RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta' New Zealand kompetenti fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu

13.1.2023 - (10092/2022 – C9‑0288/2022 – 2022/0157(NLE)) - ***

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Annalisa Tardino

Proċedura : 2022/0157(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0003/2023
Testi mressqa :
A9-0003/2023
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta' New Zealand kompetenti fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu

(10092/2022 – C9‑0288/2022 – 2022/0157(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill (10092/2022),

 wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta' New Zealand kompetenti fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu (9269/2022),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill f'konformità mal-Artikoli 16(2) u (88) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9‑0288/2022),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-10 ta' Lulju 2020[1] dwar il-konklużjoni ta' ftehim, li qed jiġi nnegozjat, bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand dwar l-iskambju ta' data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet kompetenti ta' New Zealand għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0003/2023),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta' New Zealand.


NOTA SPJEGATTIVA

 

Din il-proposta hija dwar it-talba għall-approvazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim ta' kooperazzjoni strateġika dwar l-iskambju ta' data personali bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti ta' New Zealand għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, inklużi l-kriminalità serja u t-terroriżmu, li għalihom huwa meħtieġ il-Kunsens tal-Parlament Ewropew.

L-objettiv tal-ftehim huwa li jippermetti t-trasferiment ta' data personali, sabiex tissaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-UE u ta' New Zealand, kif ukoll il-kooperazzjoni tagħhom ma' xulxin, bil-ħsieb li jiġu evitati u miġġielda r-reati, inklużi l-kriminalità serja u t-terroriżmu, li qed isiru dejjem aktar fenomeni transnazzjonali u saħansitra globali, filwaqt li jiġu żgurati salvagwardji adegwati b'rabta mar-rispett sħiħ tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, inklużi l-privatezza u l-protezzjoni tad-data, kif rikonoxxut mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Peress li l-Unjoni Ewropea u New Zealand ilhom jiffaċċjaw sfidi ta' sigurtà simili għal għadd ta' snin, nemmnu li l-kooperazzjoni għall-infurzar tal-liġi fl-oqsma tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, it-traffikar tad-drogi, iċ-ċiberkriminalità, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, u l-migrazzjoni illegali, tista' ġġib benefiċċji estensivi għaż-żewġ partijiet u hija fl-interess tal-Unjoni Ewropea.

B'mod ġenerali, ir-Rapporteur tqis li l-ftehim milħuq huwa sodisfaċenti, peress li se jippermetti t-trasferiment ta' data personali bejn il-Europol u l-awtoritajiet kompetenti ta' New Zealand, u fl-istess ħin jiżgura salvagwardji adegwati tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data.

Ir-Rapporteur tilqa' l-fatt li r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-10 ta' Lulju 2022 (2020/2048(INI)) tqiesu b'mod adegwat, b'mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim, il-prinċipju tal-limitazzjoni taż-żamma tad-data kif ukoll l-obbligu li s-suġġetti tad-data jiġu nnotifikati.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza li New Zealand għandha leġiżlazzjoni stabbilita sew dwar il-protezzjoni tad-data u awtorità indipendenti għall-protezzjoni tad-data.

Fl-aħħar nett, ta' min jissemma' li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), fl-opinjoni tiegħu dwar il-Proposta għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim, ikkonferma wkoll li "jista' jintuża wkoll bħala mudell għal ftehimiet futuri dwar l-iskambju ta' data personali għal finijiet ta' infurzar tal-liġi".

Ir-Rapporteur irrakkomandat li l-Parlament Ewropew jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim.


 

OPINJONI TAL-MINORANZA

 

Skont l-Artikolu 55(4) tar-Regoli ta' Proċedura

Fabienne Keller (Renew Europe)

 

Bħala membru pro-Ewropew tal-Parlament Ewropew, konvinta mill-interess u l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u New Zealand biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu, nappoġġa bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-konklużjoni ta’ ftehim ġdid dwar l-iskambju ta’ data personali bejn il-Europol u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. F’dan is-sens, appoġġajt ir-rapport leġiżlattiv li japprova l-konklużjoni tal-ftehim. Madankollu, nixtieq niddikjara li l-appoġġ tiegħi għal dan ir-rapport, li r-Rapporteur tiegħu huwa mill-Grupp ID, ma jista' bl-ebda mod jgħaqqadna ma' dan il-grupp politiku u l-opinjonijiet Ewroxettiċi li jwassal, u li nopponihom bil-qawwa.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra, dwar l-iskambju ta’ data personali bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u l-awtoritajiet ta’ New Zealand kompetenti fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu

Referenzi

10092/2022 – C9-0288/2022 – 2022/0157(NLE)

Data tal-konsultazzjoni jew tat-talba għal approvazzjoni

18.7.2022

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

12.9.2022

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Annalisa Tardino

13.7.2022

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.6.2022

27.6.2022

25.10.2022

 

Data tal-adozzjoni

12.1.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Abir Al-Sahlani, Vladimír Bilčík, Malin Björk, Vasile Blaga, Patrick Breyer, Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Patricia Chagnon, Clare Daly, Lena Düpont, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Laura Ferrara, Andrzej Halicki, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Marina Kaljurand, Fabienne Keller, Łukasz Kohut, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Lukas Mandl, Erik Marquardt, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Paulo Rangel, Karlo Ressler, Isabel Santos, Sara Skyttedal, Vincenzo Sofo, Ramona Strugariu, Yana Toom, Milan Uhrík, Tom Vandendriessche, Elena Yoncheva

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Loucas Fourlas, Beata Kempa, Ondřej Kovařík, Alessandra Mussolini, Sira Rego, Domènec Ruiz Devesa, Loránt Vincze, Petar Vitanov, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Gunnar Beck, Isabel Benjumea Benjumea, Marian-Jean Marinescu, René Repasi, Antonio Maria Rinaldi, Mounir Satouri, Jörgen Warborn

Data tat-tressiq

13.1.2023

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

50

+

ECR

Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Patryk Jaki, Beata Kempa, Vincenzo Sofo

ID

Gunnar Beck, Patricia Chagnon, Antonio Maria Rinaldi, Tom Vandendriessche

NI

Laura Ferrara

PPE

Asim Ademov, Isabel Benjumea Benjumea, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Lena Düpont, Loucas Fourlas, Andrzej Halicki, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Marian-Jean Marinescu, Nadine Morano, Alessandra Mussolini, Paulo Rangel, Karlo Ressler, Sara Skyttedal, Loránt Vincze, Jörgen Warborn, Tomáš Zdechovský

Renew

Abir Al-Sahlani, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Moritz Körner, Ondřej Kovařík, Maite Pagazaurtundúa, Ramona Strugariu, Yana Toom

S&D

Marina Kaljurand, Łukasz Kohut, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, René Repasi, Domènec Ruiz Devesa, Petar Vitanov, Elena Yoncheva

The Left

Malin Björk

Verts/ALE

Patrick Breyer, Alice Kuhnke, Erik Marquardt, Mounir Satouri

 

3

-

S&D

Isabel Santos

The Left

Clare Daly, Sira Rego

 

1

0

NI

Milan Uhrík

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Jannar 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza