Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE)

513 989 167

522 689 167

8 700 000

09 02 01

Natura u bijodiversità

97 698 396

99 323 396

1 625 000

09 02 02

Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja

69 504 430

71 129 430

1 625 000

09 02 03

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih

47 000 000

48 625 000

1 625 000

09 02 04

Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa

53 000 000

56 825 000

3 825 000

PP/AP

Proġetti pilola u azzjonijiet preparatorji

 

 

1 675 000

 

Total Intestatura 3

 

 

10 375 000

Intestatura 4

4.0.11

Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

1 314 919 500

1 329 919 500

15 000 000

10 02 01

Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

710 919 500

725 919 500

15 000 000

4.0.1DAG

Aġenziji Deċentralizzati

169 169 287

172 169 287

3 000 000

10 10 01

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA)

169 169 287

172 169 287

3 000 000

4.0.211

Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF) – Strument għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi (BMVi)

394 492 752

396 992 752

2 500 000

11 02 01

Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi

276 492 752

278 992 752

2 500 000

4.0.2DAG

Aġenziji Deċentralizzati

1 117 019 143

1 067 519 143

-49 500 000

11 10 01

Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex)

793 614 137

743 614 137

-50 000 000

11 10 02

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja ("eu-LISA")

323 405 006

323 905 006

500 000

PP/AP

Proġetti pilola u azzjonijiet preparatorji

 

 

0

 

Total Intestatura 4

 

 

-29 000 000

Intestatura 5

5.0.22

Mobbiltà Militari

106 715 020

131 715 020

25 000 000

13 04 01

Mobbiltà militari

105 000 000

130 000 000

25 000 000

 

Total Intestatura 5

 

 

25 000 000

Intestatura 6

6.0.111

Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI – Ewropa Globali)

8 842 716 018

8 943 716 018

101 000 000

14 02 01 10

Il-Viċinat tan-Nofsinhar

423 893 255

444 893 255

21 000 000

14 02 01 11

Il-Viċinat tal-Lvant

185 608 958

265 608 958

80 000 000

 

Total Intestatura 6

 

 

101 000 000

Intestatura 7

7.1.24

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

485 342 893

485 977 796

634 903

7.1.25

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

174 054 500

175 059 922

1 005 422

7.1.26

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

158 652 474

158 767 970

115 496

7.1.28

L-Ombudsman Ewropew

12 943 383

13 044 771

101 388

7.1.29

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

21 941 500

22 329 702

388 202

7.1.2X

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

819 647 241

820 067 480

420 239

 

Total Intestatura 7

2 665 650

TOTAL

-14 455 475

Kumplessivament dan jirriżulta f'livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 168 648,7 miljun, li jirrappreżenta tnaqqis ta' EUR 14,5 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023.

1.5. Riżervi

Ma hemm l-ebda riżerva minbarra dawk tal-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023.

1.6. Kummenti baġitarji

It-test tal-kummenti baġitarji jikkorrispondi għall-Abbozz ta' Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023 bl-aġġustamenti li ġejjin proposti fl-ittra ta' eżegwibbiltà u maqbula mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni:

 Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom ġew introdotti emendi mill-Parlament Ewropew għat-taqsima tiegħu stess huma approvati mingħajr modifiki: Dan jinkludi l-emenda li ġejja:

- Partita 1 2 0 0 – Remunerazzjonijiet u allowances

Żid it-test li ġej:

98 pożizzjoni addizzjonali fit-tabella tal-persunal għas-sena 2023. Dawn il-pożizzjonijiet huma maħsuba għal sena baġitarja waħda u se jitneħħew mit-tabella tal-persunal fl-abbozz tal-baġit tal-2024. Dawn il-pożizzjonijiet huma maħsuba biex jiffaċilitaw il-kontinwità tal-impjieg ta' persunal temporanju fid-dawl tal-applikazzjoni tal-Artikolu 29(4) tar-Regolament tal-Persunal. L-ebda approprjazzjoni addizzjonali mhi se tkun meħtieġa.

 Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel ukoll li l-għadd ta' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal tal-"Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej u l-Kumitat ta' Persuni Eminenti Indipendenti" għandu jkun immarkat b'mod ċar fit-tabella tal-persunal tal-Parlament Ewropew billi tiġi introdotta linja ġdida taħt it-total ġenerali tal-Parlament Ewropew, li tippreċiża "li minnhom, għall-Awtorità".

 Linji baġitarji li fir-rigward tagħhom l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew huma approvati mingħajr modifiki:

- Artikolu 14 04 02 – Il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound)

It-test jiġi emendat kif ġej:

Din l-approprjazzjoni tkopri n-nefqa fuq is-salarji tal-RSUE u fuq l-istabbiliment tal-iskwadri u/jew l-istrutturi ta' sostenn tagħhom, inklużi kostijiet tal-ivvjaġġar u kostijiet tal-persunal barra dawk marbuta ma' persunal issekondat minn Stati Membri jew istituzzjonijiet tal-Unjoni. Tkopri wkoll il-kostijiet ta' kwalunkwe proġett implimentat taħt ir-responsabbiltà diretta ta' RSUE.

 Linji baġitarji li għalihom il-kumment baġitarju rispettiv kif propost fl-Abbozz ta' Baġit kif emendat bl-Ittra Emendatorja, huma approvati bil-modifiki li ġejjin:

- Partita 13 03 01 – Riċerka dwar id-difiża

Emenda l-paragrafu kif ġej:

studji, bħal studji ta' fattibbiltà biex tiġi esplorata l-fattibbiltà ta' teknoloġiji, prodotti, proċessi, servizzi u soluzzjonijiet ġodda jew imtejba, inkluż fil-qasam taċ-ċiberdifiża u ċ-ċibersigurtà,

 Linji baġitarji ġodda wara l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi Strument għall-għoti ta' appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +) fid-9 ta' Novembru 2022 li għalihom il-kumment baġitarju rispettiv huwa approvat bit-test li ġej:

- Artikolu 14 01 06 – Nefqa ta' appoġġ għall-Ukrajna – Assistenza Makrofinanzjarja Plus (MFA+)

Żid it-test li ġej:

Minbarra n-nefqa deskritta f'dan il-kapitolu, din l-approprjazzjoni hija maħsuba wkoll, u b'mod aktar speċifiku, biex tkopri n-nefqa ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Istrument u biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mal-ilħiq tal-objettivi tiegħu, inkluż appoġġ amministrattiv assoċjat mal-attivitajiet ta' tħejjija, segwitu, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni meħtieġa għal tali implimentazzjoni, kif ukoll in-nefqa fis-sede u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni għall-appoġġ amministrattiv u ta' koordinazzjoni meħtieġ għall-Istrument, u għall-ġestjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati fl-ambitu tal-Istrument, inklużi azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, u sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi.

- Kapitolu 14 07 – Assistenza Makrofinanzjarja Plus (MFA+) għall-Ukrajna

Żid it-test li ġej:

L-approprjazzjonijiet taħt dan il-kapitolu huma maħsuba biex ikopru n-nefqa operazzjonali relatata ma' azzjonijiet imwettqa fl-ambitu tal-Istrument għall-għoti ta' appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +). L-objettiv ġenerali tal-Istrument huwa li jipprovdi għajnuna finanzjarja fuq terminu qasir b'mod prevedibbli, kontinwu, ordnat u f'waqtu, finanzjament tar-riabilitazzjoni u appoġġ inizjali għar-rikostruzzjoni ta' wara l-gwerra, fejn xieraq, bil-ħsieb li l-Ukrajna tiġi appoġġata fi triqitha lejn l-integrazzjoni Ewropea.

Biex jintlaħaq l-objettiv ġenerali, l-objettivi speċifiċi ewlenin għandhom b'mod partikolari jappoġġaw:

 l-istabbiltà makrofinanzjarja, u jnaqqsu r-restrizzjonijiet finanzjarji esterni u interni tal-pajjiż;

 ma' aġenda ta' riforma orjentata lejn il-fażi preparatorja bikrija tal-proċess ta' qabel l-adeżjoni, kif ikun xieraq, inkluż it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna, ir-riforma u t-tisħiħ tal-effettività tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll it-trasparenza, ir-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha;

 ir-riabilitazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi u tal-infrastruttura u l-għajnuna għan-nies fil-bżonn.

F'konformità mal-Artikoli 21, 22 u 24 tar-Regolament Finanzjarju, il-kontribuzzjonijiet li jaslu minn pajjiżi terzi (l-Istati tal-EFTA skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, il-pajjiżi kandidati u, jekk applikabbli, il-kandidati potenzjali tal-Balkani tal-Punent, jew pajjiżi terzi oħra) għall-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Unjoni u kwalunkwe dħul ieħor assenjat imdaħħal fid-dikjarazzjoni tad-dħul jagħtu lok għall-proviżjonament ta' approprjazzjonijiet korrispondenti u għall-implimentazzjoni taħt dan il-kapitolu.

L-ammonti stmati relatati kif ukoll l-artikolu jew il-partita korrispondenti tad-dikjarazzjoni tad-dħul huma indikati, kull fejn possibbli, fil-linji baġitarji rilevanti.

- Artikolu 14 07 01 – Sussidju tar-rata tal-imgħax tal-MFA+ għall-Ukrajna

Żid it-test li ġej:

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri attivitajiet li għandhom l-għan li jagħtu sussidju tar-rata tal-imgħax relatat ma' għoti u teħid b'self, bl-eċċezzjoni tal-kostijiet relatati mal-ħlas lura bikri tas-self, fir-rigward tas-self fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(2), il-punti (d) u (e) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

- Artikolu 14 07 02 – Appoġġ mhux ripagabbli tal-MFA+ għall-Ukrajna

Żid it-test li ġej:

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri ammonti addizzjonali magħmula disponibbli mill-Istati Membri u pajjiżi terzi u partijiet interessati, implimentati bħala appoġġ mhux ripagabbli fejn previst fil-Memorandum ta' Qbil li għandu jiġi konkluż skont l-Artikolu 7 tar-Regolament propost, jew f'konformità mar-Regolament (UE) 2021/947 u r-Regolament (KE) Nru 1257/96 biex jiġu ffinanzjati miżuri li jilħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 2(2), il-punti (b) sa (c) tar-Regolament propost.

Din l-approprjazzjoni għandha b'mod partikolari tkun relatata ma'

 aġenda ta' riforma orjentata lejn il-fażi preparatorja bikrija tal-proċess ta' qabel l-adeżjoni, kif ikun xieraq, inkluż it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-Ukrajna, ir-riforma u t-tisħiħ tal-effettività tal-amministrazzjoni pubblika kif ukoll it-trasparenza, ir-riformi strutturali u l-governanza tajba fil-livelli kollha;

 ir-riabilitazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi u tal-infrastruttura u l-għajnuna għan-nies fil-bżonn.

Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern f'konformità mal-Artikolu 21(2), il-punti (d) u (e) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

 Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li jinkludi n-nota f'qiegħ il-paġna li ġejja fil-pjan ta' stabbiliment tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Żid it-test li ġej:

 "Pożizzjonijiet addizzjonali (2023) (29 awditur, b'rabta man-NGEU u awtorizzati sal-2027)".

 F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li jagħmel l-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli mill-ġdid fil-linja baġitarja 01 02 02 20. Ir-rimarki tal-baġit se jiġu aġġustati kif xieraq:

Linja baġitarja

Isem

01 02 02 20

Jiżdied it-test li ġej:

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, ammont ta' EUR 29 762 369 f'approprjazzjonijiet ta' impenn huwa disponibbli għal din il-partita baġitarja b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2020 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.

 F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li jagħmel l-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli mill-ġdid fil-linja baġitarja 01 02 02 40. Ir-rimarki tal-baġit se jiġu aġġustati kif xieraq:

Linja baġitarja

Isem

01 02 02 40

Jiżdied it-test li ġej:

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, ammont ta' EUR 89 287 105 f'approprjazzjonijiet ta' impenn huwa disponibbli għal din il-partita baġitarja b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2020 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.

 F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel li jagħmel l-approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli mill-ġdid fil-linja baġitarja 01 02 02 50. Ir-rimarki tal-baġit se jiġu aġġustati kif xieraq:

Linja baġitarja

Isem

01 02 02 50

Jiżdied it-test li ġej:

F'konformità mal-Artikolu 15.3 tar-Regolament Finanzjarju, ammont ta' EUR 29 762 369 f'approprjazzjonijiet ta' impenn huwa disponibbli għal din il-partita baġitarja b'żieda mad-diżimpenji li saru fl-2020 b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka.

Dan hu bbażat fuq il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' att ta' bażi eżistenti, jew jaffettwaw l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista' tiġi koperta minn riżorsi disponibbli.

1.7. Nomenklatura tal-baġit

In-nomenklatura tal-baġit proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendata bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2023, hija maqbula, bl-inklużjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji l-ġodda. Il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel ukoll dwar il-ħolqien ta' linja baġitarja ġdida fit-taqsima tal-Parlament Ewropew (Artikolu 5 0 2 – Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej – Pagi u allowances). Fl-aħħar nett, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi Strument għall-għoti ta' appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +) fid-9 ta' Novembru 2022, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni jaqbel dwar il-ħolqien ta' tliet linji baġitarji ġodda fit-taqsima tal-Kummissjoni Ewropea, kif ġej:

 Artikolu 14 01 06 – Nefqa ta' appoġġ għall-Ukrajna – Assistenza Makrofinanzjarja Plus (MFA+)

 Artikolu 14 07 01 – Sussidju tar-rata tal-imgħax tal-MFA+ għall-Ukrajna

 Artikolu 14 07 02 – Appoġġ mhux ripagabbli tal-MFA+ għall-Ukrajna

 


 

2. Baġit 2022

L-abbozz ta' baġit emendatorju (ABE) 5/2022 huwa approvat, b'emenda waħda fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni: minħabba l-adozzjoni tard tal-bażi legali għall-Att dwar it-Tisħiħ tal-Industrija tad-Difiża Ewropea permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA), l-ammont ta' EUR 82 972 301 f'approprjazzjonijiet ta' impenn imqiegħed fir-riżerva għal dan l-għan mhuwiex aċċettat, u l-linja baġitarja korrispondenti 13 06 01 ma nħolqitx għas-sena finanzjarja 2022.

 


3. Dikjarazzjonijiet

3.1. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b'mod attiv matul is-sena 2023 l-implimentazzjoni tal-programmi tal-QFP attwali u preċedenti (b'mod partikolari fis-subintestatura 2a u l-Iżvilupp Rurali). Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta, b'mod f'waqtu, ċifri aġġornati li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali u l-istimi rigward l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2023 (b'kont meħud tal-preċiżjoni mtejba tal-previżjonijiet tal-Istati Membri fejn applikabbli). Jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għall-2023 mhumiex biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli soluzzjoni xierqa, fost l-oħrajn abbozz ta' baġit emendatorju, bil-ħsieb li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa malajr kemm jista' jkun mingħajr dewmien żejjed għal ħtiġijiet ġustifikati. Fejn applikabbli, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser iqisu l-urġenza tal-kwistjoni, billi jnaqqsu l-perijodu ta' tmien ġimgħat għal deċiżjoni jekk jitqies meħtieġ. L-istess japplika mutatis mutandis jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2023 jkunu ogħla minn kemm ikun meħtieġ.

3.2. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep u l-programm ta' konnettività spazjali sigura

It-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu li l-finanzjament tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep u l-programm ta' konnettività spazjali sigura se jiddependi fuq l-eżitu finali tan-negozjati leġiżlattivi li għaddejjin bħalissa. Fid-dawl tat-test finali tar-Regolamenti approvati u tad-Dikjarazzjonijiet Finanzjarji Leġiżlattivi li jakkumpanjaw, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta lill-awtorità baġitarja t-trasferimenti meħtieġa jew abbozz ta' baġit emendatorju mingħajr dewmien, sabiex jiġi żgurat li ammont adegwat ta' approprjazzjonijiet isir disponibbli għall-użu fis-sena finanzjarja 2023.

Jekk jintlaħaq ftehim dwar il-finanzjament tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill inkluż l-użu tal-approprjazzjonijiet li jridu jerġgħu jsiru disponibbli abbażi tal-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju għal Orizzont Ewropa, tali modifika se tiġi inkluża f'abbozz ta' baġit emendatorju.

3.3. Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar iċ-ċibersigurtà

Iċ-ċibersigurtà robusta u kkoordinata hija ta' importanza kritika għall-kontinwità tal-operat tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, b'mod partikolari fit-tħejjija għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2024. It-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa ta' kapaċità ċentrali biex jiġu indirizzati t-theddid għaċ-ċibersigurtà u l-inċidenti tagħha. Approċċ koordinat huwa l-aktar wieħed kosteffettiv u jista' joffri livell għoli ta' protezzjoni lil kulħadd, inkluż lil dawk l-aktar vulnerabbli.

It-tliet istituzzjonijiet jirrikonoxxu l-ħtieġa għal riżorsi adegwati taċ-ċibersigurtà, f'kull istituzzjoni u, b'mod partikolari, fl-Iskwadra interistituzzjonali ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji Ewropej (CERT-UE).

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-CERT-UE u mal-istituzzjonijiet l-oħra, hija mitluba tfassal valutazzjoni, sa nofs l-2023, tal-ħtiġijiet għal pożizzjonijiet fiċ-ċibersigurtà fis-CERT-UE u fl-istituzzjonijiet kollha kif ukoll tal-mandat tas-CERT-UE.

L-awtorità baġitarja tistieden lill-Istituzzjonijiet tal-UE jikkollaboraw biex isaħħu ċ-ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet tal-UE kollha. Wara l-valutazzjoni tal-Kummissjoni, ir-riżorsi għaċ-ċibersigurtà previsti fil-baġit tal-2023 għall-istituzzjonijiet tal-UE kollha għandhom ikunu disponibbli b'mod koordinat biex tiġi massimizzata l-protezzjoni tal-Istituzzjonijiet, b'mod partikolari iżda mhux esklussivament permezz ta' tisħiħ tal-kapaċità ċentrali taċ-ċibersigurtà.

Dan huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe użu tar-riżorsi umani u baġitarji mis-CERT-UE mill-istituzzjonijiet parteċipanti li jirriżulta mill-ftehim dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri għal livell għoli komuni ta' ċibersigurtà fl-istituzzjonijiet, fil-korpi, fl-uffiċċji u fl-aġenziji tal-Unjoni (COM(2022) 122 final).

3.4. Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rieżami tal-qafas finanzjarju pluriennali

Il-Kummissjoni se tivvaluta s-sostenibbiltà tal-limiti massimi tan-nefqa u tas-sottolimiti massimi tal-intestaturi kollha tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027 fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-terminu tar-Regolament QFP, li qed tippjana li twettaq sa nofs l-2023, kif stabbilit fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-2023.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023

Referenzi

00000/2022 – C9‑0000/2022 – 2022/0212(BUD)

President tad-Delegazzjoni: Il-President

Roberta Metsola

Kumitat responsabbli
 President

BUDG
Johan Van Overtveldt

Rapporteur(s)

Nicolae Ştefănuță

Niclas Herbst

Abbozz ta' atti eżaminati

COM(2022)0400, COM(2022)0670

Pożizzjoni tal-Kunsill
 Data tal-adozzjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

12108/2022 – C9-0306/2022
9.9.2022

12.9.2022

Data tal-pożizzjoni tal-PE

19.10.2022

P9_TA(2022)0366

Data tal-ittra tal-Kunsill dwar iċ-ċaħda tal-emendi tal-Parlament

19.10.2022

Laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

27.10.2022

11.11.2022

14.11.2022

 

Data tal-adozzjoni mid-delegazzjoni tal-Parlament skont l-Artikolu 314(5) TFUE

14.11.2022

Membri preżenti

Rasmus Andresen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Alexandra Geese, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Eero Heinäluoma, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Fabienne Keller, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Eva Maria Poptcheva, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Nicolae Ştefănuță

Data tal-ftehim fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni

14.11.2022

Data li fiha l-kopresidenti stabbilew li t-test konġunt ġie approvat u ntbagħat lill-Parlament u lill-Kunsill

14.11.2022

Data tat-tressiq

18.11.2022

 

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Novembru 2022
Avviż legali - Politika tal-privatezza