RAPPORT dwar il-ħatra proposta ta’ Katarína Kaszasová għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri
6.9.2023 - (C9‑0220/2023 – 2023/0804(NLE))
Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
Rapporteur: Petri Sarvamaa
PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-ħatra proposta ta’ Katarína Kaszasová għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri
(C9‑0220/2023 – 2023/0804(NLE))
(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 286(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9‑0220/2023),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 129 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0259/2023),
A. billi, bl-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra ta’ Katarína Kaszasová għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
B. billi l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu evalwa l-kwalifiki ta’ Katarína Kaszasová, b’mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 286(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; billi, fil-qafas ta’ din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva minn Katarína Kaszasová curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilha;
C. billi dan il-Kumitat imbagħad, fl-4 ta’ Settembru 2023, ipproċeda b’seduta ta’ smigħ ta’ Katarína Kaszasová, li matulha din għamlet stqarrija preliminari, u wara wieġbet għall-mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;
1. Jagħti opinjoni favorevoli dwar il-proposta tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Katarína Kaszasová għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti tal-Awdituri;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-awditjar tal-Istati Membri.
ANNESS 1: CURRICULUM VITÆ TA’ KATARÍNA KASZASOVÁ
ESPERJENZA TA’ XOGĦOL |
|
Sommarju |
Diriġent fil-qasam tal-finanzi pubbliċi u korporattivi, b’aktar minn 25 snin esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ standards professjonali tal-UE u globali; awditjar u konsulenza; tmexxija ta’ proġetti kumplessi ta’ ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fuq livell nazzjonali; ġestjoni tar-relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u organizzazzjonijiet professjonali.
Esperjenza soda fil-governanza korporattiva, fil-finanzi pubbliċi u korporattivi, fir-regolamentazzjoni u fis-sorveljanza tal-professjoni tal-awdiur, tal-kontabbiltà u tal-awditjar.
Mexxejja b’esperjenza ppruvata, li tat kontribut għall-ksib ta’ rappurtar tal-Istat materjalment imtejjeb kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak internazzjonali, kif ukoll tal-governanza mtejba u kontrolli interni mtejba fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.
Awditur statutarju b’liċenzja u awditur intern, membru sieħeb tal-Assoċjazzjoni tal-Kontabilisti Ċertifikati Reġistrati.
|
2020 - sal-lum |
Direttur Maniġerjali |
|
Awtorità tas-Sorveljanza tal-Awditjar (Úrad pre dohľad nad výkonom auditu), is-Slovakkja
L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-Awditjar (AOA) tissorvelja l-professjoni tal-awditjar fis-Slovakkja, inkluża s-sorveljanza tal-konformità mal-istandards internazzjonali dwar l-awditjar, il-kodiċi tal-etika u mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Awditjar Statutorju. Hija tissorvelja wkoll is-sistemi ta’ aċċertament tal-kwalità tad-ditti tal-awditjar, it-taħriġ kontinwu u l-proċedimenti dixxiplinari mwettqa mill-Kamra tal-Awdituri Slovakka. Minbarra kompiti u kompetenzi oħra, l-AOA torganizza wkoll eżamijiet tal-awdituri, toħroġ ċertifikati u liċenzji u tirreġistra awdituri statutarji u ditti tal-awditjar fis-Slovakkja (ara aktar fuq: www.udva.sk). Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti f’dan ir-rwol jinkludu: korp statutarju u eżekuttiv tal-AOA, responsabbli quddiem il-Bord u l-Bord Superviżorju, strateġija, baġit, riżultati finanzjarji, rapport annwali, pjanijiet għat-titjib tal-prestazzjoni u riżultati: spezzjonijiet tal-kwalità tal-awditjar, eżamijiet tal-awditjar, rappreżentazzjoni tal-AOA u r-Repubblika Slovakka fil-Forum Internazzjonali tar-Regolaturi Indipendenti tal-Awditjar (IFIAR) u fil-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar (CEAOB) u fil-korpi internazzjonali l-oħra f’laqgħat mal-Bord tas-Sorveljanza tal-Kontabbiltà tal-Kumpaniji Pubbliċi (PCAOB), relazzjonijiet ma’ regolaturi u korpi professjonali oħra (il-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika Slovakka, il-Bank Nazzjonali tas-Slovakkja, il-Kamra Slovakka tal-Awdituri); membru tal-Kumitat għall-Awditjar Governattiv u Intern.
Settur pubbliku/sorveljanza pubblika/awditjar
|
2016 - 2019 |
Kap tad-Diviżjoni tas-Segretarjat tal-Korpi ta’ Tmexxija |
Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Lussemburgu Il-BEI huwa l-fergħa tas-self tal-Unjoni Ewropea; huwa l-akbar istituzzjoni finanzjarja multilaterali fid-dinja u wieħed mill-akbar fornituri ta’ finanzjament għall-klima. Il-BEI jgħin l-ekonomija, joħloq l-impjiegi, jippromwovi l-ugwaljanza u jtejjeb il-ħajja għaċ-ċittadini tal-UE u għan-nies fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (ara aktar fuq: www.eib.org). Il-korpi statutarji tal-Bank (tliet korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u korp ta’ kontroll wieħed) huma: il-Bord tal-Gvernaturi (28 membru, normalment Ministri tal-Finanzi), il-Bord tad-Diretturi (29 membru, 9 sostituti u 6 esperti), il-Kumitat ta’ Tmexxija (President u 8 Viċi Presidenti), u il-Kumitat tal-Verifika (6 membri u 3 sostituti).
|
|
Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti f’dan ir-rwol jinkludu:
it-tmexxija ta’ tim ta’ 18-il professjonist responsabbli għall-organizzazzjoni xierqa tal-laqgħat tal-korpi statutarji tal-Bank (kalendarju, aġenda, dokumenti ta’ sostenn, pjanijiet ta’ ħidma, minuti u punti ta’ azzjoni, amministrazzjoni), il-fluss kostanti ta’ informazzjoni lejn u minn korpi governattivi u l-ġestjoni tar-relazzjonijiet ma’ membri ta’ korpi statutarji/governattivi; L-għoti ta’ konsulenza lill-Kumitat tal-Verifika u lil-livelli maniġerijali tal-Bank dwar suġġetti speċifiċi marbuta mal-aħjar prattiki bankarji, mar-regolamentazzjoni u mas-superviżjoni bankarja, inklużi l-affarijiet esterni u interni tal-awditjar kif applikabbli għall-Bank; it-tmexxija ta’ proġetti dwar it-titjib kontinwu tal-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u tal-oqfsa ta’ kontroll intern (inkluż id-diġitalizzazzjoni/l-għodod tal-IT) f’konformità mal-aħjar prattika bankarja.
Istituzzjoni Finanzjarja Internazzjonali/Korp tal-UE/governanza bankarja/korporattiva |
2013 – 2015 |
Bord tad-Diretturi – membru |
Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), il-Lussemburgu L-FEI huwa fornitur speċjalizzat ta’ finanzjament ta’ riskju għall-benefiċċju tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) madwar l-Ewropa; l-azzjonisti tiegħu huma l-BEI, l-UE rrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ firxa wiesgħa ta’ banek pubbliċi u privati u istituzzjonijiet finanzjarji (ara aktar fuq: www.eif.org). Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti f’dan ir-rwol jinkludu: |
|
rappreżentazzjoni tal-azzjonist maġġoritarju (bħala membru tal-Bord tal-BEI) fil-Bord tad-Diretturi tal-FEI. Il-Bord tad-Diretturi (li jikkonsisti minn 7 membri u 7 sostituti li jiġu nnominati minn azzjonisti ewlenin) huwa responsabbli, fost l-oħrajn, għall-approvazzjoni tal-operazzjonijiet tal-FEI, is-superviżjoni tal-Kap Eżekuttiv u l-iżgurar li l-FEI huwa ġestit f’konformità mad-dispożizzjoni tal-Istatuti u l-linji gwida u d-direttivi stabbiliti mill-Bord tad-Diretturi; il-Bord huwa responsabbli biss quddiem il-Laqgħa Ġenerali. |
|
Sħubija pubblika-privata (struttura azzjonarja li tikkombina investituri pubbliċi u privati)/fond
|
|
2012 – 2015 |
Bord tal-Awdituri – President/Viċi President |
Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), il-Lussemburgu Il-MES ġie stabbilit fl-2012 bħala istituzzjoni finanzjarja internazzjonali mill-Istati Membri taż-żona tal-euro biex jgħin lill-pajjiżi taż-żona tal-euro f’diffikultà finanzjarja serja; huwa parti mill-istrateġija tal-UE mfassla biex tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja fiż-żona tal-euro (ara aktar fuq: www.esm.europa.eu). Il-korpi governattivi tal-MES huma l-Bord tal-Gvernaturi u l-Bord tad-Diretturi; il-Bord tal-Awdituri huwa korp ta’ sorveljanza indipendenti tal-MES magħmul minn ħames membri maħtura mill-Bord tal-Gvernaturi.
|
|
Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti li joħorġu mill-parteċipazjoni fil-Bord tal-Awdituri u mill-presidenza tiegħu, jinkludu:
it-tħejjija u t-twettiq ta’ pjan ta’ ħidma annwali, it-twettiq ta’ awditi indipendenti, l-ispezzjoni tal-kontijiet tal-MES, l-awditjar tar-regolarità, tal-konformità, tal-prestazzjoni u tal-ġestjoni tar-riskju, il-monitoraġġ kif ukoll ir-rieżami tal-proċessi tal-awditjar intern u estern tal-MES u r-riżultati tagħhom, u il-preżentazzjoni tar-riżultati tal-ħidma lid-Direttur Maniġerjali tal-MES, lill-Bord tad-Diretturi u lill-Bord tal-Gvernaturi (Ministri tal-Finanzi). |
|
Istituzzjoni Finanzjarja Internazzjonali/korp tal-UE/awditjar
|
|
2008 - 2015 |
Bord - Viċi President Kumitat għall-ispezzjonijiet tal-kwalità tal-awditjar - President |
Awtorità tas-Sorveljanza tal-Awditjar (Úrad pre dohľad nad výkonom auditu), is-Slovakkja |
|
L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-Awditjar (AOA) tissorvelja l-professjoni tal-awditjar fis-Slovakkja, inkluża s-sorveljanza tal-konformità mal-istandards internazzjonali dwar l-awditjar, il-kodiċi tal-etika u d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Awdituri, l-Awditjar u s-Sorveljanza tal-Awditjar. Hija tissorvelja wkoll is-sistema ta’ aċċertament tal-kwalità tal-awditjar, it-taħriġ kontinwu u l-proċedimenti dixxiplinari mwettqa mill-Kamra tal-Awdituri Slovakka. Minbarra kompiti u kompetenzi oħra, l-AOA torganizza wkoll eżamijiet tal-awdituri, toħroġ ċertifikati u liċenzji u tirreġistra awdituri statutarji u ditti tal-awditjar fis-Slovakkja (ara aktar fuq: www.udva.sk). |
|
Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti f’dan ir-rwol jinkludu:
Bħala membru u Viċi President tal-Bord: il-ġestjoni strateġika tal-AOA, speċjalment l-implimentazzjoni tal-bidliet reċenti fil-leġiżlazzjoni tal-awditjar tal-UE. Il-Bord huwa magħmul minn ħames membri. Bħala President tal-Kumitat: it-tħejjija u t-twettiq tal-pjan annwali ta’ spezzjoni, inkluża l-għażla tal-entitajiet li għandhom jiġu spezzjonati abbażi tal-valutazzjoni tar-riskju, li jikkostitwixxu t-timijiet ta’ spezzjoni, il-valutazzjoni tas-sejbiet u, meta rilevanti, l-impożizzjoni ta’ miżuri korrettivi, inklużi multi. ir-rappreżentanza tal-AOA f’avvenimenti u f’konferenzi professjonali fuq livell nazzjonali u internazzjonali.
Settur pubbliku/sorveljanza pubblika/awditjar
|
|
2005 - 2015 |
Bord tad-Diretturi - membru |
Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Lussemburgu Il-BEI huwa l-fergħa tas-self tal-Unjoni Ewropea; l-akbar istituzzjoni finanzjarja multilaterali fid-dinja u wieħed mill-akbar fornituri ta’ finanzjament għall-klima. Il-BEI jgħin l-ekonomija, joħloq l-impjiegi, jippromwovi l-ugwaljanza u jtejjeb il-ħajja għaċ-ċittadini tal-UE u għan-nies fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (ara aktar fuq: www.eib.org). |
|
Ir-responsabbiltajiet u l-kompiti f’dan ir-rwol jinkludu:
ir-rappreżentanza tar-Repubblika Slovakka fil-Bord tad-Diretturi. Il-membri tal-Bord tad-Diretturi huma responsabbli fihom innifishom biss quddiem il-Bank. Jien kont it-tieni membru tal-Bord li ilu l-aktar fil-kariga. Il-Bord tad-Diretturi: o għandu s-setgħa unika li jieħu deċiżjonijiet fir-rigward ta’ kull self, garanzija u teħid b’self, o huwa responsabbli biex jiżgura li l-Bank jitmexxa kif xieraq, o jiżgura li l-Bank jiġi ġestit f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u tal-Istatut u mad-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Gvernaturi. ir-rappreżentazzjoni tal-Bord tal-BEI fil-Kumitat tal-Etika u l-Konformità, il-Kumitat tal-Politika tar-Riskju u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Governanza. |
|
Istituzzjoni Finanzjarja Internazzjonali/Korp tal-UE/governanza bankarja/korporattiva
|
|
2004 – 2015
|
Direttur Ġenerali tat-Taqsima tar-Rappurtar tal-Istat |
Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika Slovakka, is-Slovakkja |
|
Il-Ministeru tal-Finanzi huwa l-korp ċentrali tal-amministrazzjoni tal-Istat responsabbli għall-oqsma tal-finanzi, it-taxxi u d-drittijiet, id-dwana, il-kontroll finanzjarju, l-awditjar intern u l-awditjar tal-gvern. Il-Ministeru huwa wkoll il-korp ċentrali tal-amministrazzjoni tal-Istat responsabbli għall-informatizzazzjoni tas-soċjetà, il-koordinament tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-ipprezzar u l-kontroll tal-prezzijiet (ara aktar fuq: www.finance.gov.sk).
Ir-rappurtar direttament lil Ministru tal-Finanzi u/jew Segretarju tal-Istat fit-tmexxija tat-taqsima responsabbli għal:
l-istandards tal-kontabbiltà u tar-rappurtar tas-settur pubbliku, il-konsolidazzjoni tar-rapporti finanzjarji tas-settur pubbliku Slovakk f’konformità mal-istandards nazzjonali, l-Eurostat (l-istandards ESA 95/ESA 2010) u l-istandards tal-FMI. It-tmexxija tar-riforma tal-kontabbiltà tas-settur pubbliku fis-Slovakkja (il-migrazzjoni mill-kontabbiltà bbażata fuq il-flus kontanti lejn kontabbiltà fuq il-bażi tad-dovuti), li taffettwa eluf ta’ entitajiet tal-gvern ċentrali u lokali. id-dejn tal-Istat u l-ġestjoni strateġika tat-teżor tal-Istat, inklużi sistemi ta’ informazzjoni strateġika għall-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi. in-negozjati u l-amministrazzjoni ta’ self minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, l-amministrazzjoni ta’ garanziji mill-Istat, u operazzjonijiet oħra speċifiċi għall-Istat (eż. proġetti PPP), u għal negozjati u tilwim internazzjonali dwar it-trattati ta’ investiment.
|
|
Membru ta’ diversi gruppi ta’ ħidma interministerjali responsabbli għal tranżazzjonijiet speċifiċi tal-Istat.
Membru tal-Kunsill Slovakk tar-Riżoluzzjoni tal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (2015). Membru tal-Bord Superviżorju tal-Bank tal-Esportazzjoni u l-Importazzjoni tar-Repubblika Slovakka (2005 - 2010). Membru u President tal-Bord Superviżorju tad-Depożitorju Ċentrali tat-Titoli tar-Repubblika Slovakka (2004-2006) u membru tal-Bord f’diversi istituzzjonijiet finanzjarji (Bank Ewropew tal-Investiment, Fond Ewropew tal-Investiment, Bank Internazzjonali tal-Investiment u Bank Internazzjonali għall-Kooperazzjoni Ekonomika). |
|
Settur pubbliku/amministrazzjoni tal-Istat/ġestjoni tal-finanzi pubbliċi
|
|
2003 - 2004 |
Konsulent bħala professjonist individwali |
L-amministrazzjoni u l-koordinament tal-għotja tal-Bank Dinji għar-Riforma tal-Kontabbiltà u l-Awditjar fis-Slovakkja, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministeru tal-Finanzi. |
|
Settur privat/servizzi ta’ konsulenza
|
|
1995 - 2003 |
L-aħħar pożizzjoni okkupata: Maniġer tal-Awditjar |
KPMG Slovakia, is-Slovakkja |
|
Matul il-karriera tiegħi biex insir Maniġer tal-Awditjar, kont responsabbli għall-ippjanar u għat-tmexxija ta’ awditi esterni ta’ diversi kumpaniji tal-kummerċ u tal-produzzjoni. It-tħejjija ta’ rapporti għall-klijenti. Awditi finanzjarji tar-rapporti finanzjarji mħejjija f’konformità mal-GAAP Slovakk, l-IAS (IFRS) u standards nazzjonali oħra (GAAP tal-Istati Uniti). Il-parteċipazzjoni f’inkarigi ta’ diliġenza dovuta.
Il-ġestjoni ta’ relazzjonijiet ma’ kumpaniji żgħar sa kbar inkluż komunikazzjoni ta’ kuljum, negozjati ta’ kuntratti u preżentazzjoni tar-riżultati (relazzjonijiet mal-klijenti). It-taħriġ ta’ membri subalterni tad-dipartiment tal-awditjar.
Sekondar ta’ xahrejn fid-dipartiment tal-awditjar ta’ KPMG fi Brussell. |
|
Settur privat/servizzi ta’ awditjar u ta’ konsulenza
|
EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ |
|
2019
|
Finanzi strateġiċi Istitut Internazzjonali għall-Iżvilupp tal-Ġestjoni (International Institute for Management Development, IMD), Lausanne, l-Iżvizzera
|
|
2018 |
Istitut tal-Awdituri Interni (IIA) – membru (CIA) Awditur intern ċertifikat
|
|
2005 |
Kamra tal-Awdituri Slovakka – membru (CA) |
|
Awditur statutarju Slovakk b’liċenzja
|
|
|
2003 |
Assoċjazzjoni tal-Kontabilisti Ċertifikati Reġistrati – membru (FCCA) |
|
Kwalifika tal-kontabbiltà rikonoxxuta fuq livell internazzjonali
|
|
|
1993 - 1995 |
Lawrja ta’ master (Inġ.) |
|
Università tal-Ekonomija, Fakultà tal-Informatika Ekonomika, Bratislava, is-Slovakkja |
||
Kontabbiltà u awditjar
|
||
1988 - 1993 |
Lawrja ta’ master (Inġ.) |
|
Università Slovakka tat-Teknoloġija, Fakultà tat-Teknoloġija Kimika u Alimentari, Bratislava, is-Slovakkja |
||
Sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll fil-proċessi ta’ produzzjoni kimika |
ĦILIET PERSONALI |
|
Lingwa/i materna/i |
Slovakk |
||||
Lingwa/i oħra |
FEHIM |
TAĦDIT |
KITBA |
||
Smigħ |
Qari |
Taħdit interattiv |
Taħdit produttiv |
|
|
Ingliż |
C2 |
C2 |
C2 |
C2 |
C2 |
Franċiż |
B2 |
C1 |
C1 |
C1 |
B2 |
Kompetenzi diġitali |
AWTOVALUTAZZJONI |
|||||
Ipproċessar tal-informazzjoni |
Komunikazzjoni |
Ħolqien ta’ kontenut |
Sikurezza |
Riżoluzzjoni ta’ problemi |
||
|
Utent indipendenti |
Utent indipendenti |
Utent indipendenti |
Utent indipendenti |
Utent indipendenti |
|
Liċenzja tas-sewqan |
Liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B
|
INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI |
|
Pubblikazzjonijiet
|
Koawtriċi tal-manwal għall-universitajiet u l-professjonisti “Basics of Auditing” (li għandu jiġi ppubblikat mill-Università Comenius ta’ Bratislava f’Lulju 2023).
Membru tal-Grupp ta’ Persuni Għorrief dwar l-Isfidi li qed Tiffaċċja l-Unjoni Doganali stabbilit fl-2021 mill-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġi stimulat ħsieb mhux konvenzjonali fid-dibattitu tal-UE dwar il-futur tal-Unjoni Doganali; ir-rapport finali huwa disponibbli fuq https://taxation-customs.ec.europa.eu/system/files/2022-03/TAX-20-002-Future%20customs-REPORT_BIS_v5%20%28WEB%29.pdf)
Awtriċi u koawtriċi ta’ diversi artikli professjonali speċifiċi dwar ir-riforma tal-kontabbiltà tas-settur pubbliku fis-Slovakkja. Koawtriċi tal-manwal għall-kontabilisti u l-awdituri “Accounting, Reporting and Auditing in Central and Local Government” (ippubblikat minn Andra, 2011).
Koawtriċi tal-manwal għall-universitajiet u l-professjonisti “Auditing” (ippubblikat minn Súvaha, 2009).
Koawtriċi tat-traduzzjoni tal-IFAC 2003 Handbook of International Auditing, Assurance and Ethics Pronences for the Slovak Chamber of Auditors (bil-permess tal-IFAC) mil-lingwa Ingliża għal-lingwa Slovakka.
|
|
Membru tal-grupp ta’ ħarrieġa b’ħiliet avvanzati ħafna responsabbli għat-tfassil tal-kurrikulu l-ġdid tal-kontabbiltà u tal-awditjar fl-universitajiet Slovakki (l-applikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà/tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju u l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar). It-tħejjija ta’ manwali u studji tal-każijiet tal-awditjar għall-universitajiet Slovakki u l-għoti ta’ taħriġ lill-għalliema tal-universitajiet (fi proġett iffinanzjat mill-Bank Dinji u l-Aġenzija Kanadiża għall-Iżvilupp Internazzjonali).
|
Għoti ta’ lekċers Konferenzi Seminars
|
Għalliema tal-programm ta’ Finanzi u Kontabbiltà fil-Master of Science fil-ġestjoni tas-saħħa; Health Management Academy f’kooperazzjoni mal-Università Semmelweis; snin akkademiċi 2020/2021 u 2022/2023 (ara aktar fuq: https://www.hma.sk/master-of-science-in-healthcare-man).
Mentor tal-parteċipanti tal-Public Leadership Academy – talenti żgħażagħ mis-settur pubbliku (ara aktar fuq: https://www.publicacademy.sk/o-programe/); 2023
Lettriċi dwar diversi konferenzi u korsijiet għall-Kamra Slovakka tal-Awdituri (kontabbiltà u awditjar fis-settur pubbliku, sorveljanza pubblika tal-professjoni tal-awditjar).
Kelliema f’diversi konferenzi lokali u internazzjonali (eż. Centre for Financial Reporting Reform/Grupp tal-Bank Dinji: Improving Audit Quality in Western Balkans Countries (It-titjib tal-Kwalità tal-Awditjar fil-Pajjiżi tal-Balkani tal-Punent), fl-okkażjoni tal-laqgħa inawgurali tal-Forum Reġjonali għall-Aċċertament tal-Kwalità tal-Awditjar, Vjenna, Mejju 2023; fid-19-il Konferenza Ewropea dwar il-Governanza Korporattiva, Bratislava, Ottubru 2016; fil-Workshop tal-Kunsill Ġenerali tal-IFAC dwar suġġetti ta’ attwalità fil-ġestjoni u l-governanza finanzjarji tas-settur pubbliku, Cape Town, Novembru 2012; fis-seminar “The IPSASB in dialogue with users” (L-IPSASB jiddjaloga mal-utenti), Zurich, Ottubru 2008; fil-konferenza internazzjonali dwar il-kontabbiltà u l-awditjar organizzata mill-Bank Dinji f’Almaty, il-Każakistan, Ottubru 2007; fil-Kungress Dinji tal-Kontabilisti organizzat mill-IFAC f’Istanbul f’Novembru 2006; fil-workshops ta’ REPARIS dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Kontabbiltà u tal-Awditjar, Vjenna, Marzu 2006; eċċ.).
|
Onorifiċjenzi
|
Intervista ta’ profil ippubblikata fl-edizzjoni internazzjonali tar-rivista “Accounting and Business” f’Jannar 2023 (https://abmagazine.accaglobal.com/global/articles/2023/jan/interviews/a-very-velvet-revolution.html)
Maniġer tas-sena 2021 tar-rivista Trend
Intervista ta’ profil fuq ir-radju Slovakk/Pod pyramídou (https://www.rtvs.sk/radio/archiv/11436/1699564)
Intervista ta’ profil ippubblikata fl-edizzjoni internazzjonali tar-rivista “Accounting and Business” f’Mejju 2015
Premju ACCA għar-riżultati miksuba – 2014
|
Affiljazzjonijiet
|
Istitut tal-Awdituri Interni (Institute of Internal Auditors, IIA) Kamra Slovakka tal-Awdituri (SKAU) Assoċjazzjoni tal-Kontabilisti Ċertifikati Rreġistrati (ACCA)
|
ANNESS 2: TWEĠIBIET TA’ KATARÍNA KASZASOVÁ GĦALL-KWESTJONARJU
Esperjenza professjonali
1. Jekk jogħġbok elenka l-esperjenza professjonali tiegħek fil-finanzi pubbliċi, sew jekk hija fl-ippjanar baġitarju, fl-implimentazzjoni jew fil-ġestjoni tal-baġit, jew fil-kontroll jew l-awditjar tal-baġit.
L-esperjenza professjonali tiegħi fil-finanzi pubbliċi hija marbuta prinċipalment mal-karriera tiegħi fil-Ministeru tal-Finanzi (MoF) tar-Repubblika Slovakka (2005 – 2015) meta, bħala Direttur Ġenerali tat-taqsima tar-rapportar tal-Istat, kont mexxejt it-tim ta’ professjonisti li:
• ħejja l-Kont tal-Għeluq tal-Istat li informa lill-partijiet ikkonċernati fuq bażi annwali dwar id-defiċit u d-dejn tas-settur pubbliku Slovakk kif irrappurtat skont il-metodoloġija tal-UE (is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet, l-ESA) u li fih ukoll rappurtar ibbażat fuq il-flus kontanti dwar id-dħul u l-infiq tal-Istat (gvern ċentrali) meta mqabbel mal-baġits; ippreżentajna wkoll dan ir-rapport lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Slovakka;
• ipparteċipa b’mod attiv fir-Riforma tal-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi li kienet tinkludi, minbarra komponenti oħra, ir-Riforma tal-kontabbiltà u r-rappurtar tas-settur pubbliku, peress li mingħajr data rilevanti u affidabbli, il-baġit tal-Istat ma jistax jiġi ġestit kif xieraq. Ir-riforma kienet ibbażata fuq l-implimentazzjoni tal-prinċipji tad-dovuti u tal-konsolidazzjoni fil-kontabbiltà u r-rappurtar tas-setturi tal-gvern ċentrali u lokali (inkluża l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni derivata mill-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku – l-IPSAS), l-implimentazzjoni tas-sistema tal-IT ta’ konsolidazzjoni ċentrali, il-programmi edukattivi u t-taħriġ ta’ eluf ta’ kontabilisti tas-settur pubbliku;
• wara l-implimentazzjoni b’suċċess tar-riforma tal-kontabbiltà u r-rappurtar tas-settur pubbliku, ħejjejna fuq bażi annwali (1) ir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-gvern ċentrali, u (2) ir-rapporti finanzjarji aggregati magħmula mir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-gvern ċentrali, ir-rapporti finanzjarji konsolidati ta’ entitajiet tal-gvern lokali u entitajiet oħra tas-settur pubbliku;
• konna entitajiet suġġetti għal awditjar (1) mill-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tar-Repubblika Slovakka matul il-kontroll tiegħu tal-Kont tal-Għeluq tal-Istat, (2) mid-ditta tal-awditjar esterna indipendenti matul l-awditu tagħha tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-gvern ċentrali, u (3) mill-Eurostat u mill-Fond Monetarju Internazzjonali matul il-missjonijiet tagħhom li vverifikaw id-data rrappurtata dwar id-dejn statali u pubbliku, u d-defiċit (notifiki).
Matul l-istess perjodu, kont membru tal-Kumitat għall-ġestjoni tad-dejn u tal-likwidità li kien responsabbli għall-ġestjoni strateġika (tbassir, ibbaġitjar, monitoraġġ, rappurtar) tad-dejn tal-Istat u l-infiq tad-dejn tal-Istat, u kont membru tal-Kumitat għall-iżvilupp strateġiku tat-Teżor tal-Istat; iż-żewġ kumitati ġew stabbiliti mill-MoF.
Mill-2022, bħala rappreżentant tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-Awditjar (UDVA), jien membru tal-Kumitat għall-awditjar intern u governattiv, stabbilit mill-MoF, li huwa responsabbli għall-koordinament u għall-appoġġ metodoloġiku tal-awdituri interni fis-settur pubbliku u tal-awdituri governattivi.
F’termini tal-esperjenza fil-finanzi pubbliċi fil-livell tal-Unjoni Ewropea (UE), kont
• membru tal-Bord tad-Diretturi (2005 – 2015) tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), imsejjaħ ukoll il-“fergħa tas-self” tal-UE, li jappoġġa proġetti li jippromwovu l-prijoritajiet u l-objettivi tal-UE;
• membru u president tal-Bord tal-Awdituri (2012 – 2015) tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) li ġie stabbilit mill-Istati Membri taż-żona tal-euro biex ikunu jistgħu jevitaw u jegħlbu l-kriżijiet finanzjarji u jżommu l-istabbiltà finanzjarja u l-prosperità fit-tul.
2. X’inhuma l-aktar kisbiet sinifikanti li kellek matul il-karriera professjonali tiegħek?
Matul il-karriera professjonali tiegħi, għamilt ħafna kisbiet, anke bis-saħħa tat-timijiet tiegħi; fosthom nixtieq nenfasizza dan li ġej inkwantu rilevanti għall-missjoni u l-ħidma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA):
• it-tmexxija tal-implimentazzjoni b’suċċess tal-prinċipju tad-dovuti u l-prinċipji ta’ konsolidazzjoni fil-kontabbiltà u r-rappurtar tal-Istat u tas-settur pubbliku fis-Slovakkja; bis-saħħa ta’ din il-kisba s-Slovakkja kellha għad-dispożizzjoni tagħha informazzjoni rilevanti u ta’ kwalità għolja li hija kruċjali għal ġestjoni effettiva tal-finanzi pubbliċi; sirna sieħeb affidabbli ta’ diversi partijiet ikkonċernati (inklużi l-Eurostat, l-FMI, l-investituri mutwanti tal-Istat) u konna għajn ta’ ispirazzjoni u ta’ eżempju tal-aħjar prattika għal Stati Membri oħra tal-UE kif ukoll għal dawk barra mill-UE;
• il-parteċipazzjoni fl-adozzjoni b’suċċess tal-munita tal-euro mis-Slovakkja; kien proċess twil u kumpless, madankollu mingħajr rappurtar korrett u affidabbli dwar l-ilħuq tal-kriterji ta’ konverġenza, inkluża data dwar id-dejn u d-defiċit tal-Istat (kif ikkalkulat mit-tim tal-MoF tiegħi li ġie vverifikat bir-reqqa mill-Eurostat), is-sħubija fiż-żona tal-euro ma kinitx tkun possibbli;
• il-parteċipazzjoni fir-riforma b’suċċess tal-finanzi tal-kontabbiltà u l-awditjar immexxija mill-Bank Dinji; dan inkluda l-implimentazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS), l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISA) u l-Kodiċi ta’ Etika (IFAC) fil-leġiżlazzjoni Slovakka u permezz ta’ prattiki nazzjonali tal-kontabbiltà u tal-awditjar;
• l-implimentazzjoni tas-sorveljanza pubblika tal-professjoni tal-awditjar kemm fil-livell tal-MoF (it-tħejjija tal-leġiżlazzjoni) kif ukoll fil-livell eżekuttiv (il-ġestjoni tal-UDVA);
• il-ħatra tiegħi fil-Bord tal-Awdituri fil-bidu tal-eżistenza tal-MES (rwol ta’ espert),
• għandi liċenzja bħala awditur statutarju Slovakk (CA), liċenzja bħal awditur intern (CIA), jien menbru tal-Assoċjazzjoni tal-Kontabilisti Ċertifikati Reġistrati (FCCA); qdejt diversi inkarigi ta’ lettriċi u kont awtriċi ta’ pubblikazzjonijiet fil-qasam tal-kontabbiltà, tal-ġestjoni tal-finanzi u tal-awditjar;
• kelli l-unur nirċievi il-Premju ta’ Maniġer tas-Sena 2021 mir-rivista Trend u l-Premju ACCA għar-riżultati miksuba fl-2012.
3. X’esperjenza professjonali għandek ta’ organizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet multikulturali u multilingwi internazzjonali bbażati barra pajjiżek?
Ksibt l-esperjenza professjonali bikrija tiegħi ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali multikulturali u multilingwi u ma’ istituzzjonijiet ibbażati barra s-Slovakkja filwaqt li:
• ħdimt ma’ KPMG Slovakia, membru tan-network internazzjonali tal-awditjar; barra minn hekk, qattajt xahrejn f’sekondar ma’ KPMG Belgium;
• matul il-ħidma tiegħi fl-MoF, meta (1) irrappreżentajt lis-Slovakkja fil-Bord tad-Diretturi tal-BEI, (2) irrappreżentajt lill-BEI fil-Bord tad-Diretturi tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), (3) mexxejt il-Bord tal-Awdituri tal-MES, (4) ikkollaborajt regolarment mal-Eurostat dwar in-notifiki, il-konsultazzjonijiet dwar il-metodoloġija dwar kif għandhom jiġu rrappurtati l-operazzjonijiet speċifiċi (PPP, superdividendi, eċċ.) u dwar il-bidliet fil-metodoloġija tal-ESA;
• waqt li kont ngħix il-Lussemburgu u naħdem mas-Segretarjat Ġenerali tal-BEI; kont qed immexxi t-tim ta’ membri tal-persunal b’diversi nazzjonalitajiet responsabbli, fost affarijiet oħra, għall-operat kontinwu tal-korpi statutarji/governattivi kollha tal-BEI (il-Bord tal-Gvernaturi, il-Bord tad-Diretturi, il-Kumitat ta’ Tmexxija u l-Kumitat tal-Verifika; il-Kumitat tal-Investiment tal-FEIS);
• mexxejt l-UDVA bħala d-Direttur Maniġerjali tiegħu, li jikkoopera regolarment ma’ korpi ta’ sorveljanza fl-UE (il-Kumitat ta’ Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar; CEAOB) u fid-dinja kollha (il-Forum Internazzjonali tar-Regolaturi Indipendenti tal-Awditjar; IFIAR).
4. Ingħatajt kwittanza għad-dmirijiet ta’ ġestjoni li kont twettaq qabel, jekk tapplika proċedura bħal din?
Le, mhux applikabbli minħabba li proċedura bħal din ma kienet tapplika fl-ebda punt matul il-karriera tiegħi.
5. Liema mill-karigi professjonali preċedenti tiegħek kienu r-riżultat ta’ nomina politika?
Qatt ma kelli pożizzjoni li kienet riżultat ta’ nomina politika diretta. Madankollu, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni għall-pożizzjonijiet li ġejjin għal eżami aktar bir-reqqa:
• membru tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI): f’konformità mal-istatuti tal-BEI, inħtart mill-Bord tal-Gvernaturi tal-BEI wara proposta tal-Ministru tal-Finanzi tar-Repubblika Slovakka; il-Bord tal-Gvernaturi huwa magħmul minn ministri maħtura mill-Istati Membri;
• membru tal-Bord tal-Awdituri tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES): f’konformità mal-liġijiet amministrattivi tal-MES, inħtart mill-Bord tal-Gvernaturi tal-MES fuq proposta tal-President tal-Bord tal-Gvernaturi; il-Bord tal-Gvernaturi huwa magħmul minn rappreżentanti tal-gvern tal-azzjonisti tal-MES responsabbli għall-finanzi;
• il-pożizzjoni ta’ Direttur Maniġerjali tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Awditjar (UDVA): f’konformità mal-Att dwar l-Awditjar Statutarju (Nru 423/2015) inħtart mill-Ministru tal-Finanzi Slovakk wara l-għażla u proposta ppreżentata mill-Bord tal-UDVA.
6. X’inhuma t-tliet deċiżjonijiet l-aktar importanti li kont parti minnhom fil-ħajja professjonali tiegħek?
It-tliet deċiżjonijiet l-aktar importanti li kont parti minnhom fil-ħajja professjonali tiegħi huma marbuta mill-qrib ma’ deċiżjonijiet ewlenin dwar l-iżvilupp tal-karriera tiegħi; kif deskritt fid-dettall hawn fuq, dawn ikkontribwew għal kisbiet sinifikanti, kemm nazzjonali/istituzzjonali kif ukoll personali. Dawn huma:
• meta tlaqt minn KPMG Slovakia u dħalt fil-Ministeru għall-Finanzi: il-bidla mill-kontabbiltà korporattiva u l-awditjar estern għall-amministrazzjoni pubblika wasslet għall-parteċipazzjoni attiva u l-kontribut tiegħi għal żieda fil-kwalità, l-effettività u l-affidabbiltà tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fis-Slovakkja (inkluża t-tranżizzjoni mill-kontabbiltà tas-settur pubbliku bbażata fuq il-flus kontanti u r-rappurtar għal bażi tad-dovuti; awditu estern ta’ rapporti finanzjarji konsolidati tal-gvern ċentrali, adozzjoni b’suċċess tal-munita tal-euro, eċċ.);
• meta tlaqt mill-Ministeru għall-Finanzi u dħalt fil-BEI: il-fatt li ttrasferejt ruħi mis-Slovakkja għal-Lussemburgu aġevola l-ħidma ta’ kuljum tiegħi biex nappoġġa lill-UE u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE (eż. il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, l-FEIS; il-Patt Ekoloġiku Ewropew – azzjoni klimatika u sostenibbiltà ambjentali; mandati ta’ self estern, eċċ.) fil-BEI, li huwa istituzzjoni Ewropea multikulturali u multilingwi, u li ngħix barra mill-pajjiż;
• meta tlaqt mill-BEI u dħalt fl-UDVA: ir-ritorn fis-Slovakkja ppermettieli nikkontribwixxi għaż-żieda fil-kwalità u fl-affidabbiltà tal-kontabbiltà korporattiva u r-rappurtar fis-Slovakkja bl-implimentazzjoni tas-sorveljanza pubblika tal-professjoni tal-awditjar, u billi naħdem fuq l-adozzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà (CSRD). L-UDVA għandha relazzjonijiet mal-awtoritajiet regolatorji u ta’ kontroll nazzjonali l-oħra (inklużi l-Bank Nazzjonali, l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar, l-Ministeru għall-Finanzi, il-Kamra tal-Awdituri). Għaldaqstant, kelli l-opportunità li nżomm ruħi aġġornata dwar l-affarijiet tas-settur pubbliku, kif ukoll li ninvesti l-ħin, l-enerġija u l-għarfien tiegħi fl-edukazzjoni u t-tisħiħ tal-finanzi u l-awditjar kemm ta’ professjonijiet tas-settur privat kif ukoll ta’ dak pubbliku.
Indipendenza
7. It-Trattat jistabbilixxi li l-Membri tal-Qorti tal-Awdituri għandhom jaqdu dmirijiethom “f’indipendenza sħiħa”. Kieku inti kif twettaq dan l-obbligu fil-qadi tad-dmirijiet futuri tiegħek?
L-Artikoli 285 u 286 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxu b’mod ċar: “...Il-membri tagħha għandhom jaqdu dmirijiethom f' indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni. … Għandhom joffru kull garanzija ta’ indipendenza.”
Il-Membri tal-QEA huma soġġetti għal Kodiċi ta’ Kondotta li jistabbilixxi l-obbligu tagħhom li josservaw il-prinċipji etiċi li ġejjin: l-integrità, l-indipendenza, l-oġġettività, il-kompetenza, l-imġiba professjonali, il-kunfidenzjalità, it-trasparenza, id-dinjità, l-impenn, il-lealtà, id-diskrezzjoni u l-kolleġġjalità; il-QEA, bħala awditur estern indipendenti tal-finanzi pubbliċi, tapprova r-rekwiżiti stabbiliti fil-Kodiċi ta’ Etika tal-INTOSAI (ISSAI 130) u inkludiethom fl-ewwel parti tal-linji gwida etiċi tagħha, li huma applikabbli għall-Membri u l-persunal kollu tal-QEA.
Il-qafas kunċettwali applikabbli għall-professjoni tal-awditjar jgħid li l-indipendenza tinkludi l-indipendenza tal-moħħ (l-indipendenza fil-fatt) u l-indipendenza fid-dehra.
Filwaqt li ninnota li rrid, u dejjem se, nikkonforma mal-Kodiċi ta’ Etika għall-Kontabilisti Professjonali (maħruġ mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti; IFAC[1]) bħala l-awditur estern ċertifikat u bl-indipendenza u l-oġġettività tal-Istandard 1100 (maħruġ mill-Istitut tal-Awdituri Interni, IIA[2]) bħala awditur intern ċertifikat, l-obbligu li naqdi dmirijieti “f’indipendenza sħiħa” mhuwiex kompletament ġdid għalija. Għalhekk, ma għandu jkun hemm l-ebda dubju li se naqdi dmirijieti f’konformità sħiħa mar-regoli u mar-regolamenti rilevanti peress li dan diġà kien il-każ matul il-karriera professjonali tiegħi.
Jekk jinqala’ xi kunflitt ta’ interess, kemm jekk reali, potenzjali jew evidenti,
• infittex minnufih il-parir tal-Kumitat tal-Etika tal-QEA dwar kwalunkwe kwistjoni etika;
• nirrapporta minnufih bil-miktub lill-President tal-QEA u lid-Dekan rilevanti kwalunkwe influwenza mhux xierqa perċepita fuq l-indipendenza tiegħi jew theddida għaliha;
• insegwi inkundizzjonatament kwalunkwe deċiżjoni meħuda.
8. Inti detentur jew il-qraba mill-qrib tiegħek (ġenituri, aħwa, sieħeb/sieħba legali u wlied) huma detenturi ta’ parteċipazzjonijiet finanzjarji jew f’kumpanija, jew xi impenji oħra, li jistgħu jidħlu f’kunflitt mad-dmirijiet futuri tiegħek?
Le, l-ebda.
9. Lesta tikkomunika l-interessi finanzjarji tiegħek kollha u impenji oħra lill-President tal-Qorti, u li tagħmilhom pubbliċi?
Iva, lesta li nikkomunika l-informazzjoni kollha msemmija hawn fuq u l-informazzjoni meħtieġa.
Bħala Direttur Maniġerjali tal-UDVA, jien ikklassifikata bħala “uffiċjal pubbliku” u għalhekk l-interessi finanzjarji, il-proprjetà, ir-remunerazzjonijiet u l-impenji tiegħi, inklużi dawk tal-konjuġi tiegħi, ġew ikkomunikati kull sena fuq is-sit web tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka, f’konformità mal-Liġi Kostituzzjonali Nru 357/2004.[3]
10. Inti involuta f’xi proċedimenti ġudizzjarji li għaddejjin bħalissa? Jekk iva, jekk jogħġbok agħtina d-dettalji.
Le, ma naf bl-ebda proċediment ġudizzjarju li nista’ nkun involuta fih.
11. Għandek xi rwol attiv jew eżekuttiv fil-politika? Jekk iva, f’liema livell? Okkupajt xi kariga politika f’dawn l-aħħar 18-il xahar? Jekk iva, jekk jogħġbok agħtina d-dettalji.
Le, qatt ma kelli rwol (la attiv u lanqas eżekuttiv) fil-politika.
12. Disposta tirtira minn kwalunkwe kariga li ġejt eletta fiha jew titlaq kull funzjoni attiva b’responsabbiltajiet f’partit politiku jekk tinħatar Membru tal-Qorti?
Mhux applikabbli. Jekk jogħġbok irreferi għall-mistoqsija 11.
13. Kif taġixxi quddiem irregolarità gravi jew saħansitra każ ta’ frodi u/jew korruzzjoni li jinvolvi persuni fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħek?
Minkejja li l-QEA ma għandhiex il-mandat li tinvestiga każijiet ta’ suspett ta’ frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-UE, hija tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-frodi fir-rigward tal-baġit tal-UE billi twettaq awditi ddedikati ta’ sistemi għall-prevenzjoni jew l-identifikazzjoni tal-frodi. Ir-riskji ta’ frodi jiġu analizzati wkoll bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju u jiġu kkunsidrati matul il-proċess tal-awditjar. Il-QEA toħroġ ukoll opinjonijiet dwar proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal leġiżlazzjoni ġdida jew riveduta dwar kwistjonijiet relatati mal-frodi.
Il-QEA, bħala l-awditur estern indipendenti tal-UE, tħares l-interessi tal-kontribwenti kollha tal-UE. Din hija raġuni għaliex anke l-Membri tal-QEA jeħtieġ li jaġixxu bl-istess indipendenza, imparzjalità, oġġettività, u professjonalità fil-qadi ta’ dmirijiethom. Għalhekk, kwalunkwe każ ta’ irregolarità, frodi u/jew korruzzjoni jrid jiġi ttrattat bl-istess mod, indipendentement min-nazzjonalità tal-persuni involuti u/jew tal-istat ta’ oriġini tal-Membru tal-QEA.
Jekk titressaq għall-attenzjoni tiegħi irregolarità, frodi jew korruzzjoni gravi, insegwi l-proċeduri standard tal-QEA, inklużi l-valutazzjoni u r-rappurtar ta’ suspett ta’ frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) kif xieraq.
Qadi tad-dmirijiet
14. X’għandhom ikunu l-karatteristiċi ewlenin ta’ kultura ta’ ġestjoni finanzjarja tajba fi kwalunkwe servizz pubbliku? Kif tista’ l-QEA tgħin biex issaħħaħha?
Il-ġestjoni finanzjarja pubblika tirreferi għall-ġbir, il-ġestjoni u n-nefqa tal-finanzi pubbliċi fl-ekonomija kollha. L-għan ewlieni tal-ġestjoni finanzjarja pubblika huwa li ttejjeb il-ħajja taċ-ċittadini permezz ta’ ġestjoni aħjar tal-flus pubbliċi. Huma essenzjali proċessi u sistemi b’saħħithom ta’ ġestjoni finanzjarja pubblika għat-twassil effettiv u effiċjenti tas-servizzi pubbliċi, għat-trasparenza tal-finanzi pubbliċi u għall-fiduċja bejn il-gvern u ċ-ċittadini[4].
Il-baġit tal-UE għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ ġestjoni finanzjarja tajba; skont il-Kapitolu 7 u, b’mod speċifiku, l-Artikolu 33 tar-Regolament Finanzjarju, il-kunċett ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jinkludi l-prinċipji “3E”, jiġifieri
• ekonomija (ir-riżorsi użati mill-entità suġġetta għal awditjar fit-twettiq tal-attivitajiet tagħha għandhom ikunu disponibbli fi żmien xieraq, fi kwantità u kwalità xierqa u bl-aħjar prezz),
• effiċjenza (l-aħjar relazzjoni bejn ir-riżorsi użati, l-attivitajiet imwettqa u l-ilħuq tal-objettivi), u
• effettività (il-punt sa fejn jintlaħqu l-objettivi segwiti permezz tal-attivitajiet imwettqa).
L-istess qafas huwa applikabbli għal kull servizz pubbliku. Għalhekk il-karatteristiċi ewlenin ta’ kultura ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jinkludu:
• orjentament strateġiku ċar u viżibbli fl-għoti ta’ servizzi pubbliċi, appoġġata minn objettivi/għanijiet SMART (speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u marbuta maż-żmien) u indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti, aċċettati, kredibbli, faċli u sodi;
• linja ta’ aġir adegwata mill-ogħla livell u struttura ta’ governanza;
• qafas ta’ kontroll intern effettiv u effiċjenti (ambjent ta’ kontroll, valutazzjoni tar-riskju, attivitajiet ta’ kontroll, informazzjoni u komunikazzjoni, monitoraġġ) li jiżgura l-legalità u r-regolarità tal-infiq tad-dħul kif ukoll il-ksib ta’ valur għall-flus;
• l-obbligu ta’ rendikont ta’ dawk inkarigati mill-governanza u t-trasparenza tal-proċessi kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
• l-effiċjenza bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni u l-governanza xierqa tad-data;
• aċċess pubbliku illimitat għar-riżultati finanzjarji u informazzjoni rilevanti oħra.
Il-QEA hija responsabbli biex tivverifika li l-infiq tal-baġit tal-UE huwa konformi mar-regoli stabbiliti għall-użu tiegħu. Barra minn hekk, tgħin biex tiġi infurzata ġestjoni finanzjarja tajba fis-servizzi pubbliċi permezz ta’ diversi awditi tal-prestazzjoni u analiżijiet panoramiċi; billi tidentifika r-riskji għal ġestjoni finanzjarja tajba (eż. il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li jiġġestixxu u jonfqu l-fondi tal-UE, l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, il-kwalità tad-data u l-informazzjoni, in-nuqqas ta’ valur miżjud tal-UE, eċċ.) u tifformula rakkomandazzjonijiet dwar x’jeħtieġ li jsir.
Dan ir-rwol jista’ jiġi infurzat billi jiġu mmirati l-oqsma u s-suġġetti li fihom l-awditi jistgħu jżidu l-aktar valur u jiżguraw l-akbar impatt mal-ħidma tal-QEA, eż., abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, inkluża valutazzjoni tal-kapaċità korrettiva tal-entitajiet suġġetti għal awditjar; analiżi tax-xejriet billi jiġu sfruttati aktar d-data u l-għodod tal-IT; aspettattivi tal-partijiet ikkonċernati ewlenin b’enfasi fuq l-għoti ta’ rapporti rilevanti u f’waqthom; bidla minn regoli ta’ eleġibbiltà għal aspetti bbażati fuq il-prestazzjoni għall-qasam ta’ politika ewlieni, eċċ.
15. Skont it-Trattat, il-Qorti għandha l-obbligu li tassisti lill-Parlament huwa u jeżerċita s-setgħat tiegħu ta’ kontroll fuq l-implimentazzjoni tal-baġit. Kieku inti kif tkompli ttejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Qorti u l-Parlament Ewropew (b’mod partikolari, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu) biex issaħħaħ sew is-sorveljanza pubblika fuq l-infiq ġenerali kif ukoll il-kosteffettività ta’ dak l-infiq?
Il-QEA tissottoponi għal awditjar prinċipalment lill-Kummissjoni Ewropea (KE) u lil korpi oħra tal-UE u tagħmel awditjar ukoll tal-ġbir u tal-infiq tal-fondi tal-UE fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi.
F’konformità mal-Artikolu 287 tat-TFUE, il-QEA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew (PE) dikjarazzjoni ta’ aċċertament dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Dawn l-awditi “rikorrenti” għandhom objettivi finanzjarji u tal-awditjar f’dik li hija konformità. Ix-xogħol tal-QEA jinkludi wkoll awditi tal-prestazzjoni rrappurtati f’rapporti speċjali, tħejjija ta’ rieżamijiet u ħruġ ta’ opinjonijiet. Dawn l-attivitajiet kollha jikkontribwixxu għas-sorveljanza pubblika tal-infiq ġenerali u l-valur għall-flus tiegħu minħabba li permezz tagħhom, il-QEA tagħti lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT) tal-Parlament Ewropew l-informazzjoni rilevanti meħtieġa għall-kwittanza lill-KE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit u għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-politiki tal-UE.
Għalhekk, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit huwa parti kkonċernata importanti tal-QEA. Il-kooperazzjoni bejn il-QEA u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew tinkludi l-involviment tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fl-ippjanar tax-xogħol tal-QEA billi tissuġġerixxi prijoritajiet u suġġetti speċifiċi, allinjament tal-ippjanar tal-awditjar mal-proċess leġiżlattiv mistenni, u preżentazzjonijiet regolari tar-rapporti tal-QEA flimkien ma’ kuntatti informali.
Huwa diffiċli għalija li nipproponi kif din il-kooperazzjoni tista’ titjieb aktar, fid-dawl tal-esperjenza personali pjuttost limitata tiegħi f’din il-kooperazzjoni. B’mod ġenerali, madankollu, il-kooperazzjoni bejn il-QEA u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tista’ tittejjeb f’termini ta’ proattività (kondiviżjoni u ssodisfar tal-aspettattivi filwaqt li tinżamm l-indipendenza), ta’ puntwalità (sinkronizzazzjoni tar-rapporti/rakkomandazzjonijiet tal-awditjar mal-kwittanza u l-proċess leġiżlattiv) u ta’ fiduċja fil-professjonalità tal-QEA (bl-evitar tal-mistoqsija “min jikkontrolla lill-kontrollur”?[5] li tpoġġi f’riskju l-kredibbiltà tal-QEA).
16. X’valur miżjud taħseb li jġib miegħu l-awditjar tal-prestazzjonijiet u s-sejbiet kif għandhom jiġu inkorporati fil-proċeduri ta’ ġestjoni?
Awditu tal-prestazzjoni huwa definit mill-ISSAI 3000 (l-Istandard tal-Awditjar tal-Prestazzjoni, INTOSAI) bħala “eżami indipendenti, oġġettiv u affidabbli ta’ jekk l-impriżi, is-sistemi, l-operazzjonijiet, il-programmi, l-attivitajiet jew l-organizzazzjonijiet tal-gvern humiex qed joperaw f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u/jew l-effettività u jekk hemmx lok għal titjib.”[6]
L-awditu tal-prestazzjoni huwa komplementari għall-awditi finanzjarji u tal-konformità peress li joffri perspettiva differenti dwar l-infiq fuq il-finanzi pubbliċi; il-valur miżjud tiegħu huwa f’valutazzjoni kumplessa dwar l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività tal-politiki u l-programmi implimentati u huwa meħtieġ għal dawk li jiddeċiedu dwar dawn il-politiki kif ukoll għal dawk li jimplimentawhom. L-objettiv tal-awditu huwa stabbilit fil-forma ta’ mistoqsija evalwattiva li l-awditu jrid iwieġeb; dan jipprovdi t-tweġiba għal mistoqsija dwar l-impatt tal-operazzjoni finanzjarja (infiq) fuq l-ilħuq tal-għanijiet mistennija, artikolata ta’ spiss ukoll f’termini mhux finanzjarji (eż. żieda fis-sodisfazzjon tal-kontribwenti, żieda fl-aċċessibbiltà ta’ ċerti servizzi pubbliċi, eċċ.).
L-awditi tal-prestazzjoni mwettqa mill-QEA, is-sejbiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom, huma għalhekk inputs u għodod importanti għall-ħolqien/ir-reviżjoni tal-politiki u għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-użu tal-flus tal-UE fil-futur. Dawn jikkontribwixxu biex tiżdied il-fiduċja f’dik li hija l-effettività tal-UE u l-fiduċja fil-prestazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE fl-interess pubbliku.
Huwa importanti li jiġi nnotat li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditi tal-prestazzjoni hija responsabbiltà tal-ġestjoni tal-entità suġġetta għal awditjar. Il-maniġment jistabbilixxi l-mod u ż-żmien tal-implimentazzjoni (eż. l-aġġornament tal-proċeduri interni, l-implimentazzjoni ta’ kontrolli interni addizzjonali, il-perjodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ). Għalhekk, ir-rakkomandazzjonijiet proposti mill-QEA għandhom ikunu jinftiehmu, fattibbli, prattiċi, kosteffettivi u fuq kollox utli. Xi drabi tista’ tiġi rrakkomandata bidla leġiżlattiva (u għalhekk barra mill-kontroll tal-parti suġġetta għal awditjar). Huwa għalhekk li l-komunikazzjoni f’waqtha tar-rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat CONT hija daqshekk importanti.
17. Kif tista’ tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Awdituri, l-istituzzjonijiet ta’ awditjar nazzjonali u l-Parlament Ewropew (il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit) rigward l-awditjar tal-baġit tal-UE?
F’konformità mal-Artikolu 287 tat-TFUE:• l-awditi tal-QEA fl-Istati Membri għandhom jitwettqu flimkien mal-korpi nazzjonali tal-awditjar;
• il-QEA u l-istituzzjonijiet nazzjonali tal-awditjar għandhom jikkooperaw fi spirtu ta’ fiduċja filwaqt li jżommu l-indipendenza tagħhom.
L-istrateġija 2021 – 2025 tal-QEA, fil-kapitolu “L-interazzjoni tagħna mal-partijiet ikkonċernati istituzzjonali”, tenfasizza dak li l-QEA tista’ u għandha tagħmel sabiex tintensifika aktar il-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati ewlenin. Skont kif nifhem is-sitwazzjoni attwali jien, il-kooperazzjoni bejn il-QEA u l-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (SAIs) taħt il-kappa tal-EUROSAI u l-Kumitat ta’ Kuntatt tinkludi skambji regolari ta’ informazzjoni u ta’ prattika tajba (kondiviżjoni tal-għarfien), kondiviżjoni ta’ pjanijiet u sejbiet tal-awditjar, sekondar ta’ esperti, rieżamijiet bejn il-pari, tagħlim reċiproku, u parteċipazzjoni f’konferenzi u workshops. Peress li madwar 80 % tal-baġit tal-UE huwa implimentat b’ġestjoni kondiviża, din il-kooperazzjoni tista’ tissaħħaħ aktar permezz ta’:• awditi konġunti/kooperattivi; fir-rispett tal-fatt li s-SAIs jikkonċentraw prinċipalment fuq l-awditjar tal-fondi nazzjonali, il-QEA tista’ tagħmel użu mill-kontrolli mwettqa minn awdituri oħra sabiex iżżid l-effiċjenza tal-proċess tal-awditjar;
• koordinament effikaċi u li jevita duplikazzjoni fil-futur.
Għall-kooperazzjoni bejn il-QEA u l-Kumitat CONT, jekk jogħġbok irreferi għall-mistoqsija 15.
18. Kieku inti kif tiżviluppa aktar ir-rapportar tal-QEA biex il-Parlament Ewropew jingħata kull informazzjoni meħtieġa dwar l-akkuratezza tad-data mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Ewropea?
Madwar 80 % tal-fondi tal-UE huma taħt reġim ta’ ġestjoni kondiviża. Dan ifisser li l-Istati Membri għandhom involviment dirett fil-ġestjoni ta’ dawn il-fondi. Il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-UE u għalhekk il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE jiddependu minn data f’waqtha, kompluta, konsistenti, affidabbli u ta’ kwalità aħjar. Hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru li jimplimenta tali sistemi ta’ kontroll li huma kapaċi jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji u jindikaw irregolaritajiet. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea (KE) tiddependi minn data preċiża pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tar-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, u l-QEA tiddependi minn din id-data fir-rigward tal-proċeduri tal-awditjar tagħha.
L-Istrateġija 2021 – 2025 tal-QEA, fl-Għan 1 (Isir titjib f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-arranġamenti tal-awditjar f’kull tip ta’ azzjoni li tittieħed mill-UE) tgħid li l-QEA se tuża l-mandat tagħha biex teżamina “[l]-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni u d-data rrappurtati mill-partijiet awditjati tagħna dwar l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE u l-ġestjoni finanzjarja tal-UE”.
Il-kwalità tad-data, inkluża l-akkuratezza, ipprovduta mill-Istati Membri ġiet ivvalutata fuq bażi regolari. Id-dgħufijiet, inklużi dawk relatati mas-sistemi ta’ monitoraġġ u rappurtar fil-livell tal-Istati Membri, kienu diġà ġew irrappurtati mill-QEA f’diversi rapporti, dikjarazzjonijiet ta’ aċċertament kif ukoll rapporti speċjali u rieżamijiet. Pereżempju, ir-Rapport Analitiku 04/2023 ippubblikat reċentement intitolat “Id-Diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE” jikkonkludi b’mod ċar li “...[d]-differenzi fil-governanza tad-data huma ostaklu ieħor: xi data essenzjali għadha mhijiex strutturata jew hija disponibbli direttament biss mingħand l-awtoritajiet maniġerjali jew il-benefiċjarji, u b’hekk mhijiex adatta għall-awditjar diġitali u l-analiżi komprensiva.”.
Il-QEA tista’ ssaħħaħ ir-rappurtar tagħha dwar l-akkuratezza tad-data pprovduta mill-Istati Membri lill-KE permezz ta’ analiżi bir-reqqa tal-kawżi ewlenin tad-dgħufija rrappurtata sabiex tipprovdi rakkomandazzjonijiet li se jikkontribwixxu għall-affidabbiltà u għar-robustezza tas-sistemi ta’ rapportar, l-interoperabbiltà, l-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tagħhom ta’ data maħżuna għall-ittestjar u b’hekk il-ġestjoni tal-fondi tal-UE kif ukoll l-awditjar tagħha jsiru aktar effettivi.
Mistoqsijiet oħra
19. Tirtira l-kandidatura tiegħek jekk l-opinjoni tal-Parlament dwar il-ħatra tiegħek għall-kariga ta’ Membru tal-Qorti ma tkunx favorevoli?
Iva, jekk il-plenarja tal-Parlament tesprimi opinjoni negattiva dwar il-ħatra tiegħi, nitlob lill-gvern Slovakk jirtira l-kandidatura tiegħi.
Nota:
sakemm ma ssirx referenza speċifika, l-informazzjoni użata fil-kwestjonarju ġejja minn sorsi pubbliċi tal-KE u tal-QEA.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Data tal-adozzjoni |
4.9.2023 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
24 0 0 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Caterina Chinnici, Carlos Coelho, Corina Crețu, Daniel Freund, Isabel García Muñoz, Monika Hohlmeier, Jean-François Jalkh, Joachim Kuhs, Victor Negrescu, Petri Sarvamaa, Eleni Stavrou |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Bas Eickhout, Hannes Heide, Mikuláš Peksa, Michal Wiezik |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Attila Ara-Kovács, Karolin Braunsberger-Reinhold, Andrzej Halicki, Michiel Hoogeveen, Eugen Jurzyca, Anne-Sophie Pelletier, Christine Schneider, Helmut Scholz, Alexandr Vondra |
- [1] https://www.ifac.org/_flysystem/azure-private/publications/files/Code-of-Ethics_July_2009_FINAL_02_23_10.pdf
- [2] https://www.theiia.org/en/content/guidance/recommended/implementation/1100-independence-and-objectivity/
- [3] https://www.nrsr.sk/web/Default.aspx?sid=oznamenia_funkcionarov
- [4] https://www.ifac.org/knowledge-gateway/contributing-global-economy/discussion/showcasing-good-public-financial-management#:~:text=Public%20financial%20management%20refers%20to,better%20management%20of%20public%20money
- [5] S&D Group votes to postpone the European Court of Auditors’ 2020 discharge to October (Il-Grupp S&D jivvota biex jipposponi l-kwittanza tal-2020 tal-Qorti Ewropea għal Ottubru) | Soċjalisti u Demokratiċi (socialistsanddemocrats.eu)
- [6] https://www.issai.org/wp-content/uploads/2019/08/ISSAI-3000-Performance-Audit-Standard.pdf