RAPPORT dwar l-implimentazzjoni tal-PSDK ċivili u ta’ forom oħra ta’ assistenza tal-UE fir-rigward tas-sigurtà ċivili

28.3.2023 - (2022/2196(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Rapporteur: Alviina Alametsä

Proċedura : 2022/2196(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0091/2023
Testi mressqa :
A9-0091/2023
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tal-PSDK ċivili u ta’ forom oħra ta’ assistenza tal-UE fir-rigward tas-sigurtà ċivili

(2022/2196(INI))

 

 wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

 wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Kapitolu 2, it-Taqsima 2, tiegħu rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK),

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tas-summit tal-Kunsill Ewropew ta’ Santa Maria da Feira fid-19 u l-20 ta’ Ġunju 2000,

 wara li kkunsidra l-Objettiv Primarju Ċivili 2008 approvat mill-Kunsill Ewropew fis-17 ta’ Diċembru 2004,

 wara li kkunsidra l-Objettiv Primarju Ċivili 2008 l-ġdid approvat mill-Kunsill Ewropew fid-19 ta’ Novembru 2007,

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-11 ta’ Diċembru 2013 bit-titolu “L-approċċ komprensiv tal-UE rigward il-konflitti u l-kriżijiet esterni” (JOIN(2013)0030),

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2018 dwar l-Approċċ Integrat għal Konflitti u Kriżijiet Esterni,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2018, dwar l-istabbiliment ta’ Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2018 dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà tal-14 ta’ Novembru 2022,

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (Gender Action Plan, GAP) III – aġenda ambizzjuża għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-azzjoni esterna tal-UE” (JOIN(2020)0017), l-Approċċ Strateġiku tal-UE għan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà tal-10 ta’ Diċembru 2018 u l-Pjan ta’ Azzjoni li jakkumpanjah tal-4 ta’ Lulju 2019, u l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal-21 ta’ Diċembru 2021 biex tissaħħaħ il-Parteċipazzjoni tan-Nisa fil-Missjonijiet Ċivili tal-PSDK 2021-2024,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar iż-żgħażagħ fl-azzjoni esterna tal-5 ta’ Ġunju 2020,

 wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali tal-Kunsill dwar it-Tibdil fil-Klima u d-Difiża tad-9 ta’ Novembru 2020,

 wara li kkunsidra l-Kunċett għal Approċċ Integrat dwar it-Tibdil fil-Klima u s-Sigurtà tal-Kunsill tal-5 ta’ Ottubru 2021,

 wara li kkunsidra t-tielet Konferenza ta’ Rieżami Annwali tal-Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK li saret fi Brussell fid-19 ta’ Novembru 2021,

 wara li kkunsidra r-raba’ u l-aħħar Konferenza ta’ Rieżami Annwali tal-Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK fis-16 ta’ Novembru 2022,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK tat-13 ta’ Diċembru 2021,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009[1] (ir-Regolament NDICI),

 wara li kkunsidra l-“Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża – Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali”, approvata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022 u mill-Kunsill Ewropew fil-25 ta’ Marzu 2022,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK tat-12 ta’ Diċembru 2022,

 wara li kkunsidra r-Rapport tas-SEAE dwar l-Istudju ta’ Referenza ta’ Segwitu dwar l-Integrazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tal-Unjoni Ewropea tat-30 ta’ Marzu 2022,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0091/2023),

A. billi mill-1999 ’l hawn l-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet ġie stabbilit bħala pilastru fundamentali tal-PSDK tal-UE fil-prevenzjoni tal-konflitti, fl-istabbilizzazzjoni u fil-promozzjoni ta’ paċi sostenibbli; billi għaddew 20 sena minn meta tnediet fl-2003 l-Missjoni tal-Pulizija tal-UE (EUPM) ċivili fil-Bożnija-Ħerzegovina bħala l-ewwel missjoni tal-PSDK li qatt saret; billi l-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet għandu l-bażi tiegħu fit-Trattati u fil-prijoritajiet ta’ Feira tal-2000; billi l-Istati Membri huma responsabbli li jipprovdu r-rekwiżiti ta’ kapaċità tal-missjonijiet, skont l-Artikolu 42 tat-TUE; billi l-UE bħalissa żżomm 12-il missjoni ċivili u, fl-20 sena ta’ maniġġar ċivili ta’ kriżijiet tagħha, nediet 24 missjoni fi tliet kontinenti differenti, li juri li d-domanda għall-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet kibret, anke bħala riżultat tal-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna; billi l-missjonijiet ċivili huma kruċjali fi ħdan ir-rispons usa’ tal-UE għall-isfidi tas-sigurtà permezz ta’ mezzi mhux militari u jirrikjedu taħriġ effettiv u kapaċitajiet operazzjonali biex iżommu l-pass mal-ambjent ta’ theddid li qed jevolvi għal-Lvant u n-Nofsinhar tal-Ewropa; billi l-ambjent tas-sigurtà li qed jiddeterjora u l-kriżi umanitarja fl-Unjoni Ewropea u madwarha rriżultaw f’eżiġenzi akbar għall-missjonijiet tal-PSDK, u b’hekk tefgħu pressjoni sinifikanti fuq il-baġit tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK);

 

B. billi wieħed mill-objettivi tal-Boxxla Strateġika tal-UE huwa li ssaħħaħ il-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili u militari tal-PSDK tal-UE billi tipprovdilhom mandati aktar robusti u flessibbli, tippromwovi proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet rapidi u aktar flessibbli u tiżgura solidarjetà finanzjarja akbar; billi l-identità tal-UE tal-missjonijiet tal-PSDK issaħħaħ lill-UE bħala setgħa ċivili leġittima; billi l-UE hija impenjata li ssir fornitur tas-sigurtà aktar assertiv u deċiżiv, ippreparat aħjar biex jindirizza t-theddid u l-isfidi preżenti u futuri, u hija impenjata li tiddefendi l-ordni tas-sigurtà Ewropea u globali flimkien mas-sħab tagħha; billi l-PSDK ċivili hija strument uniku għall-UE biex tirreaġixxi għall-kriżijiet l-aktar urġenti b’mezzi ċivili; billi l-aċċess tal-PSDK kemm għall-ippjanar, għar-riżorsi kif ukoll għal-loġistika jagħtiha l-potenzjal li ssir il-faċilitatur primarju tal-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet matul l-emerġenzi u billi għandha tintuża bħala ċentru ta’ prattika tar-reżiljenza u l-irkupru tas-soċjetà fil-konfront ta’ diżastri kemm ikkawżati mill-bniedem kif ukoll dawk naturali; billi għandha tippermetti lill-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK jadattaw malajr għal theddid u sfidi ġodda, u żżid l-effikaċja tagħhom, anke fid-dawl tal-kuntest il-ġdid tas-sigurtà u l-preżenza dejjem tikber tal-kompetituri strateġiċi tagħna f’teatri operazzjonali; billi fil-kuntest ġeopolitiku attwali, hija meħtieġa b’mod urġenti PSDK ċivili aktar effettiva; billi l-UE u l-Istati Membri qablu li jsaħħu l-PSDK ċivili permezz ta’ Patt ġdid li jippermetti skjerament aktar mgħaġġel, anke f’ambjenti kumplessi;

C. billi l-Kunsill ta’ Gothenburg tal-2001 iddeċieda li jintroduċi 200 imħallef u prosekutur, grupp ta’ esperti fil-qasam tal-amministrazzjoni ċivili u timijiet tal-protezzjoni ċivili ta’ mhux aktar minn 2 000 persuna; billi l-Objettiv Primarju Ċivili (CHG) tal-2010 żied 285 espert dwar l-analiżi tal-konflitti, il-ġustizzja tranżizzjonali u d-djalogu, kif ukoll il-ħolqien ta’ Timijiet ta’ Rispons Ċivili (CRT), grupp ta’ esperti magħmul minn 100 persuna;

D. billi PSDK ċivili tikkontribwixxi għall-Approċċ Integrat għal Konflitti u Kriżijiet f’oqsma bħall-attivitajiet tal-pulizija, l-istat tad-dritt, l-amministrazzjoni ċivili, ir-riforma tas-settur tas-sigurtà (SSR) u l-monitoraġġ f’konformità mal-Artikoli 42 u 43 tat-TUE, u hija akkumpanjata minn miżuri komplementari implimentati fil-kuntest tal-istrument “Ewropa Globali” tal-UE, u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali;

E. billi l-adozzjoni tal-Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK fl-2018 irrappreżentat pass sinifikanti ’l quddiem fit-tisħiħ tal-kapaċità tal-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet tal-UE u fiż-żieda tas-sjieda, tar-responsabbiltà u tal-kontribut ta’ riżorsi min-naħa tal-Istati Membri; billi l-Istati Membri jeħtieġu livell ogħla ta’ impenn politiku u tekniku u ta’ riżorsi umani u ekonomiċi biex jilħqu l-objettivi miftiehma li għad iridu jiġu ssodisfati u biex iżidu l-leġittimità ta’ dawn il-missjonijiet;

F. billi l-kompiti ċivili tal-PSDK, matul is-snin, twessgħu biex jinkludu, fost l-oħrajn, il-ġustizzja tranżizzjonali, il-medjazzjoni, id-djalogu u l-analiżi tal-konflitti, l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ riformi b’pariri prattiċi, taħriġ u tagħmir, u billi jridu jadattaw ruħhom, mingħajr dewmien, għal sfidi ġodda u emerġenti bħat-theddid ibridu, inklużi l-attakki ċibernetiċi, l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni, l-indħil barrani, l-influwenza u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni, it-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, is-sigurtà marittima, il-kriminalità organizzata u l-protezzjoni tal-wirt kulturali; billi l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK tal-UE huma fil-mira wkoll tat-theddid ibridu, inkluża d-diżinformazzjoni, li jpoġġi f’riskju l-effettività tagħhom biex jistabbilizzaw il-pajjiż li jiġu introdotti fih; billi t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali jaffettwaw serjament l-ambjent operattiv tal-immaniġġar ta’ kriżijiet u jirrikjedu aktar attenzjoni fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-missjonijiet ċivili;

G. billi ħafna żoni milquta minn konflitti għandhom popolazzjoni kbira ta’ żgħażagħ; billi ż-żgħażagħ għandhom ikunu involuti b’mod attiv fil-ħolqien ta’ paċi u sigurtà sostenibbli, filwaqt li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-konflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi, inkluża l-promozzjoni tal-istat tad-dritt, il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni; billi l-UE hija impenjata li tippromwovi d-drittijiet tat-tfal fl-azzjoni esterna tagħha, iżda dan l-impenn għadu mhux qed jiġi implimentat fil-kuntest tal-PSDK;

H. billi l-UE hija impenjata li tqiegħed l-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà fiċ-ċentru tal-PESK tagħha u l-Istati Membri huma impenjati li jippromwovu rappreżentanza aħjar tan-nisa fil-missjonijiet tal-PSDK, iżda l-Patt dwar id-dimensjoni ċivili tal-PSDK tal-2018 jonqos milli jistabbilixxi mira konkreta għar-rappreżentanza tan-nisa f’missjonijiet ċivili u ma jagħmel l-ebda referenza għall-parità bejn il-ġeneri;

I. billi r-rappreżentanza tan-nisa fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK baqgħet l-istess matul il-perjodu ta’ ħames snin bejn l-2015 u l-2020; billi fl-istrutturi ċivili tal-Kwartieri Ġenerali (id-Direttorat għall-Approċċ Integrat għas-Sigurtà u l-Paċi (ISPD), id-Direttorat tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (SECDEFPOL) u l-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC)), in-nisa jikkostitwixxu madwar 50 % tal-persunal kollu, iżda għadhom sottorappreżentati f’pożizzjonijiet maniġerjali (30 %);

J. billi mill-2017 ’l hawn, sessjoni ta’ taħriġ ta’ qabel l-iskjerament li tinvolvi d-drittijiet tal-bniedem u l-elementi tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri saret obbligatorja għall-persunal kollu; billi aktar minn terz minn dawk li wieġbu stħarriġ għar-Rapport tas-SEAE dwar l-Istudju ta’ Referenza ta’ Segwitu dwar l-Integrazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni tal-Unjoni Ewropea ma ngħatawx sessjoni bħal din,

K. billi l-Istati Membri mistennija jadottaw, sa Mejju 2023, Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK ġdid sabiex ikomplu bl-isforzi lejn missjonijiet tal-PSDK ċivili aktar effikaċi u kapaċi, u jqisu ż-żieda fl-isfidi tas-sigurtà b’mod partikolari fil-livell globali; billi x-xenarju ġeopolitiku li qed jinbidel u l-ambjent tas-sigurtà li qed jinbidel, inklużi l-konflitti madwar l-Unjoni Ewropea u fit-territorju Ewropew, kif ukoll il-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, id-diżinformazzjoni, it-terroriżmu u t-theddid ibridu u malizzjuż, jirrikjedu impenn sħiħ sabiex tissaħħaħ il-PSDK ċivili permezz ta’ Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK ġdid;

Tisħiħ tal-viżjoni strateġika tal-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet

1. Jisħaq fuq il-fatt li l-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet min-naħa tal-UE jagħti kontributi importanti għall-paċi u għas-sigurtà internazzjonali u jiżvolġi rwol fundamentali fl-implimentazzjoni tal-Approċċ Integrat għal Konflitti u Kriżijiet Esterni;

2. Ifakkar li l-immaniġġar ta’ kriżijiet jinsab fil-qalba tal-PSDK tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet militari u ċivili tagħha; ifakkar li konklużjoni ewlenija li ħarġet mill-analiżi tat-theddid tal-2020 kienet il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tirreaġixxi malajr għall-kriżijiet u li ssaħħaħ it-tħejjija ġenerali tagħha; jissottolinja, għalhekk, l-importanza tal-kompiti fdati lill-persunal li jservi f’missjonijiet ċivili tal-PSDK, li għall-Istati Membri jimplika l-ħtieġa li jipprovdu profili rilevanti biex iżidu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK, u għas-SEAE jimplika l-implimentazzjoni ta’ politika attenta tar-riżorsi umani; jinnota li l-UE għandha wkoll rwol ewlieni biex tipprovdi impjiegi għall-persunal internazzjonali u lokali;

3. Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK il-ġdid biex isaħħu l-viżjoni strateġika tagħhom tal-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet billi jiċċaraw ir-rwol, l-effikaċja u l-valur miżjud tal-PSDK ċivili, u billi jiddefinixxu livell ta’ ambizzjoni kondiviż għall-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet;

4. Ifakkar li l-analiżi tat-theddid qabel l-adozzjoni tal-Boxxla Strateġika fl-2022 kienet sforz uniku biex tiġi aġġornata d-duttrina tas-sigurtà u d-difiża tal-UE; jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jisfruttaw l-analiżi fid-diskussjonijiet tagħhom dwar il-futur tal-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet u l-użu previst tal-istrument ċivili tal-PSDK;

5. Jemmen li l-kompiti tradizzjonali tal-PSDK ċivili, bħall-attivitajiet tal-pulizija, l-istat tad-dritt, l-amministrazzjoni ċivili, l-SSR, il-monitoraġġ, id-diżarm u d-demobilizzazzjoni jibqgħu aktar rilevanti minn qatt qabel biex jistabbilizzaw u jimmodernizzaw is-setturi tas-sigurtà u tal-ġustizzja; jissottolinja l-bżonn li jitkomplew l-aġġornament u l-espansjoni tal-kompiti fil-qafas tal-Approċċ Integrat u tat-Trattati, fid-dawl tar-riskji u t-theddid il-ġodda li nibtu u li b’hekk wasslu għal ambjent ġdid tas-sigurtà; jisħaq fuq il-bżonn li jiġu integrati u msaħħa l-kwistjonijiet trasversali, b’mod partikolari:

a) is-sigurtà tal-persuni,

b) il-bżonnijiet tas-sigurtà u s-sjieda tal-gvernijiet ospitanti u l-popolazzjonijiet lokali,

c) is-sensittività għall-ġeneru, l-ugwaljanza u l-aġenda dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà (WPS),

d) l-aġenda għaż-żgħażagħ, il-paċi u s-sigurtà, it-tfal u l-konflitti armati,

e) il-medjazzjoni, id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni,

f) involviment sinifikattiv mas-soċjetà ċivili,

g) ir-rabta bejn is-sigurtà u l-klima,

h) l-interazzjoni ċivili-militari, billi jiġu promossi l-istat tad-dritt u l-obbligu ta’ rendikont, inkluż billi jissaħħu l-katina tal-ġustizzja u l-kapaċitajiet ta’ rispons b’mod effettiv għall-isfidi tas-sigurtà;

i) l-aspetti ċivili tad-diżarm, id-demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni,

j) il-ġlieda kontra l-korruzzjoni,

k) il-monitoraġġ u l-ġlieda kontra l-kampanji ta’ diżinformazzjoni,

l) il-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali;

6. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu integrati b’mod aktar proattiv il-kunċetti tas-sigurtà tal-bniedem, il-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-popolazzjoni lokali, is-sensittività għall-ġeneru, is-sorveljanza parlamentari, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tas-settur tas-sigurtà lokali fil-mandat u l-operazzjonijiet tal-missjoni;

7. Jenfasizza li s-suċċess tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK jiddependi ħafna fuq il-ftuħ għall-perspettivi u s-sjieda tal-pajjiż ospitanti; iħeġġeġ l-użu ta’ approċċi mfassla apposta, l-involviment attiv tal-gvern ospitanti u l-kooperazzjoni miegħu, is-soċjetà ċivili u l-popolazzjoni lokali; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza tas-sjieda lokali matul l-implimentazzjoni tal-mandat tal-missjoni, mit-tfassil sal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-persunal tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK jibni relazzjonijiet ibbażati fuq il-fiduċja mal-gvernijiet ospitanti, mas-soċjetà ċivili u mal-popolazzjonijiet lokali, u dan jirrikjedi għarfien tas-sitwazzjoni, fehim kulturali u għarfien tal-lingwi lokali; jilqa’ l-linji gwida operattivi tas-SEAE għall-involviment proattiv tas-soċjetà ċivili fil-missjonijiet tal-PSDK; ifakkar li l-missjonijiet ċivili jridu jagħtu attenzjoni speċjali lid-dinamika tal-konflitti, lill-proċessi robusti ta’ valutazzjoni tar-riskju u ta’ mitigazzjoni tar-riskju, u jridu jinkludu aktar monitoraġġ u evalwazzjoni bbażati fuq l-impatt tal-interventi tal-PSDK, kif ukoll aktar mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni u feedback; jirrakkomanda li jiġu stabbiliti kanali formali, informali u anonimi li jkunu sikuri u siguri għall-feedback tal-missjoni u l-ilmenti mis-soċjetà ċivili, sabiex jgħinu lill-UE tiżviluppa fehim aħjar tal-effikaċja tal-operazzjonijiet tagħha;

8. Jinnota li f’xi każijiet, is-suċċess tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK huwa pperikolat minħabba l-fatt li l-gvernijiet ospitanti jonqsu milli jissodisfaw l-impenji ta’ riforma tagħhom; jitlob, għalhekk, għal kooperazzjoni intensifikata mal-pajjiżi ospitanti u attenzjoni ugwali għat-taħriġ u r-riformi istituzzjonali; jitlob li l-approċċ integrat tal-UE, li jinkludi l-missjonijiet ċivili tal-PSDK, l-għajnuna għall-iżvilupp u dik għall-assistenza, jintuża biex jipprovdi l-ingranaġġ meħtieġ għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK biex il-gvernijiet ospitanti jinżammu fit-triq it-tajba ħalli jissodisfaw l-impenji tagħhom u jaderixxu mal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-importanza tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK li jikkoordinaw ma’ sħab internazzjonali oħra involuti f’attivitajiet simili fil-pajjiż ospitanti; jinnota li l-missjonijiet ċivili tal-PSDK spiss isiru f’pajjiżi u reġjuni kkontestati minn atturi statali u mhux statali li jkunu lesti jimminaw il-kapaċità u l-kredibbiltà tal-UE bħala fornitur tas-sigurtà; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-impenji kollha tal-UE jridu jkunu kredibbli f’għajnejn il-popolazzjonijiet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jibnu fuq kooperazzjoni mill-qrib u onesta man-nazzjonijiet ospitanti, u jridu jżommu komunikazzjoni frekwenti bejn il-persunal tal-missjonijiet, l-awtoritajiet nazzjonali u l-popolazzjoni usa’; jitlob, għalhekk, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-komunikazzjoni strateġika tagħhom dwar l-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet, sabiex jiksbu appoġġ politiku fi ħdan l-UE u f’pajjiżi fejn isiru l-missjonijiet, jipprovdu komunikazzjoni strateġika mfassla apposta għal kull missjoni, jenfasizzaw l-objettivi u l-valuri tal-missjoni u l-benefiċċji għall-popolazzjoni lokali, kif ukoll jappoġġaw reklutaġġ aktar effettiv ta’ persunal kwalifikat għal missjonijiet ċivili tal-PSDK, inklużi nisa;

9. Jemmen li l-PSDK ċivili għandha tkun parti minn strateġija politika usa’ li tindirizza l-kawżi ewlenin tal-konflitt, inkluż it-tibdil fil-klima; ifakkar li l-missjonijiet għandhom jiġu infurmati permezz ta’ analiżijiet tal-konflitti sensittivi għall-klima u jitlob l-integrazzjoni ulterjuri tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali fl-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet; jisħaq li r-rabta bejn il-klima u s-sigurtà trid tiġi inkluża fil-Patt 2.0, filwaqt li jiġi spjegat b’mod ċar kif tista’ tiġi operazzjonalizzata fil-kuntest tal-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet; itenni t-talba tal-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Diċembru 2022, biex il-missjonijiet u l-operazzjonijiet jieħdu passi konkreti biex inaqqsu l-impronta ambjentali tagħhom bl-għan li tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050, f’konformità mal-għanijiet stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew;

10. Jisħaq fuq l-importanza li jiġu vvalutati l-isforzi ċivili tal-PSDK f’oqsma speċifiċi, b’mod partikolari l-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà ġodda u emerġenti bħall-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni, is-sigurtà marittima u l-kriminalità organizzata; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet prevalenti fil-kapaċità tal-UE li tantiċipa u tidentifika theddid ibridu, b’mod partikolari l-manipulazzjoni tal-informazzjoni, li jaffettwaw direttament is-suċċess tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK; jilqa’, f’dan ir-rigward, id-deċiżjoni li jiġi żviluppat sett ta’ għodod ibridu tal-UE għal rispons koordinat għall-kampanji ibridi; jilqa’, barra minn hekk, il-komunikazzjoni konġunta dwar politika tal-UE dwar iċ-ċiberdifiża, u jinnota l-importanza tar-reżiljenza ċibernetika għall-missjonijiet tal-PSDK, filwaqt li jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar il-politika u l-kapaċitajiet taċ-ċiberdifiża tal-UE, inkluż l-istabbiliment ta’ timijiet ta’ rispons rapidu ċibernetiku u l-espansjoni tagħhom lejn l-appoġġ tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK; itenni l-ħtieġa urġenti li jiġu żviluppati l-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni strateġika tagħhom, inklużi sistemi ta’ komunikazzjoni siguri abbażi tal-programm ta’ konnettività sigura tal-UE, kif ukoll li tiġi inkluża pjattaforma komuni għall-kondiviżjoni tal-għarfien bejn is-CPCC u l-operazzjonijiet fil-qasam, bl-użu tal-innovazzjoni teknoloġika, filwaqt li jissaħħu s-sensibilizzazzjoni ċibernetika u r-reżiljenza tal-missjonijiet tal-PSDK; jitlob li tissaħħaħ ir-reżiljenza ċibernetika tal-istrutturi ġenerali tas-CPCC u tal-missjonijiet tal-PSDK;

11. Jitlob li l-Istati Membri u s-SEAE jindirizzaw it-theddid konsistenti u li qed jikber għall-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-wirt kulturali u jiġġieldu l-kuntrabandu ta’ artefatti kulturali, speċjalment f’żoni ta’ konflitt;

12. Jitlob li l-Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK il-ġdid jintuża biex jaħdem aktar għall-parteċipazzjoni sħiħa, ugwali u sinifikanti tan-nisa fil-PSDK ċivili; jenfasizza l-kontribut sinifikanti tan-nisa għas-suċċess tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK u bħala mutur tal-kredibbiltà tal-UE bħala proponent tad-drittijiet ugwali għall-irġiel u n-nisa madwar id-dinja; ifakkar fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (GAP) III (2020-2024), li jirrikjedi l-integrazzjoni sistematika ta’ perspettiva tal-ġeneru fil-politiki u l-azzjonijiet esterni kollha tal-UE, inkluża l-PSDK; jitlob li l-Istati Membri u s-SEAE jippromwovu żieda fl-għadd ta’ nisa fl-operazzjonijiet tal-PSDK, inkluż, bħala l-ewwel pass, biex ikollhom l-għan li jżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa għal tal-anqas 40 % fil-missjonijiet kollha, u sal-2024 fil-livelli kollha; jirrakkomanda li l-Istati Membri japprovaw l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni tas-CPCC biex isaħħu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-missjonijiet ċivili tal-PSDK għall-2021-2024; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom biex gradwalment jiksbu parità bejn il-ġeneri fil-ħatriet ta’ kapijiet ta’ missjoni u pożizzjonijiet ta’ tmexxija għolja oħrajn; iħeġġeġ il-kooperazzjoni mill-qrib tagħhom mal-atturi tas-soċjetà ċivili lokali biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jintegraw il-perspettiva tal-ġeneri fejn possibbli;

13. Jitlob li jkun hemm operazzjonalizzazzjoni effettiva tal-protezzjoni tat-tfal u tat-tfal fl-aġenda dwar il-konflitti armati, kif ukoll l-aġenda għaż-Żgħażagħ, il-Paċi u s-Sigurtà, fl-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet, biex iż-żgħażagħ jiġu involuti b’mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ missjonijiet u operazzjonijiet, u biex jiġi applikat approċċ għall-analiżi tal-konflitti li jkun sensittiv għaż-żgħażagħ;

14. Jisħaq fuq il-fatt li l-antiċipazzjoni tal-bidliet futuri fil-kuntest tas-sigurtà hija fundamentali biex jiġi żgurat li l-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet jilħaq l-objettivi strateġiċi tiegħu; jitlob li l-Patt dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK il-ġdid jimplimenta ppjanar aktar ibbażat fuq ix-xenarju, prospettiva strateġika u analiżi tal-konflitti kif ukoll sistema ta’ twissija bikrija għat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatat mal-missjonijiet u mal-mandati;

15. Jistieden lis-CPCC, lill-EUMCC u lill-Persunal Militari tal-UE jiżviluppaw mudell li jiġġenera u jikkondividi kampanja tal-aħjar prattiki u/jew kunċetti tal-ippjanar tal-missjonijiet li jiġu kondiviżi fl-aktar stadju bikri possibbli, mas-sħab vitali għas-suċċess tal-kampanja;

16. Jistieden lis-CPCC u lill-Kapaċità Militari tal-UE tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) jenfasizzaw l-edukazzjoni ċivili-militari professjonali tal-persunal kollu fil-missjonijiet tal-PSDK billi jużaw il-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża biex jgħinu jsawru l-għarfien espert tal-professjonisti ċivili u tad-difiża ħalli jiġi żgurat li l-persunal tal-PSDK ikun jista’ jirrikonoxxi u jirrispondi aħjar għall-kumplessità tal-isfidi tas-sigurtà evidenti fil-pajjiżi ta’ skjerament tagħhom;

17. Jistieden lis-SEAE, lill-MPCC, lis-CPCC u lill-kwartieri ġenerali tal-PSDK irawmu kultura ġdida ta’ fehim bejn is-sħab ċivili u militari bbażata fuq relazzjonijiet istituzzjonali mtejba u sensibilizzazzjoni u valutazzjoni kondiviżi fi sforz biex jiżviluppaw qafas ta’ ppjanar u kultura komprensivi;

18. Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżviluppaw pjan konkret dwar il-mod kif jiġi implimentat l-approċċ integrat u jiżguraw li l-istrumenti rilevanti kollha tal-UE u tal-Istati Membri (PSDK Militari, Ewropa Globali u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni) jiġu applikati b’mod koerenti u jwasslu b’mod aktar effiċjenti għall-ilħuq tal-objettivi ġenerali tal-UE; jitlob li jsiru aktar sforzi biex tiġi ġestita t-tranżizzjoni bejn l-istrumenti politiċi u tekniċi differenti tal-UE;

19. Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni, inkluża koordinazzjoni aktar mill-qrib dwar il-mandati ma’ sħab bħan-NU, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u n-NATO, biex jiġu indirizzati t-theddid u l-isfidi attwali u futuri għas-sigurtà;

20. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistiednu u jinvolvu lill-pajjiżi kandidati tal-UE fuq bażi ta’ każ b’każ biex jikkontribwixxu u jieħdu sehem f’missjonijiet ċivili tal-PSDK; jitlob assistenza għall-pajjiżi interessati sabiex jitħarrġu u jitħejjew għal tali parteċipazzjoni; ifakkar, f’dan ir-rigward, il-valur miżjud li s-sħubijiet ma’ pajjiżi terzi jistgħu jagħtu lill-missjonijiet ċivili tal-PSDK; jilqa’ l-appoġġ minn pajjiżi terzi fir-rigward tal-Ukrajna u jfakkar li pajjiżi bħan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Awstralja, l-Iżvizzera, l-Istati Uniti, il-Kanada, New Zealand u r-Renju Unit jistgħu wkoll iġibu riżorsi politiċi u finanzjarji konsiderevoli għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK; jistieden lill-Kummissjoni terġa’ żżur il-qafas tagħha għal ftehimiet ta’ parteċipazzjoni ma’ pajjiżi terzi sħab, peress li, mill-2010 ’l hawn, l-għadd ta’ esperti sekondati minn pajjiżi terzi naqas minn 200 għal 10;

Implimentazzjoni tal-Patt

21. Jieħu nota tar-riżultati li kiseb il-Patt tal-2018 biex jinvolvi lill-Istati Membri fl-iżvilupp tal-Pjanijiet Nazzjonali ta’ Implimentazzjoni tagħhom, inkluż permezz ta’ djalogu strutturat u tal-iskambju tal-aħjar prattiki u tat-tagħlimiet meħuda, u billi jkomplu jiġu żviluppati permezz ta’ proċessi ta’ kapaċità strutturati u regolari li jrid jintlaħaq qbil dwarhom, u billi jitħeġġu l-kooperazzjoni reġjonali u l-azzjonijiet konġunti bejn l-Istati Membri;

22. Jappoġġja inizjattivi mmirati lejn l-iżvilupp ta’ strument ta’ taħriġ u tagħmir għal missjonijiet ċivili sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tappoġġa pajjiżi terzi u twieġeb għall-aspettattivi u l-ħtiġijiet konkreti tagħhom; jitlob, għalhekk, li dawn l-isforzi jitkomplew, li jiġu ffissati aktar miri numeriċi u li jiġu stabbiliti skadenzi għall-azzjonijiet kollha, inkluż billi jiġu identifikati l-entitajiet responsabbli;

23. Jissottolinja l-isfidi li l-missjonijiet ċivili tal-PSDK jiffaċċjaw, bħad-disponibbiltà tal-kapaċitajiet u tar-riżorsi, ir-reattività, in-nuqqas ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, proċessi deċiżjonali aktar rapidi u missjonijiet aktar skalabbli, adattabbli, modulari u mandati aktar ċari, u li dawn diġà kienu ġew enfasizzati fl-ewwel Patt, li wassal għal żieda fl-enfasi fuq il-PSDK ċivili, iżda mhux għall-operattività sħiħa u għaż-żieda korrispondenti fil-parteċipazzjoni u fis-sjieda tal-Istati Membri, li jeħtieġu li jiġu indirizzati b’urġenza fil-Patt il-ġdid dwar id-Dimensjoni Ċivili tal-PSDK;

24. Jieħu nota tal-għadd ta’ missjonijiet ċivili tal-PSDK li ilhom għaddejjin, li jenfasizza l-ħtieġa għal objettivi definiti sew, kemm politiċi kif ukoll operattivi, u għal strateġiji ta’ ħruġ u l-evalwazzjoni tagħhom; jappella għall-introduzzjoni ta’ strateġiji ta’ ħruġ għall-missjonijiet ċivili, b’metriċi biex jitkejjel is-suċċess tagħhom, li jippermettu l-għeluq aktar rapidu tal-missjonijiet meta l-objettivi operattivi u politiċi jkunu ġew issodisfati u anke meta ma jkunux ġew issodisfati, jew meta ma jkunx għadu possibbli li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet ta’ sigurtà u dawk politiċi jew strateġiċi rilevanti fil-pajjiż ta’ stabbiliment; jappella, għalhekk, għal diskussjoni politika sinċiera dwar l-għeluq ta’ missjonijiet li ma joħolqux l-impatt mixtieq, li jirriskja li jilleġittimizza n-nuqqas ta’ progress fil-pajjiż ospitanti;

25. Jinnota li l-uniċi valutazzjonijiet tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK fis-seħħ bħalissa huma r-Rieżamijiet Strateġiċi li jikkontribwixxu għat-tiġdid, l-adattament u l-għeluq tal-missjoni; jisħaq fuq l-importanza li jiġu żviluppati u stabbiliti sistema u metodoloġija li jivvalutaw il-prestazzjoni tal-missjonijiet, l-effikaċja tagħhom u l-ġestjoni finanzjarja tagħhom; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq l-importanza ta’ mekkaniżmu imparzjali u indipendenti li jevalwa l-impatt tal-missjonijiet; jilqa’ d-dokument ta’ għażliet dwar l-evalwazzjoni ppreżentat mis-SEAE għal dan l-għan; ifakkar li l-evalwazzjoni tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK u l-effikaċja tagħhom irid ikollhom riżorsi adegwati u li l-evalwazzjonijiet sistematiċi għandhom jikkontribwixxu għat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi kemm dwar missjonijiet attwali kif ukoll dawk futuri;

26. Jilqa’ l-linji gwida operattivi tas-CPCC tas-SEAE biex jiġu pprovduti l-għodod għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK ħalli jkunu proattivi fl-involviment tagħhom mal-atturi tas-soċjetà ċivili bħala sħab kruċjali fil-livelli u fl-istadji kollha tal-proċessi; jilqa’ l-linji gwida operattivi tas-SEAE dwar l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem, u jappella għall-implimentazzjoni effettiva tagħhom, b’mod partikolari, billi jiġu stabbiliti proċeduri interni ċari għall-ġestjoni tar-riskji relatati mad-drittijiet tal-bniedem assoċjati mal-appoġġ tas-settur tas-sigurtà;

Tisħiħ u twettiq tal-kapaċitajiet li jikkorrispondu għal-livell ta’ ambizzjoni tal-Patt

 

27. Jistieden lis-SEAE jiżviluppa, flimkien mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, Proċess ta’ Żvilupp tal-Kapaċitajiet ċivili strutturat u regolari biex jivvaluta d-disponibbiltajiet tal-ħtiġijiet ta’ kapaċità tal-Istati Membri, jiżviluppa rekwiżiti, iwettaq analiżi tal-lakuni u jirrevedi perjodikament il-progress; iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jesplora l-possibbiltà li jipprovdi inċentivi finanzjarji biex jappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet, kif indikat fil-Patt Ċivili tal-2018, filwaqt li fl-istess ħin ifakkar lill-Istati Membri biex iżommu impenn fil-Patt il-ġdid biex jiżviluppaw il-firxa sħiħa ta’ kapaċitajiet meħtieġa biex jitwettqu u jiġu sostnuti missjonijiet ta’ maniġġar ċivili ta’ kriżijiet;

28. Jiddeplora l-fatt li minkejja li huma wieħed mill-impenji ewlenin fil-Patt, il-missjonijiet ċivili tal-PSDK ibatu persistentement mill-fatt li l-Istati Membri mhux qed iwettqu l-wegħdiet tagħhom biex ifornu biżżejjed persunal, b’10 Stati Membri li bħalissa 78 % tal-persunal issekondat u 17-il Stat Membru qed ifornu 22 % biss; jistieden lill-Istati Membri jżommu impenn fil-Patt il-ġdid biex flimkien iżidu l-għadd u s-sehem tal-persunal issekondat fil-missjonijiet kollha u fil-livelli kollha, filwaqt li jimmiraw li jipprovdu persunal issekondat biex jimla 100 % tal-pożizzjonijiet operattivi kollha u mill-inqas 60 % tal-persunal issekondat għal pożizzjonijiet mhux operattivi; jistieden lill-Istati Membri jarmonizzaw l-issekondar tagħhom tal-persunal sabiex jitnaqqas l-impatt li jfixkel taċ-ċaqliq mhux koordinat tal-persunal fil-missjonijiet kollha; jistieden ukoll lill-Istati Membri jiżguraw li l-persunal issekondat jiġi ppremjat għall-parteċipazzjoni tiegħu fil-missjonijiet tal-UE permezz ta’ politiki rigward l-iżvilupp tal-karriera; jistieden lis-SEAE jirrieżamina s-sitwazzjoni attwali u jistabbilixxi indikaturi għall-Istati Membri li jkejlu id-dawran tal-persunal u r-rati ta’ okkupazzjoni ta’ postijiet tax-xogħol abbażi tal-kategorija tal-impjiegi u t-tip ta’ impjieg;

29. Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu riformati l-politika u s-sistema ta’ mmaniġġar tar-riżorsi umani, u li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet ta’ xogħol fil-missjonijiet ċivili tal-PSDK jikkontribwixxu għal ambjent aktar sikur u aktar inklużiv, partikolarment għan-nisa; jilqa’ l-isforzi tas-SEAE biex jindirizza l-punti dgħajfa fl-appoġġ mogħti lill-persunal fil-missjonijiet, inkluża r-reviżjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta, b’attenzjoni partikolari fuq il-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, u biex jiġi żviluppat mudell għall-ġenerazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ kampanji tal-aħjar prattiki u/jew kunċetti tal-ippjanar tal-missjonijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitwaqqaf network ta’ Kunsillieri Kunfidenzjali; jappella għal proċess formalizzat, sinifikattiv u sistematiku ta’ konsultazzjoni ma’ rappreżentanti tal-persunal li jservi f’missjonijiet ta’ sigurtà ċivili tal-UE; jistieden lis-SEAE jeżamina modi kif inaqqas id-dawran tal-persunal u r-rati ta’ postijiet battala, inkluż fost affarijiet oħra, billi jestendi l-ħin tal-iskjerament;

30. Jiddeplora r-riżorsi limitati għad-dispożizzjoni tas-SEAE fil-qasam tal-PSDK ċivili fuq livell ġenerali, inkluża s-CPCC, li bħalissa tagħti appoġġ lil 12-il missjoni ta’ 2 200 membru tal-persunal permezz ta’ 110 persuni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-iżvilupp rapidu tas-CPCC f’kwartieri ġenerali operattivi totalment funzjonali, billi jiżguraw li tkun mgħammra bil-fondi, bil-persunal u bl-għarfien espert neċessarji għad-dispożizzjoni tagħha; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-MPCC tippjana u tmexxi l-missjonijiet militari kollha b’katina ċara ta’ kmand u li tingħata l-persunal, il-fondi u l-infrastruttura meħtieġa; jisħaq fuq il-bżonn li jiżdiedu l-koordinazzjoni u l-interazzjoni fil-livell tal-UE u jiżdiedu l-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-PSDK militari, filwaqt li jinżammu separati l-ktajjen tal-kmand ċivili u militari;

31. Jisħaq fuq il-fatt li t-taħriġ huwa fundamentali għall-effikaċja li, min-naħa tagħha, hija essenzjali għas-suċċess tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK; jitlob li ssir valutazzjoni komprensiva tal-arkitettura ġenerali tal-PSDK ċivili f’dak li hu taħriġ bil-għan li jiġu identifikati l-bżonnijiet, il-lakuni u s-sovrapożizzjonijiet fit-taħriġ fi ħdan l-Istati Membri ħalli titjieb u tkun armonizzata l-Politika tal-UE dwar it-Taħriġ għall-PSDK, b’mod partikolari b’enfasi fuq il-bżonnijiet tal-popolazzjonijiet lokali; jemmen li l-elementi u l-kunċetti ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għandhom jiġu inklużi b’mod sistematiku fit-taħriġ ta’ qabel l-iskjerament u dak ta’ induzzjoni; ifakkar li t-taħriġ għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK jeħtieġ li jgħammar lill-persunal bl-għarfien, il-fehim, il-ħiliet u l-attitudni meħtieġa f’ambjenti kulturali kumplessi, inkluż fir-rigward tal-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet lokali, u għalhekk għandu jinkludi sessjonijiet dwar id-dritt umanitarju internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-kooperazzjoni ċivili-militari, is-sigurtà tal-bniedem, is-sensittività għall-konflitti, l-antirazziżmu u l-komunikazzjoni interkulturali;

32. Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE, lis-CPCC u lill-MPCC jadattaw aħjar għall-bini ta’ gruppi ta’ ħidma bejn l-aġenziji, bl-użu ta’ eżerċizzji u taħriġ biex jgħinu fl-iżvilupp tal-aħjar prattika, il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji u r-relazzjonijiet personali robusti bejn il-funzjonijiet li huma kritiċi għal sħubijiet ċivili-militari effettivi f’postijiet bħall-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

33. Jisħaq fuq l-importanza li tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni avversa mmirata lejn il-missjonijiet ċivili tal-PSDK; jappella wkoll għal taħriġ imsaħħaħ għall-persunal tal-missjonijiet biex jantiċipa, jidentifika u jindirizza theddid ibridu, b’mod partikolari l-manipulazzjoni tal-informazzjoni; jinnota żieda fil-kooperazzjoni bejn StratCom tas-SEAE u l-missjonijiet tal-UE biex jiġġieldu l-operazzjonijiet ta’ diżinformazzjoni mmirati lejhom; jitlob li din il-kooperazzjoni tinvolvi l-missjonijiet kollha tal-UE barra mill-pajjiż u tiżgura l-forniment ta’ persunal imħarreġ sew f’kull missjoni, responsabbli għall-monitoraġġ u r-rappurtar tad-diżinformazzjoni u għall-ġlieda kontriha fejn possibbli; iqis li l-istrateġija ta’ diżinformazzjoni fuq skala kbira għandha tiġi miġġielda permezz ta’ pjan ta’ azzjoni komprensiv, effiċjenti u kkoordinat tas-SEAE u tal-UE, bl-appoġġ attiv tal-missjonijiet u tad-delegazzjonijiet;

34. Jappella għall-implimentazzjoni ta’ bini ta’ kapaċità u taħriġ sostenibbli u fit-tul, fejn possibbli u fejn meħtieġ, bħal programmi ta’ taħriġ lil min iħarreġ, sabiex jiġu żgurati l-vijabbiltà u s-suċċess fit-tul tal-missjonijiet; jitlob li l-mandati tal-missjoni tal-PSDK jinkludu kompiti ta’ konsulenza u taħriġ għat-trattament ta’ teknoloġiji emerġenti;

35. Ifakkar li l-ġestjoni tal-għarfien hija kruċjali, u tifforma parti essenzjali mill-operazzjonalizzazzjoni tal-Approċċ Integrat; jisħaq fuq l-importanza li tiġi żviluppata arkitettura tal-ġestjoni tal-għarfien biex jinżamm l-għarfien espert, jitrawmu l-aħjar prattiki u jinsiltu tagħlimiet, b’mod aktar sistematiku, kif ukoll biex titħeġġeġ kultura tal-apprendiment fost il-membri tal-persunal li jaħdmu fil-missjonijiet ċivili tal-PSDK kif ukoll fost dawk li jaħdmu fuqhom; jieħu nota pożittiva tal-isforzi attwali fis-SEAE u s-CPCC għal dan l-għan; jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw l-istabbiliment tal-ġestjoni tal-għarfien u esperti tal-evalwazzjoni dedikati fil-qasam u fis-CPCC;

L-għoti ta’ attenzjoni mġedda u ffukata lill-missjonijiet attwali

36. Jilqa’ r-reviżjoni tal-mandat tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-UE fl-Ukrajna, biex jiġu implimentati kompiti ġodda li jappoġġaw lill-Ukrajna fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja; ifakkar li appoġġ qawwi għas-sigurtà ċivili lill-Ukrajna se jkun strumentali għar-rikostruzzjoni tagħha u t-triq lejn is-sħubija fl-UE; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jżidu l-appoġġ tagħhom għall-iżvilupp tal-kapaċità ċivili fl-Ukrajna, inkluż il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-istabbiliment ta’ sistema effettiva tal-istat tad-dritt u t-tisħiħ tar-reżiljenza ċibernetika u ibrida; ifaħħar il-ħidma u l-preżenza fiżika fit-territorju tal-Ukrajna tad-79 membru tal-persunal tal-missjoni ċivili tal-UE (EUAM) fl-Ukrajna; iħeġġeġ lill-missjoni tkompli l-ħidma tagħha b’appoġġ għall-Ukrajna fid-dokumentazzjoni u l-investigazzjoni tad-delitti tal-gwerra; jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tan-negozjati ta’ adeżjoni mal-Ukrajna, timpenja ruħha malajr kemm jista’ jkun ma’ EUAM Ukraine biex tibni fuq l-esperjenza tagħha dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà, is-sħubija fit-tul tagħha mal-awtoritajiet Ukreni u l-preżenza qawwija tagħha fuq il-post; jissottolinja l-appoġġ rilevanti li l-missjoni qed iġġib fil-qasam tal-investigazzjonijiet kriminali;

37. Jilqa’ l-iskjerament rapidu tal-osservaturi tal-Georgia tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea (EUMM) mal-fruntiera Armenja-Ażerbajġan bħala miżura ta’ stabbilizzazzjoni importanti biex jitnaqqsu t-tensjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi; iħeġġeġ lis-SEAE jesplora possibbiltajiet għal aktar kooperazzjoni bejn il-missjonijiet ċivili tal-PSDK fuq linji simili; iqis dan bħala eżempju pożittiv ta’ mandati modulari u skalabbli, kif ġie promoss fil-Boxxla Strateġika, li jistgħu jissaħħu aktar bl-użu ta’ għodod ta’ rispons rapidu bħal Timijiet Speċjalizzati u Esperti Viżitaturi; jisħaq li l-innovazzjonijiet kollha bħal dawn u l-flessibbiltà mtejba jridu jkunu bbażati fuq approċċ integrat bis-sħiħ fl-azzjonijiet ta’ rispons għall-kriżijiet, sabiex jiġi massimizzat l-impatt fuq il-post u jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-baġits;

38. Jilqa’ l-istabbiliment reċenti tal-Missjoni ċivili tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) bl-għan li tikkontribwixxi għall-istabbiltà fiż-żoni tal-fruntiera tal-Armenja, li tibni l-fiduċja fuq il-post, u li tiżgura ambjent li jwassal għal sforzi ta’ normalizzazzjoni bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan; jitlob li l-missjoni tikkontribwixxi għal kwalunkwe djalogu u inizjattiva li jwasslu għal aktar paċi u sigurtà fir-reġjun; jistieden lill-awtoritajiet Ażerbajġani jippermettu lill-EUMA aċċess għall-Kuritur ta’ Lachin sabiex jivvalutaw is-sitwazzjoni fuq il-post u jikkontribwixxu għar-riżoluzzjoni tagħha;

39. Jirrikonoxxi li l-appoġġ kritiku tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt (EULEX) fil-Kosovo reċentement ikkontribwixxa biex jitnaqqsu t-tensjonijiet u terġa’ tinkiseb il-fiduċja fit-Tramuntana tal-Kosovo; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jkomplu jappoġġaw il-missjoni billi jimmobilizzaw u jibagħtu Unitajiet tal-Pulizija Formati li huma tant meħtieġa fuq il-post;

40. Jisħaq fuq l-importanza tal-EUAM fl-Iraq, il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri (EUBAM) f’Rafah, il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) attwalment skjerata fir-reġjun tal-Lvant Nofsani; jappella għas-sinerġiji kollha possibbli bejn iż-żewġ missjonijiet skjerati fil-Palestina;

41. Jesprimi tħassib dwar l-iżviluppi politiċi u ta’ sigurtà fil-Libja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Libjani jiffaċilitaw il-ħidma tal-EUBAM fil-Libja fl-implimentazzjoni tal-mandat tagħha u fl-ambitu funzjonali kollu tagħha;

42. Jesprimi apprezzament għall-kisba tal-ħames Missjonijiet ċivili tal-PSDK fl-Afrika u jappella għall-implimentazzjoni kontinwa tal-mandati tagħhom; jistieden lis-SEAE jikkunsidra l-għażliet kollha li jikkonċernaw il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Bini tal-Kapaċità fil-Mali (EUCAP Sahel Mali) u l-Missjoni Konsultattiva tal-UE fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUAM RCA), minħabba d-deterjorament tas-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà, inkluża dik ta’ deċiżjoni biex dawn jintemmu; jinnota bi tħassib l-iżviluppi tas-sigurtà fis-Saħel u fil-Golf tal-Guinea; jiddenunzja l-preżenza dejjem akbar tal-Grupp Wagner appoġġat mill-Kremlin fir-reġjun u l-istrateġija tiegħu li għandha l-għan li timmonopolizza l-assi tal-pajjiżi fejn huwa bbażat il-Grupp, għad-detriment tal-popolazzjoni, u jiddenunzja l-atroċitajiet imwettqa kontra l-popolazzjoni lokali; jappella għall-ħolqien ta’ network ta’ konsulenti tas-sigurtà fi ħdan il-missjonijiet tal-PSDK fil-pajjiżi Afrikani li huma lesti li jikkooperaw mal-UE fir-rigward ta’ kwistjonijiet militari u ta’ sigurtà;

43. Ifakkar fil-miri ambizzjużi stabbiliti għal 5 000 pulizija fil-Kunsill ta’ Feira tal-2000 u jirrikonoxxi l-valur tal-Għanijiet Primarji Ċivili (CHG) miftiehma mill-2008 ’l quddiem; jappella għat-twettiq urġenti ta’ dawn l-għanijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità ta’ reazzjoni rapida u l-użu ta’ formazzjonijiet multinazzjonali fil-kuntest tal-Artikolu 44 tat-TUE; jissottolinja l-importanza li jiġu implimentati bis-sħiħ l-objettivi stabbiliti fil-Boxxla Strateġika għall-PSDK ċivili (fost l-oħrajn li jkunu jistgħu jiġu skjerati 200 espert fi żmien 30 jum) billi jibnu fuq l-isforzi reċenti tal-UE li taġixxi b’mod aktar aġli, reattiv u kkoordinat; f’dan il-kuntest, jilqa’ t-teħid ta’ deċiżjonijiet rapidu dwar il-Kapaċità ta’ Monitoraġġ tal-UE fl-Armenja u t-tnedija tagħha; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu modifikati l-proċeduri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluż l-eżami ta’ bidla lejn votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal ċerti aspetti tal-missjonijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħolqu pjanijiet ta’ kontinġenza għal kull missjoni ċivili tal-PSDK f’koordinazzjoni mal-MPCC, is-CPCC u l-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu b’antiċipazzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza potenzjali fejn tista’ tkun meħtieġa l-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu;

Żieda fil-finanzjamenti biex ikunu jikkorrispondu għall-ambizzjonijiet

44. Jissottolinja li l-baġit tal-PESK għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK żdied biss marġinalment mill-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020 għall-QFP 2021-2027 (minn punt ta’ tluq ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 350 miljun fis-sena), filwaqt li, fl-istess ħin, l-għadd u l-kompiti tal-missjonijiet żdiedu, l-ambjent tas-sigurtà sar aktar impenjattiv, l-operazzjonijiet saru jqumu aktar flus, l-inflazzjoni għoliet u n-numru ta’ persunal kuntrattwali żdied, u b’hekk jillimitaw il-potenzjal li jitwessgħu l-mandati tal-missjonijiet attwali jew possibbilment jiġu stabbiliti missjonijiet ġodda bħala reazzjoni għall-bżonnijiet urġenti ta’ sigurtà; jitlob ukoll li tinbidel l-istruttura tal-baġit tal-PESK u li tiġi ġġenerata linja baġitarja waħda għal kull missjoni ċivili tal-PSDK, sabiex ikun hemm skrutinju aħjar u aktar trasparenza;

45. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat baġit tal-PESK aktar robust u realistiku li jaqbel mal-ħtiġijiet tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK ġodda u ta’ dawk li għaddejjin bħalissa; jappella għal żieda sostanzjali fil-finanzjament għall-baġit tal-PESK, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-fondi allokati għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK, sabiex jiġi żgurat li dawn jirrispondu b’mod effettiv għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi u avvenimenti mhux previsti, u biex jiġi identifikat b’mod attiv fejn proġetti u programmi komplementari jistgħu jiġu ffinanzjati minn baġits rilevanti oħra tal-UE, filwaqt li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba u l-prijoritizzazzjoni bir-reqqa tar-riżorsi eżistenti;

46. Jemmen li hemm bżonn li tiġi stabbilita politika soda dwar it-tagħmir u s-servizzi meħtieġa mill-pajjiżi sħab fejn isiru l-missjonijiet ċivili tal-PSDK; jitlob li tiġi stabbilita linja baġitarja ddedikata tal-PESK fi ħdan baġit tal-PESK miżjud b’mod ġenerali, jew “faċilità ta’ appoġġ ċivili”, biex il-pajjiżi sħab jiġu pprovduti bit-tagħmir u s-servizzi li jtejbu l-kapaċitajiet ċivili tagħhom;

47. Jilqa’ l-fatt li minħabba s-sitwazzjoni ġeopolitika instabbli ħafna li teżisti bħalissa u r-ritorn tal-gwerra fl-Ewropa, reċentement l-infiq tal-UE fuq id-difiża żdied b’mod konsiderevoli, iżda jiddispjaċih għall-fatt li l-finanzjament għall-PSDK ċivili ma żdiedx;

48. Jistieden lis-SEAE u lis-servizzi tal-Kummissjoni jippreżentaw previżjonijiet baġitarji pluriennali, valutazzjoni tal-attivitajiet li għaddejjin u stimi ċari tar-rati ta’ assorbiment tal-missjonijiet; jissottolinja l-fatt li tali miżuri huma meħtieġa biex jgħinu ħalli jitħejjew id-deċiżjonijiet maħsuba biex jiġu deklassifikati l-attivitajiet mhux effikaċi, iżidu l-effikaċja u l-flessibbiltà permezz ta’ mandati ċari u jipprovdu strateġiji ta’ tranżizzjoni u ta’ ħruġ definiti b’mod ċar; ifakkar li l-ippjanar operattiv u finanzjarju tal-missjonijiet għandu jimxi id f’id mill-bidu nett; jitlob li jkun hemm impenji tanġibbli mill-Istati Membri dwar il-kontribut tal-persunal fl-istadji inizjali tal-approvazzjoni ta’ missjoni;

49. Jitlob li l-Boxxla Strateġika l-ġdida tipprovdi lill-missjonijiet tal-PSDK bl-ambizzjoni politika u strateġika, il-kapaċitajiet u r-riżorsi meħtieġa biex jiġġeneraw bidla pożittiva; jafferma mill-ġdid l-għan tal-Boxxla Strateġika li tagħti impatt pożittiv fir-rigward tal-ħeffa u r-robustezza ta’ risponsi komuni għal konflitti globali;

50. Jissottolinja r-rwol fundamentali tal-Parlament bħala awtorità baġitarja u fl-iskrutinju tal-PSDK, inklużi l-missjonijiet ċivili tal-PSDK; jappella, għalhekk, għal involviment akbar tal-Parlament Ewropew fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-missjonijiet ċivili tal-PSDK; jinsisti bil-qawwa li jingħata l-informazzjoni kollha neċessarja biex jaqdi r-responsabbiltajiet tiegħu f’konformità mat-Trattati u fil-konfront taċ-ċittadini tiegħu; ifakkar, f’dan ir-rigward, li l-għoti attwali ta’ informazzjoni mhuwiex adegwat biex il-Parlament Ewropew jeżerċita r-responsabbiltajiet tiegħu u sakemm issir ir-reviżjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-2002 dwar l-aċċess tal-Parlament għall-informazzjoni fil-qasam tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża;

°

° °

51. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


OPINJONI TAL-MINORANZA

 

Skont l-Artikolu 55(4) tar-Regoli ta’ Proċedura

Clare Daly, Özlem Demirel, Mick Wallace

 

 

L-għanijiet ovvji tal-PSDK ċivili jinkludu r-riżoluzzjoni tal-konflitti, l-immaniġġar ta’ kriżijiet u d-diżarm, essenzjali għas-sigurtà tan-nies u l-komunitajiet internazzjonalment. Madankollu, ir-rwol oġġettiv tal-PSDK ċivili tal-UE huwa inseparabbli mill-aspirazzjonijiet ġeopolitiċi tal-UE, inkorporati fil-PESK tagħha.

 

Minbarra bosta elementi pożittivi, dan ir-rapport jippreżenta talbiet għal titjib fil-PSDK ċivili fil-kuntest ta’ konflitt ġeopolitiku ma’ “kompetituri strateġiċi”, jikkaratterizza l-migrazzjoni bħala theddida għas-sigurtà, u jappella għal żidiet fl-infiq għad-difiża, il-kooperazzjoni ċivili-militari, is-sinerġiji mal-PSDK militari, il-koordinazzjoni mill-qrib man-NATO, u jappella għall-użu tal-għajnuna għall-assistenza għall-iżvilupp bħala ingranaġġ fuq il-politika tal-gvern tal-pajjiżi ospitanti.

 

Ir-rapport ikompli japprova l-mudell tar-riforma tas-settur tas-sigurtà għall-prevenzjoni tal-konflitti, minkejja evidenza storika tal-fallimenti teoretiċi u prattiċi tiegħu. Dawn l-impenji jmorru kontra r-rwol tal-PSDK ċivili, u jissubordinawha għall-insegwiment tal-interessi strateġiċi tal-UE barra mill-pajjiż, minflok l-interessi tal-popolazzjonijiet u l-komunitajiet ospitanti.

 

The Left jappella għal politika barranija ggwidata mill-prinċipji tan-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza, u l-prevenzjoni tal-istrumentalizzazzjoni ċivili tal-PSDK fit-tkomplija ta’ kwalunkwe objettiv strateġiku, militari, ekonomiku jew ieħor f’finijiet trasversali maż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali u l-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet affettwati.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

8

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alviina Alametsä, Alexander Alexandrov Yordanov, François Alfonsi, Maria Arena, Petras Auštrevičius, Traian Băsescu, Włodzimierz Cimoszewicz, Michael Gahler, Kinga Gál, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Sandra Kalniete, Dietmar Köster, Andrius Kubilius, Ilhan Kyuchyuk, David Lega, Miriam Lexmann, Leopoldo López Gil, Antonio López-Istúriz White, Lukas Mandl, Pedro Marques, Fulvio Martusciello, David McAllister, Vangelis Meimarakis, Sven Mikser, Matjaž Nemec, Gheorghe-Vlad Nistor, Demetris Papadakis, Kostas Papadakis, Tonino Picula, Manu Pineda, Thijs Reuten, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Mounir Satouri, Jordi Solé, Sergei Stanishev, Tineke Strik, Hermann Tertsch, Dragoş Tudorache, Thomas Waitz, Charlie Weimers, Isabel Wiseler-Lima, Salima Yenbou, Bernhard Zimniok

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Engin Eroglu, Georgios Kyrtsos, Sergey Lagodinsky, Erik Marquardt, Pina Picierno, Mick Wallace, Elena Yoncheva, Javier Zarzalejos, Milan Zver

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Annika Bruna, Clare Daly, Margarida Marques, Javier Moreno Sánchez

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

49

+

PPE

Alexander Alexandrov Yordanov, Traian Băsescu, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Andrius Kubilius, David Lega, Miriam Lexmann, Leopoldo López Gil, Antonio López‑Istúriz White, Lukas Mandl, Fulvio Martusciello, David McAllister, Vangelis Meimarakis, Gheorghe‑Vlad Nistor, Isabel Wiseler‑Lima, Javier Zarzalejos, Milan Zver

Renew

Petras Auštrevičius, Engin Eroglu, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Georgios Kyrtsos, Ilhan Kyuchyuk, Dragoş Tudorache, Salima Yenbou

S&D

Maria Arena, Włodzimierz Cimoszewicz, Dietmar Köster, Margarida Marques, Pedro Marques, Sven Mikser, Javier Moreno Sánchez, Matjaž Nemec, Demetris Papadakis, Pina Picierno, Tonino Picula, Thijs Reuten, Isabel Santos, Sergei Stanishev, Nacho Sánchez Amor, Elena Yoncheva

Verts/ALE

Alviina Alametsä, François Alfonsi, Sergey Lagodinsky, Erik Marquardt, Mounir Satouri, Jordi Solé, Tineke Strik, Thomas Waitz

 

8

-

ECR

Hermann Tertsch, Charlie Weimers

ID

Annika Bruna, Bernhard Zimniok

NI

Kostas Papadakis

The Left

Clare Daly, Manu Pineda, Mick Wallace

 

1

0

NI

Kinga Gál

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 17 ta' April 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza