RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì

29.1.2024 - (11667/2023 – C9‑0466/2023 – 2023/0259(NLE)) - ***

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Samira Rafaela

Proċedura : 2023/0259(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0011/2024
Testi mressqa :
A9-0011/2024
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì

(0000/2023 – C9‑0000/2023 – 2023/0259(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11667/2023),

 wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì (11668/2023),

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Dispożizzjonijiet dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli li tinsab fil-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì, li hija mehmuża mal-Ftehim.

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C9-0466/2023),

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta’ ...[1] dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0011/2024),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika taċ-Ċilì.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi tal-UE maċ-Ċilì bħalissa huma rregolati mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-2002. Madankollu, id-dinja nbidlet b’mod konsiderevoli mill-2002, u r-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment bejn l-UE u ċ-Ċilì baqgħu taħt il-potenzjal tagħhom f’dawn l-aħħar snin. Għalhekk, l-UE u ċ-Ċilì bdew negozjati dwar il-modernizzazzjoni tal-ftehim fl-2017 sabiex iġibu l-ftehim f’konformità mal-aktar standards avvanzati u jisfruttaw il-potenzjali mhux sfruttati. In-negozjati dwar il-parti tal-kummerċ ġew konklużi fil-livell tekniku f’Ottubru 2021. Il-ftehim fil-prinċipju dwar il-Ftehim Qafas Avvanzat (AFA) il-ġdid bejn l-UE u ċ-Ċilì u l-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ (ITA) tħabbar fid-9 ta’ Diċembru 2022.

L-AFA jikkonsisti f’parti politika u ta’ kooperazzjoni u parti kummerċjali u ta’ investiment, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-liberalizzazzjoni tal-investiment u l-protezzjoni tal-investiment. It-test maqbul għaddej minn proċess ta’ ratifika fuq żewġ binarji. Peress li l-AFA b’mod kumplessiv fih dispożizzjonijiet dwar oqsma ta’ politika li għalihom l-UE tikkondividi l-kompetenza mal-Istati Membri tal-UE, bħall-protezzjoni tal-investiment, dan se jiġi ppreżentat mhux biss lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni iżda wkoll lill-Istati Membri kollha tal-UE għar-ratifika f’konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom. B’mod parallel mal-AFA, l-ITA, li fih biss id-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ u l-investiment tal-AFA li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE, ġie propost għall-iffirmar u l-konklużjoni fi proċedura ta’ ratifika tal-UE biss. L-ITA jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, segwita mill-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni. Ladarba l-AFA jidħol fis-seħħ, l-ITA jiskadi awtomatikament.

 

Iċ-Ċilì huwa wieħed mill-pajjiżi l-aktar prosperi u industrijalizzati tal-Amerka Latina. Għandu ekonomija miftuħa ħafna, li tiddependi ħafna fuq il-kummerċ internazzjonali. Iċ-Ċilì huwa t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fl-Amerka Latina, filwaqt li għaċ-Ċilì, l-UE kumplessivament hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tiegħu u l-akbar sors ta’ investiment dirett barrani tiegħu.

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni eżistenti wassal għal żieda sinifikanti fil-volumi ta’ kummerċ u investiment bejn l-UE u ċ-Ċilì mid-dħul fis-seħħ tiegħu fl-2003. Il-kummerċ bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċilì kiber b’142 fil-mija bejn l-2002 u l-2021. Madankollu, ir-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment baqgħu taħt il-potenzjal tagħhom f’dawn l-aħħar snin, peress li sadanittant iż-żewġ naħat ikkonkludew ftehimiet aktar avvanzati ma’ sħab oħra. B’riżultat ta’ dan, l-UE, li fil-perjodu 2003-2009 kienet l-ewwel sieħeb kummerċjali taċ-Ċilì, illum tinsab fit-tielet post (wara ċ-Ċina u l-Istati Uniti).

Il-Ftehim modernizzat se jippermetti liż-żewġ naħat iżidu b’mod qawwi l-kummerċ u l-investiment bilaterali tagħhom, peress li se joħloq opportunitajiet ġodda u żvilupp ta’ benefiċċju reċiproku fuq iż-żewġ naħat. Dan se jilliberalizza 96 fil-mija tal-linji tariffarji agrikoli li għadhom ma ġewx liberalizzati min-naħa taċ-Ċilì u 66 fil-mija min-naħa tal-UE, fuq perjodu massimu ta’ seba’ snin, inklużi l-kwoti tariffarji eżistenti għall-ġobon tal-UE u għaċ-ċereali pproċessati Ċileni. Dan se jirriżulta f’aktar minn 95 fil-mija tal-kummerċ bilaterali fil-merkanzija ħielsa mid-dazju. Għal prodotti sensittivi ħafna, l-esklużjonijiet se jkomplu japplikaw, inkluż għaz-zokkor fuq iż-żewġ naħat u għall-banana u r-ross fuq in-naħa tal-UE. Il-frott u l-ħxejjex taċ-Ċilì se jkomplu jkunu soġġetti għas-sistema ta’ prezzijiet ta’ dħul tal-UE. L-UE se tipprovdi aċċess addizzjonali għas-suq fil-forma ta’ żieda fil-kwoti mingħajr dazju għal-laħam tat-tjur, il-majjal, il-laħam tan-nagħaġ, iċ-ċanga, it-tewm u l-ħut ippreżervat fil-laned miċ-Ċilì. Kwoti ġodda bħal dawn għaċ-Ċilì se jinfetħu għaż-żejt taż-żebbuġa, il-preparazzjonijiet tal-frott u oġġetti oħra. Il-Ftehim se jipproteġi 216-il indikazzjoni ġeografika (IĠ) mill-UE fiċ-Ċilì u 18-il IĠ miċ-Ċilì fl-UE. Il-kummerċ bilaterali fil-prodotti industrijali kien diġà liberalizzat għalkollox fl-ambitu tal-ftehim attwali.

 

L-ITA fih ukoll kapitoli tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku dwar l-investiment u s-servizzi, li jiżguraw li l-investituri Ewropej jingħataw l-istess trattament bħal dawk Ċileni meta jistabbilixxu u joperaw in-negozji tagħhom fiċ-Ċilì, u viċi versa. Il-Ftehim jissalvagwardja d-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi li jirregolaw fl-interess pubbliku. Dan jinkludi d-dritt li jinżammu servizzi pubbliċi bħall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-ilma, jew li servizzi pprovduti privatament jiġu rritornati lis-settur pubbliku.

 

Ir-Rapporteur hija partikolarment sodisfatta li l-Kummissjoni semgħet it-talbiet tal-Parlament Ewropew għall-inklużjoni ta’ kapitolu ddedikat u awtonomu dwar il-kummerċ u l-ġeneru, l-ewwel darba li dan qatt sar fi ftehim kummerċjali tal-UE. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija wieħed mill-valuri ewlenin tal-UE, u trid tiġi avvanzata fl-istadji kollha u fil-politiki kollha. Dan il-kapitolu, b’impenji ambizzjużi, se jistabbilixxi preċedent ġdid għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE.

 

Il-Ftehim il-ġdid se jikkontribwixxi wkoll għal tranżizzjoni ekoloġika aktar ġusta u ekwa għaż-żewġ sħab. B’mod kruċjali, il-Ftehim se jiżgura aċċess mingħajr diskriminazzjoni għal materja prima kritika u enerġija nadifa, filwaqt li jikkontribwixxi għall-valur miżjud lokali fiċ-Ċilì. Il-kapitolu dwar l-enerġija u l-materja prima jipprojbixxi l-monopolji tal-esportazzjoni u l-importazzjoni u l-ipprezzar doppju, filwaqt li jippermetti liċ-Ċilì xi spazju ta’ politika biex jiffaċilita l-ħolqien ta’ setturi industrijali ġodda billi jistabbilixxi prezz domestiku aktar baxx f’ċerti limiti.

 

L-ITA jinkludi wkoll kapitolu komprensiv dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, li fih impenji ambizzjużi u vinkolanti dwar kwistjonijiet soċjali, tax-xogħol u ambjentali. Barra minn hekk, iċ-Ċilì u l-UE impenjaw ruħhom f’dikjarazzjoni konġunta li takkumpanja l-ITA li jirrieżaminaw il-ftehim hekk kif jidħol fis-seħħ sabiex jallinjawh mal-istandards ta’ sostenibbiltà l-aktar aġġornati, b’mod partikolari l-approċċ il-ġdid tal-UE dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. Dan se jiżgura li l-impenji dwar id-drittijiet soċjali u tax-xogħol, inklużi d-drittijiet indiġeni bħall-kunsens liberu, minn qabel u infurmat, kif ukoll l-istandards ambjentali jkunu infurzabbli b’mod aktar effettiv.

 

L-ITA se jippermetti lill-UE tikkonsolida u ssaħħaħ aktar ir-relazzjoni tagħha ma’ wieħed mill-aktar sħab importanti u affidabbli tagħha fl-Amerka Latina. Il-Ftehim juri li l-UE tista’ taħdem flimkien ma’ sħab tal-istess fehma biex tavvanza kummerċ ġust, sostenibbli u bbażat fuq il-valuri. Fi żmien meta l-ordni dinji multilaterali, li jinkludi l-kummerċ miftuħ u bbażat fuq ir-regoli, qed jiġi kkontestat dejjem aktar, dan il-ftehim huwa wkoll sinjal qawwi kontra t-tendenzi protezzjonisti u jippermetti liż-żewġ sħab jiddiversifikaw il-ktajjen tal-provvista tagħhom.

 

Il-Ftehim se jġib ir-relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment bejn l-UE u ċ-Ċilì f’konformità mal-istandards l-aktar avvanzati f’oqsma relatati ma’, fost l-oħrajn, il-protezzjoni ambjentali, id-drittijiet tax-xogħol, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-popli indiġeni. Dan se jelimina l-biċċa l-kbira tat-tariffi li fadal u se joħloq opportunitajiet ġodda sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli. Billi jiżgura trattament ugwali għall-investituri miż-żewġ naħat, il-Ftehim se jinċentiva aktar kumpaniji Ewropej biex jinvestu fiċ-Ċilì u viċi versa, inkluż f’setturi strateġiċi bħall-enerġiji rinnovabbli u l-materja prima.

 

Ir-Rapporteur għalhekk tirrakkomanda li tingħata l-approvazzjoni għal dan il-ftehim.


 

ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT MINGĦANDHOM

F’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura, ir-rapporteur tiddikjara li rċeviet kontribut mill-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

Mission of Chile to the European Union

Chilean Vice-Minister for Trade

Indigenous representative

DigitalEurope

BusinessEurope

European Climate Foundation

American Chamber of Commerce to the EU

EuroChambres

Copa-Cogeca

EUROBAT

International Labour Organization

Greenpeace

Oxfam

Human Rights Watch

European Raw Materials Alliance

Chilean Minister of Economy, Development and Tourism

Chilean Minister of Mining

Chilean Minister of Energy

Chilean Minister of Labour

Confederación de la Producción y del Comercio

Sociedad de Fomento Fabril

Cámara de Comercio de Santiago

Unión Nacional de Trabajadores

Central Autónoma de Trabajadores

Central Unitaria de Trabajadores

Diego Portales University

Comunidad de Organizaciones Solidarias

Observatorio Ciudadano

Centre for Intercultural Indigenous Studies

Feminist Lawyers’ Association

Andres Hurtado University

Chile’s Fair Trade Association

Chilean Minister Secretary General of the Presidency

Chilean Minister for Foreign Affairs

European Services Forum

Catholic University of Valparaíso-Chile

Women Economic Forum Chile

CELCAA

Chilean Senate representatives

Chilean Undersecretary of Foreign Affairs

President of Chile

Minister of Finance

Chilean Constitutional Convention representatives

Observatorio Nueva Constitución

Espacio Público, Rumbo Colectivo

Instituto de Estudios de la Sociedad

LEASUR

Rompiendo el Silencio

Directora Observatorio contra el Acoso Callejero

Universidad de Chile

Municipality of Peñalolén

Universidad de Santiago de Chile

 

Il-lista ta’ hawn fuq hija mfassla taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur.

 


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI (7.12.2023)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì

(COM2023/0435 – C9‑0000 – 2023/0259(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Francisco Guerreiro

 

 

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

 

Fit-13 ta’ Novembru 2017, il-Kunsill awtorizza l-ftuħ ta’ negozjati maċ-Ċilì għall-modernizzazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni (AA) eżistenti EU-Ċilì tal-2002. In-negozjati ġew konklużi fil-livell tekniku f’Ottubru 2021, u, wara xi diskussjonijiet bilaterali, il-kapitoli tal-ftehim ġew ippubblikati sad-9 ta’ Diċembru 2022, aġġornati bħala l-Ftehim Qafas Avvanzat (AFA) UE-Ċilì.

 

L-AFA fih elementi ta’ kompetenza kondiviża mal-Istati Membri, u konsegwentement se jiġi ppreżentat mhux biss lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni iżda wkoll lill-Istati Membri kollha tal-UE għar-ratifika. Sadanittant, id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għas-suq tal-kummerċ u l-investiment tal-AFA se jiġu ppreżentati għall-proċedura ta’ ratifika tal-UE biss, bħala Ftehim Kummerċjali Interim (ITA) taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE. Dan l-ITA jiskadi ladarba l-AFA jkun daħal fis-seħħ.

 

L-AFA jikseb livell għoli ta’ liberalizzazzjoni tat-tariffi min-naħa taċ-Ċilì, tant li 99,9 % tal-esportazzjonijiet tal-UE huma mingħajr tariffi. Madankollu, l-AFA jżomm esklużjonijiet għal prodotti sensittivi taż-żewġ partijiet, b’mod partikolari z-zokkor għall-UE u ċ-Ċilì, u r-ross u l-banana għall-UE. Aċċess addizzjonali għas-suq tal-UE jingħata biss fil-forma ta’ kwoti mingħajr dazju. L-AFA jirrazzjonalizza l-kwoti eżistenti mingħajr dazju mogħtija liċ-Ċilì għaċ-ċanga u l-laħam tan-nagħaġ, billi jneħħi r-rata ta’ tkabbir annwali u jiċċara l-ammonti fissi. Minbarra ż-żieda li tikkonċerna t-tjur, żidiet oħra fil-kwoti eżistenti mingħajr dazju tal-majjal, it-tewm u l-ħut tal-bott għadhom moderati. Il-Ftehim jipproteġi 216-il indikazzjoni ġeografika agroalimentari (IĠ) Ewropea u 18-il IĠ Ċilena oħra.

 

F’konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta’ Settembru 2017, il-Ftehim ifittex li jiżviluppa l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni eżistenti biż-żieda ta’ kapitolu ddedikat dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli (TSD). L-istandards ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Ftehim ta’ Pariġi jinsabu f’dan il-kapitolu dwar it-TSD u għalhekk għadhom mhumiex inklużi bħala elementi essenzjali tal-ftehim, soġġett għal sanzjonijiet skont il-kapitolu ġenerali dwar is-soluzzjoni tat-tilwim. Madankollu, il-kapitolu dwar it-TSD jimpenja liż-żewġ partijiet biex jimplimentaw b’mod effettiv il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali, u jipprevedi klawżola ta’ rieżami ġdida li bis-saħħa tagħha d-dispożizzjonijiet dwar it-TSD jistgħu jiġu riveduti biex jitqiesu l-istandards ambjentali u soċjali li qed jevolvu.

 

Il-Ftehim jinkludi kapitolu ddedikat dwar sistemi tal-ikel sostenibbli li se jservi bħala bażi għal kooperazzjoni mtejba bejn l-UE u ċ-Ċilì għat-tranżizzjoni lejn sistema tal-ikel sostenibbli, inkluża l-kooperazzjoni dwar ir-reżistenza antimikrobika u t-trattament xieraq tal-annimali. Iż-żewġ partijiet jimpenjaw ruħhom li jżommu l-projbizzjonijiet attwali tagħhom fuq l-użu tal-antibijotiċi bħala promoturi tat-tkabbir.

 

F’konformità mal-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hija meħtieġa l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew biex il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim.

 

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim.

 

 

*******

 

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitati responsabbli, biex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta għal-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì.


 

ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNI
LI R-RAPPORTEUR GĦAL OPINJONI RĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM

Ir-rapporteur għal opinjoni jiddikjara, taħt ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu, li ma rċieva l-ebda kontribut minn entità jew persuna li jrid jissemma f’dan l-Anness f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura.

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì

Referenzi

2023/0259(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Francisco Guerreiro

19.9.2023

Eżami fil-kumitat

25.10.2023

 

 

 

Data tal-adozzjoni

7.12.2023

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

9

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mazaly Aguilar, Clara Aguilera, Carmen Avram, Benoît Biteau, Franc Bogovič, Daniel Buda, Asger Christensen, Ivan David, Jérémy Decerle, Herbert Dorfmann, Luke Ming Flanagan, Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Martin Hlaváček, Camilla Laureti, Gilles Lebreton, Norbert Lins, Colm Markey, Marlene Mortler, Ulrike Müller, Juozas Olekas, Bert-Jan Ruissen, Anne Sander

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Claude Gruffat, Peter Jahr, Gabriel Mato, Dan-Ştefan Motreanu, Michaela Šojdrová, Thomas Waitz

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vlad Gheorghe, Eric Minardi

 


 

VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ECR

Mazaly Aguilar, Bert-Jan Ruissen

PPE

Franc Bogovič, Herbert Dorfmann, Peter Jahr, Norbert Lins, Colm Markey, Gabriel Mato, Marlene Mortler, Dan-Ştefan Motreanu, Michaela Šojdrová

Renew

Asger Christensen, Vlad Gheorghe, Martin Hlaváček, Ulrike Müller

S&D

Clara Aguilera, Carmen Avram, Camilla Laureti, Juozas Olekas

 

9

-

ID

Ivan David, Gilles Lebreton, Eric Minardi

PPE

Anne Sander

Renew

Jérémy Decerle

The Left

Luke Ming Flanagan

Verts/ALE

Benoît Biteau, Claude Gruffat, Martin Häusling

 

3

0

PPE

Daniel Buda

Verts/ALE

Francisco Guerreiro, Thomas Waitz

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 


 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì

Referenzi

11667/2023 – C9-0466/2023 – 2023/0259(NLE)

Data tal-konsultazzjoni jew tat-talba għal approvazzjoni

14.12.2023

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

25.1.2024

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

25.1.2024

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Samira Rafaela

19.7.2023

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.11.2023

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.1.2024

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Barry Andrews, Tiziana Beghin, Saskia Bricmont, Jordi Cañas, Daniel Caspary, Markéta Gregorová, Roman Haider, Heidi Hautala, Karin Karlsbro, Miapetra Kumpula-Natri, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Margarida Marques, Gabriel Mato, Sara Matthieu, Emmanuel Maurel, Carles Puigdemont i Casamajó, Samira Rafaela, Inma Rodríguez-Piñero, Ernő Schaller-Baross, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Sven Simon, Dominik Tarczyński, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Jörgen Warborn, Jan Zahradil, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michiel Hoogeveen, Włodzimierz Karpiński, Liudas Mažylis

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Hildegard Bentele, Izaskun Bilbao Barandica, Paolo Borchia, Antonio Maria Rinaldi, Domènec Ruiz Devesa, Lucia Vuolo

Data tat-tressiq

29.1.2024

 


 

VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ECR

Michiel Hoogeveen, Dominik Tarczyński, Jan Zahradil

ID

Paolo Borchia, Danilo Oscar Lancini, Antonio Maria Rinaldi

NI

Tiziana Beghin, Carles Puigdemont i Casamajó, Ernő Schaller-Baross

PPE

Hildegard Bentele, Daniel Caspary, Włodzimierz Karpiński, Gabriel Mato, Liudas Mažylis, Sven Simon, Lucia Vuolo, Jörgen Warborn, Juan Ignacio Zoido Álvarez

Renew

Barry Andrews, Izaskun Bilbao Barandica, Jordi Cañas, Karin Karlsbro, Samira Rafaela, Marie-Pierre Vedrenne

S&D

Miapetra Kumpula-Natri, Bernd Lange, Margarida Marques, Inma Rodríguez-Piñero, Domènec Ruiz Devesa, Joachim Schuster, Kathleen Van Brempt

 

4

-

The Left

Emmanuel Maurel, Helmut Scholz

Verts/ALE

Saskia Bricmont, Sara Matthieu

 

3

0

ID

Roman Haider

Verts/ALE

Markéta Gregorová, Heidi Hautala

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Frar 2024
Avviż legali - Politika tal-privatezza