RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u li tissostitwixxi d-Direttiva 2008/99/KE

28.3.2023 - (COM(2021)0851 – C9‑0466/2021 – 2021/0422(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Antonius Manders


Proċedura : 2021/0422(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0087/2023
Testi mressqa :
A9-0087/2023
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u li tissostitwixxi d-Direttiva 2008/99/KE

(COM(2021)0851 – C9‑0466/2021 – 2021/0422(COD)(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0851),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 83(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0466/2021),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0087/2023),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

 

Proposta għal direttiva

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Skont l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija impenjata li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent.

(1) Skont l-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni hija impenjata li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent. L-ambjent jenħtieġ li jkun protett f'sens wiesa' li jkopri r-riżorsi naturali kollha – l-arja, l-ilma, il-ħamrija, il-fawna u l-flora selvaġġi inklużi l-ħabitats – kif ukoll is-servizzi pprovduti mir-riżorsi naturali, filwaqt li jiġu promossi miżuri fil-livell internazzjonali biex jiġu ttrattati l-problemi ambjentali reġjonali jew dinjin.

Emenda  2

 

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Skont l-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent trid tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità, tissewwa f'ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas. Meta jitqies li l-impatt tar-reati ambjentali jaffettwa wkoll id-drittijiet tal-bniedem, jenħtieġ li l-ġlieda kontra r-reati ambjentali tkun prijorità fil-livell tal-UE sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni ta' dawn id-drittijiet.

Emenda  3

 

Proposta għal direttiva

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Unjoni għadha mħassba biż-żieda fir-reati kriminali ambjentali u l-effetti tagħhom, li jimminaw l-effettività tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn ir-reati qed jestendu dejjem aktar lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri li fihom jitwettqu r-reati. Dawn ir-reati joħolqu theddida għall-ambjent u għalhekk jeħtieġu rispons xieraq u effettiv.

(2) L-Unjoni għadha mħassba biż-żieda fir-reati kriminali ambjentali u l-effetti tagħhom, li jimminaw l-effettività tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn ir-reati qed jestendu dejjem aktar lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri li fihom jitwettqu r-reati. Fi ftit deċennji biss, ir-reati ambjentali saru r-raba' l-akbar settur kriminali fid-dinja, li kiber minn darbtejn sa tliet darbiet aktar malajr mill-ekonomija globali1a,1b u issa qed iħalli qligħ daqs it-traffikar tad-droga1c. Dawn ir-reati joħolqu theddida għall-ambjent u għalhekk jeħtieġu rispons proporzjonat, xieraq u effettiv, li jirrikjedi kooperazzjoni transfruntiera effettiva.

 

__________________

 

1a INTERPOL-UN Environment (2016), Strategic Report: Environment, Peace and Security, A Convergence of Threats.

 

1b UNEP (2018), The State of knowledge of crimes that have serious impacts on the environment.

 

1c Eurojust (2021), Rapport sur le travail d'Eurojust sur les crimes environnementaux.

Emenda  4

 

Proposta għal direttiva

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Is-sistemi eżistenti ta' pieni skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 u l-liġi settorjali ambjentali ma kinux biżżejjed fil-qasam kollu tal-politika ambjentali biex jiksbu konformità mad-dritt tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent. Il-konformità jenħtieġ li tissaħħaħ bid-disponibbiltà ta' pieni kriminali, li juru diżapprovazzjoni soċjali ta' natura kwalitattiva differenti meta mqabbla mal-pieni amministrattivi.

(3) Is-sistemi eżistenti ta' pieni skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 u l-liġi settorjali ambjentali ma kinux biżżejjed fil-qasam kollu tal-politika ambjentali biex jiksbu konformità mad-dritt tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent. Il-konformità jenħtieġ li tissaħħaħ bid-disponibbiltà ta' pieni kriminali xierqa li jkunu dissważivi biżżejjed u proporzjonati għall-gravità tar-reati, li juru diżapprovazzjoni soċjali ta' natura kwalitattiva differenti meta mqabbla mal-pieni amministrattivi. F'ħafna Stati Membri, ir-reati ambjentali ma jaqgħux fi ħdan il-qafas tad-dritt kriminali. Id-dritt kriminali ambjentali jenħtieġ li jsir għodda li tkun separata mid-dritt amministrattiv u li tikkomplementa tali dritt biex tipprevjeni l-imġiba illegali li tagħmel ħsara lill-ambjent u li sservi ta' deterrent għal tali mġiba.

__________________

__________________

20 Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

20 Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

Emenda  5

 

Proposta għal direttiva

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Jenħtieġ li l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali ambjentali u d-deċiżjonijiet effettivi dwarhom jitjiebu. Il-lista ta' reati kriminali ambjentali li ġew stabbiliti fid-Direttiva 2008/99/KE jenħtieġ li tiġi riveduta u jiżdiedu kategoriji addizzjonali ta' reati bbażati fuq l-aktar ksur serju tad-dritt ambjentali tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet jenħtieġ li jissaħħu sabiex jittejbu kemm l-effett ta' deterrent tagħhom kif ukoll il-katina ta' infurzar responsabbli għall-identifikazzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali ambjentali u d-deċiżjonijiet dwarhom.

(4) Jenħtieġ li d-detezzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali ambjentali u d-deċiżjonijiet effettivi dwarhom jitjiebu. Il-lista ta' reati kriminali ambjentali li ġew stabbiliti fid-Direttiva 2008/99/KE jenħtieġ li tiġi riveduta u jenħtieġ li jiżdiedu kategoriji addizzjonali mmirati ta' reati bbażati biss fuq l-aktar ksur serju tad-dritt ambjentali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjonijiet regolari tal-impatt ta' din id-Direttiva u dwar il-ħtieġa li tiġi aġġornata l-lista ta' reati kriminali ambjentali prevista f'din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet dwar is-sanzjonijiet u l-pieni jenħtieġ li jissaħħu u jiġu adattati għal-livell ta' gravità u d-durata tal-ħsara kkawżata sabiex jittejbu kemm l-effett ta' deterrent u kumpensatorju tagħhom, kif ukoll il-katina ta' infurzar responsabbli għad-detezzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali ambjentali u d-deċiżjonijiet dwarhom.

Emenda  6

 

Proposta għal direttiva

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu pieni kriminali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom għal ksur serju tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-ambjent. Fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd, id-dritt tal-Unjoni jipprevedi sett komprensiv ta' regoli għall-kontroll u l-infurzar skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/200921 u r-Regolament (KE) Nru 1005/2008 f'każ ta' ksur serju, inklużi dak li jikkawża ħsara lill-ambjent tal-baħar. Skont din is-sistema, l-Istati Membri għandhom l-għażla bejn is-sistemi ta' sanzjonar amministrattivi u/jew kriminali. F'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew22 u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-203023, jenħtieġ li ċerta mġiba illegali intenzjonata koperta skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolament (KE) 1005/200824 tiġi stabbilita bħala reat kriminali.

imħassar

__________________

 

21 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1–153).

 

22 IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM/2019/640 final.

 

23 IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna, COM/2020/380 final.

 

24 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999, (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1–32).

 

Emenda  7

 

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex tikkostitwixxi reat ambjentali skont din id-Direttiva, l-imġiba jenħtieġ li tkun illegali skont id-dritt tal-Unjoni li jipproteġi l-ambjent jew il-liġijiet, ir-regolamenti amministrattivi jew id-deċiżjonijiet nazzjonali li jagħtu effett lil dak id-dritt tal-Unjoni. L-imġiba li tikkostitwixxi kull kategorija ta' reat kriminali jenħtieġ li tiġi ddefinita u, fejn xieraq, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu li jeħtieġ li jiġi ssodisfat sabiex l-imġiba tiġi kriminalizzata. Tali mġiba jenħtieġ li titqies bħala reat kriminali meta titwettaq intenzjonalment u, f'ċerti każijiet, anke meta titwettaq b'negliġenza serja. L-imġiba illegali li tikkawża mewt jew korriment serju lil persuni, ħsara sostanzjali jew riskju konsiderevoli ta' ħsara sostanzjali għall-ambjent jew inkella titqies bħala partikolarment ta' ħsara għall-ambjent tikkostitwixxi reat kriminali meta titwettaq b'negliġenza serja. L-Istati Membri jibqgħu liberi li jadottaw jew iżommu regoli tad-dritt kriminali aktar stretti f'dak il-qasam.

(7) Sabiex tikkostitwixxi reat ambjentali skont din id-Direttiva, l-imġiba jenħtieġ li tkun illegali skont id-dritt tal-Unjoni li jipproteġi l-ambjent, irrispettivament mill-bażi legali tagħha, jew il-liġijiet, ir-regolamenti amministrattivi jew id-deċiżjonijiet nazzjonali li jagħtu effett lil dak id-dritt tal-Unjoni. L-imġiba li tikkostitwixxi kull kategorija ta' reat kriminali jenħtieġ li tiġi ddefinita u, fejn xieraq, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu li jeħtieġ li jiġi ssodisfat sabiex l-imġiba tiġi kriminalizzata. Tali mġiba jenħtieġ li titqies bħala reat kriminali meta titwettaq intenzjonalment u anke meta titwettaq b'negliġenza serja. L-imġiba illegali li tikkawża mewt jew ħsara serja lis-saħħa ta' kwalunkwe persuna, ħsara sostanzjali jew riskju konsiderevoli ta' ħsara sostanzjali għall-ambjent jew inkella titqies bħala partikolarment ta' ħsara għall-ambjent tikkostitwixxi reat kriminali meta titwettaq b'negliġenza serja. L-Istati Membri jibqgħu liberi li jadottaw jew iżommu regoli tad-dritt kriminali aktar stretti f'dak il-qasam.

Emenda  8

 

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Imġiba jenħtieġ li titqies bħala illegali wkoll meta titwettaq taħt awtorizzazzjoni minn awtorità kompetenti fi Stat Membru jekk tali awtorizzazzjoni tkun inkisbet b'mod frodulenti, jew permezz ta' korruzzjoni, estorsjoni jew koerċizzjoni. Barra minn hekk, l-operaturi jenħtieġ li jieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi dwar il-protezzjoni tal-ambjent applikabbli meta jwettqu attività rispettiva, inkluż billi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom kif stabbiliti mid-dritt tal-UE u dak nazzjonali applikabbli fi proċeduri li jirregolaw l-emendi jew l-aġġornamenti tal-awtorizzazzjoni eżistenti.

(8) Imġiba jenħtieġ li titqies bħala illegali wkoll meta titwettaq taħt awtorizzazzjoni minn awtorità kompetenti fi Stat Membru jekk tali awtorizzazzjoni tkun inkisbet b'mod frodulenti, inkluż f'sitwazzjonijiet li fihom id-detentur tal-awtorizzazzjoni kien jaf jew kellu jkun jaf li l-imġiba tkun tikkawża ħsara sostanzjali prevedibbli lill-ambjent jew lis-saħħa fil-mument li ngħatat l-awtorizzazzjoni, jew permezz ta' korruzzjoni, estorsjoni, koerċizzjoni, jew permezz ta' kwalunkwe mġiba illegali oħra. Imġiba jenħtieġ li titqies bħala illegali wkoll meta tikser kundizzjoni tal-awtorizzazzjoni. Mill-mument li mġiba ssir illegali, it-trasgressur jenħtieġ li ma jitħalliex juża l-għoti ta' awtorizzazzjoni biex jevita li jinżamm kriminalment responsabbli. Barra minn hekk, l-operaturi jenħtieġ li jieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi dwar il-protezzjoni tal-ambjent applikabbli meta jwettqu attività rispettiva, inkluż billi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom kif stabbiliti mid-dritt tal-UE u dak nazzjonali applikabbli fi proċeduri li jirregolaw l-emendi jew l-aġġornamenti tal-awtorizzazzjoni eżistenti.

Emenda  9

 

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Minkejja l-għadd dejjem jikber ta' reati ambjentali, definizzjoni armonizzata u aċċettata ta' x'jikkostitwixxi reat ambjentali għadha ma teżistix fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali. Din id-Direttiva għandha l-għan li tipprovdi qafas ġenerali billi tiddefinixxi reat awtonomu ta' kriminalità ambjentali, minbarra s-sett komuni ta' reati ambjentali speċifiċi fl-Unjoni kollha li huma definiti b'referenza għal ksur tal-leġiżlazzjoni settorjali ambjentali rilevanti tal-Unjoni. Bi qbil mal-leġiżlazzjoni eżistenti f'sistemi nazzjonali differenti tal-liġi kriminali, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkriminalizzaw kategoriji awtonomi ta' reati ambjentali.

Emenda  10

 

Proposta għal direttiva

Premessa 8b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkriminalizzaw il-ġbir, it-trasport, l-irkupru jew ir-rimi ta' skart tad-drogi li jikkawża jew x'aktarx li jikkawża l-mewt jew ħsara serja lis-saħħa ta' kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-bijodiversità, lis-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, lill-annimali jew lill-pjanti. Dik il-kriminalizzazzjoni jenħtieġ li tinkludi is-superviżjoni ta' tali operazzjonijiet, il-manutenzjoni tas-siti tar-rimi u l-azzjoni li tittieħed minn negozjanti jew sensara fir-rigward tal-immaniġġjar tal-iskart. L-industrija tas-sustanzi kimiċi għandha r-responsabbiltà li tkun taf fejn jispiċċaw il-prodotti tagħha u kif jintużaw il-prodotti tagħha. F'każijiet fejn ikun hemm suspett raġonevoli li l-prodotti jintużaw illegalment, jew huma konnessi direttament mal-kriminalità marbuta mad-droga, jenħtieġ li l-provvista tal-prodotti titwaqqaf minnufih.

Emenda  11

 

Proposta għal direttiva

Premessa 8c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c) Jenħtieġ li "persuni ġuridiċi" tinftiehem bħala li ma tinkludix l-organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi, l-Istati jew il-korpi pubbliċi li jeżerċitaw awtorità tal-Istat, sakemm id-dritt nazzjonali ma jippermettix li jiġu kkunsidrati bħala inklużi l-korpi pubbliċi li jeżerċitaw awtorità tal-Istat.

Emenda  12

 

Proposta għal direttiva

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-ambjent jenħtieġ li jkun protett f'sens wiesa', kif stabbilit fl-Artikolu 3(3) TUE u fl-Artikolu 191 TFUE, b'mod li jkopri r-riżorsi naturali kollha – l-arja, l-ilma, il-ħamrija, il-fawna u l-flora selvaġġi inklużi l-ħabitats – kif ukoll is-servizzi pprovduti mir-riżorsi naturali.

imħassar

Emenda  13

 

Proposta għal direttiva

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-aċċellerazzjoni tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni ambjentali, flimkien ma' eżempji tanġibbli tal-effetti devastanti tagħhom, wasslu għar-rikonoxximent tat-tranżizzjoni ekoloġika bħala l-objettiv fundamentali ta' żmienna u kwistjoni ta' ekwità interġenerazzjonali. Għalhekk, meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni koperta minn din id-Direttiva tevolvi, din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri wkoll kwalunkwe leġiżlazzjoni aġġornata jew emendata tal-Unjoni li taqa' fl-ambitu tar-reati kriminali definiti skont din id-Direttiva, meta l-obbligi skont id-dritt tal-Unjoni jibqgħu l-istess fis-sustanza. Madankollu, meta strumenti legali ġodda jipprojbixxu mġiba ġdida li tagħmel ħsara lill-ambjent, din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi emendata sabiex iżżid ukoll mal-kategoriji tar-reati kriminali l-ksur serju l-ġdid tad-dritt ambjentali tal-Unjoni.

(10) L-aċċellerazzjoni tat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni ambjentali, flimkien ma' eżempji tanġibbli tal-effetti devastanti tagħhom, wasslu għar-rikonoxximent tat-tranżizzjoni ekoloġika bħala l-objettiv fundamentali ta' żmienna u kwistjoni ta' ekwità interġenerazzjonali. Għalhekk, meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni koperta minn din id-Direttiva tevolvi, din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri wkoll kwalunkwe leġiżlazzjoni aġġornata jew emendata tal-Unjoni li taqa' fl-ambitu tar-reati kriminali definiti skont din id-Direttiva, meta l-obbligi skont id-dritt tal-Unjoni jibqgħu l-istess fis-sustanza. Madankollu, meta strumenti legali ġodda jipprojbixxu mġiba ġdida li tagħmel ħsara lill-ambjent, din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi riveduta mill-aktar fis possibbli sabiex iżżid ukoll mal-kategoriji tar-reati kriminali l-ksur serju l-ġdid tad-dritt ambjentali tal-Unjoni, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tal-għoti tal-kompetenzi, tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, sabiex isir progress lejn l-istabbiliment ta' kodiċi tal-liġi kriminali ambjentali tal-Unjoni, li huwa neċessarju peress li reat ambjentali spiss ikollu dimensjoni transfruntiera.

Emenda  14

 

Proposta għal direttiva

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-limiti kwalitattivi u kwantitattivi użati għad-definizzjoni ta' reati kriminali ambjentali jenħtieġ li jiġu ċċarati billi tiġi pprovduta lista mhux eżawrjenti ta' ċirkostanzi li jenħtieġ li jitqiesu meta jiġu vvalutati tali limiti mill-awtoritajiet li jinvestigaw, jibdew proċedimenti kontra u jiddeċiedu dwar ir-reati. Jenħtieġ li dan jippromwovi l-applikazzjoni koerenti tad-Direttiva u ġlieda aktar effettiva kontra r-reati ambjentali kif ukoll jipprevedi ċertezza legali. Madankollu, tali limiti jew l-applikazzjoni tagħhom jenħtieġ li ma jagħmlux l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew l-aġġudikazzjoni ta' reati kriminali diffiċli żżejjed.

(11) Il-limiti kwalitattivi u kwantitattivi użati għad-definizzjoni ta' reati kriminali ambjentali jenħtieġ li jiġu ċċarati billi tiġi pprovduta lista mhux eżawrjenti ta' ċirkostanzi li jenħtieġ li jitqiesu, fejn rilevanti, meta jiġu vvalutati tali limiti mill-awtoritajiet li jidentifikaw, jinvestigaw, jibdew proċedimenti kontra u jiddeċiedu dwar ir-reati. Jenħtieġ li dan jippromwovi l-applikazzjoni koerenti tad-Direttiva u ġlieda aktar effettiva kontra r-reati ambjentali kif ukoll jipprevedi ċertezza legali. Madankollu, tali limiti jew l-applikazzjoni tagħhom jenħtieġ li ma jagħmlux id-detezzjoni, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew l-aġġudikazzjoni ta' reati kriminali diffiċli żżejjed.

Emenda  15

 

Proposta għal direttiva

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Fil-proċedimenti u l-proċessi kriminali, jenħtieġ li jitqies kif xieraq l-involviment ta' gruppi kriminali organizzati li joperaw b'modi li jħallu impatt negattiv fuq l-ambjent. Il-proċedimenti kriminali jenħtieġ li jindirizzaw il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, iċ-ċiberkriminalità u l-frodi tad-dokumenti u, fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju, l-intenzjoni tat-trasgressur li jimmassimizza l-profitti jew li jiffranka l-ispejjeż, fejn dawn iseħħu fil-kuntest ta' reat ambjentali. Dawn il-forom ta' reati spiss ikunu interkonnessi ma' forom serji ta' reati ambjentali u għalhekk jenħtieġ li ma jiġux ittrattati b'mod iżolat. F'dan ir-rigward, huwa ta' tħassib partikolari li xi reati ambjentali jitwettqu bit-tolleranza jew bl-appoġġ attiv tal-amministrazzjonijiet jew tal-uffiċjali kompetenti waqt li jkunu qed iwettqu d-dmir pubbliku tagħhom. F'ċerti każijiet dan jista' saħansitra jieħu l-forma ta' korruzzjoni. Eżempji ta' tali mġiba huma li wieħed jagħlaq għajn waħda jew li jibqa' sieket dwar il-ksur tal-liġijiet li jipproteġu l-ambjent wara l-ispezzjonijiet, li b'mod deliberat ma jsirux spezzjonijiet jew kontrolli pereżempju fir-rigward ta' jekk il-kundizzjonijiet ta' permess humiex qed jiġu rrispettati mid-detentur tal-permess, riżoluzzjonijiet jew voti favur l-għoti ta' liċenzji illegali jew il-ħruġ ta' rapporti favorevoli ffalsifikati jew mhux veri.

(12) Fil-proċedimenti u l-proċessi kriminali, jenħtieġ li jitqies kif xieraq l-involviment ta' gruppi kriminali organizzati li joperaw b'modi li jħallu impatt negattiv fuq l-ambjent. L-involviment ta' gruppi ta' kriminalità organizzata f'reat ambjentali, jew it-twettiq ta' reat għall-benefiċċju ta' tali gruppi, jenħtieġ li jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti. Il-proċedimenti kriminali jenħtieġ li jindirizzaw il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, iċ-ċiberkriminalità u l-frodi tad-dokumenti u, fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju, l-intenzjoni tat-trasgressur li jimmassimizza l-profitti jew li jiffranka l-ispejjeż, fejn dawn iseħħu fil-kuntest ta' reat ambjentali. Dawn il-forom ta' reati spiss ikunu interkonnessi ma' forom serji ta' reati ambjentali u għalhekk jenħtieġ li ma jiġux ittrattati b'mod iżolat. F'dan ir-rigward, huwa ta' tħassib partikolari li xi reati ambjentali jitwettqu bit-tolleranza jew bl-appoġġ attiv tal-amministrazzjonijiet jew tal-uffiċjali kompetenti waqt li jkunu qed iwettqu d-dmir pubbliku tagħhom. F'ċerti każijiet dan jista' saħansitra jieħu l-forma ta' korruzzjoni. Eżempji ta' tali mġiba huma li wieħed jagħlaq għajn waħda jew li jibqa' sieket dwar il-ksur tal-liġijiet li jipproteġu l-ambjent wara l-ispezzjonijiet, li b'mod deliberat ma jsirux spezzjonijiet jew kontrolli pereżempju fir-rigward ta' jekk il-kundizzjonijiet ta' permess humiex qed jiġu rrispettati mid-detentur tal-permess, riżoluzzjonijiet jew voti favur l-għoti ta' liċenzji illegali jew il-ħruġ ta' rapporti favorevoli ffalsifikati jew mhux veri. Meta jitqies ir-rwol li l-awtoritajiet pubbliċi jiżvolġu fil-prevenzjoni u l-indirizzar tal-imġiba illegali, it-twettiq ta' reati ambjentali minn uffiċjali pubbliċi meta jaqdu dmirijiethom, jew l-involviment tagħhom f'tali reati, jenħtieġ li jitqies bħala ċirkostanza aggravanti meta jiġi ddeterminat il-livell xieraq ta' sanzjonar.

Emenda  16

 

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Jenħtieġ li l-istigazzjoni ta' reati kriminali, l-għajnuna u l-assistenza fihom imwettqa intenzjonalment ikunu punibbli wkoll. Tentattiv biex jitwettaq reat kriminali li jikkawża mewt jew korriment serju ta' persuna, ħsara sostanzjali lill-ambjent jew li x'aktarx jikkawża ħsara sostanzjali lill-ambjent jew li b'xi mod ieħor jitqies bħala partikolarment ta' ħsara jenħtieġ li jikkostitwixxi wkoll reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

(13) Jenħtieġ li l-istigazzjoni ta' reati kriminali, l-għajnuna u l-assistenza fihom imwettqa intenzjonalment ikunu punibbli wkoll. Tentattiv biex jitwettaq reat kriminali li jikkawża mewt jew ħsara serja lis-saħħa ta' kwalunkwe persuna, ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-bijodiversità, lis-sistemi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, lill-annimali jew lill-pjanti, jew li x'aktarx jikkawża ħsara sostanzjali lill-ambjent jew li b'xi mod ieħor jitqies bħala partikolarment ta' ħsara jenħtieġ li jikkostitwixxi wkoll reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

Emenda  17

 

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Is-sanzjonijiet għar-reati jenħtieġ li jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli minimi għat-terminu massimu ta' priġunerija għall-persuni fiżiċi. Is-sanzjonijiet aċċessorji spiss jitqiesu bħala aktar effettivi mis-sanzjonijiet finanzjarji speċjalment għall-persuni ġuridiċi. Għalhekk jenħtieġ li jkunu disponibbli sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali fi proċedimenti kriminali. Dawn jenħtieġ li jinkludu l-obbligu li l-ambjent jiġi restawrat, l-esklużjoni mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inklużi l-proċeduri ta' offerti, għotjiet u konċessjonijiet u l-irtirar ta' permessi u awtorizzazzjonijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-imħallfin jew tal-qrati fi proċedimenti kriminali li jimponu sanzjonijiet xierqa fil-kawżi individwali.

(14) Is-sanzjonijiet għar-reati jenħtieġ li jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati. Għal dan l-għan, fid-definizzjoni u l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu wkoll il-benefiċċji finanzjarji akkumulati mit-twettiq tar-reat, il-livell tal-ħsara kkawżata, kif ukoll il-potenzjal għar-restawr tal-ambjent u l-kostijiet involuti f'tali restawr. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli minimi għat-terminu massimu ta' priġunerija għall-persuni fiżiċi. Is-sanzjonijiet jew il-miżuri aċċessorji spiss jitqiesu bħala aktar effettivi mis-sanzjonijiet finanzjarji speċjalment għall-persuni ġuridiċi. Għalhekk jenħtieġ li jkunu disponibbli sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali fi proċedimenti kriminali f'konformità mas-sistemi legali nazzjonali. Dawn jenħtieġ li jinkludu l-obbligu li l-ambjent jiġi restawrat, l-esklużjoni mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inklużi l-proċeduri ta' offerti, għotjiet, konċessjonijiet u liċenzji u l-irtirar ta' permessi u awtorizzazzjonijiet u l-pubblikazzjoni tas-sentenzi. F'każijiet fejn trasgressur ma jkunx f'kapaċità li jirrestawra l-ambjent, jenħtieġ li jkunu applikabbli sanzjonijiet addizzjonali. Is-sanzjonijiet jenħtieġ li jinkludu wkoll skwalifika mill-funzjonijiet u projbizzjonijiet ta' kandidatura għal kariga eletta jew pubblika. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-imħallfin jew tal-qrati fi proċedimenti kriminali li jimponu sanzjonijiet xierqa fil-kawżi individwali.

Emenda  18

 

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Fejn id-dritt nazzjonali jipprevedi dan, jenħtieġ li l-persuni ġuridiċi jinżammu responsabbli b'mod kriminali wkoll għal reati kriminali ambjentali skont din id-Direttiva. L-Istati Membri, li d-dritt nazzjonali tagħhom ma jipprevedix ir-responsabbiltà kriminali tal-persuni ġuridiċi, jenħtieġ li jiżguraw li s-sistemi ta' sanzjonar amministrattivi tagħhom jipprevedu tipi u livelli ta' sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati kif stabbiliti f'din id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuni ġuridiċi jenħtieġ li tiġi kkunsidrata biex tiġi żgurata d-dissważività tas-sanzjoni imposta.

(15) Jenħtieġ li l-persuni ġuridiċi jinżammu responsabbli b'mod kriminali wkoll għal reati kriminali ambjentali skont din id-Direttiva, meta jkunu trasgressuri, istigaturi jew kompliċi fir-reati. L-Istati Membri, li d-dritt nazzjonali tagħhom ma jipprevedix ir-responsabbiltà kriminali tal-persuni ġuridiċi, jenħtieġ li jiżguraw li s-sistemi ta' sanzjonar amministrattivi tagħhom jipprevedu tipi u livelli ta' sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati kif stabbiliti f'din id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha. Is-severità u n-natura tar-reat f'termini tal-iskala tiegħu u tal-irriversibbiltà tal-ħsara li tirriżulta mir-reat kif ukoll is-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuni ġuridiċi jenħtieġ li jiġu kkunsidrati biex jiġu żgurati l-proporzjonalità u d-dissważività tas-sanzjoni imposta.

Emenda  19

 

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Huwa importanti li jiġu stabbiliti malajr regoli tal-Unjoni sodi għal diliġenza dovuta komprensiva. Għalhekk, sanzjonijiet addizzjonali għal persuni ġuridiċi jenħtieġ li jinkludu l-obbligu għall-kumpaniji li jistabbilixxu skemi ta' diliġenza dovuta għal konformità msaħħa mal-istandards ambjentali.

Emenda  20

 

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Jenħtieġ li jitrawmu approssimazzjoni u effettività ulterjuri tal-livelli ta' sanzjoni imposti fil-prattika permezz ta' ċirkostanzi aggravanti komuni li jirriflettu s-severità tar-reat imwettaq. Meta tkun ġiet ikkawżata l-mewt jew il-korriment serju ta' persuna u meta dawn l-elementi ma jkunux diġà jikkostitwixxu reat kriminali, dawn jistgħu jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti. Bl-istess mod, meta reat kriminali ambjentali jikkawża ħsara sostanzjali u irriversibbli jew fit-tul lil ekosistema sħiħa, dan jenħtieġ li jkun ċirkostanza aggravanti minħabba s-severità tiegħu, inkluż f'każijiet komparabbli mal-ekoċidju. Peress li l-profitti jew in-nefqa illegali li tista' tiġi ġġenerata jew li tista' tiġi evitata permezz ta' reat ambjentali hija inċentiv importanti għall-kriminali, dawn jenħtieġ li jitqiesu meta jiġi ddeterminat il-livell xieraq ta' sanzjonijiet fil-każ individwali.

(16) Jenħtieġ li jitrawmu approssimazzjoni u effettività ulterjuri tal-livelli ta' sanzjoni imposti fil-prattika permezz ta' ċirkostanzi aggravanti komuni li jirriflettu s-severità tar-reat imwettaq. Meta tkun ġiet ikkawżata l-mewt ta' persuna jew ħsara serja lis-saħħa ta' kwalunkwe persuna u meta dawn l-elementi ma jkunux diġà jikkostitwixxu reat kriminali, jew meta reat kriminali ambjentali jikkawża qerda jew ħsara sostanzjali u irriversibbli jew fit-tul lil ekosistema sħiħa, jew ir-reat twettaq f'żona protetta, bħal żona fl-ambitu ta' Natura 2000, jew f'żona fejn ir-reat x'aktarx li jkollu impatt sinifikanti fid-dawl tal-objettivi ta' konservazzjoni għal sit protett, dawn jenħtieġ li jkunu ċirkostanzi aggravanti. Meta reat kriminali ambjentali jikkawża ħsara serja u mifruxa, jew serja u fit-tul, jew serja u irriversibbli lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-bijodiversità, lis-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, jew lill-annimali jew lill-pjanti, tali reat jenħtieġ li jitqies bħala reat ta' gravità partikolari, u jiġi ssanzjonat bħala tali f'konformità mas-sistemi legali tal-Istati Membri, li jkopru l-ekoċidju, li n-Nazzjonijiet Uniti bħalissa qed jaħdmu fuq definizzjoni internazzjonali uffiċjali għalih. Peress li l-profitti jew in-nefqa illegali li jistgħu jiġu ġġenerati jew li jistgħu jiġu evitati permezz ta' reat ambjentali huma inċentiv importanti għall-kriminali, dawn jenħtieġ li jiġu kkalkolati bl-aktar mod eżatt possibbli u jitqiesu meta jiġi ddeterminat il-livell xieraq ta' sanzjonijiet fil-każ individwali.

Emenda  21

 

Proposta għal direttiva

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Meta r-reati jkunu ta' natura kontinwa, dawn jenħtieġ li jitwaqqfu mill-aktar fis possibbli. Meta t-trasgressuri jkunu għamlu qligħ finanzjarju, jenħtieġ li tali qligħ jiġi kkonfiskat.

(17) Meta r-reati jkunu ta' natura kontinwa, dawn jenħtieġ li jitwaqqfu mill-aktar fis possibbli. L-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti jenħtieġ li jkollhom id-dritt jordnaw il-waqfien immedjat tal-imġiba illegali jew jimponu miżuri biex jipprevjenu l-eżekuzzjoni ta' tali mġiba, sabiex tiġi evitata ħsara lill-ambjent. Meta t-trasgressuri jkunu għamlu qligħ finanzjarju, jenħtieġ li tali qligħ u rikavati u strumenti oħra jiġu kkonfiskati u ġestiti b'mod xieraq, skont in-natura tagħhom, u, fejn possibbli, jintużaw biex jipprevjenu r-reati ambjentali, jiffinanzjaw ir-restawr tal-ambjent, ir-rimedju ta' kwalunkwe dannu kkawżat u l-kumpens għad-dannu jew għall-ħsara kkawżati mill-imġiba illegali, f'konformità mad-dritt nazzjonali.

Emenda  22

 

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Minkejja l-benefiċċji ta' din id-Direttiva għat-titjib tal-koerenza legali fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni għadha tiffaċċja l-frammentazzjoni regolatorja f'dan il-qasam u nuqqas ta' uniformità f'termini legali u prattiċi. Id-differenzi fl-implimentazzjoni u fl-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar ir-reati u r-responsabbiltà ambjentali jfissru li bħalissa hemm nuqqas ta' kundizzjonijiet ekwi għall-industrija tal-Unjoni, u b'riżultat ta' dan, il-funzjonament tajjeb tas-suq intern qiegħed jiġi ostakolat. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra li tikkomplementa din id-Direttiva b'oqsma ta' politika oħra, li jistgħu jiġu armonizzati bis-sħiħ permezz ta' regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa wkoll linji gwida sabiex jgħinu lill-Istati Membri fit-tħejjija ta' sanzjonijiet armonizzati, effettivi, dissważivi u proporzjonati.

Emenda  23

 

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) F'konformità mat-titjib tal-koerenza legali fil-livell tal-Unjoni u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fejn meħtieġ, tipproponi li jiġu aġġornati l-lista ta' reati kriminali ambjentali u d-definizzjonijiet korrispondenti ġodda stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda  24

 

Proposta għal direttiva

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-obbligi f'din id-Direttiva li jipprevedu pieni kriminali jenħtieġ li ma jeżentawx lill-Istati Membri mill-obbligu li jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra fid-dritt nazzjonali għal ksur stabbilit fil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

(20) L-obbligi f'din id-Direttiva li jipprevedu pieni kriminali jenħtieġ li ma jeżentawx lill-Istati Membri mill-obbligu li jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra effettivi, proporzjonati, dissważivi u ta' deterrent fid-dritt nazzjonali għal ksur stabbilit fil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

Emenda  25

 

Proposta għal direttiva

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi fl-Istati Membri jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom firxa ta' sanzjonijiet kriminali u miżuri oħra biex jindirizzaw tipi differenti ta' mġiba kriminali b'mod imfassal apposta u effettiv.

(22) Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ġudizzjarji u amministrattivi fl-Istati Membri jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom firxa neċessarja u xierqa ta' metodi ta' prevenzjoni, pieni u sanzjonijiet kriminali, konfiska u miżuri oħra biex jindirizzaw tipi differenti ta' mġiba kriminali b'mod imfassal apposta, opportun, proporzjonat u effettiv.

Emenda  26

 

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-persuni ġuridiċi kkundannati għal reati kriminali elenkati fl-Artikoli 3 u 4 ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jitneħħew b'mod temporanju mir-Reġistru tat-Trasparenza stabbilit skont il-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea. Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jirriżultaw f'tali kundanni jenħtieġ li jkunu aċċessibbli fl-Istati Membri kollha u jintbagħtu lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni inkarigati mir-Reġistru tat-Trasparenza. Għalhekk, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jadattaw il-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru tat-trasparenza obbligatorju biex jippermettu t-tneħħija temporanja ta' persuni ġuridiċi kkundannati għal reati kriminali.

Emenda  27

 

Proposta għal direttiva

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Ir-reati kriminali ambjentali jagħmlu ħsara lin-natura u lis-soċjetà. Meta jirrapportaw ksur tad-dritt ambjentali tal-Unjoni, in-nies jagħtu servizz ta' interess pubbliku u għandhom rwol ewlieni fl-esponiment u fil-prevenzjoni ta' tali ksur, u b'hekk jissalvagwardjaw il-benesseri tas-soċjetà. Individwi f'kuntatt ma' organizzazzjoni fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol spiss ikunu l-ewwel li jkunu jafu dwar it-theddid jew il-ħsara għall-interess pubbliku u għall-ambjent. Il-persuni li jirrapportaw l-irregolaritajiet huma magħrufa bħala informaturi. L-informaturi potenzjali spiss ikunu skoraġġuti milli jirrapportaw it-tħassib jew is-suspetti tagħhom għax jibżgħu minn xi ritaljazzjoni. Tali persuni jenħtieġ li jibbenefikaw minn protezzjoni bbilanċjata u effettiva tal-informaturi stabbilita skont id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25.

(24) Ir-reati kriminali ambjentali jagħmlu ħsara lin-natura u lis-soċjetà. Meta jirrapportaw ksur tad-dritt ambjentali tal-Unjoni, in-nies u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jagħtu servizz ta' interess pubbliku u għandhom rwol ewlieni fl-esponiment u fil-prevenzjoni ta' tali ksur, u b'hekk jissalvagwardjaw l-ambjent, id-drittijiet tal-bniedem u l-benesseri tas-soċjetà. Individwi f'kuntatt ma' organizzazzjoni fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol spiss ikunu l-ewwel li jkunu jafu dwar it-theddid jew il-ħsara għall-interess pubbliku u għall-ambjent. Il-persuni li jirrapportaw l-irregolaritajiet huma magħrufa bħala informaturi. L-informaturi potenzjali spiss ikunu skoraġġuti milli jirrapportaw it-tħassib jew is-suspetti tagħhom għax jibżgħu minn xi ritaljazzjoni. Tali persuni jenħtieġ li jibbenefikaw minn protezzjoni bbilanċjata u effettiva tal-informaturi stabbilita skont id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25.

__________________

__________________

25 Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305/17).

25 Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni (ĠU L 305/17).

Emenda  28

 

Proposta għal direttiva

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Persuni oħra jista' jkollhom ukoll informazzjoni siewja dwar reati kriminali ambjentali potenzjali. Dawn jistgħu jkunu membri tal-komunità affettwati jew membri tas-soċjetà inġenerali li jieħdu sehem attiv fil-protezzjoni tal-ambjent. Tali persuni li jirrapportaw reati ambjentali kif ukoll persuni li jikkooperaw mal-infurzar ta' tali reati jenħtieġ li jingħataw l-appoġġ u l-assistenza meħtieġa fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali, sabiex ma jkunux żvantaġġati għall-kooperazzjoni tagħhom iżda appoġġati u assistiti. Jenħtieġ li dawn il-persuni jkunu protetti wkoll milli jiġu ppersegwitati jew ipproċessati bla bżonn għar-rapportar ta' tali reati jew għall-kooperazzjoni tagħhom fil-proċedimenti kriminali.

(25) Persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra jista' jkollhom ukoll informazzjoni siewja dwar reati kriminali ambjentali potenzjali. Dawn jistgħu jinkludu membri tal-komunità affettwati, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi, jew membri tas-soċjetà inġenerali li jieħdu sehem attiv fil-protezzjoni tal-ambjent. Tali persuni li jirrapportaw reati ambjentali kif ukoll persuni li jikkooperaw mal-infurzar ta' tali reati jenħtieġ li jingħataw il-protezzjoni, l-appoġġ u l-assistenza meħtieġa fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali, sabiex ma jkunux żvantaġġati għall-kooperazzjoni tagħhom iżda appoġġati u assistiti. Jenħtieġ li dawn il-persuni jkunu protetti wkoll milli jiġu ppersegwitati jew ipproċessati bla bżonn għar-rapportar ta' tali reati jew għall-kooperazzjoni tagħhom fil-proċedimenti kriminali.

Emenda  29

 

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Jenħtieġ li l-Istati Membri jivvalutaw il-ħtieġa li joħolqu strumenti f'konformità mas-sistema legali nazzjonali tagħhom biex persuni jkunu jistgħu jirrappurtaw reati ambjentali b'mod anonimu, fejn tali strumenti għadhom ma jeżistux.

Emenda  30

 

Proposta għal direttiva

Premessa 25b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25b) Bħala parti mill-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020-2025) il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, jenħtieġ li taħdem fuq it-titjib tal-aċċess tal-vittmi għal kumpens, inklużi l-vittmi ta' reati ambjentali. Din tista' tinkludi, jekk meħtieġ, l-istabbiliment ta' fond nazzjonali għall-kumpens tal-vittmi li jista' jiġi ffinanzjat, fost l-oħrajn, permezz ta' multi imposti għal reati ambjentali u l-kumpens għal ħsara ambjentali prevista f'din id-Direttiva u, fejn applikabbli, possibbilment permezz tar-rikavati minn u l-istrumenti użati jew maħsuba biex jintużaw fit-twettiq, jew biex jikkontribwixxu għat-twettiq, tar-reat, li jkunu ġew ikkonfiskati f'konformità ma' din id-Direttiva.

Emenda  31

 

Proposta għal direttiva

Premessa 26a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Miżuri ta' prevenzjoni komprensivi u effettivi u sanzjonijiet u pieni kriminali dissważivi u proporzjonati huma deterrenti importanti kontra l-ħsara ambjentali u r-reati ambjentali. F'konformità mal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas", min iniġġes jenħtieġ li jġarrab l-ispejjeż kollha tal-ħsara ambjentali li jkun ikkawża. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dħul iġġenerat minn multi mmirati jintuża biex jikkontribwixxi għall-kost ta' miżuri preventivi, taħriġ speċjalizzat, għodod ta' investigazzjoni, u l-finanzjament ta' riżorsi biex jiġu identifikati, investigati, jinbdew proċedimenti kontra reati kriminali ambjentali jew tittieħed deċiżjoni dwarhom.

Emenda  32

 

Proposta għal direttiva

Premessa 26b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b) Bħala miżura ta' prevenzjoni, il-persuni ġuridiċi huma mħeġġa jaħtru uffiċjal għall-konformità ambjentali li jrid ikun responsabbli għaż-żamma ta' rekords sabiex tiġi pprovduta informazzjoni lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji, għal proċeduri ta' skoperta jew ċitazzjonijiet possibbli, biex jiġi identifikat min huwa trasgressur u min mhuwiex. L-azzjonijiet ta' uffiċjal għall-konformità ambjentali, fejn xieraq, jistgħu jkunu fattur ta' mitigazzjoni meta l-uffiċjal jagħti lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji informazzjoni li altrimenti ma setgħux jiksbu, meta persuni ġuridiċi jinżammu responsabbli għar-reati mwettqa.

Emenda  33

 

Proposta għal direttiva

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) In-nuqqas ta' riżorsi u ta' setgħat ta' infurzar għall-awtoritajiet nazzjonali li jidentifikaw, jinvestigaw, jibdew proċedimenti kriminali kontra reati kriminali ambjentali jew jiddeċiedu dwarhom joħloq ostakli għall-prevenzjoni u l-kastig effettivi tar-reati ambjentali. B'mod partikolari, in-nuqqas ta' riżorsi jista' jipprevjeni lill-awtoritajiet milli jieħdu kwalunkwe azzjoni jew jillimita l-azzjonijiet ta' infurzar tagħhom, u dan jippermetti lit-trasgressuri jaħarbu mir-responsabbiltà jew li jirċievu kastig li ma jikkorrispondix mal-gravità tar-reat. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji minimi dwar ir-riżorsi u s-setgħat ta' infurzar.

(27) In-nuqqas ta' riżorsi u ta' setgħat ta' infurzar għall-awtoritajiet nazzjonali u awtoritajiet rilevanti oħra li jidentifikaw, jinvestigaw, jibdew proċedimenti kriminali kontra reati kriminali ambjentali jew jiddeċiedu dwarhom joħloq ostakli għall-prevenzjoni u l-kastig effettivi tar-reati ambjentali. B'mod partikolari, in-nuqqas ta' riżorsi jista' jipprevjeni lill-awtoritajiet milli jieħdu kwalunkwe azzjoni jew jillimita l-azzjonijiet ta' infurzar tagħhom, u dan jippermetti lit-trasgressuri jaħarbu mir-responsabbiltà jew li jirċievu kastig li ma jikkorrispondix mal-gravità tar-reat. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji minimi dwar ir-riżorsi u s-setgħat ta' infurzar.

Emenda  34

 

Proposta għal direttiva

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Il-funzjonament effettiv tal-katina tal-infurzar jiddependi fuq firxa ta' ħiliet speċjalizzati. Peress li l-kumplessità tal-isfidi maħluqa mir-reati ambjentali u n-natura teknika ta' tali reati jeħtieġu approċċ multidixxiplinari, huwa meħtieġ livell għoli ta' għarfien legali, għarfien espert tekniku kif ukoll livell għoli ta' taħriġ u speċjalizzazzjoni fl-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu taħriġ xieraq għall-funzjoni ta' dawk li jidentifikaw, jinvestigaw, jibdew proċedimenti kriminali kontra reati ambjentali jew jiddeċiedu dwarhom. Sabiex jiġu massimizzati l-professjonaliżmu u l-effettività tal-katina tal-infurzar, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw ukoll li jallokaw unitajiet ta' investigazzjoni, prosekuturi u mħallfin kriminali speċjalizzati biex jittrattaw kawżi kriminali ambjentali. Il-qrati kriminali ġenerali jistgħu jipprevedu kmamar speċjalizzati tal-imħallfin. Jenħtieġ li l-għarfien espert tekniku jkun disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti kollha tal-infurzar.

(28) Il-funzjonament effettiv tal-katina tal-infurzar jiddependi fuq firxa ta' ħiliet speċjalizzati. Peress li l-kumplessità tal-isfidi maħluqa mir-reati ambjentali u n-natura teknika ta' tali reati jeħtieġu approċċ multidixxiplinari, huwa meħtieġ livell għoli ta' għarfien legali, għarfien espert tekniku u appoġġ finanzjarju, kif ukoll livell għoli ta' taħriġ u speċjalizzazzjoni fl-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu taħriġ xieraq għall-funzjoni ta' dawk li jidentifikaw, jinvestigaw, jibdew proċedimenti kriminali kontra reati ambjentali jew jiddeċiedu dwarhom. Sabiex jiġu massimizzati l-professjonaliżmu u l-effettività tal-katina tal-infurzar, l-Istati Membri jenħtieġ ukoll, meta xieraq u f'konformità mad-dritt nazzjonali, li jassenjaw unitajiet ta' investigazzjoni, prosekuturi u mħallfin kriminali speċjalizzati biex jittrattaw kawżi kriminali ambjentali u jipprevedu kmamar speċjalizzati tal-imħallfin. Jenħtieġ li l-għarfien espert tekniku u l-appoġġ finanzjarju jkunu disponibbli għall-awtoritajiet rilevanti kollha tal-infurzar.

Emenda  35

 

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Minħabba l-impatt finanzjarju kbir tar-reati ambjentali, ir-rabta potenzjali tagħhom ma' reati finanzjarji serji oħra, kif ukoll in-natura transfruntiera tagħhom, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun fl-aħjar pożizzjoni biex jeżerċita l-kompetenzi tiegħu fuq ir-reati ambjentali l-iktar serji b'dimensjoni transfruntiera. Peress li bħalissa l-kompetenzi tal-UPPE huma limitati għar-reati finanzjarji, il-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika f'rapport il-possibbiltà ta' estensjoni tal-kompetenzi tal-UPPE f'kooperazzjoni mal-Eurojust biex jinkludu reati ambjentali transfruntieri serji, u l-arranġamenti għal tali estensjoni.

 

Emenda  36

 

Proposta għal direttiva

Premessa 32

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Sabiex jiġu indirizzati b'mod effettiv ir-reati kriminali msemmija f'din id-Direttiva, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiġbru data preċiża, konsistenti u komparabbli dwar l-iskala u x-xejriet tar-reati ambjentali u l-isforzi biex jiġu miġġielda u r-riżultati tagħhom. Din id-data jenħtieġ li tintuża għat-tħejjija tal-istatistika għall-użu fl-ippjanar operazzjonali u strateġiku tal-attivitajiet ta' infurzar kif ukoll biex tipprovdi informazzjoni liċ-ċittadini. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru u jirrapportaw lill-Kummissjoni data statistika rilevanti dwar ir-reati ambjentali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta u tippubblika regolarment ir-riżultati abbażi tad-data trażmessa mill-Istati Membri.

(32) Sabiex jiġu indirizzati b'mod effettiv ir-reati kriminali msemmija f'din id-Direttiva, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiġbru data preċiża, konsistenti u komparabbli dwar l-iskala u x-xejriet tar-reati ambjentali u l-isforzi biex jiġu miġġielda u r-riżultati tagħhom. Din id-data jenħtieġ li tintuża għat-tħejjija tal-istatistika għall-użu fl-ippjanar operazzjonali u strateġiku tal-attivitajiet ta' infurzar kif ukoll biex tipprovdi informazzjoni liċ-ċittadini. L-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru u jirrapportaw lill-Kummissjoni, u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku online, data statistika rilevanti dwar ir-reati ambjentali, b'mod partikolari li tispeċifika s-sanzjonijiet imposti fuq it-trasgressuri. Fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta u tippubblika regolarment ir-riżultati abbażi tad-data trażmessa mill-Istati Membri.

Emenda  37

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizzjoni ta' reati u sanzjonijiet kriminali sabiex l-ambjent jiġi protett b'mod aktar effettiv.

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizzjoni ta' reati u sanzjonijiet kriminali ambjentali, kif ukoll dwar il-miżuri, il-mezzi u r-riżorsi meħtieġa għall-prevenzjoni tar-reati ambjentali u l-ġlieda kontrihom u biex il-liġi ambjentali tal-Unjoni tiġi infurzata kif xieraq, sabiex l-ambjent jiġi protett b'mod aktar effettiv.

Emenda  38

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li irrispettivament mill-bażi ġuridika tagħha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-ambjent kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(a) id-dritt tal-Unjoni, li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-ambjent kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

Emenda  39

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) liġi, regolament amministrattiv ta' Stat Membru jew deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tagħti effett lil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni msemmija fil-punt (a).

(b) liġi, regolament amministrattiv ta' Stat Membru jew deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru li tagħti effett lid-dritt tal-Unjoni msemmi fil-punt (a).

Emenda  40

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-imġiba għandha titqies illegali anke meta titwettaq taħt awtorizzazzjoni minn awtorità kompetenti fi Stat Membru meta tali awtorizzazzjoni tkun inkisbet b'mod frodulenti, jew permezz ta' korruzzjoni, estorsjoni jew koerċizzjoni;

L-imġiba għandha titqies illegali anke meta titwettaq taħt awtorizzazzjoni minn awtorità kompetenti fi Stat Membru meta tali awtorizzazzjoni tkun inkisbet b'mod frodulenti, jew permezz ta' korruzzjoni, estorsjoni jew koerċizzjoni, jew meta tali mġiba tikser kundizzjoni tal-awtorizzazzjoni;

Emenda  41

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) "serja", għall-fini tal-Artikolu 3, il-paragrafu 1a, fir-rigward ta' ħsara, tfisser li tali ħsara tinvolvi bidliet negattivi, tfixkil jew ħsara kbar ħafna lil kwalunkwe element tal-ambjent, inklużi impatti sinifikanti fuq il-ħajja tal-bniedem jew fuq ir-riżorsi naturali;

Emenda  42

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  "mifruxa", għall-fini tal-Artikolu 3, il-paragrafu 1a, fir-rigward ta' ħsara, tfisser li tali ħsara testendi lil hinn minn żona ġeografika limitata, li taqsam il-fruntieri tal-Istati, jew li tiġġarrab minn ekosistema jew speċi sħiħa jew minn għadd kbir ta' bnedmin;

Emenda  43

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) "fit-tul", għall-fini tal-Artikolu 3, il-paragrafu 1a, fir-rigward ta' ħsara, tfisser li tali ħsara ma tistax tiġi rrimedjata permezz ta' rkupru naturali f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

Emenda  44

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) "persuna ġuridika" tfisser kwalunkwe entità ġuridika li jkollha tali status skont id-dritt nazzjonali applikabbli, ħlief għal Stati jew korpi pubbliċi li jeżerċitaw l-awtorità tal-Istat u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi;

(3) "persuna ġuridika" tfisser kwalunkwe entità ġuridika li jkollha tali status skont id-dritt nazzjonali applikabbli, ħlief għal Stati jew korpi pubbliċi li jeżerċitaw l-awtorità tal-Istat u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi, sakemm id-dritt nazzjonali ma jippermettix li l-korpi pubbliċi li jeżerċitaw l-awtorità tal-Istat jiġu inklużi;

Emenda  45

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) "pubbliku kkonċernat" tfisser il-persuni affettwati jew li x'aktarx jiġu affettwati mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 jew 4. Għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, il-persuni li jkollhom interess suffiċjenti jew li jsostnu it-telf ta' dritt kif ukoll organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit proporzjonat skont id-dritt nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;

(4) "pubbliku kkonċernat" tfisser il-persuni affettwati jew li x'aktarx jiġu affettwati mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 jew 4. Għall-finijiet ta' din id-definizzjoni, il-persuni li jkollhom interess suffiċjenti jew li jsostnu it-telf ta' dritt kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent u li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit proporzjonat skont id-dritt nazzjonali għandhom jitqiesu li għandhom interess;

Emenda  46

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) "ħsara ambjentali" tfisser ħsara kbira lis-saħħa ta' kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-bijodiversità, lis-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, lill-annimali jew lill-pjanti, li hija detrimentali għal kwalunkwe ħaġa li tikber, tiffjorixxi u tgħix, inkluż, iżda mhux biss, il-ħsara kif imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/35/KE;

Emenda  47

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-iskariku, l-emissjoni jew l-introduzzjoni ta' kwantità ta' materjali jew sustanzi jew radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma li tikkawża jew x'aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

(a) l-iskariku, l-emissjoni jew l-introduzzjoni ta' kwantità ta' materjali jew sustanzi, enerġija, jew radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma li tikkawża jew x'aktarx tikkawża l-mewt jew ħsara kbira lis-saħħa ta' kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-bijodiversità, lis-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, lill-annimali jew lill-pjanti;

Emenda  48

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-tqegħid fis-suq ta' prodott li, bi ksur ta' projbizzjoni jew ta' rekwiżit ieħor, jikkawża jew x'aktarx jikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, tal-ilma jew tal-ħamrija, jew lill-annimali jew lill-pjanti b'riżultat tal-użu tal-prodott fuq skala akbar;

(b) it-tqegħid fis-suq jew il-kummerċ illegali, inkluż online, ta' prodott li l-użu tiegħu, bi ksur ta' projbizzjoni jew ta' rekwiżit ieħor, jikkawża jew x'aktarx jikkawża l-mewt jew ħsara kbira lis-saħħa ta' kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-bijodiversità, lis-sistemi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, jew lill-annimali jew lill-pjanti b'riżultat tal-użu tal-prodott fuq skala akbar;

Emenda  49

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-manifattura, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' sustanzi, kemm jekk waħedhom, f'taħlitiet jew f'oġġetti, inkluża l-inkorporazzjoni tagħhom f'oġġetti, meta:

(c) il-manifattura, it-tqegħid jew l-introduzzjoni fis-suq, l-importazzjoni fis-suq u l-esportazzjoni mis-suq tal-Unjoni, inkluż online, jew l-użu ta' sustanzi, kemm jekk waħedhom, f'taħlitiet jew f'oġġetti, inkluża l-inkorporazzjoni tagħhom f'oġġetti, meta:

Emenda  50

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

u tikkawża jew x'aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

u tikkawża jew x'aktarx tikkawża l-mewt jew ħsara kbira lis-saħħa ta' kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-bijodiversità, lis-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, lill-annimali jew lill-pjanti;

Emenda  51

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) kwalunkwe mġiba li tikser ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar il-merkurju, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1102/2008 (ĠU L 137, 24.5.2017, p. 1).

Emenda  52

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) ir-rilaxx deliberat fl-ambjent ta' organiżmi ġenetikament modifikati, kif ukoll il-kultivazzjoni u t-tqegħid fis-suq tagħhom fejn tali attivitajiet ikunu illegali skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fejn tali attivitajiet jikkawżaw jew x'aktarx li jikkawżaw ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-bijodiversità, lis-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, lill-annimali jew lill-pjanti;

Emenda  53

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-ġbir, it-trasport, l-irkupru u r-rimi ta' skart, is-superviżjoni ta' tali operazzjonijiet u l-manutenzjoni tas-siti tar-rimi, inkluża l-azzjoni li tittieħed minn negozjanti jew sensara (l-immaniġġjar tal-iskart), meta mġiba illegali:

(e) il-ġbir, it-trasport, it-trattament, l-irkupru u r-rimi ta' skart, is-superviżjoni ta' tali operazzjonijiet u l-manutenzjoni tas-siti tar-rimi, inkluża l-azzjoni li tittieħed minn negozjanti jew sensara (l-immaniġġjar tal-iskart), meta mġiba illegali:

Emenda  54

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) tikkonċerna skart ieħor minn dak imsemmi fil-punt (i) u tikkawża jew x'aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

(ii) tikkonċerna skart ieħor minn dak imsemmi fil-punt (i) u tikkawża jew x'aktarx tikkawża l-mewt jew ħsara kbira lis-saħħa ta' kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-bijodiversità, lis-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, lill-annimali jew lill-pjanti;

Emenda  55

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) l-iskariki mill-bastimenti ta' sustanzi li jniġġsu msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta' penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta' tniġġis, fi kwalunkwe waħda miż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva, dment li l-iskariki mill-bastimenti ma jissodisfawx l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva; din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal każijiet individwali, meta l-iskariku mill-bastimenti ma jikkawżax deterjorament fil-kwalità tal-ilma, sakemm każijiet ripetuti mill-istess trasgressur flimkien ma jirriżultawx f'deterjorament fil-kwalità tal-ilma;

(h) l-iskariki mill-bastimenti ta' sustanzi li jniġġsu kif definiti fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2008/56/KE jew imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta' penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta' tniġġis, fi kwalunkwe waħda miż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva, dment li l-iskariki mill-bastimenti ma jissodisfawx l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva; din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal każijiet minuri, meta l-iskariku mill-bastimenti ma jikkawżax deterjorament fil-kwalità tal-ilma jew tal-ambjent tal-baħar, sakemm każijiet ripetuti mill-istess trasgressur flimkien ma jirriżultawx f'deterjorament fil-kwalità tal-ilma jew tal-ambjent tal-baħar;

__________________

__________________

42 Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta' penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta' tniġġis (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11–21).

42 Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta' penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta' tniġġis (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11–21).

Emenda  56

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-installazzjoni, it-tħaddim jew iż-żarmar ta' installazzjoni li fiha ssir attività perikoluża jew li fiha jinħażnu jew jintużaw sustanzi, formulazzjonijiet jew sustanzi niġġiesa perikolużi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43, id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 jew id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 u li tikkawża jew x'aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

(i) l-installazzjoni, it-tħaddim jew iż-żarmar ta' installazzjoni li fiha ssir attività perikoluża jew li fiha jinħażnu jew jintużaw sustanzi, formulazzjonijiet jew sustanzi niġġiesa perikolużi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43, id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill44 jew id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 u li tikkawża jew x'aktarx tikkawża l-mewt jew ħsara kbira lis-saħħa ta' kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-bijodiversità, lis-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, lill-annimali jew lill-pjanti;

__________________

__________________

43 Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1–37).

43 Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1–37).

44 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17–119).

44 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17–119).

45 Id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66–106).

45 Id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66–106).

Emenda  57

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) il-manifattura, il-produzzjoni, l-ipproċessar, l-immaniġġjar, l-użu, iż-żamma, il-ħżin, it-trasport, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew ir-rimi ta' materjal radjuattiv li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom46, id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom47 jew id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom48, li jikkawża jew li x'aktarx jikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

(j) il-manifattura, il-produzzjoni, l-ipproċessar, l-immaniġġjar, l-użu, iż-żamma, il-ħżin, it-trasport, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew ir-rimi ta' materjal radjuattiv li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom46 jew id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom48, li jikkawża jew li x'aktarx jikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-bijodiversità, lis-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistemi, lill-annimali jew lill-pjanti;

__________________

__________________

46 Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1–73).

46 Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1–73).

47 Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42–52).

 

48 Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta' Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12–21).

48 Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta' Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta' sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12–21).

Emenda  58

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) l-astrazzjoni tal-ilma tal-wiċċ jew tal-ilma ta' taħt l-art li tikkawża jew li x'aktarx tikkawża ħsara sostanzjali lill-istatus ekoloġiku jew lill-potenzjal tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ jew lill-istatus kwantitattiv tal-korpi tal-ilma ta' taħt l-art;

(k) l-astrazzjoni tal-ilma tal-wiċċ jew tal-ilma ta' taħt l-art fis-sens tad-Direttiva 2000/60/KE li tikkawża jew li x'aktarx tikkawża ħsara sostanzjali lill-istatus ekoloġiku jew lill-potenzjal tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ jew lill-istatus kwantitattiv tal-korpi tal-ilma ta' taħt l-art;

Emenda  59

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) il-qtil, il-qerda, it-teħid, il-pussess, il-bejgħ jew l-offerta għall-bejgħ ta' eżemplar jew eżemplari ta' speċijiet ta' fawna jew flora selvaġġi elenkati fl-Annessi IV u V (meta l-ispeċijiet fl-Anness V ikunu soġġetti għall-istess miżuri bħal dawk adottati għall-ispeċijiet fl-Anness IV) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE49 u tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, ħlief għal każijiet fejn l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta' tali eżemplari;

(l) il-qtil, il-qerda, it-teħid, il-pussess, il-bejgħ jew l-offerta għall-bejgħ, inkluż online, ta' eżemplar jew eżemplari ta' speċijiet ta' fawna jew flora selvaġġi elenkati fl-Annessi IV u V (meta l-ispeċijiet fl-Anness V ikunu soġġetti għall-istess miżuri bħal dawk adottati għall-ispeċijiet fl-Anness IV) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE49 u tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, ħlief għal każijiet fejn l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta' tali eżemplari u ma taffettwax il-ħabitats naturali ta' dawn l-ispeċijiet sa grad konsiderevoli u ma tkunx ta' periklu għall-isforzi ta' stabbilizzazzjoni tal-popolazzjoni tagħhom;

__________________

__________________

49 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7–50).

49 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7–50).

50 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7–25).

50 Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7–25).

Emenda  60

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) il-kummerċ ta' eżemplari ta' speċijiet ta' fawna jew flora selvaġġi jew ta' partijiet jew ta' derivattivi tagħhom elenkati fl-Annessi A u B tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/9751, ħlief għal każijiet fejn l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta' tali eżemplari;

(m) il-kummerċ ta' eżemplari ta' speċijiet ta' fawna jew flora selvaġġi jew ta' partijiet jew ta' derivattivi tagħhom elenkati fl-Annessi A u B tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/9751 u l-importazzjonijiet ta' eżemplari ta' tali speċijiet, partijiet jew derivattivi tagħhom elenkati fl-Anness C ta' dak ir-Regolament;

__________________

__________________

51 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1).

51 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1).

Emenda  61

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt n

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) l-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni ta' injam maħsud b'mod illegali jew ta' prodotti tal-injam li jkunu saru minn injam maħsud b'mod illegali, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52, ħlief għal każijiet fejn l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli; [jekk Regolament dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni kif ukoll l-esportazzjoni mill-Unjoni ta' ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 jiġi adottat qabel din id-Direttiva, il-punt (n) għandu jiġi sostitwit b'reat kriminali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament.]

(n) l-introduzzjoni jew it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni, inkluż permezz ta' mezzi online, ta' komoditajiet rilevanti jew prodotti rilevanti, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*+, meta l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament għal tali introduzzjoni jew tqegħid fis-suq, jew tali esportazzjoni, ma jintlaħqux, ħlief għal każijiet fejn l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli;

__________________

__________________

52 Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23–34).

* Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta' ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 (ĠU ...)

 

+ OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 82/22 (2021/0366(COD)) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.

Emenda  62

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt o

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) kwalunkwe mġiba li tikkawża d-degradazzjoni ta' ħabitat f'sit protett, skont it-tifsira tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KEE, meta din id-degradazzjoni tkun sinifikanti;

(o) kwalunkwe mġiba li tikkawża d-degradazzjoni ta' ħabitat f'żona speċjali ta' konservazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KEE, jew ta' ħabitat ta' speċi f'konformità mar-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*+, meta din id-degradazzjoni tkun sinifikanti;

 

__________________

 

* Ir-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar ir-restawr tan-natura (ĠU ...)

 

+ OP: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS .../... (2022/0195(COD)) u daħħal in-numru, id-data u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota f'qiegħ il-paġna.

Emenda  63

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt p – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) l-imġiba tikser kundizzjoni ta' permess maħruġ skont l-Artikolu 8 jew ta' awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 u tikkawża jew x'aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

(ii) l-imġiba tikser kundizzjoni ta' permess maħruġ skont l-Artikolu 8 jew ta' awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 u tikkawża jew x'aktarx tikkawża l-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, lill-bijodiversità, lis-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistema, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

Emenda  64

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt q

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(q) il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użu, l-emissjoni jew ir-rilaxx ta' sustanzi li jnaqqsu l-ożonu kif definit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill54 jew ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu minn sustanzi bħal dawn;

(q) il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, inkluż online, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użu, l-emissjoni jew ir-rilaxx ta' sustanzi li jnaqqsu l-ożonu kif definit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill54 jew ta' prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddependu minn sustanzi bħal dawn;

__________________

__________________

54 Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1–30)

54 Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1–30)

Emenda  65

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ra (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ra) ksur serju skont it-tifsira tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/200955a u l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/200855b;

 

__________________

 

55a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343 22.12.2009, p. 1).

 

55b Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999, (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

Emenda  66

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt rb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(rb) kwalunkwe mġiba li tikkawża nirien fil-foresti jew deterjorament sinifikanti ta' aktar minn ettaru ta' foresta;

Emenda  67

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe mġiba li tikkawża jew x'aktarx tikkawża l-mewt jew il-ħsara serja lis-saħħa ta' kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, lill-bijodiversità, lis-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistema, jew lill-annimali jew lill-pjanti tikkostitwixxi reat kriminali meta tkun illegali u titwettaq intenzjonalment. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe mġiba li tikkawża ħsara serja u mifruxa, jew ħsara serja u fit-tul, jew ħsara serja u irriversibbli, tiġi ttrattata bħala reat ta' gravità partikolari u sanzjonata bħala tali f'konformità mas-sistemi legali tal-Istati Membri.

Emenda  68

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a), (b), (c), (d), (e), (f), (h), (i), (j), (k), (m), (n), (p)(ii), (q), (r) tikkostitwixxi wkoll reat kriminali, meta titwettaq b'mill-inqas negliġenza serja.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba msemmija fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 1a tikkostitwixxi wkoll reat kriminali, meta titwettaq b'mill-inqas negliġenza serja.

Emenda  69

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-firxa tal-ħsara;

(d) il-firxa tal-ħsara, inkluż kwalunkwe natura transfruntiera potenzjali;

Emenda  70

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) kwalunkwe benefiċċju finanzjarju li jirriżulta mill-ħsara kkawżata mit-trasgressuri;

Emenda  71

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt eb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) id-durata tal-ksur jew tan-nuqqas ta' konformità;

Emenda  72

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt ec (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec) l-istat ta' konservazzjoni tal-ispeċijiet, il-popolazzjonijiet jew il-ħabitats, l-ekosistemi u r-riżorsi naturali affettwati;

Emenda  73

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt ed (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ed) jekk ir-reat ikunx twettaq fil-qafas ta' organizzazzjoni kriminali skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI, jew ikunx marbut ma' qtil, korruzzjoni, ħasil tal-flus, frodi, kontrafazzjoni ta' dokumenti, estorsjoni, koerċizzjoni jew forom oħra ta' intimidazzjoni.

Emenda  74

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tispeċifika li r-reati elenkati fil-paragrafu 1, il-punti (ca), (cb), (ra) u (rb), huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tiġi eskluża mir-responsabbiltà kriminali mġiba li tikkawża jew li x'aktarx tikkawża ħsara li, abbażi tal-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, ma titqiesx bħala sostanzjali.

Emenda  75

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tispeċifika li l-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu meta jiġi vvalutat jekk l-attività aktarx tikkawża ħsara lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti għall-finijiet tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni tar-reati msemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) sa (e), (i), (j), (k) u (p):

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tispeċifika li l-elementi li ġejjin għandhom jitqiesu, fejn rilevanti, meta jiġi vvalutat jekk l-attività aktarx tikkawża ħsara lill-kwalità tal-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew lill-kwalità tal-ilma, jew lill-bijodiversità, lis-servizzi u l-funzjonijiet tal-ekosistema, lill-annimali jew lill-pjanti għall-finijiet tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni tar-reati msemmija fil-paragrafu 1:

Emenda  76

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-imġiba tkun relatata ma' attività li titqies bħala riskjuża jew perikoluża, teħtieġ awtorizzazzjoni li ma tkunx inkisbet jew ġiet osservata;

(a) l-imġiba tkun relatata ma' attività li titqies bħala riskjuża jew perikoluża, teħtieġ awtorizzazzjoni li ma tkunx inkisbet, ġiet aġġornata jew osservata;

Emenda  77

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-punt sa fejn jinqabeż il-limitu, il-valur jew parametru obbligatorju regolatorju ieħor;

(b) il-punt sa fejn jinqabeż il-limitu, inkluż il-limitu ta' periklu u tossiċità, il-valur jew parametru obbligatorju regolatorju ieħor;

Emenda  78

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-istat ta' konservazzjoni tal-ispeċijiet ta' fawna jew flora kkonċernati;

(c) l-istat ta' konservazzjoni tal-popolazzjonijiet rilevanti tal-ispeċijiet ta' fawna jew flora kkonċernati;

Emenda  79

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-kost tar-restawr tal-ħsara ambjentali.

(d) il-kost tar-restawr tal-ħsara ambjentali, b'kont meħud tal-valur tas-servizz tal-ekosistema pprovdut.

Emenda  80

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom tispeċifika li r-reati elenkati fil-paragrafu 1, il-punti (ca), (cb), (ra) u (rb), huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li tiġi eskluża mir-responsabbiltà kriminali mġiba fir-rigward ta' kwantitajiet determinati bħala negliġibbli abbażi tal-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Emenda  81

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-mument li mġiba ssir illegali, it-trasgressur ma jkunx jista' jinvoka l-ħruġ ta' awtorizzazzjoni sabiex jevita r-responsabbiltà kriminali.

Emenda  82

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istigazzjoni għat-twettiq ta' kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-għajnuna u l-assistenza fihom ikunu punibbli bħala reati kriminali.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istigazzjoni għat-twettiq ta' kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(1) u (1a) l-għajnuna u l-assistenza fihom ikunu punibbli bħala reati kriminali.

Emenda  83

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tentattiv biex jitwettaq kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (a), (b), (c), (d), (e), (f), (h), (i), (j), (k), (m), (n), (p)(ii), (q), (r) ikun punibbli bħala reat kriminali meta jsir intenzjonalment.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li tentattiv biex jitwettaq kwalunkwe wieħed mir-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(1) ikun punibbli bħala reat kriminali meta jsir intenzjonalment, meta rilevanti.

Emenda  84

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ikunu punibbli permezz ta' pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u xierqa, inkluż li jkollhom proċeduri effettivi fis-seħħ, biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ikunu punibbli permezz ta' pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda  85

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 ikunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas 10 snin jekk jikkawżaw jew x'aktarx jikkawżaw il-mewt jew il-korriment serju lil kwalunkwe persuna.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3 ikunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas 10 snin jekk jikkawżaw jew x'aktarx jikkawżaw il-mewt jew il-ħsara serja għas-saħħa ta' kwalunkwe persuna.

Emenda  86

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3(1), il-putni (k), (l), (m), (o), (p) ikunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas erba' snin.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (ca), (cb), (k), (l), (m), (o), (p), (ra), (rb) u fl-Artikolu 3(1a) ikunu punibbli b'terminu massimu ta' priġunerija ta' mill-inqas erba' snin.

Emenda  87

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżviluppaw miżuri oħra minbarra l-priġunerija sabiex jikkontribwixxu għar-restawr tal-ambjent.

Emenda  88

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) obbligu li jirrestawraw l-ambjent f'perjodu ta' żmien speċifiku;

(a) obbligu li jirrestawraw l-ambjent f'perjodu ta' żmien speċifiku, jew li tiġi kkumpensata l-ħsara kkawżata, jekk it-trasgressur ma jkunx f'kapaċità li jwettaq tali restawr jew jekk il-ħsara tkun irriversibbli;

Emenda  89

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) multi;

(b) multi, proporzjonati għall-gravità u d-durata tal-ħsara kkawżata lill-ambjent kif ukoll għall-benefiċċji finanzjarji akkumulati bit-twettiq tar-reat;

Emenda  90

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) esklużjonijiet temporanji jew permanenti mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta' akkwist, għotjiet u konċessjonijiet;

(c) esklużjonijiet temporanji jew permanenti mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta' akkwist, għotjiet, konċessjonijiet u liċenzji;

Emenda  91

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) skwalifika mit-tmexxija ta' stabbilimenti tat-tip użat għat-twettiq tar-reat;

(d) skwalifika mill-eżerċitar ta' pożizzjoni ta' tmexxija fi ħdan persuna ġuridika tat-tip użat għat-twettiq tar-reat;

Emenda  92

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) rekwiżit li jitħallsu l-ispejjeż tal-kawża sostnuti mill-parti rebbieħa, f'konformità mal-kundizzjonijiet u l-eċċezzjonijiet previsti fid-dritt nazzjonali applikabbli għall-proċeduri fil-qorti.

Emenda  93

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) setgħa ta' rappreżentanza tal-persuna ġuridika;

(a) setgħa ta' rappreżentanza tal-persuna ġuridika u/jew;

Emenda  94

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) awtorità li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika;

(b) awtorità li tieħu deċiżjonijiet f'isem il-persuna ġuridika u/jew;

Emenda  95

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi li jwettqu reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 jistgħu jinżammu responsabbli skont il-liġi ċivili, meta rilevanti, għal kwalunkwe ħsara jew dannu li jikkawżaw bħala riżultat ta' dak ir-reat, u, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jistgħu jintalbu jikkumpensaw lill-persuni li jkunu sofrew dik il-ħsara jew dak id-dannu.

Emenda  96

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex teskludi l-proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu t-trasgressuri, l-istigaturi tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jew kompliċi fihom.

3. Ir-responsabbiltà ta' persuni ġuridiċi skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex teskludi l-proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi, inkluż membri tal-bord korporattiv, li jkunu t-trasgressuri, l-istigaturi tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jew kompliċi fihom.

Emenda  97

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuna ġuridika li tinżamm responsabbli skont l-Artikolu 6(1) tkun punibbli b'sanzjonijiet jew miżuri li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li persuna ġuridika li tinżamm responsabbli skont l-Artikolu 6(1) jew (2) tkun punibbli b'sanzjonijiet u miżuri li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-livell ta' sanzjonijiet għandu jkun proporzjonat u adattat biex jirrifletti l-grad ta' severità u d-durata tal-ħsara kkawżata.

Emenda  98

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sanzjonijiet jew il-miżuri għall-persuni ġuridiċi responsabbli skont l-Artikolu 6(1) għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandhom jinkludu:

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-sanzjonijiet jew il-miżuri għall-persuni ġuridiċi li jinżammu responsabbli skont l-Artikolu 6(1) għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandhom jinkludu:

Emenda  99

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) multi kriminali jew mhux kriminali;

(a) multi kriminali jew mhux kriminali, proporzjonati għall-gravità u d-durata tal-ħsara kkawżata lill-ambjent kif ukoll għall-benefiċċji finanzjarji akkumulati bit-twettiq tar-reat;

Emenda  100

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) obbligu li jirrestawraw l-ambjent f'perjodu ta' żmien speċifiku;

(b) obbligu li jirrestawraw l-ambjent f'perjodu ta' żmien speċifiku, jew li jikkumpensaw għall-ħsara kkawżata, jekk it-trasgressur ma jkunx f'kapaċità li jwettaq tali restawr jew jekk il-ħsara tkun irriversibbli;

Emenda  101

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) esklużjoni temporanja mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta' akkwist, għotjiet u konċessjonijiet;

(d) esklużjoni temporanja mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta' akkwist, għotjiet, konċessjonijiet u liċenzji;

Emenda  102

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt k

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) pubblikazzjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja relatata mal-kundanna jew ta' kwalunkwe sanzjoni jew miżura applikata.

(k) pubblikazzjoni nazzjonali jew madwar l-Unjoni tad-deċiżjoni ġudizzjarja relatata mal-kundanna jew ta' kwalunkwe sanzjoni jew miżura applikata, inkluż billi jiġu riferuti lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni.

Emenda  103

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuna ġuridika li tinżamm responsabbli skont l-Artikolu 6(2) tkun punibbli b'sanzjonijiet jew miżuri li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

imħassar

Emenda  104

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (a) sa (j), (n), (q), (r) ikunu punibbli b'multi, li l-limitu massimu tagħhom ma għandux ikun inqas minn 5 % tal-fatturat globali totali tal-persuna ġuridika [/impriża] fis-sena finanzjarja ta' qabel id-deċiżjoni ta' mmultar.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (a) sa (j), (n), (q), (r) ikunu punibbli b'multi proporzjonati, li l-limitu massimu tagħhom ma għandux ikun inqas minn 10 % tal-fatturat globali medju tal-persuna ġuridika fit-tliet snin finanzjarji ta' qabel id-deċiżjoni ta' mmultar.

Emenda  105

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (k), (l), (m), (o), (p) ikunu punibbli b'multi, li l-limitu massimu tagħhom ma għandux ikun inqas minn 3 % tal-fatturat globali totali tal-persuna ġuridika [/impriża] fis-sena finanzjarja ta' qabel id-deċiżjoni ta' mmultar.

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (k), (l), (m), (o), (p) ikunu punibbli b'multi proporzjonati, li l-limitu massimu tagħhom ma għandux ikun inqas minn 10 % tal-fatturat globali medju tal-persuna ġuridika fit-tliet snin finanzjarji ta' qabel id-deċiżjoni ta' mmultar.

Emenda  106

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-reat ikkawża l-mewt ta', jew il-korriment serju lil, persuna;

(a) ir-reat ikkawża l-mewt jew il-ħsara serja lis-saħħa ta' kwalunkwe persuna;

Emenda  107

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-reat ikkawża l-qerda jew ħsara sostanzjali irriversibbli jew fit-tul lil ekosistema;

(b) ir-reat ikkawża l-qerda jew ħsara sostanzjali irriversibbli jew fit-tul lil ekosistema, jew lill-ispeċijiet protetti msemmija fl-Artikolu 3(1) il-punti (l) sa (m);

Emenda  108

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ir-reat ikun twettaq fil-qafas ta' organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI tal-Kunsill56;

(c) ir-reat ikun twettaq fil-qafas ta' organizzazzjoni kriminali skont it-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI tal-Kunsill56, jew ikun marbut ma' korruzzjoni, ħasil tal-flus, frodi, estorsjoni, koerċizzjoni jew forom oħra ta' intimidazzjoni;

__________________

__________________

56 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, ĠU L 300/42.

56 Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta' Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, ĠU L 300/42.

Emenda  109

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ir-reat kien jinvolvi l-użu ta' dokumenti foloz jew falsifikati;

(d) ir-reat kien jinvolvi l-użu ta' dokumenti foloz jew falsifikati, jew kiser kundizzjoni ta' awtorizzazzjoni;

Emenda  110

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) it-trasgressur ifixkel b'mod attiv l-ispezzjoni, il-kontrolli doganali jew l-attivitajiet ta' investigazzjoni, jew jintimida jew jinterferixxi ma' xhieda jew ma' lmentaturi.

(j) it-trasgressur ifixkel b'mod attiv l-ispezzjoni, il-kontrolli doganali jew l-attivitajiet ta' investigazzjoni, jeqred l-evidenza, jew jintimida jew jinterferixxi ma' xhieda jew ma' lmentaturi;

Emenda  111

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) ir-reat ikun twettaq f'żona protetta.

Emenda  112

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) it-trasgressur ikun irrestawra n-natura għall-kundizzjoni preċedenti tagħha;

(a) it-trasgressur ikun irrestawra n-natura għall-kundizzjoni preċedenti tagħha qabel il-bidu ta' investigazzjoni kriminali;

Emenda  113

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) it-trasgressur jieħu passi biex jimminimizza l-impatt u l-firxa tal-ħsara jew jirrimedja l-ħsara jew il-ħsara tiġi rimedjata qabel il-bidu ta' investigazzjoni kriminali;

Emenda  114

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Miżuri ta' prekawzjoni

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jordnaw il-waqfien immedjat tal-imġiba illegali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta' din id-Direttiva, jew jimponu miżuri biex jipprevjenu l-eżekuzzjoni ta' tali mġiba, sabiex tiġi evitata ħsara kkawżata lill-ambjent.

Emenda  115

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw, kif xieraq, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jiffriżaw jew jikkonfiskaw, f'konformità mad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58, ir-rikavat li jirriżulta mit-twettiq jew mill-kontribut għat-twettiq tar-reati msemmija f'din id-Direttiva u l-mezzi strumentali użati jew maħsuba biex jintużaw fihom.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw, kif xieraq, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jittraċċaw, jidentifikaw, jiffriżaw jew jikkonfiskaw, f'konformità mad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58, ir-rikavat kollu li jirriżulta mit-twettiq jew mill-kontribut għat-twettiq tar-reati msemmija f'din id-Direttiva u l-mezzi strumentali użati jew maħsuba biex jintużaw fihom. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-rikavat u l-mezzi strumentali ffriżati u kkonfiskati jiġu ġestiti kif xieraq, f'konformità man-natura tagħhom, u, meta jkun possibbli, jintużaw biex jiġi ffinanzjat ir-restawr tal-ambjent jew ir-rimedju ta' kwalunkwe ħsara kkawżata, jew biex jipprovdu kumpens għall-ħsara ambjentali, f'konformità mad-dritt nazzjonali.

__________________

__________________

58 Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39).

58 Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39).

Emenda  116

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevedu perjodu ta' preskrizzjoni li jippermetti l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u l-aġġudikazzjoni ġudizzjarja tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għal perjodu ta' żmien suffiċjenti wara li jkunu twettqu dawk ir-reati kriminali, sabiex dawk ir-reati kriminali jkunu jistgħu jiġu indirizzati b'mod effettiv.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevedu perjodu ta' preskrizzjoni li jippermetti l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u l-aġġudikazzjoni ġudizzjarja tar-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għal perjodu ta' żmien suffiċjenti wara li jkunu skoperti dawk ir-reati kriminali, sabiex dawk ir-reati kriminali jkunu jistgħu jiġu indirizzati b'mod effettiv.

Emenda  117

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u d-deċiżjoni ġudizzjarja tar-:

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) 

Emenda  118

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu punibbli b'sanzjoni massima ta' mill-inqas 10 snin priġunerija, għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin miż-żmien meta jkun twettaq ir-reat, meta r-reati jkunu punibbli;

(a) reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu punibbli b'sanzjoni massima ta' mill-inqas 10 snin priġunerija, għal perjodu ta' mill-inqas 10 snin miż-żmien meta jkun skopert ir-reat, meta r-reati jkunu punibbli;

Emenda  119

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu punibbli b'sanzjoni massima ta' mill-inqas sitt snin priġunerija, għal perjodu ta' mill-inqas sitt snin miż-żmien meta jkun twettaq ir-reat, meta r-reati jkunu punibbli;

(b) reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu punibbli b'sanzjoni massima ta' mill-inqas sitt snin priġunerija, għal perjodu ta' mill-inqas sitt snin miż-żmien meta jkun skopert ir-reat, meta r-reati jkunu punibbli;

Emenda  120

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu punibbli b'sanzjoni massima ta' mill-inqas erba' snin priġunerija, għal perjodu ta' mill-inqas erba' snin miż-żmien meta jkun twettaq ir-reat, meta r-reati jkunu punibbli.

(c) reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu punibbli b'sanzjoni massima ta' mill-inqas erba' snin priġunerija, għal perjodu ta' mill-inqas erba' snin miż-żmien meta jkun skopert ir-reat, meta r-reati jkunu punibbli.

Emenda  121

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu ta' preskrizzjoni li jkun iqsar minn 10 snin, iżda mhux iqsar minn erba' snin, dment li l-perjodu jkun jista' jiġi interrott jew sospiż f'każ ta' atti speċifikati.

imħassar

Emenda  122

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) it-trasgressur ikun wieħed miċ-ċittadini jew mir-residenti abitwali tiegħu.

(d) it-trasgressur ikun wieħed miċ-ċittadini jew mir-residenti abitwali tiegħu jew persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu;

Emenda  123

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) ir-reat ikun sar għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu.

Emenda  124

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-reat ikun sar għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu;

imħassar

Emenda  125

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-protezzjoni mogħtija skont id-Direttiva (UE) 2019/1937, tkun applikabbli għall-persuni li jirrapportaw ir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta' din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-protezzjoni mogħtija skont id-Direttiva (UE) 2019/1937, tingħata lil kwalunkwe persuna fiżika li tirrapporta r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta' din id-Direttiva u biex jiżguraw li livell adegwat simili ta' protezzjoni jingħata lil kwalunkwe persuna ġuridika li tirrapporta dawk ir-reati.

Emenda  126

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni li jirrapportaw ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta' din id-Direttiva u li jipprovdu evidenza jew li b'xi mod ieħor jikkooperaw mal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew l-aġġudikazzjoni ta' tali reati, jingħataw l-appoġġ u l-assistenza meħtieġa fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni li jirrapportaw ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta' din id-Direttiva u li jipprovdu evidenza jew li b'xi mod ieħor jikkooperaw mal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni jew l-aġġudikazzjoni ta' tali reati, jingħataw il-protezzjoni, l-appoġġ u l-assistenza meħtieġa fil-kuntest ta' proċedimenti kriminali f'konformità mas-sistema legali nazzjonali tagħhom.

Emenda  127

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li joħolqu strumenti f'konformità mas-sistema legali nazzjonali tagħhom biex persuni jkunu jistgħu jirrapportaw reati ambjentali b'mod anonimu, fejn tali strumenti għadhom ma jeżistux.

Emenda  128

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Drittijiet għall-pubbliku kkonċernat li jipparteċipa fi proċedimenti

Pubblikazzjoni tal-informazzjoni fl-interess pubbliku u aċċess għall-ġustizzja għall-pubbliku kkonċernat

Emenda  129

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja titqies fl-interess pubbliku u ssir disponibbli għall-pubbliku:

 

(a)  sentenzi finali, u l-livell ta' sanzjonijiet imposti mill-imħallef;

 

(b)  l-għadd ta' reati ambjentali li ġew irrapportati lill-awtoritajiet u l-għadd ta' proċedimenti ġudizzjarji li jikkonċernaw tali reati li għadhom għaddejjin, inklużi dawk li jirriżultaw mir-rapporti;

 

(c)  l-arranġamenti għal intervent fi proċedimenti relatati għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

Emenda  130

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-progress tal-proċedimenti tkun kondiviża mal-pubbliku kkonċernat.

Emenda  131

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa, bħal kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni u programmi ta' riċerka u edukazzjoni, biex inaqqsu r-reati kriminali ambjentali inġenerali, iqajmu sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u jnaqqsu r-riskju li l-popolazzjoni ssir vittma ta' reat kriminali ambjentali. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jaġixxu f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa, bħal kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni mmirati lejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha kemm mis-settur pubbliku kif ukoll minn dak privat, għodod tal-infurzar tal-liġi effettivi, u programmi ta' riċerka u edukazzjoni, biex inaqqsu r-reati kriminali ambjentali inġenerali, iqajmu sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u jnaqqsu serjament ir-riskju ta' reat kriminali ambjentali. Fejn xieraq, l-Istati Membri għandhom jaġixxu f'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

Emenda  132

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali li jidentifikaw, jinvestigaw, jibdew proċedimenti kriminali kontra reati ambjentali jew jiddeċiedu dwarhom, ikollhom għadd suffiċjenti ta' persunal kwalifikat u riżorsi finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi suffiċjenti meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-funzjonijiet tagħhom relatati mal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali jew awtoritajiet rilevanti oħra li jidentifikaw, jinvestigaw, jibdew proċedimenti kriminali kontra reati ambjentali jew jiddeċiedu dwarhom, ikollhom għadd suffiċjenti ta' persunal kwalifikat, inklużi prosekuturi u awtoritajiet tal-pulizija, u riżorsi finanzjarji, tekniċi u teknoloġiċi suffiċjenti meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-funzjonijiet tagħhom relatati mal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom, f'konformità mad-dritt nazzjonali, jivvalutaw il-ħtieġa li jsaħħu s-sistemi ġudizzjarji u ta' infurzar tagħhom fil-qasam tad-dritt kriminali ambjentali billi jistabbilixxu jew, meta rilevanti, isaħħu unitajiet speċjalizzati tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll korpi speċjalizzati ta' koordinazzjoni, memoranda ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, networks nazzjonali ta' infurzar u attivitajiet konġunti ta' taħriġ.

Emenda  133

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta jkun hemm suspett li r-reati ambjentali huma ta' natura transfruntiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jirreferu l-informazzjoni relatata ma' dawn il-każijiet lil korpi xierqa. F'konformità mar-regoli applikabbli, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll permezz tal-aġenziji tal-UE, b'mod partikolari l-Eurojust u l-Europol, kif ukoll mal-korpi tal-Unjoni, inklużi l-Uffiċċju tal-Prosekutur pubbliku Ewropew (UPPE) u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom.

Emenda  134

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jitolbu lil dawk responsabbli għat-taħriġ tal-imħallfin, il-prosekuturi, il-pulizija, il-persunal ġudizzjarju u l-persunal tal-awtoritajiet kompetenti involuti fi proċedimenti u investigazzjonijiet kriminali biex jipprovdu taħriġ speċjalizzat f'intervalli regolari rigward l-objettivi ta' din id-Direttiva u adattat għall-funzjonijiet tal-persunal u tal-awtoritajiet involuti.

Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi pprovdut taħriġ speċjalizzat lill-imħallfin, il-prosekuturi, il-pulizija, il-persunal ġudizzjarju u l-persunal tal-awtoritajiet kompetenti involuti fi proċedimenti u investigazzjonijiet kriminali f'intervalli regolari rigward l-objettivi ta' din id-Direttiva u adattat għall-funzjonijiet tal-persunal u tal-awtoritajiet involuti. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambji regolari tal-aħjar prattiki f'dan ir-rigward.

Emenda  135

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li għodod ta' investigazzjoni effettivi, bħal dawk li jintużaw f'każijiet ta' kriminalità organizzata jew każijiet oħra ta' reati kriminali serji, ikunu disponibbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa u xierqa biex jiżguraw li għodod ta' investigazzjoni effettivi, bħal dawk li jintużaw biex jiġġieldu każijiet ta' kriminalità organizzata, kriminalità finanzjarja, ċiberkriminalità, jew każijiet oħra ta' reati kriminali serji, ikunu effettivi u disponibbli għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

Emenda  136

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom, fejn xieraq, u f'konformità mad-dritt nazzjonali, jassenjaw unitajiet investigattivi speċjalizzati, prosekuturi u mħallfin kriminali, u jipprovdu awli speċjalizzati ta' mħallfin, biex jiġu ttrattati kawżi kriminali ambjentali.

Emenda  137

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru

Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u bejniethom

Emenda  138

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livelli strateġiċi u operazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tagħhom involuti fil-prevenzjoni ta' reati kriminali ambjentali u fil-ġlieda kontrihom. Tali mekkaniżmi għandhom mill-inqas ikunu mmirati lejn:

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livelli strateġiċi u operazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tagħhom involuti fil-prevenzjoni ta' reati kriminali ambjentali u fil-ġlieda kontrihom. Tali mekkaniżmi jistgħu jieħdu l-forma ta' unitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva u għandhom mill-inqas ikunu mmirati lejn:

Emenda  139

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) f'konformità mal-liġi applikabbli, l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti bejn l-awtoritajiet kompetenti biex persuni kkundannati ma jitħallewx jerġgħu jwettqu reati fir-rigward tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4, inkluż fi Stati Membri oħra.

Emenda  140

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 19a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 19a

 

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħra tal-Unjoni

 

1.  Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kooperazzjoni transfruntiera u l-assistenza legali reċiproka f'materji kriminali, l-Istati Membri, l-Eurojust, l-Europol, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Kummissjoni għandhom, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkooperaw flimkien fil-ġlieda kontra r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4. Għal dan il-għan il-Kummissjoni, u meta xieraq, l-Eurojust, għandhom jagħtu tali assistenza teknika u operazzjonali peress li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jeħtieġu li jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet tagħhom.

 

2.  Fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar miżuri għat-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni. Dak għandu jinkludi valutazzjoni dwar il-possibbiltà ta' estensjoni tal-kompetenzi tal-UPPE f'kooperazzjoni mal-Eurojust biex jinkludu reati ambjentali transfruntieri serji, u l-arranġamenti għal tali estensjoni.

Emenda  141

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika nazzjonali f'dan il-qasam ta' reati;

(a) l-objettivi u l-prijoritajiet tal-politika nazzjonali f'dan il-qasam ta' reati, inkluż fil-każ ta' reati transfruntiera;

Emenda  142

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-modi ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti;

(c) il-modi ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u mal-awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra;

Emenda  143

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-użu tar-rikavat minn sanzjonijiet amministrattivi u kriminali għal azzjonijiet ta' restawr ambjentali;

Emenda  144

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ir-riżorsi meħtieġa u kif se tiġi appoġġata l-ispeċjalizzazzjoni tal-professjonisti tal-infurzar;

(e) ir-riżorsi meħtieġa u allokati u kif se tiġi appoġġata l-ispeċjalizzazzjoni tal-professjonisti tal-infurzar;

Emenda  145

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) il-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari tar-riżultati miksuba;

(f) il-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar regolari tar-riżultati miksuba;

Emenda  146

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) l-assistenza għall-vittmi u l-protezzjoni tagħhom;

Emenda  147

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġija tiġi riveduta u aġġornata f'intervalli regolari mhux itwal minn ħames snin, fuq approċċ abbażi ta' analiżi tar-riskju, sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi u x-xejriet rilevanti u t-theddid relatat fir-rigward tar-reati ambjentali.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istrateġija tiġi rieżaminata u aġġornata f'intervalli regolari mhux itwal minn tliet snin, fuq approċċ abbażi ta' analiżi tar-riskju u valutazzjoni tal-impatt, sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi u x-xejriet rilevanti u t-theddid relatat fir-rigward tar-reati ambjentali.

Emenda  148

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-għadd ta' każijiet ta' reati ambjentali investigati;

(b) l-għadd ta' każijiet ta' reati ambjentali investigati, inklużi dawk li jinvolvu kooperazzjoni transfruntiera;

Emenda  149

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-għadd ta' każijiet ta' reati ambjentali li bdew proċedimenti kontrihom u ġew aġġudikati;

Emenda  150

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-tul medju tal-investigazzjonijiet kriminali ta' reati ambjentali;

(c) it-tul medjan, it-tul medju u t-tul massimu tal-investigazzjonijiet kriminali ta' reati ambjentali;

Emenda  151

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-għadd ta' kundanni għal każijiet ta' reati ambjentali relatati ma' reati mwettqa fil-qafas ta' organizzazzjoni kriminali;

Emenda  152

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) l-għadd ta' kundanni għal reati ambjentali relatati ma' reati mwettqa minn uffiċjal pubbliku jew li jinvolvu awtorità pubblika;

Emenda  153

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) l-għadd ta' kawżi miċħuda mill-qorti minħabba l-iskadenza tal-perjodu ta' preskrizzjoni;

Emenda  154

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li analiżi kkonsolidata tal-istatistika tagħhom tiġi ppubblikata b'mod regolari.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li analiżi kkonsolidata tal-istatistika tagħhom tiġi ppubblikata u tkun aċċessibbli b'mod faċli mill-inqas kull sentejn.

Emenda  155

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-data statistika msemmija fil-paragrafu 2 f'format standard stabbilit f'konformità mal-Artikolu 22.

4. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-data statistika msemmija fil-paragrafu 2 f'format standard, aċċessibbli b'mod faċli u komparabbli stabbilit f'konformità mal-Artikolu 22 fi żmien 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  156

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika regolarment rapport ibbażat fuq id-data statistika mibgħuta mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat għall-ewwel darba tliet snin wara li jkun ġie ddeterminat il-format standard imsemmi fl-Artikolu 22.

5. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport mill-inqas kull sentejn ibbażat fuq id-data statistika mibgħuta mill-Istati Membri. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat għall-ewwel darba sentejn wara li jkun ġie ddeterminat il-format standard imsemmi fl-Artikolu 22.

Emenda  157

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida sabiex jgħinu lill-Istati Membri fit-tħejjija ta' sanzjonijiet armonizzati, effettivi, dissważivi u proporzjonati.

Emenda  158

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Evalwazzjoni u rapportar

Evalwazzjoni, rapportar u rieżami

Emenda  159

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa [OP – daħħal id-data ta' sentejn wara li jintemm il-perjodu ta' traspożizzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta' dak ir-rapport.

1. Sa [OP – daħħal id-data ta' sentejn wara li jintemm il-perjodu ta' traspożizzjoni] u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa fejn l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, u jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri biex itejbu l-konformità. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta' dak ir-rapport, inkluż, iżda mhux limitat, għad-data msemmija fl-Artikolu 21(2).

Emenda  160

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sa [OP – daħħal id-data - ħames snin wara li jintemm il-perjodu ta' traspożizzjoni], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-impatt ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta' dak ir-rapport.

3. Sa [OP – daħħal id-data - tliet snin wara li jintemm il-perjodu ta' traspożizzjoni] u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-impatt ta' din id-Direttiva u dwar il-ħtieġa li tiġi aġġornata l-lista ta' reati kriminali ambjentali u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta' dak ir-rapport. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, jekk meħtieġ.

 

 



 

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u li tissostitwixxi d-Direttiva 2008/99/KE.

Id-Direttiva 2008/99/KE introduċiet prinċipju importanti għall-qafas legali ambjentali tal-Unjoni li r-reati ambjentali għandhom jiġu miġġielda u t-trasgressuri għandhom jingħataw piena għalihom fl-Istati Membri kollha tal-UE. Dan kien element essenzjali biex jiġi żgurat li l-prinċipju ta' min iniġġes iħallas jiġi rispettat u li l-acquis ambjentali tal-UE jiġi segwit.

Id-Direttiva, minkejja l-intenzjonijiet tajba, ma kisbitx l-għanijiet kollha tagħha. Sa issa din ma ġietx riveduta u l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fl-2020 uriet problemi fundamentali fl-applikazzjoni tad-Direttiva madwar l-Istati Membri. Fost il-kwistjonijiet ewlenin, il-Kummissjoni elenkat:

 nuqqas ta' data komprensiva dwar ir-reati ambjentali;

 nuqqas ta' ċarezza fir-rigward ta' ċerti termini legali;

 differenzi sinifikanti fis-sanzjonijiet applikati mill-Istati Membri, inklużi s-sanzjonijiet aċċessorji u s-sanzjonijiet għall-persuni ġuridiċi;

 nuqqas ta' flessibbiltà fl-adattament tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva;

 nuqqasijiet fil-kooperazzjoni transfruntiera, inkluż nuqqasijiet fis-sensibilizzazzjoni tal-prosekuturi pubbliċi u l-imħallfin.

Dawn il-kwistjonijiet irriżultaw ukoll f'nuqqas ta' uniformità fit-termini legali u prattiċi u f'differenzi fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar ir-reati ambjentali. Dan ikkawża kundizzjonijiet mhux ekwi u fixkel il-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali hija f'waqtha. Ir-rapporteur jipproponi li jiġi indirizzat in-nuqqas ta' uniformità billi jintalbu aktar armonizzazzjoni u kunsiderazzjonijiet biex tiġi kkomplementata din id-Direttiva b'oqsma tal-politika oħra, bħal uniformità sħiħa permezz ta' regolament.

Il-problemi li jeżistu fil-ġlieda effettiva kontra r-reati ambjentali ħolqu inċentivi fil-maġġoranza tal-Istati Membri biex it-trasgressuri jevitaw id-dispożizzjonijiet legali nazzjonali jew tal-UE li jikkonċernaw il-protezzjoni ambjentali billi r-riskju ta' kundanna kien baxx u s-sanzjonijiet spiss ma kellhomx effett ta' deterrent. Barra minn hekk, ir-reati ambjentali huma spiss marbutin ma' attivitajiet ta' kriminalità organizzata tad-dimensjoni transfruntiera, bħall-vjeġġi tal-iskart illegali jew il-kummerċ ta' speċijiet protetti. Pereżempju, id-dħul annwali tas-suq tal-iskart illegali huwa stmat bejn EUR 4 biljun u EUR 15-il biljun.

Għalhekk ir-rapporteur jipproponi li:

 titjieb l-effettività tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjoni tar-reati ambjentali;

 jiġu ċċarati t-termini legali rilevanti;

 jitjieb il-ġbir tad-data;

 jiġu żgurati tipi u livelli ta' sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati;

 jissaħħu l-miżuri ta' prevenzjoni.

Ir-rapporteur jipproponi li dan jinkiseb, fost l-oħrajn, billi jiżdiedu l-multi għall-persuni ġuridiċi, sabiex il-limitu massimu ma jkunx inqas minn 10 % tal-fatturat globali medju tal-persuna ġuridika fl-aħħar tliet snin finanzjarji, li jikkonforma aktar mad-Dritt tal-Kompetizzjoni tal-UE. Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi li jiġu estiżi l-perjodi ta' preskrizzjoni għal reati kriminali ambjentali, għaliex spiss huwa diffiċli li r-reati mwettqa u l-firxa u l-konsegwenzi ta' ħsara tagħhom jiġu skoperti f'perjodu iqsar. 

Barra minn hekk, bi qbil mal-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-prinċipju ta' prekawzjoni japplika għall-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent u l-prevenzjoni hija essenzjali. Deterrenti importanti kontra r-reati ambjentali huma miżuri ta' prevenzjoni komprensivi u effettivi u sanzjonijiet u pieni kriminali dissważivi u proporzjonati. Min iniġġes għandu jħallas u jġarrab il-kostijiet sħaħ tal-ħsara ambjentali kkawżata. Ir-rapporteur jipproponi li min iniġġes iħallas multi mmirati, li jikkontribwixxu b'mod parzjali għall-miżuri ta' prevenzjoni. Dan jippermetti li reat ambjentali wieħed li jitwettaq jipprevjeni reati ambjentali oħrajn.

Huwa importanti wkoll li jkun hemm aktar sensibilizzazzjoni dwar ir-reati u l-ħsara ambjentali madwar id-dinja. Dan huwa neċessarju għaliex il-globalizzazzjoni tal-attivitajiet kummerċjali tfisser li, pereżempju, il-kumpaniji bbażati fl-UE jistgħu jkunu involuti f'attivitajiet kriminali lil hinn mit-territorju tal-Unjoni. L-enfasi tal-ħidma attiva min-Nazzjonijiet Uniti, bħall-isforzi biex jissaħħaħ il-qafas legali permezz tal-inklużjoni tad-definizzjoni ta' ekoċidju, hija essenzjali.

Ir-rapporteur huwa kunfidenti li, permezz tal-pożizzjoni b'saħħitha tal-Parlament Ewropew, din id-Direttiva se twassal għall-ġlieda effettiva kontra r-reati ambjentali fil-livell tal-UE u internazzjonali, li twassal għall-prevenzjoni mixtieqa tal-ħsara ambjentali u t-tisħiħ tal-kundizzjonijiet ekwi għall-industrija tal-Unjoni.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (7.12.2022)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali u li tissostitwixxi d-Direttiva 2008/99/KE

(COM(2021)0851 – C9‑0466/2021 – 2021/0422(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Caroline Roose

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Skont l-UNEP u l-INTERPOL, il-kriminalità ambjentali qed tiżdied u saret ir-raba' l-akbar settur kriminali fid-dinja, filwaqt li qed tpoġġi f'riskju l-ambjent, il-bijodiversità u l-klima. Din iċċaħħad lill-pajjiżi u lill-popolazzjonijiet minn biljuni ta' euro fi dħul ekonomiku kull sena, speċjalment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u thedded id-drittijiet tal-bniedem.

Id-Direttiva 2008/99/KE attwali tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tad-dritt kriminali għandha l-għan li ttejjeb il-protezzjoni ambjentali billi tarmonizza l-leġizlazzjoni kriminali. Madankollu, ġew identifikati ħafna nuqqasijiet u lakuni, bħal kamp ta' applikazzjoni limitat, nuqqas ta' sanzjonijiet, livelli baxxi ta' multi; nuqqas ta' implimentazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri; nuqqas ta' data statistika, eċċ.

Ir-Rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, b'mod partikolari fir-rigward tat-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha; it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet tagħha relatati ma' sanzjonijiet kriminali u l-forniment ta' mekkaniżmi għall-protezzjoni tad-difensuri ambjentali. Madankollu, ir-Rapporteur temmen li aktar bidliet huma meħtieġa biex il-kriminalità ambjentali tiġi indirizzata b'mod effettiv. 

L-ewwel, għandha tiġi introdotta dimensjoni esterna għad-Direttiva sabiex jitqies il-karattru transfruntier tal-kriminalità ambjentali u l-impatti tagħha fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-Unjoni Ewropea għandha responsabbiltà partikolari fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati ambjentali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal diversi raġunijiet. F'xi każijiet, l-awtur ikun persuna Ewropea jew persuna marbuta mal-UE; l-UE hija żona ta' importazzjoni jew esportazzjoni, żona ta' tranżizzjoni u suq ewlieni, il-ktajjen tal-valur ta' xi setturi ekonomiċi huma affettwati minn dawn l-attivitajiet illegali u l-kumpaniji ewlenin tagħhom spiss ikollhom il-kwartieri ġenerali tagħhom fl-UE.

Fid-dawl ta' dan, u minħabba li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' spiss huwa marbut mat-twettiq ta' reati ambjentali, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li jiġi emendat l-Artikolu 1 biex jiġi kkunsidrat approċċ tad-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tad-Direttiva.

Ir-Rapporteur tipproponi l-inklużjoni ta' definizzjonijiet ġenerali u awtonomi ta' reati ambjentali. Minkejja l-għadd dejjem jikber ta' reati ambjentali, definizzjoni armonizzata ta' reati ambjentali għadha ma teżistix kemm fil-livell globali jew fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali. Minflok, is-sistema attwali tiddependi fuq lista ta' leġiżlazzjoni sekondarja, li tħalli barra partijiet kbar tad-dritt ambjentali tal-UE. Għalhekk, il-kriminalizzazzjoni ta' reati awtonomi tippermetti r-responsabbiltà kriminali għal każijiet serji ta' ħsara ambjentali u tagħti drittijiet lin-natura. Huwa partikolarment rilevanti li tiġi indirizzata l-kriminalità ambjentali organizzata tranżnazzjonali li tinvolvi jew li sseħħ f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Ir-Rapporteur hija wkoll favur l-introduzzjoni ta' reat ta' ekoċidju, sabiex jiġu kriminalizzati l-aktar reati serji fuq l-ambjent. L-UE għandha tiddefendi l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali biex tkopri atti kriminali li jammontaw għal ekoċidju. B'mod parallel, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom ikunu minn ta' quddiem għar-rikonoxximent tagħha. L-introduzzjoni ta' reat ta' ekoċidju fil-mandat ta' din id-Direttiva hija ta' importanza partikolari għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tal-aktar reati ambjentali tranżnazzjonali serji li jseħħu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Id-definizzjoni użata hija dik żviluppata mill-Bord ta' Esperti Indipendenti għad-Definizzjoni Legali tal-Ekoċidju, ippubblikata f'Ġunju 2021, minn grupp ta' avukati tad-dritt kriminali, avukati tad-dritt ambjentali u akkademiċi legali internazzjonali. Huwa l-aktar xogħol ta' definizzjoni komprensiv u reċenti disponibbli fil-mument.

Ir-Rapporteur tipproponi wkoll li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, b'mod partikolari għar-reati tas-sajd u għall-isfruttament u l-kummerċ ta' minerali illegali. Ksur serju tal-obbligi futuri ta' diliġenza dovuta ta' rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà u tas-CSRD għandhom jitqiesu wkoll bħala reati kriminali.

Hemm ammont sinifikanti ta' kriminalità ambjentali marbut man-negozju legali u l-korporazzjonijiet u xi korporazzjonijiet jagħżlu li jkunu bbażati f'postijiet b'regolamenti ambjentali dgħajfa, kif inhu l-każ f'ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għalhekk, ir-Rapporteur hija tal-fehma li l-Istati Membri għandhom ikollhom l-obbligu li jistabbilixxu l-ġuriżdizzjoni tagħhom f'każ ta' reati mwettqa għall-benefiċċju ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tagħhom.

Biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, ġie introdott artikolu ġdid, f'konformità mal-SDG 17. Huwa stmat li biljuni ta' euro fi dħul u taxxi jinsterqu kull sena minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, u dan jikkawża telf ekonomiku kbir. Għalhekk, hemm bżonn li tiżdied il-kooperazzjoni għall-iżvilupp permezz ta' aktar appoġġ finanzjarju u tekniku biex tiġi indirizzata l-kriminalità ambjentali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Biex il-kriminalità ambjentali tiġi miġġielda b'mod effettiv, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li jiġu introdotti dispożizzjonijiet ġodda għall-valutazzjoni tal-ħsara lill-ambjent kif ukoll iċ-ċirkostanzi aggravanti relatati, fost l-oħrajn, mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-gruppi vulnerabbli u s-sistemi tal-istat tad-dritt. Għandhom jiġu introdotti sanzjonijiet ġodda bl-istess mod, b'mod partikolari biex jikkumpensaw għall-ħsara li saret lill-ambjent u biex iżidu l-limiti massimi għall-penali u s-sanzjonijiet għalihom biex ikunu aktar dissważivi. Fl-aħħar nett, iżda importanti, il-ġbir tad-data u l-istatistika għandhom jittejbu.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

 

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) F'konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE, l-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda  2

 

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) F'konformità mal-Artikolu 3(5) tat-TUE, fir-relazzjonijiet tagħha mal-bqija tad-dinja, l-Unjoni għandha tafferma u tippromwovi l-valuri tagħha u tikkontribwixxi għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kollha, b'mod partikolari dawk tat-tfal, kif ukoll għar-rispett sħiħ u għall-iżvilupp tad-dritt internazzjonali.

Emenda  3

 

Proposta għal direttiva

Premessa 1c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi d-drittijiet fundamentali kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri u tafferma li m'għandhiex tiġi interpretata bħala li tirrestrinġi jew taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-oqsma ta' applikazzjoni rispettivi tagħhom mid-dritt tal-Unjoni, mid-dritt internazzjonali u mill-ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni u l-Istati Membri kollha huma parti, inkluża l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u mill-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 1d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d) Id-dritt għal ambjent nadif, b'saħħtu u sostenibbli ġie rikonoxxut bħala dritt tal-bniedem mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-riżoluzzjoni riċenti tagħha tas-26 ta' Lulju 2022 (A/RES/76/300) fejn affermat li l-promozzjoni ta' dawk id-drittijiet tal-bniedem tirrikjedi l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ambjentali multilaterali skont il-prinċipji tal-d-dritt ambjentali internazzjonali u appellat lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, lill-Istati, lin-negozji u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra biex jadottaw politiki, biex isaħħu l-kooperazzjoni internazzjonali, isaħħu l-bini tal-kapaċità u jikkondividu prattiki tajbin, sabiex jiżdiedu l-isforzi biex jiġi żgurat ambjent nadif, b'saħħtu u sostenibbli għal kulħadd.

Emenda  5

 

Proposta għal direttiva

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Unjoni għadha mħassba biż-żieda fir-reati kriminali ambjentali u l-effetti tagħhom, li jimminaw l-effettività tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn ir-reati qed jestendu dejjem aktar lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri li fihom jitwettqu r-reati. Dawn ir-reati joħolqu theddida għall-ambjent u għalhekk jeħtieġu rispons xieraq u effettiv.

(2) L-Unjoni għadha mħassba biż-żieda fir-reati kriminali ambjentali u l-effetti tagħhom, li jimminaw l-effettività tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. Barra minn hekk, dawn ir-reati qed jestendu dejjem aktar lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri li fihom jitwettqu r-reati. Fi ftit deċennji biss, il-kriminalità ambjentali saret ir-raba' l-akbar settur kriminali fid-dinja, hekk kif kibret minn darbtejn sa tliet darbiet aktar malajr mill-ekonomija globali, u tirrappreżenta minn darba għal darbtejn id-daqs tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) fuq livell globali u issa qed tħalli qligħ daqs it-traffikar tad-droga. Dawn ir-reati joħolqu theddida għall-ambjent u għad-drittijiet fundamentali, jinvolvu ħsara lill-ħabitats u t-telf tal-bijodiversità, jamplifikaw it-tibdil fil-klima, jheddu l-għajxien sostenibbli ta' popolazzjonijiet vulnerabbli f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, u joħolqu riskji għas-saħħa pubblika, u għalhekk jeħtieġu rispons xieraq u effettiv. Il-kriminalità ambjentali tista' tinvolvi jew isseħħ ukoll f'pajjiżi li qed jiżviluppaw fejn ġew identifikati nuqqasijiet fir-rigward tal-istat tad-dritt ambjentali, bħal nuqqas ta' qafas legali adegwat u strutturi ta' governanza, u nuqqas ta' informazzjoni, implimentazzjoni u infurzar. L-Unjoni għandha responsabbiltà partikolari fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra reati ambjentali f'pajjiżi li qed jiżviluppaw f'każijiet fejn l-azzjoni tista' tkun marbuta mal-Unjoni. Tali reati mhumiex kompatibbli mal-politika u l-objettivi tal-iżvilupp tal-Unjoni jew mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Is-sistemi eżistenti ta' pieni skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 u l-liġi settorjali ambjentali ma kinux biżżejjed fil-qasam kollu tal-politika ambjentali biex jiksbu konformità mad-dritt tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent. Il-konformità jenħtieġ li tissaħħaħ bid-disponibbiltà ta' pieni kriminali, li juru diżapprovazzjoni soċjali ta' natura kwalitattiva differenti meta mqabbla mal-pieni amministrattivi.

(3) Is-sistemi eżistenti ta' pieni skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 u l-liġi settorjali ambjentali ma kinux biżżejjed fil-qasam kollu tal-politika ambjentali biex jiksbu konformità mad-dritt tal-Unjoni għall-protezzjoni tal-ambjent. Il-konformità jenħtieġ li tissaħħaħ bid-disponibbiltà ta' pieni kriminali, li juru diżapprovazzjoni soċjali ta' natura kwalitattiva differenti meta mqabbla mal-pieni amministrattivi u jżidu d-deterrenza.

_________________

_________________

20 Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

20 Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Minkejja l-għadd dejjem jikber ta' reati ambjentali, definizzjoni armonizzata u aċċettata ta' reati ambjentali għadha ma teżistix kemm fil-livell globali kif ukoll fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali. Din id-Direttiva għandha l-għan li tipprovdi qafas ġenerali billi tiddefinixxi l-kriminalità ambjentali awtonoma, flimkien mas-sett komuni ta' definizzjonijiet għall-UE kollha ta' reati ambjentali speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-għadd dejjem jikber ta' reati ambjentali, definizzjoni armonizzata ta' reati ambjentali għadha ma teżistix kemm fil-livell globali kif ukoll fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali. Il-proposta tal-Kummissjoni tonqos milli tipproponi definizzjoni ġenerali tal-kriminalità ambjentali, li hija fost l-akbar ostakli fil-ġlieda kontra dawn ir-reati. L-għan ta' din l-emenda huwa li tipprovdi definizzjoni ta' reati ambjentali awtonomi biex jingħelbu d-dgħufijiet relatati mal-approċċ settorjali tal-Kummissjoni u tiġi evitata kwalunkwe mġiba li tista' toħloq riskju immedjat ta' ħsara sostanzjali.

Emenda  8

 

Proposta għal direttiva

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu pieni kriminali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom għal ksur serju tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-ambjent. Fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd, id-dritt tal-Unjoni jipprevedi sett komprensiv ta' regoli għall-kontroll u l-infurzar skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/200921 u r-Regolament (KE) Nru 1005/2008 f'każ ta' ksur serju, inklużi dak li jikkawża ħsara lill-ambjent tal-baħar. Skont din is-sistema, l-Istati Membri għandhom l-għażla bejn is-sistemi ta' sanzjonar amministrattivi u/jew kriminali. F'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew22 u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-203023, jenħtieġ li ċerta mġiba illegali intenzjonata koperta skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolament (KE) 1005/200824 tiġi stabbilita bħala reat kriminali.

(6) L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu pieni kriminali fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom għal ksur serju tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-ambjent. Fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd, id-dritt tal-Unjoni jipprevedi sett komprensiv ta' regoli għall-kontroll u l-infurzar skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/200921 u r-Regolament (KE) Nru 1005/2008 f'każ ta' ksur serju, inklużi dak li jikkawża ħsara lill-ambjent tal-baħar. Skont din is-sistema, l-Istati Membri għandhom l-għażla bejn is-sistemi ta' sanzjonar amministrattivi u/jew kriminali. F'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew22 u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-203023, jenħtieġ li l-imġiba kollha li titqies bħala ksur serju tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolament (KE) 1005/200824 tiġi stabbilita bħala reat kriminali.

__________________

__________________

21 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1–153).

21 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1–153).

22 IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM/2019/640 final.

22 IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM/2019/640 final.

23 IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna, COM/2020/380 final

23 IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 Inreġġgħu n-natura lura f'ħajjitna,    final

24 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999, (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1–32).

24 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999, (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1–32).

Emenda  9

 

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Matul dawn l-aħħar snin, l-Unjoni ħadet rwol ewlieni f'li tiżgura li l-ktajjen tal-provvista internazzjonali tal-minerali jkunu trasparenti u responsabbli. L-adozzjoni fl-2017 tar-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a bagħtet messaġġ internazzjonali ċar li l-kumpaniji huma mistennija jivvalutaw ir-riskji fil-ktajjen tal-provvista tagħhom, u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimmitigawhom. Dak ir-Regolament bħalissa jiffoka fuq ir-riskji ta' finanzjament ta' kunflitti, abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u reati ekonomiċi serji. Huwa bbażat fuq il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli li tenfasizza l-ħtieġa li l-kumpaniji jidentifikaw u jimmitigaw ir-riskji fil-ktajjen tal-provvista tagħhom, li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi produtturi u jrawmu l-inklużjoni ta' minaturi u minaturi leġittimi fuq skala żgħira li jużaw metodi tradizzjonali.

 

_______________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli (ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1).

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Imġiba jenħtieġ li titqies bħala illegali wkoll meta titwettaq taħt awtorizzazzjoni minn awtorità kompetenti fi Stat Membru jekk tali awtorizzazzjoni tkun inkisbet b'mod frodulenti, jew permezz ta' korruzzjoni, estorsjoni jew koerċizzjoni. Barra minn hekk, l-operaturi jenħtieġ li jieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi dwar il-protezzjoni tal-ambjent applikabbli meta jwettqu attività rispettiva, inkluż billi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom kif stabbiliti mid-dritt tal-UE u dak nazzjonali applikabbli fi proċeduri li jirregolaw l-emendi jew l-aġġornamenti tal-awtorizzazzjoni eżistenti.

(8) Imġiba jenħtieġ li titqies bħala illegali wkoll meta titwettaq taħt awtorizzazzjoni minn awtorità kompetenti fi Stat Membru jew f'pajjiż li qed jiżviluppa jekk tali awtorizzazzjoni tkun inkisbet b'mod frodulenti, jew permezz ta' korruzzjoni, estorsjoni jew koerċizzjoni. Barra minn hekk, l-operaturi jenħtieġ li jieħdu l-passi meħtieġa biex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi dwar il-protezzjoni tal-ambjent applikabbli meta jwettqu attività rispettiva, inkluż billi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom kif stabbiliti mid-dritt tal-UE u dak nazzjonali applikabbli fi proċeduri li jirregolaw l-emendi jew l-aġġornamenti tal-awtorizzazzjoni eżistenti.

Emenda  11

 

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Ir-reati ambjentali jistgħu jitwettqu minn firxa ta' atturi statali u mhux statali, minn individwi, gruppi żgħar, kumpaniji, u individwi korrotti tal-gvern, sa networks kriminali organizzati, u spiss minn taħlita ta' dawn kollha. Il-kumpaniji tranżnazzjonali jistgħu jkunu atturi huma stess minħabba li, fost l-oħrajn, jisfruttaw lill-ambjent u jagħmlulu ħsara sabiex jiġġeneraw aktar profitt jew inaqqsu l-ispejjeż tagħhom, b'mod partikolari f'pajjiżi li qed jiżviluppaw fejn l-oqfsa legali u istituzzjonali normalment ikunu aktar dgħajfa. Fir-rigward ta' kumpaniji tranżnazzjonali, atturi oħra jistgħu wkoll ikollhom tort u r-responsabbiltà jenħtieġ li, għalhekk, tiġi kondiviża u akkumpanjata minn penali kif xieraq.

Emenda  12

 

Proposta għal direttiva

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Fil-proċedimenti u l-proċessi kriminali, jenħtieġ li jitqies kif xieraq l-involviment ta' gruppi kriminali organizzati li joperaw b'modi li jħallu impatt negattiv fuq l-ambjent. Il-proċedimenti kriminali jenħtieġ li jindirizzaw il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, iċ-ċiberkriminalità u l-frodi tad-dokumenti u, fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju, l-intenzjoni tat-trasgressur li jimmassimizza l-profitti jew li jiffranka l-ispejjeż, fejn dawn iseħħu fil-kuntest ta' reat ambjentali. Dawn il-forom ta' reati spiss ikunu interkonnessi ma' forom serji ta' reati ambjentali u għalhekk jenħtieġ li ma jiġux ittrattati b'mod iżolat. F'dan ir-rigward, huwa ta' tħassib partikolari li xi reati ambjentali jitwettqu bit-tolleranza jew bl-appoġġ attiv tal-amministrazzjonijiet jew tal-uffiċjali kompetenti waqt li jkunu qed iwettqu d-dmir pubbliku tagħhom. F'ċerti każijiet dan jista' saħansitra jieħu l-forma ta' korruzzjoni. Eżempji ta' tali mġiba huma li wieħed jagħlaq għajn waħda jew li jibqa' sieket dwar il-ksur tal-liġijiet li jipproteġu l-ambjent wara l-ispezzjonijiet, li b'mod deliberat ma jsirux spezzjonijiet jew kontrolli pereżempju fir-rigward ta' jekk il-kundizzjonijiet ta' permess humiex qed jiġu rrispettati mid-detentur tal-permess, riżoluzzjonijiet jew voti favur l-għoti ta' liċenzji illegali jew il-ħruġ ta' rapporti favorevoli ffalsifikati jew mhux veri.

(12) Fil-proċedimenti u l-proċessi kriminali, jenħtieġ li jitqies kif xieraq l-involviment ta' gruppi kriminali organizzati li joperaw b'modi li jħallu impatt negattiv fuq l-ambjent. Il-proċedimenti kriminali jenħtieġ li jindirizzaw il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, iċ-ċiberkriminalità u l-frodi tad-dokumenti u, fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju, l-intenzjoni tat-trasgressur li jimmassimizza l-profitti jew li jiffranka l-ispejjeż, fejn dawn iseħħu fil-kuntest ta' reat ambjentali. Dawn il-forom ta' reati spiss ikunu interkonnessi ma' forom serji ta' reati ambjentali u għalhekk jenħtieġ li ma jiġux ittrattati b'mod iżolat. Minħabba l-importanza tal-kriminalità ambjentali korporattiva, jeħtieġ li titjieb it-trasparenza fil-ktajjen ta' provvista u valur korporattivi. B'mod partikolari, it-trasparenza dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kumpaniji hija kruċjali għall-prosekuzzjoni tal-kriminalità ambjentali, pereżempju fis-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat jew fit-traffikar illegali ta' organiżmi selvaġġi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw b'mod parallel l-implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Huwa ta' tħassib partikolari li xi reati ambjentali jitwettqu bit-tolleranza jew bl-appoġġ attiv tal-amministrazzjonijiet jew tal-uffiċjali kompetenti waqt li jkunu qed iwettqu d-dmir pubbliku tagħhom li jistgħu jieħdu l-forma ta' korruzzjoni. Eżempji ta' tali mġiba huma li wieħed jagħlaq għajn waħda jew li jibqa' sieket dwar il-ksur tal-liġijiet li jipproteġu l-ambjent wara l-ispezzjonijiet, li b'mod deliberat ma jsirux spezzjonijiet jew kontrolli pereżempju fir-rigward ta' jekk il-kundizzjonijiet ta' permess humiex qed jiġu rrispettati mid-detentur tal-permess, riżoluzzjonijiet jew voti favur l-għoti ta' liċenzji illegali jew il-ħruġ ta' rapporti favorevoli ffalsifikati jew mhux veri jew, speċjalment f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-promozzjoni tal- prosekuzzjoni ta' difensuri ambjentali li jieħdu azzjoni kontra reati ambjentali.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43).

Emenda  13

 

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Is-sanzjonijiet għar-reati jenħtieġ li jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli minimi għat-terminu massimu ta' priġunerija għall-persuni fiżiċi. Is-sanzjonijiet aċċessorji spiss jitqiesu bħala aktar effettivi mis-sanzjonijiet finanzjarji speċjalment għall-persuni ġuridiċi. Għalhekk jenħtieġ li jkunu disponibbli sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali fi proċedimenti kriminali. Dawn jenħtieġ li jinkludu l-obbligu li l-ambjent jiġi restawrat, l-esklużjoni mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inklużi l-proċeduri ta' offerti, għotjiet u konċessjonijiet u l-irtirar ta' permessi u awtorizzazzjonijiet. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-imħallfin jew tal-qrati fi proċedimenti kriminali li jimponu sanzjonijiet xierqa fil-kawżi individwali.

(14) Is-sanzjonijiet għar-reati jenħtieġ li jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli minimi għat-terminu massimu ta' priġunerija għall-persuni fiżiċi. Is-sanzjonijiet aċċessorji spiss jitqiesu bħala aktar effettivi mis-sanzjonijiet finanzjarji speċjalment għall-persuni ġuridiċi. Għalhekk jenħtieġ li jkunu disponibbli sanzjonijiet jew miżuri addizzjonali fi proċedimenti kriminali. Dawn jenħtieġ li jinkludu l-obbligu li l-ambjent jiġi restawrat, il-kumpens għall-ħsara kkawżata, l-esklużjoni mill-aċċess għall-finanzjament pubbliku, inklużi l-proċeduri ta' offerti, għotjiet u konċessjonijiet u l-irtirar ta' permessi u awtorizzazzjonijiet. Is-sanzjonijiet li huma mfassla biex jiżguraw li r-reati ma jiġux ripetuti huma importanti ħafna. Jenħtieġ li jiġu pprovduti wkoll rimedji effettivi, inklużi miżuri ta' rimedju, ta' mitigazzjoni u ta' adattament u rimedju b'mandat ta' inibizzjoni. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni tal-imħallfin jew tal-qrati fi proċedimenti kriminali li jimponu sanzjonijiet xierqa fil-kawżi individwali.

 

Emenda  14

 

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Sabiex is-sanzjonijiet ikunu effettivi, jeħtieġ ukoll li f'din id-Direttiva jiġi introdott l-approċċ ta' ġustizzja restorattiva ambjentali, li ilhom jitolbu s-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet speċjalizzati. Il-mudell restorattiv għandu approċċ preventiv, immirat biex isewwi l-ħsara kkawżata u joħloq l-għarfien ambjentali meħtieġ biex tiġi evitata ħsara bħal din fil-futur. Dan jista' jsir permezz ta', fost mezzi oħra, fondi ta' rkupru ambjentali, proġetti soċjali ambjentali jew servizzi komunitarji għall-benefiċċju tal-ambjent. Il-ġustizzja restorattiva ambjentali għandha wkoll l-għan li tippermetti l-parteċipazzjoni tal-vittmi fil-proċess tad-determinazzjoni tas-sanzjonijiet u, fil-futur, tal-ġestjoni ambjentali tal-korporazzjonijiet li huma sanzjonati.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Fejn id-dritt nazzjonali jipprevedi dan, jenħtieġ li l-persuni ġuridiċi jinżammu responsabbli b'mod kriminali wkoll għal reati kriminali ambjentali skont din id-Direttiva. L-Istati Membri, li d-dritt nazzjonali tagħhom ma jipprevedix ir-responsabbiltà kriminali tal-persuni ġuridiċi, jenħtieġ li jiżguraw li s-sistemi ta' sanzjonar amministrattivi tagħhom jipprevedu tipi u livelli ta' sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati kif stabbiliti f'din id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuni ġuridiċi jenħtieġ li tiġi kkunsidrata biex tiġi żgurata d-dissważività tas-sanzjoni imposta.

(15) Jenħtieġ li l-persuni ġuridiċi jinżammu responsabbli b'mod kriminali wkoll għal reati kriminali ambjentali skont din id-Direttiva. Bħal persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi li huma awturi, instigaturi ta' reati jew kompliċi fihom jenħtieġ li jinżammu responsabbli u soġġetti għal proċedimenti kriminali. L-Istati Membri, li d-dritt nazzjonali tagħhom ma jipprevedix ir-responsabbiltà kriminali tal-persuni ġuridiċi, jenħtieġ li jiżguraw li s-sistemi ta' sanzjonar amministrattivi tagħhom jipprevedu tipi u livelli ta' sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati kif stabbiliti f'din id-Direttiva sabiex jintlaħqu l-objettivi tagħha. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuni ġuridiċi jenħtieġ li tiġi kkunsidrata biex tiġi żgurata d-dissważività tas-sanzjoni imposta.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Jenħtieġ li jitrawmu approssimazzjoni u effettività ulterjuri tal-livelli ta' sanzjoni imposti fil-prattika permezz ta' ċirkostanzi aggravanti komuni li jirriflettu s-severità tar-reat imwettaq. Meta tkun ġiet ikkawżata l-mewt jew il-korriment serju ta' persuna u meta dawn l-elementi ma jkunux diġà jikkostitwixxu reat kriminali, dawn jistgħu jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti. Bl-istess mod, meta reat kriminali ambjentali jikkawża ħsara sostanzjali u irriversibbli jew fit-tul lil ekosistema sħiħa, dan jenħtieġ li jkun ċirkostanza aggravanti minħabba s-severità tiegħu, inkluż f'każijiet komparabbli mal-ekoċidju. Peress li l-profitti jew in-nefqa illegali li tista' tiġi ġġenerata jew li tista' tiġi evitata permezz ta' reat ambjentali hija inċentiv importanti għall-kriminali, dawn jenħtieġ li jitqiesu meta jiġi ddeterminat il-livell xieraq ta' sanzjonijiet fil-każ individwali.

(16) Jenħtieġ li jitrawmu approssimazzjoni u effettività ulterjuri tal-livelli ta' sanzjoni imposti fil-prattika permezz ta' ċirkostanzi aggravanti komuni li jirriflettu s-severità tar-reat imwettaq. Meta tkun ġiet ikkawżata l-mewt jew il-korriment serju ta' persuna u meta dawn l-elementi ma jkunux diġà jikkostitwixxu reat kriminali, dawn jistgħu jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti. Bl-istess mod, meta reat kriminali ambjentali jikkawża ħsara sostanzjali u irriversibbli jew fit-tul lil ekosistema sħiħa, dan jenħtieġ li jkun ċirkostanza aggravanti minħabba s-severità tiegħu, inkluż f'każijiet komparabbli mal-ekoċidju. Peress li l-profitti jew in-nefqa illegali li tista' tiġi ġġenerata jew li tista' tiġi evitata permezz ta' reat ambjentali huma inċentiv importanti għall-kriminali u ta' spiss jinkoraġġixxu l-kriminalità organizzata, dawn jenħtieġ li jitqiesu meta jiġi ddeterminat il-livell xieraq ta' sanzjonijiet fil-każ individwali. Fl-aħħar nett, is-severità tal-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-vulnerabbiltà tal-vittmi umani kif ukoll il-fatt li jiġu abbużati d-dgħufijiet legali u istituzzjonali eżistenti tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jew il-ksur gravi tal-obbligi ta' diliġenza dovuta jenħtieġ li jitqiesu wkoll bħala ċirkostanzi aggravanti.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Filwaqt li r-rikonoxximent tar-reat tal-ekoċidju bħalissa qed jiġi diskuss f'diversi parlamenti nazzjonali madwar id-dinja, jenħtieġ li l-Unjoni taħtaf din l-opportunità biex tibqa' mexxejja dinjija fil-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni ambjentali u biex tipprovdi definizzjoni armonizzata u limiti massimi għas-sanzjonijiet. Jenħtieġ li l-Istati Membri għalhekk jintroduċu reat ta' ekoċidju, li jenħtieġ li jitqies bħala reat kriminali għall-finijiet ta' din id-Direttiva u jiġi definit bħala att illegali jew intenzjonat mwettaq bl-għarfien li hemm probabbiltà sostanzjali li tiġi kkawżata ħsara severa u mifruxa jew inkella fit-tul lill-ambjent. Dan ir-reat speċifiku jagħmilha possibbli li tiġi identifikata l-aktar ħsara serja lill-ambjent u b'hekk jipprovdi għal gradwazzjoni ta' sanzjonijiet skont il-gravità tal-ħsara lill-ambjent.

Ġustifikazzjoni

F'diversi okkażjonijiet, il-Parlament Ewropew appella għall-istabbiliment ta' ekoċidju bħala reat kriminali biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, il-bijodiversità, il-klima u d-difensuri ambjentali. Id-definizzjoni użata hija dik żviluppata mill-Bord ta' Esperti Indipendenti għad-Definizzjoni Legali tal-Ekoċidju, ippubblikata f'Ġunju 2021, minn grupp ta' avukati tad-dritt kriminali, avukati tad-dritt ambjentali u akkademiċi legali internazzjonali. Huwa l-aktar xogħol ta' definizzjoni komprensiv u reċenti disponibbli fil-mument.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-perjodi ta' preskrizzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu b'mod effettiv ir-reati kriminali ambjentali, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li ma jistabbilixxux perjodi ta' preskrizzjoni għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-infurzar.

(19) L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-perjodi ta' preskrizzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu b'mod effettiv ir-reati kriminali ambjentali, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li ma jistabbilixxux perjodi ta' preskrizzjoni għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-infurzar. Għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u l-aġġudikazzjoni tar-reati ta' ekoċidju jenħtieġ li ma jkunx hemm perjodu ta' preskrizzjoni.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-obbligi f'din id-Direttiva li jipprevedu pieni kriminali jenħtieġ li ma jeżentawx lill-Istati Membri mill-obbligu li jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra fid-dritt nazzjonali għal ksur stabbilit fil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

(20) L-obbligi f'din id-Direttiva li jipprevedu pieni kriminali jenħtieġ li ma jeżentawx lill-Istati Membri mill-obbligu li jipprevedu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra effettivi, proporzjonati u dissważivi fid-dritt nazzjonali għal ksur stabbilit fil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni.

Emenda  20

 

Proposta għal direttiva

Premessa 23

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Minħabba, b'mod partikolari, il-mobilità tat-trasgressuri ta' mġiba illegali koperta minn din id-Direttiva, flimkien man-natura transfruntiera tar-reati u l-possibbiltà ta' investigazzjonijiet transfruntiera, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu ġuriżdizzjoni sabiex jiġġieldu tali mġiba b'mod effettiv.

(23)