RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009

7.3.2023 - (COM(2022)0151 – C9‑0143/2022 – 2022/0100(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Jessica Polfjärd


Proċedura : 2022/0100(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009

(COM(2022)0151 – C9‑0143/2022 – 2022/0100(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2022)0151),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0143/2022),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta’ Ġunju 2022[1],

 wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A9-0050/2023),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


 

Emenda  1

 

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 jiżgura, fost l-oħrajn, li l-Unjoni tikkonforma mal-Protokoll. Fl-evalwazzjoni tagħha tar-Regolament (KE) Nru 1005/200919, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ta’ kontroll stabbiliti skont dak ir-Regolament jibqgħu, b’mod ġenerali, adegwati għall-użu.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18 jiżgura, fost l-oħrajn, li l-Unjoni tikkonforma mal-Protokoll. Fl-evalwazzjoni tagħha tar-Regolament (KE) Nru 1005/200919, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ta’ kontroll stabbiliti skont dak ir-Regolament jibqgħu, b’mod ġenerali, adegwati għall-użu, huma effiċjenti u kkontribwew b’mod sinifikanti għall-irkupru stratosferiku tal-ożonu u għat-tnaqqis tat-tisħin tal-klima.

__________________

__________________

18 Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 16.09.2009, p. 1).

18 Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 16.09.2009, p. 1).

19 L-Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, SWD(2019) 407 final tas-26 ta’ Novembru 2019.

19 L-Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, SWD(2019) 407 final tas-26 ta’ Novembru 2019.

Emenda  2

 

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Hemm evidenza ċara ta’ tnaqqis fil-piż atmosferiku tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u tal-irkupru stratosferiku tal-ożonu. Madankollu, l-irkupru tas-saff tal-ożonu għal-livell tal-konċentrazzjonijiet li kien jeżisti qabel l-1980 ma huwiex previst li se jseħħ qabel in-nofs tas-seklu 21. Għalhekk, iż-żieda fir-radjazzjoni UV tippersisti bħala theddida sinifikanti għas-saħħa u għall-ambjent. L-evitar tar-riskju ta’ dewmien ulterjuri fl-irkupru tas-saff tal-ożonu jibqa’ dipendenti fuq l-iżgurar li l-obbligi eżistenti jiġu implimentati bis-sħiħ, kif ukoll li l-miżuri meħtieġa jkunu fis-seħħ sabiex jindirizzaw kwalunkwe sfida li ġejja malajr u b’mod effettiv.

(5) Hemm evidenza ċara ta’ tnaqqis fil-piż atmosferiku tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u tal-irkupru stratosferiku tal-ożonu. Madankollu, skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, it-toqba fl-ożonu tal-2021 kienet waħda mill-akbar u l-aktar profondi ta’ dawn l-aħħar snin u kienet akbar mill-medja matul l-aħħar 5 u 10 snin. L-irkupru tas-saff tal-ożonu għadu fraġli ħafna, u l-irkupru għal-livell tal-konċentrazzjonijiet li kien jeżisti qabel l-1980 ma huwiex previst li se jseħħ qabel in-nofs tas-seklu 21. Għalhekk, iż-żieda fir-radjazzjoni UV tippersisti bħala theddida sinifikanti għas-saħħa u għall-ambjent. L-evitar tar-riskju ta’ dewmien ulterjuri fl-irkupru tas-saff tal-ożonu jibqa’ dipendenti fuq l-iżgurar li l-obbligi eżistenti jiġu implimentati bis-sħiħ, li tittieħed aktar azzjoni, u li l-miżuri meħtieġa jkunu fis-seħħ sabiex jindirizzaw kwalunkwe sfida li ġejja malajr u b’mod effettiv.

Emenda  3

 

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal ta’ tisħin globali tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, minbarra l-potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu tas-sustanzi, jenħtieġ li anki l-potenzjal ta’ tisħin globali rispettiv tagħhom jiġi elenkat f’dan ir-Regolament.

(7) Sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal ta’ tisħin globali tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, minbarra l-potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu tas-sustanzi, jenħtieġ li anki l-potenzjal ta’ tisħin globali rispettiv tagħhom jiġi elenkat u indirizzat f’dan ir-Regolament kif ukoll fuq it-tikketti tal-kontenituri ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Fejn disponibbli, jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinkludi l-potenzjal ta’ tisħin globali espress kemm fuq perjodu ta’ żmien ta’ 100 sena kif ukoll fuq perjodu ta’ żmien ta’ 20 sena, biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal għoli ta’ tisħin globali fuq perjodu ta’ żmien qasir ta’ xi sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu.

Emenda  4

 

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni vinkolanti bbażati fuq linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni biex jitnaqqas ir-riskju ta’ formazzjoni pirokumulonimbus minn nirien fil-foresti u l-impatt negattiv tagħhom fuq l-istratosfera u s-saff tal-ożonu.

Emenda  5

 

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-produzzjoni tal-Unjoni ta’ sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-2021 kienet ogħla milli kienet matul l-għaxar snin preċedenti, wara li żdiedet b’27 % fl-2021 meta mqabbla mal-2020. 90 % ta’ dik iż-żieda hija dovuta għall-użu tal-materja prima. L-użu tal-materja prima żdied bi 11 % meta mqabbel mal-20201a. Filwaqt li d-deroga għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu użati bħala materja prima fil-produzzjoni kimika ta’ ċerti prodotti, inklużi l-farmaċewtiċi, ġiet iġġustifikata fid-dawl tal-potenzjal kombinat baxx tagħhom li jnaqqas l-ożonu (>1tODP) u n-nuqqas ta’ għażliet alternattivi fattibbli, huwa possibbli li l-emissjonijiet mill-użi tal-materja prima qed jiġu sottovalutati1b. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi lista ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għalihom huwa permess l-użu bħala materja prima u tivvaluta regolarment id-disponibbiltà tal-alternattivi tagħhom. Sabiex jiġu eliminati b’mod progressiv tali użi fejn jeżistu alternattivi, is-setgħa li jiġu adottati atti delegati jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tipproponi limiti massimi aktar baxxi maż-żmien.

 

__________________

 

1a Ozone Depleting Substances 2022 (Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu 2022), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

 

1b “Narrowing feedstock exemptions under the Montreal Protocol has multiple environmental benefits” (It-tnaqqis tal-eżenzjonijiet tal-materja prima skont il-Protokoll ta’ Montreal għandu benefiċċji ambjentali multipli), Stephen O. Andersen, et all. 2021: https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC8665836/ u “Unfinished business after five decades of ozone-layer science and policy” (Xogħol mhux mitmum wara ħames deċennji ta’ xjenza u politika dwar is-saff tal-ożonu), Susan Salomon et al. 2020

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Kumitat dwar l-Għażliet Tekniċi tal-Aloni (HTOC) stabbilit skont il-Protokoll indika li l-istokkijiet tal-aloni mhux verġni għall-użi kritiċi jistgħu ma jkunux biżżejjed sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet mill-2030 ’il quddiem fil-livell globali. Sabiex jiġi evitat li l-produzzjoni l-ġdida tal-aloni ssir meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri, huwa importanti li jittieħdu miżuri sabiex tiżdied id-disponibbiltà tal-istokkijiet tal-alon irkuprat mit-tagħmir.

(12) Il-Kumitat dwar l-Għażliet Tekniċi tal-Aloni (HTOC) stabbilit skont il-Protokoll indika li l-istokkijiet tal-aloni mhux verġni għall-użi kritiċi jistgħu ma jkunux biżżejjed sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet mill-2030 ’il quddiem fil-livell globali. Sabiex jiġi evitat li l-produzzjoni l-ġdida tal-aloni ssir meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri, huwa importanti li jittieħdu miżuri sabiex tiżdied id-disponibbiltà u jiġi pprovdut monitoraġġ adegwat tal-istokkijiet tal-alon irkuprat mit-tagħmir.

Emenda  7

 

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Hemm tħassib dejjem akbar dwar l-impatt fuq l-emissjonijiet globali ta’ xi wħud mis-sustanzi l-ġodda elenkati fl-Anness II, inkluża, pereżempju, iż-żieda rapida fil-konċentrazzjoni atmosferika tad-diklorometan li tista’ ddewwem b’mod sostanzjali, b’aktar minn għaxar snin, l-irkupru tat-toqba fl-ożonu1a. Fl-2021, il-produzzjoni ta’ sustanzi ġodda li jnaqqsu s-saff tal-ożonu mhux koperti mill-Protokoll, f’tunnellati metriċi, kienet madwar erba’ darbiet ogħla mill-produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati1b. Għalhekk huwa essenzjali li jkun hemm aktar kontroll u monitoraġġ. Jenħtieġ li r-rekwiżiti applikati għas-sustanzi elenkati fl-Anness I fir-rigward ta’ tnixxijiet u r-reġistrazzjoni fis-sistema ta’ liċenzjar jiġu estiżi għas-sustanzi elenkati fl-Anness II. Dak l-approċċ mhux biss inaqqas l-impatti negattivi potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa iżda jarmonizza mal-approċċ meħud skont ir-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 517/2014.

 

__________________

 

1a “The increasing threat to stratospheric ozone from dichloromethane” (It-theddida dejjem akbar għall-ożonu stratosferiku mid-diklorometan) Hossaini et al, 2017: https://doi.org/10.1038/s41467-019-13899-4

 

1b “Ozone Depleting Substances 2022” (Sustanzi Li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu 2022), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

Emenda  8

 

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Jenħtieġ li kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu pprojbiti, meta jitqies li inevitabbilment jifdal ammont ta’ sustanza f’dawn il-kontenituri meta jitbattlu, li mbagħad jiġi rrilaxxat fl-atmosfera. F’dan ir-rigward, huwa neċessarju li l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista sussegwenti jew id-disponibbiltà fis-suq u l-użu tagħhom jiġi pprojbit, għajr għal użi fil-laboratorji u għal użi analitiċi, u l-esportazzjoni tagħhom.

(16) Jenħtieġ li kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu pprojbiti, meta jitqies li inevitabbilment jifdal ammont ta’ sustanza f’dawn il-kontenituri meta jitbattlu, li mbagħad jiġi rrilaxxat fl-atmosfera. F’dan ir-rigward, huwa neċessarju li l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista sussegwenti jew id-disponibbiltà fis-suq u l-użu tagħhom jiġi pprojbit, għajr għal użi fil-laboratorji u għal użi analitiċi, u l-esportazzjoni tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li l-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew jerġgħu jimtlew minflok jintremew, jenħtieġ li l-impriżi jkunu meħtieġa, meta tali kontenituri jitqiegħdu fis-suq, jipproduċu evidenza dwar l-arranġamenti għar-ritorn għall-fini ta’ mili mill-ġdid.

Emenda  9

 

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 jipprevedi t-tikkettar ta’ sustanzi kklassifikati bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u t-tikkettar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn. Peress li huwa permess ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Unjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu prodotti għall-materja prima, għal użi bħala aġent ta’ proċess, għal użi fil-laboratorji u għal użi analitiċi, jenħtieġ li dawk is-sustanzi jiġu distinti minn sustanzi li jiġu prodotti għal użi oħrajn.

(17) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 jipprevedi t-tikkettar ta’ sustanzi kklassifikati bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u t-tikkettar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn. Peress li huwa permess ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fis-suq tal-Unjoni tal-alon u l-bromur tal-metil u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, kif ukoll ta’ sustanzi oħra li jnaqqsu s-saff tal-ożonu prodotti għall-materja prima, għal użi bħala aġent ta’ proċess, għal użi fil-laboratorji u għal użi analitiċi u għall-qerda fl-Unjoni, jenħtieġ li dawk is-sustanzi jiġu distinti minn sustanzi li jiġu prodotti għal użi oħrajn.

__________________

__________________

24 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

24 Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

Emenda  10

 

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-esportazzjoni ta’ prodotti u tagħmir li fihom l-idroklorofluworokarburi tista’ tkun permessa b’mod eċċezzjonali f’każijiet fejn jista’ jkun ta’ benefiċċju akbar li dawn il-prodotti u t-tagħmir jitħallew itemmu ċ-ċiklu tal-ħajja naturali tagħhom f’pajjiż terz milli jiġu dekummissjonati u jintremew fl-Unjoni.

(18) L-esportazzjoni ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom l-idroklorofluworokarburi tista’ tkun permessa b’mod eċċezzjonali f’każijiet fejn jista’ jkun ta’ benefiċċju akbar li dawn il-prodotti u t-tagħmir jitħallew itemmu ċ-ċiklu tal-ħajja naturali tagħhom f’pajjiż terz milli jiġu dekummissjonati u jintremew fl-Unjoni, dment li jkunu stabbiliti l-faċilitajiet xierqa meħtieġa, kif ukoll il-persunal speċjalizzat biex iwettaq tali operazzjonijiet, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tniġġis ambjentali ulterjuri.

Emenda  11

 

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Minħabba li l-proċess tal-produzzjoni għal xi sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jista’ jirriżulta f’emissjonijiet tat-trifluworometan prodott f’gass fluworurat b’effett ta’ serra bħala prodott sekondarju, jenħtieġ li tali emissjonijiet ta’ prodotti sekondarji jinqerdu jew jiġu rkuprati għall-użu sussegwenti bħala kundizzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza li tnaqqas l-ożonu. Jenħtieġ li l-produtturi u l-importaturi jkunu meħtieġa wkoll li jiddokumentaw il-miżuri adottati sabiex jipprevjenu l-emissjonijiet tat-trifluworometan matul il-proċess tal-produzzjoni.

(19) Minħabba li l-proċess tal-produzzjoni għal xi sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jista’ jirriżulta f’emissjonijiet tat-trifluworometan prodott f’gass fluworurat b’effett ta’ serra bħala prodott sekondarju, jenħtieġ li tali emissjonijiet ta’ prodotti sekondarji jiġu mmonitorjati b’mod rigoruż, jinqerdu jew jiġu rkuprati għall-użu sussegwenti bħala kundizzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu. Jenħtieġ li l-produtturi u l-importaturi jkunu meħtieġa wkoll li jiddokumentaw il-miżuri adottati sabiex jipprevjenu l-emissjonijiet tat-trifluworometan matul il-proċess tal-produzzjoni u li jipprovdu prova tal-qerda u l-irkupru f’konformità mal-aħjar tekniki disponibbli. Jenħtieġ ukoll li jkunu meħtieġa jirrapportaw dwar il-konformità ma’ dan ir-Regolament.

Emenda  12

 

Proposta għal regolament

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex jiġi żgurat li s-sustanzi u l-prodotti u t-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament li jkunu ġew importati illegalment fis-suq tal-Unjoni ma jerġgħux jidħlu fis-suq, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonfiskaw jew jissekwestraw dawn il-prodotti għar-rimi. Jenħtieġ li r-riesportazzjoni ta’ prodotti li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament tkun ipprojbita fi kwalunkwe każ.

(23) Sabiex jiġi żgurat li s-sustanzi u l-prodotti u t-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament li jkunu ġew importati illegalment fis-suq tal-Unjoni ma jerġgħux jidħlu fis-suq, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkonfiskaw jew jissekwestraw dawn il-prodotti u jeqirduhom. Jenħtieġ li r-riesportazzjoni ta’ prodotti li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament tkun ipprojbita fi kwalunkwe każ.

Emenda  13

 

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) Ir-rekwiżit li jiġu rkuprati l-fowms li jkun fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu minn materjal tal-bini jista’ jwassal għall-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp dwar it-teknoloġiji tat-twaqqigħ, tar-reklamazzjoni u tar-riċiklaġġ u jista’ jkollu effetti pożittivi fuq l-impjiegi minħabba l-intensità tax-xogħol tal-proċess tad-dekummissjonar u l-ħtieġa ta’ aktar kapaċità ta’ trattament għal dawk it-tipi ta’ skart. Madankollu, dak ir-rekwiżit jista’ joħloq xi ħtieġa addizzjonali ta’ taħriġ ta’ persunal speċjalizzat fl-impriżi rilevanti, li spiss ikunu intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal involut u jżidu wkoll id-disponibbiltà ta’ programmi ta’ taħriġ għat-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema u l-użu ta’ tekniki sostenibbli.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 28b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b) Il-bidla lejn l-użu ta’ alternattivi għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu se twassal għall-innovazzjoni ekoloġika u l-impjiegi. Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw tranżizzjoni ekwa u ġusta, li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura, għall-persunal impjegat mill-impriżi li ma jirnexxilhomx fit-tranżizzjoni lejn tali alternattivi.

Emenda  15

 

Proposta għal regolament

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Il-Protokoll jeħtieġ rapportar dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Għalhekk, jenħtieġ li l-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jirrapportaw kull sena dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Jenħtieġ li l-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għadhom ma humiex koperti mill-Protokoll (elenkati fl-Anness II) jiġi rrapportat ukoll sabiex tkun tista’ tiġi vvalutata l-ħtieġa li jiġu estiżi xi wħud mill-miżuri ta’ kontroll jew mill-miżuri ta’ kontroll kollha applikabbli għas-sustanzi elenkati fl-Anness I sabiex ikopru wkoll dawn is-sustanzi.

(32) Il-Protokoll jirrikjedi rapportar dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Għalhekk, jenħtieġ li l-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jirrapportaw kull sena dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Jenħtieġ li l-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għadhom ma humiex koperti mill-Protokoll (elenkati fl-Anness II) jiġi rrapportat ukoll sabiex tiġi vvalutata estensjoni futura tal-miżuri ta’ kontroll għall-irkupru, il-qerda, ir-riċiklaġġ jew ir-reklamazzjoni, applikabbli għas-sustanzi elenkati fl-Anness I sabiex ikopru wkoll dawn is-sustanzi.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 33b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33b) L-informaturi jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti lejn informazzjoni ġdida li tista’ tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jidentifikaw ksur ta’ dan ir-Regolament u tippermettilhom jimponu penali. Jenħtieġ li jiġi żgurat li jiġu stabbiliti arranġamenti adegwati li jippermettu lill-informaturi jwissu lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur reali jew potenzjali ta’ dan ir-Regolament u li l-informaturi jiġu protetti minn kwalunkwe ritaljazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Test identiku għall-premessa tal-Kummissjoni fil-proposta għal reviżjoni tal-FGR.

Emenda  17

 

Proposta għal regolament

Premessa 36

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Jenħtieġ li l-ksur serju ta’ dan ir-Regolament jiġi mħarrek ukoll skont id-dritt kriminali, f’konformità mad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27.

(36) Jenħtieġ li l-ksur serju ta’ dan ir-Regolament jiġi mħarrek ukoll skont id-dritt kriminali, f’konformità mad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27. Meta jitqies li filwaqt li r-reati amministrattivi u kriminali huma differenti fin-natura tagħhom, dawn ma jeskludux lil xulxin, u għalhekk jiġu imposti penali amministrattivi mill-awtorità kompetenti fil-qafas ta’ proċedimenti amministrattivi u pieni kriminali mill-qorti kriminali fi Stat Membru f’konformità mad-Direttiva 2008/99/KE.

__________________

__________________

27 Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

27 Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

Emenda  18

 

Proposta għal regolament

Premessa 40a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a) L-ossidu nitruż (N2O), li prinċipalment jiġi rilaxxat fl-arja minn fertilizzanti żejda bbażati fuq in-nitroġenu fil-ħamrija, huwa ppruvat li huwa sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu. Minn mindu tnaqqsu l-klorofluworokimiċi u alokarburi oħra li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, l-N2O ġie rikonoxxut bħala wieħed mill-aktar sustanzi sinifikanti li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u jirriskja li jimmina l-kisbiet tal-Protokoll1a. Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu dwar “Strateġija ‘Mill-Għalqa sal-Platt’ għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent”, il-Kummissjoni impenjat ruħha li taġixxi biex tnaqqas it-telf tan-nutrijenti b’mill-inqas 50 %, li għandu jirriżulta fi tnaqqis ta’ mill-inqas 20 % fl-użu tal-fertilizzanti sal-2030.

 

__________________

 

1a Ara pereżempju: “Drawing Down N2O To Protect Climate and the Ozone Layer” (It-Tnaqqis tal-N2O Biex Jiġu Protetti l-Klima u s-Saff tal-Ożonu), UNEP, 2013

Emenda  19

 

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista ulterjuri kif ukoll l-użu, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni relatata ma’ dawk is-sustanzi u dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista ulterjuri u l-użu ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi.

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-ħażna u l-provvista ulterjuri kif ukoll l-użu, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni relatata ma’ dawk is-sustanzi u dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista ulterjuri u l-użu ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi.

Emenda  20

 

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament japplika wkoll għal prodotti u tagħmir u l-partijiet tagħhom, li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi.

2. Dan ir-Regolament japplika wkoll għal prodotti u tagħmir u l-partijiet tagħhom, li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi parzjalment jew kompletament fuq dawk is-sustanzi.

Emenda  21

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) “materja prima” tfisser kwalunkwe sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu li tgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih tkun kompletament mibdula mill-kompożizzjoni oriġinali tagħha u li l-emissjonijiet ma jkunux sinifikanti;

(1) “materja prima” tfisser kwalunkwe sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu li tgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih tkun kompletament mibdula mill-kompożizzjoni oriġinali tagħha;

Emenda  22

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) “tqegħid fis-suq” tfisser il-forniment jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni, għall-ewwel darba, bi ħlas jew mingħajr ħlas, ir-rilaxx doganali għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, u l-użu ta’ sustanzi prodotti jew l-użu ta’ prodotti jew ta’ tagħmir manifatturati għall-użu proprju;

(5) (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  23

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) “produttur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-Unjoni;

Emenda  24

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) “kontenitur” tfisser kontenitur kif definit fl-Artikolu [X] tar-Regolament xxxx/xxxx [ir-Regolament dwar il-gassijiet fluworurati];

Emenda  25

 

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) “prodotti u tagħmir” tfisser il-prodotti u t-tagħmir kollha, inklużi partijiet tagħhom, minbarra l-kontenituri, użati għat-trasport jew għall-ħażna ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

(11) (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  26

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mill-Artikolu 4(1), is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jiġu prodotti, jitqiegħdu fis-suq, u sussegwentement jiġu forniti jew magħmulin disponibbli għal persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas sabiex jintużaw bħala materja prima.

B’deroga mill-Artikolu 4(1), is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jiġu prodotti, jitqiegħdu fis-suq, u sussegwentement jiġu forniti jew magħmulin disponibbli għal persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas biss meta jkunu permessi li jintużaw bħala materja prima.

Emenda  27

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha sa... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I li għalihom huwa permess l-użu bħala materja prima, l-użi rispettivi tal-materja prima għal kull waħda minn dawk is-sustanzi, u l-livell ta’ emissjonijiet tagħhom.

 

Emenda  28

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sal-1 ta’ Jannar 2025 u kull sentejn u nofs wara dan, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-disponibbiltà attwali u futura ta’ alternattivi għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I li għalihom l-użu bħala materja prima huwa permess fl-Unjoni, filwaqt li tqis ir-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi, l-impatti f’termini ta’ potenzjal li jnaqqas l-ożonu u d-disponibbiltà ta’ data aktar preċiża dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-materja prima, l-iżviluppi teknoloġiċi li jirriżultaw fid-disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament fattibbli, u l-użu tal-enerġija, l-effiċjenza, il-fattibbiltà ekonomika u l-kost ta’ dawk l-alternattivi. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-konklużjonijiet ta’ dawk il-valutazzjonijiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Emenda  29

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-Kummissjoni tikkonkludi fil-valutazzjoni tagħha li alternattiva fattibbli għal sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu hija disponibbli għal użu partikolari bħala materja prima, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 3 xhur, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 li jissupplimentaw dan ir-Regolament biex jistabbilixxu livell massimu ta’ emissjonijiet u skeda għat-tneħħija gradwali tal-limiti kwantitattivi tal-użu tas-sustanza rilevanti li tnaqqas is-saff tal-ożonu fil-lista msemmija fit-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

Emenda  30

 

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jiġu prodotti, jitqiegħdu fis-suq, u sussegwentement jiġu forniti jew magħmulin disponibbli, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, lil persuna oħra fl-Unjoni għall-użu bħala materja prima, jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan. Kontenituri li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu maħsubin għal tali użi għandhom jiġu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza tista’ tintuża biss għall-iskop applikabbli. Fejn tali sustanzi jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ tikkettar previsti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, tali indikazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tikketti msemmijin f’dak ir-Regolament.

Emenda  31

 

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness V, fejn alternattivi jew teknoloġiji teknikament u ekonomikament fattibbli ma jkunux disponibbli għall-użi elenkati f’dak l-Anness fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti fl-Anness V jew ma jkunux aċċettabbli minħabba l-impatti tagħhom fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa, jew fejn ikun meħtieġ li tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni dwar użi kritiċi tal-aloni stabbiliti b’mod partikolari taħt il-Protokoll, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) jew taħt il-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (MARPOL).

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness V, fejn alternattivi jew teknoloġiji teknikament u ekonomikament fattibbli jkunu disponibbli għall-użi elenkati f’dak l-Anness qabel waħda jew aktar mid-dati tat-tmiem speċifikati f’dak l-Anness, jew ma jkunux disponibbli għall-użi elenkati f’dak l-Anness fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti f’dak l-Anness, jew ma jkunux aċċettabbli minħabba l-impatti tagħhom fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa, jew fejn ikun meħtieġ li tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni dwar użi kritiċi tal-aloni stabbiliti b’mod partikolari taħt il-Protokoll, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) jew taħt il-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti (MARPOL).

Emenda  32

 

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u wara talba sostanzjata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tagħti derogi limitati biż-żmien mid-dati tat-tmiem jew mid-dati limitu speċifikati fl-Anness V għal każ speċifiku fejn jintwera fit-talba li ma hemm l-ebda alternattiva teknikament u ekonomikament fattibbli disponibbli għal dik l-applikazzjoni partikolari. F’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tinkludi obbligi ta’ rapportar, u tista’ teħtieġ is-sottomissjoni ta’ evidenza ta’ sostenn meħtieġa għall-monitoraġġ tal-użu tad-deroga, inkluż evidenza dwar l-ammonti rkuprati għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, ir-riżultati tal-kontrolli tat-tnixxijiet u l-ammonti ta’ ħażniet ta’ aloni mhux użati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

4. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u wara talba sostanzjata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tagħti derogi limitati biż-żmien mid-dati tat-tmiem jew mid-dati limitu speċifikati fl-Anness V għal każ speċifiku fejn jintwera fit-talba li ma hemm l-ebda alternattiva teknikament u ekonomikament fattibbli disponibbli għal dik l-applikazzjoni partikolari. F’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinkludi obbligi ta’ rapportar, u għandha tirrikjedi s-sottomissjoni ta’ evidenza ta’ sostenn meħtieġa għall-monitoraġġ tal-użu tad-deroga, inkluż evidenza dwar l-ammonti rkuprati għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, ir-riżultati tal-kontrolli tat-tnixxijiet u l-ammonti ta’ ħażniet ta’ aloni mhux użati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Emenda  33

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F’każ ta’ emerġenza, meta minħabba tifqigħat għall-għarrieda ta’ pesti jew ta’ mard partikolari jkun meħtieġ hekk, il-Kummissjoni, fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tista’ tawtorizza, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu temporanju tal-bromur tal-metil, dment li t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-bromur tal-metil ikunu permessi, rispettivament, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u r-Regolament (UE) Nru 528/2012. Kwalunkwe kwantità mhux użata ta’ bromur tal-metil għandha tinqered.

1. F’każ ta’ emerġenza, meta minħabba tifqigħat għall-għarrieda ta’ pesti jew ta’ mard partikolari jkun meħtieġ hekk, il-Kummissjoni, fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tista’ tawtorizza, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u wara notifika lis-Segretarjat tal-Ożonu f’konformità mad-Deċiżjoni IX/7 tal-Partijiet għall-Protokoll, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu temporanju tal-bromur tal-metil, dment li t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-bromur tal-metil ikunu permessi, rispettivament, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u r-Regolament (UE) Nru 528/2012. Kwalunkwe kwantità mhux użata ta’ bromur tal-metil għandha tinqered.

Emenda  34

 

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ bromur tal-metil waqt l-użu u japplikaw għal perjodu li ma jaqbiżx il-120 jum u għal kwantità li ma taqbiżx l-20 tunnellata metrika ta’ bromur tal-metil. F’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tinkludi rekwiżiti ta’ rapportar u tista’ teħtieġ is-sottomissjoni ta’ evidenza ta’ sostenn neċessarja għall-monitoraġġ tal-użu tal-bromur tal-metil, inkluż evidenza dwar il-qerda ta’ sustanzi wara t-tmiem tad-deroga. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

2. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ bromur tal-metil waqt l-użu u japplikaw għal perjodu li ma jaqbiżx il-120 jum u għal kwantità li ma taqbiżx l-20 tunnellata metrika ta’ bromur tal-metil. F’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinkludi rekwiżiti ta’ rapportar u għandha tirrikjedi s-sottomissjoni ta’ evidenza ta’ sostenn neċessarja għall-monitoraġġ tal-użu tal-bromur tal-metil, inkluż evidenza dwar il-qerda ta’ sustanzi wara t-tmiem tad-deroga. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Emenda  35

 

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-liċenzja msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tkun meħtieġa f’każijiet ta’ ħażna temporanja.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u mill-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli simplifikati għal-liċenzjar fil-każ ta’ ħażna temporanja kif definit fl-Artikolu 5, il-punt (17), tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Emenda  36

 

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mill-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, wara talba minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tawtorizza l-esportazzjoni ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom idroklorofluworkarburi fejn jintwera li fid-dawl tal-valur ekonomiku u tat-tul tal-ħajja li jifdal mistenni tal-merkanzija speċifika, il-projbizzjoni tal-esportazzjoni tkun timponi piż sproporzjonat fuq l-esportatur, u tali esportazzjoni tkun konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-pajjiż tad-destinazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

B’deroga mill-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, wara talba minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tawtorizza l-esportazzjoni ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom idroklorofluworkarburi fejn jintwera li fid-dawl tal-valur ekonomiku u tat-tul tal-ħajja li jifdal mistenni tal-merkanzija speċifika, il-projbizzjoni tal-esportazzjoni tkun timponi piż sproporzjonat fuq l-esportatur, tali esportazzjoni tkun konformi mal-leġiżlazzjoni domestika fil-pajjiż tad-destinazzjoni u tali prodotti u tagħmir, wara tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u abbażi tal-leġiżlazzjoni domestika, jiġu ttrattati minn dak il-pajjiż tad-destinazzjoni b’tali mod li ma jwassalx għar-rilaxx ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-ambjent estern. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Emenda  37

 

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-liċenzja msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tkun meħtieġa f’każijiet ta’ riesportazzjoni sussegwenti għal ħażna temporanja.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu u mill-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi regoli simplifikati għal-liċenzjar fil-każ ta’ ħażna temporanja kif definit fl-Artikolu 5, il-punt (17) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Emenda  38

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe kontenitur ipprojbit li ma jistax jerġa’ jimtela msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkonfiskat, issekwestrat, irtirat jew jissejjaħ lura mis-suq mill-awtoritajiet doganali jew mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex jintrema. L-esportazzjoni mill-ġdid ta’ kontenituri pprojbiti li ma jistgħux jerġgħu jimtlew hija pprojbita.

Kwalunkwe kontenitur ipprojbit li ma jistax jerġa’ jimtela msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi kkonfiskat, issekwestrat, irtirat jew jissejjaħ lura mis-suq u meqrud mill-awtoritajiet doganali jew mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Ir-riesportazzjoni ta’ kontenituri pprojbiti li ma jistgħux jerġgħu jimtlew hija pprojbita.

Emenda  39

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Impriżi li jqiegħdu fis-suq kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jipproduċu dikjarazzjoni ta’ konformità li tinkludi evidenza li tikkonferma l-arranġamenti stabbiliti għar-ritorn ta’ dak il-kontenitur għall-fini ta’ mili mill-ġdid. Dawk l-arranġamenti għandu jkun fihom obbligi vinkolanti għall-konformità mill-fornitur ta’ dawk il-kontenituri għall-utenti finali.

 

L-impriżi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin wara t-tqegħid fis-suq ta’ kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew u għandhom jagħmluha disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-fornituri ta’ dawk il-kontenituri lill-utenti finali għandhom iżommu evidenza ta’ konformità ma’ dawk l-arranġamenti għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin wara l-forniment lill-utent finali u għandhom jagħmluha disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

 

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiddetermina d-dettalji tad-dikjarazzjoni ta’ konformità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Emenda  40

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tas-sottomissjoni tal-evidenza, l-importaturi u l-produtturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità u jgħaqqdu d-dokumentazzjoni ta’ sostenn dwar il-faċilità tal-produzzjoni u l-miżuri ta’ mitigazzjoni adottata sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet tat-trifluworometan. Il-produtturi u l-importaturi għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin wara t-tqegħid fis-suq u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u lill-Kummissjoni, meta jintalbu.

Għall-finijiet tal-provvista tal-evidenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1a, l-importaturi u l-produtturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità, ivverifikata minn awditur akkreditat, u jgħaqqdu d-dokumentazzjoni ta’ sostenn ma’:

 

(a) informazzjoni dwar il-faċilità tal-produzzjoni;

 

(b) il-prova tad-disponibbiltà u t-tħaddim tal-aqwa teknoloġija ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet disponibbli fil-faċilità ta’ produzzjoni;

 

(c) il-prova tal-miżuri ta’ mitigazzjoni adottata sabiex jiġu evitati l-emissjonijiet tat-trifluworometan, f’konformità mal-aqwa tekniki disponibbli;

 

(d) il-prova tal-qerda jew l-irkupru ta’ kwalunkwe kwantità ta’ trifluworometan emess, f’konformità mal-aqwa tekniki disponibbli u f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(7).

 

Il-produtturi u l-importaturi għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin wara t-tqegħid fis-suq u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni, meta jintalbu.

Emenda  41

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-arranġamenti dettaljati relatati mad-dikjarazzjoni ta’ konformità u mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn imsemmijin fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-arranġamenti dettaljati relatati mad-dikjarazzjoni ta’ konformità u mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn imsemmijin fit-tieni subparagrafu u l-elementi tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Emenda  42

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu prodotti jew imqegħdin fis-suq bħala materja prima, bħala aġenti ta’ proċess, jew għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmi fl-Artikoli 6, 7 u 8 jistgħu jintużaw biss għal dawk l-għanijiet.

Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu prodotti jew imqegħdin fis-suq u prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi prodotti jew imqegħdin fis-suq u sussegwentement forniti jew magħmulin disponibbli kif imsemmi fl-Artikoli 6, 7, 8, 9 u 10 jistgħu jintużaw biss għal dawk l-għanijiet. Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, imqegħdin fis-suq għall-qerda kif imsemmi fl-Artikolu 12 jistgħu jintużaw biss għal dak il-għan.

Emenda  43

 

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kontenituri li fihom is-sustanzi maħsubin għall-użi msemmijin fl-Artikoli 6, 7 u 8 għandhom jiġu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza tista’ tintuża biss għall-iskop applikabbli. Fejn tali sustanzi jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ tikkettar previsti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, tali indikazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tikketti msemmijin f’dak ir-Regolament.

Kontenituri li fihom is-sustanzi maħsubin għall-użi msemmijin fl-Artikoli 6, 7, 8, 9, 10, 11 u 12 għandhom jiġu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza tista’ tintuża biss għall-iskop applikabbli. It-tikketta għandu jkollha d-denominazzjoni tal-industrija aċċettata għas-sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu kkonċernata jew, jekk l-ebda tali denominazzjoni ma tkun disponibbli, l-isem kimiku, il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu tas-sustanza kkonċernata, u, fejn disponibbli, il-potenzjal ta’ tisħin globali tagħha espress fuq perjodu ta’ żmien ta’ 100 sena, u, fejn disponibbli, fuq perjodu ta’ żmien ta’ 20 sena. Meta tali sustanzi jkunu ġew reklamati jew riċiklati, it-tikketta għandha tinkludi dik l-informazzjoni, l-informazzjoni dwar in-numru tal-lott u l-isem u l-indirizz tal-faċilità tar-reklamazzjoni jew tar-riċiklaġġ. Fejn tali sustanzi jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ tikkettar previsti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, tali indikazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tikketti msemmijin f’dak ir-Regolament. Fejn rilevanti, il-kontenituri mimlija mill-ġdid għandhom jiġu ttikkettati mill-ġdid b’informazzjoni aġġornata.

Emenda  44

 

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiżgura t-tħaddim tas-sistema elettronika ta’ liċenzjar għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u l-prodotti u t-tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi (“is-sistema ta’ liċenzjar”).

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiżgura t-tħaddim tas-sistema elettronika ta’ liċenzjar għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Annessi I u II u l-prodotti u t-tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi (“is-sistema ta’ liċenzjar”).

Emenda  45

 

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kull impriża li jkollha liċenzja għandha, matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja, tinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla li tista’ sseħħ matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja fir-rigward tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-Anness VII.

5. Kull impriża li jkollha liċenzja għandha, matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja, tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla li tista’ sseħħ matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja fir-rigward tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-Anness VII.

Emenda  46

 

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. F’każijiet ta’ importazzjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, l-importatur jew, fejn ma jkunx disponibbli, id-dikjarant, indikat fid-dikjarazzjoni doganali jew fid-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja u f’każijiet ta’ esportazzjonijiet, l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet doganali fid-dikjarazzjoni dan li ġej, fejn rilevanti:

3. F’każijiet ta’ importazzjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi parzjalment jew kompletament fuq dawk is-sustanzi, l-importatur jew, fejn ma jkunx disponibbli, id-dikjarant, indikat fid-dikjarazzjoni doganali jew fid-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja u f’każijiet ta’ esportazzjonijiet, l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet doganali fid-dikjarazzjoni dan li ġej, fejn rilevanti:

Emenda  47

 

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 11 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw jew jissekwestraw sustanzi, is-sustanzi u l-prodotti u t-tagħmir li huma pprojbiti minn dan ir-Regolament għar-rimi tagħhom, f’konformità mal-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirtiraw jew isejħu lura mis-suq tali sustanzi u prodotti u tagħmir f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33.

L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw jew jissekwestraw is-sustanzi u l-prodotti u t-tagħmir li huma pprojbiti minn dan ir-Regolament għar-rimi tagħhom, f’konformità mal-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirtiraw jew isejħu lura mis-suq tali sustanzi u prodotti u tagħmir f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33.

__________________

__________________

33 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

33 Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

Emenda  48

 

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 12 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw jew japprovaw uffiċċji doganali jew postijiet oħrajn u għandhom jispeċifikaw ir-rotta lejn dawk l-uffiċċji u l-postijiet, f’konformità mal-Artikoli 135 u 267 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għall-preżentazzjoni lid-dwana ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustani jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jew mal-ħruġ tagħhom minnu. Dawk l-uffiċċji jew il-postijiet doganali għandhom ikunu attrezzati biżżejjed sabiex iwettqu l-kontrolli fiżiċi rilevanti fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju, u għandhom ikunu informati dwar kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni ta’ attivitajiet illegali skont dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw jew japprovaw uffiċċji doganali jew postijiet oħrajn u għandhom jispeċifikaw ir-rotta lejn dawk l-uffiċċji u l-postijiet, f’konformità mal-Artikoli 135 u 267 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għall-preżentazzjoni lid-dwana ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jew mal-ħruġ tagħhom minnu. Dawk l-uffiċċji jew il-postijiet doganali għandhom ikunu attrezzati biżżejjed bir-riżorsi umani u l-materjali meħtieġa sabiex iwettqu l-kontrolli fiżiċi rilevanti fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju, u għandhom ikunu informati dwar kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni ta’ attivitajiet illegali skont dan ir-Regolament.

Emenda  49

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I li jkunu jinsabu f’tagħmir ta’ tkessiħ, ta’ arja kundizzjonata u tal-pompi tas-sħana, f’tagħmir li jkun fih solventi jew sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u f’tagħmir għat-tifi tan-nar, għandhom, waqt manutenzjoni jew servizzjar tat-tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, ikunu rkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni.

1. Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Annessi I u II li jkunu jinsabu f’tagħmir ta’ tkessiħ, ta’ arja kundizzjonata u tal-pompi tas-sħana, f’tagħmir li jkun fih solventi jew sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u f’tagħmir għat-tifi tan-nar, għandhom, waqt manutenzjoni jew servizzjar tat-tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, ikunu rkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni.

Emenda  50

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I li jinsabu fi prodotti u f’tagħmir għajr dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom, jekk teknikament u ekonomikament fattibbli, jiġu rkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, jew għandhom jinqerdu mingħajr irkupru minn qabel.

6. Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Annessi I u II li jinsabu fi prodotti u f’tagħmir għajr dawk imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom, jekk teknikament u ekonomikament fattibbli, jiġu rkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, jew għandhom jinqerdu mingħajr irkupru minn qabel.

Emenda  51

 

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal involut.

9. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal involut. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli programmi ta’ taħriġ għal persuni fiżiċi li jwettqu dawk il-kompiti.

Emenda  52

 

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-impriżi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex jipprevjenu u jimminimizzaw kwalunkwe rilaxx mhux intenzjonat ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I matul il-produzzjoni, inkluż dawk prodotti b’mod mhux intenzjonat matul il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi oħra, il-proċess tal-manifattura tat-tagħmir, l-użu, il-ħżin u t-trasferiment minn kontenitur jew minn sistema għal oħra jew għat-trasport.

2. L-impriżi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex jipprevjenu u jimminimizzaw kwalunkwe rilaxx mhux intenzjonat ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Annessi I u II matul il-produzzjoni, inkluż dawk prodotti b’mod mhux intenzjonat matul il-manifattura ta’ sustanzi kimiċi oħra, il-proċess tal-manifattura tat-tagħmir, l-użu, il-ħażna u t-trasferiment minn kontenitur jew minn sistema għal oħra jew għat-trasport.

Emenda  53

 

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-impriżi li joperaw tagħmir li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, għandhom jiżguraw li kwalunkwe tnixxija individwata tissewwa mingħajr dewmien żejjed, mingħajr preġudizzju għall-projbizzjoni li jintużaw is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu.

3. L-impriżi li joperaw tagħmir li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Annessi I u II, għandhom jiżguraw li kwalunkwe tnixxija individwata tissewwa mingħajr dewmien żejjed, mingħajr preġudizzju għall-projbizzjoni li jintużaw is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu.

Emenda  54

 

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-impriżi li joperaw tagħmir ta’ tkessiħ, ta’ arja kundizzjonata jew tal-pompi tas-sħana, jew sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar, inklużi ċ-ċirkwiti tagħhom, li jkun fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jiżguraw li t-tagħmir jew sistemi stazzjonarji b’ċarġ fluwidu ta’:

 

(a)  3 kg jew aktar ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu vverifikati għal tnixxija mill-inqas darba kull 12-il xahar; dan ma għandux japplika għal tagħmir b’sistemi ssiġillati ermetikament, li huma tikkettati bħala tali u li fihom inqas minn 6 kg ta’ sustanzi kkontrollati;

 

(b)  30 kg jew aktar ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu vverifikati għal tnixxija mill-inqas darba kull 6 xhur;

 

(c)  300 kg jew aktar ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu vverifikati għal tnixxija mill-inqas darba kull 3 xhur; u kwalunkwe tnixxija individwata tissewwa malajr kemm jista’ jkun u fi kwalunkwe każ fi żmien 14-il jum; it-tagħmir jew is-sistema għandhom jiġu vverifikati għal tnixxija fi żmien xahar wara li tissewwa tnixxija biex jiġi żgurat li t-tiswija kienet effettiva.

Emenda  55

 

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal li jwettaq l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 3.

5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal li jwettaq l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli programmi ta’ taħriġ għal persuni fiżiċi li jwettqu dawk l-attivitajiet.

Emenda  56

 

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-Annessi I u II fir-rigward tal-potenzjal ta’ tisħin globali u l-potenzjal ta’ tnaqqis tas-saff tal-ożonu tas-sustanzi elenkati, fejn ikun meħtieġ fid-dawl ta’ rapporti ġodda ta’ valutazzjonijiet mill-Bord Intergovernattiv dwar it-tibdil fil-Klima jew rapporti ġodda tal-SAP, stabbiliti skont il-Protokoll.

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-Annessi I u II ħalli taġġorna l-potenzjal ta’ tisħin globali u l-potenzjal ta’ tnaqqis tas-saff tal-ożonu tas-sustanzi elenkati, fejn ikun meħtieġ fid-dawl ta’ rapporti ġodda ta’ valutazzjonijiet mill-Bord Intergovernattiv dwar it-tibdil fil-Klima jew rapporti ġodda tal-SAP, stabbiliti skont il-Protokoll, u biex iżżid il-potenzjal ta’ tisħin globali ta’ dawk is-sustanzi fuq perjodu ta’ żmien ta’ 20 sena.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kull sena sal-31 ta’ Marzu ...[is-sena ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], u kull sena wara dan, kull impriża li qiegħdet fis-suq sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li juri l-konformità mal-Artikolu 15(2).

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sottomessa lilhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

(2) Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sottomessa lilhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom jingħata l-aċċess għad-data.

Emenda  59

 

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jistabbilixxu jekk l-impriżi jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli regolari sabiex jistabbilixxu jekk l-impriżi jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

Emenda  60

 

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) is-sospensjoni jew ir-revoka tal-awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu attivitajiet peress li dawn jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(c) is-sospensjoni temporanja jew ir-revoka tal-awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu attivitajiet peress li dawn jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  61

 

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’każijiet ta’ produzzjoni, ta’ importazzjoni, ta’ esportazzjoni, ta’ tqegħid fis-suq illegali, jew tal-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jew ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, l-Istati Membri għandhom jipprevedu multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas ħames darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati. F’każ ta’ ksur ripetut f’perjodu ta’ ħames snin, l-Istati Membri għandhom jipprevedu multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas tmien darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi kkonċernati jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati.

F’każijiet ta’ produzzjoni, ta’ importazzjoni, ta’ esportazzjoni, ta’ tqegħid fis-suq illegali, jew tal-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jew ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu multi amministrattivi minimi ta’ mill-inqas erba’ darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati u multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas sitt darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati. F’każ ta’ ksur ripetut f’perjodu ta’ ħames snin, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu multi amministrattivi minimi ta’ mill-inqas seba’ darbiet il-valur tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati u multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas għaxar darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi kkonċernati jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 27a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27a

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta għandhom jiġu imposti multi amministrattivi skont l-Artikolu 27(5), il-multi amministrattivi jistgħu jiġu imposti jew permezz ta’ proċeduri amministrattivi jew billi jinbdew proċedimenti għall-impożizzjoni ta’ multi, jew it-tnejn li huma.

Emenda  63

 

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(4), fl-Artikolu 8(7), fl-Artikolu 9(3), fl-Artikolu 16(13), fl-Artikolu 18, fl-Artikolu 19(2), fl-Artikolu 20(8), fl-Artikolu 22, fl-Artikolu 23(3) u fl-Artikolu 24(4) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat [mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament]

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(1), fl-Artikolu 7(4), fl-Artikolu 8(7), fl-Artikolu 9(3), fl-Artikolu 16(13), fl-Artikolu 18, fl-Artikolu 19(2), fl-Artikolu 20(8), fl-Artikolu 22, fl-Artikolu 23(3) u fl-Artikolu 24(4) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat [mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament]

Emenda  64

 

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-1 ta’ Jannar 2033, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Sal-1 ta’ Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari d-disponibbiltà ta’ alternattivi għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għalihom tingħata deroga skont l-Artikoli 6, 7, 8 u 9. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Wara l-preżentazzjoni ta’ dak ir-rapport u l-valutazzjonijiet mitluba, il-Kummissjoni tista’, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva.

 

Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 (il-“Bord Konsultattiv”) jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi parir xjentifiku u joħroġ rapporti rigward dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqis il-parir u r-rapporti rilevanti tal-Bord Konsultattiv, b’mod partikolari fir-rigward tal-koerenza ta’ dan ir-Regolament mal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Pariġi.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) kwalunkwe ħażna;

(f) kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar;

Ġustifikazzjoni

It-test għandu jiċċara li r-rapportar dwar kwalunkwe ħażna jeħtieġ li jispeċifika d-dati li fihom tinżamm il-ħażna.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) kwalunkwe ħażna;

(d) kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar;

Ġustifikazzjoni

It-test għandu jiċċara li r-rapportar dwar kwalunkwe ħażna jeħtieġ li jispeċifika d-dati li fihom tinżamm il-ħażna.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kwalunkwe ħażna;

(b) kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar;

Ġustifikazzjoni

It-test għandu jiċċara li r-rapportar dwar kwalunkwe ħażna jeħtieġ li jispeċifika d-dati li fihom tinżamm il-ħażna.

Emenda  68

 

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kwalunkwe kwantità meqruda, inklużi l-kwantitajiet fi prodotti jew f’tagħmir;

(a) kwalunkwe kwantità meqruda, inklużi l-kwantitajiet fi prodotti jew f’tagħmir u kwantitajiet meqruda bħala prodotti sekondarji;

Emenda  69

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 5 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kwalunkwe ħażna li se tinqered, inkluż il-kwantitajiet fi prodotti jew f’tagħmir;

(b) kwalunkwe ħażna, miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, li se tinqered, inkluż il-kwantitajiet fi prodotti jew f’tagħmir;

Ġustifikazzjoni

It-test għandu jiċċara li r-rapportar dwar kwalunkwe ħażna jeħtieġ li jispeċifika d-dati li fihom tinżamm il-ħażna.

Emenda  70

 

Proposta għal regolament

Anness V – punt 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull impriża li teqred is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu msemmija fl-Anness I u li mhux koperti mill-punt 2(e) ta’ dan l-Anness, għandha tikkomunika wkoll data dwar kwalunkwe xiri minn u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni.

Kull impriża li teqred is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u li mhux koperti mill-punt 2(e) ta’ dan l-Anness, għandha tikkomunika wkoll data dwar kwalunkwe xiri minn u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kwalunkwe ħażna;

(b) kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar;

Ġustifikazzjoni

It-test għandu jiċċara li r-rapportar dwar kwalunkwe ħażna jeħtieġ li jispeċifika d-dati li fihom tinżamm il-ħażna.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 6 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-proċessi u kwalunkwe emissjoni, inklużi dawk marbuta mat-trasport u mal-ħżin, inkluż it-trasferiment minn kontejner għal ieħor.

(c) it-tipi ta’ użi ta’ materja prima u l-proċessi u kwalunkwe emissjoni, inklużi dawk marbuta mat-trasport u mal-ħażna, inkluż it-trasferiment minn kontejner għal ieħor.

Emenda  73

 

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull impriża li tuża bħala materja prima jew aġenti ta’ proċess is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu msemmija fl-Anness I għandha tikkomunika wkoll data dwar kwalunkwe xiri minn u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni.

Kull impriża li tuża bħala materja prima jew aġenti ta’ proċess is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandha tikkomunika wkoll data dwar kwalunkwe xiri minn u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni.

 


NOTA SPJEGATTIVA

L-emissjonijiet minn sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS) irriżultaw kemm fil-formazzjoni tat-“toqba” fis-saff tal-ożonu kif ukoll fil-kontribut għat-tisħin globali. Konsegwentement, il-prevenzjoni ta’ dawn l-emissjonijiet hija essenzjali għall-prevenzjoni tal-effetti fuq is-saħħa li jirriżultaw minn saff tal-ożonu bil-ħsara u biex jintlaħqu l-miri tal-Liġi dwar  il-Klima.

 

Il-Protokoll ta’ Montreal u d-deċiżjonijiet sussegwenti fil-livell globali jorbtu legalment lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha mal-iskedi ta’ tneħħija gradwali tal-produzzjoni u l-konsum tal-ODS. Il-miżuri meħuda skont il-Protokoll ta’ Montreal biex jiġu eliminati l-ODS huma stmati li diġà kisbu xi effett pożittiv fuq is-Saff tal-Ożonu kif ukoll li kisbu benefiċċji relatati mal-klima. L-implimentazzjoni tal-Protokoll ta’ Montreal kellha wkoll l-effett li tevita tisħin globali addizzjonali bejn 0,5 u 1,0 grad Celsius. Ir-Regolament dwar l-ODS huwa l-istrument ewlieni tal-UE biex jiġu ssodisfati l-obbligi skont il-Protokoll u kien wieħed mill-ewwel u l-aktar strumenti ta’ suċċess tal-politika tal-UE dwar il-klima. L-objettiv primarju tal-proposta ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar l-ODS huwa li tibni fuq is-suċċess tagħha u tkompli tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS), li ħafna minnhom huma gassijiet b’effett ta’ serra qawwija.

 

Id-dispożizzjonijiet ta’ suċċess tar-Regolament attwali dwar l-ODS jinżammu skont il-proposta tal-Kummissjoni, b’xi aġġornamenti u aktar miżuri ta’ tnaqqis. Is-sors ewlieni tal-emissjonijiet tal-ODS li jifdal fl-UE (aktar minn 98 % f’termini kemm tal-effett totali tal-ożonu kif ukoll tal-klima) huwa r-riżultat tal-emissjonijiet fi tmiem il-ħajja mat-twaqqigħ ta’ ċerti materjali tal-bini, b’mod partikolari l-fowms iżolanti. Fin-nuqqas ta’ miżuri li jindirizzaw din il-problema, l-emissjonijiet annwali tal-ODS fi tmiem il-ħajja huma pproġettati li jiżdiedu għal madwar 6700 tODP jew 43 miljun tCO2e (2030-2035) bħala riżultat ta’ żieda fir-rekwiżiti ta’ rinnovazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi miżuri biex tiżgura l-irkupru u tevita l-emissjonijiet tal-ODS meta jitwaqqgħu jew jiġu rinnovati żewġ materjali speċjali tal-bini. Il-Kummissjoni tipproponi projbizzjoni fuq il-qerda tal-aloni biex tippromwovi r-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tagħhom. L-għan tal-proposta huwa li tiġi evitata l-ħtieġa tal-produzzjoni futura tal-aloni għal żoni ta’ importanza kritika, pereżempju abbord inġenji tal-ajru militari u ċivili. Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li l-Istati Membri jintroduċu penali amministrattivi u setgħat għall-awtoritajiet kompetenti biex jikkonfiskaw jew jissekwestraw oġġetti miksuba illegalment jew profitti minn ksur.

 

Il-fehma u l-proposta tar-rapporteur

 

Ir-rapporteur tappoġġja bis-sħiħ l-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea u tilqa’ l-proposta tagħha biex jiġi rivedut ir-Regolament dwar l-ODS. Ir-rapporteur tilqa’ l-potenzjal ta’ din ir-reviżjoni li tikkontribwixxi għal iffrankar addizzjonali tal-gassijiet serra lejn il-mira klimatika tal-Unjoni biex ta’ mill-inqas jintlaħaq tnaqqis ta’ 55 % fl-emissjonijiet sal-2030, peress li r-rilevanza klimatika tal-emissjonijiet tal-ODS mhijiex inkluża fil-mira klimatika tal-UE.

 

Filwaqt li r-rapporteur temmen li l-proposta tal-Kummissjoni hija triq tajba ’l quddiem bħala punt tat-tluq, hija temmen li huma meħtieġa xi kjarifiki u żidiet biex jiġu evitati d-duplikazzjoni u l-piż amministrattiv bla bżonn filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata konformità sħiħa mar-regolament. 

 

Ir-rapporteur hija tal-fehma li r-rabta bejn ir-rekwiżiti għal sanzjonijiet amministrattivi fil-proposta u r-rekwiżiti għal pieni kriminali fil-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali jeħtieġ li tiġi ċċarata. Ir-rapporteur issibha diffiċli tipprevedi li għandhom jiġu introdotti sanzjonijiet amministrattivi u setgħat estensivi għall-awtoritajiet amministrattivi għall-ksur speċifikat fil-proposta meta għandu jkun hemm pieni kriminali għall-istess ksur fl-istess ħin. Għalhekk, ir-rapporteur tissuġġerixxi titjib immirat fuq il-partijiet tas-sanzjonijiet u l-penali biex tiżdied u tiġi ċċarata l-konformità mar-regolament. Hija tissuġġerixxi referenza għad-Direttiva dwar ir-Reati Ambjentali (ECD) li tallinja r-Regolament dwar l-ODS mar-Regolament tal-ECD u tevita d-duplikazzjonijiet.

 

Ir-rapporteur tappoġġja bis-sħiħ il-miżuri l-ġodda għall-irkupru tal-emissjonijiet tal-ODS fil-materjali tal-bini fi tmiem il-ħajja, li jindirizzaw il-maġġoranza l-kbira tas-sorsi li fadal tal-emissjonijiet tal-ODS fl-UE. Ir-rapporteur taqbel ukoll mal-Kummissjoni li l-eżenzjonijiet immirati u limitati li għadhom previsti skont ir-Regolament għal ċerti aġenti tal-proċess u użi tal-materja prima ġew ivvalutati u ġġustifikati bir-reqqa mill-Kummissjoni f’termini tad-disponibbiltà fis-suq u tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji tal-alternattivi (materja prima), tar-rekwiżiti eżistenti ta’ tneħħija gradwali diġà fis-seħħ (aġenti tal-proċess) u tal-effetti limitati ħafna tal-ożonu u tal-klima ta’ dawn id-derogi (materja prima u aġenti tal-proċess). Madankollu, ir-rapporteur tipproponi li tiġi introdotta klawżola ta’ rieżami kontinwu dwar l-eżenzjoni tal-materja prima sabiex jiġi vvalutat fuq bażi regolari kwalunkwe żvilupp rigward id-disponibbiltà futura ta’ alternattivi vijabbli b’effett kumulattiv aktar pożittiv, bil-għan li jkunu jistgħu jirreaġixxu u jeskludu tali eżenzjonijiet hekk kif ikunu disponibbli alternattivi vijabbli.

 

Ir-Regolament għandu rabtiet mill-qrib mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra peress li l-gassijiet F issostitwixxew l-ODS f’ħafna mill-użi oriġinali tagħhom u r-Regolament dwar il-gassijiet fluworurati jibni fuq is-suċċess u l-eżempju tar-Regolament dwar l-ODS. Ir-rapporteur hija għalhekk impenjata li taħdem b’mod kostruttiv u fuq termini ugwali mar-rapporteur għar-Regolament dwar il-gassijiet fluworurati.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009

Referenzi

COM(2022)0151 – C9-0143/2022 – 2022/0100(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

6.4.2022

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

2.5.2022

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

2.5.2022

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

JURI

13.6.2022

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Jessica Polfjärd

24.6.2022

 

 

 

Eżami fil-kumitat

2.6.2022

8.11.2022

 

 

Data tal-adozzjoni

1.3.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

74

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Bartosz Arłukowicz, Margrete Auken, Simona Baldassarre, Marek Paweł Balt, Traian Băsescu, Aurélia Beigneux, Hildegard Bentele, Sergio Berlato, Alexander Bernhuber, Michael Bloss, Delara Burkhardt, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Maria Angela Danzì, Esther de Lange, Christian Doleschal, Bas Eickhout, Cyrus Engerer, Agnès Evren, Heléne Fritzon, Malte Gallée, Gianna Gancia, Andreas Glück, Catherine Griset, Teuvo Hakkarainen, Anja Hazekamp, Martin Hojsík, Jan Huitema, Yannick Jadot, Adam Jarubas, Ewa Kopacz, Joanna Kopcińska, Peter Liese, Sylvia Limmer, Javi López, César Luena, Liudas Mažylis, Marina Mesure, Tilly Metz, Dolors Montserrat, Alessandra Moretti, Ville Niinistö, Ljudmila Novak, Grace O’Sullivan, Jutta Paulus, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Erik Poulsen, María Soraya Rodríguez Ramos, Christine Schneider, Ivan Vilibor Sinčić, Maria Spyraki, Nils Torvalds, Edina Tóth, Véronique Trillet-Lenoir, Achille Variati, Petar Vitanov, Alexandr Vondra, Mick Wallace, Pernille Weiss, Emma Wiesner, Michal Wiezik, Anna Zalewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Beatrice Covassi, Romana Jerković, Stelios Kympouropoulos, Marisa Matias, Dan-Ştefan Motreanu, Idoia Villanueva Ruiz

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marie Dauchy, Luke Ming Flanagan, Marina Kaljurand, Alice Kuhnke, Katarína Roth Neveďalová

Data tat-tressiq

7.3.2023

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

74

+

ECR

Sergio Berlato, Joanna Kopcińska, Alexandr Vondra, Anna Zalewska

ID

Simona Baldassarre, Aurélia Beigneux, Marie Dauchy, Gianna Gancia, Catherine Griset

NI

Maria Angela Danzì, Ivan Vilibor Sinčić, Edina Tóth

PPE

Bartosz Arłukowicz, Traian Băsescu, Hildegard Bentele, Alexander Bernhuber, Christian Doleschal, Agnès Evren, Adam Jarubas, Ewa Kopacz, Stelios Kympouropoulos, Esther de Lange, Peter Liese, Liudas Mažylis, Dolors Montserrat, Dan‑Ştefan Motreanu, Ljudmila Novak, Stanislav Polčák, Jessica Polfjärd, Christine Schneider, Maria Spyraki, Pernille Weiss

Renew

Andreas Glück, Martin Hojsík, Jan Huitema, Erik Poulsen, María Soraya Rodríguez Ramos, Nils Torvalds, Véronique Trillet‑Lenoir, Emma Wiesner, Michal Wiezik

S&D

Maria Arena, Marek Paweł Balt, Delara Burkhardt, Sara Cerdas, Mohammed Chahim, Tudor Ciuhodaru, Beatrice Covassi, Cyrus Engerer, Heléne Fritzon, Romana Jerković, Marina Kaljurand, Javi López, César Luena, Alessandra Moretti, Katarína Roth Neveďalová, Achille Variati, Petar Vitanov

The Left

Luke Ming Flanagan, Anja Hazekamp, Marisa Matias, Marina Mesure, Idoia Villanueva Ruiz, Mick Wallace

Verts/ALE

Margrete Auken, Michael Bloss, Bas Eickhout, Malte Gallée, Yannick Jadot, Alice Kuhnke, Tilly Metz, Ville Niinistö, Grace O'Sullivan, Jutta Paulus

 

0

-

 

 

 

2

0

ID

Teuvo Hakkarainen, Sylvia Limmer

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Marzu 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza