RAPPORT dwar l-abbozz konġunt tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja
16.11.2023 - (11565/2023 – C9‑0336/2023 – 2023/0264(BUD))
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni
Rapporteurs: Siegfried Mureşan (Section III – Commission)
Nils Ušakovs (other sections)
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz konġunt tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-qafas tal-proċedura baġitarja
(11565/2023 – C9‑0336/2023 – 2023/0264(BUD))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz konġunt approvat mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni inkluża d-dikjarazzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (11565/2023 – C9‑0336/2023),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottat mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Lulju 2023 (COM(2023)0300),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, adottata mill-Kunsill fil-5 ta’ Settembru 2023 u li ntbagħatet lill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Settembru 2023 (11565/2023 – C9‑0336/2023),
– wara li kkunsidra l-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 għall-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, ippreżentata mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Ottubru (COM(2021)0531),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024[1] u l-emendi baġitarji li tinkludi,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2020/2053 (UE, Euratom) tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom[2],
– wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[3],
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021-2027[4],
– wara li kkunsidrat il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda[5],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 95 u l-Artikolu 96 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għall-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni (A9-0362/2023),
1. Japprova t-test konġunt;
2. Jikkonferma d-dikjarazzjoni tiegħu kif ukoll id-dikjarazzjonijiet konġunti annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 ġie adottat b’mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
ANNESS
FINALI
Baġit 2024 – Elementi għall-konklużjonijiet konġunti
Dawn il-konklużjonijiet konġunti jkopru t-taqsimiet li ġejjin:
1. Baġit 2024
2. Baġit 2023 – Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 4/2023
3. Dikjarazzjonijiet
Ħarsa ġenerali fil-qosor
A. Baġit 2024
Skont l-elementi għall-konklużjonijiet konġunti:
- Il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn fil-baġit tal-2024 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 189 385,4 miljun. B’mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limiti massimi tal-QFP għall-2019 ta’ EUR 360,1 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn.
- Il-livell globali ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-baġit 2024 huwa stabbilit fl-ammont ta’ EUR 142 630,3 miljun. B’mod globali, dan iħalli marġni taħt il-limitu massimu tal-QFP għall-2024 ta’ EUR 31 018,5 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn.
- L-Istrument ta’ Flessibbiltà għall-2024 huwa mobilizzat f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għal ammont ta’ EUR 1 635,5 miljun, li minnhom EUR 289,5 miljun għas-subintestatura 2b Reżiljenza u Valuri, EUR 317,2 miljun għall-intestatura 5 Sigurtà u Difiża u EUR 28,9 miljun għall-intestatura 6 Il-Viċinat u d-Dinja.
- F’konformità mal-Artikolu 11(1)a tar-Regolament QFP, l-Istrument ta’ Marġini Uniku huwa mobilizzat f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għal ammont ta’ EUR 586,1 miljun, li minnhom EUR 371,1 miljun huma għall-intestatura 6 Viċinat u d-Dinja u EUR 215,0 miljun huma għall-intestatura 7 Amministrazzjoni Pubblika Ewropea.
L-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2024 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà fis-snin mill-2021 sal-2024 huma stmati mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 1 734,4 miljun. L-iskeda ta’ pagamenti stmata tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:
L-Istrument ta’ Flessibbiltà – profil ta’ pagament (f’miljuni ta’ EUR) |
|||||
Sena ta’ mobilizzazzjoni |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Total |
2021 |
7,6 |
0,0 |
0,0 |
0,0 |
7,6 |
2022 |
49,8 |
36,7 |
0,0 |
0,0 |
86,5 |
2023 |
279,0 |
120,6 |
83,2 |
0,0 |
482,8 |
2024 |
1 398,0 |
107,6 |
83,7 |
46,3 |
1 635,5 |
Total |
1 734,4 |
265,0 |
166,9 |
46,3 |
2 212,5 |
B. Baġit 2023
L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) 4/2023 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
1. Baġit 20241.1. Linji “magħluqa”
Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor hawn taħt f’dawn il-konklużjonijiet, il-linji baġitarji kollha huma kkonfermati kif propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit għall-2024 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024.
Barra minn hekk, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, il-linji baġitarji kollha emendati mill-Kunsill u maqbula mill-Parlament fil-qari tiegħu huma kkonfermati kif emendati mill-Kunsill.
Għal-linji baġitarji l-oħra, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni qabel dwar il-konklużjonijiet inklużi fit-taqsimiet 1.2 sa 1.7 ta’ hawn taħt.
1.2. Kwistjonijiet orizzontali
Aġenziji deċentralizzati
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament ) u l-għadd ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal għall-aġenziji deċentralizzati kollha huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit għall-2024 kif emendat fl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
Taħt is-subintestatura 2b:
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE, l-artikolu baġitarju 07 10 08), li għalih żdiedu 13-il pożizzjoni fit-tabella tal-persunal u li għalih il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament qed jiżdied b’EUR 4 miljun.
Taħt l-intestatura 4:
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA, l-artikolu baġitarju 10 10 01) li għaliha l-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament qed jiżdied b’EUR 1 miljun biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ 10 pożizzjonijiet ta’ aġenti kuntrattwali addizzjonali.
L-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex, l-artikolu baġitarju 11 10 01) li għaliha l-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament tnaqqas bi EUR 15-il miljun.
Aġenziji Eżekuttivi
Il-kontribuzzjoni tal-UE (f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament) u l-għadd ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal għall-aġenziji eżekuttivi huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit.
Proġetti Pilota/Azzjonijiet Preparatorji
Ġie maqbul pakkett komprensiv ta’ 46 proġett pilota/azzjoni preparatorja (PP/AP), li minnhom 36 huma ġodda, għal ammont totali ta’ EUR 107,4 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, kif propost mill-Parlament.
Dan il-pakkett jirrispetta l-limiti massimi għall-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji previsti fir-Regolament Finanzjarju.
1.3. Intestaturi tan-nefqa tal-qafas finanzjarju – approprjazzjonijiet ta’ impenn
Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq dwar l-aġenziji u l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni wasal għal ftehim fir-rigward ta’ dan li ġej:
Intestatura 1 – Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR) |
||
AB 2024 (inkl. IE1) |
Baġit 2024 |
Id-differenza |
||
1.0.11 |
Orizzont Ewropa |
12 812 088 532 |
12 897 088 532 |
85 000 000 |
01 02 01 01 |
Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka |
2 164 231 124 |
2 176 231 124 |
12 000 000 |
01 02 01 02 |
L-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie |
891 754 891 |
899 754 891 |
8 000 000 |
01 02 02 10 |
Cluster “Saħħa” |
650 549 025 |
675 549 025 |
25 000 000 |
01 02 02 20 |
Cluster “Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva” |
298 612 665 |
306 612 665 |
8 000 000 |
01 02 02 50 |
Cluster “Klima, Enerġija u Mobbiltà” |
1 288 842 641 |
1 309 842 641 |
21 000 000 |
01 02 02 60 |
Cluster “Ikel, Bijoekonomija, Riżorsi Naturali, Agrikoltura u Ambjent” |
1 050 696 938 |
1 061 696 938 |
11 000 000 |
1.0.13 |
Ir-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) |
556 299 898 |
436 299 898 |
-120 000 000 |
01 04 01 |
Kostruzzjoni, operazzjoni u sfruttar tal-faċilitajiet ITER — Impriża Konġunta Ewropea ITER — u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni |
548 002 426 |
428 002 426 |
-120 000 000 |
1.0.221 |
FNE Trasport |
1 727 250 201 |
1 757 250 201 |
30 000 000 |
02 03 01 |
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) — Trasport |
1 717 181 785 |
1 747 181 785 |
30 000 000 |
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
67 020 000 |
|
Total |
|
|
62 020 000 |
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 21 493,4 miljun, li jħalli marġni ta’ EUR 104,6 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 1.
Subintestatura 2a – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, mingħajr ebda aġġustament. B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 64 665,2 miljun, u dan iħalli marġni ta’ EUR 17,8-il miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-subintestatura 2a.
Subintestatura 2b – Reżiljenza u Valuri
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR) |
||
AB 2024 (inkl. IE1) |
Baġit 2024 |
Id-differenza |
||
2.2.23 |
Il-kost ta’ finanzjament tal-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) |
3 796 000 000 |
3 340 000 000 |
-456 000 000 |
06 04 01 |
L-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta’ kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq |
3 790 000 000 |
3 334 000 000 |
-456 000 000 |
2.2.24 |
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (RescEU) |
230 311 354 |
240 311 354 |
10 000 000 |
06 05 01 |
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili |
230 311 354 |
240 311 354 |
10 000 000 |
2.2.32 |
Erasmus+ |
3 736 131 530 |
3 796 131 530 |
60 000 000 |
07 03 01 01 |
Il-promozzjoni tal-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi u gruppi, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni u l-ekwità, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ — Ġestjoni indiretta |
2 566 731 926 |
2 617 731 926 |
51 000 000 |
07 03 02 |
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u informali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ |
384 913 639 |
393 913 639 |
9 000 000 |
2.2.34 |
Ewropa Kreattiva |
331 788 132 |
334 788 132 |
3 000 000 |
07 05 01 |
Il-fergħa Kultura |
101 802 039 |
103 802 039 |
2 000 000 |
07 05 03 |
Il-fergħa transsettorjali |
27 603 081 |
28 603 081 |
1 000 000 |
2.2.352 |
Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri |
214 962 993 |
219 462 993 |
4 500 000 |
07 06 01 |
L-ugwaljanza u d-drittijiet |
36 019 970 |
37 519 970 |
1 500 000 |
07 06 02 |
L-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni |
55 671 418 |
57 671 418 |
2 000 000 |
07 06 03 |
Daphne |
25 146 868 |
26 146 868 |
1 000 000 |
2.2.3 DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
290 845 169 |
294 845 169 |
4 000 000 |
07 10 08 |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) |
66 307 729 |
70 307 729 |
4 000 000 |
2.2.3 SPEC |
Prerogattivi |
181 077 079 |
183 077 079 |
2 000 000 |
07 20 04 06 |
Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali |
22 221 446 |
23 221 446 |
1 000 000 |
07 20 04 09 |
Miżuri ta’ tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema |
22 728 699 |
23 728 699 |
1 000 000 |
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
25 827 500 |
|
Total |
|
|
-346 672 500 |
F’kuntest ta’ livell ogħla tal-għoli tal-ħajja, Erasmus+ huwa msaħħaħ b’EUR 60 miljun, b’mod partikolari biex il-programm isir aktar aċċessibbli għal persuni b’inqas opportunitajiet.
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 9 895,5 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tas-subintestatura 2b u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 1 289,5 miljun f’konformità mal-Artikolu 12 tal-QFP.
Intestatura 3 – Riżorsi Naturali u Ambjent
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR) |
||
AB 2024 (inkl. IE1) |
Baġit 2024 |
Id-differenza |
||
3.1.11 |
Il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) |
40 602 078 000 |
40 517 278 000 |
-84 800 000 |
08 02 01 |
Riżerva għall-agrikoltura |
530 000 000 |
516 500 000 |
-13 500 000 |
08 02 04 01 |
Appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà |
18 373 500 000 |
18 282 200 000 |
-91 300 000 |
08 02 04 03 |
Appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ |
650 000 000 |
670 000 000 |
20 000 000 |
3.2.21 |
Il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) |
744 949 659 |
764 949 659 |
20 000 000 |
09 02 01 |
Natura u bijodiversità |
285 202 126 |
300 202 126 |
15 000 000 |
09 02 02 |
Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja |
177 796 220 |
178 796 220 |
1 000 000 |
09 02 03 |
Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u adattament għalih |
122 679 608 |
125 679 608 |
3 000 000 |
09 02 04 |
Tranżizzjoni lejn enerġija nadifa |
133 496 971 |
134 496 971 |
1 000 000 |
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
14 540 000 |
|
Total |
|
|
-50 260 000 |
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 57 338,6 miljun, u dan iħalli marġni ta’ EUR 110,4 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 3.
Intestatura 4 – Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR) |
||
AB 2024 (inkl. IE1) |
Baġit 2024 |
Id-differenza |
||
4.0.11 |
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni |
1 500 715 253 |
1 508 215 253 |
7 500 000 |
10 02 01 |
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) |
1 496 055 626 |
1 503 555 626 |
7 500 000 |
4.0.1 DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
168 101 176 |
169 101 176 |
1 000 000 |
10 10 01 |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) |
168 101 176 |
169 101 176 |
1 000 000 |
4.0.211 |
Il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF) – L-Istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viża (BMVI) |
1 020 632 303 |
1 023 132 303 |
2 500 000 |
11 02 01 |
L-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-viżi |
1 017 832 303 |
1 020 332 303 |
2 500 000 |
4.0.2 DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
1 063 483 939 |
1 048 483 939 |
-15 000 000 |
11 10 01 |
L-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) |
824 329 442 |
809 329 442 |
-15 000 000 |
|
Total |
|
|
-4 000 000 |
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 3 892,7 miljun, u jħalli marġni ta’ EUR 127,3 miljun taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 4.
Intestatura 5 – Sigurtà u Difiża
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif dettaljati fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR) |
||
AB 2024 (inkl. IE1) |
Baġit 2024 |
Id-differenza |
||
5.0.11 |
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) |
314 885 754 |
321 885 754 |
7 000 000 |
12 02 01 |
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) |
312 435 754 |
319 435 754 |
7 000 000 |
5.0.22 |
Mobbiltà Militari |
241 367 376 |
251 367 376 |
10 000 000 |
13 04 01 |
Mobbiltà militari |
239 640 880 |
249 640 880 |
10 000 000 |
|
Total |
|
|
17 000 000 |
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 2 321,2 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 5 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 1 miljun f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament QFP.
Intestatura 6 - Il-Viċinat u d-Dinja
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 iżda bl-aġġustamenti li ġejjin, maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif stabbiliti fit-tabella ta’ hawn taħt:
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR) |
||
AB 2024 (inkl. IE1) |
Baġit 2024 |
Id-differenza |
||
6.0.111 |
L-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali (NDICI - Ewropa Globali) |
11 373 889 314 |
11 523 889 314 |
150 000 000 |
14 02 01 10 |
Il-Viċinat tan-Nofsinhar |
1 630 931 763 |
1 730 931 763 |
100 000 000 |
14 02 01 11 |
Il-Viċinat tal-Lvant |
622 537 696 |
672 537 696 |
50 000 000 |
6.0.12 |
Għajnuna Umanitarja (HUMA) |
1 660 704 480 |
1 910 704 480 |
250 000 000 |
14 03 01 |
Għajnuna Umanitarja |
1 569 106 062 |
1 819 106 062 |
250 000 000 |
|
Total |
|
|
400 000 000 |
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 16 230,0 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 6 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 28,9 miljun f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament QFP u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Marġni Uniku għal ammont ta’ EUR 371,1 miljun f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament QFP.
Intestatura 7 – L-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea
L-għadd ta’ pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 huma maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni bl-eċċezzjonijiet li ġejjin: it-taqsimiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data huma aġġustati biex jirriflettu l-fatt li n-nefqa relatata mal-Membri li jirċievu salarji mill-baġit tal-UE, li huma soġġetti għall-indiċjar, għandha tiġi kklassifikata bħala nefqa fuq is-salarji u għaldaqstant eskluża mil-linji gwida tal-Kummissjoni dwar li ż-żieda għan-nefqa mhux relatata mas-salarji tiġi limitata għal 2 %.
L-aġġustament kumplessiva tirriżulta f’żieda ta’ EUR 33,8 miljun fl-intestatura 7.
L-emendi ġew introdotti emendi mill-Parlament Ewropew għat-taqsima tiegħu stess jerġgħu jiddaħħlu mingħajr modifiki. Kumplessivament, dan jirriżulta f’livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ EUR 2 383,1 miljun, li jirrappreżenta żieda ta’ EUR 27 707 693 meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024.
Għat-taqsimiet l-oħra kkonċernati, meta jitqiesu l-ammonti oriġinali mitluba fil-linji mhux relatati mas-salarji, id-dettalji skont il-linji baġitarji huma stabbiliti hawn taħt filwaqt li jiġu rrispettati l-linji gwida ta’ 2 %:
Taqsima 2 – Kunsill Ewropew u Kunsill
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR) |
||
AB 2024 (inkl. IE1) |
Baġit 2024 |
Id-differenza |
||
2 0 1 1 |
Assigurazzjoni Nefqa oħra relatata mal-binjiet Titolu Kapitolu Artikolu |
6 302 000 |
6 340 180 |
38 180 |
|
Total |
|
|
38 180 |
Taqsima 3 – Il-Kummissjoni Ewropea
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR) |
||
AB 2024 (inkl. IE1) |
Baġit 2024 |
Id-differenza |
||
20 03 01 02 |
Nefqa relatata ma’ binjiet |
88 593 000 |
90 535 400 |
1 942 400 |
20 03 02 02 |
Nefqa relatata ma’ binjiet |
24 636 000 |
25 466 000 |
830 000 |
20 03 13 01 |
Nefqa għat-traduzzjoni |
13 000 000 |
14 000 000 |
1 000 000 |
|
Total |
|
|
3 772 400 |
Taqsima 4 – Il-Qorti tal-Ġustizzja
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR) |
||
AB 2024 (inkl. IE1) |
Baġit 2024 |
Id-differenza |
||
1 0 0 0 |
Rimunerazzjoni u gratifiki |
36 403 711 |
37 675 000 |
1 271 289 |
2 0 2 4 |
Il-konsum ta’ enerġija |
3 163 000 |
3 230 531 |
67 531 |
|
Total |
|
|
1 338 820 |
Taqsima 5 – Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR) |
||
AB 2024 (inkl. IE1) |
Baġit 2024 |
Id-differenza |
||
2 0 2 4 |
Il-konsum ta’ enerġija |
1 197 070 |
1 719 530 |
522 460 |
|
Total |
|
|
522 460 |
Taqsima 9 – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR) |
||
AB 2024 (inkl. IE1) |
Baġit 2024 |
Id-differenza |
||
2 0 0 |
Kirjiet, piżijiet u nfiq ieħor fuq il-binjiet |
1 650 000 |
1 751 494 |
101 494 |
3 0 4 5 |
Konsulenza u studji esterni |
150 000 |
456 000 |
306 000 |
|
Total |
|
|
407 494 |
It-tabella tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tinkludi wkoll korrezzjoni teknika biex tinkorpora l-aġġustamenti preċedenti maqbula kemm fil-Baġit Emendatorju 1/2023 kif ukoll fil-Baġit Emendatorju 3/2023 b’impatt fuq l-ammont ta’ referenza użat għall-kalkolu tal-ħtiġijiet għall-2024, skont il-metodoloġija applikata.
B’konsegwenza ta’ dan, il-livell maqbul tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa stabbilit għal EUR 11 988,0 miljun, mingħajr marġni taħt il-limitu massimu tan-nefqa tal-intestatura 7 u l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ ta’ Marġini Uniku għal ammont ta’ EUR 215,0 miljun f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament QFP.
Strumenti tematiċi speċjali: FEG, SEAR u BAR
L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG), ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza (SEAR) u r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (BAR) huma stabbiliti fil-livell propost mill-Kummissjoni fl-Abbozz ta’ Baġit.
1.4. Approprjazzjonijiet ta’ pagament
Il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament globali fil-Baġit tal-2024 huwa stabbilit fil-livell tal-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat mill-Ittra Emendatorja Nru 1/2024, bl-aġġustamenti li ġejjin maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni:
1. Jitqies il-livell maqbul ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn għan-nefqa mhux differenzjata (l-intestaturi 1 sa 6), li għalihom il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa ugwali għal-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn. Dan japplika għat-tnaqqis tal-kost tal-finanzjament tal-Istrument Ewropew għall-Irkupru (EURI) b’EUR 456,0 miljun u t-tnaqqis ġenerali għall-FAEG b’EUR 84,8 miljun. Meta jitqies ukoll l-aġġustament għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-aġenziji deċentralizzati, l-effett ikkombinat huwa tnaqqis ta’ EUR 550,8 miljun;
2. L-aġġustament taħt l-intestatura 7 li jirriżulta f’żieda ta’ EUR 33,8 miljun;
3. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-proġetti pilota u għall-azzjonijiet preparatorji ġodda kollha proposti mill-Parlament huma stabbiliti fil-livell ta’ 25 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn korrispondenti jew, fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun aktar baxx. Fil-każ ta’ estensjoni ta’ proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji eżistenti, il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa l-livell definit fl-Abbozz ta’ Baġit kif emendat mill-Ittra emendatorja 1/2024 flimkien ma’ 25 % tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn ġodda korrispondenti, jew fil-livell propost mill-Parlament, jekk ikun aktar baxx. L-effett ikkombinat huwa żieda ta’ EUR 26,8 miljun;
4. L-aġġustamenti għal-linji baġitarji tan-nefqa differenzjata li għalihom l-effett ikkombinat huwa żieda ta’ EUR 134,5 miljun.
L-aġġustamenti, li jirriżultaw fi tnaqqis globali ta’ EUR 355,7 miljun, huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:
Linja baġitarja/Programm |
Isem |
Varjazzjoni fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn (f’EUR) |
||
AB 2024 (inkl. IE1) |
Baġit 2024 |
Id-differenza |
||
Intestatura 1 |
||||
1.0.13 |
Ir-Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER) |
614 170 726 |
509 170 726 |
-105 000 000 |
01 04 01 |
Kostruzzjoni, operazzjoni u sfruttar tal-faċilitajiet ITER — Impriża Konġunta Ewropea ITER — u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni |
459 482 428 |
354 482 428 |
-105 000 000 |
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
16 755 000 |
|
Total Intestatura 1 |
|
|
-88 245 000 |
Subintestatura 2b |
||||
2.2.23 |
Il-kost ta’ finanzjament tal-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) |
3 796 000 000 |
3 340 000 000 |
-456 000 000 |
06 04 01 |
L-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea (EURI) – Il-ħlas ta’ kupun perjodiku u l-fidi meta jagħlaq |
3 790 000 000 |
3 334 000 000 |
-456 000 000 |
2.2.24 |
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (RescEU) |
249 908 000 |
259 908 000 |
10 000 000 |
06 05 01 |
Il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili |
211 000 000 |
221 000 000 |
10 000 000 |
2.2.32 |
Erasmus+ |
3 491 138 893 |
3 522 138 893 |
31 000 000 |
07 03 01 01 |
Il-promozzjoni tal-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi u gruppi, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni u l-ekwità, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ — Ġestjoni indiretta |
2 498 750 000 |
2 524 750 000 |
26 000 000 |
07 03 02 |
Il-promozzjoni tal-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u informali u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, u l-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ |
369 700 000 |
374 700 000 |
5 000 000 |
2.2.34 |
Ewropa Kreattiva |
364 763 754 |
365 763 754 |
1 000 000 |
07 05 03 |
Il-fergħa transsettorjali |
25 430 875 |
26 430 875 |
1 000 000 |
2.2.352 |
Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri |
221 064 096 |
225 564 096 |
4 500 000 |
07 06 01 |
L-ugwaljanza u d-drittijiet |
51 815 746 |
53 315 746 |
1 500 000 |
07 06 02 |
L-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni |
46 911 774 |
48 911 774 |
2 000 000 |
07 06 03 |
Daphne |
23 877 030 |
24 877 030 |
1 000 000 |
2.2.3 DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
282 083 169 |
286 083 169 |
4 000 000 |
07 10 08 |
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) |
66 307 729 |
70 307 729 |
4 000 000 |
2.2.3 SPEC |
Prerogattivi |
165 953 586 |
166 953 586 |
1 000 000 |
07 20 04 06 |
Kompetenzi speċifiċi fil-qasam tal-politika soċjali, inkluż id-djalogu soċjali |
19 500 000 |
20 000 000 |
500 000 |
07 20 04 09 |
Miżuri ta’ tagħrif u taħriġ għall-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema |
21 000 000 |
21 500 000 |
500 000 |
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
6 456 875 |
|
Total subintestatura 2b |
|
|
-398 043 125 |
Intestatura 3 |
||||
3.1.11 |
Il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) |
40 590 282 213 |
40 505 482 213 |
-84 800 000 |
08 02 01 |
Riżerva għall-agrikoltura |
530 000 000 |
516 500 000 |
-13 500 000 |
08 02 04 01 |
Appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà |
18 373 500 000 |
18 282 200 000 |
-91 300 000 |
08 02 04 03 |
Appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ |
650 000 000 |
670 000 000 |
20 000 000 |
PP/AP |
Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji |
|
|
3 635 000 |
|
Total Intestatura 3 |
|
|
-81 165 000 |
Intestatura 4 |
||||
4.0.11 |
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni |
1 354 073 000 |
1 359 073 000 |
5 000 000 |
10 02 01 |
Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) |
1 035 023 000 |
1 040 023 000 |
5 000 000 |
4.0.1 DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
168 101 176 |
169 101 176 |
1 000 000 |
10 10 01 |
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) |
168 101 176 |
169 101 176 |
1 000 000 |
4.0.2 DAG |
Aġenziji deċentralizzati |
1 055 455 267 |
1 040 455 267 |
-15 000 000 |
11 10 01 |
L-Aġenzija tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) |
824 329 442 |
809 329 442 |
-15 000 000 |
|
Total Intestatura 4 |
|
|
-9 000 000 |
Intestatura 5 |
||||
5.0.11 |
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) |
230 580 000 |
237 580 000 |
7 000 000 |
12 02 01 |
Il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) |
175 130 000 |
182 130 000 |
7 000 000 |
|
Total Intestatura 5 |
|
|
7 000 000 |
Intestatura 6 |
||||
6.0.111 |
L-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali - Ewropa Globali (NDICI - Ewropa Globali) |
10 743 801 966 |
10 763 801 966 |
20 000 000 |
14 02 01 10 |
Il-Viċinat tan-Nofsinhar |
761 962 895 |
776 962 895 |
15 000 000 |
14 02 01 11 |
Il-Viċinat tal-Lvant |
416 206 581 |
421 206 581 |
5 000 000 |
6.0.12 |
Għajnuna Umanitarja (HUMA) |
1 737 373 786 |
1 897 373 786 |
160 000 000 |
14 03 01 |
Għajnuna Umanitarja |
1 649 312 168 |
1 809 312 168 |
160 000 000 |
|
Total Intestatura 6 |
|
|
180 000 000 |
Intestatura 7 |
||||
7.2 |
Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet |
9 141 588 794 |
9 175 375 841 |
33 787 047 |
7.1.21 |
Il-Parlament Ewropew |
2 354 555 881 |
2 382 263 574 |
27 707 693 |
7.1.22 |
Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill |
676 842 943 |
676 881 123 |
38 180 |
7.2 |
Il-Kummissjoni |
4 218 068 825 |
4 221 841 225 |
3 772 400 |
7.1.24 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
502 443 711 |
503 782 531 |
1 338 820 |
7.1.25 |
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri |
185 133 430 |
185 655 890 |
522 460 |
7.1.29 |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
23 921 966 |
24 329 460 |
407 494 |
|
Total Intestatura 7 |
|
|
33 787 047 |
TOTAL |
-355 666 078 |
|||
Kumplessivament dan jirriżulta f’livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 142 630,3 miljun, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ EUR 355,7 miljun meta mqabbel mal-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024.
1.5. Riżervi
Ma hemm l-ebda riżerva minbarra dawk tal-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024.
1.6. Kummenti baġitarji
It-test tal-kummenti baġitarji jikkorrispondi għall-Abbozz ta’ Baġit, kif emendat bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024 bl-aġġustamenti li ġejjin proposti fl-ittra ta’ eżegwibbiltà u maqbula mill-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni:
Il-linji baġitarji segwenti li fir-rigward tagħhom ġew introdotti emendi mill-Parlament Ewropew għat-taqsima tiegħu stess huma approvati mingħajr modifiki:
- Partita 1 4 0 0 — Aġenti oħra — Segretarjat Ġenerali u gruppi politiċi
It-test huwa emendat kif ġej:
Din l-approprjazzjoni tinkludi pakkett ta’ EUR 362 040 167 040 relatat mal-persunal tal-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
- Artikolu 2 3 8 — Nefqiet amministrattivi oħra
It-test huwa emendat kif ġej:
– xiri varju marbut mar-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-Parlament (inkluża l-EMAS),l-EMAS).
– servizzi varji marbuta mal-ġestjoni finanzjarja u tal-inventarju tal-Parlament.
- Artikolu 2 3 9 — L-attivitajiet tal-EMAS, inkluż il-promozzjoni, u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju
It-titolu huwa emendat kif ġej:
L-attivitajiet tal-EMAS u tas-sostenibbiltà, inkluż il-promozzjoni, u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju
It-test huwa emendat kif ġej:
Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa relatata mal-attivitajiet tal-EMAS li għandhom l-għan li jippromwovu s-sostenibbiltà mal-attivitajiet ta’ sostenibbiltà fil-Parlament Ewropew u l-attivitajiet tal-EMAS li għandhom l-għan li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-Parlament Ewropew, inkluża l-promozzjoni ta’ dawn l-attivitajiet, u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta’ kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju.
Dan huwa bbażat fuq il-fehim li l-emendi introdotti mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jistgħux jimmodifikaw jew jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ bażi ġuridika eżistenti, jew jaffettwaw l-awtonomija amministrattiva tal-istituzzjonijiet, u li l-azzjoni tista’ tiġi koperta minn riżorsi disponibbli.
1.7. Nomenklatura tal-baġit
In-nomenklatura tal-baġit proposta mill-Kummissjoni fl-Abbozz tal-Baġit, kif emendata bl-Ittra Emendatorja Nru 1/2024, hija maqbula, bl-inklużjoni tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji l-ġodda. Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jaqbel ukoll dwar it-tħassir ta’ linja baġitarja fit-taqsima tal-Parlament Ewropew (Artikolu 5 0 2 – Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej – Pagi u allowances).
L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) 4/2023 huwa approvat kif propost mill-Kummissjoni.
3.1. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-approprjazzjonijiet ta’ pagament
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni biex tkompli tissorvelja mill-qrib u b’mod attiv matul is-sena 2024 l-implimentazzjoni tal-programmi tal-QFP attwali u preċedenti (b’mod partikolari fis-subintestatura 2a u l-Iżvilupp Rurali). Għal dan il-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta, b’mod f’waqtu, ċifri aġġornati li jikkonċernaw is-sitwazzjoni attwali u l-istimi rigward l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-2024 (b’kont meħud tal-preċiżjoni mtejba tal-previżjonijiet tal-Istati Membri fejn applikabbli). Jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit għall-2024 mhumiex biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli soluzzjoni xierqa, fost l-oħrajn, abbozz ta’ baġit emendatorju, bil-ħsieb li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa malajr kemm jista’ jkun mingħajr dewmien żejjed għal ħtiġijiet ġustifikati. Fejn applikabbli, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser iqisu l-urġenza tal-kwistjoni, billi jnaqqsu l-perjodu ta’ tmien ġimgħat għal deċiżjoni jekk jitqies meħtieġ. L-istess japplika mutatis mutandis jekk iċ-ċifri juru li l-approprjazzjonijiet li ddaħħlu fil-baġit għall-2024 jkunu ogħla minn kemm ikun meħtieġ.
3.2. Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni tal-eżitu tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP fil-baġit għall-2024
Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jieħdu nota tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar ir-reviżjoni proposta tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027. Il-Kunsill ġie mistieden mill-Kunsill Ewropew biex imexxi ’l quddiem il-ħidma, bil-ħsieb li jintlaħaq qbil ġenerali dwar il-QFP rivedut propost sa tmiem is-sena, biex b’hekk tkun tista’ ssir adozzjoni rapida b’kont debitu meħud tar-rwol tal-Parlament Ewropew f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fit-Trattati. Għalhekk, l-impatt ta’ tali ftehim għas-sena finanzjarja 2024 jista’ jiġi introdott biss permezz ta’ abbozz ta’ baġit emendatorju.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għalhekk jistiednu lill-Kummissjoni tipproponi abbozz ta’ baġit emendatorju immedjatament hekk kif jintlaħaq qbil dwar ir-reviżjoni tar-Regolament QFP bil-ħsieb li l-baġit tal-2024 jiġi allinjat mar-Regolament QFP rivedut.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jikkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed, filwaqt li jqisu l-urġenza tal-kwistjoni.
3.3. Dikjarazzjoni unilaterali tal-Kummissjoni dwar is-sussidju tar-rata tal-imgħax tal-AMF+ għas-sena finanzjarja 2024
Il-Kummissjoni timpenja ruħha li tipproponi l-miżuri baġitarji xierqa sabiex jiġu lliberati r-riżorsi allokati għas-sussidju tar-rata tal-imgħax tal-AMF+ (l-Artikolu baġitarju 14 07 01) għas-sena finanzjarja 2024, jekk tinstab soluzzjoni alternattiva ta’ finanzjament fi żmien debitu.
3.4. Dikjarazzjoni unilaterali tal-Parlament Ewropew dwar is-sussidju tar-rata tal-imgħax tal-AMF+
Il-Parlament Ewropew jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew ifakkar li, skont ir-Regolament 2022/2463, is-sussidju tar-rata tal-imgħax fir-rigward tal-AMF+ għall-Ukrajna għandu jiġi ffinanzjat minn kontribuzzjoni volontarja mill-Istati Membri u li l-baġit tal-UE jista’ jikkontribwixxi soġġett għar-riżorsi disponibbli. F’dak il-kuntest, il-Parlament Ewropew jenfasizza li l-entrata proviżorja tal-approprjazzjoni fil-linja baġitarja 14 07 01 hija eċċezzjoni ta’ darba u ma tikkostitwixxix preċedent għal proċeduri baġitarji futuri.
ANNESS: LISTA TA’ ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEURS IRĊEVEW KONTRIBUT MINGĦANDHOM
Il-lista li ġejja hija mfassla taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteurs. Ir-rapporteurs irċevew kontribut mill-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tal-abbozz ta’ rapport:
Entità u/jew persuna |
Is-Segretarju tal-Istat Spanjol, il-President fil-Kariga, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Spanja għall-Unjoni Ewropea |
Ir-Rappreżentant Permanenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-Unjoni Ewropea |
Ir-Rappreżentant Permanenti ta’ Franza għall-Unjoni Ewropea |
Ir-Rappreżentant Permanenti tan-Netherlands għall-Unjoni Ewropea |
Ir-Rappreżentant Permanenti tal-Belġju għall-Unjoni Ewropea |
Il-Kummissarju għall-Baġit u l-Amministrazzjoni |
Il-Kummissarju għall-Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna |
Il-Kummissarju għall-Ġustizzja |
Il-Kummissarju għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet |
Id-Direttur Ġenerali għall-Baġit, il-Kummissjoni Ewropea |
Id-Direttur Ġenerali għall-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea |
Il-Ministeru Federali tal-Finanzi, il-Gvern Federali tal-Ġermanja |
Ir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
Il-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri |
Il-Viċi President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
Is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni |
Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin |
Is-Segretarju Ġenerali tal-UE tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna |
Id-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali |
Id-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil |
Id-Direttur Eżekuttiv, Frontex |
Il-Kap Prosekutur Ewropew, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew |
Id-Direttur Eżekuttiv, l-Uffiċċju Globali tal-Programm Dinji tal-Ikel għall-UE |
L-Uffiċċju Rappreżentattiv għall-Ewropa, l-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
Baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 |
|||
Referenzi |
00000/2023 – C9‑0000/2023 – 2023/0264(BUD) |
|||
President tad-Delegazzjoni: Il-President |
Roberta Metsola |
|||
Kumitat responsabbli |
BUDG |
|||
Rapporteur(s) |
Siegfried Mureşan |
Nils Ušakovs |
||
Abbozz ta’ atti eżaminati |
||||
Il-pożizzjoni tal-Kunsill Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
11565/2023 – C9-0336/2023 11.9.2023 |
|||
Data tal-pożizzjoni tal-PE |
18.10.2023 |
|||
Data tal-ittra tal-Kunsill dwar iċ-ċaħda tal-emendi tal-Parlament |
18.10.2023 |
|||
Laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni |
26.10.2023 |
10.11.2023 |
|
|
Data tal-adozzjoni mid-delegazzjoni tal-Parlament skont l-Artikolu 314(5) TFUE |
11.11.2023 |
|||
Membri preżenti |
Rasmus Andresen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Francisco Guerreiro, Valérie Hayer, Fabienne Keller, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Eva Maria Poptcheva, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nacho Sánchez Amor, Eleni Stavrou, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt |
|||
Data tal-ftehim fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni |
11.11.2023 |
|||
Data li fiha l-kopresidenti stabbilew li t-test konġunt ġie approvat u ntbagħat lill-Parlament u lill-Kunsill |
11.11.2023 |
|||
Data tat-tressiq |
16.11.2023 |
|||