RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda u tikkoreġi d-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tal-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija

30.11.2023 - (COM(2023)0502 – C9‑0324/2023 – 2023/0307(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Adam Bielan


Proċedura : 2023/0307(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0381/2023
Testi mressqa :
A9-0381/2023
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda u tikkoreġi d-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tal-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija

(COM(2023)0502 – C9‑0324/2023 – 2023/0307(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2023)0502),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 46, 53(1) u 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0324/2023),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2023[1],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0381/2023),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


Emenda 1

 

Proposta għal direttiva

Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda u tikkoreġi d-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tal-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija

li temenda d-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tal-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija

(Test b’rilevanza għaż-ZEE)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

Emenda  2

 

Proposta għal direttiva

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali li t-taħriġ tagħhom ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti minimi skont id-Direttiva 2005/36/KE u li beda qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-UE, jistgħu jibbenefikaw minn rikonoxximent skont l-Artikolu 33a tad-Direttiva 2005/36/KE jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fiha. Jekk ma jiġux issodisfati dawn ir-rekwiżiti, l-applikazzjoni għar-rikonoxximent tiġi vvalutata mill-Istat Membru ospitanti skont is-sistema ġenerali ta’ rikonoxximent f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tad-Direttiva 2005/36/KE.

(2) L-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali li t-taħriġ tagħhom ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti minimi skont id-Direttiva 2005/36/KE u li beda qabel id-data tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, jistgħu jibbenefikaw minn rikonoxximent skont l-Artikolu 33a tad-Direttiva 2005/36/KE jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fiha.

Emenda  3

 

Proposta għal direttiva

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Ma hemm l-ebda referenza speċifika għall-Artikolu 33a tad-Direttiva 2005/36/KE fl-Artikolu 10(b) tagħha minħabba żball. Sabiex ikun ċar li l-Artikoli 10 sa 14 tad-Direttiva 2005/36/KE japplikaw fis-sitwazzjoni fejn l-infermiera ma jissodisfawx ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 33a, dan l-iżball jenħtieġ li jiġi kkoreġut.

(3) Għadd sinifikanti ta’ Stati Membri ospitanti rrikonoxxew il-kwalifiki professjonali tal-infermiera mħarrġa fir-Rumanija li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 33a tad-Direttiva 2005/36/KE skont is-sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta’ provi ta’ taħriġ fl-Artikoli 10 sa 14 ta’ dik id-Direttiva. Dan sar abbażi tal-fehim li l-infermiera mħarrġa fir-Rumanija jistgħu jibbenefikaw minn dik is-sistema ġenerali bl-istess mod bħall-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mhux imħarrġa fir-Rumanija u li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 33 ta’ dik id-Direttiva. Sabiex jiġu protetti tali drittijiet miksuba u jitħarsu l-aspettattivi leġittimi, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe tali rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali ta’ infermiera mħarrġa fir-Rumanija li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 33(a) tad-Direttiva 2005/36/KE fil-verżjonijiet differenti tagħha applikabbli sad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja, ikun validu. Barra minn hekk, sabiex jittejbu ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali li l-valutazzjoni skont l-Artikoli 10 sa 14 tad-Direttiva 2005/36/KE jiġu applikati fis-sitwazzjoni fejn l-infermiera ma jissodisfawx ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 33a l-ġdid, referenza speċifika għal dak l-artikolu l-ġdid jenħtieġ li tiġi inkluża fil-punt (b) tal-Artikolu 10 għall-futur.

Emenda  4

 

Proposta għal direttiva

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Għalhekk, id-Direttiva 2005/36/KE jenħtieġ li tiġi emendata u kkoreġuta skont dan,

(10) Għalhekk, id-Direttiva 2005/36/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

Emenda  5

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2005/36/KE hija emendata u kkoreġuta kif ġej:

Id-Direttiva 2005/36/KE hija emendata kif ġej:

Emenda  6

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2005/36/KE

Artikolu 33a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fir-rigward tal-kwalifika Rumena bħala infermier responsabbli għall-kura ġenerali, id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet miksuba stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 biss għandhom japplikaw.

1. Fir-rigward tal-kwalifika Rumena bħala infermier responsabbli għall-kura ġenerali, id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet miksuba stabbiliti fil-paragrafu 2 biss għandhom japplikaw.

Emenda  7

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2005/36/KE

Artikolu 33a – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li kienu mħarrġa bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali fir-Rumanija u li t-taħriġ tagħhom ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 31, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala prova suffiċjenti kwalunkwe prova tal-kwalifiki formali minn din li ġejja bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, bil-kundizzjoni li l-prova tkun akkumpanjata minn ċertifikat li jiddikjara li dawk iċ-ċittadini tal-Istat Membru kienu effettivament u legalment qed jeżerċitaw attivitajiet ta’ infermiera responsabbli għall-kura ġenerali fir-Rumanija, u li kienu responsabbli bis-sħiħ għall-ippjanar, għall-organizzazzjoni u għat-twettiq tal-kura tal-pazjenti bħala infermiera, għal perjodu ta’ mill-inqas 3 snin konsekuttivi matul il-5 snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat:

2. Fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li kienu mħarrġa bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali fir-Rumanija u li t-taħriġ tagħhom ma jissodisfax ir-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ stabbiliti fl-Artikolu 31, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala provi suffiċjenti:

 

(a) kwalunkwe prova tal-kwalifiki formali minn dawn li ġejjin bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, bil-kundizzjoni li l-prova tkun akkumpanjata minn ċertifikat li jiddikjara li dawk iċ-ċittadini tal-Istat Membru kienu effettivament u legalment qed jeżerċitaw attivitajiet ta’ infermiera responsabbli għall-kura ġenerali fir-Rumanija, u li kienu responsabbli bis-sħiħ għall-ippjanar, għall-organizzazzjoni u għat-twettiq tal-kura tal-pazjenti bħala infermiera, għal perjodu ta’ mill-inqas 3 snin konsekuttivi matul il-5 snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat:

Emenda  8

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2005/36/KE

Artikolu 33a – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Certificat de competențe profesionale de asistent medical generalist b’edukazzjoni postsekondarja miksuba minn școală postliceală, li jattesta taħriġ li beda qabel l-1 ta’ Jannar 2007;

(i) Certificat de competențe profesionale de asistent medical generalist b’edukazzjoni postsekondarja miksuba minn școală postliceală, li jattesta taħriġ li beda qabel l-1 ta’ Jannar 2007;

Emenda  9

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2005/36/KE

Artikolu 33a – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Diplomă de absolvire de asistent medical generalist bi studji ta’ edukazzjoni ogħla fi żmien qasir, li tattesta taħriġ li beda qabel l-1 ta’ Ottubru 2003;

(ii) Diplomă de absolvire de asistent medical generalist bi studji ta’ edukazzjoni ogħla fi żmien qasir, li tattesta taħriġ li beda qabel l-1 ta’ Ottubru 2003; jew

Emenda  10

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2005/36/KE

Artikolu 33a – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Diplomă de licență de asistent medical generalist bi studji ta’ edukazzjoni ogħla fi żmien twil, li tattesta taħriġ li beda qabel l-1 ta’ Ottubru 2003.

(iii) Diplomă de licență de asistent medical generalist bi studji ta’ edukazzjoni ogħla fi żmien twil, li tattesta taħriġ li beda qabel l-1 ta’ Ottubru 2003;

Emenda  11

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2005/36/KE

Artikolu 33a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-prova tal-kwalifiki formali li ġejja bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali:

 

(a) il-prova tal-kwalifiki formali msemmija fil-paragrafu 2, kif ukoll il-prova tal-kwalifiki formali ta’ livell postsekondarju elenkata fl-Artikolu 4 tal-Ordni Nru 5114/2014 tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali dwar l-approvazzjoni tal-metodoloġija għall-organizzazzjoni, għat-twettiq u għat-tlestija tal-programm ta’ aġġornament speċjali għat-taħriġ inizjali ta’ infermiera responsabbli għall-kura ġenerali miksub qabel l-1 ta’ Jannar 2007 għall-gradwati tal-edukazzjoni postsekondarja (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija Nru 5 tas-6 ta’ Jannar 2015), sakemm tali prova tkun akkumpanjata minn waħda minn dawn li ġejjin:

(b) kwalunkwe prova tal-kwalifiki formali elenkata fil-punti (ii) u (iii) tal-punt (a), sakemm tali prova tkun akkumpanjata mill-provi li ġejjin ta’ kwalifika formali miksuba abbażi ta’ programm ta’ aġġornament speċjali:

(b) il-prova tal-kwalifiki formali miksuba abbażi ta’ programm ta’ aġġornament speċjali:

 

(i) Diplomă de licență imsemmija fl-Artikolu 3(2) tal-Ordni Konġunta Nru 4317/943/2014 tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali u tal-Ministru għas-Saħħa tal-11 ta’ Awwissu 2014 dwar l-approvazzjoni tal-programm ta’ aġġornament speċjali għat-taħriġ inizjali ta’ infermiera responsabbli għall-kura ġenerali miksub qabel l-1 ta’ Jannar 2007 għall-gradwati tal-edukazzjoni postsekondarja u tal-edukazzjoni għolja (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija Nru 624 tas-26 ta’ Awwissu 2014), flimkien ma’ suppliment għad-diploma li jiddikjara li l-istudent ikun lesta l-programm ta’ aġġornament speċjali, jew

Diplomă de licență imsemmija fl-Artikolu 3(2) tal-Ordni Konġunta Nru 4317/943/2014 tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali u tal-Ministru għas-Saħħa tal-11 ta’ Awwissu 2014 dwar l-approvazzjoni tal-programm ta’ aġġornament speċjali għat-taħriġ inizjali ta’ infermiera responsabbli għall-kura ġenerali miksub qabel l-1 ta’ Jannar 2007 għall-gradwati tal-edukazzjoni postsekondarja u tal-edukazzjoni għolja (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija Nru 624 tas-26 ta’ Awwissu 2014), flimkien ma’ suppliment għad-diploma li jiddikjara li l-istudent ikun lesta l-programm ta’ aġġornament speċjali, jew

 

(c) kwalunkwe prova tal-kwalifiki formali ta’ livell postsekondarju elenkata fl-Artikolu 4 tal-Ordni Nru 5114/2014 tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali dwar l-approvazzjoni tal-metodoloġija għall-organizzazzjoni, għat-twettiq u għat-tlestija tal-programm ta’ aġġornament speċjali għat-taħriġ inizjali ta’ infermiera responsabbli għall-kura ġenerali miksub qabel l-1 ta’ Jannar 2007 għall-gradwati tal-edukazzjoni postsekondarja (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija Nru 5 tas-6 ta’ Jannar 2015), dment li tali prova tkun akkumpanjata mill-evidenza li ġejja ta’ kwalifika formali miksuba abbażi ta’ programm ta’ aġġornament speċjali:

(ii) Certificatul de revalorizare a competențelor profesionale imsemmi fl-Artikolu 3(1) u fl-Anness 3 tal-Ordni Konġunta tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali u tal-Ministru għas-Saħħa Nru 4317/943/2014 tal-11 ta’ Awwissu 2014 u fl-Artikolu 16 tal-Ordni Nru 5114/2014 tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali dwar l-approvazzjoni tal-metodoloġija għall-organizzazzjoni, għat-twettiq u għat-tlestija tal-programm ta’ aġġornament speċjali għat-taħriġ inizjali ta’ infermiera responsabbli għall-kura ġenerali miksub qabel l-1 ta’ Jannar 2007 għall-gradwati tal-edukazzjoni postsekondarja (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija Nru 5 tas-6 ta’ Jannar 2015).”.

Certificatul de revalorizare a competențelor profesionale imsemmi fl-Artikolu 3(1) u fl-Anness 3 tal-Ordni Konġunta tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali u tal-Ministru għas-Saħħa Nru 4317/943/2014 tal-11 ta’ Awwissu 2014 u fl-Artikolu 16 tal-Ordni Nru 5114/2014 tal-Ministru għall-Edukazzjoni Nazzjonali dwar l-approvazzjoni tal-metodoloġija għall-organizzazzjoni, għat-twettiq u għat-tlestija tal-programm ta’ aġġornament speċjali għat-taħriġ inizjali ta’ infermiera responsabbli għall-kura ġenerali miksub qabel l-1 ta’ Jannar 2007 għall-gradwati tal-edukazzjoni postsekondarja (il-Ġurnal Uffiċjali tar-Rumanija Nru 5 tas-6 ta’ Jannar 2015).”;

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 33a jingħaqad mal-paragrafu 2.

 

Emenda  12

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2005/36/KE

Artikolu 33b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 33b

 

Validità tad-drittijiet miksuba speċifiċi għall-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija rikonoxxuti skont is-sistema ġenerali għar-rikonoxximent qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja]

 

L-Istati Membri ospitanti għandhom jiggarantixxu l-validità tar-rikonoxximent tal-kwalifika Rumena bħala infermier responsabbli għall-kura ġenerali mogħtija skont l-Artikoli 10 sa 14 ta’ din id-Direttiva qabel … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva emendatorja] fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li kienu mħarrġa bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali fir-Rumanija u li ma ssodisfawx ir-rekwiżiti ta’:

 

(a)  l-Artikolu 33(a) ta’ din id-Direttiva fil-verżjoni fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007, jew

 

(b)  l-Artikolu 33(a) ta’ din id-Direttiva, kif emendata bid-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132).”;

Emenda  13

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa ... [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data: sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Emenda  14

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

Emenda  15

 

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

 

 


NOTA SPJEGATTIVA

Rikonoxximent rapidu u effiċjenti tal-kwalifiki professjonali għall-aċċess għall-professjonijiet regolati huwa essenzjali biex il-libertajiet fundamentali tas-suq intern jaħdmu għaċ-ċittadini tal-UE. Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali li l-kwalifiki tagħhom ma ssodisfawx ir-rekwiżiti minimi ta’ taħriġ mal-adeżjoni, ir-Rumanija stabbiliet programm ta’ aġġornament wara rakkomandazzjoni introdotta fil-premessa 36 tad-Direttiva 2013/55/UE li emendat id-Direttiva 2005/36/KE. Ir-Rumanija għalhekk żgurat li l-livelli ta’ taħriġ tal-infermiera jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi skont id-Direttiva 2005/36/UE. Il-proposta tal-Kummissjoni hija ta’ natura teknika u hija konsistenti ma’ approċċ simili li ttieħed fil-passat fil-każ tal-infermiera u l-qwiebel fil-Polonja.

 

Ir-Rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni, li se tippermetti lill-gradwati tal-programm ta’ aġġornament Rumen biex jibbenefikaw minn drittijiet miksuba mingħajr il-ħtieġa li jagħtu prova ta’ esperjenza professjonali. L-abbozz ta’ rapport fih biss bidliet tekniċi biex tittejjeb iċ-ċarezza tat-test, mingħajr ma tiġi mmodifikata s-sustanza.


ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM

Skont l-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura, ir-rapporteur jiddikjara li rċieva kontribut mingħand l-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

Kap ta’ Tim, DĠ GROW, Kummissjoni Ewropea

 

Il-lista ta’ hawn fuq hija mfassla taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda u korrezzjoni tad-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tal-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija

Referenzi

COM(2023)0502 – C9-0324/2023 – 2023/0307(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

1.9.2023

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

2.10.2023

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

2.10.2023

CULT

2.10.2023

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

EMPL

19.9.2023

CULT

19.9.2023

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Adam Bielan

25.9.2023

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.10.2023

 

 

 

Data tal-adozzjoni

28.11.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andrus Ansip, Pablo Arias Echeverría, Laura Ballarín Cereza, Alessandra Basso, Adam Bielan, Biljana Borzan, Vlad-Marius Botoş, Anna Cavazzini, Dita Charanzová, Deirdre Clune, David Cormand, Sandro Gozi, Virginie Joron, Eugen Jurzyca, Włodzimierz Karpiński, Arba Kokalari, Marcel Kolaja, Kateřina Konečná, Andrey Kovatchev, Jean-Lin Lacapelle, Antonius Manders, Beata Mazurek, Leszek Miller, Anne-Sophie Pelletier, Miroslav Radačovský, René Repasi, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Róża Thun und Hohenstein, Tom Vandenkendelaere, Kim Van Sparrentak, Marion Walsmann

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Guerreiro, Ivars Ijabs, Kosma Złotowski, Marco Zullo

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

João Albuquerque, Petar Vitanov, Stefania Zambelli

Data tat-tressiq

30.11.2023

 


VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

39

+

ECR

Adam Bielan, Eugen Jurzyca, Beata Mazurek, Kosma Złotowski

ID

Alessandra Basso

NI

Miroslav Radačovský

PPE

Pablo Arias Echeverría, Deirdre Clune, Włodzimierz Karpiński, Arba Kokalari, Andrey Kovatchev, Antonius Manders, Andreas Schwab, Tomislav Sokol, Ivan Štefanec, Tom Vandenkendelaere, Marion Walsmann, Stefania Zambelli

Renew

Andrus Ansip, Vlad-Marius Botoş, Dita Charanzová, Sandro Gozi, Ivars Ijabs, Róża Thun und Hohenstein, Marco Zullo

S&D

João Albuquerque, Laura Ballarín Cereza, Biljana Borzan, Leszek Miller, René Repasi, Christel Schaldemose, Petar Vitanov

The Left

Kateřina Konečná, Anne-Sophie Pelletier

Verts/ALE

Anna Cavazzini, David Cormand, Francisco Guerreiro, Marcel Kolaja, Kim Van Sparrentak

 

0

-

 

 

 

2

0

ID

Virginie Joron, Jean-Lin Lacapelle

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Diċembru 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza