RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/816 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali u r-Regolament (UE) 2019/818 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 għall-fini tal-introduzzjoni ta’ skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni
14.4.2023 - (COM(2021)0096 – C9-0088/2021 – 2021/0046(COD)) - ***I
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Birgit Sippel
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/816 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali u r-Regolament (UE) 2019/818 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 għall-fini tal-introduzzjoni ta’ skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni
(COM(2021)0096 – C9-0088/2021 – 2021/0046(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0096),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 74, l-Artikolu 78(2)(e), l-Artikolu 79(2)(c), l-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, punt (d), l-Artikolu 85(1), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0088/2021),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0148/2023),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Ir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar]15 jipprevedi kontrolli tal-identità, tas-sigurtà u tas-saħħa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu fil-fruntiera esterna mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet għad-dħul jew li jinqabdu fit-territorju, u fejn ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni li dawn kienu soġġetti għal kontrolli fil-fruntieri esterni. Ir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar]16 jindirizza l-isfidi tal-ġestjoni ta’ flussi mħallta ta’ migranti u joħloq regoli uniformi li jippermettu identifikazzjoni rapida ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u riferiment għall-proċeduri applikabbli. |
(1) Ir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar]15 jipprevedi kontrolli tal-identità, tas-sigurtà, tas-saħħa u tal-vulnerabbiltà ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qasmu l-fruntiera esterna b’mod irregolari, dawk li jkunu applikaw għall-protezzjoni internazzjonali fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera jew fiż-żoni ta’ tranżitu mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet għad-dħul u dawk li jkunu ġew żbarkati wara operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ. |
__________________ |
__________________ |
15 Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817, ĠU [...] |
Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817, ĠU [...] |
16 Op. cit. 15. |
imħassar |
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Ir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar]17 jipprevedi li jenħtieġ li l-verifiki għall-finijiet ta’ sigurtà fil-qafas tal-iskrinjar jitwettqu mal-istess sistemi bħal dawk tal-applikanti għal viżi jew għal awtorizzazzjonijiet għall-ivvjaġġar skont is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar. B’mod partikolari, ir-Regolament (UE) ssss/xxxx [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar] jipprevedi li jenħtieġ li d-data personali ppreżentata għall-iskrinjar tiġi kkontrollata mad-data tal-Europol, mal-bażi ta’ data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (SLTD - Stolen and Lost Travel Documents) tal-Interpol u mal-bażi ta’ data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (TDAWN - Travel Documents Associated with Notices) tal-Interpol, kif ukoll mas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għaċ-Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (ECRIS-TCN - European Criminal Records Information System for Third Country Nationals) fir-rigward ta’ persuni kkundannati b’rabta ma’ reati terroristiċi u forom oħra ta’ reati kriminali serji. |
(2) Ir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar] jipprevedi li jenħtieġ li verifika għall-finijiet ta’ sigurtà fil-qafas tal-iskrinjar titwettaq mas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għaċ-Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (ECRIS-TCN - European Criminal Records Information System for Third Country Nationals) b’rabta ma’ reati terroristiċi u forom oħra ta’ reati kriminali serji. |
__________________ |
|
17 Op. cit. 15. |
imħassar |
18 Op. cit. 15. |
imħassar |
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 3
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) L-aċċess għall-ECRIS-TCN huwa neċessarju biex l-awtoritajiet maħtura jwettqu l-iskrinjar previst fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar]19 sabiex jistabbilixxu jekk persuna tistax tkun ta’ theddida għas-sigurtà interna jew għall-politika pubblika. |
(3) L-aċċess limitat għall-ECRIS-TCN huwa neċessarju biex l-awtoritajiet maħtura jwettqu l-iskrinjar previst fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar] sabiex jistabbilixxu jekk persuna tistax tkun ta’ theddida għas-sigurtà interna. |
__________________ |
|
19 Op. cit. 15. |
imħassar |
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 4
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Ir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar]20, li jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta’ Schengen rigward il-fruntieri, jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/200821, (UE) 2017/222622, (UE) 2018/124023 u (UE) 2019/81724, li bl-istess mod jikkostitwixxu żviluppi tal-acquis ta’ Schengen rigward il-fruntieri, biex jingħataw drittijiet ta’ aċċess għall-finijiet tal-iskrinjar għad-data li tinsab fis-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS - Visa Information System), għas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES - Entry-Exit System) u għas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS - European Travel Information and Authorisation System) rispettivament. Madankollu, l-emenda parallela tar-Regolament (UE) Nru 2019/816 biex jingħataw drittijiet ta’ aċċess għall-finijiet tal-iskrinjar għall-ECRIS-TCN ma setgħetx tkun parti mill-istess regolament minħabba raġunijiet ta’ ġeometrija varjabbli, billi r-regolament li jistabbilixxi l-ECRIS-TCN ma jikkostitwix żvilupp tal-acquis ta’ Schengen. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament 2019/816 jiġi emendat bi strument legali distint. |
(4) Ir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], li jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta’ Schengen rigward il-fruntieri, jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/200821, (UE) 2017/222622, (UE) 2018/124023 u (UE) 2019/81724, li bl-istess mod jikkostitwixxu żviluppi tal-acquis ta’ Schengen rigward il-fruntieri, biex jingħata dritt li wieħed jikkonsulta, għall-finijiet tal-iskrinjar, id-data li tinsab fis-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS - Visa Information System), għas-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES - Entry-Exit System) u għas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS - European Travel Information and Authorisation System) rispettivament. Madankollu, l-emenda parallela tar-Regolament (UE) Nru 2019/816 biex jingħata dritt li wieħed jikkonsulta, għall-finijiet tal-iskrinjar, id-data li tinsab fl-ECRIS-TCN ma setgħetx tkun parti mill-istess regolament minħabba raġunijiet ta’ ġeometrija varjabbli, billi r-regolament li jistabbilixxi l-ECRIS-TCN ma jikkostitwix żvilupp tal-acquis ta’ Schengen. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament 2019/816 jiġi emendat bi strument legali distint. |
__________________ |
__________________ |
20 Op. cit. 15. |
imħassar |
21 Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60–81. |
21 Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60–81. |
22 Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20. |
22 Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20. |
23 Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1). |
23 Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1). |
24 Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d- Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27. |
24 Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d- Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27. |
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 5
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jippermetti l-aċċess għall-ECRIS-TCN għall-finijiet tal-kontrolli ta’ sigurtà stabbiliti bir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar]25, li min-naħa tiegħu għandu l-għan li jsaħħaħ il-kontroll tal-persuni li jkunu waslu biex jidħlu fiż-żona Schengen u r-riferiment tagħhom għall-proċeduri xierqa, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ jintlaħaq biss fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dan l-objettiv. |
(5) Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jippermetti konsultazzjoni tal-ECRIS-TCN għall-finijiet tal-kontrolli ta’ sigurtà stabbiliti bir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], li min-naħa tiegħu għandu l-għan li jsaħħaħ il-kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntieri esterni u li jipprevedi verifika tal-identità jew l-identifikazzjoni taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għall-iskrinjar u l-konsultazzjoni tal-bażijiet ta’ data rilevanti sabiex jiġi vverifikat jekk il-persuni jistgħux jirrappreżentaw theddida għas-sigurtà interna, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jista’ jintlaħaq biss fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
__________________ |
__________________ |
25 Op. cit. 15. |
imħassar |
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – parti introduttorja
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt (e) li ġej: |
1. Fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt (f) li ġej: |
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt e
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) il-kondizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw l-ECRIS-TCN sabiex iwettqu kontroll ta’ sigurtà f’konformità mar-Regolament (UE) …/…28 [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar]*.” |
(f) il-kondizzjonijiet li fihom għandha tintuża l-ECRIS-TCN sabiex jitwettaq kontroll ta’ sigurtà f’konformità mal-Artikolu 11 u 12 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar]*.” |
__________________ |
__________________ |
28 ĠU … |
imħassar |
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jiffaċilita u jassisti fl-identifikazzjoni korretta ta’ persuni f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(c) jiffaċilita u jassisti fl-identifikazzjoni korretta ta’ persuni f’konformità ma’ dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jappoġġa l-objettivi tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar] fir-rigward tat-twettiq tal-kontrolli ta’ sigurtà. |
(d) jappoġġa l-objettivi tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar] fir-rigward tat-twettiq tal-kontrolli ta’ sigurtà previsti fl-Artikoli 11 u 12 ta’ dak ir-Regolament. |
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet ċentrali u l-Eurojust, il-Europol, l-UPPE[, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS stabbilita fl-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta]30 u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(7), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], li għandhom il-kompetenza li jaċċessaw l-ECRIS-TCN jew ifittxu fiha f’konformità ma’ dan ir-Regolament; |
(6) ‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet ċentrali u l-Eurojust, il-Europol, l-UPPE, l-awtoritajiet maħtura tal-VIS kif imsemmija fl-Artikolu 9d u fl-Artikolu 22b(13) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Unità Ċentrali u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(7), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], li għandhom il-kompetenza li jaċċessaw l-ECRIS-TCN jew ifittxu fiha f’konformità ma’ dan ir-Regolament; |
__________________ |
__________________ |
30 Op. cit. 29. |
imħassar |
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) marka li tindika, għall-fini tar-Regolament (UE) 2018/1240 u tal-Artikolu 11 u 12 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikun ġie kkundannat għal reat terroristiku jew kwalunkwe reat kriminali ieħor elenkat fl-Anness tar-Regolament (UE) 2018/1240 jekk ikun punibbli skont il-liġi nazzjonali b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin, u f’dawk il-każijiet il-kodiċi tal-Istat Membru/Istati Membri tal-kundanna.”; |
(c) marka li tindika, għall-fini tar-Regolament (UE) 2018/1240 u tal-Artikolu 11 u 12 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ikun ġie kkundannat fil-25 sena preċedenti b’reat terroristiku jew fil-15-il sena preċedenti b’kwalunkwe reat kriminali ieħor elenkat fl-Anness tar-Regolament (UE) 2018/1240 jekk ikun punibbli skont il-liġi nazzjonali b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin, u f’dawk il-każijiet il-kodiċi tal-Istat Membru/Istati Membri tal-kundanna.” |
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 5 – paragrafu 8
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Meta jiġu identifikati hits wara l-kontrolli ta’ sigurtà msemmija fl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], il-marki u l-kodiċi(jiet) tal-Istat Membru/Istati Membri tal-kundanna kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu aċċessibbli u jkun jista’ jsir tiftix fihom biss, rispettivament, mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar] għall-fini ta’ dak ir-Regolament.” |
8. Għall-fini tal-kontrolli ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], jista’ jsir tiftix biss fir-rekords ta’ data li tkun żdiditilhom marka f’konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.” |
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 7 – paragrafu 7
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: |
imħassar |
7. F’każ ta’ hit, is-sistema ċentrali għandha tipprovdi awtomatikament lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni dwar l-Istat Membru/Istati Membri li huwa/huma fil-pussess ta’ informazzjoni dwar ir-rekords kriminali dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, flimkien man-numri ta’ referenza assoċjati msemmija fl-Artikolu 5(1) u kwalunkwe informazzjoni korrispondenti dwar l-identità. Din l-informazzjoni dwar l-identità għandha tintuża biss għall-fini ta’ verifika tal-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Ir-riżultat ta’ tiftixa fis-sistema ċentrali jista’ jintuża biss għall-finijiet ta’: |
|
(a) talba skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI; |
|
(b) talba msemmija fl-Artikolu 17(3) ta’ dan ir-Regolament; |
|
(c) [ġestjoni tal-fruntieri]31; |
|
(d) valutazzjoni ta’ jekk ċittadin ta’ pajjiż terz soġġett għall-kontrolli ta’ skrinjar ikunx ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika, f’konformità mar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar]. |
|
__________________ |
|
31 Op. cit. 29. |
|
Emenda 14
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 7 – paragrafu 7a (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Fl-Artikolu 7 jiddaħħal paragrafu ġdid: |
|
7a. Insegwitu ta’ tfittxija varata mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], is-sistema ċentrali għandha tinforma lill-awtorità kompetenti b’hit u għandha awtomatikament tinforma l-awtorità ċentrali tal-Istati Membru li għandu informazzjoni dwar ir-rekords kriminali b’talba għal opinjoni dwar jekk dik il-persuna fit-territorju tal-Istati Membri tistax tirrappreżenta theddida għas-sigurtà interna kif imsemmi fl-Artikolu 11 ta’ dak ir-regolament. Ir-riżultat ta’ tfittxija fis-sistema ċentrali għandu jintuża biss għall-finijiet ta’ valutazzjoni ta’ jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz soġġett għall-iskrinjar jistax ikun ta’ theddida għas-sigurtà interna f’konformità mal-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar]. |
Emenda 15
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 7a – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar] għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw u jfittxu fil-bażi ta’ data tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għaċ-ċittadin ta’ pajjiżi terzi (ECRIS-TCN) bl-użu tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/818, għall-fini tat-twettiq tal-kompiti mogħtija lilhom bl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar]. |
imħassar |
Emenda 16
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 7a – paragrafu 2
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-fini tal-kontrolli ta’ sigurtà msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom aċċess biss għar-rekords ta’ data fis-CIR li tkun żdiditilhom marka f’konformità mal-Artikolu 5(1)(c) ta’ dan ir-Regolament. |
imħassar |
Emenda 17
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 7a
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-konsultazzjoni tar-rekords kriminali nazzjonali bbażati fuq id-data mmarkata tal-ECRIS-TCN għandha sseħħ f’konformità mal-liġi nazzjonali u bl-użu ta’ mezzi nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jipprovdu opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar] fi żmien jumejn minn meta jseħħ l-iskrinjar fit-territorju tal-Istati Membri jew fi żmien erbat ijiem minn meta jseħħ l-iskrinjar fil-fruntieri esterni. In-nuqqas ta’ opinjoni f’dawn it-termini ta’ skadenza għandu jfisser li ma hemmx raġunijiet ta’ sigurtà li jridu jitqiesu.” |
Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 7, il-paragrafu 7a, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li jkollu informazzjoni tar-rekords kriminali dwar iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz soġġett għall-iskrinjar għandha tipprovdi opinjoni lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien erbat ijiem. In-nuqqas ta’ opinjoni fi żmien erbat ijiem għandu jfisser li ma hemmx raġunijiet ta’ sigurtà li jridu jitqiesu. |
Emenda 18
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – parti introduttorja
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 24
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: |
7. fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1, is-subparagrafu 1, jiżdied il-punt li ġej: |
Emenda 19
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7
Regolament (UE) 2019/816
Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt d (ġdid)
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) skrinjar skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar].” |
(d) skrinjar skont l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar].” |
Emenda 20
Proposta għal regolament
Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4
Regolament (UE) 2019/818
Artikolu 20a – paragrafu 1
|
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. It-tiftix fis-CIR għandu jitwettaq mill-awtorità kompetenti maħtura kif imsemmi fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], għall-fini biss li tiġi verifikata jew konfermata l-identità ta’ persuna skont l-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament, sakemm il-proċedura tkun inbdiet fil-preżenza ta’ dik il-persuna. |
1. It-tiftix fis-CIR għandu jitwettaq mill-awtorità kompetenti maħtura kif imsemmi fl-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], għall-fini biss tal-verifika tal-identità jew l-identifikazzjoni ta’ persuna skont l-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament, sakemm il-proċedura tkun inbdiet fil-preżenza ta’ dik il-persuna. |
NOTA SPJEGATTIVA
Issa r-Rapporteur se tispjega r-raġunijiet ewlenin għall-emendi ppreżentati fl-abbozz ta’ rapport dwar il-proposta adottata mill-Kummissjoni f’Marzu 2021 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2019/816 (ECRIS-TCN) u r-Regolament (UE) 2019/818 dwar l-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 għall-fini tal-introduzzjoni ta’ skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni (2021/0046 (COD)).
B’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni riedet tintroduċi modifika awtonoma għar-Regolament 2019/816 b’dispożizzjonijiet dwar drittijiet ta’ aċċess fid-dawl tar-Regolament propost dwar l-Iskrinjar u b’emendi għar-Regolament (UE) 2019/818 minħabba bażi ġuridika differenti u ġeometrija varjabbli.
Minn meta nħatret ir-Rapporteur – fit-22 ta’ Marzu 2021 – saru diversi skambji ta’ fehmiet, inklużi laqgħat max-shadow rapporteurs, kif ukoll laqgħat ma’ partijiet ikkonċernati esterni.
Ir-Rapporteur taqbel mal-objettiv ġenerali tal-Kummissjoni li tippermetti l-użu tar-Repożitorju Komuni ta’ Informazzjoni dwar l-Identità (CIR) u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ("ECRIS-TCN") matul l-iskrinjar. Madankollu, ir-Rapporteur mhix konvinta li d-dispożizzjonijiet li jagħtu drittijiet ta’ aċċess ġenerali lill-awtoritajiet kompetenti huma neċessarji biex l-iskrinjar ikun jista’ jsir b’mod effettiv.
Ir-Rapporteur jiddispjaċiha li l-Kummissjoni ma pproduċietx valutazzjoni tal-impatt għall-proposta dwar l-iskrinjar u għal din il-proposta sussegwenti. Ir-Rapporteur tixtieq tesprimi l-gratitudni tagħha lill-Unità tal-Valutazzjoni tal-Impatt Ex Ante tas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew u l-kuntratturi rispettivi għax-xogħol tagħhom fuq il-valutazzjoni tal-impatt sostituttiva orizzontali dwar l-hekk imsejjaħ Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil. Ir-Rapporteur tixtieq tesprimi wkoll il-gratitudni tagħha lill-awturi tal-istudju mid-Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew.
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Emenda tar-Regolament (UE) 2019/816 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali u r-Regolament (UE) 2019/818 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 għall-fini tal-introduzzjoni ta’ skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni |
|||
Referenzi |
COM(2021)0096 – C9-0088/2021 – 2021/0046(COD) |
|||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
2.3.2021 |
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE 8.3.2021 |
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Birgit Sippel 22.3.2021 |
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
30.11.2021 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
28.3.2023 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
43 15 7 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Abir Al-Sahlani, Konstantinos Arvanitis, Malik Azmani, Pietro Bartolo, Vladimír Bilčík, Malin Björk, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Karolin Braunsberger-Reinhold, Saskia Bricmont, Annika Bruna, Jorge Buxadé Villalba, Damien Carême, Patricia Chagnon, Lena Düpont, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Jean-Paul Garraud, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Marina Kaljurand, Assita Kanko, Fabienne Keller, Łukasz Kohut, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Lukas Mandl, Erik Marquardt, Nuno Melo, Nadine Morano, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Emil Radev, Karlo Ressler, Diana Riba i Giner, Birgit Sippel, Vincenzo Sofo, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Annalisa Tardino, Tomas Tobé, Yana Toom, Tom Vandendriessche, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jadwiga Wiśniewska, Elena Yoncheva |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Damian Boeselager, Beata Kempa, Alessandra Mussolini, Jan-Christoph Oetjen, Carina Ohlsson, Sira Rego, Thijs Reuten, Tomáš Zdechovský |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Isabel Benjumea Benjumea, Othmar Karas, Joachim Kuhs, Aušra Maldeikienė, Daniela Rondinelli, Günther Sidl, Susana Solís Pérez |
|||
Data tat-tressiq |
14.4.2023 |
VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
43 |
+ |
NI |
Laura Ferrara |
PPE |
Isabel Benjumea Benjumea, Vladimír Bilčík, Vasile Blaga, Ioan-Rareş Bogdan, Karolin Braunsberger-Reinhold, Lena Düpont, Othmar Karas, Jeroen Lenaers, Aušra Maldeikienė, Lukas Mandl, Nuno Melo, Nadine Morano, Alessandra Mussolini, Emil Radev, Karlo Ressler, Tomas Tobé, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Tomáš Zdechovský |
Renew |
Abir Al-Sahlani, Malik Azmani, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Moritz Körner, Jan-Christoph Oetjen, Maite Pagazaurtundúa, Susana Solís Pérez, Ramona Strugariu, Yana Toom |
S&D |
Pietro Bartolo, Maria Grapini, Sylvie Guillaume, Marina Kaljurand, Łukasz Kohut, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, Carina Ohlsson, Thijs Reuten, Daniela Rondinelli, Günther Sidl, Birgit Sippel, Elena Yoncheva |
The Left |
Konstantinos Arvanitis |
15 |
- |
ECR |
Jorge Buxadé Villalba, Patryk Jaki, Assita Kanko, Beata Kempa, Vincenzo Sofo, Jadwiga Wiśniewska |
ID |
Annika Bruna, Patricia Chagnon, Jean-Paul Garraud, Joachim Kuhs, Annalisa Tardino, Tom Vandendriessche |
The Left |
Malin Björk, Cornelia Ernst, Sira Rego |
7 |
0 |
Verts/ALE |
Damian Boeselager, Saskia Bricmont, Damien Carême, Alice Kuhnke, Erik Marquardt, Diana Riba i Giner, Tineke Strik |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni