RAPPORT dwar ir-riżorsi proprji: bidu ġdid għall-finanzi tal-UE, bidu ġdid għall-Ewropa

25.4.2023 - (2022/2172(INI))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteurs: José Manuel Fernandes, Valérie Hayer


Proċedura : 2022/2172(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0155/2023
Testi mressqa :
A9-0155/2023
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-riżorsi proprji: bidu ġdid għall-finanzi tal-UE, bidu ġdid għall-Ewropa

(2022/2172(INI))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[1],

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)[2],

 wara li kkunsidra r-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji dwar il-finanzjament futur tal-UE, maħruġ f’Diċembru 2016,

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom[3],

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda[4] (IIA),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti adattat għal sfidi ġodda[5],

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (COM(2021)0570),

 wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-ġenerazzjoni li jmiss tar-riżorsi proprji għall-baġit tal-UE” (COM(2021)0566),

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2020 dwar l-abbozz għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[6],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 1965 dwar proposti mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (PAK) u l-ħolqien ta’ riżorsi proprji għall-KEE[7],

 wara li kkunsidra id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ April 1970 dwar is-sostituzzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri bir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet[8],

 wara li kkunsidra t-Trattat tat-22 ta’ April 1970 li jemenda ċerti disposizzjonijiet baġitarji tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u tat-Trattat li jistabbilixxi Kunsill Uniku u Kummissjoni Unika tal-Komunitajiet Ewropej[9] (it-Trattat tal-Lussemburgu),

 wara li kkunsidra l-emendi adottati fit-22 ta’ Ġunju 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u r-Regolament (UE) 2015/757[10],

 wara li kkunsidra l-emendi adottati fit-22 ta’ Ġunju 2022 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera (CBAM)[11],

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-abbozz tar-regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sa 2027[12],

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew adottati fil-21 ta’ Lulju 2020,

 wara li kkunsidra l-proġett pilota intitolat “Studju ta’ Fattibbiltà għal użu soċjali mill-ġdid tal-assi ffriżati u kkonfiskati bħala riżultat tas-sanzjonijiet tal-UE adottati wara l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna”[13],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

 wara li kkunsidra l-ittra mill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0155/2023),

A. billi, skont l-Artikolu 311 tat-TFUE, l-Unjoni jeħtiġilha tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi neċessarji sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha u twettaq il-politiki tagħha, u l-baġit tagħha, mingħajr preġudizzju għal dħul ieħor, għandu jiġi ffinanzjat kompletament mir-riżorsi proprji; billi l-Artikolu 311 tat-TFUE jipprovdi wkoll li l-Kunsill irid jikkonsulta lill-Parlament Ewropew qabel ma jadotta deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji;

B. billi, minħabba livell għoli ta’ kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING), id-deċiżjonijiet baġitarji huma dipendenti wisq fuq l-Istati Membri; billi l-baġit tal-Unjoni huwa ffinanzjat ukoll minn riżorsi proprji ġenwini permezz ta’ dazji doganali u taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), minħabba li l-Istati Membri għandhom it-tendenza li jqisuhom bħala kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit tal-Unjoni;

C. billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li “l-eżerċizzju mill-Parlament tal-kompetenza baġitarja tiegħu f’seduta plenarja jikkostitwixxi mument fundamentali fil-ħajja demokratika tal-Unjoni”[14];

D. billi l-pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda fil-FII legalment vinkolanti jimpenja lill-istituzzjonijiet iżommu l-kwistjoni tal-finanzjament tal-baġit tal-Unjoni fuq quddiem fl-aġenda politika bil-ħsieb li jiġi żgurat perkors vijabbli għar-rifinanzjament tad-djun imġarrba fil-kuntest ta’ NextGenerationEU (NGEU) u jistipula li l-Kummissjoni tista’ tinkludi, fit-tieni basket ta’ riżorsi proprji ġodda, taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u kontribuzzjoni finanzjarja marbuta mas-settur korporattiv jew bażi komuni ġdida għat-taxxa korporattiva;

E. billi l-ħtieġa li l-NGEU jitħallas lura, ix-xokkijiet ekonomiċi u soċjali tal-invażjoni tal-Ukrajna mhux provokata u mhux ġustifikata mir-Russja, l-impatt qawwi tal-inflazzjoni fuq il-baġit tal-Unjoni u t-tellieqa globali li qed tintensifika biex jissawwar il-futur tal-manifattura tat-teknoloġija tal-enerġija nadifa, alimentati minn interventi pubbliċi massivi minn setgħat globali bħall-Att tal-Istati Uniti dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni, u sfidi emerġenti oħra għall-Unjoni, jissottolinjaw il-ħtieġa li tiġi vvalutata mill-ġdid is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni, billi jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ ta’ riżorsi proprji ġenwini ġodda sabiex jiġi żgurat finanzjament sostenibbli tal-baġit tal-Unjoni fit-tul;

F. billi l-pandemija tal-COVID-19 kellha riperkussjonijiet kbar fuq in-nisġa soċjali u fuq l-ekonomija tal-UE, u qed tippreżenta sfidi fit-tul għall-irkupru ekonomiku u soċjali tagħna; billi l-pandemija kixfet il-ħtiġijiet ta’ finanzjament importanti fl-Ewropa, li jistgħu jiġu indirizzati bl-aħjar mod permezz ta’ azzjoni komuni dwar politiki ewlenin;

G. billi r-Rapport dwar ir-riżultati finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tad-9 ta’ Mejju 2022 jinkludi proposta plenarja li “l-UE jeħtieġ li tqis l-impatt soċjali u ekonomiku tal-gwerra kontra l-Ukrajna u tadatta l-governanza ekonomika tagħha għall-kuntest ġeopolitiku l-ġdid, u ssaħħaħ il-baġit proprju tagħha permezz ta’ riżorsi proprji ġodda”; billi, fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini tal-UE pproponew li kemm jissaħħaħ il-baġit tal-Unjoni permezz ta’ riżorsi proprji ġodda[15] kif ukoll li l-Parlament jiddeċiedi dwar il-baġit tal-Unjoni, kif inhuwa d-dritt tal-parlamenti fil-livell nazzjonali[16];

H. billi l-Parlament diġà esprima l-pożizzjoni tiegħu favur l-abolizzjoni tar-ribassi u l-korrezzjonijiet kollha, is-simplifikazzjoni tar-riżorsa proprja bbażata fuq il-VAT, l-unità tal-baġit tal-UE u l-użu ta’ multi u tariffi bħala dħul addizzjonali għall-baġit tal-Unjoni;

I. billi l-Kummissjoni ppreżentat proposta leġiżlattiva f’Diċembru 2021 li se tintroduċi tliet kategoriji ġodda ta’ riżorsi proprji, ibbażati, rispettivament, fuq l-Iskema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), il-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) u l-Ewwel Pilastru tal-konvenzjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) dwar it-tassazzjoni korporattiva internazzjonali;

J. billi l-pożizzjoni tal-Parlament tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[17] approvat b’mod ġenerali din il-proposta bħala pass importanti għalkemm insuffiċjenti; billi l-Kunsill qed ikompli jeżamina l-proposta;

K. billi l-leġiżlazzjoni settorjali dwar l-ETS u s-CBAM hija mistennija li tiġi adottata fit-tieni tremestru tal-2023; billi l-konvenzjoni multilaterali dwar l-Ewwel Pilastru tal-ftehim tal-OECD u l-implimentazzjoni armonizzata tiegħu fil-livell tal-Unjoni għadhom pendenti;

L. billi qed jiġu osservati l-ewwel sinjali tal-effett pożittiv tal-politika tar-riżorsa proprja bbażata fuq plastik mhux irriċiklat;

Il-każ għar-riforma tal-politika tad-dħul tal-baġit tal-UE

1. Jiddikjara li l-finanzi tal-UE għaddejjin minn perjodu kritiku fejn nuqqas ta’ riforma jkollu effetti detrimentali ħafna fuq il-futur tal-Unjoni Ewropea, u fuq il-politiki u l-objettivi tagħha, u fuq il-fiduċja taċ-ċittadini u tal-investituri fl-Unjoni;

2. Jisħaq fuq l-importanza kruċjali u dejjem tikber tal-baġit tal-Unjoni fit-twettiq tal-objettivi politiċi ewlenin tal-Unjoni, il-programmi ewlenin tagħha u l-kapaċità tagħha ta’ reazzjoni f’każ ta’ kriżi; jissottolinja l-isfidi multipli li l-UE qed tiffaċċja bħall-bini tal-awtonomija strateġika miftuħa tagħha, b’mod notevoli fl-oqsma tal-politika industrijali, is-saħħa, l-ispazju, l-ikel, il-materja prima, is-sustanzi kimiċi, ir-reżiljenza, it-tmiem tad-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili Russi, il-promozzjoni tat-tranżazzjoni ħadra u tat-tranżazzjoni diġitali filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-kriżi tal-bijodiversità, it-twettiq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, l-iżgurar tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-tlestija tal-unjoni tas-saħħa u tal-unjoni tal-enerġija, u l-finanzjament ta’ proġetti komuni importanti bħall-kooperazzjoni fid-difiża, il-protezzjoni ċivili u l-ispazju; ifakkar li l-Kummissjoni ddikjarat li l-ħtiġijiet mhux previsti maħluqa mill-gwerra fl-Ewropa huma ferm lil hinn mill-mezzi disponibbli fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali; iqis li l-politiki u l-isfidi l-ġodda kollha tal-Unjoni jridu jinvolvu mezzi finanzjarji ġodda u riżorsi ġodda addizzjonali;

3. Itenni, f’dan ir-rigward, li finanzjament sod, affidabbli u reżiljenti tal-baġit tal-Unjoni jeħtieġ sett diversifikat u estiż ta’ riżorsi proprji; huwa konvint li hemm potenzjal kbir f’riforma mfassla tajjeb tar-riżorsi proprji tal-Unjoni mhux biss għat-tisħiħ tal-finanzjament tal-ħtiġijiet baġitarji tagħha, iżda wkoll biex tingħata spinta lir-riżultati tal-politika tagħha, jittejjeb il-bilanċ fiskali bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u jiżdied il-valur għall-finanzi pubbliċi ġenerali;

4. Ifakkar li l-Unjoni hija obbligata tħallas lura l-kapital u l-imgħax tal-fondi mislufa fil-qafas tal-Pjan ta’ Rkupru tal-UE; ifakkar, f’dan ir-rigward, li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni adottaw “pjan ta’ ħlas” fil-forma ta’ ftehim interistituzzjonali legalment vinkolanti li jistabbilixxi pjan direzzjonali għall-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda biex ikopru l-ispejjeż tas-self kollha; ifakkar, f’dan il-kuntest, li l-klassifikazzjoni AAA tal-Unjoni bħala mutwatarju kważi sovran tiddependi, inter alia, fuq l-affidabbiltà u l-kredibbiltà tas-segwitu mogħti mill-istituzzjonijiet għall-impenn politiku tagħhom li jintroduċu riżorsi proprji ġodda; ifakkar li l-ispejjeż ta’ ħlas lura tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru (EURI) u l-fluttwazzjonijiet tagħhom diġà qed iħallu impatt negattiv fuq il-baġit tal-Unjoni u jtenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tindirizza l-kwistjoni tal-EURI fir-rieżami tan-nofs it-terminu tal-QFP u tqiegħed il-linja baġitarja tal-EURI ’il fuq mil-limiti massimi tal-QFP;

5. Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar il-proposta għal emenda tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji; ifakkar li b’mod ġenerali huwa approva l-inizjattiva li jiġu introdotti tliet sorsi ġodda ta’ dħul ibbażati fuq l-ETS, is-CBAM u r-rikavati tal-Ewwel Pilastru tal-OECD;

6. Jesprimi l-aspettattivi għoljin tiegħu li, bir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ETS u s-CBAM, id-domanda li ilha teżisti għal rabta aħjar tan-naħa tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni mal-politiki ambjentali u r-raġuni fundamentali għall-integrazzjoni tal-klima fil-politiki tal-infiq u d-dħul fl-aħħar se ssir operattiva; jinnota li n-negozjati settorjali dwar is-CBAM u l-ETS wasslu għal ftehim; jilqa’ l-fatt li t-testi legali li jirriżultaw fid-Direttiva tal-ETS u r-Regolament tas-CBAM jibqgħu kompletament kompatibbli mal-proposta dwar ir-riżorsi proprji; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jivvalutaw bir-reqqa l-implikazzjonijiet rigward l-istimi tad-dħul; jinsisti li tali analiżijiet ma jintużawx bħala skuża biex jiġi mblukkat it-teħid tad-deċiżjonijiet u jistieden lill-Kunsill jaġixxi kemm jista’ jkun malajr fl-adozzjoni tat-testijiet legali rilevanti; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li fuq perjodu twil ħafna, hekk kif ikompli l-proċess tad-dekarbonizzazzjoni kif ippjanat, ir-rendiment mir-riżorsi proprji ekoloġiċi se jonqos;

7. Jinnota li r-referenza attwali fil-proposta dwar ir-riżorsi proprji għar-riżorsi proprji mir-rikavati tal-Ftehim tal-Ewwel Pilastru tal-OECD/G20 se jkollha tiġi aġġornata skont il-konvenzjoni multilaterali u d-Direttiva tal-Unjoni relatata biex id-dispożizzjonijiet jiġu implimentati fl-Istati Membri b’mod armonizzat; huwa, madankollu, imħasseb ħafna li n-negozjati dwar ir-riforma tal-Ewwel Pilastru qed jimxu bil-mod wisq fuq livell globali;

8. Iqis li dawn ir-riżorsi proprji ġodda huma meħtieġa biex jiġi evitat li l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ Ewropej iħallsu l-prezz għall-ħlas lura tal-kapital u l-imgħax tal-fondi mislufa taħt l-NGEU, jew permezz ta’ żieda fil-piż fuq il-kontribwenti jew permezz ta’ tnaqqis fil-programmi regolari tal-Unjoni li jaffettwaw direttament lill-benefiċjarji u lid-detenturi tal-proġetti; jemmen bis-sħiħ li l-istituzzjonijiet u l-atturi politiċi tal-Unjoni għandhom jikkomunikaw l-merti tal-baġit tal-Unjoni u n-naħa tad-dħul tiegħu b’mod aktar ċar liċ-ċittadini; jinnota d-domanda leġittima tal-Ewropej għal aktar ġustizzja soċjali u fiskali; iwissi kontra kwalunkwe tentattiv biex jitnaqqas il-finanzjament għal politiki ordinarji tal-Unjoni biex jinħoloq spazju għall-ħlas lura tad-dejn tal-Unjoni, peress li dan jipperikola l-għanijiet fit-tul tal-Unjoni, bħall-konverġenza ekonomika, soċjali u territorjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni jew it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali;

9. Jiddispjaċih li l-mod attwali kif il-baġit tal-Unjoni huwa ffinanzjat jissuġġettah għal restrizzjonijiet baġitarji nazzjonali, u b’hekk iwassal għal pressjoni ’l isfel fuq il-volum globali tagħha, li diġà huwa modest, u loġika ta’ “juste retour” li ma tirriflettix bis-sħiħ il-prinċipju tas-solidarjetà fil-qalba tal-integrazzjoni tal-UE; jemmen li din l-istruttura hija waħda mir-raġunijiet ewlenin li qed iżżomm lill-Unjoni milli twettaq il-kompiti u l-impenji kollha tagħha b’mod effettiv; huwa mħasseb ħafna dwar il-progress bil-mod li sar mindu nħolqu l-Komunitajiet Ewropej rigward il-modernizzazzjoni tas-sistema tar-riżorsi proprji;

10. Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kunsill għadu ma approvax l-ewwel basket tal-riżorsi proprji l-ġodda; jistieden lill-Istati Membri fil-Kunsill jadottaw ir-riżorsi proprji l-ġodda mill-ewwel pakkett tal-14 ta’ Diċembru 2021 b’urġenza u mingħajr iżjed dewmien; huwa mħasseb ħafna, madankollu, dwar il-fatt li l-ammonti ġġenerati mir-riżorsi proprji l-ġodda mhux se jkunu biżżejjed biex ikopru l-ħlasijiet lura u l-ispejjeż tas-self kollha tal-NGUE (stmati li jilħqu mill-inqas EUR 15-il biljun fis-sena sal-2058); għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tressaq il-pakkett ta’ proposti li jmiss malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mit-tielet tremestru tal-2023; jinsisti li dawn il-proposti jqisu l-prijoritajiet tal-Parlament kif spjegat hawn;

Id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament tal-UE u s-sejba ta’ bilanċ ġdid ta’ dħul

11. Iħeġġeġ lill-atturi kollha biex ikomplu l-isforzi biex jidentifikaw riżorsi proprji ġodda u preferibbilment ġenwini, u sorsi oħra ta’ dħul għall-baġit tal-Unjoni bil-għan li tiġi koperta bis-sħiħ in-nefqa globali mistennija għall-ħlas lura tal-kapital u l-imgħax tal-fondi mislufa taħt l-NGEU u li jissaħħaħ il-baġit tal-Unjoni, fejn id-“domma ta’ 1 % tal-PDG tal-UE” għandha tiġi abbandunata; jemmen li l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda lil hinn mill-FII legalment vinkolanti tikseb benefiċċji dejjiema, mhux biss fit-twettiq tal-politiki tal-Unjoni, iżda anke fl-iżgurar tal-pożizzjoni tal-Unjoni bħala emittent tad-dejn kredibbli u intelliġenti;

12. Jissottolinja, għalhekk, li r-rikavati kollha minn riżorsi proprji addizzjonali tal-Unjoni jridu jkunu biżżejjed biex mhux biss biex ikopri s-servizz tad-dejn tal-bonds tal-Unjoni, inklużi l-imposti tal-imgħax, iżda wkoll biex isostni u jiffaċilita l-investimenti Ewropej meħtieġa lil hinn mill-2026;

13. Jemmen li n-naħa tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni għandha tintuża b’mod strateġiku biex issaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Unjoni, u biex tippromwovi l-innovazzjoni fl-UE, kif ukoll il-ġustizzja soċjali, fiskali u ambjentali; jissottolinja li r-riżorsi proprji ekoloġiċi għandhom jiġu kkomplementati minn riżorsi proprji bbażati fuq it-taxxa mis-settur korporattiv għal raġunijiet ta’ suffiċjenza, ekwivalenza fiskali (dawk li jibbenefikaw mill-Unjoni u s-swieq miftuħa tagħha għandhom jikkontribwixxu wkoll is-sehem ġust tagħhom għall-finanzjament tagħha) u ekwità distributtiva ġenerali fost l-Istati Membri u s-setturi;

14. Jissottolinja li, biex tiġi indirizzati l-kriżi klimatika u l-kriżi fil-bijodiversità, ikun jinħtieġ ukoll li jiġu mmobilizzati aktar riżorsi u jiġu evalwati mill-ġdid il-politiki attwali ta’ inċentivazzjoni fl-Unjoni; jemmen bis-sħiħ li n-naħa tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni tista’ tintuża kemm biex twaqqaf ċertu aġir negattiv kif ukoll biex tippermetti li l-investimenti jiksbu tranżizzjoni ekoloġika lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju; jisħaq fuq l-importanza li dawn il-politiki jilħqu l-miri għall-2030 u l-2050, b’mod partikolari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u jitneħħew b’mod gradwali l-fjuwils fossili;

Tassazzjoni korporattiva (BEFIT)

15. Jistenna bil-ħerqa l-inizjattiva tal-Kummissjoni “L-Intrapriżi fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu (BEFIT)” li jmiss fit-tielet trimestru tal-2023; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi ġabra unika ta’ regoli tat-taxxa korporattiva għall-Unjoni, ibbażata fuq il-karatteristiċi ewlenin ta’ bażi komuni tat-taxxa u l-allokazzjoni tal-profitti bejn l-Istati Membri bl-użu ta’ formula jew tqassim skont il-formula ta’ taxxa fuq l-introjtu korporattiv ibbażata fuq ir-regoli tal-BEFIT, bħala riżorsa proprja ġdida fl-ispirtu tal-pjan direzzjonali; jistenna li l-approċċ il-ġdid għal din ir-riżorsa proprja bbażata fuq it-taxxa korporattiva jindirizza kwistjonijiet ta’ differenzi nazzjonali fit-tassazzjoni korporattiva li s’issa fixklu li tinħoloq riżorsa proprja f’dan il-qasam u jippermetti ambitu wiesa’ li jkopri għadd akbar ta’ kumpaniji attivi fis-suq uniku meta mqabbla mal-ftit biss kumpaniji multinazzjonali, fost l-akbar u l-aktar profittabbli, li huma soġġetti għall-Ftehim tal-Ewwel Pilastru tal-OECD; iwissi li, jekk in-negozjati dwar l-Ewwel Pilastru tal-OECD ma jiġux konklużi f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-Kummissjoni għandha tqis sorsi oħrajn ta’ dħul minn korporazzjonijiet kbar li joperaw fis-suq uniku;

“Mekkaniżmu ġust fil-fruntieri” tal-UE

16. Jiddeplora l-fatt li l-ktajjen tal-produzzjoni għal ċerti prodotti li jidħlu fis-suq uniku tal-Unjoni jinvolvu ħaddiema minn pajjiżi terzi li ma jirċevux paga deċenti u, f’xi każijiet, jgħixu f’faqar estrem; jirrimarka li l-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti bażiċi fl-Unjoni twassal għal kompetizzjoni inġusta (“dumping soċjali”);

17. Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tipproċedi b’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u b’valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa relatata ma’ proposta leġiżlattiva possibbli dwar “mekkaniżmu ġust fil-fruntieri”, li jirrikjedi li l-kumpaniji li jimportaw prodotti fis-suq uniku tal-Unjoni jħallsu lill-ħaddiema impjegati f’pajjiżi mhux tal-UE fil-katina tal-provvista globali tagħhom paga ta’ kuljum li tkun ogħla mil-linja tal-faqar rilevanti u li tkun biżżejjed biex tippermettilhom jaħarbu l-faqar assolut, kif definit mill-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti; jissottolinja li jekk kumpanija timporta fis-suq uniku tal-UE prodotti magħmula minn ħaddiema f’pajjiżi mhux tal-UE li l-pagi tagħhom huma inqas minn soll fiss bi ksur ta’ tali leġiżlazzjoni, hija jkollha tħallas imposta li tammonta għad-differenza bejn dan is-soll u r-remunerazzjoni effettiva li jirċievu l-ħaddiema tagħhom; iqis li r-rikavati mill-imposti mġarrba matul l-infurzar ta’ tali miżura għandhom jiżdiedu mal-baġit tal-Unjoni; jistenna li l-Kummissjoni tipprovdi stima tal-impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol f’pajjiżi mhux tal-UE, kif ukoll il-kompatibbiltà ta’ tali miżura mar-regoli rilevanti tad-WTO; iqis li tali miżura tista’ ttejjeb il-kompetittività tal-kumpaniji li jipproduċu fl-Unjoni li jikkonformaw ma’ ċerti standards tax-xogħol, kundizzjonijiet tax-xogħol u livelli tal-pagi; jistieden lill-Kummissjoni, meta tikkunsidra “mekkaniżmu ġust fil-fruntieri”, tqis it-tagħlimiet minn mekkaniżmi komparabbli eżistenti fl-Unjoni u madwar id-dinja, bħas-CBAM;

Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (TTF)

18. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tkopri s-servizzi finanzjarji, inklużi t-tranżazzjonijiet finanzjarji, fit-tieni basket ta’ riżorsi proprji tagħha; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tikkunsidra TTF għall-Unjoni kollha; iħeġġeġ, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri involuti fin-negozjati dwar il-kooperazzjoni msaħħa biex jagħmlu l-aħjar li jistgħu ħalli jilħqu ftehim dwar it-TTF qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2023; jinkoraġġixxi lill-bqija tal-Istati Membri biex jingħaqdu magħhom; iqis li t-TTF bħala riżorsa proprja għandha dħul potenzjali għoli, u dan jiffaċilita l-ħlas lura tad-dejn tan-Next GenerationEU u jipprovdi mezzi miżjuda biex jiġu ffinanzjati l-prijoritajiet tal-Unjoni; jisħaq li kwalunkwe proposta għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni u ssegwi l-prinċipju tas-sussidjarjetà tal-Unjoni;

19. Jiġbed l-attenzjoni lejn ir-riakkwist dejjem jikber ta’ stokk korporattiv (xiri lura ta’ ishma) fl-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà ta’ dazju tas-sisa fuq ir-riakkwist ta’ ishma minn korporazzjonijiet, peress li dan jippermetti l-ġenerazzjoni ta’ riżorsi ġodda, filwaqt li tiddiżinċentiva din il-prattika dejjem aktar mifruxa li tippremja lill-azzjonisti barranin għad-detriment tal-investimenti; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tivvaluta l-impatt potenzjali ta’ tali dazju tas-sisa fuq is-suq uniku qabel kwalunkwe proposta futura; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa, bħala għażla oħra, qafas komuni u standardizzat tat-taxxa minn ras il-għajn;

It-taxxa fuq il-kriptovaluti

20. Jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta’ taxxa Ewropea fuq il-kriptoassi, li d-dħul minnha jmur fil-baġit tal-Unjoni bħala riżorsa proprja ġdida; jirrimarka li s-suq globali tal-kriptoassi ilu jikber b’mod rapidu (għalkemm mingħajr stabbiltà) mill-kriżi tal-2008, u f’Mejju 2021 il-kapitalizzazzjoni laħqet EUR 2 triljun; jinnota li l-kriptoassi progressivament qed jitqiesu bħala mezz ġenwin ta’ pagament u parti mill-istrateġiji ta’ investiment; jissottolinja li r-regolamentazzjoni u t-tassazzjoni tal-kriptoassi fil-livell tal-Unjoni huma aktar effiċjenti milli fil-livell nazzjonali minħabba l-mobbiltà għolja u d-dimensjoni transfruntiera tagħhom; jisħaq, f’dan ir-rigward, li taxxa Ewropea fuq il-kriptoassi trawwem il-ħolqien ta’ qafas fiskali armonizzat għall-kriptoassi, tkun aktar konsistenti man-natura transfruntiera tas-suq tal-kriptoassi, u tinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ standards fiskali fil-livell globali;

21. Jisħaq li diversi għażliet ta’ tassazzjoni huma konċepibbli għall-kripto assi, bħal taxxa fuq il-qligħ kapitali li jirriżulta minn attivitajiet ta’ kriptoassi (ibbażati fuq rata ta’ imposta uniformi għall-Istati Membri kollha), taxxa fuq it-tranżazzjonijiet tal-kriptoassi jew taxxa fuq il-mining u n-negozjar ta’ kriptoassi determinata skont il-konsum tal-elettriku u l-impatt ambjentali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa l-impatt ta’ dawn l-għażliet fuq is-suq Ewropew tal-kriptoassi, tagħmel stima tad-dħul potenzjali u tressaq proposta konkreta;

L-ekonomija diġitali

22. Itenni s-sejħa tiegħu mill-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022, meta l-Parlament iddikjara li fil-każ ta’ nuqqas ċar ta’ progress fil-livell tal-OECD lejn il-Konvenzjoni Multilaterali sal-aħħar tal-2023, għandha tiġi ppreżentata proposta leġiżlattiva għal imposta diġitali jew miżura simili li tista’ tiġi ppromulgata unilateralment u li tista’ sservi bħala bażi għal riżorsa proprja tal-Unjoni sabiex tiġġenera dħul sal-2026; jilqa’ l-fatt li d-dibattitu dwar il-kontribut ta’ fornituri ta’ kontenut diġitali kbar għall-ispejjeż tan-network għadu għaddej;

23. Jinnota, barra minn hekk, li l-espansjoni tal-ekonomija tad-data fl-Ewropa wasslet għal żieda qawwija fit-traffiku tad-data, speċjalment matul il-pandemija, u għal benefiċċji ekonomiċi sostanzjali għall-kumpaniji ewlenin tal-internet u s-settur tat-telekomunikazzjoni b’mod ġenerali; huwa konxju tal-impatt ambjentali tal-flussi tad-data; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u tivvaluta miżuri biex tottimizza dan it-traffiku tad-data u tillimita l-marka tal-karbonju tiegħu, inkluż permezz ta’ inċentivi finanzjarji;

Riżorsi proprji bbażata fuq l-istatistika

24. Jara valur miżjud potenzjali għoli fir-riżorsi proprji fil-forma ta’ kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq l-istatistika li jipprovdu lill-Istati Membri inċentiv u premju għall-implimentazzjoni vigoruża tal-politiki fil-livell tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tissimula l-impatt ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet nazzjonali kkalkulati fuq il-bażi ta’ statistika fl-oqsma soċjali jew ambjentali, li għalihom tkun disponibbli fuq bażi annwali data armonizzata komuni, affidabbli u robusta tal-Eurostat;

25. Iqis li l-ambitu eżatt u r-rata tal-ġbir ta’ tali kontribuzzjonijiet nazzjonali bbażati fuq l-istatistika jistgħu jitnaqqsu u jiġu kkalibrati b’tali mod li tiġi żgurata l-ġustizzja distributtiva globali tal-basket tar-riżorsi proprji li jmiss; iqis li basket komprensiv u kkalibrat sew ta’ tali riżorsi proprji jista’ għalhekk jissostitwixxi u jagħmel superfluwa kwalunkwe tnaqqis artifiċjali, tnaqqis ta’ somma f’daqqa jew mekkaniżmi ta’ korrezzjoni min-naħa tad-dħul, li jikkompromettu l-konsistenza u l-forza ta’ inċentivazzjoni tal-politika tar-riżorsi proprji;

26. Jappella, b’mod speċifiku, li tiġi stabbilita riżorsa proprja bbażata fuq id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri; jissottolinja li, skont dan il-mekkaniżmu, sehem mill-kontribuzzjonijiet ibbażat fuq l-ING jiġi sostitwit minn koeffiċjent ta’ distribuzzjoni ġdid li jirrikjedi li l-Istati Membri b’differenza ogħla fil-pagi bejn il-ġeneri jikkontribwixxu aktar minn Stati Membri b’differenza iżgħar fil-pagi bejn il-ġeneri, b’mod proporzjonat;

27. Jitlob li tiġi eżaminata l-possibbiltà li jiġu introdotti riżorsi proprji ġodda marbuta ma’ tipi ta’ skart apparti l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik, li, fost l-oħrajn, jinċentivaw lill-Istati Membri biex iżidu l-proporzjon ta’ skart li jmur għall-irkupru tal-materjal u b’hekk jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ ekonomija ċirkolari;

28. Jappella għall-istabbiliment ta’ riżorsa proprja bbażata fuq il-bijoskart; jissottolinja li, taħt dan il-mekkaniżmu, sehem mill-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING jinbidel b’koeffiċjent ta’ distribuzzjoni ġdid li jirrikjedi li l-Istati Membri jirriċiklaw inqas bijoskart biex jikkontribwixxu aktar minn Stati Membri li jirriċiklaw aktar bijoskart; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk jistax jiġi implimentat ukoll mekkaniżmu ta’ inċentivar biex titnaqqas il-ġenerazzjoni ta’ skart perikoluż u biex jappoġġja d-dekontaminazzjoni tiegħu bil-għan lijiġi ffaċiltat ir-riċiklaġġ tiegħu;

29. Jappella għall-istabbiliment ta’ riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-ikel; jissottolinja li, taħt dan il-mekkaniżmu, sehem mill-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING jinbidel b’koeffiċjent ta’ distribuzzjoni ġdid li jirrikjedi li l-Istati Membri jħallsu l-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ammont ta’ skart tal-ikel iġġenerat f’sena partikolari; iqis li din ir-riżorsa proprja għandha tinċentiva lill-Istati Membri biex jimplimentaw politiki għall-miżuri għat-tnaqqis tal-iskart tal-ikel tul il-katina kollha tal-produzzjoni u fil-fażi tal-konsum;

Sorsi ta’ dħul minbarra r-riżorsi proprji

30. Itenni li kwalunkwe dħul pubbliku ġġenerat mill-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, l-infurzar tar-regolamenti tal-Unjoni jew l-użu ta’ infrastruttura ffinanzjata mill-Unjoni għandu, b’mod awtomatiku u sabiex jiġu mutwalizzati l-benefiċċji, jakkumula għall-baġit tal-Unjoni, bħala riżorsa proprja jew bħala dħul ieħor, b’mod partikolari fejn l-impożizzjoni, il-ġbir u l-infurzar huma organizzati ċentralment minn istituzzjoni tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni, meta tkun qed tfassal proposti u lill-Parlament u lill-Kunsill, bħala awtoritajiet leġiżlattivi, jikkonformaw ma’ dan l-approċċ trasversali fil-ħidma leġiżlattiva tagħhom;

31. Jinsisti li d-dħul tal-baġit fil-forma ta’ imposti, ħlasijiet – bħal dawk li jitħallsu għar-rinunzji tal-viża taħt is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) meta din tibda topera – il-primjums għall-emissjonijiet eċċessivi, il-multi għall-kompetizzjoni, il-penali ta’ ksur jew oħrajn simili għandhom jiffurmaw parti integrali mill-baġit annwali; jirrikonoxxi li, għal raġunijiet relatati mat-Trattat, tali dħul ieħor irid jibqa’ anċillari għar-riżorsi proprji skont l-Artikolu 311, li jridu jibqgħu s-sors primarju ta’ finanzjament tal-baġit tal-Unjoni;

32. Jiġbed l-attenzjoni għall-każ speċjali ta’ rikavati ġġenerati fil-kuntest ta’ sentenzi ta’ ġustizzja kriminali u, b’mod speċifiku, il-konfiska ta’ assi fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mas-sanzjonijiet tal-Unjoni; jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta fid-dettall kif tali rikavati jew penali miġbura mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jsiru disponibbli għall-baġit tal-Unjoni bħala riżorsa proprja; jappoġġja l-idea li r-rikavati mill-konfiska u l-monetizzazzjoni tal-assi li jirriżultaw minn attivitajiet kriminali jsiru riżorsa proprja tal-Unjoni; jappoġġja l-idea li r-rikavati mill-konfiska u l-monetizzazzjoni tal-assi Russi jsiru disponibbli għall-isforzi ta’ sokkors u ta’ rikostruzzjoni fl-Ukrajna; jissuġġerixxi li dawn ir-rikavati jiġu allokati permezz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u li tiġi żgurata struttura ta’ governanza li tinvolvi l-Parlamenti tal-Ukrajna u dawk Ewropej;

Il-leġittimità fiskali trid tiġi żgurata mir-rappreżentanti eletti: kunsiderazzjonijiet kostituzzjonali, proċedurali u storiċi

33. Ifakkar li d-dibattitu dwar is-sorsi ta’ finanzjament tal-integrazzjoni Ewropea għandu storja twila u ħajja; ifakkar li l-Artikolu 49 tat-Trattat ta’ Pariġi tat-18 ta’ April 1951 li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar jistipula li “l-Awtorità Għolja għandha s-setgħa li takkwista l-fondi li teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha billi timponi imposti fuq il-produzzjoni tal-faħam u l-azzar; [u] permezz ta’ kuntratti ta’ self”;

34. Jissottolinja li l-Artikolu 201 tat-Trattat ta’ Ruma tal-25 ta’ Marzu 1957 li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea stipula li “l-Kummissjoni għandha tistudja l-kundizzjonijiet li taħthom il-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri ... jistgħu jiġu sostitwiti b’riżorsi oħra tal-Komunità nnifisha, b’mod partikolari, bi dħul li jakkumula mit-tariffa doganali komuni meta din tal-aħħar tkun ġiet introdotta definittivament”;

35. Ifakkar li l-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tas-Sitt Pajjiżi, fil-komunikat finali tas-Samit tal-Aja tat-2 ta’ Diċembru 1969, “qablu li progressivament jissostitwixxu ... il-kontribuzzjonijiet tal-pajjiżi membri bir-riżorsi proprji tagħhom [jiġifieri, tal-Komunitajiet], filwaqt li jitqiesu l-interessi kollha kkonċernati bil-għan li, meta jkun il-waqt, jinkiseb il-finanzjament integrali tal-baġits tal-Komunitajiet ... u tat-tisħiħ tas-setgħat baġitarji tal-Parlament Ewropew”;

36. Jiddispjaċih għall-fatt li minkejja dawn l-obbligi tal-liġi primarja, żewġ riżorsi proprji ġodda biss ġew introdotti mit-Trattat tal-Lussemburgu fl-1970, jiġifieri l-kontribuzzjoni bbażata fuq l-ING fl-1988 u r-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik mhux riċiklat fl-2021;

37. Jirrikonoxxi l-merti tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING fid-dawl tal-funzjoni affidabbli tagħha ta’ bilanċjar; jesprimi dispjaċir għall-predominanza dejjiema tas-sehem tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali fis-sistema tar-riżorsi proprji, li issa jammontaw għal madwar 80 %; jiġbed l-attenzjoni għas-sehem modest tar-riżorsi proprji tradizzjonali u ġenwini, speċjalment id-dazji doganali, li llum jammontaw għal madwar 13 %;

38. Jikkonkludi li l-finanzjament attwali tal-baġit tal-Unjoni jmur kontra l-intenzjoni tal-missirijiet fundaturi u tal-ispirtu tat-Trattati;

39. Ifakkar fis-setgħat konsultattivi tiegħu rigward id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji; huwa konvint li rwol aktar inċiżiv tal-Parlament Ewropew bħala l-awtorità leġiżlattiva u baġitarja fil-leġiżlazzjoni sottostanti, kif ukoll fil-proċedura baġitarja annwali rigward id-dħul u l-livelli tad-dejn, għandu jiġi ggarantit; iqis, barra minn hekk, li l-Parlament Ewropew għandu jkollu rwol imsaħħaħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għar-riżorsi proprji biex jiġu żgurati l-viżibbiltà, il-leġittimità u r-responsabbiltà demokratika tal-finanzi pubbliċi tal-Unjoni;

40. Ifakkar li l-arranġamenti għar-riżorsi proprji għandhom ikunu ggwidati mill-objettivi ġenerali ta’ sempliċità, trasparenza u ekwità; itenni l-pożizzjoni tiegħu li r-ribassi u mekkaniżmi korrettivi oħra għandhom jitneħħew;

41. Jissottolinja li l-progress dwar ir-riżorsi proprji l-ġodda lil hinn mit-tieni basket inkluż fil-FII huwa meħtieġ b’mod urġenti; ifakkar lill-Istati Membri li n-negozjati tal-qafas finanzjarju pluriennali multilaterali wara l-2027 huma fundamentalment marbuta ma’ negozjati dwar ir-riżorsi proprji u d-disponibbiltà suffiċjenti tar-riżorsi proprji; jinsab lest li juża s-setgħat baġitarji kollha tiegħu biex jiżgura li jsir progress ċar u effettiv fil-qasam tar-riżorsi proprji;

 

°

° °

42. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI (7.2.2023)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar ir-riżorsi proprji: bidu ġdid għall-finanzi tal-UE, bidu ġdid għall-Ewropa

(2022/2172(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Rasmus Andresen

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 57 tar-Regoli ta’ Proċedura

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi, skont l-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni jeħtiġilha tipprovdi lilha nnifisha l-mezzi meħtieġa sabiex tilħaq l-objettivi tagħha u twettaq il-politiki tagħha; billi l-istess artikolu jirrikjedi li l-baġit għandu jiġi ffinanzjat kompletament minn riżorsi proprji, mingħajr preġudizzju għal dħul ieħor;

B. billi r-riżorsi proprji l-ġodda proposti mill-Kummissjoni f’Diċembru 2021 huma maħsuba biex ikopru parti mill-ħlas lura tas-self tan-Next Generation EU mill-2028, u b’hekk jillimitaw l-impatt tal-pandemija tal-COVID‑19 fuq il-baġits nazzjonali sabiex il-ġenerazzjonijiet futuri ma jkollhomx iġorru l-piż finanzjarju tal-ħlas għall-pjan ta’ rkupru; billi riżorsi proprji ġodda se jiżguraw is-sostenibbiltà tal-pjan ta’ ħlas lura Next Generation EU u jsaħħu l-kredibbiltà tal-UE fis-swieq finanzjarji; billi l-ħtieġa li jitħallas lura s-self tan-Next Generation EU u l-isfidi fit-tul dejjem jiżdiedu għall-UE jissottolinjaw il-ħtieġa li tiġi vvalutata mill-ġdid is-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE billi jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tar-riżorsi proprji ġenwini biex jiġi garantit finanzjament sostenibbli tal-baġit tal-UE fit-tul;

C. billi l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja wasslet għal kriżi umanitarja kbira u skattat xokk ekonomiku u soċjali enormi ta’ tul ta’ żmien inċert mad-dinja kollha;

D. billi l-Ftehim Interistituzzjonali legalment vinkolanti tas-16 ta’ Diċembru 2020 jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ pjan direzzjonali ta’ riżorsi proprji ġodda, inkluż it-tieni basket ta’ riżorsi proprji li għandu jiġi propost sa Ġunju 2024; billi l-istituzzjonijiet impenjaw ruħhom li jikkooperaw b’mod sinċier u trasparenti u jaħdmu favur l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali;

E. billi l-ewwel basket ta’ riżorsi proprji ġodda huwa bbażat fuq l-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet li ntlaħaq ftehim dwarha reċentement, fuq il-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri u fuq sehem mid-dħul miġbur fl-ambitu tal-Pilastru I tal-Qafas Inklużiv dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti stabbilit mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-G20;

F. billi l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 jipprevedi li l-Kummissjoni tista’ tinkludi fit-tieni basket ta’ riżorsi proprji ġodda taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u kontribuzzjoni finanzjarja marbuta mas-settur korporattiv jew bażi komuni ġdida għat-taxxa korporattiva;

G. billi l-Kummissjoni ħabbret proposta intitolata "L-Intrapriżi fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu" (BEFIT) u kwalunkwe inizjattiva trid tiġi kkunsidrata fid-dawl ta’ dan;

H. billi n-naħa tad-dħul tal-baġit tal-Unjoni trid tkun allinjata mal-objettivi u l-politiki ewlenin tal-UE; billi s-sistema attwali tar-riżorsi proprji tikkontribwixxi biss b’mod pjuttost limitat għal dawn l-objettivi;

I. billi fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini Ewropej ipproponew it-tisħiħ tal-baġit tal-Unjoni permezz ta’ riżorsi proprji ġodda;

1. Jinnota li, skont il-pjan direzzjonali legalment vinkolanti fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni hija meħtieġa tressaq proposta, abbażi tal-valutazzjonijiet tal-impatt, għat-tieni basket ta’ riżorsi proprji ġodda sa Ġunju 2024; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ħabbret li finalment se tippreżenta dan it-tieni basket matul it-tielet kwart tal-2023 u tistenna li dan l-impenn jitwettaq kif suppost;

2. Huwa mħasseb għall-fatt li, wara l-preżentazzjoni mdewma min-naħa tal-Kummissjoni tal-proposta tagħha, l-ebda waħda mir-riżorsi proprji ġodda mill-ewwel basket għadha mhi fis-seħħ;

3. Jilqa’ l-ftehim proviżorju tat-18 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-riforma tas-Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet u l-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri u jinnota li, skont il-Kummissjoni, dan il-ftehim proviżorju huwa bażi solida biex jiżdiedu n-negozjati dwar riżorsi proprji ġodda; iħeġġeġ għaldaqstant lill-Kunsill jimxi ’l quddiem kemm jista’ jkun malajr fl-introduzzjoni ta’ dawn l-istrumenti bħala riżorsi proprji għall-baġit tal-UE; iqis li dan huwa partikolarment urġenti peress li n-Next Generation EU tfassal abbażi tal-premessa li l-ħlasijiet lura jsiru billi jintużaw riżorsi proprji ġodda; jinnota li l-ewwel basket huwa magħmul minn imposti relatati mal-ambjent, li, min-natura tagħhom stess, għandhom jonqsu biż-żmien jekk ikunu ta’ suċċess;

4. Jinsab imħasseb li l-ewwel basket ta’ riżorsi proprji mhux se jiġġenera d-dħul mistenni (stmat għal EUR 15-il biljun fis-sena sal-2058) għal diversi raġunijiet; josserva wkoll li lil hinn mill-finanzjament meħtieġ għal Next Generation EU, l-Unjoni għandha bżonn riżorsi addizzjonali biex tassisti lill-Ukrajna finanzjarjament u biex tkompli ttaffi l-impatt fuq l-Unjoni tal-gwerra mhux ġustifikata u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna; ifakkar li l-Kummissjoni ddikjarat li l-ħtiġijiet mhux previsti maħluqa mill-gwerra fl-Ewropa huma ferm lil hinn mill-mezzi disponibbli fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali;

5. Jenfasizza li l-ġbir ta’ riżorsi proprji Ewropej ġenwini ġodda mhuwiex għan fih innifsu; jissottolinja wkoll li r-riżorsi proprji huma fundamentali biex jippermettu lill-Unjoni timplimenta l-prijoritajiet ta’ politika tagħha;

6. Jisħaq li l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda tiggarantixxi li l-baġit tal-UE jiġi ffinanzjat b’mod sostenibbli fit-tul, u b’hekk jiġi żgurat li l-finanzjament għal prijoritajiet ġodda tal-UE ma jsirx għad-detriment ta’ programmi u politiki siewja tal-UE, u jiġi evitat tnaqqis futur fil-programmi tal-Unjoni li jdgħajjef l-iskop innifsu tal-ippjanar fit-tul; jissottolinja, għalhekk, li l-ammont ta’ riżorsi proprji addizzjonali tal-UE jrid ikun biżżejjed biex mhux biss ikopri s-servizz tad-dejn tal-bonds tal-UE, fosthom l-interessi, iżda wkoll biex isostni u jiffaċilita l-investimenti meħtieġa lil hinn mill-2026 ħalli jiffinanzjaw it-trasformazzjoni tal-ekonomija tal-UE, inkluż rispons Ewropew adegwat għall-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni tal-Istati Uniti;

7. Jissottolinja, barra minn hekk, li l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda se ssaħħaħ l-awtonomija fiskali u l-indipendenza tal-UE u tikseb benefiċċji dejjiema, mhux biss fit-twettiq tal-politiki tal-UE iżda wkoll fl-iżgurar tal-pożizzjoni tal-Unjoni bħala emittent tad-dejn kredibbli u intelliġenti għall-finanzjament tan-Next Generation EU;

8. Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel rieżami tal-ewwel basket ta’ riżorsi proprji sa tmiem l-2023, inkluż billi twettaq valutazzjoni tal-impatt, u tibda taħdem fuq riżorsi alternattivi, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu ggarantiti r-riżorsi mir-riforma tal-Pilastru I tal-Qafas Inklużiv tal-OECD/G20;

9. Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[18] u l-appell qawwi tagħha għal proposta għal imposta diġitali jew miżura simili f’każ li ma jkunx hemm qbil fil-livell tal-OECD/G20 sa tmiem l-2023;

10. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ flessibbiltà fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali, li jxekkel l-iżvilupp tas-soluzzjonijiet Ewropej effettivi għal sfidi ġodda bħan-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti li jirriżultaw mill-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni tal-Istati Uniti; jisħaq li r-riżorsi proprji huma kruċjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi l-ġodda, inkluż fir-reviżjoni li jmiss tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali;

11. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposti ambizzjużi għat-tieni basket ta’ riżorsi proprji ġodda filwaqt li tiżgura li dawn jiġġeneraw biżżejjed dħul biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu tal-Unjoni, u jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw; jisħaq li kwalunkwe riżorsa proprja ġdida trid tkun proporzjonata, bilanċjata u ġusta għall-Istati Membri kollha, filwaqt li jitqiesu d-daqs u s-setgħa ekonomika tagħhom, u jkunu bbażati fuq miżuri li jirrikjedu approċċ Ewropew ikkoordinat;

12. Jistieden lill-Kummissjoni biex, fit-tieni basket ta’ riżorsi proprji tagħha, tkopri s-servizzi finanzjarji, inkluż it-tranżazzjonijiet finanzjarji; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tikkunsidra taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji fl-UE kollha;

13. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrifletti fuq il-limiti u l-imblokki tal-mudell tat-taxxa tagħha dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji tal-2011 u tiżgura l-appoġġ tal-Istati Membri kollha; jisħaq li kwalunkwe proposta għandha tkun akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa, tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika tal-UE u ssegwi l-prinċipju tas-sussidjarjetà tal-UE;

14. Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa, bħala għażliet ulterjuri, qafas komuni u standardizzat tat-taxxa minn ras il-għajn jew dazju tas-sisa fuq ir-riakkwist ta’ ishma minn korporazzjonijiet, kif propost fl-Att dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni tal-Istati Uniti; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tivvaluta l-impatt potenzjali ta’ tali dazju tas-sisa fuq is-suq uniku qabel kwalunkwe proposta futura;

15. Jistieden lill-Kummissjoni, b’rabta ma’ kontribuzzjoni finanzjarja relatata mas-settur korporattiv jew ma’ bażi komuni ġdida għat-taxxa korporattiva, tippreżenta valutazzjoni u tikkunsidra riżorsa proprja marbuta jew ma’ sehem tad-dħul determinat mill-proposta BEFIT li jmiss li tikkontribwixxi għal distribuzzjoni aktar ġusta tad-drittijiet tat-tassazzjoni bejn l-Istati Membri, jew ma’ sehem tad-dħul determinat mid-Direttiva dwar it-Taxxa Minima[19] adottata li timplimenta l-ftehim globali dwar it-taxxa mmexxi mill-OECD; jisħaq li kwalunkwe riżorsa proprja bħal din trid tqis l-impatt tal-implimentazzjoni tal-Pilastri I u II tal-ftehim globali dwar it-taxxa fuq id-distribuzzjoni tad-dħul fl-Istati Membri; iwissi li jekk in-negozjati dwar il-BEFIT ma jiġux konklużi f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-Kummissjoni għandha tqis li tiżgura sorsi oħra ta’ dħul minn korporazzjonijiet kbar; jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-kompetittività tal-kumpaniji u s-sitwazzjoni attwali tan-negozjati globali dwar it-taxxa;

16. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fid-dawl tal-isfidi ekonomiċi reċenti, jaħsbu fil-futur u jakkomodaw il-ħtieġa akbar tal-UE għal finanzjament, u jevalwaw riżorsi proprji ġodda u innovattivi addizzjonali f’konformità mal-objettivi ekoloġiċi u diġitali tal-UE, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kompetittività tal-UE u tiġi miġġielda l-inugwaljanza fl-Unjoni sabiex jiġu żgurati tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali soċjalment ekwi u ġusti;

17. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, f’dan ir-rigward, jakkomodaw il-ħtieġa akbar għall-finanzjament wara analiżi fil-fond tal-implikazzjonijiet tal-gwerra Russa kontra l-Ukrajna għall-politiki eżistenti tal-UE u jqisu l-bidla għal ħtiġijiet emerġenti ġodda; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni u l-Istati Membri joħorġu b’riżorsi proprji ġodda simili għall-kontribuzzjoni tal-plastik mhux riċiklat;

18. Jirrikonoxxi r-rwol importanti tar-riżorsa proprja tal-baġit tal-UE eżistenti bbażata fuq il-VAT; itenni li l-indirizzar tad-diskrepanza tal-VAT u tal-frodi tat-taxxa għandu jkun prijorità urġenti għall-Unjoni u għall-Istati Membri fl-ekonomija ta’ wara l-COVID-19; jilqa’, f’dan ir-rigward, is-suċċess kbir tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-iskoperta ta’ gruppi ta’ kriminalità organizzata responsabbli għall-frodi tal-VAT stmata għal EUR 2,2 biljun; jieħu nota tal-proposti leġiżlattivi tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tas-sistema tal-VAT tal-UE;

19. Ifakkar li l-arranġamenti għal riżorsi proprji għandhom ikunu ggwidati mill-objettivi ġenerali tas-sempliċità, it-trasparenza u l-ekwità.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

31.1.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

12

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Anna-Michelle Asimakopoulou, Gunnar Beck, Marek Belka, Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Gilles Boyer, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Frances Fitzgerald, Claude Gruffat, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Michiel Hoogeveen, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, France Jamet, Ondřej Kovařík, Georgios Kyrtsos, Aušra Maldeikienė, Csaba Molnár, Siegfried Mureşan, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Piernicola Pedicini, Kira Marie Peter-Hansen, Sirpa Pietikäinen, Eva Maria Poptcheva, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Dorien Rookmaker, Joachim Schuster, Ralf Seekatz, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli, Inese Vaidere, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Beer, Damien Carême, Margarida Marques, Eva Maydell, Andżelika Anna Możdżanowska, Mikuláš Peksa, Jessica Polfjärd, Erik Poulsen, Mick Wallace

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andreas Glück, Camilla Laureti, Leopoldo López Gil

 


 

VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Markus Ferber, Danuta Maria Hübner, Leopoldo López Gil, Aušra Maldeikienė, Eva Maydell, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Ralf Seekatz, Inese Vaidere

Renew

Gilles Boyer, Giuseppe Ferrandino, Georgios Kyrtsos, Eva Maria Poptcheva

S&D

Marek Belka, Jonás Fernández, Eero Heinäluoma, Camilla Laureti, Margarida Marques, Csaba Molnár, Evelyn Regner, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli

The Left

José Gusmão, Mick Wallace

Verts/ALE

Rasmus Andresen, Damien Carême, Claude Gruffat, Stasys Jakeliūnas, Piernicola Pedicini, Mikuláš Peksa, Kira Marie Peter-Hansen

 

12

-

ECR

Michiel Hoogeveen, Andżelika Anna Możdżanowska, Dorien Rookmaker

ID

Gunnar Beck, France Jamet

NI

Enikő Győri, Lefteris Nikolaou-Alavanos

PPE

Jessica Polfjärd

Renew

Nicola Beer, Andreas Glück, Caroline Nagtegaal, Erik Poulsen

 

4

0

ID

Antonio Maria Rinaldi, Marco Zanni

PPE

Frances Fitzgerald

Renew

Ondřej Kovařík

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI (27.1.2023)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar ir-Riżorsi Proprji: Bidu ġdid għall-finanzi tal-UE. Bidu ġdid għall-Ewropa

(2022/2172(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Helmut Scholz

 

 

 

 


SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi, skont l-Artikolu 311 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU), l-Unjoni jeħtiġilha tipprovdi għaliha nnifisha l-mezzi meħtieġa sabiex tissodisfa l-għanijiet tagħha u twettaq b’suċċess il-politika tagħha; billi, skont l-istess Artikolu, il-baġit tal-Unjoni jrid ikun iffinanzjat kollu kemm hu minn riżorsi proprji;

B. billi l-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) jirrappreżentaw madwar 75 % tal-baġit tal-Unjoni sabiex il-politiki tal-Unjoni jkunu jistgħu jiddependu fuq deċiżjonijiet baġitarji mill-Istati Membri; billi l-baġit tal-Unjoni huwa ffinanzjat ukoll minn riżorsi proprji ġenwini permezz ta’ dazji doganali u taxxa fuq il-valur miżjud, minħabba li l-Istati Membri għandhom it-tendenza li jqisuhom bħala kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit tal-Unjoni;

C. billi, fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, iċ-ċittadini Ewropej ipproponew li jissaħħaħ il-baġit tal-Unjoni permezz ta’ riżorsi proprji ġodda[20] kif ukoll li l-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi dwar il-baġit tal-Unjoni, peress li huwa d-dritt tal-parlamenti fil-livell nazzjonali[21];

D. billi l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li "l-eżerċizzju mill-Parlament tal-kompetenza baġitarja tiegħu f’seduta plenarja jikkostitwixxi mument fundamentali fil-ħajja demokratika tal-Unjoni"[22];

E. billi l-baġit tal-Unjoni għandu klassifikazzjoni tal-kreditu b’saħħitha ħafna u r-rabta bejn il-finanzjament tal-Unjoni u l-politiki tal-Unjoni għandha ssir aktar viżibbli għaċ-ċittadini Ewropej;

Riżorsi proprji aktar ġenwini meħtieġa

1. Jinnota li l-introduzzjoni ta’ riżorsi ġenwini proprji tinsab lura skont l-iskeda stabbilita fil-pjan direzzjonali legalment vinkolanti tal-Anness II tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020[23]; itenni l-ħtieġa li nipproċedu malajr; iħeġġeġ lill-Kunsill, għalhekk, japprova l-ewwel basket ta’ riżorsi proprji ġenwini ġodda mingħajr aktar dewmien;

2. Jikkunsidra li r-riżorsi proprji ġenwini għandhom jippermettu lill-Unjoni tħallas id-dejn u l-interessi komuni tan-NextGenerationEU; jinsab imħasseb li l-ewwel pakkett ta’ riżorsi proprji ġenwini mhux se jiġġeneraw biżżejjed dħul biex jitħallas lura s-self tan-NextGenerationEU; jieħu nota tal-impenn tal-Kummissjoni li tressaq proposta għat-tieni pakkett ta’ riżorsi proprji ġodda sa tmiem l-2023; jissottolinja, għalhekk, li t-tieni pakkett ta’ riżorsi proprji ġenwini jeħtieġ ikunu ambizzjużi u jrendu biżżejjed dħul; itenni s-sejħa tieħu biex dawn ir-riżorsi proprji ġodda jkunu ġenwini u innovattivi u jkunu jinkludu proposti, pereżempju, għal taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji u kontribuzzjoni finanzjarja marbuta mas-settur korporattiv, kif ukoll dħul immirat biex jappoġġja lill-politiki tal-Unjoni bħat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; itenni li l-Kummissjoni għandha tissottometti proposta leġiżlattiva għal imposta diġitali jew miżura simili fil-każ li ma jkunx hemm progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-ewwel pilastru tal-Qafas Inklużiv bejn l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u l-G20; iqis li d-dħul iġġenerat mill-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni għandu jidħol fil-baġit tal-Unjoni bħala dħul ġenerali;

3. Jissottolinja li riżorsi proprji ġenwini ġodda (magħrufa wkoll bħala "introjtu ġdid") huma meħtieġa b’mod urġenti sabiex il-baġit tal-Unjoni jsir aktar reżiljenti u awtonomu sabiex l-Unjoni tkun tista’ twettaq il-politiki tagħha u tiżgura l-pożizzjoni tagħha bħala emittent kredibbli u intelliġenti tad-dejn b’żieda fil-flessibbiltà u bħala entità tabilħaqq sovrana;

4. Jemmen b’saħħa li r-rilevanza tar-riżorsi proprji ġenwini tal-UE u r-rabta tagħhom mal-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini għandha tiġi kkomunikata u spjegata lilhom b’mod aktar ċar;

5. Jinsisti li iktar riżorsi proprji ġenwini ġodda għandhom ikunu akkumpanjati mit-tnaqqis progressiv fil-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) mill-Istati Membri; itenni li r-rifużjonijiet nazzjonali għandhom jiġu kkanċellati;

6. Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi riżorsi proprji ġenwini ġodda, stabbli u sostenibbli fuq bażi kontinwa u bi proċess inklużiv u flessibbli; jistenna f’dan ir-rigward il-proposti tal-Kummissjoni u jappoġġja kooperazzjoni interistituzzjonali msaħħa rigward l-istabbiliment ta’ fond ta’ awtonomija strateġika għall-Ewropa bħala reazzjoni għall-kriżijiet u x-xokkijiet eżoġeni; 7.  Jisħaq li l-prattika tat-trasferiment tar-riżorsi allokati għall-Politika ta’ Koeżjoni lil strumenti oħra, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, għall-finanzjament tal-politiki ta’ emerġenza tirriskja li timmina l-bilanċ bejn l-objettivi ta’ politika fit-tul u dawk fuq terminu qasir tal-Unjoni;

Aktar trasparenza u skrutinju demokratiku fl-adozzjoni tar-riżorsi proprji

8. Jitlob li f’dan ir-rigward, l-Artikolu 311(3) tat-TFUE jiġi emendat biex jippermetti lill-Parlament jiddeċiedi b’mod konġunt meta jadotta riżorsi proprji ġodda; jissottolinja li l-proċedura leġiżlattiva speċjali attwali li tinvolvi votazzjoni b’unanimità fil-Kunsill u r-ratifika mill-Istati Membri kollha jfixklu serjament il-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi malajr kemm meħtieġ;

9. Jiddeplora l-ħolqien u l-użu sistematiku ta’ strumenti, fondi u programmi ta’ self komuni, inkluż l-NGEU, barra mill-portata tal-baġit tal-Unjoni u mingħajr l-iskrutinju jew il-kontroll mill-Parlament Ewropew; jinsisti li l-Parlament ikun involut bis-sħiħ b’mod ugwali mal-Kunsill fil-każijiet kollha;

10. Jitlob, barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja meta jiġu adottati l-miżuri ta’ implimentazzjoni tad-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji, u li l-Parlament jingħata setgħat baġitarji sħaħ;

Sorsi oħra possibbli ta’ dħul

11. Jitlob il-ħolqien ta’ mekkaniżmu permanenti u sostenibbli sabiex jiżdied id-dejn tal-UE bl-għan li jiġu ffinanzjati l-politiki u l-programmi tal-Unjoni f’oqsma b’valur miżjud Ewropew ċar, pereżempju, il-finanzjament ta’ unjoni tas-saħħa u/jew unjoni tal-enerġija ġenwina; Jissuġġerixxi li l-mekkaniżmu għandu jiżgura li l-baġit tal-UE jkun jista’ jadatta aħjar u jirreaġixxi malajr għal kriżijiet speċifiċi u l-konsegwenzi tagħhom, filwaqt li jirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà;

12. Jitlob, b’mod korrispondenti, biex it-Trattati jiġu emendati u l-limitu massimu tar-riżorsi proprji jiżdied b’mod permanenti;

Kapaċità fiskali

13. Jirrakkomanda li tiżdied il-kapaċità fiskali tal-Unjoni biex toqrob lejn unjoni fiskali ġenwina u tissaħħaħ il-ġlieda tagħha kontra l-evitar tat-taxxa.

 


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.1.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

3

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Gabriele Bischoff, Damian Boeselager, Gwendoline Delbos-Corfield, Salvatore De Meo, Daniel Freund, Charles Goerens, Esteban González Pons, Laura Huhtasaari, Victor Negrescu, Max Orville, Domènec Ruiz Devesa, Helmut Scholz, Pedro Silva Pereira, Sven Simon, Guy Verhofstadt, Loránt Vincze, Rainer Wieland

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nathalie Colin-Oesterlé, Pascal Durand, Seán Kelly, Jaak Madison, Maite Pagazaurtundúa

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Leszek Miller

 


VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

14

+

RENEW

Charles Goerens, Max Orville, Maite Pagazaurtundúa, Guy Verhofstadt

S&D

Gabriele Bischoff, Pascal Durand, Leszek Miller, Victor Negrescu, Domènec Ruiz Devesa, Pedro Silva Pereira

THE LEFT

Helmut Scholz

VERTS/ALE

Damian Boeselager, Gwendoline Delbos Corfield, Daniel Freund

 

3

-

ID

Gerolf Annemans, Laura Huhtasaari, Jaak Madison

 

7

0

PPE

Nathalie Colin Oesterlé, Salvatore De Meo, Esteban González Pons, Seán Kelly, Sven Simon, Loránt Vincze, Rainer Wieland

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL ()

Is-Sur Johan Van Overtveldt

President

Kumitat għall-Baġits

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar ir-Riżorsi Proprji: Bidu ġdid għall-finanzi tal-UE. Bidu ġdid għall-Ewropa (2022/2172(INI))

Sur President,

Sur Van Overtveldt, 

Il-koordinaturi tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (ENVI) iddeċidew fit-12 ta’ Settembru 2022 li l-Kumitat ENVI jipprovdi opinjoni dwar Ir-Riżorsi Proprji: Bidu ġdid għall-finanzi tal-UE. Bidu ġdid għall-Ewropa (2022/2172 (INI)). Għalhekk, kemm bħala President tal-Kumitat ENVI kif ukoll bħala Rapporteur għal din l-opinjoni, ippermettili nipprovdilek il-kontribut tal-Kumitat ENVI fil-forma ta’ paragrafi ta’ riżoluzzjoni, li ġie adottat mill-Kumitat ENVI fil-laqgħa tiegħu[24] tad-9 ta’ Frar 2023 u li ġentilment nitlob li l-kumitat tiegħek jikkunsidra:

1. Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema ta’ riżorsi proprji ġodda ġenwini tal-UE li tikkomplementa s-sistema attwali u tgħin biex jiġi żgurat finanzjament adegwat u miżjud tal-UE għal programmi importanti relatati, fost l-oħrajn, mal-ambjent, l-azzjoni klimatika, il-bijodiversità, is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel, filwaqt li fl-istess ħin jiġu ġġenerati riżorsi adegwati biex jitħallas lura d-dejn tan-Next Generation EU; jiddispjaċih li l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda tal-UE għadha lura; huwa tal-fehma li finanzjament aktar reżiljenti u indipendenti jista’ jkompli jagħti spinta lit-trasformazzjoni tal-UE f’soċjetà ġusta u għanja, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, sostenibbli u kompetittiva mingħajr emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra sa mhux aktar tard mill-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi;

2. Iqis li dħul addizzjonali minn riżorsi proprji ġodda tal-UE għandu jikkoreġi ċerti defiċits strutturali tas-sistema ta’ finanzjament attwali għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027, speċjalment fid-dawl tal-finanzjament tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-politiki dwar l-ambjent, is-saħħa u l-klima (inkluża l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata bħala parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %") kif ukoll l-għanijiet tal-Unjoni li tnaqqas malajr id-dipendenza tagħha fuq il-fjuwils fossili (kif previst pereżempju fil-Pjan RePowerEU) u eventwalment tneħħihom gradwalment fl-oqsma ta’ politika Ewropej kollha;

3. Jinsisti li sehem definit sew tad-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti tas-Sistema riformata u estiża tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet, flimkien ma’ sehem definit sew tad-dħul mill-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) u l-Pilastru I tal-Ftehim tal-OECD/G20 għandu jintuża bħala riżorsi proprji kemm jista’ jkun malajr sabiex il-baġit tal-Unjoni jikber, jipprovdi biżżejjed finanzjament għall-Fond Soċjali għall-Klima, ikopri l-kostijiet tas-self kif minqux fid-[Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom .../... li temenda d-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea] u li jipprevjeni tnaqqis sostanzjali li kapaċi jfixkel il-programmi tal-Unjoni fil-QFP tal-futur; jissottolinja li r-riżorsi proprji ġodda bbażati fuq l-ETS, is-CBAM u l-Pilastru I tal-OECD aktarx li ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw sistema robusta ta’ riżorsi proprji tal-UE;

4. Jenfasizza li l-implimentazzjoni effettiva tar-riżorsi proprji msemmija hawn fuq mhijiex garantita; jissottolinja b’mod partikolari li l-implimentazzjoni tal-Pilastru I tal-Ftehim tal-OECD/G20 tirrikjedi l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi, liema parteċipazzjoni mhijiex ċerta; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta regolarment il-progress tal-implimentazzjoni tar-riżorsi proprji kollha u b’mod partikolari tal-Pilastru I tal-OECD; f’każ li dan ma jseħħx, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal imposta diġitali tal-UE;

5. Jisħaq, għalhekk, li fil-każ fejn ir-riżorsi proprji akkwistati ma jissodisfawx l-aspettattivi biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-baġit tal-Unjoni u l-obbligi ta’ rkupru, tittieħed azzjoni, fil-forma ta’ proposti għal riżorsi proprji mtejba, ġodda jew mezzi oħra biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet;

6. Jenfasizza li d-dħul li ġej mir-riżorsi proprji klimatiċi u ambjentali tal-UE inevitabbilment se jonqos hekk kif l-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha jnaqqsu l-emissjonijiet u jiksbu livelli ogħla ta’ ċirkolarità; f’dan ir-rigward, jisħaq li l-Kummissjoni għandha tantiċipah dan u tipprevedi riżorsi proprji addizzjonali biex tpatti għal dan it-tnaqqis sabiex tipprovdi fluss stabbli, prevedibbli u dejjiemi ta’ riżorsi proprji tal-UE adatti biex jipprovdu għall-ħtiġijiet tal-Unjoni;

7.  Jitlob, għalhekk,  li jiġi introdott malajr kemm jista’ jkun it-tieni pakkett ta’ riżorsi proprji, li jista’ jinkludi inizjattivi bħat-Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji, riżorsa marbuta mal-proposta "L-Intrapriżi fl-Ewropa: Qafas għat-Tassazzjoni tal-Introjtu", kontribuzzjoni finanzjarja marbuta mas-settur korporattiv u bażi komuni ġdida għat-taxxa korporattiva, taxxa fuq il-kriptoassi, riżorsa proprja bbażata fuq ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija jew l-imposta ta’ solidarjetà għas-settur tal-fjuwils fossili;

8.  Ifakkar li r-riżorsa proprja mill-plastik ilha fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2021; huwa tal-fehma li implimentazzjoni aktar simplifikata tal-kontribut u estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tagħha jżidu l-effiċjenza tagħha u jikkontribwixxu b’mod aktar ċar għall-objettiv tat-tnaqqis tal-imballaġġ tal-plastik fl-UE; abbażi tal-ewwel data għall-2021, li l-Istati Membri għandhom jippreżentaw sa Lulju ta’ din is-sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport bi previżjonijiet aġġornati bbażati fuq din id-data, filwaqt li tqis il-metodoloġija riveduta għall-kalkolu tal-iskart tal-plastik u r-riċiklaġġ tiegħu;  jitlob li tiġi eżaminata l-possibbiltà li jiġu introdotti riżorsi proprji ġodda marbuta ma’ tipi ta’ skart għajr l-iskart mill-imballaġġ tal-plastik, li, fost l-oħrajn, jinċentivaw lill-Istati Membri biex iżidu l-proporzjon ta’ skart li jmur għall-irkupru tal-materjal u b’hekk jikkontribwixxu għall-objettiv ta’ ekonomija ċirkolari;

9. Ifakkar fl-impenji baġitarji tal-Unjoni għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-bijodiversità, ifakkar fis-simulazzjonijiet mir-rapport tan-NU tal-2022 dwar id-diskrepanza fl-adattament li juru li l-ispejjeż annwali medji tal-adattament għal kundizzjonijiet tal-għajxien ġodda minħabba t-tibdil fil-klima ttriplaw f’dawn l-aħħar snin; jiddispjaċih li mhuwiex possibbli li jiġi kkalkulat kemm mill-baġit tal-Unjoni jintefaq fuq l-adattament minħabba n-nuqqas ta’ metodoloġija u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima biex jiżviluppaw waħda; jiddispjaċih li l-baġit tal-UE ta’ 1 % tal-kontribuzzjonijiet mill-ING tal-Istati Membri nqabeż, u li għal rispons adegwat għall-isfidi l-ġodda, ikunu meħtieġa kontribuzzjonijiet tal-ING ta’ aktar minn 5 %; minħabba din id-diskrepanza fil-finanzjament, iqis li huwa meħtieġ li jiġu introdotti aktar riżorsi proprji biex jappoġġjaw liċ-ċittadini tal-UE biex jagħmlu tranżizzjoni ekwa u soċjalment ġusta għan-newtralità klimatika, li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura;

10. Ifakkar li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) għandha tikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-bijodiversità u l-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni; jinnota li diversi Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza (NRRPs) jikkontribwixxu għall-bijodiversità u l-azzjoni klimatika iżda jinsisti li l-Istati Membri jużaw l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza aktar biex itejbu l-bijodiversità u l-azzjoni klimatika; jisħaq fuq ir-rilevanza tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza fid-dawl tar-rispett tal-prinċipju "la tagħmilx ħsara sinifikanti" definita fir-Regolament dwar it-Tassonomija u minquxa fir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; huwa tal-fehma li integrazzjoni ikbar tal-klima u tal-bijodiversità hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima, it-8 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 u fil-proposta għal Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura, u jemmen li l-indirizzar tat-tnaqqis tal-bijodiversità u r-restawr tal-ekosistemi b’mod partikolari, jistħoqqlu u jirrikjedi aktar finanzjament u integrazzjoni aktar rigoruża tal-bijodiversità fil-programmi kollha tal-UE, b’mod partikolari l-Politika Agrikola Komuni;

11. Jissottolinja l-ħtieġa li tkompli tittejjeb it-trasparenza tal-baġit tal-UE; huwa tal-fehma li t-trasparenza hija waħda mill-fatturi ewlenin biex tiżdied il-fiduċja tal-pubbliku fil-miżuri adottati;

Bgħatt ittra simili lil José Manuel FERNANDES u lil Valérie HAYER, korapporteurs tal-Kumitat BUDG għar-rapport fuq inizjattiva proprja "Ir-Riżorsi Proprji: Bidu ġdid għall-finanzi tal-UE. Bidu ġdid għall-Ewropa".

Għoddni tiegħek,

Pascal Canfin


 

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

17.4.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Pietro Bartolo, Olivier Chastel, David Cormand, Andor Deli, Pascal Durand, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Matteo Gazzini, Vlad Gheorghe, Valentino Grant, Valérie Hayer, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Hervé Juvin, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Pierre Larrouturou, Camilla Laureti, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Andrey Novakov, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna-Michelle Asimakopoulou, Elisabetta Gualmini, Francisco Guerreiro, Fabienne Keller, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jérémy Decerle, Elena Kountoura, Angelika Winzig, Željana Zovko

 


VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

28

+

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, José Manuel Fernandes, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa, Angelika Winzig, Željana Zovko

Renew

Olivier Chastel, Jérémy Decerle, Vlad Gheorghe, Valérie Hayer, Fabienne Keller, Nils Torvalds

S&D

Pietro Bartolo, Pascal Durand, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, Pierre Larrouturou, Camilla Laureti, Margarida Marques, Victor Negrescu

The Left

Elena Kountoura

Verts/ALE

Rasmus Andresen, David Cormand, Francisco Guerreiro, Nicolae Ştefănuță

 

5

-

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca

ID

Joachim Kuhs

NI

Andor Deli, Hervé Juvin

 

4

0

ID

Matteo Gazzini, Valentino Grant

PPE

Niclas Herbst, Monika Hohlmeier

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Mejju 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza