RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

11.9.2023 - (00013/2023 – C9‑0319/2023 – 2023/0900(NLE)) - ***

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteurs: Loránt Vincze; Sandro Gozi

Proċedura : 2023/0900(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0265/2023
Testi mressqa :
A9-0265/2023
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (00013/2023 – C9‑0319/2023 – 2023/0900(NLE))

 

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (00013/2023),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 14(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (C9‑0319/2023),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew u l-proposta tiegħu għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew annessa magħha[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 90 u l-Artikolu 105(1) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0265/2023),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill Ewropew u, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

 


NOTA SPJEGATTIVA

Il-korapporteurs jilqgħu d-distribuzzjoni proposta tas-siġġijiet għal-leġiżlatura 2024-2029. F’konformità mad-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kunsill Ewropew dwar il-Kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità digressiva għall-allokazzjoni tas-siġġijiet lill-Istati Membri ġew meqjusa bidliet demografiċi sostanzjali. F’dan ir-rigward, il-Parlament – u b’mod partikolari l-Kumitat AFCO – itenni l-impenn tiegħu li jipproponi mekkaniżmu ta’ kalkolu permanenti biex jiddetermina d-distribuzzjoni tas-siġġijiet tal-Parlament b’mod oġġettiv, ekwu, dejjiemi u trasparenti, filwaqt li jqis iċ-ċifri tal-popolazzjoni fl-Istati Membri.

 

Rigward l-implikazzjonijiet baġitarji ta’ din id-deċiżjoni, il-korapporteurs ifakkru li l-istabbiliment tal-baġit annwali tal-Unjoni huwa kompitu fdat mit-Trattati lill-awtorità baġitarja. Huma jenfasizzaw li kwalunkwe dispożizzjoni li jkollha l-għan li tagħti lill-Kunsill Ewropew is-setgħa li jagħti istruzzjonijiet lill-Parlament Ewropew fil-kapaċità tiegħu bħala parti mill-awtorità baġitarja, inkluż permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew, hija legalment nulla. Il-korapporteurs jinnotaw ukoll li l-Kunsill Ewropew iddeċieda li jżid l-għadd totali ta’ Membri tal-PE, lil hinn minn dak fil-proposta ppreżentata mill-Parlament Ewropew.

 

Il-korapporteurs jiddispjaċihom li, għall-kuntrarju tal-ispirtu ta’ kooperazzjoni leali reċiproka u t-talba tal-Parlament espressa fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew[2], il-Kunsill Ewropew naqas milli jinforma immedjatament lill-Parlament li kellu l-intenzjoni li jiddevja mill-proposta ppreżentata mill-Parlament kemm fir-rigward tal-għadd ta’ siġġijiet kif ukoll fir-rigward tat-tħassir tal-allokazzjoni proposta ta’ 28 siġġu għal kostitwenza madwar l-Unjoni kollha b’soġġett għall-adozzjoni tal-bażi legali għal dik il-kostitwenza.

 

Fir-rigward ta’ dak l-aħħar punt, il-korapporteur ta’ Renew Europe itenni li l-ħidma fil-Kunsill fuq il-proposta tal-Parlament tat-3 ta’ Mejju 2022[3] għal Regolament tal-Kunsill dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett jeħtieġ li ssir fi spirtu ta’ kooperazzjoni leali. F’dan ir-rigward, huwa jilqa’ l-isforzi tal-Presidenza Żvediża tal-Kunsill li rriżultaw f’diversi diskussjonijiet tal-Kunsill fil-livell tekniku u dak politiku. Il-korapporteur ta’ Renew Europe jistenna li l-Presidenzi attwali u futuri tal-Kunsill jagħtu l-ogħla prijorità politika lit-tkomplija tan-negozjati dwar ir-riforma proposta tal-liġi elettorali Ewropea.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew

Referenzi

00013/2023 – C9-0319/2023 – 2023/0900(NLE)

Data tal-konsultazzjoni jew tat-talba għal approvazzjoni

23.8.2023

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

 

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Sandro Gozi

6.9.2023

Loránt Vincze

6.9.2023

 

 

Data tal-adozzjoni

11.9.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Damian Boeselager, Włodzimierz Cimoszewicz, Gwendoline Delbos-Corfield, Salvatore De Meo, Daniel Freund, Sandro Gozi, Brice Hortefeux, Zdzisław Krasnodębski, Jaak Madison, Victor Negrescu, Max Orville, Giuliano Pisapia, Paulo Rangel, Antonio Maria Rinaldi, Domènec Ruiz Devesa, Helmut Scholz, Loránt Vincze

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Vladimír Bilčík, Pascal Durand, Cyrus Engerer, Sophia in ‘t Veld, Alin Mituța, João Pimenta Lopes

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Isabel Benjumea Benjumea, Karolin Braunsberger-Reinhold

Data tat-tressiq

11.9.2023

 


 

VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ECR

Zdzisław Krasnodębski

ID

Jaak Madison, Antonio Maria Rinaldi

PPE

Isabel Benjumea Benjumea, Vladimir Bilčik, Karolin Braunsberger-Reinhold, Salvatore De Meo, Brice Hortefeux, Paulo Rangel, Loránt Vincze,

Renew

Sandro Gozi, Alin Mituţa, Max Orville, Sophia in’t Veld

S&D

Włodzimierz Cimoszewicz, Pascal Durand, Cyrus Engerer, Victor Negrescu, Giuliano Pisapia, Domènec Ruiz Devesa,

 

5

-

ID

Gerolf Annemans

The Left

João Pimenta Lopes, Helmut Scholz

Verts/ALE

Gwendoline Delbos-Corfield, Daniel Freund

 

1

0

Verts/ALE

Damian Boeselager

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Settembru 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza