RAPPORT dwar proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati

7.11.2023 - (2022/2051(INL))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Guy Verhofstadt, Sven Simon, Gabriele Bischoff, Daniel Freund, Helmut Scholz


Proċedura : 2022/2051(INL)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0337/2023
Testi mressqa :
A9-0337/2023
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati

(2022/2051(INL))

 

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Manifest ta’ Ventotene[1],

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Schuman tad-9 ta’ Mejju 1950[2],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar it-talba biex titlaqqa’ Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati[3],

 wara li kkunsidra l-Artikoli 46, 54 u 85(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni fil-forma ta’ emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,

 wara li kkunsidra l-ittri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0337/2023),

A. billi l-verżjoni attwali tat-Trattati daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009 u, minn dak iż-żmien ’l hawn, l-Unjoni Ewropea ffaċċjat sfidi bla preċedent u bosta kriżijiet, b’mod partikolari l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;

B. billi l-emendar tat-Trattati huwa neċessarju, mhux bħala għan fih innifsu, iżda fl-interess taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, peress li dawn l-emendi għandhom l-għan li jsawru l-Unjoni mill-ġdid b’mod li jsaħħaħ il-kapaċità tagħha li taġixxi, kif ukoll il-leġittimità demokratika u r-responsabbiltà tagħha;

C. billi l-emendar tat-Trattati għandu jippermetti lill-Unjoni tindirizza l-isfidi ġeopolitiċi b’mod aktar effettiv;

D. billi l-qafas istituzzjonali tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-proċess deċiżjonali tagħha, speċjalment dak fil-Kunsill, bilkemm huwa adegwat għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru; billi l-prospett ta’ tkabbir futur irendi inevitabbli riforma tat-Trattati;

E. billi fid-9 ta’ Mejju 2022, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa temmet il-ħidma tagħha u ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha; billi dawk il-konklużjonijiet fihom 49 proposta u 326 miżura, li ħafna minnhom jistgħu jiġu implimentati biss jekk ikun hemm bidliet fit-Trattati;

1. Itenni l-appell tiegħu għall-emenda tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); jistieden lill-Kunsill jippreżenta lill-Kunsill Ewropew, minnufih u mingħajr deliberazzjoni, il-proposti stabbiliti f’din ir-riżoluzzjoni u riflessi fl-Anness; jistieden lill-Kunsill Ewropew isejjaħ mill-aktar fis possibbli Konvenzjoni f’konformità mal-proċedura ta’ reviżjoni ordinarja prevista fl-Artikolu 48(2) sa (5) tat-TUE;

2. Josserva li diversi pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jinsabu f’diversi stadji tan-negozjati ta’ adeżjoni; jilqa’ l-għoti ta’ status ta’ kandidat lill-Ukrajna u lill-Moldova fit-23 ta’ Ġunju 2022;

Riformi Istituzzjonali

3. Jenfasizza l-importanza tar-riforma tal-proċess deċiżjonali fl-Unjoni biex tiġi riflessa b’mod aktar preċiż sistema bikamerali billi tingħata aktar setgħa lill-Parlament Ewropew, u billi jinbidel il-mekkaniżmu tal-votazzjoni fil-Kunsill;

4. Jitlob b’insistenza t-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi permezz taż-żieda konsiderevoli tal-għadd ta’ oqsma fejn l-azzjonijiet jiġu deċiżi b’votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata (VMK) u permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (OLP);

 

5. Jitlob li l-Parlament jikseb id-dritt ta’ inizjattiva leġiżlattiva, b’mod partikolari d-dritt li jintroduċi, jemenda, jew jirrevoka liġi tal-Unjoni, u jsir koleġiżlatur għall-adozzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali;

 

6. Jitlob li l-inverżjoni tar-rwoli tal-Kunsill u tal-Parlament fin-nomina u l-konferma tal-President tal-Kummissjoni tirrifletti b’mod aktar preċiż ir-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej; jipproponi li l-President tal-Kummissjoni jkun jista’ jagħżel il-membri tiegħu abbażi tal-preferenzi politiċi, filwaqt li jiġi żgurat bilanċ ġeografiku u demografiku; jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tibda tissejjaħ l-Eżekuttiv Ewropew;

 

7. Jipproponi li tiżdied it-trasparenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea billi jiġi impost fuqu r-rekwiżit li jippubblika l-pożizzjonijiet tiegħu li jiffurmaw parti mill-proċess leġiżlattiv normali, u li jorganizza dibattitu pubbliku dwar il-pożizzjonijiet tal-Kunsill; jipproponi l-ħolqien ta’ bażi ġuridika li tagħti s-setgħa lill-koleġiżlaturi biex isaħħu t-trasparenza u l-integrità tal-proċess deċiżjonali tagħhom;

 

8. Jitlob li l-Konvenzjoni, minbarra l-proposti stabbiliti f’din ir-riżoluzzjoni u riflessi fl-Anness tagħha, tiddiskuti t-tqassim tas-suġġetti bejn it-TUE u t-TFUE biex tiġi indirizzata d-diffikultà li tiġi emendata il-liġi tal-Unjoni; jitlob li l-Konvenzjoni teżamina f’liema oqsma ta’ politika l-istrutturi tal-Unjoni jistgħu jżidu l-effikaċja tal-Unjoni;

 

9. Jipproponi li l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew issir kompetenza esklużiva tal-Parlament;

 

10. Jipproponi li jissaħħaħ ir-rwol tas-sħab soċjali fit-tħejjija ta’ kwalunkwe inizjattiva fl-oqsma tal-politika soċjali, ekonomika u tal-impjiegi;

 

11. Jipproponi l-introduzzjoni ta’ referendum Ewropew dwar kwistjonijiet rilevanti għall-azzjonijiet u l-politiki tal-Unjoni; jappella għat-tisħiħ tal-istrumenti għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess deċiżjonali tal-UE fil-qafas tad-demokrazija rappreżentattiva;

 

Kompetenzi

12. Jipproponi li tiġi stabbilita kompetenza esklużiva tal-Unjoni għall-ambjent u l-bijodiversità kif ukoll għan-negozjati dwar it-tibdil fil-klima;

 

13. Jipproponi li jiġu stabbiliti kompetenzi kondiviżi dwar kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika u l-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem, speċjalment it-theddid transfruntier għas-saħħa, il-protezzjoni ċivili, l-industrija, u l-edukazzjoni speċjalment meta jkunu kkonċernati kwistjonijiet tranżnazzjonali bħar-rikonoxximent reċiproku ta’ lawrji, gradi, kompetenzi u kwalifiki;

 

14. Jipproponi li jiġu żviluppati aktar il-kompetenzi kondiviżi tal-Unjoni fl-oqsma tal-enerġija, l-affarijiet barranin, is-sigurtà esterna u d-difiża, il-politika tal-fruntieri esterni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, u l-infrastruttura transfruntiera;

 

Sussidjarjetà

 

15. Jipproponi li jissaħħaħ ir-rieżami tas-sussidjarjetà mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea; jitlob li l-opinjoni tal-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi tiġi kkunsidrata fl-opinjonijiet motivati dwar l-abbozzi leġiżlattivi tal-parlamenti nazzjonali; jipproponi li l-iskadenza għall-proċeduri tal-“karta safra” tiġi estiża għal 12-il ġimgħa;

16. Jipproponi li jiġi introdott “mekkaniżmu ta’ karta ħadra” għall-proposti leġiżlattivi minn parlamenti nazzjonali jew reġjonali b’setgħat leġiżlattivi sabiex il-liġi tal-Unjoni tkun aktar reattiva għall-ħtiġijiet lokali;

Stat tad-Dritt

17. Jipproponi li tissaħħaħ u tiġi riformata l-proċedura fl-Artikolu 7 tat-TUE fir-rigward tal-protezzjoni tal-istat tad-dritt billi tintemm l-unanimità, jiddaħħal perjodu ta’ żmien ċar, u billi l-Qorti tal-Ġustizzja ssir l-arbitru tal-ksur;

 

18. Jissuġġerixxi li tiġi prevista ġuriżdizzjoni għal tilwim interistituzzjonali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

 

19. Jissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea twettaq rieżami minn qabel tan-normi (“rieżami astratt tan-normi”), konċepit bħala dritt ta’ minoranza fil-Parlament; jissuġġerixxi, barra minn hekk, li l-Parlament jingħata s-setgħa li jressaq każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mat-Trattati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

 

Politika Estera, ta’ Sigurtà u ta’ Difiża

 

20. Itenni t-talba tiegħu għal deċiżjonijiet dwar sanzjonijiet, passi interim fil-proċess ta’ tkabbir u deċiżjonijiet oħra ta’ politika estera li għandhom jittieħdu b’VMK; jissottolinja li l-proposti jipprevedu eċċezzjoni għal dan il-prinċipju għad-deċiżjonijiet li jawtorizzaw missjonijiet jew operazzjonijiet militari b’mandat eżekuttiv;

 

21. Jitlob l-istabbiliment ta’ unjoni tad-difiża li tinkludi unitajiet militari u kapaċità permanenti ta’ skjerament rapidu, taħt il-kmand operattiv tal-Unjoni; jipproponi li l-akkwist konġunt u l-iżvilupp tal-armamenti jiġu ffinanzjati mill-Unjoni permezz ta’ baġit speċifiku adottat permezz tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni u ta’ skrutinju tal-Parlament u jipproponi li l-kompetenzi tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża jiġu aġġustati kif xieraq; jinnota li l-klawżoli fir-rigward tat-tradizzjonijiet nazzjonali tan-newtralità u s-sħubija fl-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) ma jiġux affettwati minn dawn il-bidliet;

22. Jipproponi li l-Konvenzjoni teżamina modi kif ir-rifuġji fiskali ma jitħallewx ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq uniku;

Suq Uniku, Ekonomija u Baġit

 

23. Jipproponi li VMK imsaħħa tintuża għal deċiżjonijiet dwar it-tassazzjoni diretta u indiretta; jitlob li l-qafas finanzjarju pluriennali jiġi stabbilit għal perjodu ta’ ħames snin;

24. Jitlob miżuri li jiżguraw li l-Istati Membri jinvestu biex jintlaħqu l-objettivi Ewropej fil-qasam ekonomiku, soċjali, ambjentali u tas-sigurtà; jipproponi li l-Artikolu 122 tat-TFUE jitħassar u jiġi sostitwit bi klawżola ta’ emerġenza riformulata li tipprevedi skrutinju parlamentari sħiħ fl-Artikolu 222 tat-TFUE;

25. Jinsisti li l-erba’ libertajiet tas-suq intern iridu jiġu applikati b’mod ugwali mill-Istati Membri kollha u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

Politiki Soċjali u Suq tax-Xogħol

 

26. Itenni t-talba tiegħu biex mat-Trattati jiġi anness protokoll dwar il-progress soċjali;

Edukazzjoni

 

27. Jitlob l-Unjoni tiżviluppa objettivi u standards komuni għal edukazzjoni li tippromwovi l-valuri demokratiċi u l-istat tad-dritt kif ukoll il-litteriżmu diġitali u ekonomiku; barra minn hekk, jitlob lill-Unjoni tippromwovi l-kooperazzjoni u l-koerenza bejn is-sistemi tal-istabbilimenti edukattivi filwaqt li tiggarantixxi t-tradizzjonijiet kulturali u d-diversità reġjonali;

28. Jitlob lill-Unjoni tiżviluppa standards komuni dwar il-formazzjoni vokazzjonali biex iżżid il-mobbiltà tal-ħaddiema; jipproponi li l-Unjoni timmira li tipproteġi u tippromwovi l-aċċess għall-edukazzjoni universali u mingħajr ħlas, il-libertà akkademika istituzzjonali u individwali, u d-drittijiet tal-bniedem, kif definiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

Kummerċ u Investiment

 

29. Jissuġġerixxi li l-promozzjoni tal-valuri demokratiċi, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u s-sostenibbiltà kif ukoll l-investiment barrani, il-protezzjoni tal-investiment u s-sigurtà ekonomika jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni; jipproponi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jiftħu negozjati kummerċjali; jipproponi li jiġi stabbilit mekkaniżmu permanenti għall-iskrinjar tal-investiment dirett barrani;

Nondiskriminazzjoni

 

30. Jipproponi li l-protezzjonijiet tan-nondiskriminazzjoni jiġu estiżi għall-ġeneru, l-oriġini soċjali, il-lingwa, l-opinjoni politika u l-appartenenza għal minoranza nazzjonali u li tiġi introdotta OLP għal-leġiżlazzjoni dwar in-nondiskriminazzjoni; jipproponi li “l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa” tiġi sostitwita b’“ugwaljanza bejn il-ġeneri” fit-Trattati kollha; jissottolinja li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi governattivi u konsultattivi tagħhom iridu jkunu komposti b’mod nondiskriminatorju u jirriflettu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diversità tas-soċjetà;

31. Jitlob protezzjonijiet addizzjonali għall-minoranzi nazzjonali u li l-lingwi reġjonali u minoritarji fl-Unjoni jiġu inklużi fit-Trattati;

Klima u Ambjent

 

32. Jipproponi li t-tnaqqis tat-tisħin globali u s-salvagwardja tal-bijodiversità jiġu inklużi bħala għanijiet tal-Unjoni; jissuġġerixxi li l-protezzjoni tal-klima u tal-bijodiversità tiżdied mal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tal-Unjoni; jissuġġerixxi l-inklużjoni tas-sostenibbiltà fid-dispożizzjonijiet tat-Trattati dwar is-sajd; jitlob lill-Unjoni tipproteġi l-pedamenti naturali tal-ħajja u tal-annimali, f’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”, kif ukoll tqis ir-riskju li jinqabżu l-limiti planetarji; jitlob li jiġu integrati fit-Trattati l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni li tkompli bl-isforzi biex tillimita ż-żieda fit-temperatura globali;

Politika tal-Enerġija

 

33. Jappella għall-ħolqien ta’ unjoni Ewropea tal-enerġija integrata; jissuġġerixxi li s-sistema tal-enerġija tal-Unjoni trid tkun affordabbli u bbażata fuq l-effiċjenza enerġetika, l-enerġiji rinnovabbli u tkun f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali biex jittaffa t-tibdil fil-klima;

Spazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

 

34. Jipproponi li l-Europol tingħata kompetenzi addizzjonali soġġetti għall-iskrutinju parlamentari; jissuġġerixxi li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-kriminalità ambjentali jiżdiedu mal-oqsma ta’ kriminalità li jissodisfaw il-kriterji tal-Artikolu 83(1) tat-TFUE (reati tal-Unjoni); jitlob li l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun irregolat mill-OLP;

Migrazzjoni

 

35. Jappella għal standards minimi komuni għall-akkwist taċ-ċittadinanza tal-Unjoni minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi, kif ukoll standards komuni għal viżi u permessi ta’ residenza fit-tul biex jiġu evitati l-bejgħ u l-abbuż taċ-ċittadinanza u r-residenza;

36. Jipproponi li l-politika komuni tal-Unjoni dwar l-immigrazzjoni tissaħħaħ billi jittieħdu miżuri xierqa u meħtieġa biex jiġu żgurati l-monitoraġġ effiċjenti, is-sigurtà u l-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-Unjoni u biex il-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni tqis l-istabbiltà ekonomika u soċjali tal-Istati Membri, il-kapaċità li jissodisfaw id-domandi għall-ħaddiema tas-suq uniku, kif ukoll il-ġestjoni effiċjenti tal-migrazzjoni, filwaqt li jitqies it-trattament ġust taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi;

Saħħa

 

37. Jissuġġerixxi li l-Unjoni tistabbilixxi indikaturi komuni għas-sistemi tal-kura tas-saħħa; jipproponi li l-Unjoni tieħu miżuri għan-notifika bikrija, il-monitoraġġ u l-kontroll ta’ theddid transfruntier serju għas-saħħa, b’mod partikolari fil-każ ta’ pandemiji, mingħajr ma tipprevjeni lill-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw miżuri protettivi msaħħa fejn dawn ikunu imperattivi;

38. Jitlob lill-Unjoni tieħu miżuri għall-monitoraġġ u l-koordinazzjoni tal-aċċess għal dijanjostika, informazzjoni u kura komuni dwar mard li jittieħed u li ma jitteħidx, inkluż mard rari;

Xjenza u Teknoloġija

39. Jitlob lill-Unjoni tirrispetta u tippromwovi l-libertà akkademika u l-libertà li wieħed iwettaq riċerka xjentifika u jgħallem;

40. Jipproponi li l-Unjoni tfassal strateġija spazjali komuni u taħdem lejn qafas komuni għall-attivitajiet spazjali;

Dispożizzjonijiet Finali

41. Itenni li r-rappreżentanti tas-sħab soċjali tal-Unjoni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Bank Ċentrali Ewropew, is-soċjetà ċivili tal-Unjoni u l-pajjiżi kandidati għandhom jiġu mistiedna bħala osservaturi għall-Konvenzjoni;

42. Jitlob li l-proposti kollha għall-emenda tat-Trattati kif annessi hawnhekk jiġu diskussi matul il-Konvenzjoni;

43. Jadotta l-proposti għall-emenda tat-Trattati annessi hawnhekk u jippreżentahom lill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 48(2) tat-TUE;

44. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-proposti għall-emenda tat-Trattati annessi magħha lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

 

 

 


ANNESS TAL-MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI PROPOSTI GĦALL-EMENDA TAT-TRATTATI

Emenda  1

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Preambolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BEJĠJANI, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IL-PRESIDENT TA' L-IRLANDA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAL-GRAN BRITTANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, IL-PRESIDENT TAL-IRLANDA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU, IL-PRESIDENT TAL-UNGERIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAN-NETHERLANDS, IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-IŻVEZJA,

Emenda  2

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Emenda  3

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. L-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih il-moviment liberu tal-persuni jkun assigurat flimkien ma’ miżuri xierqa f’dak li jirrigwarda l-kontroll tal-fruntieri esterni, l-asil, l-immigrazzjoni kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha.

2. L-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih il-moviment liberu tal-persuni jkun żgurat flimkien ma’ politiki komuni fil-qasam tal-fruntieri esterni u ma’ miżuri xierqa f’dak li jirrigwarda l-kontroll tal-fruntieri esterni, l-ażil, l-immigrazzjoni kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha.

Emenda  4

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

L-Unjoni għandha tistabbilixxi suq intern. Hija għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli ta’ l-Ewropa mibni fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, intiża li twassal għal livell massimu ta’ mpjieg u progress soċjali, u livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent. Hija għandha tippromwovi l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku.

L-Unjoni għandha tistabbilixxi suq intern. Hija għandha taħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa mibni fuq tkabbir ekonomiku bilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, fuq ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, li għandha bħala għan livell massimu ta’ impjiegi u progress soċjali, u fuq livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-ambjent, kif ukoll fuq tnaqqis tat-tisħin globali u l-ħarsien tal-bijodiversità b’mod konformi mal-ftehimiet internazzjonali. Hija għandha tippromwovi l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku.

Emenda  5

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Hija għandha tiġġieled kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

Hija għandha tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal.

Emenda  6

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

Hija għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew.

Hija għandha tirrispetta u tippromwovi r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tiżgura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew.

Emenda  7

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

4. L-Unjoni għandha tistabbilixxi unjoni ekonomika u monetarja li l-munita tagħha tkun l-euro.

4. Il-munita tal-Unjoni hija l-euro.

Emenda  8

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

5a. L-Unjoni għandha tipproteġi u tippromwovi l-aċċess għall-edukazzjoni universali u mingħajr ħlas, il-libertà akkademika istituzzjonali u individwali u d-drittijiet tal-bniedem, kif definiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  9

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Fuq proposta motivata minn terz ta’ l-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza ta’ erbgħa minn ħamsa tal-membri tiegħu, wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jikkonstata li hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma’ l-Istat Membru in kwistjoni u jista’ jagħmillu rakkomandazzjonijiet, skond l-istess proċedura.

Fuq proposta motivata minn terz tal-Istati Membri, mill-Parlament Ewropew jew mill-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jikkonstata fi żmien sitt xhur minn meta jirċievi proposta jekk hemmx riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2. Qabel ma jipproċedi għal din il-konstatazzjoni, il-Kunsill għandu jisma’ l-Istat Membru inkwistjoni u jista’ jagħmillu rakkomandazzjonijiet, skont l-istess proċedura.

Emenda  10

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta ta’ terz ta’ l-Istati Membri jew tal-Kummissjoni Ewropea u wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista jikkonstata li hemm ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal- valuri msemmija fl-Artikolu 2, wara li jkunu stieden lil dan l-Istat Membru sabiex iressaq il-preżentazzjonijiet tiegħu.

2. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fi żmien sitt xhur minn meta jirċievi proposta ta’ terz tal-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, jew tal-Kummissjoni, jista’ jressaq applikazzjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-eżistenza ta’ ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2.

Emenda  11

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni wara li tistieden lill-Istat Membru inkwistjoni jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu.

Emenda  12

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Meta tkun saret il-kostatazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċidi li jissospendi lill-Istat Membru inkwistjoni minn xi wħud mid-drittijiet li joħorġu mill-applikazzjoni tat-Trattati kompriż id-dritt tal-vot fil-Kunsill tar-rappreżentant tal-gvern ta’ l-Istat Membru. Meta jagħmel hekk, il-Kunsill għandu jqis il-konsegwenzi li jista’ jkollha sospensjoni bħal din fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi.

Meta tkun saret il-kostatazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, għandu jiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn dan li jieħu miżuri xierqa. Tali miżuri jistgħu jinkludu s-sospensjoni tal-impenji u tal-pagamenti mill-baġit tal-Unjoni, jew is-sospensjoni tal-Istat Membru inkwistjoni minn xi wħud mid-drittijiet li joħorġu mill-applikazzjoni tat-Trattati inkluż id-dritt tal-vot fil-Kunsill tar-rappreżentant tal-gvern tal-Istat Membru u d-dritt tal-Istat Membru inkwistjoni li jieħu l-Presidenza tal-Kunsill. Meta jagħmel hekk, il-Kunsill għandu jqis il-konsegwenzi li jista’ jkollha sospensjoni bħal din fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni ġuridiċi u fiżiċi.

Emenda  13

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. Kull ċittadin għandu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika ta’ l-Unjoni. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin.

3. Kull ċittadin għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tiżgura li jkun hemm strumenti li jippermettu liċ-ċittadini jeżerċitaw dan id-dritt.

Emenda  14

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’mod kemm jista’ jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin.

Emenda  15

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 10 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

4. Il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta’ l-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni.

4. Il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-partiti politiċi Ewropej jistgħu jippromwovu, jappoġġaw u jiffinanzjaw attivitajiet għal dawk l-għanijiet.

Emenda  16

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a. Is-sħab soċjali għandhom jiġu kkonsultati waqt it-tħejjija ta’ kwalunkwe inizjattiva fl-oqsma tal-politika soċjali, ekonomika u tal-impjiegi.

Emenda  17

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Ċittadini ta’ l-Unjoni, li l-għadd tagħhom ma jkunx anqas minn miljun, li jkunu ċittadini ta’ għadd sinifikanti mill-Istati Membri, jistgħu jieħdu l-inizjattiva li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tal-kompetenzi mogħtija lilha, sabiex tippreżenta kull proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali ta’ l-Unjoni għall-implimentazzjoni tat-Trattati.

Ċittadini tal-Unjoni, li l-għadd tagħhom ma jkunx anqas minn miljun, li jkunu ċittadini ta’ għadd sinifikanti mill-Istati Membri, jistgħu jieħdu l-inizjattiva li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea, fil-qafas tal-kompetenzi mogħtija lilha, sabiex tippreżenta kwalunkwe proposta xierqa dwar il-kwistjonijiet fejn iċ-ċittadini jikkunsidraw li jkun meħtieġ att legali tal-Unjoni.

Emenda  18

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni jew il-Parlament Ewropew jistgħu jipproponu att legali bbażat fuq kwalunkwe inizjattiva taċ-ċittadini valida.

Emenda  19

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet intiżi biex jiggarantixxu t-teħid ta’ deċiżjoni tagħhom u r-rispett tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11.

Emenda  20

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 11 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

4b. Il-Parlament Ewropew, b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, jista’ jippreżenta lill-Kunsill Ewropew proposta għal referendum Ewropew. Proposta għal referendum Ewropew għandha tkun konformi mal-valuri Ewropej kif stabbiliti fl-Artikolu 2.

 

Jekk il-Kunsill Ewropew, b’maġġoranza, jadotta deċiżjoni favur ir-referendum propost, il-Kummissjoni għandha torganizza wieħed.

 

Kwalunkwe referendum Ewropew għandu jiġi organizzat fl-istess jum fl-Unjoni kollha. Għandu jitqies li ġie approvat meta maġġoranza tal-votanti fil-livell tal-UE, u fil-livell nazzjonali f’maġġoranza tal-Istati Membri, jivvotaw favur.

Emenda  21

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi governattivi u konsultattivi tagħha għandhom ikunu komposti b’mod mhux diskriminatorju u jirriflettu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-diversità tas-soċjetà.

Emenda  22

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Parlament Ewropew għandu jkun magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni. Dawn m’għandhomx jaqbżu l-għadd ta’ seba’ mija u ħamsin, minbarra l-President. Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini għandha tkun digressivament proporzjonali, b’mhux anqas minn sitt membri għal kull Stat Membru. Ebda Stat Membru m’għandu jkun allokat aktar minn sitta u disgħin siġġu.

Il-Parlament Ewropew għandu jkun magħmul minn rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni. Dawn m’għandhomx jaqbżu l-għadd ta’ seba’ mija u ħamsin, minbarra l-President.

(It-test imħassar huwa ppożizzjonat mill-ġdid bħala l-paragrafu 2a (ġdid). Ara l-emenda 24.)

Emenda  23

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill Ewropew għandu jadotta b’unanimità, fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bl-approvazzjoni tiegħu, deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, li tirrispetta l-prinċipji previsti fl-ewwel subparagrafu.

imħassar

Emenda  24

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2a. Ir-rappreżentanza taċ-ċittadini għandha tkun digressivament proporzjonali, b’mhux anqas minn sitt membri għal kull Stat Membru. Ebda Stat Membru ma għandu jkun allokat aktar minn sitta u disgħin siġġu.

(Dan it-test huwa ripożizzjonament tat-tieni u t-tielet sentenzi tal-paragrafu 2, subparagrafu 1. Ara l-emenda 22.)

Emenda  25

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 14 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2b. Il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi l-kompożizzjoni tiegħu b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, filwaqt li jirrispetta l-prinċipji msemmija fil-paragrafi 2 u 2a, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kunsill.

Emenda  26

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 15 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Il-Kunsill Ewropew għandu jikkonsisti mill-Kapijiet ta’ l-Istat jew tal-Gvern ta’ l-Istati Membri, flimkien mal-President tiegħu u mal-President tal-Kummissjoni. Ir-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jipparteċipa fil-ħidma tiegħu.

2. Il-Kunsill Ewropew għandu jikkonsisti mill-Kapijiet tal-Istat jew tal-Gvern tal-Istati Membri, flimkien mal-President tal-Unjoni Ewropea. Is-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jipparteċipa fil-ħidma tiegħu.

 

(Din l-emenda tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni tagħha tirrikjedi tibdil korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  27

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 15 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. Il-Kunsill Ewropew għandu jiltaqa’ darbtejn kull sitt xhur, fuq sejħa mill-President tiegħu. Meta jkun meħtieġ skond l-aġenda, il-membri tal-Kunsill Ewropew jistgħu jiddeċiedu li kull wieħed ikun assistit minn ministru u, fil-każ tal-President tal-Kummissjoni, minn membru tal-Kummissjoni. Meta s-sitwazzjoni tkun teħtieġ, il-President għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew.

 

3. Il-Kunsill Ewropew għandu jiltaqa’ darbtejn kull sitt xhur, fuq sejħa mill-President tiegħu. Meta jkun meħtieġ skont l-aġenda, il-membri tal-Kunsill Ewropew jistgħu jiddeċiedu li kull wieħed ikun assistit minn ministru u, fil-każ tal-President tal-Unjoni Ewropea, minn membru tal-Kummissjoni. Meta s-sitwazzjoni tkun teħtieġ, il-President għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew.

Emenda  28

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 15 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

5. Il-Kunsill Ewropew għandu jeleġgi l-President tiegħu b’maġġoranza kwalifikata għal perijodu ta’ sentejn u nofs, li jista' jiġġedded darba. F’każijiet ta’ impediment jew ta’ imġieba ħażina serja, l-Kunsill Ewropew jista’ jtemm il-mandat tiegħu skond l-istess proċedura.

5. Il-Kunsill Ewropew għandu jeleġġi l-President tiegħu b’maġġoranza kwalifikata.

Emenda  29

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 15 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

6. Il-President tal-Kunsill Ewropew:

imħassar

(a) għandu jippresjedi u jmexxi ’l quddiem il-ħidma tal-Kunsill Ewropew;

 

(b) għandu jassigura t-tħejjija u l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Ewropew f’koperazzjoni mal-President tal-Kummissjoni, u abbażi tal-ħidma tal-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali;

 

(c) għandu jaħdem sabiex jiffaċilita l-koeżjoni u l-konsensus fi ħdan il-Kunsill Ewropew;

 

(d) għandu jippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew wara kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew.

 

Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu, fil-livell tiegħu u fil-kapaċità tiegħu, jassigura r-rappreżentanza esterna ta’ l-Unjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-politika estera u ta’ sigurtà komuni, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tar-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.

 

Il-President tal-Kunsill Ewropew m’għandux ikollu kariga nazzjonali.

 

Emenda  30

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Il-Kunsill għandu jkun kompost minn rappreżentant ta’ kull Stat Membru fil-livell ministerjali, li jista’ jimpenja lill-gvern ta’ l-Istat Membru li hu jirrapreżenta u jivvota għalih.

2. Il-Kunsill għandu jkun kompost minn rappreżentanti ta’ kull Stat Membru, li jistgħu jorbtu lill-gvern tal-Istat Membru li huma jirrappreżentaw u jeżerċitaw id-dritt tal-vot.

Emenda  31

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jittieħdu b’maġġoranza kwalifikata, ħlief fejn it-Trattati jipprovdi mod ieħor.

3. Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jittieħdu b’maġġoranza sempliċi, ħlief fejn it-Trattati jiddisponu mod ieħor.

Emenda  32

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Mill-1 ta’ Novembru 2014, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala li hija daqs mill-inqas 55 % tal-membri tal-Kunsill, li tinkludi mill-inqas ħmistax fosthom u li tirrappreżenta Stati Membri li flimkien jinkludu mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni ta’ l-Unjoni.

Maġġoranza sempliċi għandha tkun definita bħala maġġoranza tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  33

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Minoranza li timblokka għandha tinkludi mill-inqas erba’ membri tal-Kunsill, u fin-nuqqas ta’ dan għandu jitqies li ntlaħqet il-maġġoranza kwalifikata.

imħassar

Emenda  34

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

L-arranġamenti l-oħra li jirregolaw il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għandhom ikunu stabbiliti skond l-Artikolu 238 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.

imħassar

Emenda  35

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a. Maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita bħala tal-anqas żewġ terzi tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw tal-anqas 50 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  36

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

4b. Maġġoranza kwalifikata msaħħa għandha tkun definita bħala tal-anqas erbgħa minn kull ħamsa tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw tal-anqas 50 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  37

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

5. Id-dispożizzjonijiet transitorji dwar id-definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata li għandhom japplikaw sal-31 ta’ Ottubru 2014, kif ukoll dawk li ser ikunu applikabbli bejn l-1 ta’ Novembru 2014 u l-31 ta’ Marzu 2017, għandhom ikunu stabbiliti mill-protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji.

imħassar

Emenda  38

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill jiltaqa’ f’formazzjonijiet differenti, li l-lista tagħhom għandha tkun adottata skond l-Artikolu 236 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.

imħassar

Emenda  39

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali għandu jara li jkun hemm konsistenza fil-ħidma tal-formazzjonijiet differenti tal-Kunsill. Huwa għandu jħejji u jassigura s-segwitu tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, flimkien mal-President tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni.

imħassar

Emenda  40

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 6 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill ta’ l-Affarijiet Barranin għandu jelabora l-azzjoni esterna ta’ l-Unjoni skond il-linji gwida strateġiċi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew, u jassigura li l-azzjoni ta’ l-Unjoni tkun konsistenti.

imħassar

Emenda  41

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 7

 

Test fis-seħħ

Emenda

7. Kumitat ta’ Rappreżentanti Permanenti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri għandu jkun responsabbli sabiex iħejji l-ħidma tal-Kunsill.

imħassar

Emenda  42

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 16 – paragrafu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

8. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ fil-pubbliku meta jiddelibera u jivvota fuq abbozz ta’ att leġislattiv. Għal dan l-għan, kull laqgħa tal-Kunsill għandha tkun maqsuma f’żewġ partijiet, li jittrattaw rispettivament id-deliberazzjonijiet dwar l-atti legislattivi ta’ l-Unjoni u l-attivitajiet mhux leġislattivi ta’ l-Unjoni.

8. Il-Kunsill għandu jiltaqa’ fil-pubbliku meta jiddelibera u jivvota fuq abbozz ta’ att leġiżlattiv.

Emenda  43

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tippromwovi l-interess ġenerali ta’ l-Unjoni u tieħu l-inizjattivi xierqa għal dan il-għan. Hija għandha tissorvelja l-applikazzjoni tat-Trattati kif ukoll tal-miżuri adottati mill-Istituzzjonijiet skond dawn it-Trattati. Hija għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tad-dritt ta’ l-Unjoni taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea. Hija għandha teżegwixxi l-baġit u tamministra l-programmi. Għandha teżerċita funzjonijiet ta’ koordinazzjoni, eżekuzzjoni u amministrazzjoni, skond il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati. Bl-eċċezzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, u ta’ każijiet oħrajn previsti fit-Trattati, hija għandha tassigura r-rappreżentanza esterna ta’ l-Unjoni. Hija għandha tieħu l-inizjattiva għall-programmazzjoni annwali u pluriennali ta’ l-Unjoni sabiex jintlaħqu ftehim interistituzzjonali.

1. L-Eżekuttiv għandu jippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni u jieħu l-inizjattivi xierqa għal dan il-għan. Għandu jissorvelja l-applikazzjoni tat-Trattati kif ukoll tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet skont dawn it-Trattati. Għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għandu jeżegwixxi l-baġit u jamministra l-programmi. Għandu jeżerċita funzjonijiet ta’ koordinazzjoni, eżekuzzjoni u amministrazzjoni, skont il-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati. Bl-eċċezzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, u ta’ każijiet oħrajn previsti fit-Trattati, għandu jiżgura r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni. Għandu jibda l-programmazzjoni annwali u pluriennali tal-Unjoni sabiex jintlaħqu ftehimiet interistituzzjonali.

 

(Din l-emenda tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni tagħha tirrikjedi tibdil korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  44

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 17 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. L-atti leġislattivi ta’ l-Unjoni ma jistgħux jiġu adottati ħlief fuq proposta tal-Kummissjoni, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. L-atti l-oħrajn għandhom jiġu adottati fuq proposta tal-Kummissjoni meta t-Trattati jipprovdu hekk.

2. L-atti leġiżlattivi tal-Unjoni jistgħu jiġu adottati fuq proposta tal-Eżekuttiv, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. Atti oħrajn għandhom jiġu adottati abbażi ta’ proposta tal-Eżekuttiv meta t-Trattati jipprovdu hekk.

Emenda  45

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 17 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. Il-mandat tal-Kummissjoni għandu jkun ta’ ħames snin.

3. Il-mandat tal-Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin.

Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħhom u ta’ l-impenn Ewropew tagħhom u minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju dwar l-indipendenza tagħhom.

Il-membri tal-Eżekuttiv għandhom jintgħażlu abbażi tal-kompetenza ġenerali tagħhom u tal-impenn Ewropew tagħhom u minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubbju dwar l-indipendenza tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha b’indipendenza totali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18, il-membri tal-Kummissjoni la għandhom ifittxu u lanqas għandhom jaċċettaw istruzzjonijiet minn xi gvern, xi istituzzjoni, korp jew organu. Huma għandhom iżommu lura minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-funzjonijiet tagħhom jew mat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

L-Eżekuttiv għandu jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu b’indipendenza totali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18(2), il-membri tal-Eżekuttiv la għandhom ifittxu u lanqas għandhom jaċċettaw istruzzjonijiet minn xi gvern, xi istituzzjoni, korp jew organu. Huma għandhom iżommu lura minn kull azzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-funzjonijiet tagħhom jew mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.

Emenda  46

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 17 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

4. Il-Kummissjoni maħtura bejn id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona u l-31 ta’ Ottubru 2014, għandha tkun magħmula minn ċittadin wieħed minn kull Stat Membru, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li għandu jkun wieħed mill-Viċi-Presidenti tagħha.

imħassar

Emenda  47

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 17 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

5. Mill-1 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni għandha tkun magħmula minn għadd ta’ membri, inklużi l-President tagħha u r-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, li jikkorrispondi għal żewġ terzi ta’ l-għadd ta’ Stati Membri, sakemm il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’mod unanimu, ma jiddeċidix li jbiddel dan l-għadd.

5. L-Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn 15-il membru, inklużi l-President tiegħu, is-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u s-Segretarju tal-Unjoni għall-Governanza Ekonomika.

Il-membri tal-Kummissjoni għandhom jintgħażlu minn fost iċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri skond sistema ta’ rotazzjoni strettament indaqs bejn l-Istati Membri li tirrifletti l-firxa demografika u ġeografika ta’ l-Istati Membri kollha. Din is-sistema għandha tkun stabbilita b’unanimità mill-Kunsill Ewropew skond l-Artikolu 244 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-membri tal-Eżekuttiv għandhom jintgħażlu minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri, b’mod li jirrifletti l-firxa demografika u ġeografika tal-Istati Membri. Din is-sistema għandha tkun stabbilita mill-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 244 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

L-Eżekuttiv, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jkun jista’ jaħtar sottosegretarji għal portafoll jew kompitu speċifiku. Meta jagħmel dan, l-Eżekuttiv għandu jqis il-firxa ġeografika tal-Eżekuttiv imsemmija fit-tieni subparagrafu.

Emenda  48

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 17 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

6. Il-President tal-Kummissjoni għandu:

6. Il-President tal-Eżekuttiv għandu:

(a) jistabbilixxi l-linji gwida li fuqhom għandha taħdem il-Kummissjoni;

(a) jistabbilixxi l-linji gwida li fuqhom għandu jaħdem l-Eżekuttiv;

(b) jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni interna tal-Kummissjoni, sabiex jassigura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kolleġġjalità ta’ l-azzjoni tagħha;

(b) jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni interna tal-Eżekuttiv, sabiex jiżgura l-koerenza, l-effiċjenza u l-kolleġġjalità tal-azzjoni tiegħu;

(c) jaħtar Viċi-Presidenti, barra r-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, minn fost il-membri tal-Kummissjoni.

(c) jaħtar Viċi Presidenti, barra s-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u s-Segretarju tal-Unjoni għall-Governanza Ekonomika, minn fost il-membri tal-Eżekuttiv.

Membru tal-Kummissjoni għandu jirriżenja jekk jiġi mitlub jagħmel hekk mill-President. Ir-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jirriżenja, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, jekk jiġi mitlub jagħmel hekk mill-President.

Membru tal-Eżekuttiv għandu jirriżenja jekk jiġi mitlub jagħmel hekk mill-President. Is-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u s-Segretarju tal-Unjoni għall-Governanza Ekonomika għandhom jirriżenjaw, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18(1), jekk jiġu mitluba jagħmlu hekk mill-President.

Emenda  49

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 17 – paragrafu 7

 

Test fis-seħħ

Emenda

7. Waqt li jitqiesu l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, u wara konsultazzjonijiet xierqa, il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġgoranza kwalifikata, għandu jipproponi lill-Parlament Ewropew kandidat għall-funzjoni ta’ President tal-Kummissjoni. Dan il-kandidat għandu jkun elett mill-Parlament Ewropew b’maġgoranza tal-membri tiegħu. Jekk dan ma jiksibx il-maġġoranza, il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu fi żmien xahar jipproponi kandidat ġdid li għandu jiġi elett mill-Parlament Ewropew skond l-istess proċedura.

7. Wara l-elezzjonijiet Ewropej, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, għandu jinnomina għall-Kunsill Ewropew kandidat għall-funzjoni ta’ President tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu. Jekk il-kandidat nominat ma jiksibx il-maġġoranza meħtieġa, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, għandu fi żmien xahar jinnomina kandidat. Il-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

Il-Kunsill, bi ftehim komuni mal-President elett, għandu jadotta l-lista tal-persuni l-oħra li l-Kunsill jipproponi li jaħtar bħala membri tal-Kummissjoni. Huma għandhom jintgħażlu abbażi ta’ suġġerimenti magħmula mill-Istati Membri, skond il-kriterji previsti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

Il-President elett għandu jipproponi lista ta’ kandidati għall-ħatra bħala membri tal-Eżekuttiv. Huma għandhom jintgħażlu skont il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 3 u 5.

Il-President, ir-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-membri l-oħrajn tal-Kummissjoni għandhom ikunu suġġetti bħala grupp għal vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. Abbażi ta’ din l-approvazzjoni l-Kummissjoni għandha tinħatar mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Il-President, is-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-membri l-oħrajn tal-Eżekuttiv għandhom ikunu soġġetti kollettivament għal vot ta’ approvazzjoni mill-Parlament Ewropew. Abbażi ta’ din l-approvazzjoni l-Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi.

Emenda  50

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 17 – paragrafu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

8. Il-Kummissjoni bħala grupp għandha tkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew jista’ jadotta mozzjoni ta’ ċensura tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 234 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea. Jekk tali mozzjoni tkun adottata, il-membri tal-Kummissjoni għandhom jirriżenjaw kollettivament u r-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jirriżenja mill-funzjonijiet li jeżerċita fi ħdan il-Kummissjoni.

8. L-Eżekuttiv għandu jkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew jista’ jadotta mozzjoni ta’ ċensura kollettiva tal-Eżekuttiv jew mozzjoni ta’ ċensura individwali ta’ membru tal-Eżekuttiv skont l-Artikolu 234 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Jekk mozzjoni ta’ ċensura kollettiva tkun adottata, il-membri tal-Eżekuttiv għandhom jirriżenjaw kollettivament. Jekk mozzjoni ta’ ċensura individwali tkun adottata, il-membru tal-Eżekuttiv ikkonċernat għandu jirriżenja.

Emenda  51

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tissorvelja l-konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u tista’ tagħti deċiżjonijiet preliminari dwar jekk l-Unjoni aġixxietx ultra vires, kif ukoll tindirizza azzjonijiet imressqa skont l-Artikolu 263 fuq il-bażi ta’ ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Emenda  52

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

(a) tissalvagwardja l-valuri, l-interessi fundamentali, is-sigurtà, l-indipendenza u l-integrità tagħha;

(a) tissalvagwardja l-valuri, l-interessi fundamentali, is-sigurtà, l-awtonomija strateġika, l-indipendenza u l-integrità tagħha;

Emenda  53

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni hija suġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi. Hija għandha tkun definita u implimentata mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b’mod unanimu, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. L-adozzjoni ta’ atti leġislattivi għandha tkun eskluża. Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni għandha titwettaq mir-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Istati Membri, skond it-Trattati. Ir-rwoli speċifiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni f’dan il-qasam huma definiti mit-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandhiex ikollha ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, ħlief għall-kompetenza tagħha li tissorvelja l-konformità ma’ l-Artikolu 40 ta’ dan it-Trattat u sabiex tikkontrolla l-legalità ta’ ċerti deċiżjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 275 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni hija soġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi. Hija għandha tkun definita u implimentata mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b’maġġoranza kwalifikata, wara li jiksbu l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Il-politika estera u ta’ sigurtà komuni għandha titwettaq mis-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Istati Membri, skont it-Trattati. Ir-rwol speċifiku tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni f’dan il-qasam huwa definit mit-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġuriżdizzjoni fir-rigward ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Emenda  54

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 29

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet li jiddefinixxu l-atteġġament ta’ l-Unjoni lejn materja partikolari ta’ natura ġeografika jew tematika. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-linji tal-politika nazzjonali tagħhom ikunu konformi mal-pożizzjonijiet ta’ l-Unjoni.

Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjonijiet li jiddefinixxu l-atteġġament tal-Unjoni lejn materja partikolari ta’ natura ġeografika jew tematika. Meta deċiżjoni tipprevedi l-interruzzjoni jew it-tnaqqis, parzjali jew għalkollox, tar-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-politiki nazzjonali tagħhom ikunu konformi mal-pożizzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda  55

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 31 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Id-deċiżjonijiet taħt dan it-Titolu għandhom jittieħdu mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b’mod unanimu, ħlief fil-każijiet fejn dan il-kapitolu jipprovdi mod ieħor. L-adozzjoni ta’ atti leġislattivi għandha tkun eskluża.

1. Id-deċiżjonijiet taħt dan it-Titolu għandhom jittieħdu mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b’maġġoranza kwalifikata. L-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi għandha tkun eskluża.

Meta jastjeni minn xi vot, kull membru tal-Kunsill jista’ jikkwalifika l-astensjoni tiegħu billi jagħmel dikjarazzjoni formali skond dan is-subparagrafu. F’dak il-każ, hu ma jkunx obligat li japplika dik id-deċiżjoni, imma għandu jaċċetta li dik id-deċiżjoni tikkommetti lill-Unjoni. Fi spirtu ta’ solidarjetà reċiproka, l-Istat Membru kkonċernat għandu joqgħod lura minn xi azzjoni li aktarx toħloq kunflitt ma’, jew tostakola l-azzjoni ta’ l-Unjoni li tkun ibbażata fuq dik id-deċiżjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jirrispettaw il-pożizzjoni tiegħu. Jekk il-membri tal-Kunsill li jikkwalifikaw l-astensjoni tagħhom b’dan il-mod jirrappreżentaw mill-inqas terz ta’ l-Istati Membri li jinkludu mill-inqas terz tal-popolazzjoni ta’ l-Unjoni, id-deċiżjoni m’għandhiex tiġi adottata.

 

Emenda  56

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 31 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. B’deroga mid-dispożizzjonijiet ta’ paragrafu 1, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata:

 

 meta jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta’ l-Unjoni abbażi ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-interessi u l-objettivi strateġiċi ta’ l-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 22(1);

 

- meta jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta’ l-Unjoni, fuq proposta preżentata mir-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà wara talba speċifika lilu mill-Kunsill Ewropew fuq inizjattiva ta’ dan stess jew fuq dik tar-Rappreżentant Għoli;

 

 meta jadotta xi deċiżjoni li timplimenta deċiżjoni li tiddefinixxi azzjoni jew pożizzjoni ta’ l-Unjoni;

 

 meta jinħatar rappreżentant speċjali skond l-Artikolu 33.

 

Jekk membru tal-Kunsill jiddikjara li, minħabba raġunijiet vitali u indikati ta’ politika nazzjonali, hu jkollu l-intenzjoni li jopponi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni meħudha b’maġġoranza kwalifikata, il-vot m’għandux jittieħed. Ir-Rappreżentant Għoli jfittex, b’konsultazzjoni mill-qrib ma’ l-Istat Membru kkonċernat, soluzzjoni aċċettabbli għal dan ta’ l-aħħar. Fin-nuqqas ta’ riżultat, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jitlob li l-kwistjoni titressaq quddiem il-Kunsill Ewropew għal deċiżjoni b’unanimità.

Membru tal-Kunsill jista’ jitlob li, minħabba raġunijiet vitali u ddikjarati ta’ politika nazzjonali, il-kwistjoni titressaq quddiem il-Kunsill Ewropew.

Emenda  57

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 31 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. Il-Kunsill Ewropew jista’, b’mod unanimu, jadotta deċiżjoni li tipprevedi li l-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata f’każijiet oħra minbarra dawk previsti fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda  58

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 31 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

4. Il-paragrafi 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għal deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.

imħassar

Emenda  59

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 42 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni għandha tkun parti integrali mill-politika estera u ta’ sigurtà komuni. Din għandha tipprovdi lill-Unjoni b’kapaċità operattiva billi tagħmel użu minn riżorsi ċivili u militari. L-Unjoni tista’ tużahom f’missjonijiet barra mill-Unjoni għaż-żamma tal-paċi, għall-prevenzjoni ta’ konflitti u sabiex tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skond il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Dawn il-kompiti għandhom jitwettqu permezz tal-kapaċitajiet provduti mill-Istati Membri.

1. Il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni għandha tkun parti integrali mill-politika estera u ta’ sigurtà komuni. Din għandha tippermetti lill-Unjoni tiddefendi lill-Istati Membri kontra t-theddid. Din għandha tipprovdi lill-Unjoni b’kapaċità operattiva billi tagħmel użu minn riżorsi ċivili u militari. L-Unjoni tista’ tużahom f’missjonijiet barra mill-Unjoni għaż-żamma tal-paċi, għall-prevenzjoni ta’ konflitti u sabiex tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skont il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, inklużi l-akkwist u l-iżvilupp ta’ armamenti, għandha tiġi ffinanzjata mill-Unjoni permezz ta’ baġit speċifiku li fir-rigward tiegħu l-Parlament Ewropew huwa koleġiżlatur u jeżerċita funzjoni ta’ skrutinju.

Emenda  60

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 42 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni għandha tinkludi t-tfassil progressiv ta’ politika ta’ difiża komuni ta’ l-Unjoni. Din sejra twassal għal difiża komuni, meta l-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’mod unanimu, jiddeċiedi hekk. F’dak il-każ dan għandu jirrakkomanda lill-Istati Membri li jadottaw deċiżjoni f’ dan is-sens skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni għandha tinkludi t-tfassil progressiv ta’ politika ta’ difiża komuni ta’ l-Unjoni. Din sejra twassal għal difiża komuni, meta l-Kunsill Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jiddeċiedi hekk. F’dak il-każ dan għandu jirrakkomanda lill-Istati Membri li jadottaw deċiżjoni f’dan is-sens skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Emenda  61

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 42 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Unjoni l-kapaċitajiet ċivili u militari għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti mill-Kunsill. Dawk l-Istati Membri li jistabbilixxu forzi multinazzjonali flimkien jistgħu wkoll jagħmluhom disponibbli għall-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni.

 

3. L-Unjoni għandha tistabbilixxi Unjoni tad-Difiża b’kapaċitajiet ċivili u militari għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni. Dik l-Unjoni tad-Difiża għandha tinkludi unitajiet militari, inkluża kapaċità permanenti ta’ skjerament rapidu, taħt il-kmand operattiv tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu kapaċitajiet addizzjonali. Dawk l-Istati Membri li jistabbilixxu forzi multinazzjonali flimkien jistgħu wkoll jagħmluhom disponibbli għall-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni.

L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom sabiex itejbu progressivament il-kapaċitajiet militari tagħhom. L-Aġenzija fil-qasam ta’ l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża, tar-riċerka, ta’ l-akkwist u ta’ l-armamenti (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża) tidentifika l-ħtiġijiet operattivi, tippromwovi l-miżuri li jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet, tikkontribwixxi sabiex tidentifika u, fejn ikun meħtieġ, timplimenta kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex issaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża, tipparteċipa sabiex tidentifika politika Ewropea dwar kapaċitajiet u armamenti u tassisti lill-Kunsill fil-valutazzjoni tat-titjib tal-kapaċitajiet militari.

L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom sabiex itejbu progressivament il-kapaċitajiet militari tagħhom. L-Aġenzija fil-qasam tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ difiża, tar-riċerka, tal-akkwist u tal-armamenti (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Aġenzija Ewropea tad-Difiża) għandha tidentifika l-ħtiġijiet operattivi, għandha timplimenta l-miżuri li jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet, għandha takkwista armamenti f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, għandha tieħu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex issaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tas-settur tad-difiża, għandha tipparteċipa fid-definizzjoni ta’ politika Ewropea tal-kapaċitajiet u tal-armamenti, u għandha tevalwa t-titjib tal-kapaċitajiet militari.

Emenda  62

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 42 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

4. Id-deċiżjonijiet dwar il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, inklużi dawk li jibdew missjoni kif previst f’dan l-Artikolu, għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b’mod unanimu, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew fuq inizjattiva minn Stat Membru. Ir-Rappreżentant Għoli jista’ jipproponi li juża kemm riżorsi nazzjonali kif ukoll strumenti ta’ l-Unjoni, flimkien mal-Kummissjoni fejn xieraq.

4. Id-deċiżjonijiet dwar il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni, għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tas-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew fuq inizjattiva ta’ Stat Membru, u wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Is-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jista’ jipproponi li juża kemm riżorsi nazzjonali kif ukoll strumenti tal-Unjoni, flimkien mal-Kummissjoni fejn xieraq.

Emenda  63

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 42 – paragrafu 4a – subparagrafu 1 (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a. Id-deċiżjonijiet li jibdew missjonijiet għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata. Il-Parlament għandu jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu.

Emenda  64

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 42 – paragrafu 4a – subparagrafu 2 (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-Kunsill jista’ jadotta deċiżjonijiet li joħolqu missjonijiet jew operazzjonijiet militari b’mandat eżekuttiv b’konsensus, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew li jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu. Jekk ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda konsensus, id-deċiżjoni titqies li ġiet adottata sakemm erba’ membri tal-Kunsill jew aktar ma joġġezzjonawx.

Emenda  65

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 42 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Jekk Stat Membru jkun il-vittma ta’ aggressjoni armata fuq it-territorju tiegħu, l-Istati Membri l-oħra jkunu obbligati jtuh l-għajnuna u l-assistenza permezz tal-mezzi kollha li jista’ jkollhom, skond l-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan m’għandux jippreġudika l-karattru speċifiku tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża ta’ ċerti Stati Membri.

Jekk Stat Membru jkun il-vittma ta’ aggressjoni, l-Unjoni tad-Difiża u l-Istati Membri kollha għandhom l-obbligu li jagħtuh l-għajnuna u l-assistenza permezz tal-mezzi kollha li jista’ jkollhom, skont l-Artikolu 51 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Attakk armat fuq Stat Membru wieħed għandu jitqies bħala attakk fuq l-Istati Membri kollha. Dan m’għandux jippreġudika l-karattru speċifiku tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża ta’ ċerti Stati Membri.

Emenda  66

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 43 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Il-missjonijiet previsti fl-Artikolu 42, li matulhom l-Unjoni tista’ tuża mezzi ċivili u militari, għandhom jinkludu operazzjonijiet konġunti ta’ diżarm, missjonijiet umanitarji u ta’ salvataġġ, missjonijiet ta’ għoti ta’ pariri u ta’ assistenza fi kwistjonijiet militari, missjonijiet ta’ prevenzjoni ta’ konflitti u taż-żamma tal-paċi, missjonijiet ta’ forzi ta’ kumbattiment fl-immaniġġar ta’ kriżijiet, inklużi l-missjonijiet għall-istabbiliment tal-paċi u għall-istabbilizzazzjoni wara l-konflitti. Dawn il-missjonijiet kollha jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż bl-appoġġ għal pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fit-territorji tagħhom.

1. Il-missjonijiet previsti fl-Artikolu 42(1), li matulhom l-Unjoni tista’ tuża mezzi ċivili u militari, għandhom jinkludu l-ġlieda kontra t-theddid u l-gwerer ibridi, ir-rikatt enerġetiku, it-theddid ċibernetiku, il-kampanji ta’ diżinformazzjoni u l-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi, operazzjonijiet konġunti ta’ diżarm, missjonijiet umanitarji u ta’ salvataġġ, missjonijiet ta’ għoti ta’ pariri u ta’ assistenza fi kwistjonijiet militari, missjonijiet ta’ prevenzjoni ta’ konflitti u taż-żamma tal-paċi, missjonijiet ta’ forzi ta’ kumbattiment fl-immaniġġar ta’ kriżijiet, inklużi l-missjonijiet għall-istabbiliment tal-paċi u għall-istabbilizzazzjoni wara l-konflitti. Dawn il-missjonijiet kollha jistgħu jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż bl-appoġġ għal pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fit-territorji tagħhom.

Emenda  67

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

(b)  tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet operazzjonali u l-adozzjoni ta’ metodi ta’ akkwist effettivi u kompatibbli;

(b)  takkwista armamenti għall-Unjoni tad-Difiża u f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u tippromwovi l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet operazzjonali u l-adozzjoni ta’ metodi ta’ akkwist effettivi u kompatibbli;

Emenda  68

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

(c)  tipproponi proġetti multilaterali sabiex jiġu sodisfatti l-objettivi f’termini ta’ kapaċitajiet militari, u tassigura l-koordinazzjoni tal-programmi implimentati mill-Istati Membri u l-amministrazzjoni ta’ programmi speċifiċi ta’ koperazzjoni;

(c)  tipproponi u tmexxi proġetti multilaterali sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi f’termini ta’ kapaċitajiet militari, u tiżgura l-koordinazzjoni tal-programmi implimentati mill-Istati Membri u l-amministrazzjoni ta’ programmi speċifiċi ta’ kooperazzjoni;

Emenda  69

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 45 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża għandha tkun miftuħa għall-Istati Membri kollha li jixtiequ jipparteċipaw fiha. Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jadotta deċiżjoni li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli ta’ funzjonament ta’ l-Aġenzija. Din id-deċiżjoni għandha tikkunsidra l-livell ta’ parteċipazzjoni effettiva fl-attivitajiet ta’ l-Aġenzija. Għandhom jiġu stabbiliti fl-Aġenzija gruppi speċifiċi li jiġbru flimkien Stati Membri involuti fi proġetti konġunti. L-Aġenzija għandha twettaq il-missjonijiet tagħha flimkien mal-Kummissjoni meta meħtieġ.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw deċiżjoni li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli ta’ funzjonament tal-Aġenzija.

Emenda  70

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 46 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

6. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fil-qafas tal-koperazzjoni strutturata permanenti, minbarra dawk previsti fil-paragrafi 2 sa 5, għandhom jiġu adottati b’mod unanimu. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-unanimità għandha tkun magħmula biss mill-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri parteċipanti.

6. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fil-qafas tal-kooperazzjoni strutturata permanenti, minbarra dawk previsti fil-paragrafi 2 sa 5, għandhom jiġu adottati b’maġġoranza kwalifikata. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, dik il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun magħmula biss mill-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti, b’mod konformi mar-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Emenda  71

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 48 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Il-gvern ta’ kwalunkwe Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw lill-Kunsill proposti għar-reviżjoni tat-Trattati. Dawn il-proposti jistgħu jirrigwardaw fost l-oħrajn iż-żieda jew it-tnaqqis tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati. Dawn il-proposti għandhom jiġu preżentati mill-Kunsill lill-Kunsill Ewropew u jiġu notifikati lill-Parlamenti nazzjonali.

2. Il-gvern ta’ kwalunkwe Stat Membru, il-Parlament Ewropew jew il-Kummissjoni jistgħu jippreżentaw lill-Kunsill proposti għar-reviżjoni tat-Trattati. Dawn il-proposti jistgħu jirrigwardaw fost l-oħrajn iż-żieda jew it-tnaqqis tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni fit-Trattati. Dawn il-proposti għandhom jiġu preżentati mill-Kunsill lill-Kunsill Ewropew immedjatament u mingħajr deliberazzjoni, u jiġu notifikati lill-Parlamenti nazzjonali.

Emenda  72

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 48 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-Istati Membri għandha tissejjaħ mill-President tal-Kunsill sabiex jiġu determinati bi ftehim komuni l-emendi li għandhom isiru lit-Trattati.

Konferenza tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri għandha tissejjaħ mill-President tal-Kunsill sabiex jiġu determinati l-emendi li għandhom isiru lit-Trattati. Il-konferenza għandha taġixxi b’maġġoranza ta’ erbgħa minn kull ħamsa tal-gvernijiet tal-Istati Membri.

Emenda  73

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 48 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Il-Parlament Ewropew għandu jitqies li jkun ta l-approvazzjoni tiegħu għall-emendi għat-Trattati meta maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu jivvutaw biex jagħmlu dan.

Emenda  74

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 48 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jiġu ratifikati mill-Istati Membri kollha skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ wara li jiġu ratifikati minn erbgħa minn kull ħamsa tal-Istati Membri skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Emenda  75

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 48 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

5. Jekk, sentejn wara l-iffirmar ta’ Trattat li jemenda t-Trattati, erba’ minn ħamsa ta’ l-Istati Membri jkunu rratifikaw it-Trattat imsemmi u Stat Membru wieħed jew iktar ikun iltaqa' ma' diffikultajiet għar-ratifika, l-kwistjoni għandha titressaq lill-Kunsill Ewropew.

5. Jekk, sentejn wara l-iffirmar ta’ trattat li jemenda t-Trattati, anqas minn erbgħa minn kull ħamsa tal-Istati Membri jkunu rratifikawh, għandu jiġi organizzat referendum Ewropew fuq din il-kwistjoni.

Emenda  76

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 48 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill Ewropew jista’ jadotta deċiżjoni li temenda b’mod sħiħ jew parzjali id-dispożizzjonijiet tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b’mod unanimu wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kummissjoni, kif ukoll mal-Bank Ċentrali Ewropew fil-każ ta’ bidliet istituzzjonali fil-qasam monetarju. Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ biss wara l-approvazzjoni tagħha mill-Istati Membri, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

 

Il-Kunsill Ewropew jista’ jadotta deċiżjoni li temenda b’mod sħiħ jew parzjali id-dispożizzjonijiet tat-tielet parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Bank Ċentrali Ewropew fil-każ ta’ bidliet istituzzjonali fil-qasam monetarju. Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ wara li tiġi ratifikata minn erbgħa minn kull ħamsa tal-Istati Membri skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Emenda  77

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 48 – paragrafu 7 – subparagrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

Għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fl-ewwel jew it-tieni subparagrafu, il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata bil-maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.

Għall-adozzjoni ta’ dawk id-deċiżjonijiet, il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata bil-maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.

Emenda  78

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 49 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-kondizzjonijiet tad-dħul u l-tibdil li jkollu jsir fit-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni, minħabba f’dan id-dħul għandhom ikunu miftiehma bejn l-Istati Membri u l-Istat applikant. Dan il-ftehim għandu jiġi ppreżentat għar-ratifika mill-Istati Kontraenti kollha skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Il-kondizzjonijiet tad-dħul u t-tibdil li jkollu jsir fit-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni, minħabba f’dan id-dħul għandhom ikunu miftiehma bejn l-Istati Membri u l-Istat applikant. Dan il-ftehim għandu jiġi ppreżentat għar-ratifika mill-Istati Kontraenti kollha skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikomplu jirrispettaw il-valuri msemmija fl-Artikolu 2 wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni.

Emenda  79

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 52 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. It-Trattati għandhom japplikaw għar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, Ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

1. It-Trattati għandhom japplikaw għar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Iżvezja.

Emenda  80

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 54 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1993, bil-kondizzjoni li l-istrumenti ta’ ratifika kollha jkunu ġew depożitati, jew fin-nuqqas, fl-ewwel ġurnata tax-xahar li jiġi wara li jkun depożitat l-istrument ta’ ratifika mill-aħħar Stat firmatarju li jagħmel dan il-pass.

2. Dan it-Trattat għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara d-depożitu tal-Istrument ta’ ratifika mill-gvernijiet ta’ erbgħa minn kull ħamsa tal-Istati Membri jew wara l-verifika uffiċjali mill-Kummissjoni tar-riżultati ta’ referendum Ewropew li fih inkisbet il-maġġoranza meħtieġa.

Emenda  81

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Preambolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

IL-MAESTA’ TIEGĦU IR-RE TAL-BELĠJANI, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, L-ALTEZZA TAGĦHA REALI L-GRAN DUKESSA TAL-LUSSEMBURGU, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TA' L-OLANDA,

IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-BELĠJANI, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ĊEKA, IL-MAESTÀ TAGĦHA R-REĠINA TAD-DANIMARKA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA, IL-PRESIDENT TAL-IRLANDA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TA’ SPANJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TALJANA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, L-ALTEZZA RJALI TIEGĦU L-GRAN DUKA TAL-LUSSEMBURGU, IL-PRESIDENT TAL-UNGERIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAN-NETHERLANDS, IL-PRESIDENT FEDERALI TAR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IL-PRESIDENT TAR-RUMANIJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IL-PRESIDENT TAR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IL-MAESTÀ TIEGĦU R-RE TAL-IŻVEZJA,

Emenda  82

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ea) l-ambjent u l-bijodiversità.

Emenda  83

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. L-Unjoni għandha wkoll kompetenza esklużiva li tikkonkludi ftehim internazzjonali meta l-konklużjoni tiegħu tkun prevista f’att leġislattiv ta’ l-Unjoni, jew tkun meħtieġa sabiex l-Unjoni tkun tista’ teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew sal-punt fejn il-konklużjoni tiegħu tista’ tolqot xi regoli komuni jew tbiddel il-kamp ta’ l-applikazzjoni tagħhom.

2. L-Unjoni għandu jkollha wkoll kompetenza esklużiva li tikkonkludi ftehim internazzjonali, inkluż fil-kuntest ta’ negozjati globali dwar it-tibdil fil-klima, meta l-konklużjoni tiegħu tkun prevista f’att leġiżlattiv tal-Unjoni, jew tkun meħtieġa sabiex l-Unjoni tkun tista’ teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew sal-punt fejn il-konklużjoni tiegħu tista’ tolqot xi regoli komuni jew tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom.

Emenda  84

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e

 

Test fis-seħħ

Emenda

(e) l-ambjent;

(e) kwistjonijiet ta’ saħħa pubblika, b’mod partikolari l-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem, speċjalment fir-rigward ta’ theddid transfruntier għas-saħħa, inkluża s-saħħa riproduttiva, u l-approċċ “Saħħa Waħda”;

Emenda  85

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt g

 

Test fis-seħħ

Emenda

(g) it-trasport;

(g) it-trasport, inkluża l-infrastruttura transfruntiera;

Emenda  86

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt j

 

Test fis-seħħ

Emenda

(j) l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja;

(j) l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-politika tal-fruntieri esterni;

Emenda  87

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt k

 

Test fis-seħħ

Emenda

(k) l-interessi komuni ta’ sigurtà f’materji ta’ saħħa pubblika, għall-aspetti definiti f’dan it-Trattat.

(k) l-affarijiet barranin, is-sigurtà esterna u d-difiża;

Emenda  88

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ka (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ka) il-protezzjoni ċivili;

Emenda  89

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt kb (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(kb) l-industrija;

Emenda  90

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt kc (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(kc) l-edukazzjoni, speċjalment meta tikkonċerna kwistjonijiet tranżnazzjonali bħar-rikonoxximent reċiproku ta’ lawrji, gradi, ħiliet u kwalifiki.

Emenda  91

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 6 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

(a) il-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem;

imħassar

Emenda  92

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 6 – punt e

 

Test fis-seħħ

Emenda

(e) l-edukazzjoni, il-formazzjoni vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport;

(e) il-formazzjoni vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport;

Emenda  93

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 6 – punt f

 

Test fis-seħħ

Emenda

(f) il-protezzjoni ċivili;

imħassar

Emenda  94

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 8

 

Test fis-seħħ

Emenda

Fl-azzjonijiet kollha tagħha l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tinkoraġixxi ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa.

Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.

Emenda  95

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 9

 

Test fis-seħħ

Emenda

Fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tieħu kont tal-ħtiġijiet marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg, mal-garanzija ta’ protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali kif ukoll ma’ livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

Fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tiżgura li l-progress soċjali jkun ankrat fi protokoll soċjali.

 

L-Unjoni għandha tqis ir-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, mal-garanzija ta’ protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u ma’ livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, kif ukoll mal-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet kollettivi demokratiċi tat-trade unions.

(Parti mill-Artikolu 9 saret parti mit-tieni paragrafu fl-emenda tal-Parlament.)

Emenda  96

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 10

 

Test fis-seħħ

Emenda

Fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandha tfittex li tiġġieled kull diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tiġġieled id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, il-ġeneru, l-oriġini razzjali, etnika jew soċjali, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Emenda  97

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 11

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-ħtiġijiet għall-ħarsien ta’ l-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet ta’ l-Unjoni,partikolarment bl-għan li jinkoraġixxu żvilupp sostenibbli.

Il-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent, il-klima u l-bijodiversità għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jippromwovu żvilupp sostenibbli.

Emenda  98

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jassiguraw il-pubblikazzjoni tad-dokumenti dwar il-proċeduri leġislattivi skond il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament imsemmi fit-tieni subparagrafu.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni tad-dokumenti dwar il-proċeduri leġiżlattivi, inklużi l-pożizzjonijiet tal-membri tagħhom kif ukoll il-proposti u l-emendi għat-testi leġiżlattivi li jiffurmaw parti mill-proċess leġiżlattiv normali, skont il-kondizzjonijiet previsti fir-Regolament imsemmi fit-tieni subparagrafu.

Emenda  99

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 19 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati u fil-limiti tal-poteri mogħtija minnu lill-Unjoni, il-Kunsill, li jaġixxi unanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jieħu l-azzjoni xierqa sabiex jiġġieled id-diskriminazzjoni li tkun ibbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-disabbiltà, l-età jew it-tendenzi sesswali.

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati u fil-limiti tal-poteri mogħtija minnhom lill-Unjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jieħdu azzjoni xierqa biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, il-ġeneru, l-oriġini razzjali, etnika jew soċjali, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Emenda  100

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 19 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. B’ deroga għall-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jadottaw il-prinċipji bażiċi għal miżuri ta’ inċentiva ta’ l-Unjoni, b’esklużjoni ta’ kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri, bl-għan li jappoġġja azzjoni ta’ l-Istati Membri meħuda sabiex jikkontribwixxu sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  101

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 20 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2a. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fskont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet komuni dwar il-prevenzjoni tal-bejgħ ta’ passaporti, jew abbużi oħra rigward l-akkwist u t-telf taċ-ċittadinanza tal-Unjoni minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi, bl-għan li jiġu approssimati l-kundizzjonijiet skont liema tista’ tinkiseb tali ċittadinanza.

Emenda  102

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 22 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Kull ċittadin ta’ l-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza għandu jkollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li jkollhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat skond arranġamenti dettaljati li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew; dawn l-arranġamenti jistgħu jipprovdu għal derogi fejn ikun meħtieġ minħabba fi problemi speċifiċi għal xi Stat Membru.

1. Kull ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza għandu jkollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet muniċipali fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li jkollhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat skont arranġamenti dettaljati adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Dawk l-arranġamenti jistgħu jipprevedu derogi fejn ikun meħtieġ minħabba problemi speċifiċi għal xi Stat Membru.

Emenda  103

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 22 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 223 u għad-dispożizzjonijiet adottati għall-implimentazzjoni tiegħu, kull ċittadin ta’ l-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza, ikollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li għandhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat skond arranġamenti dettaljati li għandhom jiġu adottati mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew; dawn l-arranġamenti jistgħu jipprovdu għal derogi fejn ikun meħtieġ minħabba fi problemi speċifiċi għal xi Stat Membru.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 223(1) u għad-dispożizzjonijiet adottati għall-implimentazzjoni tiegħu, kull ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li tiegħu ma jkollux iċ-ċittadinanza, ikollu d-dritt li jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, taħt l-istess kondizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li għandhom iċ-ċittadinanza ta’ dak l-Istat. Dan id-dritt għandu jiġi eżerċitat skont arranġamenti dettaljati adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  104

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 23 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta direttivi li jistabbilixxu l-miżuri ta’ koordinazzjoni u ta’ koperazzjoni meħtieġa sabiex jiffaċilitaw din il-protezzjoni.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jadottaw direttivi li jistabbilixxu l-miżuri ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni meħtieġa sabiex jiffaċilitaw din il-protezzjoni.

Emenda  105

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 24 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini skond l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż in-numru minimu ta’ Stati Membri li minnhom iridu jiġu ċ-ċittadini li jippreżentawha.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-preżentazzjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini skont l-Artikolu 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, inkluż in-numru minimu ta’ Stati Membri li minnhom iridu jiġu ċ-ċittadini li jippreżentawha, kif ukoll dawk meħtieġa għal referendum Ewropew fis-sens tal-Artikolu 11(4b) ta’ dak it-Trattat.

Emenda  106

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 24a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 24a

 

L-Unjoni għandha tipproteġi l-persuni li jappartjenu għal minoranzi, b’mod konformi mal-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji u l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw dispożizzjonijiet bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi. L-Unjoni għandha taderixxi għall-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji u l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali.

Emenda  107

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 26 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Is-suq intern għandu jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta’ merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.

2. Is-suq intern għandu jinkludi żona bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta’ persuni, merkanzija, servizzi u kapital huwa żgurat fl-Istati Membri kollha u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.

Emenda  108

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 43 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, l-imposti, l-għajnuna u l-limitazzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd.

3 Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, l-imposti, l-għajnuna u l-limitazzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet sostenibbli tas-sajd.

Emenda  109

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 64 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. B’deroga mill-paragrafu 2, il-Kunsill biss, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b’unanimità u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta miżuri li jikkostitwixxu pass lura fid-dritt ta’ l-Unjoni fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi.

3. B’deroga mill-paragrafu 2, il-Kunsill biss, li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, b’maġġoranza kwalifikata u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta miżuri li jikkostitwixxu pass lura fid-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi.

Emenda 110

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 67 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. L-Unjoni għandha tassigura li ma jkunx hemm kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri interni u għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-asil, l-immigrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri esterni ibbażata fuq is-solidarjetà bejn l-Istati Membri, li tkun ġusta lejn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Għall-finijiet ta’ dan it-titolu, persuni apolidi għandhom jiġu trattati bħala ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

2. L-Unjoni għandha tiżgura li ma jkunx hemm kontrolli fuq il-persuni fil-fruntieri interni u għandha tiżviluppa politika komuni dwar il-fruntieri, l-ażil u l-immigrazzjoni, ibbażata fuq is-solidarjetà bejn l-Istati Membri, li tkun ġusta fil-konfront taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Għall-finijiet ta’ dan it-titolu, persuni apolidi għandhom jiġu trattati bħala ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

Emenda  111

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 70

 

Test fis-seħħ

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 258, 259 u 260, il-Kunsill jista’, fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta miżuri li jistabbilixxu l-arranġamenti li permezz tagħhom l-Istati Membri, f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, jagħmlu valutazzjoni oġġettiva u imparzjali ta’ l-implimentazzjoni tal-politika ta’ l-Unjoni prevista f’dan it-Titolu mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, b’mod partikolari sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali għandhom jinżammu informati bil-kontenut u bir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 258, 259 u 260, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu, fuq proposta tal-Kummissjoni, jadottaw miżuri li jistabbilixxu l-arranġamenti li permezz tagħhom l-Istati Membri, f’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, jagħmlu valutazzjoni oġġettiva u imparzjali tal-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni prevista f’dan it-Titolu mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, b’mod partikolari sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku. Il-Parlamenti nazzjonali għandhom jinżammu informati bil-kontenut u bir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni.

Emenda  112

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 77 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(da)  kwalunkwe miżura meħtieġa u proporzjonata biex tiżgura l-monitoraġġ effiċjenti, is-sigurtà u l-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, kif ukoll ir-ritorn effettiv ta’ dawk li m’għandhomx id-dritt jibqgħu fit-territorju tal-Unjoni;

Emenda  113

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 77 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. Jekk jidher li tkun meħtieġa azzjoni mill-Unjoni sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt, previst fl-Artikolu 20(2)(a) u biss jekk it-Trattati jkunu pprovdew is-setgħat meħtieġa, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, jista’ jadotta dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-passaporti, il-karti ta’ l-identità, il-permessi ta’ residenza jew kwalunkwe dokument ieħor relatat. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

3. Jekk jidher li tkun meħtieġa azzjoni mill-Unjoni sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt previst fl-Artikolu 20(2)(a), u jekk it-Trattati ma jkunux ipprovdew is-setgħat meħtieġa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-passaporti, il-karti tal-identità, il-permessi ta’ residenza jew kwalunkwe dokument ieħor relatat.

Emenda  114

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 78 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. F’każ li Stat Membru wieħed jew iktar isibu ruħhom f’sitwazzjoni ta’ emerġenza karatterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jadotta miżuri provviżorji għall-benefiċċju ta’ l-Istat(i) Membru(i) konċernat(i). Għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

3. F’każ li Stat Membru wieħed jew iktar isibu ruħhom f’sitwazzjoni ta’ emerġenza karatterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jadotta miżuri provviżorji għall-benefiċċju tal-Istat(i) Membru(i) konċernat(i). Għandu jaġixxi fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew wara li jikkonsulta miegħu.

Emenda  115

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 79 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni ta’ immigrazzjoni maħsuba sabiex tassigura, fl-istadji kollha, l-amministrazzjoni effikaċi tal-flussi tal-migrazzjoni, it-trattament ġust ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istati Membri, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġlieda b’ saħħa kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni ta’ immigrazzjoni li tqis l-istabbiltà ekonomika u soċjali tal-Istati Membri u maħsuba sabiex tiżgura, fl-istadji kollha, il-kapaċità li jiġu ssodisfati d-domandi għall-ħaddiema tas-suq uniku b’appoġġ għas-sitwazzjoni ekonomika fl-Istati Membri, kif ukoll l-amministrazzjoni effikaċi tal-flussi tal-migrazzjoni, it-trattament ġust ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istati Membri, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġlieda msaħħa kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.

Emenda  116

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 79 – paragrafu 2 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

(a)  il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza, kif ukoll l-istandards dwar il-ħruġ minn Stati Membri ta’ viżi u permessi ta’ residenza għal żmien twil, inklużi dawk sabiex terġa’ tingħaqad il-familja;

(a)  il-kondizzjonijiet minimi għad-dħul, ir-residenza u l-akkwist taċ-ċittadinanza tal-Unjoni, kif ukoll l-istandards minimi għall-ħruġ minn Stati Membri ta’ viżi u permessi ta’ residenza għal żmien twil, inklużi dawk sabiex terġa’ tingħaqad il-familja;

Emenda  117

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 81 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

B’deroga mill-paragrafu 2, il-miżuri dwar il-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transkonfinali għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill, li skond il-proċedura leġislattiva speċjali. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

B’deroga mill-paragrafu 2, il-miżuri dwar il-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transfruntieri għandhom jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  118

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 81 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kumissjoni, jista’ jadotta deċiżjoni li tiddetermina dawk l-aspetti tal-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transkonfinali li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ atti adottati skond il-proċedura leġislattiva ordinarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq proposta tal-Kumissjoni, jistgħu jadottaw, skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, deċiżjoni li tiddetermina dawk l-aspetti tal-liġi tal-familja b’implikazzjonijiet transfruntieri li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  119

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 81 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-proposta prevista fit-tieni subparagrafu għandha tintbagħat lill-Parlamenti nazzjonali. Jekk Parlament nazzjonali jgħarraf l-oppożizzjoni tiegħu fi żmien sitt xhur mid-data ta’ tali notifika, id-deċiżjoni m’għandhiex tiġi adottata. Fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni, il-Kunsill jista’ jadotta din id-deċiżjoni.

imħassar

Emenda  120

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 83 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Dawn l-oqsma ta’ kriminalità huma li ġejjin: it-terroriżmu, it-traffikar ta’ bnedmin u l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal, it-traffikar illeċitu ta’ droga, it-traffiku illeċitu ta’ armi, il-money laundering, il-korruzzjoni, il-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas, il-kriminalità fl-informatika u l-kriminalità organizzata.

Dawn l-oqsma ta’ kriminalità huma li ġejjin: it-terroriżmu, it-traffikar ta’ bnedmin u l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-kriminalità ambjentali, it-traffikar illeċitu ta’ droga, it-traffikar illeċitu ta’ armi, il-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni, il-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ ħlas, il-kriminalità fl-informatika u l-kriminalità organizzata.

Emenda  121

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 83 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Abbażi ta’ l-iżviluppi fil-kriminalità, il-Kunsill jista’ jadotta deċiżjoni li tidentifika oqsma oħra ta’ kriminalità li jissodisfaw il-kriterji indikati f’dan il-paragrafu. Huwa għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Abbażi tal-iżviluppi fil-kriminalità, il-Parlament Ewropew, li jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, u l-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata msaħħa kif definita fl-Artikolu 16(4b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jistgħu jidentifikaw oqsma oħra ta’ kriminalità li jissodisfaw il-kriterji indikati f’dan il-paragrafu.

Emenda  122

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 86 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Sabiex jiġġieled ir-reati kontra l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni, il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ regolament skond il-proċedura leġislattiva speċjali, jista’ jistabbilixxi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Eurojust. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

1. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Eurojust għandu jiġġieled ir-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolamenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu r-regoli li jikkonċernaw il-funzjonament tiegħu.

Fin-nuqqas ta’ unanimità, grupp magħmul minn mill-anqas disa’ Stati Membri jista’ jitlob li l-abbozz ta’ regolament jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F’dan il-każ, il-proċedura fil-Kunsill għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, u fil-każ ta’ konsensus, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba’ xhur minn din is-sospensjoni, jirriferi l-abbozz lura lill-Kunsill għall-adozzjoni.

 

Fl-istess perijodu ta’ żmien, fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, u jekk mill-inqas disa’ Stati Membri jixtiequ jistabbilixxu koperazzjoni msaħħa abbażi ta’ l-abbozz ta’ regolament konċernat, Dawn għandhom jinnotifikaw b’dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. F’dan il-każ, l-awtorizzazzjoni sabiex jipproċedu b’koperazzjoni msaħħa prevista fl-Artikolu 20(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 329(1) ta’ dan it-Trattat għandha titqies li ngħatat u għandhom japplikaw d-dispożizzjonijiet dwar il-koperazzjoni msaħħa.

 

Emenda  123

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 86 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

4. Il-Kunsill Ewropew jista’, fl-istess ħin jew wara, jadotta deċiżjoni li temenda l-paragrafu 1 sabiex twessa’ l-kompetenzi ta’ l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex jinkludu l-ġlieda kontra l-kriminalità serja b’dimensjoni transkonfinali u li konsegwentement temenda l-paragrafu 2 fir-rigward ta’ l-awturi u l-kompliċi ta’ reati serji li jolqtu lil aktar minn Stat Membru wieħed. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u wara li jikkonsulta l-Kummissjoni.

4. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu, fl-istess ħin jew sussegwentement, jadottaw deċiżjoni li temenda l-paragrafu 1 sabiex jitwessgħu l-kompetenzi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex jinkludu l-kriminalità serja b’dimensjoni transfruntiera u konsegwentement jiġi emendat il-paragrafu 2 fir-rigward tal-awturi u l-kompliċi ta’ reati serji li jolqtu lil aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda  124

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 87 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, jista’ jistabbilixxi miżuri dwar il-koperazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet imsemmija f’dan l-Artikolu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu miżuri dwar il-kooperazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet imsemmija f’dan l-Artikolu.

Emenda  125

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 87 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Fin-nuqqas ta’ unanimità, grupp magħmul minn mill-anqas disa’ Stati Membri jista’ jitlob li l-abbozz ta’ miżuri jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F’dan il-każ, il-proċedura fil-Kunsill għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, u fil-każ ta’ konsensus, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba’ xhur minn din is-sospensjoni, jirriferi l-abbozz lura lill-Kunsill għall-adozzjoni.

Grupp magħmul minn mill-anqas disa’ Stati Membri jista’ jitlob li l-abbozz ta’ miżuri jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F’dan il-każ, il-proċedura fil-Kunsill għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, u fil-każ ta’ konsensus, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba’ xhur minn din is-sospensjoni, jirriferi l-abbozz lura lill-Kunsill għall-adozzjoni.

Emenda  126

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 88 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Il-missjoni ta’ l-Europol għandha tkun li tappoġġja u ssaħħaħ azzjoni ta’ l-awtoritajiet tal-pulizija u servizzi oħrajn ta’ l-infurzar tal-liġi ta’ l-Istati Membri kif ukoll il-koperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot lil żewġ Stati Membri jew iktar, it-terroriżmu u l-forom ta’ kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika ta’ l-Unjoni.

1. Soġġett għall-iskrutinju parlamentari, il-Europol għandu jkollha s-setgħa li twettaq azzjonijiet operazzjonali. Il-Europol għandha tappoġġa l-azzjonijiet tal-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istati Membri fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot lil żewġ Stati Membri jew iktar, it-terroriżmu u l-forom ta’ kriminalità li jolqtu interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni.

Emenda  127

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Artikolu 88 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

(b) il-koordinazzjoni, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ investigazzjonijiet u azzjonijiet operattivi mwettqa flimkien ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jew fil-qafas ta’ gruppi investigattivi konġunti, meta xieraq f’kollaborazzjoni ma’ l-Eurojust.

(b) il-koordinazzjoni, l-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ azzjoni investigattiva u operazzjonali.

 

Emenda  128

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 88 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. Kwalunkwe azzjoni operattiva mill-Europol għandha titwettaq flimkien u bi ftehim ma’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri li t-territorju tagħhom huwa konċernat. L-applikazzjoni ta’ miżuri koerċitivi għandha tkun ir-responsabbiltà esklużiva ta’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

imħassar

Emenda  129

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 108 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina kostantement ma’ l-Istati Membri is-sistemi kollha ta’ għajnuna li jeżistu f’dawk l-Istati. Hija għandha tipproponi lil dawn ta’ l-aħħar kull miżura xierqa meħtieġa għall-iżvilupp progressiv u għall-funzjonament tas-suq intern.

1. Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, teżamina kostantement is-sistemi kollha ta’ għajnuna li jeżistu f’dawk l-Istati, filwaqt li tirrispetta l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Hija għandha tipproponi lil dawn l-Istati Membri kull miżura xierqa meħtieġa għall-iżvilupp progressiv, għat-twettiq ta’ dawn l-objettivi jew għall-funzjonament tas-suq intern.

Emenda  130

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 113

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill, li jaġixxi unanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni ta’ leġislazzjoni li tittratta dwar taxxi fuq it-turnover, dazji tas-sisa u forom oħra ta’ tassazzjoni indiretta daqs kemm din l-armonizzazzjoni tkun neċessarja sabiex tiżgura l-istabbiliment u l-operazzjoni tas-suq intern u tevita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxi skont maġġoranza kwalifikata msaħħa kif definit fl-Artikolu 16(4b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tirrigwarda t-taxxi diretti u indiretti, inklużi taxxi fuq it-turnover u dazji tas-sisa u forom oħra ta’ tassazzjoni diretta u indiretta.

Emenda  131

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 115

 

Test fis-seħħ

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 114, il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi unanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, joħroġ direttivi għall-approssimazzjoni ta’ dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li direttament jaffettwaw l-istabbiliment jew l-operazzjoni tas-suq intern.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 114, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, joħorġu direttivi għall-approssimazzjoni ta’ tali liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li direttament jaffettwaw l-istabbiliment tas-suq intern.

Emenda  132

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 119 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-attivitajiet ta’ l- Istati Membri u l-Unjoni għandhom jinkludu, kif provdut fit-Trattati, l-adozzjoni ta’ politika ekonomika li tkun ibbażata fuq il-koordinazzjoni mill-qrib tal-politika ekonomika ta’ l-Istati Membri, fuq is-suq intern kif ukoll fuq id-definizzjoni ta’għanijiet komuni, u li tkun immexxija skond il-prinċipji ta’ ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni libera.

1. Għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-attivitajiet tal-Istati Membri u l-Unjoni għandhom jinkludu, kif provdut fit-Trattati, l-adozzjoni ta’ politika ekonomika li tkun ibbażata fuq il-koordinazzjoni mill-qrib mal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri, fuq is-suq intern kif ukoll fuq id-definizzjoni ta’ objettivi komuni, u mwettqa f’konformità mal-prinċipju ta’ ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni libera li għandha bħala għan il-ksib ta’ livell massimu ta’ impjiegi u progress soċjali.

Emenda  133

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 121 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, għandu jifformola abbozz għal-linji direttivi ġenerali tal-politika ekonomika ta’ l-Istati Membri u ta’ l-Unjoni, u għandu jirrapporta r-riżultati lill-Kunsill Ewropew.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni u wara li jikkonsultaw is-sħab soċjali, jifformolaw abbozz għal-linji gwida ġenerali tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni, u għandhom jirrapportaw ir-riżultati tiegħu lill-Kunsill Ewropew.

Emenda  134

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 121 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Fuq il-bażi ta’ din il-konklużjoni, il-Kunsill għandu jadotta rakkomandazzjoni li tistipula dawn il-linji direttivi ġenerali. Il-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bir-rakkomandazzjoni tiegħu.

Fuq il-bażi ta’ din il-konklużjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw rakkomandazzjoni li tistipula dawn il-linji direttivi ġenerali.

Emenda  135

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 121 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Sabiex jiżgura koordinazzjoni aktar stretta tal-linji ta’ politika ekonomika u l-konverġenża kontinwa fl-attività ekonomika ta’ l-Istati Membri, il-Kunsill għandu, fuq il-bażi ta’ rapporti preżentati mill-Kummissjoni, jissorvelja l-iżviluppi ekonomiċi f’kull Stat Membru u fl-Unjoni, kif ukoll il-konformità ta’ kull politika ekonomika mal-linji direttivi ġenerali imsemmijja fil-paragrafu 2, kif ukoll jagħmel stima komplessiva regolarment.

Sabiex jiżguraw koordinazzjoni aktar stretta tal-politiki ekonomiċi u l-konverġenza kontinwa fl-attivitajiet ekonomiċi tal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, fuq il-bażi ta’ rapporti preżentati mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali, jissorveljaw l-iżviluppi ekonomiċi f’kull Stat Membru u fl-Unjoni, kif ukoll il-konsistenza tal-politiki ekonomiċi mal-linji direttivi ġenerali msemmija fil-paragrafu 2, kif ukoll jagħmlu valutazzjoni komplessiva regolarment.

Emenda  136

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 121 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Meta jiġi stabbilit, taħt il-proċedura prevista fil-paragrafu 3, li l-politika ekonomika ta’ Stat Membru mhijiex konformi mal-linji direttivi ġenerali previsti fil-paragrafu 2 jew li hemm ir-riskju li tipperikola l-funzjonament xieraq ta’ l-Unjoni ekonomika u monetarja, il-Kummissjoni tista’ tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista’ jindirizza r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill jista’, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jippubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

Meta jiġi stabbilit, taħt il-proċedura prevista fil-paragrafu 3, li l-politiki ekonomiċi ta’ Stat Membru mhumiex konformi mal-linji direttivi ġenerali msemmija fil-paragrafu 2 jew li hemm ir-riskju li jipperikolaw il-funzjonament xieraq tal-unjoni ekonomika u monetarja, il-Kummissjoni tista’ tindirizza twissija lill-Istat Membru konċernat. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jista’ jindirizza r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istat Membru konċernat. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, fuq proposta tal-Kummissjoni, jiddeċiedu li jippubblikaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill.

Emenda  137

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 122 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għal proċeduri oħrajn provduti fit-Trattati, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi, fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri, dwar miżuri xierqa għas-sitwazzjoni ekonomika, b’mod partikolari jekk ikun hemm diffikultajiet serji fil-provvista ta’ ċerti prodotti, b’mod partikolari fil-qasam ta’ l-enerġija.

imħassar

Emenda  138

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 122 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Meta Stat Membru jsib ruħu f’diffikultajiet jew ikun mhedded b’diffikultajiet serji kkawżati min diżastri naturali jew ċirkostanzi eċċezzjonali li fuqhom ma jkollux kontroll, il-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’, taħt ċerti kondizzjonijiet, jagħti għajnuna finanzjarja lill-Istat Membru konċernat. Il-President tal-Kunsill għandu jinforma l-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjoni li tkun ittieħdet.

imħassar

Emenda  139

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 126 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-investimenti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi ekonomiċi, soċjali, ambjentali u ta’ sigurtà Ewropej.

Emenda  140

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 126 – paragrafu 14 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi unanimament skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew u l-Bank Ċentrali Ewropew, jadotta d-dispożizzjonijiet approprijati li mbagħad għandhom jieħdu post il-Protokoll imsemmi.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Bank Ċentrali Ewropew, għandhom jadottaw id-dispożizzjonijiet xierqa li mbagħad għandhom jissostitwixxu l-Protokoll imsemmi.

Emenda  141

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 126 – paragrafu 14 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-paragrafu il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, joħroġ regoli u definizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ l-imsemmi Protokoll.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan il-paragrafu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom, fuq proposta tal-Kummissjoni jistabbilixxu regoli u definizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll imsemmi.

Emenda  142

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 148 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1 Il-Kunsill Ewropew għandu kull sena jikkonsidra il-qagħda ta’ l-impjieg fl-Unjoni u jadotta konklużjonijiet dwarhom, fuq il-bażi ta’ rapport konġunt annwali mill-Kunsill u l-Kummissjoni.

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew għandhom kull sena jikkunsidraw il-qagħda tal-impjiegi fl-Unjoni u jadottaw konklużjonijiet dwarha, fuq il-bażi ta’ rapport annwali tal-Kummissjoni li jkun fih informazzjoni mir-rapporti msemmija fil-paragrafu 3.

Emenda  143

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 148 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2 Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat ta’ l-Impjieg imsemmi fl-Artikolu 150, għandu kull sena jħejji linji ta’ gwida li l-Istati Membri għandhom iqisu fil-politika tagħhom dwar l-impjiegi. Dawn il-linji ta’ gwida għandhom ikunu konsistenti mal-linji ta’ gwida ġenerali adottati skond l-Artikolu 121(2).

2. Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat tal-Impjiegi msemmi fl-Artikolu 150, għandhom kull sena jħejju linji gwida li l-Istati Membri għandhom iqisu fil-politiki tagħhom tal-impjiegi. Dawn il-linji gwida għandhom jikkomplementaw il-linji gwida ġenerali adottati skont l-Artikolu 121(2) u għandu jkollhom l-għan li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-prinċipji u d-drittijiet inklużi fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fl-2017 fis-Summit ta’ Gothenburg.

Emenda  144

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 148 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3 Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapport annwali fuq il-miżuri prinċipali meħudha għall-implementazzjoni tal-politika tiegħu għall-impjiegi fid-dawl ta’ linji ta’ gwida għall-impjiegi imsemmija fil-paragrafu 2.

3. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’rapport annwali fuq il-miżuri prinċipali meħuda għall-implementazzjoni tal-politika tiegħu għall-impjiegi fid-dawl ta’ linji gwida għall-impjiegi msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda  145

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 148 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

4. Il-Kunsill, fuq il-bażi tar-rapporti imsemmija fil-paragrafu 3 u wara li jkun irċieva il-kummenti mill-Kumitat ta’ l-Impjieg, għandu kull sena iwettaq eżami dwar l-implementazzjoni tal-politika ta’ l-impjiegi ta’ l-Istati Membri fid-dawl tal-linji ta’ gwida għall-impjieg. Il-Kunsill fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista, jekk jikkunsidra li jkun xieraq fid-dawl ta’ dak l-eżami, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

4. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq il-bażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 3, għandhom kull sena jwettqu eżami dwar l-implementazzjoni tal-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri fid-dawl tal-linji gwida għall-impjiegi. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, jistgħu, jekk jikkunsidraw li jkun xieraq fid-dawl ta’ dak l-eżami, jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

Emenda  146

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 148 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

5. Fuq il-bażi tar-riżultat ta’ dak l-eżami, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu rapport konġunt annwali lill-Kunsill Ewropew dwar il-qagħda ta’ l-Impjieg fl-Unjoni u dwar l-implementazzjoni tal-linji ta’ gwida għall-impjieg.

5. Fuq il-bażi tar-riżultat ta’ dak l-eżami, il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Ewropew dwar il-qagħda tal-impjiegi fl-Unjoni u dwar l-implementazzjoni tal-linji gwida għall-impjiegi.

Emenda  147

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 151 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

L-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li kienet iffirmata f’Turin fit-18 ta’ Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità ta’ l-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, għandu jkollhom bħala mira il-promozzjoni ta’ l-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijeit tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla it-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta’ livell għoli ta’ mpjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.

L-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea riveduta li kienet iffirmata fi Strażburgu fit-3 ta’ Mejju 1996, fil-Karta tal-Komunità tal-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkollhom bħala mira il-promozzjoni tal-impjiegi, it-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibbli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla it-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżvilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta’ livell għoli ta’ impjiegi li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.

Emenda  148

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 151 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-progress soċjali u r-relazzjoni bejn id-drittijiet soċjali fundamentali u politiki oħra tal-Unjoni għandhom jiġu definiti fi protokoll dwar il-Progress Soċjali fl-Unjoni Ewropea anness mat-Trattati.

Emenda  149

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 153 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba) it-tranżizzjoni ġusta u l-antiċipazzjoni tat-tibdil;

Emenda  150

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 153 – paragrafu 1 – punt e

 

Test fis-seħħ

Emenda

(e) l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema;

(e) l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema;

Emenda  151

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 153 – paragrafu 1 – punt i

 

Test fis-seħħ

Emenda

(i) l-ugwaljanza bejn irġiel u nisa rigward l-opportunitajiet u t-trattament fis-suq tax-xogħol;

(i) il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri rigward l-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq il-post tax-xogħol;

Emenda  152

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 153 – paragrafu 1 – punt j

 

Test fis-seħħ

Emenda

(j) il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali;

(j) il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u l-appoġġ tal-akkomodazzjoni soċjali;

Emenda  153

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 153 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

(b) jistgħu jadottaw fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (i), permezz ta’ direttivi, rekwiżiti minimi applikabbli progressivament, meħud qies tal-kondizzjonijiet tekniċi li jkunu jinsabu f’kull wieħed mill-Istati Membri. Direttivi bħal dawn għandhom jevitaw li jdaħħlu rabtiet amministrattivi finanzjarji u ġuridiċi li jistgħu jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi żgħar u medji.

(b) jistgħu jadottaw fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (k), permezz ta’ direttivi, rekwiżiti minimi applikabbli progressivament, meħud qies tal-kundizzjonijiet tekniċi li jkunu jinsabu f’kull wieħed mill-Istati Membri. Direttivi bħal dawn għandhom jevitaw li jdaħħlu rabtiet amministrattivi finanzjarji u ġuridiċi li jistgħu jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Emenda  154

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 153 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1 c), d), f) u g), il-Kunsill għandu jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b’ mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kumitati msemmija.

imħassar

Emenda  155

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 153 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, jista’ jiddeċiedi li l-proċedura leġislattiva ordinarja tkun applikabbli għall-paragrafu l d), f) u g).

imħassar

Emenda  156

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 153 – paragrafu 4 – inċiż 1a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

— m’għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet validi biex jitbaxxa l-livell ta’ protezzjoni diġà mogħti lill-ħaddiema fl-Istati Membri,

Emenda  157

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 157 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-prinċipju ta’ paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali, għandu jkun applikat.

1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prinċipju ta’ paga ugwali għall-ħaddiema kollha, irrispettivament mill-ġeneru tagħhom, għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali, jiġi applikat.

Emenda  158

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 157 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

Paga ugwali mingħajr diskriminazzjoni ibbażata fuq is-sess tfisser:

Paga ugwali mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru tfisser:

Emenda  159

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 157 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw miżuri li jassiguraw l-applikazzjoni tal-prinċpju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa f’materji ta’ impjiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali.

3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ opportunitajiet indaqs u ugwaljanza bejn il-ġeneri f’materji ta’ impjiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali.

Emenda  160

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 157 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

4. Bl-għan li tkun assigurata l-ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol, il-prinċipju ta’ trattament indaqs m’għandux ifixkel lil xi Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri li jipprovdu għal vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmilha aktar faċli għal dak is-sess li jkun anqas rappreżentat sabiex jfittex attività professjonali jew sabiex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali.

4. Bl-għan li tkun żgurata l-ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn il-ġeneri fil-ħajja tax-xogħol, il-prinċipju ta’ trattament indaqs m’għandux jipprevjeni lil xi Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri li jipprovdu vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmilha aktar faċli għall-ġeneri fid-diversità kollha tagħhom li jkunu anqas rappreżentati biex ifittxu attività professjonali jew biex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali.

Emenda  161

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 165 – paragrafu 2 – inċiż -1 (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

— l-iżvilupp ta’ objettivi u standards komuni ta’ edukazzjoni li tippromwovi l-valuri demokratiċi u l-istat tad-dritt kif ukoll il-litteriżmu diġitali u ekonomiku;

Emenda  162

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 165 – paragrafu 2 – inċiż 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

— il-promozzjoni ta’ koperazzjoni bejn istituzzjonijiet edukattivi;

— il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni u koerenza bejn is-sistemi edukattivi filwaqt li jiġu ggarantiti t-tradizzjonijiet kulturali u d-diversità reġjonali;

Emenda  163

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 166 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. L-Unjoni għandha timplimenta politika ta’ formazzjoni vokazzjonali, li għandha tappoġġa u tissuplimenta l-azzjoni ta’ l-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri għall-kontenut u l-organizzazzjoni tat-formazzjoni vokazzjonali.

1. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali, jimplimentaw miżuri biex itejbu l-politiki ta’ formazzjoni vokazzjonali, li jieħdu kont tad-diversi forom ta’ prattiki nazzjonali.

Emenda  164

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 166 – paragrafu 2 – inċiż 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 ittejjeb il-formazzjoni vokazzjonali inizjali u kontinwu sabiex tħaffef l-integrazzjoni u r-re-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

 tiżviluppa standards komuni dwar il-formazzjoni vokazzjonali u ttejjeb il-formazzjoni vokazzjonali inizjali u kontinwu sabiex tiffaċilita l-integrazzjoni vokazzjonali u l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol, u biex iżżid il-mobbiltà tal-ħaddiema fl-Unjoni;

Emenda  165

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 168 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

L-Azzjoni ta’ l-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politika nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard u l-infirmità tal-bniedem, u li jevitaw il-fonti ta’ periklu għas-saħħa umana. Din l-azzjoni għandha tkopri il-ġlieda kontra il-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-tixrid tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll il-monitoraġġ ta’ theddid transkonfinali serju għas-saħħa, l-allert għal dan it-theddid u l-ġlieda kontrih.

L-azzjoni tal-Unjoni, li għandha tikkomplementa l-politiki nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, lejn il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali, u tevita s-sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali. Tali azzjoni għandha tkopri il-ġlieda kontra il-flaġelli kbar tas-saħħa, billi tinkoraġġixxi riċerka fuq il-kawża tagħhom, it-trażmissjoni tagħhom u l-prevenzjoni tagħhom, kif ukoll informazzjoni u edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll il-monitoraġġ u t-twissija bikrija ta’ theddid transfruntier serju għas-saħħa u l-ġlieda kontrih f’konformità ma’ approċċ integrat u unifikat sabiex tiġi bbilanċjata u ottimizzata s-saħħa tan-nies, tal-annimali u tal-ambjent.

Emenda  166

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 168 – paragrafu 4 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

(b)  miżuri fl-oqsma veterenarji u fito-sanitarji, li jkollhom bħala l-objettiv dirett tagħhom il-ħarsien tas-saħħa pubblika;

(b)  miżuri fl-oqsma veterinarji, tat-trattament xieraq tal-annimali u fitosanitarji, li jkollhom bħala l-objettiv dirett tagħhom il-ħarsien tas-saħħa pubblika;

Emenda  167

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 168 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ca)  miżuri li jistabbilixxu indikaturi komuni dwar l-aċċess universali u ugwali għal servizzi tal-kura tas-saħħa bi prezzijiet raġonevoli u ta’ kwalità għolja; inkluża s-saħħa riproduttiva;

Emenda  168

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 168 – paragrafu 4 – punt cb (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(cb)  miżuri għan-notifika bikrija, il-monitoraġġ u l-ġestjoni ta’ theddid transfruntier serju għas-saħħa, b’mod partikolari fil-każ ta’ pandemiji. Dawn il-miżuri m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw miżuri protettivi rinfurzati fejn dawn ikunu imperattivi;

Emenda  169

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 168 – paragrafu 4 – punt cc (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(cc)  miżuri għall-monitoraġġ u l-koordinazzjoni tal-aċċess għal dijanjostika komuni, informazzjoni u t-trattament ta’ mard komunikabbli u mard mhux komunikabbli, inkluż mard rari.

Emenda  170

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 179 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. L-Unjoni għandha jkollha l-objettiv li ssaħħaħ is-sisien xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tistabbilixxi żona ta’ riċerka Ewropea li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġiji jiċċirkolaw liberament, u li tinkoraġixxi l-iżvilupp tal-kompetittivita tagħha u ta’ l-industrija tagħha, kif ukoll li tippromwovi l-attivitajiet kollha ta’ riċerka li huma meqjusa meħtieġa għal Kapitoli oħra tat-Trattati.

1. L-Unjoni għandu jkollha l-objettiv li ssaħħaħ is-sisien xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tistabbilixxi żona ta’ riċerka Ewropea li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġiji jiċċirkolaw liberament, u li tinkoraġġixxiha tkun aktar kompetittiva, inkluż fl-industrija tagħha, filwaqt li tippromwovi l-attivitajiet kollha ta’ riċerka li huma meqjusa meħtieġa għal Kapitoli oħra tat-Trattati u tirrispetta u tippromwovi l-libertà akkademika u l-libertà li jitwettqu r-riċerka xjentifika u t-tagħlim.

Emenda  171

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 189 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Sabiex jiġu promossi l-progress xjentifiku u teknoloġiku, il-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politika tagħha, l-Unjoni għandha tfassal politika Ewropea dwar l-ispazju. Għal dan il-għan, tista’ tippromwovi inizjattivi konġunti, tagħti appoġġ lir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u tikkoordina l-isforzi meħtieġa għall-esplorazzjoni u l-isfruttament ta’ l-ispazju.

1. Sabiex jiġu promossi l-progress xjentifiku u teknoloġiku, il-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politiki tagħha, l-Unjoni għandha tfassal politika u strateġija Ewropea komuni dwar l-ispazju. Għal dan il-għan, tista’ tippromwovi inizjattivi konġunti, tagħti appoġġ lir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u tikkoordina l-isforzi meħtieġa għall-esplorazzjoni u l-isfruttament tal-ispazju.

Emenda  172

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 189 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq ta’ l-objettivi previsti fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa, li jistgħu jieħdu l-forma ta’ programm Ewropew dwar l-ispazju, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti ta’ l-Istati Membri.

2. Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi previsti fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa, li jistgħu jieħdu l-forma ta’ programm Ewropew dwar l-ispazju, filwaqt li ssir ħidma lejn qafas komuni għall-attivitajiet fl-ispazju u jiġu rratifikati t-trattati internazzjonali eżistenti.

Emenda  173

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 191 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

-1. Konxja mir-responsabbiltà tagħha fil-konfront tal-ġenerazzjonijiet futuri, l-Unjoni Ewropea, filwaqt li taġixxi skont it-Trattati, għandha tipproteġi l-pedamenti naturali tal-ħajja u tal-annimali bid-dritt tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ azzjoni eżekuttiva u ġudizzjarja.

Emenda  174

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 191 – paragrafu 1 – inċiż 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

— promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali sabiex jitrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari li jiġġieldu l-bidla fil-klima.

— promozzjoni ta’ miżuri fil-livell tal-Unjoni u internazzjonali sabiex jittrattaw problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikolari għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-bijodiversità, u l-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

Emenda  175

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 191 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-politika ta’ l-Unjoni dwar l-ambjent għandha jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta’ livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni ta’ l-Unjoni. Għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f’ras il-għajn u li min iniġġeż għandu jħallas.

Il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandu jkollha l-mira ta’ protezzjoni ta’ livell għoli li tieħu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fid-diversi reġjuni tal-Unjoni. Għandha tkun ibbażata fuq l-approċċ “saħħa waħda” u fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni, kif ukoll fuq il-prinċipji li azzjoni preventiva għandha tittieħed, li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità tissewwa f’ras il-għajn u li min iniġġes għandu jħallas.

Emenda  176

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 191 – paragrafu 3 – inċiż 2a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

 ir-riskju li jinqabżu l-limiti planetarji, bl-applikazzjoni ta’ prinċipju ta’ prekawzjoni;

Emenda  177

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 191a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 191a

 

1. L-Unjoni, f’konformità mal-obbligi internazzjonali tagħha, għandha tagħmel sforzi biex tillimita ż-żieda fit-temperatura globali u taderixxi mal-objettiv li jiġu bbilanċjati l-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra fl-Unjoni kollha biex jinkisbu emissjonijiet negattivi.

 

2. Fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ kwalunkwe abbozz ta’ miżura jew proposta leġiżlattiva, inklużi proposti baġitarji, il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tallinja dawk l-abbozzi ta’ miżuri u proposti mal-objettivi msemmija fil-paragrafu 1. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità, il-Kummissjoni għandha tipprovdi r-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta’ allinjament bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta rilevanti.

Emenda  178

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 192 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. B’deroga għall-proċedura ta’ deċizjoni prevista fil-paragrafu 1 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 114, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni għandu jadotta:

imħassar

(a)  dispożizzjonijiet essenzjalment ta’ natura fiskali;

 

(b)  miżuri li jaffettwaw:

 

  ippjanar ta’ l-art;

 

 immaniġġjar kwantitattiv tar-riżorsi ta’ l-ilma, jew dak kollu li jaffettwa, direttament jew indirettament, id-disponibbiltà ta’ dawn ir-riżorsi;

 

 użu ta’ l-art, bl-eċċezzjoni ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart

 

(c)  miżuri li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-għażla ta’ Stat Membru bejn fonti differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta’ l-enerġija.

 

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, jista’ jagħmel il-proċedura leġislattiva ordinarja applikabbli għall-oqsma previsti fl-ewwel subparagrafu.

 

Emenda  179

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 192 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jadottaw programmi ta’ azzjoni ġenerali li jistabbilixxu objettivi prijoritarji li għandhom jitwettqu.

imħassar

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi għandhom jiġu adottati skond il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 jew 2, skond il-każ.

 

Emenda  180

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 194 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Fil-kuntest ta’ l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b’ kont meħud tal-ħtieġa ta’ preservazzjoni u titjib ta’ l-ambjent, il-politika ta’ l-Unjoni fil-qasam ta’ l-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri:

1. Fil-kuntest tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b’kont meħud tal-ħtieġa ta’ preservazzjoni u titjib tal-ambjent, il-politika komuni tal-enerġija tal-Unjoni għandha timmira li, fi spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri:

Emenda  181

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 194 – paragrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

(b) tassigura s-sigurtà tal-provvista ta’ l-energija fl-Unjoni,

(b) tiżgura s-sigurtà u l-affordabbiltà tal-provvista tal-enerġija għal kulħadd fl-Unjoni;

Emenda  182

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 194 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

(c) tippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu ta’ l-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli; u

(c) tiżgura l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli sabiex tinkiseb sistema tal-enerġija bbażata fuq l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli; u

Emenda  183

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 194 – paragrafu 1 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

(d) tippromwovi l-interkonnessjoni ta’ netwerks ta’ l-enerġija.

(d) tiżgura l-interkonnessjoni ta’ networks tal-enerġija;

Emenda  184

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 194 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(da) tfassal is-sistema ġenerali tal-enerġija f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Emenda  185

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 194 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Dawn m’għandhomx jolqtu d-dritt ta’ Stat Membru li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi ta’ enerġija tiegħu, l-għażla tiegħu bejn riżorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta’ enerġija tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 192(2)(c).

imħassar

Emenda  186

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 194 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. B’deroga mill-paragrafu 2, il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b’mod unanimu u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jistabbilixxi l-miżuri li huma previsti fih meta dawn ikunu essenzjalment ta’ natura fiskali.

imħassar

Emenda  187

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 206

 

Test fis-seħħ

Emenda

Permezz ta’ l-istabbiliment ta’ unjoni doganali skond l-Artikoli 28 sa 32, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi, fl-interess komuni, għall-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ dinji, għall-abolizzjoni progressiva ta’ restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali u fuq l-investiment barrani dirett, kif ukoll għat-tnaqqis ta’ l-ostakoli doganali u ta’ xort’ oħra.

Permezz tal-istabbiliment ta’ unjoni doganali skont l-Artikoli 28 sa 32, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi, fl-interess komuni, għall-iżvilupp armonjuż tal-kummerċ dinji bbażat fuq ir-regoli u multilaterali, għall-abolizzjoni progressiva ta’ restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali u fuq l-investiment barrani dirett, kif ukoll għat-tnaqqis tal-ostakoli doganali u ta’ xort’oħra filwaqt li tippromwovi, b’mod partikolari, il-valuri demokratiċi, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u s-sostenibbiltà fil-politika kummerċjali komuni.

Emenda  188

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 207 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi, partikolarment fir-rigward ta’ bidliet fir-rati tariffarji, il-konklużjoni ta’ ftehim tariffarji u dawk kummerċjali rigward il-kummerċ ta’ merkanzija u ta’ servizzi, u l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali, l-investiment barrani dirett, il-kisba ta’ l-uniformità fil-miżuri ta’ liberalizzazzjoni, il-politika dwar l-esportazzjoni kif ukoll il-miżuri għall-protezzjoni tal-kummerċ bħal dawk li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ dumping jew sussidji. Il-politika kummerċjali komuni għandha titwettaq fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi ta’ l-azzjoni esterna ta’ l-Unjoni.

1. Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun ibbażata fuq prinċipji uniformi, partikolarment fir-rigward ta’ bidliet fir-rati tariffarji, il-konklużjoni ta’ ftehimiet tariffarji u dawk kummerċjali rigward il-kummerċ ta’ merkanzija u ta’ servizzi, u l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali, l-investiment barrani, inklużi l-protezzjoni tal-investiment, is-sigurtà ekonomika, il-kisba tal-uniformità fil-miżuri ta’ liberalizzazzjoni, il-politika dwar l-esportazzjoni kif ukoll il-miżuri għall-protezzjoni tal-kummerċ bħal dawk li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ dumping jew sussidji. Il-politika kummerċjali komuni għandha titwettaq fil-kuntest tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif ukoll l-objettiv tagħha ta’ newtralità klimatika.

Emenda  189

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 207 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tressaq rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill, li għandu jawtorizzaha sabiex tiftaħ in-negozjati meħtieġa. Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikunu responsabbli sabiex jassiguraw li l-ftehim negozjati jkunu kompatibbli mal-politika u r-regoli interni ta’ l-Unjoni.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għandhom jawtorizzaw lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli sabiex tiżgura li l-ftehimiet negozjati jkunu kompatibbli mal-politika u r-regoli interni tal-Unjoni.

Emenda  190

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 207 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kummissjoni għandha twettaq dawn in-negozjati b’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill sabiex jgħin lill-Kummissjoni f’din il-ħidma u fil-qafas ta’ direttivi li l-Kunsill jista’ jindirizza lilha. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-kumitat speċjali, kif ukoll lill-Parlament Ewropew, dwar il-progress tan-negozjati.

Il-Kummissjoni għandha twettaq dawn in-negozjati b’konsultazzjoni ma’ kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill sabiex jgħin lill-Kummissjoni f’din il-ħidma u fil-qafas ta’ direttivi li l-Kunsill jista’ jindirizza lilha. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u lill-kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill dwar il-progress tan-negozjati.

Emenda  191

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 207 – paragrafu 3 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

B’deroga mill-Artikolu 218(5), il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jadottaw deċiżjoni li tawtorizza l-applikazzjoni proviżorja ta’ ftehim qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu.

Emenda  192

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 207 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Għan-negozjati u l-konklużjoni tal-ftehim previst fil-paragrafu 3, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Għan-negozjati u l-konklużjoni tal-ftehimiet previsti fil-paragrafu 3, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza sempliċi.

Emenda  193

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 207 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Għan-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehim fl-oqsma tal-kummerċ fis-servizzi u ta’ l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali, kif ukoll ta’ l-investiment barrani dirett, il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu fejn tali ftehim jinkludu dispożizzjonijiet li għalihom tkun meħtieġa l-unanimità għall-adozzjoni ta’ regoli interni.

Għan-negozjati u l-konklużjoni ta’ ftehimiet fl-oqsma tal-kummerċ fis-servizzi u tal-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali, kif ukoll tal-investiment barrani dirett, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.

Emenda  194

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 207 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill għandu wkoll jaġixxi b’mod unanimu għan-negozjati u għall-konklużjoni ta’ ftehim:

Il-Kunsill għandu wkoll jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata għan-negozjati u għall-konklużjoni ta’ ftehim:

Emenda  195

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 207 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

5a. Għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu permanenti għall-monitoraġġ u l-eżami tal-investiment dirett barrani fl-Unjoni. Dan il-mekkaniżmu jista’ jintuża biex jipproteġi l-interess Ewropew.

Emenda  196

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 218 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Il-Kunsill għandu jawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, jadotta direttivi ta’ negozjati, jawtorizza l-iffirmar ta’ ftehim u jikkonkludihom.

2. Il-Kunsill, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, jadotta direttivi ta’ negozjati, jawtorizza l-iffirmar ta’ ftehimiet u jikkonkludihom.

Emenda  197

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 218 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2a. B’deroga mill-paragrafu 2, għal ftehimiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 207, il-ftuħ tan-negozjati għandu jkun kundizzjonali għall-awtorizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

Emenda  198

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 218 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

Minbarra meta l-ftehim jikkonċerna esklużivament il-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim:

Minbarra meta l-ftehim jikkonċerna esklużivament il-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew:

Emenda  199

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 218 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

(a) wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-każijiet li ġejjin:

imħassar

(i) ftehim ta’ assoċjazzjoni;

 

(ii) ftehim dwar l-adeżjoni ta’ l-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali;

 

(iii) ftehim li jistabbilixxi qafas istituzzjonali speċifiku permezz ta’ l-organizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ koperazzjoni;

 

(iv) ftehim b’implikazzjonijiet baġitarji importanti għall-Unjoni;

 

(v) ftehim li jkopri l-oqsma li għalihom tapplika l-proċedura leġislattiva ordinarja jew il-proċedura leġislattiva speċjali meta jkun meħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

 

F’każ ta’ urġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jiftiehmu fuq limitu ta’ żmien għall-approvazzjoni.

 

Emenda  200

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 218 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

(b) wara l-konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew fil-każijiet l-oħra. Il-Parlament Ewropew għandu jagħti l-opinjoni tiegħu f’limitu ta’ żmien li l-Kunsill jista’ jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni. Fin-nuqqas ta’ opinjoni f’dak il-limitu ta’ żmien, il-Kunsill jista’ jaġixxi.

imħassar

Emenda  201

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 218 – paragrafu 7

 

Test fis-seħħ

Emenda

7. Meta jikkonkludi ftehim, il-Kunsill jista’, b’deroga mill-paragrafi 5, 6 u 9, jawtorizza lin-negozjatur sabiex japprova f’ isem l-Unjoni emendi għall-ftehim meta dan jipprovdi li dawn l-emendi għandhom jiġu adottati skond proċedura simplifikata jew minn korp stabbilit mill-ftehim. Il-Kunsill jista’ jorbot kondizzjonijiet speċifiċi ma’ din l-awtorizzazzjoni.

7. Meta jikkonkludu ftehim, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, b’deroga mill-paragrafi 5, 6 u 9, jawtorizzaw lin-negozjatur sabiex japprova f’isem l-Unjoni emendi għall-ftehim meta dan jipprovdi li dawn l-emendi għandhom jiġu adottati skont proċedura simplifikata jew minn korp stabbilit mill-ftehim. Il-Kunsill jista’ jorbot kundizzjonijiet speċifiċi ma’ tali awtorizzazzjoni.

Emenda  202

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 218 – paragrafu 9

 

Test fis-seħħ

Emenda

9. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni jew tar-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u ta’ Politika ta’ Sigurtà għandu jadotta deċiżjoni li tissospendi l-applikazzjoni ta’ ftehim u li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’ isem l-Unjoni f’ sede stabbilita fi ftehim, meta dik is-sede tintalab tadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.

9. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni jew tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament, għandu jadotta deċiżjoni li tissospendi l-applikazzjoni ta’ ftehim u li tistabbilixxi l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’korp stabbilit fi ftehim, meta dak il-korp jintalab jadotta atti li jkollhom effetti legali, sakemm dawn ma jkunux atti li jissupplimentaw jew jemendaw il-qafas istituzzjonali tal-ftehim.

Emenda  203

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 218 – paragrafu 10

 

Test fis-seħħ

Emenda

10. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura.

10. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura, inklużi l-ftuħ u l-proċess tan-negozjati, l-iffirmar u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet, kif ukoll is-sospensjoni tal-obbligi stabbiliti f’dawk il-ftehimiet.

Emenda  204

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 222 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

-1. F’każ ta’ emerġenza li taffettwa l-Unjoni Ewropea jew Stat Membru wieħed jew aktar, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu jagħtu setgħat straordinarji lill-Kummissjoni, inklużi dawk li jippermettulha timmobilizza l-istrumenti kollha meħtieġa. Sabiex tiġi ddikjarata emerġenza, il-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u l-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni.

 

Dik id-deċiżjoni, li permezz tagħha tiġi ddikjarata emerġenza u jingħataw setgħat straordinarji lill-Kummissjoni, għandha tiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat, l-arranġamenti dettaljati ta’ governanza u l-perjodu li matulu japplikaw.

 

Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill, filwaqt li jaġixxu b’maġġoranza sempliċi, jistgħu jirrevokaw id-deċiżjoni fi kwalunkwe ħin.

 

Il-Kunsill u l-Parlament, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-ewwel subparagrafu, jistgħu jirrieżaminaw jew iġeddu d-deċiżjoni fi kwalunkwe ħin.

Dan iħassar l-Artikolu 122 tat-TFUE.

Emenda  205

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 223 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Il-Parlament Ewropew għandu jħejji proposta bil-ħsieb li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex il-membri tiegħu jiġu eletti b’vot dirett universali skond il-poċedura uniformi fl-Istati Membri kollha jew skond il-prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha.

1. Il-Parlament Ewropew għandu jħejji proposta għal regolament bil-ħsieb li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex il-Membri tiegħu jiġu eletti b’vot dirett universali skont proċedura uniformi fl-Istati Membri kollha jew skont il-prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha. Il-Kunsill jista’ jirrifjuta dik il-proposta b’maġġoranza kwalifikata skont proċedura leġiżlattiva speċjali.

Il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Il-Parlament Ewropew, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu f’konformità ma’ proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa.

Emenda  206

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 223 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi permezz ta’ regolament fuq inizjattiva tiegħu stess skond il-proċedura leġislattiva speċjali, wara li jkun talab l-opinjoni tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni tal-Kunsill għandu jifformula r-regolamenti u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-eserċizzju tal-funzjonijiet tad-doveri tal-Membri tiegħu. Ir-regoli u l-kondizzzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tassazzjoni tal-Membri jew tal-Membri ta’ qabel ikunu jeħtieġu l-unanimità fil-Kunsill.

2. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi permezz ta’ regolament fuq inizjattiva proprja skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, wara li jkun talab l-opinjoni tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni tal-Kunsill, għandu jistabbilixxi r-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tad-dmirijiet tal-Membri tiegħu.

Emenda  207

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 225

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Parlament Ewropew jista’, b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, jitlob lill-Kummissjoni tissottemetti proposti adegwati fuq dawk il-kwistjonijiet li dwarhom ikun iqis li hu neċessarju li jsir att ta’ l-Unjoni sabiex jiġu implimentata t-Trattati. Jekk il-Kummissjoni ma tippreżentax proposta, din għandha tinforma lill-Parlament Ewropew bir-raġunijiet.

Il-Parlament Ewropew jista’, f’konformità mal-Artikolu 294, u filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri komponenti tiegħu, jadotta proposti dwar kwistjonijiet li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Qabel jagħmel dan, għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea bl-intenzjonijiet tiegħu.

Emenda  208

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 226 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Fil-qadi ta’ dmirijietu, l-Parlament Ewropew jista’, fuq talba ta’ kwart tal-Membri komponenti tiegħu, jistabbilixxi Kumitat ta’ Inkjesta temporanju sabiex jinvestiga, mingħajr preġudizzju għall-poteri mogħtija fit-Trattati, allegazzjonijiet ta’ ksur tal-liġi jew ta’ amministrazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tal-liġi ta’ l-Unjoni ħlief meta l-fatti allegati jkunu qed jiġu eżaminati minn xi Qorti u sakemm il-każ ikun għadu suġġett għall-proċeduri legali.

Fil-qadi ta’ dmirijietu, il-Parlament Ewropew għandu, fuq talba ta’ terz tal-Membri komponenti tiegħu, jistabbilixxi Kumitat ta’ Inkjesta temporanju sabiex jinvestiga, mingħajr preġudizzju għall-poteri mogħtija fit-Trattati lil istituzzjonijiet u korpi oħra, allegazzjonijiet ta’ ksur tal-liġi jew ta’ amministrazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, ħlief meta l-fatti allegati jkunu qed jiġu eżaminati minn xi Qorti u sakemm il-każ ikun għadu soġġett għall-proċeduri legali. Il-Kumitat ta’ Inkjesta jista’ jsejjaħ lil kwalunkwe xhud biex jipparteċipa f’seduta ta’ smigħ quddiemu, jekk dan ikun meħtieġ sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu.

Emenda  209

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 226 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Id-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ inkjesta għandhom jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew, li jaġixxi permezz ta’ regolament fuq inizjattiva tiegħu stess skond il-proċedura leġislattiva speċjali, wara l-approvazzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

Id-dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ inkjesta għandhom jiġu stabbiliti mill-Parlament Ewropew, u mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Parlament Ewropew u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.

Emenda  210

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 234 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Jekk mozzjoni ta’ ċensura fuq l-operat tal-Kummissjoni tiġi ppreżentata fil-Parlament Ewropew, il-vot dwarha jista’ jittieħed biss wara terminu ta’ mhux anqas minn tlett ijiem mill-preżentata tal-mozzjoni u biss b’vot miftuħ.

Jekk mozzjoni ta’ ċensura kollettiva fuq l-operat tal-Eżekuttiv jew mozzjoni ta’ ċensura individwali fuq l-operat ta’ membru tal-Eżekuttiv tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew, il-vot dwarha jista’ jittieħed biss wara terminu ta’ mhux anqas minn tlett ijiem mill-preżentazzjoni tal-mozzjoni u biss b’vot miftuħ.

 

(L-emenda għall-kliem “Kummissjoni” u “kummissarju” tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni ta’ din l-emenda se tirrikjedi tibdil korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  211

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 234 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Jekk il-mozzjoni ta’ ċensura tiġi adottata b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti espressi, li jirrappreżentaw maġġoranza tal-membri komponenti tal-Parlament Ewropew, il-membri tal-Kummissjoni għandhom jirriżenjaw kollettivament mill-kariga tagħhom u r-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà għandu jirreżenja mill-kariga li jaqdi fil-Kummissjoni. Huma għandhom jibqgħu fil-kariga u jkomplu jwettqu x-xogħol kurrenti tagħhom sakemm jiġu sostitwiti skond l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’dan il-każ, il-mandat tal-membri tal-Kummissjoni maħtura sabiex jissostitwuhom għandu jiskadi fid-data li kellu jiskadi l-mandat tal-membri tal-Kummissjoni li kienu obbligati jirriżenjaw kollettivament.

Jekk il-mozzjoni ta’ ċensura kollettiva tiġi adottata b’maġġoranza tal-Membri komponenti tal-Parlament Ewropew, il-membri tal-Eżekuttiv għandhom jirriżenjaw kollettivament u s-Segretarju tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u s-Segretarju tal-Unjoni għall-Governanza Ekonomika għandhom jirriżenjaw mid-dmirijiet li jwettqu fl-Eżekuttiv. Huma għandhom jibqgħu fil-kariga u jkomplu jwettqu x-xogħol kurrenti tagħhom sakemm jiġu sostitwiti skont l-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’dan il-każ, il-mandat tal-membri tal-Eżekuttiv maħtura sabiex jissostitwuhom għandu jiskadi fid-data li kellu jiskadi l-mandat tal-membri tal-Eżekuttiv li kienu obbligati jirriżenjaw kollettivament.

 

(Din l-emenda tapplika fit-test kollu. L-adozzjoni tagħha tirrikjedi tibdil korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  212

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 234 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Jekk mozzjoni ta’ ċensura individwali tiġi adottata b’maġġoranza tal-Membri komponenti tal-Parlament Ewropew, il-membru tal-Eżekuttiv ikkonċernat għandu jirriżenja minnufih.

Emenda  213

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 238

 

Test fis-seħħ

Emenda

[…]

imħassar

Emenda  214

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 245 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Membri tal-Kummissjoni ma jistgħux, sakemm idumu fil-kariga, jeżerċitaw xi professjoni oħra, kemm bi jew bla qligħ. Fil-bidu tal-kariga tagħhom għandhom iwegħdu solennement li, kemm matul kif ukoll wara li tintemm il-kariga tagħhom, jirrispettaw l-obbligazzjonijiet li jiġu minn din il-kariga u b’mod speċjali id-dmir tagħhom li jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta’ xi ħatriet jew benefiċċji, wara li tintemm il-kariga tagħhom. F’każ ta’ xi ksur ta’ dawn l-obligazzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq talba tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, jew tal-Kummissjoni, jiddikjara lill-membru involut bħala irtirat mill-funzjoni tiegħu skond l-Artikolu 247 jew jiddikjara revokat id-dritt tiegħu għall-pensjoni jew xi benefiċċju ieħor, skond iċ-ċirkostanzi.

Il-Membri tal-Kummissjoni ma jistgħux, sakemm idumu fil-kariga, jeżerċitaw xi professjoni oħra, kemm bi qligħ jew bla qligħ. Fil-bidu tal-kariga tagħhom għandhom iwegħdu solennement li, kemm matul kif ukoll wara li tintemm il-kariga tagħhom, jirrispettaw l-obbligazzjonijiet li jiġu minn din il-kariga u b’mod speċjali id-dmir tagħhom li jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni rigward l-aċċettazzjoni ta’ xi ħatriet jew benefiċċji, wara li tintemm il-kariga tagħhom. F’każ ta’ xi ksur ta’ dawn l-obbligi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, jew tal-Kummissjoni, tiddikjara lill-Membru kkonċernat, skont iċ-ċirkostanzi, irtirat skont l-Artikolu 247 jew li d-dritt tiegħu għall-pensjoni jew xi benefiċċju ieħor ikun revokat.

Emenda  215

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 246 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-President tal-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi li dan il-post battal m’hemmx bżonn li jimtela, b’mod partikolari meta ż-żmien li jkun fadal għall-mandat tal-Membru tal-Kummissjoni jkun qasir.

Il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-President tal-Kummissjoni, jiddeċiedi li dan il-post battal m’hemmx bżonn li jimtela, b’mod partikolari meta ż-żmien li jkun fadal għall-mandat tal-Membru jkun qasir.

Emenda  216

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 247

 

Test fis-seħħ

Emenda

Jekk xi membru tal-Kummissjoni ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet mitluba għall-qadi ta’ dmirijietu jew ikun ħati ta’ mġiba serjament ħażina, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq talba tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, jew tal-Kummissjoni, tiddikjarah irtirat.

Jekk xi Membru tal-Kummissjoni ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet mitluba għall-qadi ta’ dmirijietu jew ikun ħati ta’ mġiba serjament ħażina, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza sempliċi, jew tal-Kummissjoni, tiddikjarah irtirat.

Emenda  217

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 258 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skond dan it-Trattat, hija għandha toħroġ opinjoni motivata dwar il-materja wara li tagħti lill-Istat interessat l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

 

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skont dan it-Trattat, hija għandha toħroġ opinjoni motivata dwar il-materja fi żmien 12-il xahar wara li tagħti lill-Istat interessat l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

Emenda  218

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 258 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Jekk l-Istat in kwistjoni ma jikkonformax ruħu ma’ dik l-opinjoni fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, din ta’ l-aħħar tista’ ġġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.

Jekk l-Istat ikkonċernat ma jikkonformax ruħu ma’ dik l-opinjoni fi żmien dak il-perjodu ta’ 12-il xahar, il-Kummissjoni għandha ġġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  219

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 259 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Kull Stat Membru li jikkunsidra li Stat Membru ieħor ikun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skond it-Trattati jista’ jġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea.

Il-Parlament Ewropew jew Stat Membru li jikkunsidra li Stat Membru ieħor ikun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skont it-Trattati jista’ jġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  220

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 259 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Qabel Stat Membru jibda, kontra Stat Membru ieħor, proċeduri dwar l-allegata vjolazzjoni allegata ta’ l-obbligi li jinkombu lil dak l-Istat Membru l-ieħor bis-saħħa tat-Trattati, għandu jġib il-materja quddiem il-Kummissjoni.

Qabel il-Parlament Ewropew jew Stat Membru jibdew, kontra Stat Membru, proċeduri dwar allegat ksur ta’ obbligu ta’ dan l-Istat Membru skont it-Trattati, huma għandhom iġibu l-materja quddiem il-Kummissjoni.

Emenda  221

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 259 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kummisjoni għandha toħroġ opinjoni motivita wara li l-Istati interessati jkunu ngħataw l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet u r-risposti għal dawn, kemm verbalment kemm bil-kitba.

Il-Kummissjoni għandha toħroġ opinjoni motivata wara kull Stat ikkonċernat u, jekk rilevanti, il-Parlament Ewropew, ikunu ngħataw l-opportunità li jippreżentaw il-każ tagħhom u l-osservazzjonijiet tagħhom b’risposta għall-partijiet l-oħra, kemm verbalment kif ukoll bil-miktub.

Emenda  222

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 260 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri li jikkonsistu fl-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti, din tista’ tressaq il-każ quddiem il-Qorti wara li tagħti lil dak l-Istat l-opportunità li jippreżenta l-oservazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-ammont ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa jew ta’ pagamenti ta’ penali li għandu jħallas l-Istat Membru konċernat li hi tikkunsidra xierqa fiċ-ċirkostanzi.

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri li jikkonsistu fl-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti, din għandha tressaq il-każ quddiem il-Qorti, sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li tingħata s-sentenza, wara li tagħti lil dak l-Istat l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-ammont ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa jew ta’ pagamenti ta’ penali li għandu jħallas l-Istat Membru konċernat li hi tikkunsidra xierqa fiċ-ċirkostanzi.

Emenda  223

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 262

 

Test fis-seħħ

Emenda

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu, skond il-proċedura leġislattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament ewropew, jista’ jadotta dispożizzjonijiet li bihom jattribwixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, fil-miżura li huwa stess jistabbilixxi, il-kompetenza li tiddeċiedi dwar tilwim konness ma’ l-applikazzjoni ta’ l-atti adottati taħt it-Trattati li joħolqu drittijiet Ewropej ta’ proprjetà industrijali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta dispożizzjonijiet li bihom jattribwixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-miżura li huwa stess jistabbilixxi, il-kompetenza li tiddeċiedi dwar tilwim konness mal-applikazzjoni tal-atti adottati taħt it-Trattati li joħolqu drittijiet Ewropej ta’ proprjetà industrijali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Istati Membri skont il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Emenda  224

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 263 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq rikorsi magħmula minn Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, dwar in-nuqqas ta’ kompetenza, dwar ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, dwar ksur tat-Trattati jew ta’ xi regola tad-dritt relattiva għall-applikazzjoni tiegħu, jew dwar l-użu skorrett tas-setgħat tagħhom.

Għal dan il-għan, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tiddeċiedi fuq rikorsi magħmula minn Stat Membru, mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni, dwar in-nuqqas ta’ kompetenza, dwar ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, dwar ksur tat-Trattati jew ta’ xi regola tad-dritt relattiva għall-applikazzjoni tiegħu, u b’mod partikolari rigward il-prinċipju tas-sussidjarjetà, jew dwar l-użu skorrett tas-setgħat tagħhom.

Emenda  225

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 263 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kondizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, tressaq appell kontra att indirizzat lilha jew li jirrigwardha direttament u individwalment, kif ukoll kontra att regolatorju li jirrigwardha direttament u li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni.

Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’, taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, tressaq appell kontra att indirizzat lilha jew li jirrigwardaha direttament, kif ukoll kontra att regolatorju li jirrigwardaha direttament u li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni.

Emenda  226

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 275 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea m’għandiex tkun kompetenti fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, u lanqas fir-rigward ta’ l-atti adottati abbażi tagħhom.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun kompetenti fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, inklużi l-atti adottati abbażi tagħhom.

Emenda  227

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 275 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Madankollu, il-Qorti għandha tkun kompetenti sabiex timmonitorja r-rispett taa’ l-Artikolu 40 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u sabiex tiddeċiedi dwar rikorsi, mressqa skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-raba’ subparagrafu ta’ l-Artikolu 263 ta’ dan it-Trattat dwar il-legalità ta’ deċiżjonijiet li jipprovdu miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi adottati mill-Kunsill abbażi tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

imħassar

Emenda  228

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 285 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Għandha tkun komposta minn ċittadin wieħed minn kull Stat Membru. Il-membri tagħha għandhom jaqdu dmirijiethom f’ indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali ta’ l-Unjoni.

Għandha tkun komposta minn numru ta’ Membri, li jikkorrispondi għal żewġ terzi tan-numru ta’ Stati Membri, inkluż il-President tagħha. Il-Membri tagħha għandhom jaqdu dmirijiethom f’indipendenza sħiħa, fl-interess ġenerali tal-Unjoni.

Emenda  229

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 285 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Il-Membri tal-Qorti tal-Awdituri għandhom jintgħażlu minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri abbażi ta’ sistema ta’ rotazzjoni strettament ugwali bejn l-Istati Membri, li tirrifletti l-firxa demografika u ġeografika tal-Istati Membri kollha. Din is-sistema għandha tiġi stabbilita b’maġġoranza kwalifikata mill-Kunsill Ewropew skont l-Artikolu 244.

Emenda  230

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 286 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Membri tal-Qorti ta’ l-Awdituri jinħatru għal perjodu ta’ sitt snin. Il-Kunsill wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, jadotta l-lista tal-Membri magħmula skond il-proposti mressqa minn kull Stat Membru. Il-mandat tal-Membri tal-Qorti ta’ l-Awdituri jista’ jiġġedded.

Il-Membri tal-Qorti tal-Awdituri jinħatru għal perjodu ta’ sitt snin. Il-Kunsill, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta l-lista tal-Membri magħmula skont il-proposti mressqa minn kull Stat Membru. Il-mandat tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri jista’ jiġġedded.

Emenda  231

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 294 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fejn japplika l-Artikolu 225, il-Parlament Ewropew għandu jissottometti l-proposta tiegħu lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata.

Emenda  232

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 294 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

3. Il-Parlament Ewropew għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u jikkomunikaha lill-Kunsill.

3. Il-Parlament Ewropew għandu jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari u jikkomunikaha lill-Kunsill. Fejn japplika l-Artikolu 225, il-proposta tal-Parlament għandha titqies bħala l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari.

Emenda  233

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 294 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

4. Jekk il-Kunsill japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-att in kwistjoni għandu jiġi adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew.

4. Jekk il-Kunsill japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew jew ma jkunx ħa deċiżjoni fi żmien sena, l-att inkwistjoni għandu jiġi adottat bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew.

Emenda  234

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 294 – paragrafu 7 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

(b)  jirrifjuta, b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu, il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, l-att propost għandu jitqies li ma ġiex adottat;

(b)  jirrifjuta, b’maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari, l-att propost għandu jitqies li ma ġiex adottat;

Emenda  235

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 294 – paragrafu 15 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Meta, fil-każijiet previsti mit-Trattati, att leġislattiv ikun suġġett għall-proċedura leġislattiva ordinarja fuq l-inizjattiva ta’ grupp ta’ Stati Membri, fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew, jew fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza tal-paragrafu 6, u l-paragrafu 9 m’għandhomx japplikaw.

Meta, fil-każijiet previsti mit-Trattati, att leġiżlattiv ikun suġġett għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja fuq l-inizjattiva ta’ grupp ta’ Stati Membri, fuq inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej, fuq rakkomandazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew, jew fuq it-talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-paragrafu 2, it-tieni sentenza tal-paragrafu 6, u l-paragrafu 9 m’għandhomx japplikaw.

Emenda  236

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Parti Sitta – Titolu I – Kapitolu 2a (ġdid) – titolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

KAPITOLU 2a

 

L-APPLIKAZZJONI TAL-PRINĊIPJI TA’ SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

(Il-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità għandu jiddaħħal fit-TFUE, Parti Sitta, Titolu I, Kapitolu 2a (ġdid). Dan il-kapitolu l-ġdid jinkludi l-Artikoli 299a sa 299j (ġodda).)

Emenda  237

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 299a (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 299a

 

Kull istituzzjoni għandha tiżgura r-rispett kontinwu tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(Din l-emenda tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.)

Emenda  238

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 299b (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 299b

 

Qabel ma tipproponi att leġiżlattiv, il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet wiesgħa. Tali konsultazzjonijiet għandhom, meta jkun xieraq, iqisu d-dimensjoni reġjonali u lokali tal-azzjoni maħsuba. F’każijiet ta’ urġenza eċċezzjonali, l-Kummissjoni m’għandhiex tagħmel tali konsultazzjonijiet. Għandha tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha fil-proposta tagħha.

(Din l-emenda tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.)

Emenda  239

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 299c (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 299c

 

Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, “abbozz ta’ att leġiżlattiv”, għandha tfisser il-proposti tal-Kummissjoni, l-inizjattivi ta’ grupp ta’ Stati Membri, l-inizjattivi tal-Parlament Ewropew, it-talbiet tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew jew it-talbiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv.

(Din l-emenda tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.)

Emenda  240

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 299d (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 299d

 

Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozzi tagħha ta’ atti leġiżlattivi u l-abbozzi emendati tagħha lill-parlamenti nazzjonali u lill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi fl-istess ħin li tibgħathom lil-leġiżlatur tal-Unjoni.

 

Il-Parlament Ewropew għandu jibgħat l-abbozzi tiegħu ta’ atti leġiżlattivi u l-abbozzi emendati tiegħu lill-parlamenti nazzjonali u lill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi.

 

Il-Kunsill għandu jibgħat l-abbozzi ta’ atti leġiżlattivi li jiġu minn grupp ta’ Stati Membri, mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew tal-Investiment u l-abbozzi emendati lill-parlamenti nazzjonali u lill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi.

 

Meta jiġu adottati, ir-riżoluzzjonijiet leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew u l-pożizzjonijiet tal-Kunsill għandhom jintbagħtu lill-parlamenti nazzjonali u lill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi.

(Din l-emenda hija bbażata fuq il-formulazzjoni tal-Artikolu 4 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità u tissupplementah.)

Emenda  241

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 299e (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 299e

 

L-abbozzi ta’ atti leġiżlattivi għandhom jiġu ġustifikati fir-rigward tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

 

Kull abbozz ta’ att leġiżlattiv għandu jinkludi fih dikjarazzjoni dettaljata li tippermetti l-valutazzjoni tal-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Din id-dikjarazzjoni għandha tinkludi elementi li jippermettu l-valutazzjoni tal-impatt finanzjarju tal-proposta u, fil-każ ta’ direttiva, tal-implikazzjonijiet tagħha għar-regoli li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, inkluż, fejn ikun meħtieġ, il-leġiżlazzjoni reġjonali.

 

Ir-raġunijiet li jwasslu għall-konklużjoni li objettiv tal-Unjoni jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni għandhom jiġu ssostanzjati b’indikaturi kwalitattivi u, meta jkun possibbli, kwantitattivi. L-abbozzi ta’ atti leġiżlattivi għandhom iqisu l-ħtieġa li kwalunkwe piż, kemm finanzjarju kif ukoll amministrattiv, li jaqa’ fuq l-Unjoni, fuq il-gvernijiet nazzjonali, fuq l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, fuq l-operaturi ekonomiċi u fuq iċ-ċittadini, ikun minimizzat kemm jista’ jkun u jkun proporzjonat mal-objettiv li jrid jintlaħaq.

(Din l-emenda tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.)

Emenda  242

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 299f (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 299f

 

Kwalunkwe parlament nazzjonali jew kwalunkwe kamra ta’ parlament nazzjonali jistgħu, fi żmien tnax-il ġimgħa mid-data ta’ trażmissjoni ta’ abbozz ta’ att leġiżlattiv Ewropew, fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, jibagħtu lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni opinjoni motivata bir-raġunijiet li għalihom iqisu li l-abbozz inkwistjoni ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Kull parlament nazzjonali jew kull kamra ta’ parlament nazzjonali għandhom jinkludu l-opinjoni tal-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi mal-opinjoni motivata tagħhom meta l-kompetenzi reġjonali esklużivi jistgħu jiġu affettwati. Il-Kummissjoni għandha twieġeb fi żmien tnax-il ġimgħa.

 

Jekk l-abbozz ta’ att leġiżlattiv joriġina minn grupp ta’ Stati Membri, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni lill-gvernijiet ta’ dawk l-Istati Membri.

 

Jekk l-abbozz ta’ att leġiżlattiv joriġina mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-Bank Ewropew tal-Investiment, il-President tal-Kunsill għandu jibgħat l-opinjoni lill-istituzzjoni jew il-korp ikkonċernat.

 

Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet motivati li tirċievi mill-parlamenti nazzjonali, u mill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi, fir-rapporti annwali tagħha dwar il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. Il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel l-informazzjoni dwar l-oġġezzjonijiet disponibbli għall-Kunsill u għall-Parlament matul il-proċedura leġiżlattiva meta l-parlamenti nazzjonali jippreżentaw għadd sinifikanti ta’ opinjonijiet motivati dwar abbozz ta’ leġiżlazzjoni partikolari.

(Din l-emenda hija bbażata fuq l-Artikolu 6 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u temendah u tissupplementah.)

Emenda  243

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 299g (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 299g

 

Kwalunkwe parlament nazzjonali jew kwalunkwe kamra ta’ parlament nazzjonali jistgħu jitolbu lill-Parlament Ewropew jew lill-Kummissjoni jissottomettu kwalunkwe proposta xierqa li tikkonċerna kwistjonijiet li dwarhom ikunu jqisu li hu meħtieġ li jsir att tal-Unjoni għall-fini tal-implimentazzjoni tat-Trattati.

 

Meta istituzzjoni tirċievi talba f’konformità mal-ewwel paragrafu iżda ma tissottomettix proposta fi żmien sitt xhur, dik l-istituzzjoni għandha tinforma lill-parlament nazzjonali, lill-Kumitat tar-Reġjuni u, jekk rilevanti, lill-Parlament Ewropew bir-raġunijiet għalfejn ma għamlitx dan.

(Din l-emenda ddaħħal Artikolu ġdid f’dak li kien il-Protokoll Nru 2.)

Emenda  244

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 299h (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 299h

 

1.  Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll, meta xieraq, il-grupp ta’ Stati Membri, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, jekk l-abbozz ta’ att leġiżlattiv joriġina minnhom, għandhom iqisu l-opinjonijiet motivati tal-Parlamenti nazzjonali jew ta’ kamra ta’ parlament nazzjonali.

 

Kull parlament nazzjonali għandu jkollu żewġ voti, imqassma fuq il-bażi tas-sistema parlamentari nazzjonali. Fil-każ ta’ sistema Parlamentari bikamerali, kull waħda miż-żewġ kmamar għandu jkollha vot wieħed.

 

2.  Meta l-opinjonijiet motivati dwar in-nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà ta’ abbozz ta’ att leġiżlattiv jirrappreżentaw mill-inqas terz tal-voti kollha allokati lill-Parlamenti nazzjonali f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-abbozz irid jiġi rieżaminat. Dan il-livell limitu għandu jkun kwart fil-każ ta’ abbozz ta’ att leġiżlattiv sottomess skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 76 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

 

Wara tali rieżami, il-Kummissjoni jew, skont il-każ, il-grupp ta’ Stati Membri, il-Parlament Ewropew, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Bank Ċentrali Ewropew jew il-Bank Ewropew tal-Investiment, jekk l-abbozz ta’ att leġiżlattiv joriġina minnhom, jistgħu jiddeċiedu li jżommu, jemendaw jew jirtiraw l-abbozz. Iridu jingħataw ir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni.

 

3.  Barra minn hekk, fil-qafas tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, meta l-opinjonijiet motivati dwar in-nuqqas ta’ konformità ta’ proposta għal att leġiżlattiv mal-prinċipju tas-sussidjarjetà jirrappreżentaw mill-inqas maġġoranza sempliċi tal-voti kollha allokati lill-parlamenti nazzjonali f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-proposta trid tiġi rieżaminata. Wara tali rieżami, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li żżomm, li temenda jew li tirtira l-proposta.

 

Jekk tagħżel li żżommha, il-Kummissjoni jkollha, permezz ta’ opinjoni motivata, tiġġustifika għaliex tqis li l-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Din l-opinjoni motivata kif ukoll l-opinjonijiet motivati tal-Parlamenti nazzjonali, iridu jintbagħtu lil-leġiżlatur tal-Unjoni għall-kunsiderazzjoni fil-proċedura:

 

(a)  qabel jiġi konkluż l-ewwel qari, il-leġiżlatur (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) għandu jeżamina l-kompatibbiltà tal-proposta leġiżlattiva mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, b’kont partikolari meħud tar-raġunijiet espressi u kondiviżi mill-maġġoranza tal-Parlamenti nazzjonali kif ukoll tal-opinjoni motivata tal-Kummissjoni;

 

(b)  jekk, permezz ta’ maġġoranza ta’ 55 % tal-membri tal-Kunsill jew ta’ maġġoranza tal-voti espressi fil-Parlament Ewropew, il-leġiżlatur huwa tal-opinjoni li l-proposta ma tkunx kompatibbli mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-proposta leġiżlattiva m’għandhiex tiġi kkunsidrata aktar.

(Din l-emenda tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 7 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.)

Emenda  245

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 299i (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 299i

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tkun kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar rikorsi fuq ksur tal-prinċipju tas-sussidjarjetà minn att leġiżlattiv, li jitressqu skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mill-Istati Membri jew li jiġu notifikati minnhom skont l-ordinament ġuridiku tagħhom f’isem parlament nazzjonali jew kamra minnu.

 

Skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu msemmi, il-Kumitat tar-Reġjuni jista’ wkoll jagħmel tali rikorsi kontra l-atti leġiżlattivi li għalihom t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi l-konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni għall-adozzjoni tagħhom.

(Din l-emenda tirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.)

Emenda  246

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 299j (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 299j

 

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport kull sena lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-parlamenti nazzjonali u lill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dak ir-rapport annwali għandu jiġi mgħoddi wkoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(Din l-emenda hija bbażata fuq il-formulazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u tissupplementah.)

Emenda  247

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 311 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b’mod unanimu u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jadotta Deċiżjoni li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sistema tar-riżorsi proprji ta’ l-Unjoni. F’dan il-kuntest jista’ jistabbilixxi kategoriji ġodda ta’ riżorsi proprji jew jabolixxi kategorija eżistenti. Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ biss wara l-approvazzjoni tagħha mill-Istati Membri, skond il-ħtiġijiet kostituzzjonali rispettivi tagħhom.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw deċiżjoni li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. F’dan il-kuntest jistgħu jiġu stabbiliti kategoriji ġodda ta’ riżorsi proprji jew tiġi abolita kategorija eżistenti.

Emenda  248

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 311 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ regolament skond il-proċedura leġislattiva speċjali, għandu jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji ta’ l-Unjoni safejn dan ikun previst fid-Deċiżjoni adottata abbażi tat-tielet subparagrafu. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ regolamenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni sa fejn dan ikun previst fid-deċiżjoni adottata abbażi tat-tielet paragrafu.

Emenda  249

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 312 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Dan għandu jiġi stabbilit għall-perijodu ta’ mill-inqas ħames snin.

Dan għandu jiġi stabbilit għall-perijodu ta’ ħames snin.

Emenda  250

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 312 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, għandu jadotta regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali. Dan għandu jaġixxi b’mod unanimu wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, li għandha tingħata b’maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali.

Emenda  251

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 312 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-Kunsill Ewropew jista’ jadotta, b’mod unanimu, deċiżjoni li tawtorizza l-Kunsill jaġixxi bil-maġġoranza kwalifikata meta jadotta r-regolament previst fl-ewwel subparagrafu.

imħassar

Emenda  252

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 319 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, għandu jagħti kwittanza lill-Kummissjoni rigward l-implementazzjoni tal-baġit. Għal dan l-għan, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom wieħed wara l-ieħor jeżaminaw il-kontijiet, id-dikjarazzjoni finanzjarja u r-rapport ta’ valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 318, ir-rapport annwali mill-Qorti ta’ l-Awdituri flimkien mar-risposti mill-istituzzjonijiet li tkun qiegħda ssirilhom il-verifika għall-osservazzjonijiet tal-Qorti ta’ l-Awdituri, l-istqarrija ta’ assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, u kull rapport speċjali relevanti mill-Qorti ta’ l-Awdituri.

1. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, għandu jagħti kwittanza lill-Kummissjoni rigward l-implementazzjoni tal-baġit. Għandu wkoll jagħti kwittanza lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsimiet tagħhom tal-baġit jew tal-baġits tagħhom, kif xieraq, u f’konformità mal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 322. Għal dan l-għan, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom wieħed wara l-ieħor jeżaminaw il-kontijiet, id-dikjarazzjoni finanzjarja u r-rapport ta’ valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 318, ir-rapport annwali mill-Qorti tal-Awdituri flimkien mar-risposti mill-istituzzjonijiet li tkun qiegħda ssirilhom il-verifika għall-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, l-istqarrija ta’ assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, u kull rapport speċjali relevanti mill-Qorti tal-Awdituri.

Emenda  253

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 329 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

L-awtorizzazzjoni għal koperazzjoni msaħħa għandha tingħata b’deċiżjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu.

L-awtorizzazzjoni għal kooperazzjoni msaħħa għandha tingħata b’deċiżjoni tal-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, bl-eċċezzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar missjonijiet jew operazzjonijiet b’mandat eżekuttiv imsemmi fl-Artikolu 42(4a), it-tieni subparagrafu.

Emenda  254

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 330 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

L-unanimità għandha tkun kostitwita mill-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri li jipparteċipaw biss.

imħassar

Emenda  255

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 330 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

Il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun definita skond l-Artikolu 238(3).

imħassar

Emenda  256

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 333

 

Test fis-seħħ

Emenda

Artikolu 333

imħassar

1. Fejn dispożizzjoni tat-Trattati li tista’ tiġi applikata fil-kuntest ta’ koperazzjoni msaħħa tipprovdi li l-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu skond l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 330 jista’ jadotta deċiżjoni li tipprovdi li dan ser jaġixxi bil-maġġoranza kwalifikata.

 

2. Fejn dispożizzjoni tat-Trattati li tista’ tiġi applikata fil-kuntest ta’ koperazzjoni msaħħa tipprovdi li l-Kunsill għandu jadotta atti skond il-proċedura leġislattiva speċjali, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 330 jista’ jadotta deċiżjoni li tipprovdi li dan ser jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva ordinarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew.

 

3. Il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għal deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża.

 

Emenda  257

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 342

 

Test fis-seħħ

Emenda

In-normi li jirregolaw il-lingwi ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni għandhom, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea, jiġu stabbiliti mill-Kunsill, b’mod unanimu permezz ta’ regolament.

In-normi li jirregolaw il-lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jiġu stabbiliti mill-Kunsill, b’mod unanimu permezz ta’ regolamenti, wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Emenda  258

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 346 – paragrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

(b) kull Stat Membru jista’ jieħu l-miżuri li jikkunsidra meħtieġa sabiex jipproteġi l-interessi vitali tas-sigurta’ tiegħu, u li jkollhom x’jaqsmu mal-manifattura jew tal-kummerċ ta’ l-armi, munizzjon u materjal tal-gwerra; dawn il-miżuri ma għandhomx ifixklu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern dwar prodotti li ma jkunux intiżi għall-għanijiet speċifikament militari.

(b) kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri li jikkunsidra li huma meħtieġa sabiex jipproteġi l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu, u li jkollhom x’jaqsmu mal-manifattura jew tal-kummerċ tal-armi, munizzjon u materjal tal-gwerra; dawn il-miżuri ma għandhomx ifixklu l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern dwar prodotti li ma jkunux intiżi għall-għanijiet speċifikament militari.

Emenda  259

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 346 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

2. Il-Kunsill jista’, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħmel tibdiliet għal-lista, li hu kien ħejja fil-15 ta’ April 1958, għal prodotti li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(b).

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja fuq proposta tal-Kummissjoni, jagħmlu tibdiliet għal-lista, li l-Kunsill kien ħejja fil-15 ta’ April 1958, għal prodotti li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(b).

Emenda  260

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 352 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

1. Jekk tidher meħtieġa azzjoni ta’ l-Unjoni, fil-qafas tal-politika definita fit-Trattati, għall-kisba ta’ wieħed mill-objettivi previsti mit-Trattati, u t-Trattati ma jkunux stabbilew is-setgħat meħtieġa għal dan l-għan, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa. Meta l-Kunsill jadotta d-dispożizzjonijiet in kwistjoni skond il-proċedura leġislattiva speċjali, dan għandu jadottahom ukoll b’unanimità, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

1. Jekk tidher meħtieġa azzjoni tal-Unjoni, fil-qafas tal-politika definita fit-Trattati, għall-kisba ta’ wieħed mill-objettivi previsti mit-Trattati, u t-Trattati ma jkunux stabbilew is-setgħat meħtieġa għal dan l-għan, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa. Meta l-Kunsill jadotta d-dispożizzjonijiet inkwistjoni skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, dan għandu jadottahom ukoll b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Emenda  261

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 352 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

4. Dan l-Artikolu ma jistax iservi bħala bażi sabiex jintlaħaq objettiv tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u kull att adottat skond dan l-Artikolu għandu jirrispetta l-limiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 40 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

imħassar

Emenda  262

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 353

 

Test fis-seħħ

Emenda

L-Artikolu 48(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea m’għandux japplika għall-Artikoli li ġejjin:

imħassar

— Artikolu 311, it-tielet u r-raba’ subparagrafi,

 

— Artikolu 312(2), l-ewwel subparagrafu

 

— Artikolu 352, u

 

— Artikolu 354.

 

Emenda  263

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 354 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar is-sospensjoni ta’ ċerti drittijiet li jirriżultaw mis-sħubija ma’ l-Unjoni, il-membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru konċernat m’għandux jieħu sehem fil-vot u l-Istat Membru konċernat ma jiġix ikkunsidrat fil-kalkolu tat-terz jew ta’ erba’ minn ħamsa ta’ l-Istati Membri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dak l-Artikolu. L-astensjonijiet minn membri preżenti jew rappreżentati m’għandhomx iżommu l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar is-sospensjoni ta’ ċerti drittijiet li jirriżultaw mis-sħubija mal-Unjoni, il-membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru inkwistjoni m’għandux jieħu sehem fil-vot u l-Istat Membru inkwistjoni ma jiġix ikkunsidrat fil-kalkolu tat-terz tal-Istati Membri jew tal-maġġoranza kwalifikata msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dak l-Artikolu. L-astensjonijiet minn membri preżenti jew rappreżentati m’għandhomx iżommu l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.

Emenda  264

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 354 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

Għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 7 (3) u (4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-maġġoranza kwalifikata għandha tiġi definita skond l-Artikolu 238(3)(b) ta’ dan it-Trattat.

Għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafi 1 sa 4 tal-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-maġġoranza kwalifikata għandha tiġi definita skont l-Artikolu 16(4a) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda  265

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 355 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

It-trattati ma japplikawx għal dawk il-pajjiżi u territorji extra-ewropej li jkollhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li m’ humiex inklużi fil-lista msemmija hawn fuq.

imħassar

Emenda  266

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 355 – paragrafu 5 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

(b) It-Trattati m’għandhomx japplikaw għall-Arei ta’ Bażi Sovrani tar-Renju Unit f’Akrotiri u Dhekelia f’Ċipru għajr safejn hu meħtieġ sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti stabbiliti fil-Protokoll dwar l-Arei ta’ Bażi Sovrani tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq f’Ċipru annessi ma’ l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta’ l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka għall-Unjoni Ewropea u skond it-termini ta’ dak il-Protokoll.

imħassar

Emenda  267

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 355 – paragrafu 5 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

(c) It-Trattati japplikaw għaċ-Channel Islands u l-Gżira ta’ Man sal-limitu biss li hu meħtieg sabiex tiġi aċċertata l-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti għal dawk il-gżejjer stipulati fit-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda mal-Komunita’ Ekonomika Ewropeja u mal-Komunita’ Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika iffirmat fit-22 ta’ Jannar 1972.

imħassar



NOTA SPJEGATTIVA

Dan ir-rapport isegwi r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar it-talba biex titlaqqa’ Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati. Itenni t-talba tal-Parlament għall-emenda tat-Trattati u jistieden lill-Kunsill jippreżenta l-proposti tal-Parlament lill-Kunsill Ewropew minnufih u mingħajr deliberazzjoni. Barra minn hekk, jistieden lill-Kunsill Ewropew isejjaħ Konvenzjoni f’konformità mal-proċedura ta’ reviżjoni ordinarja prevista fl-Artikolu 48(2) sa (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mill-aktar fis possibbli.

It-Trattati attwali daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-Unjoni Ewropea ffaċċjat sfidi bla preċedent u bosta kriżijiet, b’mod partikolari l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-proposti f’dan ir-rapport għandhom l-għan li jsawru mill-ġdid lill-Unjoni b’mod li jtejjeb il-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi u jsaħħaħ il-leġittimità demokratika u l-obbligu ta’ rendikont tagħha.

 

Fid-9 ta’ Mejju 2022, il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (CoFE) temmet il-ħidma tagħha u ppreżentat il-konklużjonijiet tagħha. Dawk il-konklużjonijiet fihom 49 proposta u 326 miżura. Il-Parlament Ewropew laqa’ l-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tad-9 ta’ Mejju 2022 u nnota li diversi proposti tal-Konferenza jeħtieġu emendi tat-Trattati.

 

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom li jagħtu segwitu b’mod effettiv għall-konklużjonijiet tal-Konferenza, kull wieħed minnhom fl-ambitu tal-kompetenzi tiegħu u f’konformità mat-Trattati.

 

Mingħajr ma jkollhom l-għan li jkunu eżawrjenti u filwaqt li jiffokaw b’mod partikolari fuq il-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li jirrikjedu riformi istituzzjonali, il-proposti tal-CoFE elenkati hawn taħt tqiesu fil-proposti għall-emenda tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità:

 

il-proposti 39.1 tal-CoFE (21.1 għall-PESK, 6.7 għall-ambjent, fost oħrajn) dwar il-valutazzjoni mill-ġdid tal-proċess deċiżjonali u tar-regoli dwar il-votazzjoni (b’mod partikolari s-sostituzzjoni tal-proċess deċiżjonali b’unanimità bil-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata) tqiesu fil-proposti għall-emenda tal-Artikoli 7, 16, 24, 29, 31, 42, 46, 48 tat-TUE kif ukoll il-proposti għall-emenda tal-Artikoli 19, 22, 23, 64, 70, 77, 81, 83, 86, 87, 88, 113, 115, 121, 126, 153, 192, 194, 207, 218, 222, 223, 226, 234, 238, 245, 246, 247, 262, 286, 294, 311, 312, 329, 330, 333, 342, 346, 352, 353 u 354 tat-TFUE.

 

Il-proposta 25 tal-CoFE dwar l-istat tad-dritt, il-valuri demokratiċi u l-identità Ewropea, il-proposta 13.6 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-proposta 48.2 dwar id-diversità lingwistika tqiesu fil-proposti għall-emenda tal-Artikoli 2, 3, 7, 13, 49 tat-TUE, kif ukoll l-Artikoli 8, 10, 19, 24a (ġdid), 157, 179 u 354 tat-TFUE.

 

Il-proposti 36, 37, 38.2, 38.3, 38.4, 46.1, 47.2 tal-CoFE dwar it-tisħiħ tad-drittijiet u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, l-informazzjoni u ż-żgħażagħ (inkluż referendum madwar l-UE kollha) tqiesu fil-proposti għall-emenda tal-Artikoli 10, 11, 48, 54, tat-TUE, kif ukoll l-Artikoli 4, 20, 22, 24, 26, 79, 263 u 294 tat-TFUE.

 

Il-proposti 38.3 u 38.4 tal-CoFE dwar it-tisħiħ tar-rabtiet bejn iċ-ċittadini u r-rappreżentanti eletti tagħhom, b’mod partikolari dwar l-għoti ta’ vuċi akbar liċ-ċittadini dwar min jiġi elett bħala President, l-emenda tal-liġi elettorali tal-UE, l-għoti ta’ dritt ta’ inizjattiva lill-Parlament u l-possibbiltà li jiddeċiedi dwar il-baġit kif inhu d-dritt tal-parlamenti fil-livell nazzjonali, tqiesu fil-proposta għall-emenda tal-Artikolu 17 tat-TUE, kif ukoll il-proposti għall-emenda tal-Artikoli 78, 223, 225, 226, 234, 247, 259, 285, 286, 294, 311 u 312 tat-TFUE.

 

Il-proposti 39.2 u 22.1 tal-CoFE dwar it-trasparenza tal-proċess deċiżjonali tal-UE tqiesu fil-proposti għall-emenda tal-Artikoli 10, 11 u 16 tat-TUE, kif ukoll l-Artikolu 15 tat-TFUE.

 

Il-proposti 38.4, 39.2, 39.5, 39.6, 40.3 u 40.5, kif ukoll il-proposti 11.3, 13, u 36.8 tal-CoFE li jippromwovu proċess deċiżjonali aktar inklużiv, li jsaħħu, fost l-oħrajn, ir-rwol tas-sħab soċjali, tqiesu fil-proposti għall-emenda tal-Artikoli 10 u 11 tat-TUE, kif ukoll l-Artikoli 9, 121, 151, 153, 166 u 299a (ġdid) u l-Artikoli segwenti tat-TFUE.

 

Il-proposta 39.3 tal-CoFE dwar il-kunsiderazzjoni tat-tibdil tal-ismijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE, biex jiġu ċċarati l-funzjonijiet u r-rwol rispettiv tagħhom fil-proċess deċiżjonali tal-UE għaċ-ċittadini, tqieset b’mod partikolari fil-proposta għall-emenda tal-Artikolu 17 tat-TUE. Dan it-tibdil jenħtieġ li japplika fit-Trattati kollha.

 

Il-proposti 2, 3, 4, 6.7, 8.3, 11, 12, 13, 14, 18, 23, 24, 41, 42, 43 u 46.1 tal-CoFE dwar it-tisħiħ tal-kompetenzi, ir-rwol u l-azzjoni tal-UE fl-oqsma tat-tibdil fil-klima, l-ambjent, il-bijodiversità, is-saħħa, il-protezzjoni ċivili, l-industrija, l-edukazzjoni, l-enerġija, l-affarijiet barranin, is-sigurtà esterna u d-difiża, il-politika tal-fruntieri esterni fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, il-migrazzjoni, l-infrastruttura transfruntiera, is-suq uniku, l-ekonomija, il-politiki soċjali u s-suq tax-xogħol, il-kummerċ u l-investiment u x-xjenza u t-teknoloġija tqiesu fil-proposti għall-emenda tal-Artikoli 3, 21, 29, 42, 43, 45 u 46 tat-TUE, kif ukoll l-Artikoli 3, 4, 9, 11, 43, 67, 77, 79, 83, 88, 108, 113, 119, 126, 148,151, 151a (ġdid), 153, 165, 168, 179, 189, 191, 194, 206, 207, 218, 222, 258, 259, 260, 263, 275 u 352 tat-TFUE.

 

Il-proposti 40.1 u 40.2 tal-CoFE dwar is-sussidjarjetà attiva u r-rwol tal-parlamenti nazzjonali tqiesu fil-proposti għall-emenda tal-Artikolu 19 tat-TUE u l-Artikolu 263 tat-TFUE kif ukoll il-proposti biex jissaħħaħ il-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità u biex jiġi integrat fit-TFUE (l-Artikolu 299a (ġdid) tat-TFUE u l-Artikoli segwenti).

 

Pożizzjoni tal-korapporteur Helmut Scholz dwar il-Politika Estera, ta’ Sigurtà u ta’ Difiża

 

Helmut SCHOLZ, korapporteur, jieħu nota tal-proposti tal-CoFE dwar l-istabbiliment ta’ Unjoni tad-Difiża tal-UE u dwar il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-PESK, iżda jesprimi riżervi dwar l-emendi koperti mill-paragrafi 20 u 21 tar-riżoluzzjoni. Huwa jemmen li Unjoni tad-Difiża tal-UE trid tinbena fuq kunċett komprensiv, b’diversi livelli u mhux militari tas-sigurtà bbażat fuq l-unanimità tal-Istati Membri kollha tal-UE u li jirrikjedi skrutinju parlamentari sħiħ kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f’dak tal-Istati Membri. Helmut SCHOLZ biħsiebu jintroduċi proposti għal PESK u PSDK riveduti matul il-Konvenzjoni li se titlaqqa’. Huwa jissottolinja, b’mod partikolari, ir-responsabbiltà tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali f’konformità mad-dritt internazzjonali, li trawwem impenn attiv favur id-diżarm, b’mod partikolari tal-armi nukleari u armi oħra ta’ qerda massiva, u li taderixxi għat-Trattat tan-NU dwar il-Projbizzjoni tal-Armi Nukleari (TPNW). Ir-ristrutturar tal-kapaċità militari tal-Istati Membri tal-UE fi strutturi mifruxa mal-UE kollha għandu, fil-fehma tiegħu, ikun ibbażat fuq il-prinċipju ta’ kapaċitajiet strutturali ta’ nonaggressjoni. Peress li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri huma wkoll membri tan-NATO, kwalunkwe bidla fit-trattati, fil-fehma tiegħu, trid teskludi duplikazzjoni tal-kapaċità militari u tan-nefqa baġitarja. Għalhekk, kull bidla fit-trattati trid tkun akkumpanjata b’passi lejn diżakkoppjament min-NATO.

 


2.12.2022

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati

(2022/2051(INL))

Rapporteur għal opinjoni: Hilde Vautmans

(Inizjattiva – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura)

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa rrappreżentat eżerċizzju konkret u ta' suċċess ta' demokrazija parteċipattiva, serviet bħala pjattaforma bla preċedent għad-diskussjoni bejn iċ-ċittadini u l-politiċi u rriżultat fi proposti konkreti li għandhom jiġu analizzati u kkunsidrati serjament mid-deċiżuri tal-Unjoni anke jekk jaf jeħtieġu bidliet fit-Trattat; billi huwa importanti li tiġi kkunsidrata bir-reqqa kull bidla possibbli fit-Trattat u li jitqabblu l-vantaġġi potenzjali kollha tagħha ma' użu differenti u aktar effiċjenti tal-karatteristiċi attwali tat-Trattat, inkluża implimentazzjoni aħjar fil-livell politiku jew baġitarju;

B.  billi l-aggressjoni Russa mhux provokata, mhux ġustifikata u illegali kontra l-Ukrajna li bdiet fl-24 ta' Frar 2022 żiedet il-volatilità ġeopolitika u l-instabbiltà tas-sigurtà fl-Ewropa għal livelli mingħajr preċedent li ilhom ma jiġu esperjenzati minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija u tissottolinja l-ħtieġa li l-Unjoni terġa' tivvaluta bis-sħiħ il-politiki esteri, ta' sigurtà u ta' difiża tagħha u tipprijoritizza ż-żieda fl-effettività tagħhom u l-kapaċità tagħha li taġixxi biex tipproteġi l-valuri u l-interessi tagħna;

C. billi l-panel 4 taċ-ċittadini "L-UE fid-dinja/Migrazzjoni" għamel diversi rakkomandazzjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-affarijiet barranin u tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u billi bosta rakkomandazzjonijiet tal-panels taċ-"ċittadini" b'hekk qed jikkorroboraw appelli li ilhom isiru mill-Parlament Ewropew;

D. billi, kif iddikjarat fil-Konklużjoni tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, Unjoni aktar b'saħħitha fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża se tikkontribwixxi għall-paċi Ewropea u globali u se tappoġġa l-valuri Ewropej, bħall-istat tad-dritt, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u dan jista' jinkiseb billi tiġi promossa kultura strateġika komuni;

E  billi l-fatt li tittieħed azzjoni dwar dawk ir-rakkomandazzjonijiet jista' jagħmel lill-Unjoni attur globali aktar b'saħħtu, aktar affidabbli, influwenti u aktar viżibbli, iwassal għal teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u jtejjeb id-drittijiet ta' skrutinju tal-Parlament Ewropew fil-qasam tal-politika estera bħala l-unika istituzzjoni tal-Unjoni eletta demokratikament;

F. billi hemm ukoll għażliet li jistgħu jtejbu r-rwol tal-Unjoni fl-affarijiet barranin mingħajr ma jinbidel it-Trattat; billi f'Lulju 2022, il-Presidenza Ċeka bagħtet ittra lill-Istati Membri b'lista ta' oqsma ta' politika speċifiċi li jistgħu jinqalbu għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata (VMK) permezz ta' passerelles speċifiċi; billi f'dan ir-rigward il-Presidenza elenkat 11-il qasam konkret tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) kif ukoll tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) relatati mal-Artikoli 24, 27, 28, 29, 37, 39, 41, 42, u 44 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE);

G. billi l-użu ta' veto minn Stat Membru wieħed biex jinfetħu negozjati ta' adeżjoni ma' pajjiż kandidat, minħabba tilwim bilaterali u reġjonali mhux solvut marbut ma' avvenimenti storiċi, awtoidentifikazzjoni u drittijiet kulturali jew lingwistiċi, jista' jimblokka l-proċess ta' adeżjoni tal-pajjiżi kandidati u l-użu tal-veto mill-Istati Membri għall-benefiċċju tagħhom stess imur kontra l-ispirtu tat-Trattati;

H. billi l-potenzjal għal azzjoni rapida, effiċjenti u effikaċi fl-oqsma tal-politika estera, is-sigurtà u d-difiża kif jipprevedi t-Trattat ta' Lisbona ntuża u ġie sfruttat biss b'mod limitat ħafna matul dawn l-aħħar għaxar snin minħabba nuqqas ta' rieda politika mill-Istati Membri; billi, minħabba l-ambjent tas-sigurtà Ewropew li qed jinbidel, wasal iż-żmien li jintużaw l-istrumenti kollha kif jipprevedi t-TUE, b'mod partikolari fir-rigward tal-PSDK; billi t-Trattat ta' Lisbona jipprevedi karatteristiċi bħal fond ta' tnedija militari fl-Artikolu 41(3b), il-possibbiltà li jinħoloq grupp żgħir b'objettivi ta' sigurtà u difiża aktar ambizzjużi fl-Artikolu 44, jew li tiġi definita politika verament Ewropea dwar il-kapaċitajiet u l-armamenti fl-Artikolu 42(3), li ilhom jeżistu sa minn Diċembru 2009;

I. billi hemm sfida dejjem akbar li nħolqot minn theddid ċibernetiku, ibridu u asimmetriku ieħor, fosthom kampanji ta' diżinformazzjoni, u mill-użu malizzjuż ta' teknoloġiji emerġenti u fixkiela dejjem aktar sofistikati; billi l-indħil barrani, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u d-diżinformazzjoni huma abbuż tal-libertajiet fundamentali tal-espressjoni u tal-informazzjoni u jheddu dawk il-libertajiet, il-valuri, il-proċeduri demokratiċi, il-proċessi politiċi, is-sigurtà tal-istati u taċ-ċittadini, u l-kapaċità li jkampaw f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali; billi r-Russja ilha tinvolvi ruħha f'diżinformazzjoni ta' malizzja u kobor bla preċedent kemm fil-mezzi tal-media tradizzjonali kif ukoll fil-pjattaformi tal-media soċjali, sabiex tqarraq liċ-ċittadini tagħha f'pajjiżhom u l-komunità internazzjonali lejliet u matul il-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, li r-Russja bdiet fl-24 ta' Frar 2022, u dan juri li anke l-informazzjoni tista' tintuża bħala arma;

J. billi l-passerelles jistgħu jintużaw immedjatament biex f'oqsma ta' politika speċifiċi ssir bidla minn unanimità għal VMK; billi t-theddida attwali għas-sigurtà Ewropea tirrikjedi adattament immedjat ta' wħud mill-metodi ta' ħidma;

1. Jitlob li r-rakkomandazzjonijiet ewlenin taċ-ċittadini fil-qasam tal-politika estera u ta' sigurtà, speċjalment il-ħtieġa li ssir bidla għal teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti, permezz tal-użu tal-VMK minflok l-unanimità, b'mod partikolari f'oqsma speċifiċi ta' politika bħad-drittijiet tal-bniedem, u l-ħtieġa li jittejbu l-metodi tal-Unjoni biex timponi sanzjonijiet, jiġu inkorporati f'bidla fit-Trattat jew inkella permezz tal-użu tal-klawżoli "passerelle";

2. Jissottolinja li l-bidla għall-VMK tista' tiżgura li l-Unjoni – minflok ma tmur bl-inqas denominatur komuni – taġixxi aktar malajr u deliberatament u tista' wkoll tipproteġi lill-Unjoni minn pressjoni minn pajjiżi terzi u minn tattiċi ta' ifred u saltan; jisħaq li dan possibbilment jgħin lill-Unjoni tiżviluppa f'setgħa ġeopolitika aktar kredibbli u deċiżiva, li tpoġġi l-prinċipji u l-valuri ewlenin tagħha fiċ-ċentru tal-azzjoni tagħha, iżid l-effikaċja tal-azzjoni esterna tagħha u b'hekk isaħħaħ ukoll l-influwenza tal-Istati Membri f'dinja instabbli, li qed tinbidel malajr u li qed issir dejjem aktar multipolari; ifakkar li l-Artikolu 31(2) tat-TUE, li huwa mfassal biex jiżgura li l-ebda deċiżjoni dwar kwistjonijiet essenzjali għall-interessi nazzjonali ta' Stat Membru ma tkun tista' tiġi imposta fuqu jekk il-VMK kellha tintuża fil-PESK, jibqa' applikabbli;

3. Ifakkar li l-Artikolu 48(7) u l-Artikolu 31(3) tat-TUE fihom klawżoli "passerrelle" li jistgħu jagħmlu possibbli l-bidla mill-unanimità għall-votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata fil-qasam tal-PESK mingħajr implikazzjonijiet militari; jitlob li fid-deċiżjonijiet kollha fil-qasam tal-PESK issir bidla għall-VMK u li dan jibda b'oqsma ta' prijorità fi żmien sena, b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw is-sanzjonijiet, id-drittijiet tal-bniedem u f'oqsma rilevanti għall-proċess ta' adeżjoni bħal meta tittieħed deċiżjoni dwar il-bidu tal-proċess tan-negozjati kif ukoll il-ftuħ u l-għeluq ta' raggruppamenti u kapitoli individwali tan-negozjati, sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni li tieħu deċiżjonijiet rapidi u effettivi;

4.  Jiddeplora l-fatt li l-klawżoli "passerelle" qatt ma ntużaw minħabba n-nuqqas ta' rieda politika u għall-kuntrarju ta' aspettattivi ġustifikati; jistieden lill-Istati Membri juru r-rieda politika li jimxu 'l quddiem fil-proċess ta' integrazzjoni tal-Unjoni, jegħlbu l-prattika ta' veto trażversali u jilqgħu l-attivazzjoni tal-klawżoli "passerelle" mingħajr aktar dewmien;

5. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jaqblu immedjatament jew matul il-Presidenza Ċeka, dwar l-użu tal-klawżola "passerelle" għall-introduzzjoni tal-VMK dwar affarijiet barranin u azzjonijiet tal-PSDK speċifiċi, b'mod partikolari dwar is-sanzjonijiet u d-drittijiet tal-bniedem; ifakkar fil-possibbiltajiet elenkati fil-kwestjonarju tal-Presidenza; jemmen li s-sitwazzjoni attwali tas-sigurtà fl-Ewropa tirrikjedi azzjoni immedjata u adattament tal-proċeduri tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-PESK kif jipprevedi attwalment it-TUE;

6. Huwa tal-fehma li, f'każ li jkun hemm prova li huwa impossibbli li t-Trattati jiġu riveduti bir-reqqa minħabba veto minn xi Stati Membri, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-adozzjoni tal-VMK fil-politika estera, l-Unjoni għandha tqis il-possibbiltà li teżamina forom oħra ta' kooperazzjoni msaħħa fost dawk l-Istati Membri li juru r-rieda li jimxu aktar fil-proċess ta' integrazzjoni permezz ta' koordinazzjoni aktar stretta u vinkolanti fl-azzjoni esterna tagħhom;

7. Jistieden lill-Istati Membri jemendaw l-Artikolu 42 tat-TUE li jippermetti l-bidla għal VMK rinforzata, li tirrikjedi 72 % tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni, għal deċiżjonijiet b'implikazzjonijiet militari, bl-eċċezzjoni ta' deċiżjonijiet li joħolqu missjonijiet jew operazzjonijiet militari b'mandat eżekuttiv skont il-PSDK, li għalihom trid tibqa' tkun meħtieġa l-unanimità;

8. Jissottolinja l-ħtieġa li titnaqqas il-kumplessità istituzzjonali tal-Unjoni, b'mod partikolari r-rappreżentanza esterna tagħha, li mhijiex ċara fir-rigward tal-kompetenzi ta' kull attur istituzzjonali; iqis li dan in-nuqqas ta' ċarezza jista' jwassal għal xi duplikazzjoni fl-azzjoni esterna tal-Unjoni jew iqarraq bil-kontropartijiet jew bl-interlokuturi tal-Unjoni madwar id-dinja fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Unjoni; jipproponi, f'dan ir-rigward, li l-funzjoni tal-President tal-Kunsill Ewropew u tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tingħaqad u li tinħoloq Presidenza unika tal-Unjoni biex jissaħħu l-viżibbiltà, l-effiċjenza u l-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni; jitlob li d-dispożizzjonijiet rilevanti tat-trattat isiru aktar espliċiti f'dak ir-rigward u li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jiġi integrat għalkollox fl-istrutturi tal-Kummissjoni;

9. Jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħoloq rwol għall-Parlament Ewropew meta jkun hemm deċiżjonijiet li jintbagħtu missjonijiet militari u ċivili ta' sigurtà barra mill-Unjoni; jemmen li jkun xieraq li jkun hemm dibattitu fil-plenarja qabel id-deċiżjoni rilevanti tal-Kunsill u li tiġi adottata riżoluzzjoni tal-plenarja li tawtorizza politikament tali operazzjoni, inklużi l-objettivi tagħha, il-mezzi tagħha u d-durata tagħha;

10. Jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex jgħin isib kompromessi bejn l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni titkellem b'vuċi waħda, kif mitlub miċ-ċittadini tal-Unjoni fil-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; jirrimarka li dan jista' jsir billi l-Viċi President/Rappreżentant Għoli jissemma Kummissarju għall-Affarijiet Barranin u billi dan isir ir-rappreżentant estern ewlieni tal-Unjoni f'fora internazzjonali; jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli u lis-SEAE jagħmlu proposti dwar kif jistgħu jissaħħu l-koerenza u l-konsistenza bejn il-politiki barranin nazzjonali mill-Istati Membri u l-pożizzjonijiet miftiehma fil-livell tal-Unjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(3) tat-TUE; 

11. Jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ l-azzjoni esterna tal-Unjoni bi strumenti u riżorsi proprji u permanenti tal-Unjoni f'dik id-dimensjoni sabiex l-Unjoni tkun attur globali sħiħ u kredibbli; jitlob Diplomazija tal-Unjoni awtonoma ma' diplomatiċi tal-Unjoni mħarrġa f'Akkademja Diplomatika Ewropea, abbażi tal-Proġett Pilota tal-Parlament Ewropew f'dak ir-rigward, li huwa determinat minn kultura diplomatika komuni minn perspettiva tal-Unjoni; jitlob li r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali tal-Unjoni jissaħħu billi jiġi żviluppat strument tal-Unjoni li jista' jinkorpora profil kulturali tal-Unjoni madwar id-dinja;

12.  Iqis li fir-rigward tal-klawżola ta' difiża reċiproka stipulata fl-Artikolu 42(7) tat-TUE u fl-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), huwa meħtieġ li jiġu żviluppati b'mod urġenti strateġija ta' politika ta' solidarjetà u miżuri ta' implimentazzjoni operattivi u li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tat-theddid definit fl-Artikolu 43(1) tat-TUE biex jinkludi l-ġlieda kontra t-theddid ibridu, il-gwerer, ir-rikatt tal-enerġija, il-kampanji ta' diżinformazzjoni dwar it-theddid ċibernetiku u l-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi;

13. Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu kompetenzi u bażi ġuridika ġodda għall-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-propaganda malizzjuża estera; jistieden lill-Unjoni tmexxi d-dibattitu dwar l-implikazzjonijiet legali tal-indħil barrani, tippromwovi definizzjonijiet internazzjonali komuni u regoli ta' attribuzzjoni u tiżviluppa qafas internazzjonali għal reazzjonijiet għall-interferenza; jenfasizza l-ħtieġa għal kooperazzjoni globali u multilaterali bejn pajjiżi tal-istess fehma biex jiskambjaw l-aħjar prattiki u jidentifikaw risponsi komuni għal sfidi globali iżda wkoll dawk nazzjonali kondiviżi, inklużi sanzjonijiet kollettivi, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istandards demokratiċi;

14. Jitlob li jissaħħaħ ir-rwol tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-politika estera; jitlob li jissaħħu l-kapaċitajiet tas-SEAE, ir-riżorsi u l-persunal tiegħu, inkluż billi tiġi aġġornata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE[4], sabiex ikun jista' jissodisfa aħjar l-objettivi u l-interessi tal-Unjoni madwar id-dinja;

15. Jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu d-drittijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet u ta' skrutinju tal-Parlament Ewropew fil-qasam tal-politika estera, b'mod partikolari billi tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-Artikolu 36 tat-TUE rigward il-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet strateġiċi fil-qasam tal-PESK u tal-PSDK u l-konsultazzjoni tiegħu dwar id-deċiżjonijiet sinifikanti kollha rigward il-politika estera; jitlob li l-Artikolu 218 tat-TFUE jinbidel biex jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew biex jinfetħu negozjati u jiġu adottati direttivi ta' negozjati, kif ukoll il-kunsens tal-Parlament Ewropew għall-ftehimiet internazzjonali kollha u qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehimiet internazzjonali; jitlob li jiġi emendat l-Artikolu 218(2) tat-TFUE billi l-Parlament Ewropew jiġi inkluż flimkien mal-Kunsill bħala responsabbli b'mod konġunt għall-awtorizzazzjoni tal-ftuħ tan-negozjati, għall-adozzjoni ta' direttivi ta' negozjati, għall-awtorizzazzjoni tal-iffirmar tal-ftehimiet u għall-konklużjoni tagħhom; ifakkar fil-valur ippruvat tad-diplomazija parlamentari; jissuġġerixxi għalhekk l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet għall-involviment tal-Parlament Ewropew fuq bażi ugwali mal-Kunsill fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali fl-Artikolu 218(9) tat-TFUE; jappella biex il-Parlament Ewropew ikun involut aktar fl-approċċ ta' Tim Ewropa;

16. Ifakkar li l-Unjoni se ssir attur effikaċi tad-diplomazija u s-sigurtà abbażi ta' azzjoni b'saħħitha u li se żżid is-sovranità strateġika tagħha biss permezz ta' impenji, baġits, politiki u miżuri konkreti kif elenkati fil-Kumpass Strateġiku; jitlob definizzjoni preċiża u komprensiva tal-kunċett ta' "sovranità strateġika miftuħa" li tkun tinkludi l-oqsma kollha li tista' tittratta, u li dan il-prinċipju jiġi inkluż fil-lista ta' objettivi li għandhom jinkisbu permezz tal-politika estera u ta' sigurtà tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 21 u l-Artikolu 22(2) tat-TUE;

17. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jippermetti x-xiri konġunt ta' tagħmir tad-difiża (Edirpa); ifakkar li l-Artikolu 42(3) tat-TUE jistabbilixxi l-pedamenti għal politika Ewropea dwar il-kapaċitajiet u l-armamenti li għandha, fost l-oħrajn, tinkludi l-akkwist konġunt; jitlob li jiġu introdotti dispożizzjonijiet fl-Artikoli 42 u 46 tat-TUE li jikkonsolidaw dik il-possibbiltà u li jippermettu nfiq ieħor relatat mas-sigurtà mill-baġit tal-Unjoni kif ukoll l-istabbiliment ta' unitajiet militari multinazzjonali konġunti stazzjonati b'mod permanenti, inkluż strutturi ta' kmand; jitlob li jiġu estiżi l-possibbiltajiet għall-finanzjament tan-nefqa militari komuni mill-baġit tal-Unjoni sabiex ikun jista' jsir kontroll baġitarju parlamentari xieraq; jissottolinja l-ħtieġa ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib man-NATO sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-istrutturi u d-dmirijiet;

18. Jitlob li ssir reviżjoni tal-Artikolu 346 tat-TFUE sabiex jiġu limitati l-possibbiltajiet li l-Istat Maġġur tal-Unjoni Ewropea jiddevja mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5] u tiġi evitata aktar frammentazzjoni tas-suq intern, kif ukoll biex jiġi introdott ir-rekwiżit ta' ġustifikazzjoni għal tali devjazzjonijiet li għandhom jiġu vvalutati mill-Kummissjoni u kkomunikati lill-Parlament Ewropew;

19. Jisħaq li minħabba t-theddid għas-sigurtà Ewropea, hemm bżonn urġenti li tiġi stabbilita politika Ewropea olistika dwar il-kapaċitajiet mingħajr aktar dewmien; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiġbru flimkien partijiet mill-baġits tad-difiża nazzjonali tagħhom li qed jikbru fil-livell tal-Unjoni u jistabbilixxu b'mod urġenti faċilità finanzjarja oħra barra mill-baġit li tindirizza ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-kapaċitajiet militari fil-livell tal-Unjoni mir-riċerka u l-iżvilupp kollaborattivi u l-akkwist konġunt sal-manutenzjoni konġunta, it-taħriġ u s-sigurtà tal-provvista, kif irrakkomandat mill-Parlament Ewropew fir-rakkomandazzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2022 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Politika Barranija, ta' Sigurtà u ta' Difiża tal-UE wara l-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna[6];

20.  Jistieden lill-Istati Membri jwarrbu l-attitudnijiet egoisti u juru impenn xieraq lejn it-tisħiħ tal-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża tal-Unjoni permezz ta' parteċipazzjoni sinifikanti fil-qafas tal-Unjoni għall-iżvilupp konġunt tal-kapaċitajiet ta' difiża;

21.  Jitlob li l-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) tiġi ttrasformata f'politika komuni tal-Unjoni b'għażla ta' nonparteċipazzjoni, biex b'hekk il-Parlament Ewropew ikun jista' jeżerċita kontroll baġitarju ġenwin;

22. Jitlob li jiġu stabbiliti formati ġodda u effiċjenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet għall-kooperazzjoni u d-diskussjoni, bħall-Kunsill Ewropew tas-Sigurtà, magħmul mill-ministri għall-affarijiet barranin tal-Istati Membri li jistgħu jkunu responsabbli biex jirreaġixxu malajr f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, sabiex jiġi żviluppat approċċ integrat għall-kunflitti u l-kriżijiet; jappella li l-Kunsill tal-Ministri għad-Difiża tal-Unjoni jiġi formalizzat; jemmen li formati ġodda bħal dawn huma partikolarment rilevanti f'dinja dejjem aktar instabbli u wara l-gwerra illegali tar-Russja fl-Ukrajna li affettwat is-sigurtà tal-Ewropa b'mod sinifikanti; jitlob, barra minn hekk, li fil-Parlament Ewropew jiġu stabbiliti kumitat sħiħ responsabbli mis-sigurtà u d-difiża u kumitat sħiħ responsabbli mid-drittijiet tal-bniedem;

23. Jappella biex isir progress lejn sede proprja u permanenti għall-Unjoni f'kull fora multilaterali, inkluż fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li ssaħħaħ l-attitudni, il-koerenza u l-kredibbiltà tal-Unjoni fid-dinja;

24. Jistieden lill-Kunsill isejjaħ grupp ta' ħidma ad hoc speċifiku biex jirrifletti dwar bidliet possibbli fit-Trattat, bil-għan li tissejjaħ konvenzjoni magħmula minn rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali, il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.11.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

9

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alexandrov Yordanov, Petras Auštrevičius, Traian Băsescu, Reinhard Bütikofer, Fabio Massimo Castaldo, Susanna Ceccardi, Włodzimierz Cimoszewicz, Anna Fotyga, Giorgos Georgiou, Sunčana Glavak, Raphaël Glucksmann, Klemen Grošelj, Dietmar Köster, Andrius Kubilius, Ilhan Kyuchyuk, David Lega, Miriam Lexmann, Nathalie Loiseau, Leopoldo López Gil, Antonio López-Istúriz White, Pedro Marques, David McAllister, Vangelis Meimarakis, Sven Mikser, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Matjaž Nemec, Tonino Picula, Giuliano Pisapia, Thijs Reuten, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Jacek Saryusz-Wolski, Mounir Satouri, Andreas Schieder, Radosław Sikorski, Jordi Solé, Dragoş Tudorache, Hilde Vautmans, Viola von Cramon-Taubadel, Thomas Waitz, Isabel Wiseler-Lima

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Attila Ara-Kovács, Loucas Fourlas, Christophe Grudler, Georgios Kyrtsos, Katrin Langensiepen, Alessandra Moretti, Juozas Olekas, Paulo Rangel, Tom Vandenkendelaere, Mick Wallace

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clare Daly, Margarita de la Pisa Carrión, Nicolaus Fest, Gilles Lebreton, Costas Mavrides, Luisa Regimenti

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

47

+

NI

Fabio Massimo Castaldo

PPE

Alexander Alexandrov Yordanov, Traian Băsescu, Loucas Fourlas, Sunčana Glavak, Andrius Kubilius, David Lega, Leopoldo López Gil, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Vangelis Meimarakis, Francisco José Millán Mon, Luisa Regimenti, Radosław Sikorski, Tom Vandenkendelaere, Isabel Wiseler-Lima

RENEW

Petras Auštrevičius, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Georgios Kyrtsos, Ilhan Kyuchyuk, Nathalie Loiseau, Javier Nart, Dragoş Tudorache, Hilde Vautmans

S&D

Attila Ara-Kovács, Włodzimierz Cimoszewicz, Raphaël Glucksmann, Dietmar Köster, Pedro Marques, Costas Mavrides, Sven Mikser, Alessandra Moretti, Matjaž Nemec, Juozas Olekas, Tonino Picula, Giuliano Pisapia, Thijs Reuten, Nacho Sánchez Amor, Isabel Santos, Andreas Schieder

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Katrin Langensiepen, Mounir Satouri, Jordi Solé, Viola von Cramon-Taubadel, Thomas Waitz

 

9

-

ECR

Anna Fotyga, Jacek Saryusz-Wolski, Margarita de la Pisa Carrión

ID

Susanna Ceccardi, Nicolaus Fest, Gilles Lebreton

THE LEFT

Clare Daly, Giorgos Georgiou, Mick Wallace

 

2

0

PPE

Miriam Lexmann, Paulo Rangel

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni


13.2.2023

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati

(2022/2051(INL))

Rapporteur għal opinjoni: Nils Ušakovs

(Inizjattiva – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura)

 

 

SUĠĠERIMENTI

 Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli:

 

  biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

 

1. Jissottolinja li l-isfidi u l-konsegwenzi soċjoekonomiċi li jirriżultaw mill-avvenimenti reċenti, inklużi l-kriżi tal-COVID-19, il-gwerra ta' aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, iż-żieda fl-inflazzjoni li qed taffettwa l-għoli tal-ħajja u l-kapaċità tal-akkwist tal-baġit u l-kriżi tal-enerġija mingħajr preċedent illimitaw il-kapaċità tal-Unjoni li tipprovdi għaliha nnifisha bil-mezzi meħtieġa biex tilħaq l-objettivi tagħha u twettaq il-politiki tagħha;

 

2. Ifakkar li wara l-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa tad-9 ta' Mejju 2022, il-Parlament diġà ppreżenta lill-Kunsill proposti għall-emendar tat-Trattati skont il-proċedura ta' reviżjoni ordinarja stabbilita fl-Artikolu 48 tat-TUE, inkluż sabiex il-Parlament jingħata drittijiet sħaħ ta' kodeċiżjoni dwar il-baġit tal-Unjoni, kif ukoll id-dritt li jagħti bidu għal-leġiżlazzjoni; ifakkar li t-tliet istituzzjonijiet impenjaw ruħhom li jsegwu b'mod effettiv il-konklużjonijiet tal-Konferenza;

 

3. Jitlob għalhekk ir-reviżjoni tat-TFUE, b'mod partikolari t-Titolu II tiegħu, biex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun kapaċi tissodisfa l-objettivi u l-impenji tagħha, inkluż fl-ambitu tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Patt Ekoloġiku Ewropew, u tirreaġixxi malajr, b'mod effettiv u f'waqtu għall-isfidi u tikseb trasparenza u responsabbiltà demokratika aħjar tal-baġit tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jiġi promoss il-metodu Komunitarju u jissaħħu r-rwol u s-setgħat tal-Parlament fl-aspetti kollha tat-teħid ta' deċiżjonijiet u skrutinju baġitarji, kemm fir-rigward tan-nefqa kif ukoll tad-dħul;

 

4. Sakemm issir reviżjoni tat-Trattat, jitlob l-użu sħiħ tal-possibilitajiet tat-TFUE bil-għan li jittejjeb it-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kunsill u jiġi żgurat li l-Unjoni tkun kapaċi tirreaġixxi b'mod aktar effiċjenti u trasparenti għall-isfidi, filwaqt li tinkiseb responsabbiltà demokratika akbar fir-rigward tal-baġit tal-Unjoni; jistieden, f'dak ir-rigward, lill-Kunsill Ewropew biex jattiva l-klawsola "passerelle" fl-Artikolu 312(2) tat-TFUE sabiex tippermetti l-adozzjoni tar-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali b'maġġoranza kwalifikata;

 

 biex jinkorpora r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin fl-anness tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

 

5. L-Artikolu 122 tat-TFUE għandu jiġi emendat sabiex miżuri temporanji bil-għan li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ekonomiċi severi jew eċċezzjonali jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, mingħajr preġudizzju għal proċeduri oħra previsti fit-Trattati;

 

6. Id-dispożizzjonijiet fir-rigward tad-dħul għandhom jiġu emendati biex jippermettu sorsi multipli ta' finanzjament, inkluż permezz ta' self komuni; għandu jiddaħħal l-Artikolu 122a ġdid biex jippermetti l-istabbiliment ta' strument speċjali permanenti lil hinn mil-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali biex il-baġit tal-Unjoni jkun jista' jadatta aħjar u jirreaġixxi malajr għall-kriżijiet u għall-effetti soċjali u ekonomiċi tagħhom; id-deċiżjoni għall-istabbiliment u l-miżuri ta' implimentazzjoni rilevanti għandhom jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

 

7. L-Artikolu 311 tat-TFUE għandu jiġi emendat sabiex id-deċiżjoni li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet fir-rigward tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni u l-miżuri ta' implimentazzjoni għal dik is-sistema jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

 

8. L-Artikolu 312(2) tat-TFUE għandu jiġi emendat sabiex ir-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

 

9. Għandu jiżdied il-paragrafu 2a ġdid mal-Artikolu 312 tat-TFUE biex jistipula li kull qafas finanzjarju pluriennali għandu jinkludi, bħala prinċipji orizzontali, l-objettivi tal-protezzjoni tal-klima u tal-bijodiversità, il-konverġenza soċjali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Għandhom jiġu stabbiliti miri ta' nfiq speċifiċi għan-nefqa li tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-klima, it-twaqqif u t-treġġigħ lura tat-tnaqqis tal-bijodiversità, il-promozzjoni tal-konverġenza soċjali 'l fuq u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif ukoll id-drittijiet u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd;

 

10. L-Artikolu 312(3) tat-TFUE għandu jiġi emendat sabiex jiċċara li l-approprjazzjonijiet ta' impenn għandhom jiġu inklużi f'kategoriji ta' nefqa, u għalhekk ikunu soġġetti għal limiti massimi annwali, biss jekk ikunu relatati mal-politiki tal-Unjoni jew in-nefqa amministrattiva korrispondenti, filwaqt li mezzi finanzjarji oħra li jippermettu lill-Unjoni tissodisfa l-obbligi legali tagħha fir-rigward ta' partijiet terzi, inkluż il-ħlas lura ta' kwalunkwe imgħax dovut, ma għandhomx jiġu inklużi f'kategoriji jew ikunu soġġetti għal limiti massimi;

 

11. L-Artikolu 322(2) tat-TFUE għandu jiġi emendat sabiex il-metodi u l-proċedura li bihom id-dħul tal-baġit kif previst skont l-arranġamenti relatati mar-riżorsi proprji tal-Unjoni għandu jsir disponibbli għall-Kummissjoni, u l-miżuri li għandhom jiġu applikati, jekk ikun meħtieġ, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet fi flus kontanti, jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

9.2.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Pietro Bartolo, Olivier Chastel, Andor Deli, Pascal Durand, José Manuel Fernandes, Matteo Gazzini, Alexandra Geese, Vlad Gheorghe, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Niclas Herbst, Hervé Juvin, Moritz Körner, Pierre Larrouturou, Camilla Laureti, Janusz Lewandowski, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Dimitrios Papadimoulis, Bogdan Rzońca, Eleni Stavrou, Nils Ušakovs, Rainer Wieland

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna-Michelle Asimakopoulou, Fabienne Keller, Petros Kokkalis, Jan Olbrycht, Eva Maria Poptcheva, Monika Vana

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Alexander Bernhuber, Jonás Fernández, Eider Gardiazabal Rubial, Alicia Homs Ginel, Ivan Štefanec

 


ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT (31.1.2023)

Is-Sur Salvatore De Meo

President

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar il-"Proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati" (2022/2051(INL))

Sur President,

F'isem il-Kumitat CONT, qed nibgħatlek il-kontribut tal-Kumitat CONT dwar il-fajl "Proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati 2022/2051(INL)".

Ir-regoli attwali tat-Trattat dwar il-kwittanza huma skaduti u jeħtieġ li jiġu riveduti. B'mod speċjali r-regola tat-Trattat li tispeċifika li l-Parlament Ewropew jagħti kwittanza lill-Kummissjoni (l-Artikolu 319, TFUE) ma tirriflettix il-fatt stabbilit li l-Parlament jagħti kwittanza individwali lill-istituzzjonijiet l-oħra kollha, li huma wkoll skont ir-Regolament Finanzjarju responsabbli għall-baġits amministrattivi tagħhom stess.

Illum kważi l-istituzzjonijiet l-oħra kollha aċċettaw dan il-prinċipju importanti iżda l-Kunsill għadu jżomm ma' interpretazzjoni stretta ħafna tat-Trattat u għal ħafna snin irrifjuta li jikkoopera mal-Parlament dwar il-proċedura ta' kwittanza. Din hija r-raġuni għaliex il-Parlament irrifjuta li jagħti l-kwittanza lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill għal aktar minn għaxar snin.

Kjarifika u modernizzazzjoni tat-Trattat dwar dan il-punt isolvu darba għal dejjem it-tilwima li ilha għaddejja mal-Kunsill. Qed nehmeż formulazzjoni konkreta, li ġiet abbozzata flimkien mas-Servizz Legali tagħna. Iż-żieda għat-test eżistenti għandha l-għan li tiċċara li l-Parlamenti jagħtu kwittanza lill-istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji l-oħra kollha kif xieraq u f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. L-għan huwa wkoll li jiġi żgurat li t-test jibqa' validu għall-futur u jkun jista' jakkomoda kwalunkwe żvilupp istituzzjonali probabbli. Nitolbok tqis dan it-test meta tifformula l-"Proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati".

Għoddni tiegħek,

Monika Hohlmeier

 

 

Mehmuż: Proposta konkreta mill-Kumitat CONT dwar l-emenda tal-Artikolu 319 tat-TFUE


Proposta konkreta mill-Kumitat CONT

dwar l-emenda tal-Artikolu 319 tat-TFUE

Artikolu 319

(ex Artikolu 276 tat-TKE)

1. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, għandu jagħti kwittanza lill-Kummissjoni rigward l-implementazzjoni tal-baġit. Għandu wkoll jagħti kwittanza lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-taqsimiet tagħhom tal-baġit jew tal-baġits tagħhom, kif xieraq, u f'konformità mal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 322. Għal dan il-għan, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom wieħed wara l-ieħor jeżaminaw il-kontijiet, id-dikjarazzjoni finanzjarja u r-rapport ta' valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 318, ir-rapport annwali mill-Qorti tal-Awdituri flimkien mar-risposti mill-istituzzjonijiet li tkun qiegħda ssirilhom il-verifika għall-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 287(1), it-tieni subparagrafu, u kwalunkwe rapport speċjali rilevanti mill-Qorti tal-Awdituri.

2. Qabel ma jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni, jew għal kwalunkwe għan ieħor b'rabta mal-eżerċizzju tas-setgħat tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit, il-Parlament Ewropew jista' jitlob li jisma' lill-Kummissjoni tixhed fir-rigward tal-eżekuzzjoni tan-nefqa jew l-operat tas-sistemi ta' kontroll finanzjarju. Il-Kummissjoni għandha tagħti kull informazzjoni neċessarja lill-Parlament Ewropew fuq talba ta' dan tal-aħħar.

3. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi kollha approprijati sabiex taġixxi fuq l-osservazzjonijiet fid-deċiżjonijiet ta' kwittanza u fuq osservazzjonijiet oħra mill-Parlament Ewropew rigward l-eżekuzzjoni tan-nefqa, kif ukoll fuq il-kummenti li jkunu annessi mar-rakkomandazzjoni dwar il-kwittanza adottati mill-Kunsill.

Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-miżuri meħuda fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet u fuq il-kummenti u partikolarment fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lid-dipartimenti li huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit. Dawn ir-rapporti għandhom jintbagħtu wkoll lill-Qorti tal-Awdituri.

 

 

 

 

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

31

+

PPE

Asim Ademov, Anna-Michelle Asimakopoulou, Alexander Bernhuber, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Eleni Stavrou, Ivan Štefanec, Rainer Wieland

Renew

Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Valérie Hayer, Fabienne Keller, Eva Maria Poptcheva

S&D

Pietro Bartolo, Pascal Durand, Jonás Fernández, Eider Gardiazabal Rubial, Alicia Homs Ginel, Pierre Larrouturou, Camilla Laureti, Margarida Marques, Nils Ušakovs

The Left

Petros Kokkalis, Dimitrios Papadimoulis

Verts/ALE

Rasmus Andresen, Alexandra Geese, Francisco Guerreiro, Monika Vana

 

4

-

ECR

Bogdan Rzońca

ID

Matteo Gazzini

NI

Andor Deli, Hervé Juvin

 

1

0

Renew

Moritz Körner

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni


02.2.2023

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati

(2022/2051(INL))

Rapporteur għal opinjoni: Margarida Marques

(Inizjattiva – Artikolu 47 tar-Regoli ta’ Proċedura)

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli:

 biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jilqa’ r-rapport finali dwar il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li jinkludi 49 proposta[7] u li ġie ppreżentat lill-Presidenti tat-tliet istituzzjonijiet fid-9 ta’ Mejju 2022; jinnota li għandhom jitqiesu diversi proposti ta’ natura ekonomika u jenfasizza li xi rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu segwiti wkoll fil-qafas tat-Trattati attwali; jinnota li xi wħud minnhom ikunu jirrikjedu li l-bidla fit-trattat tiġi implimentata bis-sħiħ;

2. Ifakkar li fid-9 ta’ Ġunju 2022, il-Parlament ippreżenta proposti għall-emenda tat-Trattati lill-Kunsill skont il-proċedura ta’ reviżjoni ordinarja stabbilita fl-Artikolu 48 tat-TUE[8];

3. Jinsisti li jkun hemm aktar leġittimità demokratika, obbligu ta’ rendikont u skrutinju tal-politiki ekonomiċi tal-Unjoni; jitlob li l-qafas, l-istituzzjonijiet u l-għodod għall-governanza ekonomika tal-UE joperaw skont il-metodu Komunitarju; jemmen li l-Parlament għandu jaġixxi bħala attur ewlieni biex jiżgura skrutinju effettiv; iqis li kwalunkwe twessigħ tas-sett ta’ kompetenzi tal-UE fil-qasam tal-politika ekonomika u monetarja jrid ikun akkumpanjat minn twessigħ korrispondenti tad-drittijiet u l-kompetenzi tal-Parlament; jitlob li kwalunkwe reviżjoni tat-Trattat tagħti lill-Parlament rwol aktar indaqs u sorveljanza demokratika f’dawn il-politiki; jappella għal involviment usa’ tal-partijiet ikkonċernati istituzzjonali u soċjoekonimiċi fid-definizzjoni tal-prijoritajiet tal-politika ekonomika biex tiżdied is-sjieda tar-riformi;

4. Ifakkar fl-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fit-Trattat bħall-istabbiliment ta’ unjoni ekonomika u monetarja kif ukoll il-kisba ta’ żvilupp sostenibbli bbażat fuq tkabbir ekonomiku sostenibbli u bbilanċjat, stabbiltà tal-prezzijiet u ekonomija tas-suq kompetittiva ħafna b’livell massimu ta’ impjiegi u progress soċjali; jissottolinja li kwalunkwe leġiżlazzjoni għandha tkun konformi mal-ilħuq ta’ dawk l-objettivi; iqis li r-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni għandhom jiżdiedu bħala mezzi ġenerali fid-dawl tal-ilħuq tal-objettivi tat-Trattati;

5. Jenfasizza li l-effetti ekonomiċi tal-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna kixfu aktar il-limiti tal-qafas fiskali Ewropew attwali u jilqa’ l-inizjattiva meħuda mill-Kummissjoni biex tirriformah;

6. Jappoġġa qafas ta’ governanza ekonomika li jsaħħaħ il-kompetittività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Unjoni biex jiżgura l-istabbiltà, il-livell massimu ta’ impjieg, is-sostenibbiltà fiskali, it-trasparenza, l-investimenti strateġiċi u sostenibbli għat-twettiq tat-tranżizzjoni doppja u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, l-obbligu ta’ rendikont u s-sjieda demokratiċi, il-politiki fiskali, bħal buffer fiskali magħmul fi żminijiet ekonomiċi favorevoli, u strumenti li jindirizzaw ix-xokkijiet; jinnota li d-diskussjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa enfasizzaw id-domanda għal rieżami profond tal-governanza ekonomika tal-UE u tas-Semestru Ewropew; ifakkar li l-Parlament qabel ma’ riforma urġenti tal-arkitettura tal-governanza ekonomika tal-Unjoni, inklużi regoli fiskali aktar sempliċi u aktar ċari u qafas li jwassal aktar għal tkabbir ekonomiku sostenibbli fit-tul;

7. Jisħaq fuq l-importanza tas-Semestru Ewropew bħala l-istrument ewlieni li jikkoordina l-politika ekonomika Ewropea u, f’dan ir-rigward, jappella għal involviment akbar tal-Parlament biex jiżgura kooperazzjoni ġusta u ekwa bejn il-koleġiżlaturi;

8. Jinnota li filwaqt li l-politiki baġitarji nazzjonali jibqgħu kwistjoni sovrana, iridu jiġu allinjati mal-għanijiet ewlenin tal-qafas ta’ governanza ekonomika li jimplika koordinazzjoni fil-livell Ewropew;

9.  Jisħaq fuq l-importanza ta’ qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE biex il-gvernijiet ikunu jistgħu jippromwovu l-investiment pubbliku u jiżguraw is-sostenibbiltà tad-dejn; ifakkar li, bis-saħħa ta’ regoli komuni u strumenti komuni fil-livell Ewropew, l-Unjoni tista’ tiffaċċja aħjar il-kriżi tal-COVID-19; jitlob li jiġu kkunsidrati aktar l-għodod li jippermettu l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet favorevoli għall-Unjoni u l-Istati Membri biex jinvestu fi prijoritajiet strateġiċi komuni fil-livell tal-Unjoni;

10. Jinnota li l-valuri numeriċi fil-Protokoll 12 tat-Trattati jibqgħu bbażati fuq il-medji ta’ indikaturi ekonomiċi mill-aħħar tal-1990; ifakkar li, mill-ħolqien fl-2011 tas-Semestru Ewropew ’l hawn, l-Istati Membri kisru l-kriterji ta’ Maastricht aktar minn 170 darba; jappella għal kunsiderazzjoni dettaljata tal-kriterji ta’ Maastricht li jibbenefikaw mill-esperjenza akkumulata matul dawn l-aħħar żewġ deċennji tal-munita unika u mit-tagħlimiet meħuda mill-kriżi preċedenti u attwali, bħall-kriżi finanzjarja u sovrana mill-bidu tad-deċennju tal-2010, il-pandemija tal-COVID u l-gwerra fl-Ukrajna;

11. Jitlob li l-governanza ekonomika tiġi rieżaminata filwaqt li jitqiesu t-tagħlimiet meħuda mir-rispons Ewropew għax-xokkijiet ekonomiċi, jiġifieri soluzzjonijiet bħall-proċessi NGEU, inkluża l-istruttura ta’ governanza tiegħu, u SURE; jinnota li l-Artikolu 126 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) wera li kien hemm adattabbiltà limitata għal xokkijiet esterni; jisħaq fuq il-bżonn li l-qafas ta’ governanza makroekonomika tal-Unjoni jiġi aġġornat biex isir aktar reżiljenti u biex l-Istati Membri u l-Parlament ikunu jistgħu jfasslu regoli rilevanti ġodda li jiżguraw is-sostenibbiltà tal-mudelli ekonomiċi u l-investimenti ewlenin tagħhom, abbażi ta’ politiki fiskali sodi u dejn sostenibbli u li jippermettu l-implimentazzjoni tat-tranżizzjoni doppja li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura;

12. Jenfasizza li d-dgħufija tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni wasslet għall-ħolqien ta’ pożizzjoni ta’ Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ/VP); jissottolinja li politiki ekonomiċi kkoordinati ħafna fil-livell tal-Unjoni jkunu jirrikjedu Rappreżentant tal-Governanza Ekonomika tal-Unjoni (REG) li jpoġġi fil-Kummissjoni, fil-konfigurazzjoni tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u fil-Grupp tal-Euro;

13. Jinnota l-użu reċenti tal-Artikolu 122 tat-TFUE biex jiġi ffaċċjat l-impatt ekonomiku tal-gwerra fl-Ukrajna fuq il-prezzijiet tal-enerġija; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet rapidu meta wieħed jiffaċċja xokk imprevedibbli estern; madankollu jiddeplora n-nuqqas ta’ involviment tal-Parlament u tan-nies li jirrappreżenta; jitlob li ssir reviżjoni tal-Artikolu 122 tat-TFUE li tiggarantixxi rappreżentanza demokratika aktar ġusta, inkluż billi l-Parlament jiġi involut fuq bażi ugwali;

14. Iħeġġeġ li jittejjeb il-qafas li bih il-BĊE jagħti rendikont lill-Parlament ħalli jissaħħaħ ir-rwol tal-Parlament bħala korp ta’ skrutinju; jinsisti li jifformalizza Djalogu Monetarju obbligatorju mal-Parlament;

15. Jinsisti li l-euro hija bħalissa l-munita unika taż-żona tal-euro, iżda trid titqies bħala l-munita tal-Unjoni; iqis li l-BĊE jeħtieġlu jiddefendi, jippreserva u jtejjeb ir-rwol internazzjonali tal-euro; jemmen li t-tkabbir tal-euro għas-27 Stat Membru kollha jrid ikun għan permanenti, li għandu jintlaħaq b’kalendarju realistiku, proporzjonat u responsabbli, li jissalvagwardja l-istabbiltà u l-kompetittività taż-żona tal-euro; jieħu nota li t-Trattati attwali ma jispeċifikawx skeda partikolari għas-sħubija fiż-żona tal-euro, iżda jħallu f’idejn l-Istati Membri li jiżviluppaw l-istrateġiji tagħhom stess biex jissodisfaw il-kundizzjoni għall-adozzjoni tal-euro;

16. Jirrikonoxxi li l-politika tat-tassazzjoni hija soġġetta għall-unanimità skont it-Trattati attwali; jissottolinja l-bosta impedimenti għal inizjattivi tat-taxxa essenzjali tal-UE matul dawn l-aħħar deċennji;

17.  Jenfasizza li xi politiki tat-tassazzjoni diġà huma integrati ħafna, bħat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u d-dazji tas-sisa; jinnota li xi politiki tat-tassazzjoni tal-UE jikkonsistu mill-implimentazzjoni ta’ negozjati internazzjonali li għalihom l-Unjoni u l-Istati Membri juru tmexxija; jilqa’ l-proposti li saru mill-plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fid-9 ta’ Mejju 2022, b’mod partikolari l-Proposta 16 rigward il-politiki fiskali u tat-tassazzjoni li l-għan tagħhom huwa armonizzazzjoni u koordinazzjoni akbar tal-politiki tat-tassazzjoni fl-Istati Membri, l-introduzzjoni ta’ bażi komuni għat-taxxa korporattiva u s-saħħa tas-sorveljanza tal-assorbiment u l-użu tal-fondi tal-UE;

18. Jisħaq li, fit-tul, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-valur miżjud tat-tranżizzjoni lejn votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata, kif irrakkomandat il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tniedi mill-ġdid id-diskussjoni dwar l-użu tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata f’xi kwistjonijiet tat-taxxa permezz ta’ approċċ gradwali, bħala segwitu għall-komunikazzjoni tagħha tal-2019 dwar il-kwistjoni, u bħala tweġiba għall-eżitu tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;

19. Jisħaq fuq il-fatt li ċerti Stati Membri abbużaw mill-vetoes nazzjonali fi kwistjonijiet ta’ tassazzjoni biex jiksbu konċessjonijiet f’oqsma oħra ta’ politika; jisħaq li l-eżistenza ta’ dawn il-vetoes taf tipperpetwa prattiki dwar it-taxxa dannużi u inġustizzja soċjali li jimminaw il-kapaċità tal-Unjoni li tiffunzjona b’mod effettiv, trawwem kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u tipproteġi l-aħjar interessi taċ-ċittadini u l-SMEs tagħha;

20. Jenfasizza l-isfidi l-ġodda għall-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni (l-Artikoli 101 sa 109 tat-TFUE), li jiġġustifikaw li l-linji gwida u l-avviżi għandhom ikunu allinjati mal-objettivi minquxa fit-Trattat u jappoġġaw kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku, il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali, u jappoġġaw l-awtonomija strateġika tal-Unjoni f’setturi ewlenin bħall-politiki industrijali, ta’ difiża, diġitali u kummerċjali;  jappella għal involviment aħjar tal-Parlament fir-rieżami tal-linji gwida dwar il-fużjonijiet u l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat;

21. Jisħaq li l-kompetizzjoni ġusta bejn il-kumpaniji tista’ tipprovdi benefiċċji, inkluż għall-konsumaturi; jenfasizza l-effetti pożittivi li l-SMEs għandhom fuq l-ekonomija u s-soċjetà, u l-ħtieġa li jkunu jeżistu kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għalihom; jissottolinja li l-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għandha tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tiddelibera dwar kif l-aħjar li jintlaħqu dawn l-objettivi;

22. Jikkunsidra li l-Parlament għandu jkun aktar involut fl-attivitajiet tal-gruppi ta’ ħidma u tal-gruppi ta’ esperti fil-livell internazzjonali, bħan-Network Internazzjonali dwar il-Kompetizzjoni, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) bħala osservatur;

23. Itenni li l-Unjoni jeħtieġ li tindirizza n-nuqqas ta’ piż politiku tagħha dwar politiki ekonomiċi fil-livell internazzjonali minħabba, fost l-oħrajn, in-nuqqas ta’ koerenza tar-rappreżentanza tagħha fl-organizzazzjonijiet internazzjonali, u dan in-nuqqas jista’ jissewwa billi jiġu implimentati miżuri li jiżguraw rappreżentanza unifikata tal-Unjoni u tal-euro fuq livell internazzjonali fid-dimensjonijiet u l-politiki kollha tagħha;

24. Jitlob li, sadanittant, jintużaw b’mod sħiħ it-Trattati attwali.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

31.1.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

13

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Anna-Michelle Asimakopoulou, Gunnar Beck, Marek Belka, Isabel Benjumea Benjumea, Stefan Berger, Gilles Boyer, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Frances Fitzgerald, Claude Gruffat, José Gusmão, Enikő Győri, Eero Heinäluoma, Michiel Hoogeveen, Danuta Maria Hübner, Stasys Jakeliūnas, France Jamet, Ondřej Kovařík, Georgios Kyrtsos, Aušra Maldeikienė, Csaba Molnár, Siegfried Mureşan, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Lefteris Nikolaou-Alavanos, Piernicola Pedicini, Kira Marie Peter-Hansen, Sirpa Pietikäinen, Eva Maria Poptcheva, Evelyn Regner, Antonio Maria Rinaldi, Dorien Rookmaker, Alfred Sant, Joachim Schuster, Ralf Seekatz, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli, Inese Vaidere, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Beer, Damien Carême, Margarida Marques, Eva Maydell, Andżelika Anna Możdżanowska, Mikuláš Peksa, Jessica Polfjärd, Erik Poulsen, Mick Wallace

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andreas Glück, Camilla Laureti, Leopoldo López Gil

 

 


VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

PPE

Anna-Michelle Asimakopoulou, Stefan Berger, Markus Ferber, Danuta Maria Hübner, Leopoldo López Gil, Aušra Maldeikienė, Eva Maydell, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Ralf Seekatz, Inese Vaidere

Renew

Gilles Boyer, Giuseppe Ferrandino, Georgios Kyrtsos, Eva Maria Poptcheva

S&D

Marek Belka, Jonás Fernández, Eero Heinäluoma, Camilla Laureti, Margarida Marques, Csaba Molnár, Evelyn Regner, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Irene Tinagli

The Left

José Gusmão

Verts/ALE

Rasmus Andresen, Damien Carême, Claude Gruffat, Stasys Jakeliūnas, Piernicola Pedicini, Mikuláš Peksa, Kira Marie Peter-Hansen

 

13

-

ECR

Michiel Hoogeveen, Andżelika Anna Możdżanowska, Dorien Rookmaker

ID

Gunnar Beck, France Jamet

NI

Enikő Győri, Lefteris Nikolaou-Alavanos

PPE

Frances Fitzgerald, Jessica Polfjärd

Renew

Ondřej Kovařík, Caroline Nagtegaal, Erik Poulsen

The Left

Mick Wallace

 

6

0

ID

Antonio Maria Rinaldi, Marco Zanni

PPE

Isabel Benjumea Benjumea

Renew

Nicola Beer, Andreas Glück

S&D

Alfred Sant

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 astensjoni


ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IMPJIEGI U L-AFFARIJIET SOĊJALI (16.9.2022)

Is-Sur Antonio Tajani

President

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar il-proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati (2022/2051(INL))

Sur President,

Skont il-proċedura inkwistjoni, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ngħata l-istruzzjoni li jippreżenta opinjoni lill-Kumitat tiegħek. Fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Lulju 2022, iddeċieda li jibgħat din l-opinjoni fil-forma ta' ittra.

[Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali eżamina l-kwistjoni matul il-laqgħa tiegħu tat-30 ta' Novembru 2022. Matul din il-laqgħa, iddeċieda li jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu ta' hawn taħt.]

Dejjem tiegħek,

Dragoş Pîslaru

 

 


SUĠĠERIMENTI

1. Sabiex l-Ewropa soċjali ssir realtà, u fid-dawl tat-tagħlimiet misluta mill-pandemija u l-gwerra fl-Ukrajna dwar l-interkonnessjonijiet mill-qrib bejn is-sistemi ekonomiċi u ta' protezzjoni soċjali/soċjali tagħna, għandu jiġi żgurat li d-drittijiet soċjali jiġu protetti u ssalvagwardjati bis-sħiħ f'każ ta' kunflitt mal-libertajiet ekonomiċi, inkluż billi jiġi rivedut il-qafas ta' governanza attwali.

Kif stabbilit f'riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew, l-għodod possibbli għal dan il-għan jinkludu: 

– l-integrazzjoni tal-Pilastru Soċjali Ewropew fit-Trattati [9]

– l-introduzzjoni ta' Protokoll dwar il-Progress Soċjali għat-Trattati [10]

– l-adozzjoni ta' Patt ta' Żvilupp Sostenibbli u Progress Soċjali li jagħmel il-miri soċjali u ta' sostenibbiltà obbligatorji bħala parti minn qafas ta' governanza għal Ewropa soċjali u sostenibbli [11].

2. Barra minn hekk, l-UE għandha titbiegħed mill-unanimità u l-proċeduri leġiżlattivi speċjali sabiex jingħata lok għal azzjoni tal-UE f'oqsma fejn attwalment, minħabba d-dispożizzjonijiet rilevanti tat-teħid tad-deċiżjonijiet/il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattati, kien diffiċli/impossibbli, b'mod partikolari f'oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kumitat EMPL, u sabiex jiżdied aktar it-teħid demokratiku tad-deċiżjonijiet.

Kif diġà ġie stabbilit f'riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew, l-għodod possibbli għal dan il-għan jinkludu:

– it-tqegħid ta' aktar oqsma ta' politika soċjali taħt il-proċess ta' deċiżjoni b'maġġoranza kwalifikata, b'mod partikolari n-nondiskriminazzjoni, il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema (minbarra sitwazzjonijiet transfruntiera), il-protezzjoni tal-ħaddiema li l-kuntratt tal-impjieg tagħhom ġie terminat, ir-rappreżentanza u d-difiża kollettiva tal-interessi tal-ħaddiema u tal-impjegaturi, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-impjieg għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-UE [12]; dan jista' jinkiseb ukoll bl-użu tal-klawżoli "passerelle" [13];

– l-involviment tal-Parlament Ewropew fid-definizzjoni tal-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi fuq bażi ugwali mal-Kunsill fil-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri biex il-Parlament jitqiegħed fl-istess livell tal-Kunsill[14],

– l-applikazzjoni tal-metodu Komunitarju għall-proċess tas-Semestru, u li jkun soġġett għal ftehim bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew [15].

3. Sabiex jiġi żgurat li l-konverġenza soċjali 'l fuq tiġi aċċellerata, għandu jsir użu xieraq mill-fondi tal-UE kif ukoll mill-għodod żviluppati matul il-kriżijiet reċenti, b'mod partikolari l-pandemija.

Kif stabbilit f'riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament Ewropew, l-għodod possibbli għal dan il-għan jinkludu: 

– il-monitoraġġ tal-użu tal-fondi, inkluża s-sorveljanza demokratika mill-Parlament [16]

– klawżoli ta' emerġenza u flessibbiltà [17]

– l-istabbilizzazzjoni ta' livell ogħla ta' investiment tal-UE biex titrawwem konverġenza 'l fuq fil-qasam tal-politiki soċjali [18]

– pakkett temporanju Ewropew dwar ir-reżiljenza soċjali [19].


ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL (15.12.2022)

Is-Sur Salvatore De Meo

President

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar il-Proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati(2022/2051(INL))

Sur President,

Il-koordinaturi tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (ENVI) iddeċidew nhar l-4 ta' Lulju 2022 li l-Kumitat ENVI jagħti opinjoni il-Proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati (2022/2051(INL)) fil-forma ta' ittra. Għalhekk, kemm bħala President tal-Kumitat ENVI kif ukoll bħala Rapporteur għal din l-opinjoni, ippermettili nipprovdilek il-kontribut tal-Kumitat ENVI fil-forma ta' paragrafi ta' riżoluzzjoni, li ġie adottat mill-Kumitat ENVI fil-laqgħa tiegħu[20] tal-24 ta' Jannar 2023 u li ġentilment nitlob li l-kumitat tiegħek jikkunsidra:

 

1. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Mejju 2022 dwar is-segwitu tal-konklużjonijiet għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (2022/2648(RSP)) li tiddikjara li l-UE għandha tingħata s-setgħa b'għodod li jippermettulha taġixxi fuq sfidi tranżnazzjonali importanti, fost l-oħrajn, fl-oqsma tas-saħħa, it-tibdil fil-klima u l-ambjent;

2. Jisħaq li l-bidliet fit-Trattati għandhom ikunu bbażati fuq il-ħtieġa li wieħed jgħix tajjeb fil-limiti planetarji, li għandu jiġi rifless fl-Artikolu 191(3), u li jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU;

3. Jissottolinja li l-approċċ Saħħa Waħda, il-prinċipju ta' nonrigressjoni u l-prinċipji la tagħmilx ħsara sinifikanti għandhom ikunu ċentrali, minbarra li l-prinċipju min iniġġes iħallas, il-prinċipju tissewwa f'ras il-għajn u l-prinċipji ta' prekawzjoni u ta' prevenzjoni li diġà huma minquxa;

4. Jenfasizza, barra minn hekk, li l-ittra (d) tal-Artikolu 4(2) għandha żżid "forestrija", u l-ittra (e) għandha żżid "bijodiversità, "ir-restawr u l-protezzjoni tal-ekosistemi, b'mod partikolari dawk bl-aktar potenzjal li jaqbdu u jaħżnu l-karbonju" u n-newtralità klimatika u l-adattament għaliha" fost l-oqsma soġġetti għal kompetenza kondiviża;

5. Jissuġġerixxi li l-Artikolu 11 TFUE għandu jipprevedi li r-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent u tal-klima għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli";

6. Jissottolinja li t-TFUE għandu jinkludi Artikolu ġdid dwar in-newtralità klimatika, bl-għan li ż-żieda fit-temperatura medja globali tiġi limitata għal inqas minn 1.5 °C'il fuq mil-livelli preindustrijali;

7. Jissottolinja li t-TFUE għandu, fost l-oħrajn, jgħin biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika, b'mod partikolari permezz ta' aktar investimenti fl-enerġija rinnovabbli, sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq l-enerġija esterna, kif ukoll itejjeb il-kwalità u l-interkonnettività sabiex tissaħħaħ is-sikurezza u tkun tista' ssir it-tranżizzjoni lejn sorsi ta' enerġija rinnovabbli.

8. Jissottolinja li fl-Artikolu 168 TFUE, ir-raba' paragrafu,
– l-ittra (b), għandha tiżdied miżuri fl-oqsma veterinarji, il-benessri tal-annimali u (...) f'konformità mal-approċċ saħħa waħda;
– l-ittra (d), għandha tiżdied miżuri li jistabbilixxu indikaturi komuni u standards minimi ta' kwalità għas-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Unjoni, sabiex jiġi żgurat aċċess universali u ugwali għal servizzi tal-kura tas-saħħa pubblika għall-but ta' kulħadd u ta' kwalità għolja;
– l-ittra (e), għandha tiżdied miżuri għan-notifika bikrija, il-monitoraġġ u l-kontroll ta' theddid transfruntier serju għas-saħħa, b'mod partikolari fil-każ ta' pandemiji bil-kjarifika addizzjonali li ġejja: Dawn il-miżuri ma għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw miżuri protettivi rinfurzati fejn dawn ikunu imperattivi.
– l-ittra (f), għandha tiżdied miżuri għall-monitoraġġ u l-koordinazzjoni tal-aċċess għad-dijanjostika, l-informazzjoni u l-kura dwar mard rari;

9. Jenfasizza li fl-Artikolu 168 tat-TFUE, il-ħames paragrafu, wara r-rimarka dwar it-tabakk u l-abbuż tal-alkoħol għandha tiżdied "skont l-aħħar evidenza xjentifika";

10. Jenfasizza li l-UE għandha tinkludi s-saħħa fost il-kompetenzi kondiviżi bejn l-UE u l-Istati Membri tal-UE, kif ġej, fl-Artikolu 4, it-tieni paragrafu, l-ittra (k): "is-saħħa pubblika, inkluż it-theddid transfruntier għas-saħħa u l-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem, inkluż dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati", abbażi tal-approċċ saħħa waħda, filwaqt li għandha tiżdied ittra ġdida f'dik id-dispożizzjoni, li skontha miżuri li jistabbilixxu standards minimi għas-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti wkoll għal kompetenzi kondiviżi bejn l-UE u l-Istati Membri;

11. Jitlob it-tħassir tad-deroga mill-proċedura leġiżlattiva ordinarja fl-Artikolu 192(2), b'mod partikolari fil-punti (b) dwar ir-riżorsi tal-ilma u l-użu tal-art u (c) dwar is-sorsi tal-enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista tal-enerġija;

12. Jemmen li, bħala parti mill-konvenzjoni, għandha tiġi diskussa Karta Ewropea dwar l-Ambjent;

 

Dejjem tiegħek,

Pascal Canfin


ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (24.1.2023)

Is-Sur Salvatore De Meo

President

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

BRUSSELL

Suġġett: Opinjoni dwar il-proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati (2022/2051(INL))

Sur President,

Skont il-proċedura inkwistjoni, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija ngħata l-istruzzjoni li jippreżenta opinjoni lill-Kumitat tiegħek. Fil-laqgħa tagħhom tas-17 ta' Mejju 2022, il-koordinaturi tal-Kumitat ITRE ddeċidew li jfasslu din l-opinjoni fil-forma ta' ittra.

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija eżamina l-kwistjoni matul il-laqgħa tiegħu tal-24 ta' Jannar 2023. Matul din il-laqgħa, iddeċieda li jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu ta' hawn taħt.

Dejjem tiegħek,

Cristian‑Silviu Buşoi

 

 


SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jilqa' r-rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u jirrikonoxxi l-ħidma impressjonanti mwettqa mill-parteċipanti tal-Konferenza; jemmen li l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet fil-mandat tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistgħu jiġu implimentati abbażi tat-trattati attwali; jemmen madankollu li għandha tinħataf l-opportunità ta' riforma tat-trattat biex jiġi implimentat xi titjib immirat;

2. Jappella għall-użu ġenerali tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja fil-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni, u għaldaqstant l-Artikolu 182(4) [programmi speċifiċi għar-riċerka] u l-Artikolu 188(1) [it-twaqqif ta' impriżi konġunti] jeħtieġ li jinbidlu kif xieraq; bl-istess mod, il-proċeduri ta' approvazzjoni u konsultazzjoni fil-Protokoll Nru 37 dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar jeħtieġ li jinbidlu għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

3. Jitlob li l-Artikolu 194 jiġi emendat kif ġej:

Artikolu 194

 

1. Fil-kuntest tal-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u b'kont meħud tal-ħtieġa ta' preservazzjoni u titjib tal-ambjent u l-klima, il-politika komuni tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija għandha timmira li, fi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri:

 

(a) tassigura l-funzjonament tas-suq tal-enerġija;

 

(b) tassigura s-sigurtà, l-affordabbiltà, il-provvista tal-enerġija sikura, nadifa, sostenibbli u mingħajr tfixkil fl-Unjoni;

 

(c) tippromwovi tiżgura l-effiċjenza fl-enerġija, inkluż il-prinċipju "l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel", filwaqt li ttejjeb il-finanzjament privat u pubbliku għall-effiċjenza fl-enerġija, u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp u l-użu mifrux ta' forom ta' enerġija ġodda u rinnovabbli sabiex tinkiseb ekonomija effiċjenti fl-enerġija u bbażata fuq l-enerġiji rinnovabbli; u;

 

(d) tippromwovi tiżgura l-interkonnessjoni ta' networks tal-enerġija;

 

2. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għall-kisba tal-objettivi previsti fil-paragrafu 1. Dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u mal-Kumitat tar-Reġjuni.

 

Dawn m'għandux ikollhom effetti sinifikanti fuq jolqtu id-dritt ta' Stat Membru li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi ta' enerġija tiegħu, l-għażla tiegħu bejn riżorsi differenti ta' enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta' enerġija tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 192(2)(c).

 

3. B'deroga mill-paragrafu 2, il-Kunsill, li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, b'mod unanimu u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jistabbilixxi l-miżuri li huma previsti fih meta dawn ikunu essenzjalment ta' natura fiskali.

 

4. Jeżiġi li l-protezzjoni tal-libertà akkademika u r-rispett għaliha, inkluża l-awtonomija istituzzjonali, ikunu minquxa b'mod ċar fit-Trattati, filwaqt li tissaħħaħ il-protezzjoni legali tagħhom fl-Unjoni kollha u jissuġġerixxi li l-Artikolu 179(1) tat-TFUE jiġi emendat kif ġej:

 

L-Unjoni għandha jkollha l-objettiv li ssaħħaħ is-sisien xjentifiċi u teknoloġiċi tagħha billi tistabbilixxi żona ta' riċerka Ewropea li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġiji jiċċirkolaw liberament, u li tinkoraġixxi l-iżvilupp tal-kompetittivita tagħha u tal-industrija tagħha, kif ukoll li tippromwovi l-attivitajiet kollha ta' riċerka li huma meqjusa meħtieġa għal Kapitoli oħra tat-Trattati. Għandha tirrispetta u tippromwovi l-libertà akkademika u l-libertà li ssir riċerka bħala dritt individwali u istituzzjonali.

 

5. Jistieden lill-Kunsill Ewropew jadotta deċiżjoni favur l-eżami tal-emendi proposti u lill-President tal-Kunsill Ewropew isejjaħ Konvenzjoni magħmula minn rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali, tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni.


01.2.2023

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati

(2022/2051(INL))

Rapporteur għal opinjoni: Norbert Lins

(Inizjattiva – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura)

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli:

 biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi l-Politika Agrikola Komuni ("PAK") għandha rwol strateġiku u fundamentali fl-iżvilupp tal-produzzjoni agrikola u ż-żoni rurali tal-Unjoni, fejn tikkostitwixxi element kruċjali fl-iżvilupp tal-attività agrikola; billi l-PAK hija l-aktar politika dejjiema tal-Unjoni u li żvolġiet u għad għandha rwol primarju għall-integrazzjoni Ewropea; billi hija sservi bħala vettur għall-koeżjoni territorjali u tikkostitwixxi fattur rilevanti ħafna fil-prevenzjoni tad-depopolazzjoni rurali; billi hija msejsa fuq qafas regolatorju li evolva u adattat għall-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali varji li nqalgħu sa mill-introduzzjoni tagħha; billi l-PAK għandha wkoll rwol importanti fl-appoġġ tas-sistema agroalimentari tal-Unjoni u fl-iżgurar tas-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-ikel matul diversi żminijiet u żviluppi;

B. billi l-objettivi tal-PAK baqgħu rilevanti matul dawn l-aħħar sitt deċennji u llum huma aktar importanti minn qatt qabel, minħabba li fatturi bħat-tibdil fil-klima, il-pandemija tal-COVID-19, iż-żieda fil-prezzijiet tal-input u l-gwerra fl-Ukrajna qed ikollhom impatt qawwi fuq is-settur agrikolu fl-Unjoni u madwar id-dinja, u dan jagħmilha aktar diffiċli li jiġu ggarantiti s-sigurtà u l-affordabbiltà tal-ikel fil-futur; billi l-objettivi attwali tat-Trattat huma fformulati b'tali mod li dejjem ippermettew riformi tal-PAK;

C. billi l-Konferenza tressaq proposti ta' politika u miżuri li jirriflettu l-bidliet li għadda minnhom is-settur agrikolu u tenfasizza wħud mill-isfidi tiegħu;

1. Iqis li l-objettivi attwali tal-PAK kif imsemmija fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("TFUE") ma jeħtieġu l-ebda adattament u għadhom xierqa u aktar importanti minn qatt qabel fid-dawl tal-impatt tal-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna fuq is-settur tal-ikel u l-enerġija u fuq l-ekonomija tal-Unjoni kollha kemm hi; iqis li xejn ma żamm milli jiżdiedu objettivi u miżuri ġodda fir-riformi suċċessivi tal-politika agrikola, f'konformità mat-tliet oqsma ta' sostenibbiltà: ambjentali, ekonomiku u soċjali;

2. Jipproponi li l-Artikoli 13, 39, 38, 40, 41, 42, 43 u 44 tat-TFUE, kif ukoll id-dispożizzjonijiet li jinsabu f'dawk l-artikoli, ma jinbidlux.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

31.1.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

18

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mazaly Aguilar, Clara Aguilera, Atidzhe Alieva-Veli, Álvaro Amaro, Benoît Biteau, Daniel Buda, Isabel Carvalhais, Asger Christensen, Ivan David, Paolo De Castro, Jérémy Decerle, Salvatore De Meo, Herbert Dorfmann, Luke Ming Flanagan, Paola Ghidoni, Dino Giarrusso, Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Martin Hlaváček, Krzysztof Jurgiel, Gilles Lebreton, Norbert Lins, Chris MacManus, Colm Markey, Marlene Mortler, Ulrike Müller, Maria Noichl, Juozas Olekas, Bronis Ropė, Bert-Jan Ruissen, Anne Sander, Simone Schmiedtbauer, Veronika Vrecionová, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Franc Bogovič, Marie Dauchy, Jan Huitema, Tilly Metz, Alin Mituța, Tom Vandenkendelaere

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pietro Bartolo, Estrella Durá Ferrandis, Manu Pineda, Antonio Maria Rinaldi, Sándor Rónai, Nacho Sánchez Amor

 

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ECR

Mazaly Aguilar, Bert-Jan Ruissen, Veronika Vrecionová

ID

Marie Dauchy, Paola Ghidoni, Gilles Lebreton, Antonio Maria Rinaldi

PPE

Asim Ademov, Álvaro Amaro, Franc Bogovič, Daniel Buda, Salvatore De Meo, Herbert Dorfmann, Norbert Lins, Colm Markey, Marlene Mortler, Anne Sander, Simone Schmiedtbauer, Tom Vandenkendelaere, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Renew

Atidzhe Alieva-Veli, Asger Christensen, Jérémy Decerle, Martin Hlaváček, Jan Huitema, Alin Mituța, Ulrike Müller

S&D

Juozas Olekas

 

18

-

ECR

Krzysztof Jurgiel

ID

Ivan David

NI

Dino Giarrusso

S&D

Clara Aguilera, Pietro Bartolo, Isabel Carvalhais, Paolo De Castro, Estrella Durá Ferrandis, Maria Noichl, Sándor Rónai, Nacho Sánchez Amor

The Left

Luke Ming Flanagan, Manu Pineda

Verts/ALE

Benoît Biteau, Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Tilly Metz, Bronis Ropė

 

1

0

The Left

Chris MacManus

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni


5.10.2022

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati

(2022/2051(INL))

Rapporteur għal opinjoni: Laurence Farreng

(Inizjattiva – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura)

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli:

 biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1. Jappoġġja l-proposti li saru mill-plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa fid-9 ta' Mejju 2022, b'mod partikolari dawn li ġejjin: 6, 9, 13, 15, 17, 22, 25, 26, 27, 28, 29, 31, 32, 33, 37, 46, 47, 48 u 49, peress li jappellaw għat-trawwim tal-politiki tal-kultura, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, il-midja awdjoviżiva u l-isport, filwaqt li jenfasizzaw ir-rwol fundamentali tagħhom fit-tisħiħ ta' sens ta' appartenenza Ewropea, speċjalment għaż-żgħażagħ;

2. Jitlob li jiġu emendati l-Artikoli 4 u 6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) biex jiġu introdotti kompetenzi kondiviżi fil-qasam tal-edukazzjoni, bil-bidla korrispondenti fl-Artikolu 165 u 166 tat-TFUE, bħala minimu fil-qasam tal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza, filwaqt li jiġi enfasizzat li l-eżerċizzju ta' dik il-kompetenza mill-Unjoni m'għandux iwassal biex l-Istati Membri ma jitħallewx jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom;

3. Jirrimarka, f'dan ir-rigward, li għandhom jiġu adottati standards minimi komuni fl-edukazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi nazzjonali u reġjonali, b'enfasi fuq is-suġġetti li ġejjin: l-edukazzjoni ċivika inklużi l-valuri tal-Unjoni u l-istorja tal-Ewropa, il-ħiliet diġitali, il-litteriżmu medjatiku u tal-informazzjoni, it-tagħlim tal-lingwi, l-edukazzjoni ambjentali, il-ħiliet personali, il-litteriżmu ekonomiku u l-edukazzjoni STEAM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Arti u Matematika);

4. Jenfasizza li ħafna mill-proposti approvati mill-Konferenza għandhom l-għan li jsaħħu l-identità u ċ-ċittadinanza Ewropea u mhux neċessarjament jeħtieġu bidliet fit-Trattat; jitlob li jiġu approfonditi l-istrumenti u l-objettivi eżistenti fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ, il-midja awdjoviżiva u l-isport; jenfasizza f'dan ir-rigward il-valur intrinsiku tal-kultura, kif ukoll ir-rwol fundamentali tagħha fit-tisħiħ ta' sens ta' appartenenza, ċittadinanza attiva u valuri komuni, u jenfasizza li kooperazzjoni aktar mill-qrib dwar kwistjonijiet kulturali u sensibilizzazzjoni dwar il-kultura u l-istorja Ewropea huma kruċjali biex tinkiseb Unjoni Ewropea dejjem eqreb;

5. Iqis ir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-parteċipanti tal-Konferenza bħala kruċjali biex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tal-proġett Ewropew, l-appoġġ taċ-ċittadini għall-għanijiet u l-valuri komuni tagħna, kif ukoll it-tisħiħ tad-diversità u r-rikkezza kulturali tagħna sabiex titrawwem konnessjoni mal-Ewropa u Unjoni aktar inklużiva;

6. Jitlob li l-protezzjoni u r-rispett tal-libertà artistika, il-libertà akkademika, inkluża l-awtonomija istituzzjonali, kif ukoll il-libertà tal-kelma u tal-midja jkunu minquxa b'mod ċar fit-Trattati, filwaqt li titrawwem il-protezzjoni legali tagħhom fl-Unjoni kollha.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

3.10.2022

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Andrea Bocskor, Gianantonio Da Re, Laurence Farreng, Tomasz Frankowski, Romeo Franz, Catherine Griset, Sylvie Guillaume, Hannes Heide, Irena Joveva, Petra Kammerevert, Niyazi Kizilyürek, Predrag Fred Matić, Niklas Nienaß, Peter Pollák, Diana Riba i Giner, Monica Semedo, Andrey Slabakov, Massimiliano Smeriglio, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Maria Walsh, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Loucas Fourlas, Martina Michels, Salima Yenbou

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

PPE

Asim Ademov, Loucas Fourlas, Tomasz Frankowski, Peter Pollák, Michaela Šojdrová, Sabine Verheyen, Maria Walsh, Milan Zver

RENEW

Laurence Farreng, Irena Joveva, Monica Semedo, Salima Yenbou

S&D

Sylvie Guillaume, Hannes Heide, Petra Kammerevert, Predrag Fred Matić, Massimiliano Smeriglio

THE LEFT

Niyazi Kizilyürek, Martina Michels

 

3

-

ECR

Andrey Slabakov

ID

Catherine Griset

NI

Andrea Bocskor

 

4

0

ID

Gianantonio Da Re

VERTS/ALE

Romeo Franz, Niklas Nienaß, Diana Riba i Giner

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni


10.2.2023

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati

(2022/2051(INL))

Rapporteur għal opinjoni: Juan Fernando López Aguilar

(Inizjattiva – Artikolu 47 tar-Regoli ta' Proċedura)

 

 

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Il-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-intern: kunsiderazzjonijiet orizzontali

1. Jappoġġa l-proposti li saru mill-plenarja tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa ("il-Konferenza") tad-9 ta' Mejju 2022 b'rabta mal-qasam tal-libertajiet ċivili, il-ġustizzja u l-affarijiet interni[21]; itenni l-appoġġ tiegħu għal segwitu xieraq għall-Konferenza, bl-għan li jintlaħqu l-konklużjonijiet tal-Konferenza u l-aspettattivi taċ-ċittadini; jistieden lill-Unjoni tirrispetta b'mod iktar sistematiku l-istat tad-dritt u d-demokrazija, tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u tiskrutinizza r-rispett għal dawn il-valuri kollha minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, kemm fl-adeżjoni ta' membri ġodda kif ukoll kontinwament fil-politiki kollha tal-Unjoni u fl-Istati Membri kollha; ifakkar li l-implimentazzjoni sħiħa ta' ħafna mill-miżuri proposti mill-Konferenza ma tkunx teħtieġ bidliet fit-Trattat iżda bidla leġiżlattiva u/jew implimentazzjoni aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti;

2. Jirrimarka li l-adozzjoni ta' bosta proposti leġiżlattivi fl-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja kienet bil-mod jew saħansitra twaqqfet, minkejja l-ħtieġa urġenti ta' azzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tibni fuq l-istudji varji tas-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew li jeżaminaw il-kost tan-nuqqas ta' azzjoni fil-livell Ewropew f'dawn l-oqsma[22]; jitlob li għall-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni f'dawn l-oqsma fit-Trattati, jiġu sostitwiti r-rekwiżiti ta' unanimità, inkluż għall-użu ta' klawsoli "passerelle", bi proċeduri ta' votazzjoni b'maġġoranza, u għall-użu sistematiku tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-Unjoni li taġixxi; iqis li, minħabba s-sensittività partikolari ta' dawn il-kwistjonijiet, kwalunkwe bidla għal dawn ir-rekwiżiti ta' votazzjoni fil-Kunsill għandha tiżgura bilanċ ġust ta' 'piżijiet' tal-votazzjoni sabiex jiġu protetti l-interessi tal-pajjiżi iżgħar;

3. Iqis li kwalunkwe tibdil fit-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fl-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja għandu jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji minquxa fit-Titolu I tat-TUE, b'mod partikolari l-Artikoli 2, 4(2), 4(3), 5 u 6;

4. Jissottolinja li l-Artikolu 68 tat-TFUE ġie eżerċitat bħala dritt ta' inizjattiva de facto mill-Kunsill Ewropew fl-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; jenfasizza li l-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew ta' programmi operazzjonali multiannwali f'dan il-qasam mingħajr ebda obbligu ta' konsultazzjoni mal-Parlament jew mal-Kummissjoni għandha tiġi riveduta minħabba l-impatt partikolarment serju ta' dawn il-politiki fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini; jitlob li l-Parlament u l-Kunsill jingħataw din il-kompetenza fuq termini ugwali;

Il-protezzjoni tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali

5. Jirrimarka li l-istrument ewlieni tal-Unjoni biex tindirizza u treġġa' lura t-theddid u l-ksur sistemiċi tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, l-Artikolu 7 tat-TUE, sa issa kien ineffettiv peress li s-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt kompliet tiddeterjora mill-attivazzjoni tal-proċedura kemm fir-rigward tal-Polonja kif ukoll tal-Ungerija;[23] għalhekk, iqis li huwa meħtieġ li l-Artikolu 7 tat-TUE jiġi riformat kif ġej: jinbidlu l-limiti tal-votazzjoni tal-Kunsill tal-Artikolu 7(1) tat-TUE minn maġġoranza ta' erbgħa minn kull ħamsa għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata, u jiġi abolit ir-rekwiżit tal-unanimità fl-Artikolu 7(2) tat-TUE; il-Kunsill jintalab jistieden rappreżentant tal-korp li ppreżenta l-proposta motivata biex jippreżentaha, li jinforma bis-sħiħ u mingħajr dewmien ma' kull fażi tal-proċedura tal-istituzzjoni li tiskatta l-Artikolu 7(1) tat-TUE[24], jorganizza minn tal-inqas żewġ seduti ta' smigħ għal kull sitt xhur għal kull pajjiż ikkonċernat b'mod regolari, strutturat u miftuħ u jabbozza rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u jevalwa l-implimentazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE; li l-Parlament u l-Kummissjoni jiġu involuti fl-abbozzar ta' modalitajiet għas-seduti ta' smigħ tal-Artikolu 7(1) tat-TUE[25]; li l-Parlament ikun jista' jiskatta l-Artikolu 7(2) tat-TUE; li jiġi indikat li l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Parlament għandhom jikkunsidraw li jiskattaw l-Artikolu 7(2) tat-TUE jekk il-proċedura skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE ddum aktar minn ħames snin; li jiġu speċifikati aktar id-drittijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattati li jistgħu jiġu sospiżi skont l-Artikolu 7(3) tat-TUE, inkluż id-dritt li jokkupa l-Presidenza tal-Kunsill; li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali ("FRA") tiġi mistiedna tagħti l-kontribut tagħha matul is-seduti ta' smigħ tal-Artikolu 7(1);

6. Jinnota n-nuqqas ta' inizjattiva jew ta' azzjoni effettiva tal-Kummissjoni, inkluż fil-forma ta' proċedimenti ta' ksur, biex tindirizza l-ksur jew in-nuqqas ta' applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, minkejja l-evidenza ta' sitwazzjonijiet li qed jiddeterjoraw f'diversi Stati Membri; jinnota li t-talbiet ripetuti tal-Parlament għal azzjoni baqgħu mingħajr tweġiba; għalhekk, iqis li huwa meħtieġ li jissaħħu l-mezzi tal-Parlament ta' skrutinju tal-attivitajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-monitoraġġ u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni;

7. Jinnota li t-Trattati bħalissa ma fihomx bażi ġuridika biex tiġi introdotta leġiżlazzjoni li tiddefendi u tippromwovi l-valuri komuni espressi fl-Artikolu 2 tat-TUE u li dan in-nuqqas illimita serjament lill-Unjoni fil-ħolqien ta' mekkaniżmi xierqa u effettivi biex jiġi rimedjat it-theddid u l-ksur nazzjonali għall-valuri komuni; iqis li huwa essenzjali għall-protezzjoni ta' kulħadd li l-Unjoni jkollha l-kapaċità li tindirizza b'mod effikaċi kwalunkwe rigress demokratiku fl-Istati Membri; jitlob l-inklużjoni ta' dispożizzjoni, li tippermetti lill-Unjoni, permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, tintroduċi mekkaniżmi ġodda għall-monitoraġġ strutturali u l-valutazzjoni tal-iżviluppi fir-rigward tal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE f'kull wieħed mill-Istati Membri u l-infurzar tiegħu; tali mekkaniżmi għandhom jinkludu rapporti annwali li jivvalutaw jekk kienx hemm nuqqasijiet, riskju ta' ksur serju jew ksur reali tal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE f'kull wieħed mill-Istati Membri, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż akkumpanjati minn skadenzi għall-implimentazzjoni, miri u azzjonijiet konkreti li għandhom jittieħdu kif ukoll parametri referenzjarji biex jitkejjel il-progress, u kif dawn jintrabtu mal-miżuri ta' infurzar rilevanti; iqis li din id-dispożizzjoni għandha tippermetti l-istabbiliment ta' mekkaniżmi ta' infurzar ulterjuri, inklużi miżuri finanzjarji xierqa li għandu jieħu l-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, bħas-sospensjoni tal-impenji u tal-pagamenti, anke f'każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda rabta diretta mal-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-Unjoni jew mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jenfasizza li l-istabbiliment ta' tali mekkaniżmu se jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, u b'hekk isaħħaħ il-funzjonament tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku;

8. Jitlob l-inklużjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali bħala t-tieni kapitolu tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea sabiex id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali jidhru b'mod aktar prominenti fit-Trattati fundaturi; jitlob l-inklużjoni fit-Trattati ta' dispożizzjoni dwar id-drittijiet fundamentali orizzontali simili għall-Artikoli 8, 9 u 10 tat-TFUE, sabiex l-obbligu orizzontali tal-Unjoni li tinkorpora perspettiva tad-drittijiet fundamentali fil-politiki kollha fil-livelli kollha u fl-istadji kollha jkunu iktar espliċiti, u b'hekk jirrikjedi lill-koleġiżlaturi bħalma huma l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni u l-Istati Membri meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-UE u jippromwovu l-applikazzjoni tagħhom fl-attivitajiet kollha tagħhom; iqis li huwa neċessarju, barra minn hekk, li jkun obbligatorju li l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jinkludu mekkaniżmi ta' monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali u klawżoli ta' evalwazzjoni relatati, li għandhom jinkludu objettivi u parametri ċari, b'mod partikolari kull meta jilleġiżlaw f'oqsma ta' politika sensittivi għad-drittijiet fundamentali, inkluż l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (integrazzjoni msaħħa tad-drittijiet fundamentali);

9. Ifakkar li l-aspettattivi taċ-ċittadini, kif espressi fil-Konferenza, imorru lil hinn mill-interpretazzjoni stretta tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li skontu l-Karta tapplika għall-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni, u li l-objettiv għandu jkun li d-drittijiet fundamentali jsiru effettivi kemm jista' jkun; jitlob li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea f'rabta mal-Istati Membri; Iqis li, għal dak l-għan, l-Artikolu 51(1) tal-Karta għandu jiġi rivedut sabiex jiddikjara li d-drittijiet fundamentali tal-UE għandhom jipproteġu lin-nies kull meta l-Istati Membri jaġixxu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' kompetenza tal-Unjoni, kemm jekk esklużiva kif ukoll jekk kondiviża, anke jekk tali kompetenza tkun għadha ma ġietx eżerċitata mill-Unjoni;[26]

10. Jitlob li jitfassal Statut taċ-Ċittadinanza Ewropea, li jipprovdi drittijiet u libertajiet speċifiċi għaċ-ċittadini, li jagħmel il-valuri u d-drittijiet Ewropej aktar tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

11. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ċ-ċittadinanza tal-UE tingħata abbażi taċ-ċittadinanza ta' Stat Membru, li jillimita l-aċċess għad-drittijiet li ġġib magħha għaċ-ċittadini mhux tal-UE li jirrisjedu fit-territorju tal-UE, bħaċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi bi status ta' residenza għal żmien twil fl-UE; jitlob reviżjoni tal-Artikolu 20 tat-TFUE billi jiġi introdott paragrafu 20(2a) ġdid li jiddikjara li, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri li jagħtu ċ-ċittadinanza, it-tgawdija tad-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 20(2) għandha tiġi estiża għal ċittadini mhux tal-UE li jirrisjedu fit-territorju tal-UE, inklużi ċittadini ta' pajjiżi terzi bi status ta' residenza għal żmien twil tal-UE; jitlob il-projbizzjoni fit-Trattati ta' dawk l-iskemi ta' ċittadinanza b'investiment fejn iċ-ċittadinanza nazzjonali, flimkien maċ-ċittadinanza tal-UE, tiġi offruta lil ċittadini ta' pajjiżi terzi bi skambju għal kunsiderazzjonijiet primarjament finanzjarji;

12. Jinnota li xi Stati Membri ma jagħtux liċ-ċittadini tagħhom li jkunu residenti fi Stati Membri oħra d-dritt li jivvutaw fl-elezzjonijiet nazzjonali; iqis li huwa kuntrarju għall-valuri demokratiċi Ewropej li bħala konsegwenza dawn iċ-ċittadini tal-UE jiċċaħħdu mid-dritt tagħhom li jivvutaw talli jeżerċitaw id-dritt fundamentali tagħhom għal-libertà tal-moviment skont il-liġi tal-UE; jitlob li fit-Trattati jiġi stabbilit il-prinċipju li kull ċittadin tal-UE jkollu d-dritt li jivvota fl-elezzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej;

13. Jitlob li tiġi stabbilita l-Awtorità għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) bħala awtorità indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem, simili għall-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u f'konformità mal-Prinċipji ta' Pariġi tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-1993, biex tipproteġi u tippromwovi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-politiki u l-prattiki kollha mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, u mill-Istati Membri meta jimplimentaw il-liġi tal-Unjoni; iqis li dan jirrikjedi bażi legali fit-Trattati għat-twaqqif ta' Awtorità tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, li tnaqqax l-indipendenza tagħha u tintroduċi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja għall-adozzjoni u l-emendar tal-mandat tagħha; jitlob li din l-Awtorità l-ġdida tingħata d-dritt li tressaq azzjonijiet skont l-Artikolu 263 tat-TFUE meta jkun hemm ksur tal-Karta; jitlob li jitwessa' l-mandat tagħha, inkluż is-setgħa li tittratta l-ilmenti u li l-Kummissjoni tikkonsultaha b'mod obbligatorju meta tħejji l-proposti għal atti leġiżlattivi jew rakkomandazzjonijiet li għandhom impatt fuq id-drittijiet fundamentali;

14. Iqis li huwa neċessarju li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jressaq azzjonijiet skont l-Artikolu 263 tat-TFUE abbażi ta' ksur tad-dritt għall-protezzjoni tad-data;

15. Jitlob l-introduzzjoni fit-TFUE ta' kompetenza kondiviża ġdida tal-Unjoni għall-istabbiliment ta' qafas legali effettiv kontra d-diżinformazzjoni;

16. Jiddeplora bil-qawwa l-fatt li l-leġiżlazzjoni orizzontali tal-UE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali għadha ma ġietx adottata mill-proposta tal-Kummissjoni tal-2008 minħabba l-imblokk fi ħdan il-Kunsill, minkejja t-talbiet ripetuti tal-Parlament; iqis għalhekk li l-azzjoni tal-UE hija meħtieġa biex tiġġieled id-diskriminazzjoni abbażi tal-Artikolu 19 tat-TFUE tittieħed f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja bil-għan li jiġi żgurat livell minimu uniformi ta' protezzjoni fi ħdan l-Unjoni għall-persuni vittmi ta' diskriminazzjoni; jitlob li l-Artikolu 19 tat-TFUE jkopri wkoll id-diskriminazzjoni li tkun ibbażata fuq il-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi sesswali, l-oriġini soċjali, il-fattizzi ġenetiċi, il-lingwa, l-opinjoni politika u ta' kwalunkwe natura oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà u t-twelid, kif ukoll id-diskriminazzjoni intersezzjonali;

17. Jitlob li fl-Artikolu 8 tat-TFUE tiddaħħal referenza għall-inugwaljanzi tal-ġeneru u għal obbligu għall-Unjoni li fid-diversi politiki tagħha timmira li tiġġieled kontra kull tip ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, anki billi tieħu l-miżuri neċessarji kollha biex tipprevjeni u tikkastiga dawn l-atti kriminali kollha u tagħti appoġġ u protezzjoni lill-vittmi;

18. Jitlob l-introduzzjoni fl-Artikolu 10 tat-TFUE, tal-bażi tal-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru jew il-karatteristiċi sesswali, u tal-bażijiet l-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 21(1) tal-Karta, jiġifieri l-kulur, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, il-politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, sħubija f'minorità nazzjonali, proprjetà jew twelid, biex l-Unjoni tiġġieled id-diskriminazzjoni meta tiddefinixxi u timplimenta l-politiki u l-attivitajiet tagħha;

19. Jitlob li fl-Artikolu 21(1) tal-Karta jiddaħħlu l-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi sesswali, bil-għan anki li tiġi projbita d-diskriminazzjoni espliċitament abbażi ta' dawn;

20. Jenfasizza li l-Artikolu 2 tat-TUE jinkludi b'mod espliċitu d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi fost il-prinċipji kostituzzjonali tal-Unjoni; jappella għal azzjonijiet, inkluża l-leġiżlazzjoni tal-UE, biex jiġu protetti l-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u biex jiġu protetti l-kulturi u l-lingwi tal-minoranzi nazzjonali u lingwistiċi tradizzjonali (AM 26 tal-PPE); jerġa' jappella lill-Unjoni taderixxi mal-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji u l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali;

21. Iqis li huwa neċessarju li jiġi żgurat id-dritt għall-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE kollha kemm hi; jitlob li, f'artikolu ġdid tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, jiddaħħal, għal kulħadd, id-dritt għall-awtonomija fiżika, għall-aċċess infurmat għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u għas-servizzi tas-saħħa relatati kollha mingħajr diskriminazzjoni, inkluż l-abort sikur u legali; jitlob is-sostituzzjoni tal-Artikolu 4(2)(k) tat-TFUE bis-segwenti "l-interessi komuni ta' sigurtà f'materji ta' saħħa pubblika u l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati";

22. Jitlob li jiddaħħal l-objettiv klimatiku fl-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

23. Jitlob l-adozzjoni ta' miżuri li jirrigwardaw il-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transfruntieri skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

Politika dwar Kontrolli fil-fruntieri, l-Ażil u l-Immigrazzjoni

24. Jafferma mill-ġdid l-objettivi u l-prinċipji ġenerali li fuqhom huma bbażati l-politiki komuni dwar il-fruntieri, l-ażil u l-immigrazzjoni fit-Trattati, bħall-moviment liberu mingħajr kontrolli interni fil-fruntieri u l-ġestjoni effiċjenti komuni tal-fruntieri skont l-Artikoli 67, 77 u 79(2)(b) tat-TFUE, in-non-refoulement skont l-Artikolu 78(1) tat-TFUE, it-trattament ġust ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, jew il-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 80 tat-TFUE, li għandu jintuża bħala bażi ġuridika komplementari għal-leġiżlazzjoni skont dan il-kapitolu tat-Trattat;

25. Jemmen li dawn iservu ta' bażi soda biex iwieġbu għat-talbiet taċ-ċittadini espressi fil-Konferenza[27] li kienu jinkludu t-tisħiħ tar-rwol tal-UE dwar il-migrazzjoni legali, l-ażil, l-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, il-ġlieda kontra t-traffikar tal-persuni u l-ġestjoni adegwata tal-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali, kif ukoll ir-riforma tas-sistema Ewropea komuni tal-ażil u l-applikazzjoni uniformi ta' regoli komuni fl-Istati Membri kollha dwar l-akkoljenza tal-migranti u biex jitjiebu l-politiki ta' integrazzjoni fl-Istati Membri kollha;

26. Jenfasizza madankollu li l-azzjoni fil-livell tal-UE għadha mhux kompluta minħabba, prinċipalment, l-iżbilanċ istituzzjonali bejn il-koleġiżlaturi; jirrakkomanda għalhekk li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja tapplika għall-politiki kollha tal-Unjoni dwar il-kontrolli fil-fruntieri, l-ażil u l-immigrazzjoni, inkluż għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta' dawk il-politiki (l-Artikolu 70 tat-TFUE); jitlob li jiġu kondiviżi iktar kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-Kapitolu II tat-Titolu V tat-TFUE u b'rispett sħiħ lejn il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, inklużi l-miżuri ta' integrazzjoni, li bħalissa mhumiex koperti minkejja li l-integrazzjoni u l-inklużjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi hija fundamentali sabiex l-isforzi biex jiġu żviluppati regoli komuni rigward il-wasla u s-soġġorn tagħhom fl-UE jirnexxu u minkejja li hija parti ewlenija mill-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil;

Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u kooperazzjoni tal-pulizija

27. Jemmen li l-miżuri leġiżlattivi ta' natura orizzontali li jistitwixxu l-prinċipji li jistabbilixxu l-istandards minimi fid-dritt kriminali tal-UE jżidu l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri, b'hekk iwasslu għal kooperazzjoni ġudizzjarja aktar effiċjenti, filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà; jitlob l-introduzzjoni ta' kompetenza tal-Unjoni fl-Artikolu 82 tat-TFUE biex jiġu stabbiliti standards minimi għad-detenzjoni u l-kundizzjonijiet tal-kustodja qabel is-smigħ tal-kawża, u għall-istandards minimi dwar l-ammissibbiltà tal-provi, fir-rispett sħiħ tad-dritt għal proċess ġust fil-proċedimenti kriminali; jitlob li jiġu emendati t-Trattati sabiex tiġi kkodifikata l-ġurisprudenza tal-QĠUE rigward il-limitazzjoni, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji maħruġa minn Stat Membru fejn hemm nuqqasijiet sistemiċi jew ġeneralizzati li jaffettwaw is-sistema ġudizzjarja ta' dak l-Istat Membru;

28. Jitlob involviment aktar b'saħħtu tal-Parlament fl-ambitu tal-proċedura leġiżlattiva speċjali tal-Artikolu 83(1) tat-TFUE, fir-rigward tal-identifikazzjoni ta' oqsma ġodda bi kriminalità partikolarment serja b'dimensjoni transfruntiera; jitlob li jiddaħħlu r-reati ambjentali, ir-reati ta' mibegħda u d-diskors ta' mibegħda u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-lista ta' kriminalità serja b'dimensjoni transfruntiera "Euro-crimes".


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

6.2.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

18

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Konstantinos Arvanitis, Katarina Barley, Theresa Bielowski, Karolin Braunsberger-Reinhold, Patrick Breyer, Annika Bruna, Lena Düpont, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Cornelia Ernst, Maria Grapini, Evin Incir, Sophia in ‘t Veld, Patryk Jaki, Fabienne Keller, Łukasz Kohut, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Lukas Mandl, Erik Marquardt, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Paulo Rangel, Diana Riba i Giner, Isabel Santos, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Milan Uhrík, Tom Vandendriessche, Elena Yoncheva, Javier Zarzalejos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Susanna Ceccardi, Gwendoline Delbos-Corfield, José Gusmão, Dietmar Köster, Alessandra Mussolini, Matjaž Nemec, Janina Ochojska, Anne-Sophie Pelletier, Thijs Reuten, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Aurélia Beigneux, Milan Brglez, Katalin Cseh, Marie Dauchy, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Tomasz Frankowski, Vlad Gheorghe, Martin Hojsík, Max Orville, Mounir Satouri

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

S&D

Katarina Barley, Milan Brglez, Paolo De Castro, Maria Grapini, Evin Incir, Łukasz Kohut, Dietmar Köster, Juan Fernando López Aguilar, Javier Moreno Sánchez, Theresa Bielowski, Matjaž Nemec, Thijs Reuten, Isabel Santos, Elena Yoncheva

Renew

Katalin Cseh, Lucia Ďuriš Nicholsonová, Vlad Gheorghe, Martin Hojsík, Sophia in 't Veld, Fabienne Keller, Moritz Körner, Max Orville, Maite Pagazaurtundúa, Ramona Strugariu

Verts/ALE

Patrick Breyer, Gwendoline Delbos-Corfield, Alice Kuhnke, Erik Marquardt, Diana Riba i Giner, Mounir Satouri, Tineke Strik

The Left

Konstantinos Arvanitis, Cornelia Ernst, Anne-Sophie Pelletier, Miguel Urbán Crespo

 

18

-

PPE

Karolin Braunsberger-Reinhold, Lena Düpont, José Manuel Fernandes, Tomasz Frankowski, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Alessandra Mussolini, Janina Ochojska, Paulo Rangel, Axel Voss, Javier Zarzalejos

ID

Aurélia Beigneux, Annika Bruna, Susanna Ceccardi, Marie Dauchy, Tom Vandendriessche

ECR

Patryk Jaki

NI

Milan Uhrík

 

0

0

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni


6.12.2022

POŻIZZJONI FIL-FORMA TA’ EMENDI
TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposti tal-Parlament Ewropew għall-emenda tat-Trattati

(2022/2051(INL))

F'isem il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: Lina Gálvez Muñoz (rapporteur)

 

 

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jippreżenta lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Aa (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Aa. billi jeħtieġ li l-Unjoni tissalvagwardja l-kisbiet tad-drittijiet tan-nisa u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri kontra diversi tentattivi biex jiġu mminati dawn id-drittijiet, kif osservat f'ċerti Stati Membri u madwar id-dinja, billi tnaqqaxhom fil-qafas legali tal-Unjoni billi, inter alia, temenda t-Trattati tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") b'mod li jiggarantixxi aċċess sħiħ għad-drittijiet fundamentali għal kulħadd u jistabbilixxi d-drittijiet tan-nisa madwar l-Unjoni, b'enfasi fost l-oħrajn fuq aċċess liberu, infurmat, universali u sħiħ għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, inkluż l-abort sikur u legali, il-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fis-suq tax-xogħol permezz ta' garanziji effettivi f'termini ta' leave tal-maternità, leave ugwali għall-ġenituri, liv tal-ġenituri mħallas u mhux trasferibbli, sigħat tax-xogħol flessibbli u possibbiltajiet ta' telexogħol, faċilitajiet għall-kura tat-tfal fuq il-post, servizzi ta' kura, u paga ugwali għal xogħol ta' valur ugwali, f'konformità mal-prinċipji 2 u 3 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

Emenda  2

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ba (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ba. billi għandu jiġi stabbilit "dritt għas-saħħa" billi jiġi ggarantit li l-Ewropej kollha jkollhom aċċess ugwali u universali għal kura tas-saħħa bi prezzijiet raġonevoli, preventiva, kurattiva u ta' kwalità; billi r-reżiljenza u l-kwalità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħna għandhom jissaħħu u għandha tinħoloq Unjoni Ewropea tas-Saħħa; billi l-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, għandhom jiżdiedu bħala kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri;

Emenda  3

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ca (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ca. billi l-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija prijorità ewlenija tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Ugwaljanza bejn l-Ġeneri u tal-azzjoni esterna tal-Unjoni; billi l-iżviluppi fil-kriminalità jeħtieġu li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru issa tiżdied mal-lista tal-oqsma tal-kriminalità partikolarment gravi b'dimensjoni transfruntiera stabbilita fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jistabbilixxu regoli minimi għad-definizzjoni ta' reati u sanzjonijiet f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

Emenda  4

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Da (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Da. billi l-Karta tħaddan id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ewlenin tal-persuni li jgħixu fl-Unjoni; billi d-drittijiet sesswali u riproduttiv, inkluż id-dritt għal abort sikur u legali, huma drittijiet fundamentali, protetti bħala drittijiet tal-bniedem fid-dritt internazzjonali u dak Ewropew dwar id-drittijiet tal-bniedem u jridu jiġu garantiti u msaħħa permezz tal-liġi primarja tal-Unjoni; billi d-dritt għall-abort għandu jiġi inkluż fil-Karta billi jiżdied, bħala kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, mal-Artikolu 35 tal-Karta li jiggarantixxi l-protezzjoni u t-titjib tad-drittijiet tas-saħħa u għandha titressaq proposta lill-Kunsill biex jemenda l-Karta kif xieraq, peress li dan għandu implikazzjonijiet diretti għall-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet rikonoxxuti fil-Karta, bħad-dinjità tal-bniedem, l-awtonomija personali, l-ugwaljanza u l-integrità fiżika;

Emenda  5

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ea (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ea. billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru huma għodda u strateġiji rikonoxxuti globalment biex tinkiseb l-ugwaljanza tal-ġeneri billi tiġi żgurata l-integrazzjoni ta' perspettiva tal-ġeneri fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-politiki, il-programmi u l-miżuri kollha tul iċ-ċiklu ta' politika tagħhom; billi l-implimentazzjoni tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u tal-ibbaġitjar skont il-ġeneru fl-oqsma ta' politika kollha u fl-istituzzjonijiet kollha fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali għadha frammentata; billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għandha tkun prinċipju trażversali minqux fil-Karta;

Emenda  6

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Fa (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Fa. billi l-politiki fiskali u baġitarji tal-Unjoni u dawk nazzjonali m'għandhomx isaħħu d-differenzi eżistenti bejn il-ġeneri, inkluża d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, jew jiddiswadu lin-nisa milli jidħlu, jibqgħu, jew jerġgħu lura fis-suq tax-xogħol; billi l-Konferenza għandha tuża r-reviżjoni tat-Trattati biex tintegra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-governanza ekonomika u soċjali bil-għan li jitnaqqsu l-faqar, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri kif minqux fl-Artikolu 3(3) tat-TFUE; billi l-inugwaljanzi jaffettwaw b'mod partikolari lin-nisa fid-diversità kollha tagħhom u qed ikomplu sejrin għall-agħar minn jum għall-ieħor fl-Unjoni; billi l-Artikoli 110 sa 113 tat-TFUE dwar id-dispożizzjonijiet fiskali u t-Titolu II, Parti Sitta tat-TFUE dwar id-dispożizzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu applikati b'mod konsistenti mal-prinċipju ewlieni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri stabbilit fl-Artikolu 8 tat-TFUE u fl-Artikolu 23 tal-Karta, u mal-objettiv trażversali tat-Trattati li tinkiseb l-eliminazzjoni sħiħa tad-diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru mill-politiki kollha;

Emenda  7

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ga (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ga. billi l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tal-Karta dwar l-ugwaljanza, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-oqsma kollha timplika li d-data rilevanti għall-ugwaljanza, inkluża data diżaggregata skont is-sess, il-ġeneru, l-oriġini razzjali u etnika, l-identità u l-orjentazzjoni sesswali, tkun disponibbli għal dawk li jfasslu l-liġijiet u l-politiki biex jifhmu, jikxfu u jiġġieldu t-tipi u d-dimensjonijiet kollha ta' diskriminazzjoni, inkluża d-diskriminazzjoni intersezzjonali u istituzzjonali; billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa favur il-ġbir ta' data affidabbli u komparabbli li tippermetti li jsir progress fir-rigward tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, b'rispett sħiħ tal-prinċipji u l-istandards tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali;

Emenda  8

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ha (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ha. billi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa kkonfermat li ċ-ċittadini jivvalutaw il-preżenza u l-kontribut tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' poter u fi kwalunkwe tip ta' professjoni; billi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-korpi relatati għandhom jirriflettu bis-sħiħ dan u jagħtu eżempju billi jistinkaw biex ikunu bbilanċjati bejn il-ġeneri, jiżguraw id-diversità u jfittxu parità bejn il-ġeneri fil-kompożizzjoni tagħhom stess;

Emenda  9

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Premessa Ia (ġdida)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

Ia. billi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa kkonfermat l-interess u l-appoġġ taċ-ċittadini favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz tal-promozzjoni tal-ambjent tan-negozju u l-intraprenditorija tan-nisa kif ukoll tan-nisa fl-oqsma STEM;

Emenda 10

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 1 – punt a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(1) It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) huwa emendat kif ġej:

 

(a) fl-Artikolu 2, it-tieni sentenza hija sostitwita b'dan li ġej:

 

"Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri."

Emenda  11

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 1 – punt b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(1) It-TUE huwa emendat kif ġej:

 

(b) fl-Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Hija għandha tiġġieled l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, u għandha tippromwovi l-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. L-objettivi msemmija hawn fuq għandhom jitfasslu fuq il-kunċett ta' governanza soċjoekonomika ekwa, bil-għan li jitnaqqsu l-inugwaljanzi u tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Il-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri teħtieġ li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri tiġi applikata bħala prinċipju trażversali fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni sekondarja tal-Unjoni."

Emenda  12

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 1 – punt c (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(1) It-TUE huwa emendat kif ġej:

 

(c) fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"5.  Il-kompożizzjoni kemm tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni kif ukoll tal-korpi governattivi u konsultattivi maħluqa minn dawk l-istituzzjonijiet għandha tkun ibbilanċjata bejn il-ġeneri, tiżgura d-diversità u tfittex il-parità bejn il-ġeneri."

Emenda  13

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 1 – punt d (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(1) It-TUE għandu jiġi emendat kif ġej:

 

(d) fl-Artikolu 21(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"1. L-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun iggwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha stess, u li hi għandha l-għan li tippromwovi fil-bqija tad-dinja: id-demokrazija, l-istat ta' dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali."

Emenda  14

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2 – punt a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(2) It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) huwa emendat kif ġej:

 

(a) fl-Artikolu 4(2) il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"(k) it-tħassib komuni dwar is-sikurezza fi kwistjonijiet ta' saħħa pubblika, il-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa u l-benesseri tal-bniedem, inkluż l-aċċess universali u sħiħ għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, speċjalment, iżda mhux esklużivament, għan-nisa u l-bniet."

Emenda  15

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2 – punt b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(2) It-TFUE huwa emendat kif ġej:

 

(b) l-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Artikolu 8

 

Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li telimina l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjonijiet, issaħħaħ id-diversità u tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri billi tapplika l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fl-oqsma ta' politika kollha u l-prinċipju ta' bbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru, filwaqt li tadotta approċċ intersezzjonali."

Emenda  16

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2 – punt c (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(2) It-TFUE huwa emendat kif ġej:

 

(c) l-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Artikolu 10

 

"Fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-azzjonijiet tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tipprevjeni u tiġġieled id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, il-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali, il-karatteristiċi sesswali, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità jew l-età, kif ukoll id-diskriminazzjoni intersezzjonali";

Emenda  17

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2 – punt d (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(2) It-TFUE huwa emendat kif ġej:

 

(d) fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jieħdu azzjoni xierqa biex jipprevjenu u jiġġieldu d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, il-ġeneru, l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess, l-orjentazzjoni sesswali, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità jew l-età."

Emenda  18

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2 – punt e (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(2) It-TFUE huwa emendat kif ġej:

 

(e) fl-Artikolu 83, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, permezz ta' direttivi adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistabbilixxu regoli minimi dwar id-definizzjoni ta' reati kriminali u sanzjonijiet fl-oqsma tal-kriminalità partikolarment gravi b'dimensjoni transfruntiera li jirriżultaw min-natura jew l-impatt ta' dawn ir-reati jew minn ħtieġa partikolari li jiġu miġġielda fuq bażi komuni.

 

Dawn l-oqsma tal-kriminalità huma dawn li ġejjin: it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, it-traffikar illeċitu tad-drogi, it-traffikar illeċitu tal-armi, il-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni, il-falsifikazzjoni tal-mezzi tal-ħlas, il-kriminalità ċibernetika u l-kriminalità organizzata.

 

Abbażi tal-iżviluppi fil-kriminalità, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jidentifikaw oqsma oħra ta' kriminalità li jissodisfaw il-kriterji speċifikati f'dan il-paragrafu."

Emenda  19

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2 – punt f (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(2) It-TFUE huwa emendat kif ġej:

 

(f) fl-Artikolu 153(1), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"(i) il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fir-rigward tal-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq ix-xogħol;"

Emenda  20

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2 – punt g (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(2) It-TFUE huwa emendat kif ġej:

 

(g) l-Artikolu 157 jinbidel b'dan li ġej:

 

(i) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"1. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali jiġi applikat għall-ħaddiema kollha b'mod mhux diskriminatorju li jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.";

 

(ii) fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

 

"Paga ugwali għall-ħaddiema kollha b'mod mhux diskriminatorju li jippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tfisser:";

 

iii) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u b'segwitu għal konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fi kwistjonijiet ta' impjieg u xogħol, inkluż il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali.";

 

(iv) il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"4. Bil-għan li jiżguraw ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn il-ġeneri fil-ħajja tax-xogħol, il-prinċipju ta' trattament ugwali m'għandux iwaqqaf lill-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw miżuri li jipprevedu vantaġġi speċifiċi għan-nisa fid-diversità kollha tagħhom biex jipprevjenu, jeliminaw jew jikkumpensaw għal kwalunkwe diskriminazzjoni, inugwaljanza jew żvantaġġ fil-karrieri professjonali.";

 

Emenda  21

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2 – punt h (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(2) It-TFUE huwa emendat kif ġej:

 

(h) l-Artikolu 165 huwa emendat kif ġej:

 

(i) fil-paragrafu 2, is-seba' inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"– l-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport, permezz tal-promozzjoni tal-ekwità u l-ftuħ fil-kompetizzjonijiet sportivi u l-kooperazzjoni bejn il-korpi responsabbli mill-isport, u permezz tal-protezzjoni tal-integrità fiżika u morali tal-atleti indipendentement mill-ġeneru tagħhom, speċjalment l-atleti l-aktar żagħżugħa."

 

Emenda  22

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 2 punt i (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(i) Id-Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Nru 19) hija sostitwita b'dan li ġej:

 

"Il-Konferenza taqbel li, fl-isforzi ġenerali tagħha biex telimina l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri, u d-diskriminazzjoni, l-Unjoni se jkollha l-għan li tipprevjeni u tiġġieled kull tip ta' vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluża l-vjolenza domestika, fil-politiki differenti tagħha. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjenu u jikkastigaw dawn l-atti kriminali u biex jipprovdu appoġġ, protezzjoni u riparazzjoni lill-vittmi kollha filwaqt li jqisu għarfien mil-lat tal-ġeneru tal-vjolenza."

Emenda  23

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 3 – punt a (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(3) Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") hija emendata kif ġej:

 

(a) fl-Artikolu 3, it-titolu huwa emendat kif ġej:

 

"Id-dritt għall-integrità tal-persuna u għall-awtonomija fiżika";

 

(b) fl-Artikolu 3, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"3. Kulħadd għandu d-dritt għal awtonomija fiżika, għal aċċess liberu, infurmat, sħiħ u universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, u għas-servizzi tal-kura tas-saħħa relatati kollha mingħajr diskriminazzjoni, inkluż l-aċċess għal abort sikur u legali.";

Emenda  24

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 3 – punt b (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(3) Il-Karta hija emendata kif ġej:

 

(b) fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"1. Kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq kwalunkwe raġuni bħas-sess, il-ġeneru, l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru, il-karatteristiċi tas-sess, l-orjentazzjoni sesswali, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew kwalunkwe tip ta' forma intersezzjonali ta' diskriminazzjoni għandha tkun ipprojbita."

Emenda  25

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 3 – punt c (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(3) Il-Karta hija emendata kif ġej:

 

(c) l-Artikolu 23 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Artikolu 23

 

L-ugwaljanza bejn il-ġeneri

 

L-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandha tiġi żgurata fl-oqsma u l-isferi soċjali kollha.

 

L-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri għandha tiġi applikata bħala prinċipju trażversali fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni sekondarja tal-Unjoni u m'għandhiex timpedixxi ż-żamma jew l-adozzjoni ta' miżuri li jipprevedu vantaġġi speċifiċi favur in-nisa fid-diversità kollha tagħhom."

Emenda  26

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 3 – punt d (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(3) Il-Karta hija emendata kif ġej:

 

(d) jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 23a

 

Id-dritt ta' aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati

 

Kulħadd għandu d-dritt għal awtonomija fiżika, għal aċċess liberu, infurmat, sħiħ u universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u għas-servizzi tal-kura tas-saħħa relatati kollha mingħajr diskriminazzjoni, inkluż għal abort sikur u legali."

Emenda  27

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 3 – punt e (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(3) Il-Karta hija emendata kif ġej:

 

(e) fl-Artikolu 33, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"2  Biex jiġu rikonċiljati l-ħajja tal-familja, dik privata u dik professjonali u biex tiġi promossa l-kondiviżjoni ugwali tar-responsabbiltajiet ta' kura bejn l-irġiel u n-nisa sabiex jingħalqu d-differenzi bejn il-ġeneri fil-qligħ u fil-pagi, kulħadd għandu jkollu d-dritt għall-protezzjoni mit-tkeċċija għal raġuni marbuta mal-maternità, il-paternità jew il-kura, u d-dritt għal leave tal-maternità, tal-paternità u tal-kura mħallas indaqs kif ukoll arranġamenti tax-xogħol flessibbli oħra.";

Emenda  28

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 3 – punt f (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

(3) Il-Karta hija emendata kif ġej:

 

(f) l-Artikolu 35 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Artikolu 35

 

Saħħa, benesseri u kura

 

Is-saħħa għandha tinftiehem bħala stat sħiħ ta' benesseri fiżiku, mentali, emozzjonali u soċjali, u mhux sempliċement in-nuqqas ta' mard jew infermità.

 

Kulħadd għandu d-dritt għal kura ta' kwalità, aċċessibbli, disponibbli u affordabbli, id-dritt għal kura tas-saħħa preventiva u d-dritt li jibbenefika minn trattament mediku. Għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati."

Emenda  29

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Paragrafu 3 – punt g (ġdid)

 

Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Emenda

 

3. Il-Karta hija emendata kif ġej:

 

(g) fl-Artikolu 51, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"1.  Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Karta huma intiżi għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni fir-rispett tal-prinċipju ta' sussidjarjetà u għall-Istati Membri. Għalhekk huma għandhom jirrispettaw id-drittijiet, josservaw il-prinċipji u jippromwovu l-applikazzjoni tagħhom skont is-setgħat rispettivi tagħhom.".

 

 

 

 

 



 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

25.10.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Bischoff, Damian Boeselager, Włodzimierz Cimoszewicz, Ana Collado Jiménez, Gwendoline Delbos-Corfield, Daniel Freund, Brice Hortefeux, Giuliano Pisapia, Paulo Rangel, Antonio Maria Rinaldi, Domènec Ruiz Devesa, Jacek Saryusz-Wolski, Helmut Scholz, Pedro Silva Pereira, Sven Simon, Guy Verhofstadt, Loránt Vincze, Rainer Wieland

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gilles Boyer, Christian Doleschal, Cyrus Engerer, Alin Mituța, Maite Pagazaurtundúa

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andor Deli, Petros Kokkalis, Kosma Złotowski

 


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

EPP

Collado Jiménez Ana, Doleschal Christian, Simon Sven, Vincze Lórant, Wieland Rainer

S&D

Bischoff Gabriele, Cimoszewicz Włodzimierz, Engerer Cyrus, Pisapia Giuliano, Ruiz Devesa Domènec, Silva Pereira Pedro

Renew

Boyer Gilles, Mituţa Alin, Pagazaurtundúa Maite, Verhofstadt Guy

Verts/ALE

Boeselager Damian, Delbos-Corfield Gwendoline, Freund Daniel

The Left

Kokkalis Petros, Scholz Helmut

 

6

-

EPP

Hortefeux Brice, Rangel Paulo

ECR

Saryusz-Wolski Jacek, Złotowski Kosma

ID

Rinaldi Antonio Maria

NI

Deli Andor

 

0

0

 

 

 

 

Korrezzjoni tal-voti u intenzjonijiet tal-votazzjoni

+

 

-

 

0

Vincze Lórant

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 16 ta' Novembru 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza