RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka

20.7.2023 - (08892/2023) – C9‑0186/2023 – 2023/0088(NLE)) - ***

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Cristian‑Silviu Buşoi
(Proċedura simplifikata – Artikolu 52(1) tar-Regoli ta’ Proċedura)

Proċedura : 2023/0088(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0242/2023
Testi mressqa :
A9-0242/2023
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna l-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka

(08892/2023) – C9-0186/2023 – 2023/0088(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (08892/2023),

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/591/KE tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka[1],

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0186/2023),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4), u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0242/2023),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-estensjoni tal-ftehim;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka.


NOTA SPJEGATTIVA

L-Unjoni Ewropea (l-UE) u l-Istati Uniti tal-Amerka (l-Istati Uniti) ilhom sħab strateġiċi fil-qasam tar-riċerka mill-1998. L-ewwel Ftehim bilaterali dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-5 ta’ Diċembru 1997 u daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ottubru 1998. Minn dak iż-żmien ’l hawn ġie mġedded erba’ darbiet, jiġifieri fl-2003, fl-2008, fl-2013 u fl-2018.

 

L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jistipula li “huwa konkluż għal perjodu inizjali ta’ ħames snin. Suġġett għar-reviżjoni mill-Partijiet fl-aħħar sena ta’ kull perjodu suċċessiv, il-Ftehim jista’ jiġi estiż, b’emendi possibbli, wara dan għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin bi ftehim komuni bil-miktub bejn il-Partijiet”. Il-Ftehim attwali jiskadi fl-14 ta’ Ottubru 2023. Iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw ix-xewqa tagħhom li jestendu l-Ftehim permezz ta’ skambju ta’ ittri, datati s-7 ta’ Novembru 2022 u t-13 ta’ Diċembru 2022. Fis-sustanza tiegħu, il-Ftehim estiż ser ikun identiku għall-Ftehim attwali.

 

Ir-relazzjoni tal-UE mal-Istati Uniti fil-qasam tax-Xjenza, tat-Teknoloġija u tal-Innovazzjoni (STI) hija ferm aktar b’saħħitha minn dik ma’ kwalunkwe pajjiż ieħor barra mill-Ewropa. Minn fost il-pajjiżi terzi mhux assoċjati, l-Istati Uniti kien bil-bosta l-pajjiż parteċipant fil-Programm “Orizzont 2020” l-aktar attiv. Din hija riflessjoni tar-relazzjoni speċjali fit-tul li ġiet żviluppata bejn l-UE u l-Istati Uniti, li għandha tkompli tapprofondixxi fil-futur.

 

Żieda fil-kooperazzjoni bejn iż-żewġ partijiet tista’ twassal għal tkabbir ekonomiku, ħolqien ta’ impjiegi u titjib tal-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku. L-isfidi globali jeżiġu soluzzjonijiet globali konġunti u għalhekk huwa importanti li l-UE u l-Istati Uniti jaħdmu flimkien mill-qrib.

 

Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, ir-Rapporteur jemmen li huwa fl-interess tal-Unjoni li testendi l-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka għal perjodu ġdid ta’ ħames snin.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-estensjoni tal-Ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka

Referenzi

08892/2023 – C9-0186/2023 – 2023/0088(NLE)

Data tal-konsultazzjoni jew tat-talba għal approvazzjoni

1.6.2023

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

1.6.2023

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Cristian-Silviu Buşoi

28.6.2023

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

28.6.2023

Data tal-adozzjoni

19.7.2023

 

 

 

Data tat-tressiq

20.7.2023

 

 

Aġġornata l-aħħar: 30 ta' Awwissu 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza