RAPPORT dwar emendi tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament bl-għan li jissaħħu l-integrità, l-indipendenza u r-responsabbiltà

8.9.2023 - (2023/2095(REG))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Gabriele Bischoff


Proċedura : 2023/2095(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0262/2023
Testi mressqa :
A9-0262/2023
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar emendi tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament bl-għan li jissaħħu l-integrità, l-indipendenza u r-responsabbiltà

(2023/2095(REG))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu bid-data tal-9 ta’ Marzu 2023,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 236 u 237 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9‑0262/2023),

1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2. Jiddeċiedi li l-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2023; jiddeċiedi li l-emendi li jagħtu s-setgħa lill-Bureau u lill-Kwesturi biex jadottaw miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom madankollu japplikaw mid-data li fiha tiġi adottata din id-Deċiżjoni;

3. Jiddeċiedi li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi mressqa abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli tal Proċedura fis-seħħ fid-data li fiha tiġi adottata din id-Deċiżjoni jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2023;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.

 

Emenda  1

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 11

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

Interessi finanzjarji tal-Membri u Reġistru ta’ trasparenza

Regoli ta’ kondotta rigward l-integrità u t-trasparenza

1. Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza tal-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu fil-forma ta’ Kodiċi ta’ Kondotta adottat mill-maġġoranza tal-Membri tiegħu, u mehmuż ma’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura bħala anness5.

1. Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli ta’ kondotta rigward l-integrità u t-trasparenza fil-forma ta’ Kodiċi ta’ Kondotta, adottat mill-maġġoranza tal-Membri tiegħu, u mehmuż ma’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura bħala anness5.

Dawk ir-regoli m’għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.

Dawk ir-regoli m’għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.

2. Il-Membri għandhom jadottaw il-prattika sistematika li jiltaqgħu biss ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li huma rreġistrati fir-reġistru ta’ trasparenza stabbilit permezz tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar reġistru obbligatorju ta’ trasparenza6.

 

3. Il-Membri għandhom jippublikaw online il-laqgħat skedati kollha ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jidħlu fl-ambitu tal-Ftehim Interistituzzjonali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(6) tal-Anness I, ir-rapporteurs, ix-shadow rapporteurs u l-presidenti tal-kumitati għandhom, għal kull rapport, jippubblikaw online il-laqgħat skedati kollha ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jidħlu fl-ambitu tal-Ftehim Interistituzzjonali. Il-Bureau għandu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq is-sit web tal-Parlament.

 

4. Il-Bureau għandu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-paġna web tal-Membri fuq il-websajt tal-Parlament għal dawk il-Membri li jixtiequ jippubblikaw awditjar volontarju jew konferma, kif previst fir-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, li l-użu minnhom tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali jikkonforma mar-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

4. Il-Bureau għandu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq il-paġna web tal-Membri fuq is-sit web tal-Parlament għal dawk il-Membri li jixtiequ jippubblikaw awditjar volontarju jew konferma, kif previst fir-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu, li l-użu minnhom tal-Allowance għall-Ispejjeż Ġenerali jikkonforma mar-regoli applikabbli tal-Istatut tal-Membri u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu.

5. Dawn ir-regoli m’għandhomx joħolqu preġudizzju jew restrizzjoni bi kwalunkwe mod ieħor għall-Membri fl-eżerċizzju tal-mandat tagħhom jew fi kwalunkwe attività politika jew attività oħra relatata.

 

6. Il-kodiċi ta’ kondotta u d-drittijiet u l-privileġġi ta’ ex Membri għandhom jiġu stabbiliti b’deċiżjoni tal-Bureau. M’għandhiex issir distinzjoni fit-trattament ta’ ex Membri.

6. Il-kodiċi ta’ kondotta rigward l-integrità u t-trasparenza għal ex Membri għandhom jiġu stabbiliti b’deċiżjoni tal-Bureau.

__________

__________

5 Ara l-Anness I.

5 Ara l-Anness I.

6 Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Mejju 2021 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar reġistru ta’ trasparenza obbligatorju (ĠU L 207, 11.6.2021, p. 1).

 

Emenda  2

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 35

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 35

Artikolu 35

Intergruppi

Intergruppi

1. Membri individwali jistgħu jiffurmaw Intergruppi, jew gruppi mhux uffiċjali oħrajn ta’ Membri, bl-iskop li jiġu organizzati skambji informali ta’ fehmiet dwar kwistjonijiet speċifiċi, madwar il-gruppi politiċi differenti, bil-parteċipazzjoni ta’ membri ta’ kumitati parlamentari differenti, u bl-iskop li jiġi promoss il-kuntatt bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili.

1. Membri individwali jistgħu jiffurmaw intergruppi bl-iskop li jiġu organizzati skambji informali ta’ fehmiet dwar kwistjonijiet speċifiċi, madwar il-gruppi politiċi differenti, bil-parteċipazzjoni ta’ membri ta’ kumitati parlamentari differenti, u bl-iskop li jiġi promoss il-kuntatt bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili.

2. L-intergruppi kif ukoll gruppi oħra mhux uffiċjali għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m’għandhomx jinvolvu ruħhom f’kwalunkwe attività li tista’ tirriżulta f’konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Huma ma jistgħux jorganizzaw avvenimenti f’pajjiżi terzi li jikkoinċidu ma’ missjoni ta’ korp uffiċjali tal-Parlament, inkluża delegazzjoni uffiċjali għall-osservazzjoni ta’ elezzjonijiet.

2. L-intergruppi għandhom ikunu kompletament trasparenti fl-azzjonijiet tagħhom. Huma m’għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f’konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. B’mod partikolari, ma għandhomx jużaw l-isem jew il-logo tal-Parlament. Huma ma jistgħux jorganizzaw avvenimenti f’pajjiżi terzi li jikkoinċidu ma’ missjoni ta’ korp uffiċjali tal-Parlament, inkluża delegazzjoni uffiċjali għall-osservazzjoni ta’ elezzjonijiet.

3. Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw l-istabbiliment ta’ dawn il-gruppi jiġu rispettati, grupp politiku jista’ jiffaċilita l-attivitajiet ta’ tali gruppi billi jipprovdilhom appoġġ loġistiku.

3. Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw l-istabbiliment ta’ intergruppi jiġu rispettati, grupp politiku jista’ jiffaċilita l-attivitajiet ta’ tali gruppi billi jipprovdilhom appoġġ loġistiku.

4. L-intergruppi għandhom jiġu rikjesti jagħmlu dikjarazzjoni annwali dwar kwalunkwe appoġġ, sew fi flus kontanti u sew in natura (eż. assistenza fix-xogħol tas-segretarjat) li, kieku ġie offrut lill-Membri bħala individwi, kien ikollu jiġi ddikjarat taħt l-Anness I.

4. L-intergruppi għandhom jiġu rikjesti jagħmlu dikjarazzjoni annwali dwar kwalunkwe appoġġ, inkluż fi flus kontanti jew in natura li, kieku ġie offrut lill-Membri bħala individwi, kien ikollu jiġi ddikjarat taħt l-Anness I.

Gruppi mhux uffiċjali oħra għandhom ikunu wkoll meħtieġa jiddikjaraw, sa tmiem ix-xahar ta’ wara, kull appoġġ, kemm jekk ikun fi flus jew in natura, li l-Membri ma jkunux iddikjaraw individwalment b’mod konformi mal-obbligi tagħhom previsti fl-Anness I.

 

5. Ir-rappreżentanti ta’ interess li huma rreġistrati fir-Reġistru ta’ trasparenza biss jistgħu jipparteċipaw fl-intergrupp jew f’attivitajiet ta’ gruppi mhux uffiċjali oħra organizzati fil-bini tal-Parlament, pereżempju billi jattendu laqgħat jew avvenimenti tal-intergrupp jew grupp mhux uffiċjali ieħor, billi joffru appoġġ għalih, jew billi jospitaw l-avvenimenti tiegħu b’mod konġunt.

5. Ir-rappreżentanti ta’ interess jistgħu jipparteċipaw biss f’attivitajiet tal-intergrupp organizzati fil-bini tal-Parlament, pereżempju billi jattendu laqgħat jew avvenimenti tal-intergrupp, billi joffru appoġġ għalih, jew billi jospitaw l-avvenimenti tiegħu b’mod konġunt, jekk ikunu rreġistrati fir-reġistru tat-trasparenza.

 

6. Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament.

6. Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru pubbliku tal-intergruppi u tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4. Il-Bureau għandha tadotta regoli dettaljati dwar dak ir-reġistru u dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament.

7. Il-Kwesturi għandhom jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan l-Artikolu.

7. Il-Kwesturi għandhom jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan l-Artikolu.

 

7a. Fil-każ ta’ ksur ta’ din ir-Regola, il-Kwesturi jistgħu jimponu fuq l-intergrupp projbizzjoni fuq l-użu tal-faċilitajiet tal-Parlament għal perjodu li ma jistax imur lil hinn mill-bqija tal-leġiżlatura.

Emenda  3

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 35a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 35a

 

Gruppi mhux uffiċjali

 

1.  Membri individwali jistgħu jiffurmaw gruppi mhux uffiċjali bl-iskop li jiġu organizzati skambji informali ta’ fehmiet dwar kwistjonijiet speċifiċi, madwar il-gruppi politiċi differenti, bil-parteċipazzjoni ta’ membri ta’ kumitati parlamentari differenti, u bl-iskop li jiġi promoss il-kuntatt bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili.

 

2.  Il-gruppi mhux uffiċjali għandhom ikunu kompletament trasparenti fl-azzjonijiet tagħhom. Huma ma għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f’konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. B’mod partikolari, ma għandhomx jużaw l-isem jew il-logo tal-Parlament. Huma ma jistgħux jorganizzaw avvenimenti f’pajjiżi terzi li jikkoinċidu ma’ missjoni ta’ korp uffiċjali tal-Parlament, inkluża delegazzjoni uffiċjali għall-osservazzjoni ta’ elezzjonijiet. Il-membri li jipparteċipaw fi gruppi mhux uffiċjali għandhom jiżvelaw b’mod proattiv lill-interlokuturi esterni li qed jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala Membri individwali.

 

3.  Grupp politiku jista’ jiffaċilita l-attivitajiet ta’ gruppi mhux uffiċjali billi jipprovdilhom appoġġ loġistiku, ħlief fil-każ ta’ gruppi mhux uffiċjali relatati ma’ pajjiżi mhux tal-UE li għalihom teżisti delegazzjoni interparlamentari permanenti kif imsemmi fl-Artikolu 223.

 

Gruppi mhux uffiċjali relatati ma’ pajjiżi mhux tal-UE li għalihom teżisti delegazzjoni interparlamentari permanenti kif imsemmi fl-Artikolu 223 ma għandhom jibbenefikaw mill-ebda faċilità tal-Parlament għall-attivitajiet tagħhom.

 

Ir-relazzjoni mal-pajjiż mhux tal-UE tista’ tirriżulta mill-isem jew l-attivitajiet tal-grupp mhux uffiċjali.

 

4.  Gruppi mhux uffiċjali għandhom ikunu meħtieġa jiddikjaraw, sal-aħħar tax-xahar ta’ wara, kwalunkwe appoġġ, inkluż fi flus jew in natura. Fin-nuqqas ta’ tali dikjarazzjoni, il-President tal-grupp jew, jekk il-grupp ma jkollux President, kwalunkwe Membru li jipparteċipa fih għandu jiddikjara l-appoġġ fi żmien 10 ijiem tax-xogħol wara t-tmiem ta’ dik l-iskadenza.

 

5.  Ir-rappreżentanti ta’ interess jistgħu jipparteċipaw bissf’attivitajiet tal-grupp mhux uffiċjali organizzati fil-bini tal-Parlament, pereżempju billi jattendu laqgħat jew avvenimenti tal-grupp mhux uffiċjali, billi joffru appoġġ għalih, jew billi jospitaw l-avvenimenti tiegħu b’mod konġunt, jekk ikunu rreġistrati fir-reġistru tat-trasparenza.

 

6.  Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru pubbliku tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 u tal-gruppi mhux uffiċjali li ppreżentawhom. Il-Bureau għandha tadotta regoli dettaljati dwar dak ir-reġistru u dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u l-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit web tal-Parlament.

 

7.  Il-Kwesturi għandhom jiżguraw l-applikazzjoni effettiva ta’ dan l-Artikolu.

 

8.  Fil-każ ta’ ksur ta’ din ir-Regola, il-Kwesturi jistgħu jimponu fuq l-grupp mhux uffiċjali projbizzjoni fuq l-użu tal-faċilitajiet tal-Parlament għal perjodu li ma jistax imur lil hinn mill-bqija tal-leġiżlatura.

 

Emenda 4

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 123

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 123

Artikolu 123

Aċċess għall-Parlament

Aċċess għall-Parlament

1. Il-kards ta’ aċċess għall-Membri, l-assistenti tal-Membri u terzi persuni għandhom jinħarġu abbażi tar-regoli stabbiliti mill-Bureau. Dawk ir-regoli għandhom jirregolaw ukoll l-użu u l-irtirar ta’ kards ta’ access.

1. Il-kards ta’ aċċess għall-Membri, ex Membri, l-assistenti tal-Membri u terzi persuni għandhom jinħarġu abbażi tar-regoli stabbiliti mill-Bureau. Dawk ir-regoli għandhom jirregolaw ukoll l-użu u l-irtirar ta’ kards ta’ access.

2. Il-kards ma għandhomx jinħarġu lil individwi f’entourage ta’ Membru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar reġistru obbligatorju tat-trasparenza.

2. Il-kards ma għandhomx jinħarġu lil individwi f’entourage ta’ Membru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar reġistru obbligatorju tat-trasparenza.

3. L-entitajiet imdaħħla fir-reġistru ta’ trasparenza u r-rappreżentanti tagħhom li ngħataw kards għal aċċess fit-tul għall-Parlament Ewropew jeħtiġilhom josservaw:

3. L-entitajiet imdaħħla fir-reġistru ta’ trasparenza u r-rappreżentanti tagħhom li ngħataw kards għal aċċess fit-tul għall-Parlament Ewropew jeħtiġilhom josservaw:

- il-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reġistranti mehmuż mal-Ftehim Interistituzzjonali;

- il-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reġistranti mehmuż mal-Ftehim Interistituzzjonali;

- il-proċeduri u l-obbligi l-oħra stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali; kif ukoll

- il-proċeduri u l-obbligi l-oħra stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali; kif ukoll

- id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw dan l-Artikolu.

- id-dispożizzjonijiet li jimplimentaw dan l-Artikolu.

Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tar-regoli ġenerali li jirregolaw l-irtirar jew id-diżattivazzjoni temporanja tal-kards għal aċċess fit-tul, u sakemm ma jkunx hemm argumenti sinifikattivi kontra dan, is-Segretarju Ġenerali għandu, bl-awtorizzazzjoni tal-Kwesturi, jirtira jew jiddiżattiva kard għal aċċess fit-tul fejn id-detentur tagħha jkun tneħħa mir-reġistru ta’ trasparenza għal ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reġistranti, jew ikun ħati ta’ ksur serju tal-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu, jew ikun irrifjuta, mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti, milli jikkonforma ma’ talba formali sabiex jattendi smigħ jew laqgħa tal-kumitat jew li jikkoopera ma’ kumitat ta’ inkjesta.

Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà tar-regoli ġenerali li jirregolaw l-irtirar jew id-diżattivazzjoni temporanja tal-kards għal aċċess fit-tul, u sakemm ma jkunx hemm argumenti sinifikattivi kontra dan, is-Segretarju Ġenerali għandu, bl-awtorizzazzjoni tal-Kwesturi, jirtira jew jiddiżattiva kard għal aċċess fit-tul fejn id-detentur tagħha jkun tneħħa mir-reġistru ta’ trasparenza għal ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reġistranti, jew ikun ħati ta’ ksur serju tal-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu, jew ikun irrifjuta, mingħajr ma jipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti, milli jikkonforma ma’ talba formali sabiex jattendi smigħ jew laqgħa tal-kumitat jew li jikkoopera ma’ kumitat ta’ inkjesta.

4. Il-Kwesturi jistgħu jiddeterminaw sa fejn il-kodiċi ta’ kondotta msemmi fil-paragrafu 3 huwa applikabbli għall-persuni li, filwaqt li għandhom kard ta’ aċċess fit-tul, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali.

4. Il-Kwesturi jistgħu jiddeterminaw sa fejn il-kodiċi ta’ kondotta msemmi fil-paragrafu 3 huwa applikabbli għall-persuni li, filwaqt li għandhom kard ta’ aċċess fit-tul, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali.

5. Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta r-reġistru ta’ trasparenza skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali.

5. Il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali, għandu jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta r-reġistru ta’ trasparenza skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali.

Emenda  5

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 176

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 176

Artikolu 176

Sanzjonijiet

Sanzjonijiet

1. F’każijiet serji ta’ ksur tal-Artikolu 10 (2) sa (9), il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li timponi fuq il-Membru kkonċernat is-sanzjoni xierqa, skont dan l-Artikolu.

1. F’każijiet serji ta’ ksur tal-Artikolu 10 (2) sa (9), l-Artikolu 35 jew l-Artikolu 35a, il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata li timponi fuq il-Membru kkonċernat is-sanzjoni xierqa, skont dan l-Artikolu.

Fir-rigward tal-Artikolu 10 (3) jew (4), il-President jista’ jadotta deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu irrispettivament minn jekk preċedentement tkunx ġiet imposta jew le miżura immedjata skont it-tifsira tal-Artikolu 175 fuq il-Membru kkonċernat.

Fir-rigward tal-Artikolu 10(3) jew (4), il-President jista’ jadotta deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu irrispettivament minn jekk preċedentement tkunx ġiet imposta jew le miżura immedjata skont it-tifsira tal-Artikolu 175 fuq il-Membru kkonċernat.

Fir-rigward tal-Artikolu 10 (6), il-President jista’ jadotta biss deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu wara li jiġi stabbilit li seħħ fastidju skont il-proċedura amministrattiva interna applikabbli dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu.

Fir-rigward tal-Artikolu 10(6), il-President jista’ jadotta biss deċiżjoni motivata skont dan l-Artikolu wara li jiġi stabbilit li seħħ fastidju skont il-proċedura amministrattiva interna applikabbli dwar il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu.

Il-President jista’ jimponi sanzjoni fuq Membru f’każijiet fejn issir dispożizzoni, minn dawn ir-Regoli ta’ Proċedura jew b’deċiżjoni adottata mill-Bureau skont l-Artikolu 25, għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

1a. Il-President jista’ wkoll jimponi sanzjoni fuq Membru f’każijiet fejn issir dispożizzoni, minn dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, inkluż il-Kodiċi ta’ Kondotta, jew b’deċiżjoni adottata mill-Bureau skont l-Artikolu 25, għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

2. Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. Il-President jista’ jiddeċiedi li jsejjaħ seduta orali minflok kull meta dan ikun aktar xieraq.

2. Il-Membru kkonċernat għandu jiġi mistieden mill-President jissottometti osservazzjonijiet bil-miktub qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni. Il-President jista’ jiddeċiedi li jsejjaħ seduta orali minflok kull meta dan ikun aktar xieraq.

Id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat permezz ta’ ittra rreġistrata jew, f’każijiet ta’ urġenza, permezz tal-uxxiera.

Id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat.

Wara li dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-Membru kkonċernat, kwalunkwe sanzjoni imposta fuq Membru għandha titħabbar mill-President lill-Parlament. L-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati.

Ladarba s-sanzjoni ssir finali, din għandha titħabbar mill-President fil-Parlament. L-uffiċjali li jippresiedu l-korpi, il-kumitati u d-delegazzjonijiet li fihom iservi l-Membru, għandhom jiġu infurmati.

Ladarba s-sanzjoni ssir finali, hija għandha tiġi ppubblikata b’mod prominenti fuq il-websajt tal-Parlament, u għandha tibqa’ hemm għall-bqija tal-leġiżlatura parlamentari.

Is-sanzjoni imposta għandha tiġi ppubblikata b’mod prominenti fuq is-sit web tal-Parlament u fuq il-paġna online tal-Membru fuq il-websajt tal-Parlament.

3. Waqt il-valutazzjoni tal-kondotta osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, u s-serjetà tagħha. Jekk ikun applikabbli għandu jitqies id-dannu possibbli fuq id-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament.

3. Waqt il-valutazzjoni tal-kondotta osservata għandha titqies in-natura eċċezzjonali, rikorrenti jew permanenti tagħha, u s-serjetà tagħha. Jekk ikun applikabbli għandu jitqies id-dannu possibbli fuq id-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament.

4. Is-sanzjoni tista’ tikkonsisti f’miżura waħda jew iżjed minn dawn li ġejjin:

4. Is-sanzjoni imposta għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva. Is-sanzjoni tista’ tikkonsisti f’miżura waħda jew iżjed minn dawn li ġejjin:

(a) twissija;

(a) twissija;

 

(aa) projbizzjoni għall-Membru milli jirrappreżenta lill-Parlament f’delegazzjoni interparlamentari, konferenza interparlamentari jew kwalunkwe forum interistituzzjonali, għal mhux iżjed minn sena;

 

(ab) fil-każ ta’ ksur tal- kunfidenzjalità, limitazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali jew klassifikata għal mhux iżjed minn sena;

(b) it-telf tad-dritt għall-allowance ta’ sussistenza ta’ kuljum għal perjodu ta’ bejn jumejn u tletin jum;

(b) it-telf tad-dritt għall-allowance ta’ sussistenza ta’ kuljum għal perjodu ta’ bejn jumejn u sittin jum;

(c) mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-vot fil-plenarja, u suġġett, f’dan il-każ, għal konformità stretta mal-istandards ta’ kondotta tal-Membri, sospensjoni temporanja mill-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha jew uħud minnhom tal-Parlament, għal perjodu ta’ bejn jumejn u tletin jum li fihom jiltaqgħu l-Parlament jew kwalunkwe wieħssed mill-korpi, kumitati jew delegazzjonijiet tiegħu;

(c) mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-vot fil-plenarja, u suġġett, f’dan il-każ, għal konformità stretta mal-istandards ta’ kondotta tal-Membri, sospensjoni temporanja mill-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kollha jew uħud minnhom tal-Parlament, għal perjodu ta’ bejn jumejn u sittin jum li fihom jiltaqgħu l-Parlament jew kwalunkwe wieħssed mill-korpi, kumitati jew delegazzjonijiet tiegħu;

(d) projbizzjoni għall-Membru milli jirrappreżenta lill-Parlament f’delegazzjoni interparlamentari, konferenza interparlamentari jew kwalunkwe forum interistituzzjonali, għal mhux iżjed minn sena;

 

(e) fil-każ ta’ ksur tal- kunfidenzjalità, limitazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali jew klassifikata għal mhux iżjed minn sena.

 

5. Il-miżuri stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-paragrafu 4 jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta’ ksur ripetut, jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma’ miżura meħuda skont l-Artikolu 175(3).

5. Il-miżuri stipulati fil-punti (aa) sa (c), tal-paragrafu 4 jistgħu jiġu rduppjati fil-każ ta’ ksur ripetut, jew jekk il-Membru jirrifjuta li jikkonforma ma’ miżura meħuda skont l-Artikolu 175(3).

6. Barra minn dan, il-President jista’ jippreżenta proposta lill-Konferenza tal-Presidenti għas-sospensjoni jew it-tneħħija tal-Membru minn waħda jew iżjed mill-karigi li dak il-Membru jkollu fil-Parlament, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.

6. Barra minn dan, il-President jista’ jippreżenta proposta lill-Konferenza tal-Presidenti għas-sospensjoni jew it-tneħħija tal-Membru minn waħda jew iżjed mill-karigi li dak il-Membru jkollu fil-Parlament, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21.

 

6a. Il-President għandu jiddeċiedi dwar il-perjodu ta’ pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet filwaqt li jqis li l-perjodu minimu ta’ pubblikazzjoni għandu jkun, irrispettivament mit-tmiem tal-mandat tal-Membru kkonċernat, kif ġej:

 

- sentejn għas-sanzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (aa) u (ab) tal-paragrafu 4;

 

- tliet snin għas-sanzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 4.

 

Madankollu, f’każijiet ta’ ksur minuri, il-President jista’ jiddeċiedi dwar perjodu iqsar ta’ pubblikazzjoni.

Emenda  6

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Titolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

ANNESS I

ANNESS I

KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦALL-MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW FIR-RIGWARD TAL-INTERESSI FINANZJARJI U L-KUNFLITTI TA’ INTERESSI

KODIĊI TA’ KONDOTTA GĦALL-MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW FIR-RIGWARD TAL-INTEGRITÀ U T-TRASPARENZA

Emenda  7

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Il-prinċipji gwida

Il-prinċipji gwida

Fil-qadi ta’ dmirijiethom, il-Membri tal-Parlament Ewropew:

Fil-qadi ta’ dmirijiethom, il-Membri tal-Parlament Ewropew:

(a) jispiraw ruħhom u jaġixxu skont il-prinċipji ta’ kondotta ġenerali li ġejjin: id-diżinteress, l-integrità, it-trasparenza, id-diliġenza, l-onestà, ir-responsabbiltà u r-rispett għar-reputazzjoni tal-Parlament,

(a) jispiraw ruħhom u jaġixxu skont il-prinċipji ta’ kondotta ġenerali li ġejjin: id-diżinteress, l-integrità, it-trasparenza, id-diliġenza, l-onestà, ir-responsabbiltà u r-rispett għad-dinjità u r-reputazzjoni tal-Parlament,

(b) jaġixxu biss fl-interess pubbliku u la jiksbu u lanqas jippruvaw jiksbu benefiċċju finanzjarju dirett jew indirett jew xi ħlas ieħor.

(b) jaġixxu biss fl-interess pubbliku u la jiksbu u lanqas jippruvaw jiksbu benefiċċju dirett jew indirett jew xi ħlas ieħor.

Emenda  8

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Dmirijiet ewlenin tal-Membri

Dmirijiet ewlenin tal-Membri

Fil-qadi ta’ dmirijiethom, il-Membri tal-Parlament Ewropew:

Fil-qadi ta’ dmirijiethom, il-Membri tal-Parlament Ewropew:

(a) ma għandhom jidħlu fl-ebda ftehim li jwassalhom għal att jew vot fl-interess ta’ terza persuna, li jista’ jipperikola l-libertà tal-vot tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’votazzjoni diretta universali u l-Artikolu 2 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew,

(a) ma għandhom jidħlu fl-ebda ftehim li jwassalhom għal att jew vot fl-interess ta’ terza persuna, li jista’ jipperikola l-libertà tal-vot tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 6 tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’votazzjoni diretta universali u l-Artikolu 2 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew,

(b) ma għandhom ifittxu, jaċċettaw jew jirċievu l-ebda benefiċċju dirett jew indirett, jew kwalunkwe premju ieħor, fi flus kontanti jew in natura, bi skambju għal imġiba speċifika fl-ambitu tax-xogħol parlamentari tal-Membru, u għandhom jieħdu miżuri stretti sabiex jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ timplika tixħim, korruzzjoni, jew influwenza indebita,

(b) ma għandhom ifittxu, jaċċettaw jew jirċievu l-ebda benefiċċju dirett jew indirett, jew kwalunkwe premju ieħor, inklużi fi flus kontanti jew in natura, bi skambju għal imġiba speċifika fl-ambitu tax-xogħol parlamentari tal-Membru, u għandhom jieħdu miżuri stretti sabiex jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ timplika tixħim, korruzzjoni, jew influwenza indebita,

(c) ma għandhomx jidħlu f’attività professjonali ta’ lobbying marbuta direttament mal-proċess deċiżjonali tal-Unjoni.

(c) ma għandhomx jidħlu f’attivitajiet professjonali ta’ lobbying marbuta direttament mal-proċess deċiżjonali tal-Unjoni.

Emenda  9

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Kunflitti ta’ interess

Kunflitti ta’ interess

1. Kunflitt ta’ interess jeżisti meta Membru jkollu interess personali li jista’ jinfluwenza b’mod mhux xieraq il-qadi ta’ dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew. M’hemmx kunflitt ta’ interess meta Membru jibbenefika biss bħala membru tal-pubbliku ġenerali jew ta’ kategorija wiesgħa ta’ persuni.

1. Kunflitt ta’ interess jeżisti meta l-eżerċizzju tal-mandat ta’ Membru tal-Parlament Ewropew fl-interess pubbliku jista’ jiġi influwenzat b’mod mhux xieraq għal raġunijiet li jinvolvu l-familja tiegħu jew tagħha, il-ħajja emozzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess privat ieħor dirett jew indirett.

 

M’hemmx kunflitt ta’ interess meta Membru jibbenefika biss bħala membru tal-pubbliku ġenerali jew ta’ kategorija wiesgħa ta’ persuni.

2. Kwalunkwe Membru li jsib li għandu kunflitt ta’ interess għandu jieħu minnufih il-miżuri meħtieġa biex isib rimedju, skont il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta. Jekk il-Membru ma jkunx jista’ jsolvi l-kunflitt ta’ interess, huwa għandu jirrappurtah bil-miktub lill-President. Fil-każ ta’ ambigwità, il-Membru jista’ jitlob il-parir tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri tal-Parlament, stabbilit bl-Artikolu 7.

2. Il-Membri għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jiskopru kunflitti ta’ interess.

 

Membru li jsir konxju li għandu kunflitt ta’ interess għandu immedjatament jipprova jsolvih. Jekk ma jkunx jista’ jsolviha, il-Membru għandu jiżgura li l-interess privat ikkonċernat jiġi ddikjarat skont l-Artikolu 4.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-Membri għandhom jiżvelaw, qabel ma jitkellmu jew jivvutaw fil-plenarja jew fil-korpi tal-Parlament, jew jekk ikunu proposti bħala rapporteur, kull kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali rigward il-kwestjoni li tkun qed tiġi eżaminata, meta dan ma jkunx evidenti mit-tagħrif iddikjarat skont l-Artikolu 4. Din id-dikjarazzjoni għandha ssir bil-fomm jew bil-miktub lill-president matul id-dibattiti parlamentari inkwistjoni.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-Membri għandhom jiżvelaw, qabel ma jitkellmu jew jivvutaw fil-plenarja jew fil-korpi tal-Parlament, kull kunflitt ta’ interess rigward il-kwestjoni li tkun qed tiġi eżaminata, meta dan ma jkunx evidenti mit-tagħrif iddikjarat skont l-Artikolu 4. Din id-dikjarazzjoni għandha ssir bil-fomm permezz tal-intervent fis-seduta jew fil-laqgħa kkonċernata.

 

3a. Qabel ma jieħu l-kariga ta’ Viċi President, Kwestur, President jew Viċi President ta’ kumitat jew delegazzjoni, il-Membru għandu jissottometti dikjarazzjoni li tindika jekk hux konxju jew le li għandu kunflitt ta’ interess fir-rigward tar-responsabbiltajiet ta’ dak l-uffiċċju.

 

Jekk il-Membru jkun konxju li għandu tali kunflitt ta’ interess, għandu jiddeskrivi l-kunflitt f’dik id-dikjarazzjoni. F’dak il-każ, jista’ jieħu l-kariga biss jekk il-korp rispettiv jiddeċiedi li l-kunflitt ta’ interess ma jwaqqafx lill-Membru milli jeżerċita l-mandat tiegħu fl-interess pubbliku.

 

Meta jinqala’ tali kunflitt ta’ interess waqt l-eżerċizzju tal-kariga inkwistjoni, il-Membru għandu jissottometti dikjarazzjoni li tiddeskrivi dak il-kunflitt u għandu joqgħod lura milli jeżerċita r-responsabbiltajiet fir-rigward ta’ din is-sitwazzjoni ta’ kunflitt, sakemm il-korp rispettiv ma jiddeċidix li l-kunflitt ta’ interess. ma jipprevjenix lill-Membru milli jeżerċita l-mandat tiegħu fl-interess pubbliku.

 

3b. Membru li jiġi propost bħala rapporteur jew shadow rapporteur jew bħala parteċipant f’delegazzjoni uffiċjali jew f’negozjati interistituzzjonali għandu jissottometti dikjarazzjoni li tindika jekk hux konxju jew le li għandu kunflitt ta’ interess fir-rigward rispettivament tar-rapport jew tal-opinjoni jew id-delegazzjoni jew in-negozjati inkwistjoni. Jekk il-Membru jkun konxju li għandu tali kunflitt ta’ interess, għandu jiddeskrivi l-kunflitt f’dik id-dikjarazzjoni.

 

Fejn il-Membru li jkun ġie propost bħala rapporteur jiddikjara li għandu kunflitt ta’ interess, il-kumitat rispettiv jista’ jiddeċiedi b’maġġoranza tal-voti mitfugħa li l-Membru jista’ madankollu jinħatar bħala rapporteur għar-raġuni li l-kunflitt ma jipprevjenix lill-Membru milli jeżerċita l-mandat tiegħu fl-interess pubbliku.

 

Fejn il-Membru li jkun ġie propost bħala shadow rapporteur jew bħala parteċipant f’delegazzjoni uffiċjali jew f’negozjati interistituzzjonali jiddikjara li għandu kunflitt ta’ interess, il-grupp politiku rispettiv jista’ jiddeċiedi li l-Membru jista’ madankollu jiġi nnominat bħala shadow rapporteur jew bħala parteċipant f’delegazzjoni uffiċjali jew f’negozjati interistituzzjonali għar-raġuni li l-kunflitt ma jipprevjenix lill-Membru milli jeżerċita l-mandat tiegħu fl-interess pubbliku. Il-korp rispettiv jista’, madankollu, jopponi din il-ħatra b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa.

 

3c. Il-Bureau għandu jfassal il-formola għad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 3a u 3b, skont l-Artikolu 9. Tali dikjarazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fuq il-paġna online tal-Membri fuq is-sit web tal-Parlament.

 

Emenda  10

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Dikjarazzjoni tal-Membri

Dikjarazzjoni tal-interessi privati

1. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, il-Membri għandhom ikunu personalment responsabbli għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ interessi finanzjarji lill-President qabel it-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ sessjoni wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew (jew, fil-kors tal-leġiżlatura, fi żmien 30 jum wara li jkunu ħadu l-kariga fil-Parlament), permezz tal-formola adottata mill-Bureau skont l-Artikolu 9. Huma għandhom jgħarrfu lill-President b’kull bidla li taffettwa d-dikjarazzjoni tagħhom sa tmiem ix-xahar ta’ wara dak li fih tkun seħħet kull bidla.

1. Għal raġunijiet ta’ trasparenza u responsabbiltà, il-Membri għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ interessi privati lill-President qabel it-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ sessjoni wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew (jew, fil-kors tal-leġiżlatura, fi żmien 30 jum kalendarju wara li jkunu ħadu l-kariga fil-Parlament), permezz tal-formola mfassla mill-Bureau skont l-Artikolu 9. Huma għandhom jgħarrfu lill-President b’kull bidla li taffettwa d-dikjarazzjoni tagħhom sa tmiem ix-xahar ta’ wara dak li fih tkun seħħet kull bidla.

2. Id-dikjarazzjoni ta’ interessi finanzjarji għandha tinkludi t-tagħrif li ġej, li għandu jiġi pprovdut b’mod preċiż:

2. Id-dikjarazzjoni ta’ interessi privati għandha tinkludi t-tagħrif li ġej, li għandu jiġi pprovdut b’mod dettaljat u preċiż:

(a) l-attivita’ jew l-attivitajiet professjonali tal-Membru matul it-tliet snin qabel il-ħatra tiegħu fil-Parlament, u l-parteċipazzjoni tiegħu matul dak il-perjodu f’kumitati jew bordijiet ta’ kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe organu ieħor stabbilit fil-liġi,

(a) l-attivita’ jew l-attivitajiet professjonali tal-Membru matul it-tliet snin qabel il-ħatra tiegħu fil-Parlament, u l-parteċipazzjoni matul dak il-perjodu f’kumitati jew bordijiet ta’ kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew kwalunkwe organu ieħor stabbilit fil-liġi,

(b) kwalunkwe salarju li l-Membru jirċievi għat-twettiq ta’ mandat f’parlament ieħor,

 

(c) kwalunkwe attività b’remunerazzjoni regolari mwettqa mill-Membru fl-istess żmien li jkun qed jeżerċita l-kariga tiegħu, kemm bħala impjegat u kemm jekk jaħdem għal rasu,

(c) kwalunkwe attività remunerata mwettqa fl-istess żmien li jkun qed jeżerċita l-kariga tal-Membru, inkluż l-isem tal-entità kif ukoll il-qasam u n-natura tal-attività, fejn ir-rimunerazzjoni totali tal-attivitajiet esterni kollha tal-Membru taqbeż il-EUR 5 000 gross f’sena kalendarja,

(d) is-sħubija fi kwalunkwe kumitat jew bord ta’ kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew korpi ġuridiċi oħrajn, jew kwalunkwe attività oħra esterna rilevanti li uffiċjal ikun qed iwettaq, kemm jekk il-parteċipazzjoni jew l-attività inkwistjoni tkun remunerata u kemm jekk le,

(d) is-sħubija fi kwalunkwe kumitat jew bord ta’ kumpaniji, organizzazzjonijiet mhux governattivi, assoċjazzjonijiet jew korpi ġuridiċi oħrajn, jew kwalunkwe attività oħra esterna rilevanti li uffiċjal ikun qed iwettaq,

(e) kwalunkwe attività esterna okkażjonali b’remunerazzjoni (inklużi l-attivitajiet ta’ kitba, konferenzi jew konsulenza), jekk ir-remunerazzjoni totali tal-attivitajiet esterni okkażjonali kollha tal-Membru taqbeż il-EUR 5 000 f’sena kalendarja,

 

(f) ishma jew sħubija f’kumpanija, fejn hemm il-possibbiltà ta’ riperkussjonijiet fuq il-politika pubblika, jew meta din il-parteċipazzjoni tagħti lill-Membru influwenza sinifikanti fl-affarijiet tal-organizzazzjoni inkwestjoni,

(f) ishma jew sħubija f’kumpanija, fejn hemm il-possibbiltà ta’ riperkussjonijiet fuq il-politika pubblika, jew meta din il-parteċipazzjoni tagħti lill-Membru influwenza sinifikanti fl-affarijiet tal-organizzazzjoni inkwestjoni,

(g) kull għajnuna, sew finanzjarja u sew fil-forma ta’ riżorsi umani jew materjali, minbarra l-għajnuna pprovduta mill-Parlament, mogħtija lill-Membru minħabba l-attivitajiet politiċi tiegħu minn terzi persuni, li għandhom ikunu identifikati,

(g) kull għajnuna, sew finanzjarja u sew fil-forma ta’ riżorsi umani jew materjali, minbarra l-għajnuna pprovduta mill-Parlament, mogħtija lill-Membru minħabba l-attivitajiet politiċi tiegħu minn terzi persuni, li għandhom ikunu identifikati,

(h) kwalunkwe interess finanzjarju ieħor li jista’ jinflwenza l-qadi tad-dmirijiet tal-Membru.

(h) kwalunkwe interess privat dirett jew indirett fis-sens tal-Artikolu 3(1) li jista’ jinfluwenza l-qadi tad-dmirijiet tal-Membru u li mhumiex imsemmija fil-punti (a) sa (g).

Għal kwalunkwe punt li jrid jiġi ddikjarat skont l-ewwel subparagrafu, il-Membri għandhom, fejn ikun xieraq, jindikaw jekk hux remunerat jew le; għall-punti (a), (c), (d), (e) u (f), il-Membri għandhom jindikaw ukoll waħda mill-kategoriji ta’ dħul li ġejjin:

2a. Għal kwalunkwe punt li jrid jiġi ddikjarat skont l-paragrafu 2, il-Membri għandhom, fejn ikun xieraq, jindikaw jekk dan jiġġenerax dħul jew benefiċċji oħra jew le.

 

Jekk dan jiġġenera dħul, il-Membri għandhom jindikaw għal kull punt separat l-ammont rispettiv ta’ dak id-dħul u, fejn rilevanti, il-perjodiċità tiegħu. Benefiċċji oħra għandhom ikunu deskritti fin-natura.

– Mhux remunerat;

 

– minn EUR 1 sa EUR 499 fix-xahar;

 

– minn EUR 500 sa EUR 1 000 fix-xahar;

 

– minn EUR 1 001 sa EUR 5 000 fix-xahar;

 

– minn EUR 5 001 sa EUR 10 000 fix-xahar;

 

– ’il fuq minn EUR 10 000 fix-xahar, b’indikazzjoni tal-eqreb ammont ta’ EUR 10 000.

 

Kwalunkwe dħul riċevut mill-Membru għal kull punt irrapportat skont l-ewwel subparagrafu iżda mhux fuq bażi regolari, għandu jiġi kkalkulat fuq bażi annwali, maqsum bi tnax u mqiegħed f’xi waħda mill-kategoriji stabbiliti fit-tieni subparagrafu.

 

3. It-tagħrif ipprovdut lill-President skont dan l-Artikolu għandu jkun ippubblikat fis-sit tal-Parlament f’forma faċilment aċċessibbli.

3. It-tagħrif ipprovdut lill-President skont il-paragrafi 1 sa 2a għandu jkun ippubblikat fis-sit web tal-Parlament f’forma faċilment aċċessibbli.

4. Membru ma jistax jiġi elett għal kariga fil-Parlament jew fil-korpi tiegħu, maħtur bħala rapporteur, jew jipparteċipa f’delegazzjonijiet uffiċjali jew f’negozjati interistituzzjonali, jekk ma jkunx għamel id-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji tiegħu.

4. Membru ma jistax jiġi elett għal kariga fil-Parlament jew fil-korpi tiegħu, maħtur bħala rapporteur jew innominat bħala shadow rapporteur jew jipparteċipa f’delegazzjonijiet uffiċjali jew f’negozjati interistituzzjonali, jekk ma jkunx għamel id-dikjarazzjoni tal-interessi privati tiegħu.

5. Jekk il-President jirċievi informazzjoni, li twasslu biex jemmen li d-dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ Membru hija sostanzjalment inkorretta jew skaduta, huwa jista’ jikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv previst fl-Artikolu 7. Fejn xieraq, il-President għandu jitlob lill-Membru biex jikkoreġi d-dikjarazzjoni tiegħu fi żmien għaxart ijiem. Il-Bureau jista’ jadotta deċiżjoni li tapplika l-paragrafu 4 għal Membri li ma jikkonformawx mat-talba ta’ korrezzjoni tal-President.

5. Jekk il-President jirċievi informazzjoni, li twasslu biex jemmen li d-dikjarazzjoni tal-interessi privati ta’ Membru hija sostanzjalment inkorretta jew skaduta, il-President għandu jitlob kjarifika mingħand il-Membru. Fin-nuqqas ta’ kjarifika sodisfaċenti, il-President għandu jikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv previst fl-Artikolu 7. Jekk il-Kumitat Konsultattiv jikkonkludi li d-dikjarazzjoni ma tikkonformax ma’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta, huwa għandu jirrakkomanda lill-President li jitlob lill-Membru jikkoreġi d-dikjarazzjoni tiegħu. Jekk, wara li jqis dik ir-rakkomandazzjoni, il-President jikkonkludi li l-Membru jkun kiser dan il-Kodiċi ta’ Kondotta, hu għandu jitlob lill-Membru jikkoreġi d-dikjarazzjoni fi żmien 15-il jum kalendarju. Jekk il-Membru ma jikkonformax ma’ din it-talba ta’ korrezzjoni, il-President għandu jadotta deċiżjoni motivata skont l-Artikolu 8(3). Il-Membru kkonċernat għandu l-possibbiltà ta’ appell intern skont l-Artikolu 177 tar-Regoli ta’ Proċedura.

6. Ir-rapporteurs jistgħu volontarjament jelenkaw fin-nota spjegattiva għar-rapport tagħhom l-interessi esterni li ġew ikkonsultati dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw is-suġġett tar-rapport56.

 

__________

 

56 Ara d-Deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta’ Settembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza.

 

Emenda  11

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 4a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Dikjarazzjoni tal-assi

 

Il-membri għandhom jiddikjaraw l-assi u l-obbligazzjonijiet tagħhom fil-bidu u fit-tmiem ta’ kull mandat. Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-lista ta’ kategoriji ta’ assi u obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ddikjarati u għandu jfassal il-formola għad-dikjarazzjoni. Dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President u għandhom ikunu aċċessibbli biss għall-awtoritajiet rilevanti, mingħajr preġudizzju għad-dritt nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li timplimenta r-rakkomandazzjoni fil-paragrafu 6 tar-rapport ING2 adottat fil-plenarja ta’ Lulju 2023.

Emenda  12

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Rigali jew benefiċċji simili

Rigali jew benefiċċji simili

1. Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom joqogħdu lura milli jaċċettaw, fil-qadi ta’ dmirijiethom, kwalunkwe rigal jew benefiċċju simili, għajr dawk b’valur approssimattiv ta’ anqas minn EUR 150 mogħtija skont l-użanzi ta’ kortesija jew dawk mogħtija lilhom meta jkunu qed jirrappreżentaw lill-Parlament Ewropew f’kariga uffiċjali.

1. Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom joqogħdu lura milli jaċċettaw, fil-kapaċità tagħhom bħala Membri, kwalunkwe rigal jew benefiċċju simili, għajr dawk b’valur approssimattiv ta’ anqas minn EUR 150 mogħtija skont l-użanzi ta’ kortesija jew dawk mogħtija lilhom meta jkunu qed jirrappreżentaw lill-Parlament Ewropew f’kariga uffiċjali.

2. Kwalunkwe rigal offrut lill-Membri, skont il-paragrafu 1, meta jkunu qed jirrappreżentaw il-Parlament f’kapaċità uffiċjali għandu jintradd lill-President u jiġi ttrattat skont il-miżuri ta’ implimentazzjoni stabbiliti mill-Bureau skont l-Artikolu 9.

2. Kwalunkwe rigal b’valur approssimattiv ta’ aktar minn EUR 150 offrut lil Membru, skont il-paragrafu 1, meta jkun qed jirrappreżenta l-Parlament f’kapaċità uffiċjali għandu jintradd lill-President u jiġi ttrattat skont il-miżuri ta’ implimentazzjoni stabbiliti mill-Bureau skont l-Artikolu 9.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, alloġġ u sussistenza tal-Membri, jew għall-ħlas dirett ta’ dawn l-ispejjeż minn partijiet terzi, meta l-Membri, fuq stedina u fil-qadi ta’ dmirijiethom, jattendu ġrajjiet organizzati minn partijiet terzi.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għar-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, alloġġ u sussistenza tal-Membri, jew għall-ħlas dirett ta’ dawn l-ispejjeż minn partijiet terzi, kompletament jew parzjalment, meta l-Membri, fuq stedina u fil-qadi ta’ dmirijiethom, jattendu ġrajjiet organizzati minn partijiet terzi. Il-Membri għandhom jiddikjaraw lill-President l-attendenza tagħhom għal dawn l-avvenimenti u l-informazzjoni meħtieġa skont il-miżuri ta’ implimentazzjoni stabbiliti mill-Bureau skont l-Artikolu 9.

L-ambitu ta’ dan il-paragrafu, u b’mod partikolari r-regoli għall-iżgurar tat-trasparenza, għandhom jiġu ppreċiżat fil-miżuri ta’ implimentazzjoni stabbiliti mill-Bureau skont l-Artikolu 9.

 

Emenda  13

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 5a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Il-pubblikazzjoni tal-laqgħat

 

1.  Il-membri għandhom jiltaqgħu biss ma’ rappreżentanti ta’ interess li jkunu mdaħħla fir-reġistru tat-trasparenza.

 

2.  Il-Membri għandhom jippubblikaw online il-laqgħat kollha skedati relatati max-xogħol parlamentari

 

(a) ma’ rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar reġistru tat-trasparenza obbligatorju; jew

 

(b) ma’ rappreżentanti ta’ awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi mhux tal-UE, inklużi l-missjonijiet diplomatiċi u l-ambaxxati tagħhom.

 

3.  L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 2 għandu japplika għal-laqgħat li għalihom jattendu l-Membru jew l-assistenti parlamentari tal-Membru f’ismu.

 

4.  B’deroga mill-paragrafu 2, il-Membri ma għandhomx jippubblikaw laqgħa li l-iżvelar tagħha jipperikola l-ħajja, l-integrità fiżika jew il-libertà ta’ individwu jew jistgħu jiddeċiedu li ma jippubblikawx laqgħa fejn ikun hemm raġunijiet konvinċenti oħra għaż-żamma tal-kunfidenzjalità. Dawn il-laqgħat għandhom minflok jiġu ddikjarati lill-President, li għandu jżomm din id-dikjarazzjoni kunfidenzjali jew għandu jiddeċiedi dwar pubblikazzjoni anonima jew ittardjata. Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom il-President jista’ jiżvela tali dikjarazzjoni.

 

5.  Il-Bureau għandu jipprovdi l-infrastruttura meħtieġa fuq is-sit web tal-Parlament.

 

6.  L-Artikolu 4(5) għandu japplika mutatis mutandis.

Emenda  14

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 5b (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 5b

 

Dikjarazzjoni tal-input

 

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li jiġu ppubblikati laqgħat skont l-Artikolu 5a, ir-rapporteurs għandhom jelenkaw l-entitajiet jew il-persuni li mingħandhom irċevew input dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-suġġett tal-fajl f’anness mar-rapport jew l-opinjoni tagħhom. L-Artikolu 5a(4) għandu japplika mutatis mutandis.

Ġustifikazzjoni

Għall-finijiet ta’ konsistenza, huwa importanti li d-deroga ta’ kunfidenzjalità għall-pubblikazzjoni tal-laqgħat, kif inkluża fl-abbozz tar-rapport fl-Artikolu 5a(4) tal-Kodiċi ta’ Kondotta, tkun applikabbli wkoll għad-dikjarazzjoni ta’ input.

Emenda  15

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Attivitajiet ta’ ex Membri

Attivitajiet ta’ ex Membri

L-ex Membri li jimpenjaw ruħhom f’attività professjonali ta’ lobbying jew ta’ rappreżentanza marbuta direttament mal-proċess deċiżjonali tal-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew dwar dan u ma jistgħux jibbenefikaw, tul il-perjodu kollu ta’ tali impenn, mill-faċilitajiet mogħtija lill-ex Membri skont ir-regoli stabbiliti f’dak ir-rigward mill-Bureau57.

L-ex Membri li jimpenjaw ruħhom f’attività professjonali ta’ lobbying jew ta’ rappreżentanza marbuta direttament mal-proċess deċiżjonali tal-Unjoni għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew dwar dan u ma jistgħux jibbenefikaw, tul il-perjodu kollu ta’ tali impenn, mill-faċilitajiet mogħtija lill-ex Membri skont ir-regoli stabbiliti f’dak ir-rigward mill-Bureau57.

 

Il-Membri ma għandhomx jinvolvu ruħhom ma’ eks Membri, li l-mandat tagħhom ikun intemm sitt xhur qabel u li jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 5a, fi kwalunkwe attività li tista’ tippermetti lill-eks Membri jinfluwenzaw il-formulazzjoni jew l-implimentazzjoni ta’ politika jew leġiżlazzjoni, jew il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Parlament.

__________

__________

57Deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta’ April 1999 dwar il-faċilitajiet mogħtija lill-ex-Membri tal-Parlament Ewropew.

57Deċiżjoni tal-Bureau tas-17 ta’ April 2023 dwar l-ex-Membri tal-Parlament Ewropew.

Emenda  16

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 7

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri

Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri

1. Huwa stabbilit Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri (“il-Kumitat Konsultattiv”).

1. Huwa stabbilit Kumitat Konsultattiv dwar il-Kondotta tal-Membri (“il-Kumitat Konsultattiv”).

 

2. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun kompost minn ħames Membri maħtura mill-President fil-bidu tal-mandat tiegħu minn fost il-membri tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b’kunsiderazzjoni għall-esperjenza tal-Membri u l-bilanċ politiku.

2. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun kompost minn tmien Membri. Ħamsa minn dawk il-membri għandhom ikunu Membri attwali tal-Parlament Ewropew, maħtura mill-President fil-bidu tal-mandat tiegħu, filwaqt li jitqiesu l-esperjenza tal-Membri u l-bilanċ politiku u bejn il-ġeneri.

 

It-tliet membri l-oħra għandhom ikunu esperti esterni b’integrità personali u b’esperjenza fl-etika professjonali. Dawn għandhom jinħatru mill-President fil-bidu tal-mandat tiegħu.

 

Fil-każ ta’ votazzjoni, huma biss il-membri tal-Kumitat Konsultattiv li huma Membri tal-Parlament Ewropew li għandhom ikunu eliġibbli li jivvutaw.

 

Kull Membru tal-Kumitat Konsultattiv għandu jieħu l-presidenza għal sitt xhur fuq bażi ta’ rotazzjoni.

Il-kariga ta’ President għandha tinbidel kull sitt xhur fost il-membri tal-Kumitat Konsultattiv li huma Membri tal-Parlament Ewropew.

3. Il-President għandu wkoll, fil-bidu tal-mandat tiegħu, jaħtar il-membri ta’ riżerva tal-Kumitat Konsultattiv, wieħed għal kull grupp mhux rappreżentat fil-Kumitat Konsultattiv.

3. Il-President għandu wkoll, fil-bidu tal-mandat tiegħu, jaħtar il-membri ta’ riżerva tal-Kumitat Konsultattiv, wieħed għal kull grupp mhux rappreżentat fil-Kumitat Konsultattiv.

Fil-każ ta’ allegazzjoni ta’ ksur ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta minn membru ta’ grupp politiku li mhux rappreżentat fil-Kumitat Konsultattiv, il-membru ta’ riserva kkonċernat isir is-sitt membru sħiħ tal-Kumitat Konsultattiv għall-eżami tal-ksur allegat inkwistjoni.

Fil-każ ta’ allegat ksur ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta minn membru ta’ grupp politiku mhux rappreżentat fil-Kumitat Konsultattiv jew fil-każ ta’ talba skont il-paragrafu 4 dwar tali membru, il-membru ta’ riżerva kkonċernat isir id-disa’ membru sħiħ tal-Kumitat Konsultattiv.

 

3a. Fil-każ ta’ allegat ksur ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta minn membru permanenti jew minn membru ta’ riżerva tal-Kumitat Konsultattiv, il-membru jew il-membru ta’ riżerva kkonċernat ma għandux jieħu sehem fil-proċedimenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar dak l-allegat ksur.

4. Fuq talba minn Membru, il-Kumitat Konsultattiv għandu jipprovdilu, b’mod kunfidenzjali u fi żmien 30 jum kalendarju, gwida dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta. Il-Membru kkonċernat għandu jkollu d-dritt iserraħ fuq tali gwida.

4. Mat-talba ta’ Membru, il-Kumitat Konsultattiv għandu jipprovdilu , b’mod kunfidenzjali u fi żmien 30 jum kalendarju, gwida dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta, b’mod partikolari rigward kunflitti ta’ interess. Il-Membru kkonċernat għandu jkollu d-dritt iserraħ fuq tali gwida.

Fuq talba tal-President, il-Kumitat Konsultattiv għandu jevalwa wkoll il-każijiet ta’ ksur allegat ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta u jagħti parir lill-President dwar il-miżuri eventwali li għandhom jittieħdu.

Fuq talba tal-President, il-Kumitat Konsultattiv għandu jevalwa wkoll il-każijiet ta’ allegat ksur ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta u jagħti parir lill-President dwar il-miżuri eventwali li għandhom jittieħdu.

 

 

Il-Kumitat Konsultattiv għandu jimmonitorja b’mod proattiv il-konformità mill-Membri ma’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu. Huwa għandu jindika lill-President kull ksur possibbli ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

 

L-allegat ksur ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta jista’ jiġi indikat direttament lill-Kumitat Konsultattiv, li jista’ jevalwah u jagħti parir lill-President dwar il-possibbiltà li tittieħed azzjoni. Il-Bureau jista’ jadotta regoli dwar il-proċedura għas-sinjalar ta’ allegat ksur.

5. Il-Kumitat Konsultattiv jista’, wara konsultazzjoni mal-President, jitlob parir mingħand esperti esterni.

5. Il-Kumitat Konsultattiv jista’ jitlob parir mingħand esperti esterni, b’kunfidenzjalità sħiħa.

6. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu.

6. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu u jqajjem l-għarfien tal-Membri dwar dan il-Kodiċi ta’ Kondotta u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu fuq bażi regolari.

Emenda  17

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Proċedura f’każ ta’ eventwali ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta

Proċedura f’każ ta’ allegat ksur ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta

1. Fejn ikun hemm raġunijiet li jagħtu x’wieħed jaħseb li Membru tal-Parlament Ewropew seta’ kiser dan il-Kodiċi ta’ Kondotta, il-President għandu, ħlief f’każijiet manifestament vessatorji, jinnotifika lill-Kumitat Konsultattiv b’dan.

1. Fejn ikun hemm raġunijiet li jagħtu x’wieħed jemmen li Membru tal-Parlament Ewropew seta’ kiser dan il-Kodiċi ta’ Kondotta, il-President għandu jinnotifika lill-Kumitat Konsultattiv b’dan.

2. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jeżamina ċ-ċirkostanzi tal-ksur allegat, u jista’ jisma’ l-Membru kkonċernat. Abbażi tal-konstatazzjonijiet tiegħu, għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-President dwar deċiżjoni possibbli.

2. Il-Kumitat Konsultattiv għandu jeżamina ċ-ċirkostanzi tal-allegat ksur, u jista’ jisma’ l-Membru kkonċernat. Abbażi tal-konstatazzjonijiet tiegħu, għandu jagħmel rakkomandazzjoni lill-President li tinkludi, fejn xieraq, sanzjoni, li tista’ tikkonsisti f’waħda jew aktar mill-miżuri elenkati fl-Artikolu 176(4), (5) u (6) tar-Regoli ta’ Proċedura.

Fil-każ ta’ allegat ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta minn membru permanenti jew minn membru ta’ riżerva tal-Kumitat Konsultattiv, il-membru jew il-membru ta’ riżerva kkonċernati għandu jwaqqaf il-parteċipazzjoni tiegħu fil-proċedimenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar dak l-allegat ksur.

 

3. Jekk, fid-dawl ta’ din ir-rakkomandazzjoni, u wara li jkun stieden lill-Membru kkonċernat iressaq osservazzjonijiet bil-miktub, il-President jikkonkludi li l-Membru kkonċernat ikun kiser il-Kodiċi ta’ Kondotta, huwa għandu jadotta deċiżjoni motivata li tistipula s-sanzjoni. Il-President għandu jgħarraf lill-Membru bid-deċiżjoni motivata.

3. Jekk, fid-dawl ta’ din ir-rakkomandazzjoni, u wara li jkun stieden lill-Membru kkonċernat iressaq osservazzjonijiet bil-miktub, il-President jikkonkludi li l-Membru kkonċernat ikun ksiser dan il-Kodiċi ta’ Kondotta, huwa għandu jadotta deċiżjoni motivata li timponi sanzjoni. Il-President għandu jgħarraf lill-Membru bid-deċiżjoni motivata.

Is-sanzjoni tista’ tikkonsisti f’waħda jew iżjed mill-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 176(4) sa (6) tar-Regoli ta’ Proċedura.

Is-sanzjoni tista’ tikkonsisti f’waħda jew iżjed mill-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 176(4), (5) u (6) tar-Regoli ta’ Proċedura.

4. Il-Membru kkonċernat għandu l-possibbiltà ta’ appell intern skont l-Artikolu 177 tar-Regoli ta’ Proċedura.

4. Il-Membru kkonċernat għandu l-possibbiltà ta’ appell intern skont l-Artikolu 177 tar-Regoli ta’ Proċedura.

 

4a. Il-President għandu jindika wkoll lill-Kumitat Konsultattiv nuqqasijiet sistematiċi, severi jew ripetittivi ta’ konformità mal-obbligi ta’ żvelar stabbiliti f’dan il-Kodiċi ta’ Kondotta.

Emenda  18

Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

Anness I – Artikolu 9

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

L-implimentazzjoni

L-implimentazzjoni

Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta, inkluża proċedura ta’ monitoraġġ, u fejn ikun meħtieġ, għandu jaġġorna l-ammonti speċifikati fl-Artikoli 4 u 5.

Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta, inkluża proċedura ta’ monitoraġġ tal-konformità u taħriġ għall-Membri.

Il-Bureau jista’ jressaq proposti għar-reviżjoni ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta.

Il-Bureau jista’ jressaq proposti għar-reviżjoni ta’ dan il-Kodiċi ta’ Kondotta.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

7.9.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

10

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Bischoff, Damian Boeselager, Włodzimierz Cimoszewicz, Gwendoline Delbos-Corfield, Salvatore De Meo, Daniel Freund, Max Orville, Antonio Maria Rinaldi, Domènec Ruiz Devesa, Jacek Saryusz-Wolski, Helmut Scholz, Pedro Silva Pereira, Sven Simon, Rainer Wieland

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gunnar Beck, Gilles Boyer, Pascal Durand, Cyrus Engerer, Seán Kelly, Gilles Lebreton

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karolin Braunsberger-Reinhold, Daniel Buda, Daniel Caspary, Giuseppe Ferrandino, Anne-Sophie Pelletier, Javier Zarzalejos

 


VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

15

+

Renew

Gilles Boyer, Giuseppe Ferrandino, Alin Mituța, Max Orville

S&D

Gabriele Bischoff, Włodzimierz Cimoszewicz, Pascal Durand, Cyrus Engerer, Domènec Ruiz Devesa, Pedro Silva Pereira

The Left

Anne-Sophie Pelletier, Helmut Scholz

Verts/ALE

Damian Boeselager, Gwendoline Delbos-Corfield, Daniel Freund

 

10

-

ECR

Jacek Saryusz-Wolski

ID

Gunnar Beck, Gilles Lebreton, Antonio Maria Rinaldi

PPE

Karolin Braunsberger-Reinhold, Daniel Buda, Daniel Caspary, Sven Simon, Rainer Wieland, Javier Zarzalejos

 

1

0

PPE

Salvatore De Meo

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Settembru 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza