RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand

26.10.2023 - (06600/2023 – C9‑0247/2023 – 2023/0038(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Daniel Caspary

Proċedura : 2023/0038(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0305/2023
Testi mressqa :
A9-0305/2023
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand

(06600/2023 – C9‑0247/2023 – 2023/0038(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (06600/2023),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (06601/2023),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0247/2023),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta’ X 2023[1] dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0305/2023),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u ta’ New Zealand.


NOTA SPJEGATTIVA

Fit-22 ta’ Mejju 2018, il-Kunsill awtorizza l-ftuħ ta’ negozjati ma’ New Zealand għal Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles. In-negozjati dwar Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles ġew konklużi fit-30 ta’ Ġunju 2022. Il-ftehim ġie ffirmat fid-9 ta’ Lulju 2023.

F’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-5 ta’ Lulju 2022 dwar l-istrateġija għall-Indo-Paċifiku fil-qasam tal-kummerċ u l-investiment, il-Ftehim huwa element ċentrali għall-UE biex tgħolli l-pożizzjoni, ir-rwol u r-rilevanza tagħha fir-reġjun Indo-Paċifiku. Il-Ftehim javvanza l-objettiv tal-UE li tibni network ta’ ftehimiet ta’ kummerċ tal-UE fir-reġjun wara l-Ġappun, Singapore, il-Korea t’Isfel u l-Vjetnam.

Il-Ftehim jipproteġi 163 Indikazzjoni Ġeografika Ewropea (IĠ) tal-oġġetti tal-ikel u l-lista sħiħa tal-inbejjed u l-ispirti tal-IĠ tal-UE. Dan kiseb livell għoli ta’ liberalizzazzjoni tariffarja li tammonta għal 100 % tal-linji tariffarji ta’ New Zealand li għandhom jiġu liberalizzati mad-dħul fis-seħħ.

Il-Ftehim jinkludi kapitolu ddedikat dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni ekonomika ta’ Māori filwaqt li jisħaq fuq l-importanza li ċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-opportunitajiet li dan iġib miegħu. Kapitolu awtonomu dwar il-kummerċ diġitali jiffaċilita l-flussi transfruntiera tad-data u jiżgura l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali dwar it-tranżazzjonijiet ta’ kummerċ diġitali. Il-kapitolu ddedikat dwar l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jippermettilhom jibbenefikaw mill-Ftehim sa fejn ikun possibbli.

Bħala l-ewwel tat-tip tiegħu, il-Ftehim jinkorpora l-approċċ il-ġdid tal-UE dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, u b’hekk jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Ftehim ta’ Pariġi.

F’konformità mal-Artikolu 218(6) tat-TFUE, hija meħtieġa l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew biex il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-Rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand

Referenzi

06600/2023 – C9-0247/2023 – 2023/0038(NLE)

Data tal-konsultazzjoni jew tat-talba għal approvazzjoni

10.7.2023

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

11.9.2023

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

11.9.2023

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

AGRI

18.10.2023

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Daniel Caspary

21.3.2023

 

 

 

Eżami fil-kumitat

18.9.2023

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.10.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Anna-Michelle Asimakopoulou, Saskia Bricmont, Jordi Cañas, Raphaël Glucksmann, Heidi Hautala, Danuta Maria Hübner, Miapetra Kumpula-Natri, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Thierry Mariani, Margarida Marques, Sara Matthieu, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Sven Simon, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reinhard Bütikofer, Marco Campomenosi, Clare Daly, José Manuel García-Margallo y Marfil, Svenja Hahn, Seán Kelly, Javier Moreno Sánchez, Urmas Paet, Pedro Silva Pereira

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dacian Cioloş

Data tat-tressiq

26.10.2023

 


 

VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

27

+

ECR

Jan Zahradil

ID

Marco Campomenosi, Danilo Oscar Lancini

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, José Manuel García-Margallo y Marfil, Danuta Maria Hübner, Seán Kelly, Sven Simon, Jörgen Warborn, Iuliu Winkler, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Renew

Jordi Cañas, Dacian Cioloş, Svenja Hahn, Urmas Paet, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Miapetra Kumpula-Natri, Bernd Lange, Margarida Marques, Javier Moreno Sánchez, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira, Kathleen Van Brempt

Verts/ALE

Saskia Bricmont, Reinhard Bütikofer, Heidi Hautala, Sara Matthieu

 

2

-

ID

Thierry Mariani

S&D

Raphaël Glucksmann

 

2

0

The Left

Clare Daly, Helmut Scholz

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Novembru 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza