RAPPORT INTERIM dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra
30.1.2024 - (COM(2023)0432 – C9‑0467/2023 – 2023/0260R(NLE))
Kumitat għall-Affarijiet Barranin
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteurs: María Soraya Rodríguez Ramos, Samira Rafaela
- MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
- NOTA SPJEGATTIVA
- ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEURS IRĊEVEW KONTRIBUT MINGĦANDHOM
- OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI
- INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
- VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra
(COM(2023)0432 – C9‑0467/2023 – 2023/0260R(NLE))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2023)0432),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Dispożizzjonijiet dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli li tinsab fil-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, li hija mehmuża mal-Ftehim Qafas Avvanzat,
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì,
– wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u ċ-Ċilì, min-naħa l-oħra[1], li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2005, u li se jiġi sostitwit mill-Ftehim Qafas Avvanzat,
– wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Inbid u l-Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Ispirti u x-Xorb Aromatizzat, li qabel kienu annessi mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u se jiġu inkorporati fil-Ftehim Qafas Avvanzat,
– wara li kkunsidra d-direttivi ta’ negozjati tat-13 ta’ Novembru 2017 għan-negozjati dwar Ftehim ta’ Assoċjazzjoni modernizzat maċ-Ċilì maħruġa mill-Kunsill u ppubblikati fit-22 ta’ Jannar 2018,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 2018 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar in-negozjati rigward il-modernizzazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ċilì[2],
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar in-negozjati rigward il-modernizzazzjoni tal-pilastru tal-kummerċ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ċilì[3],
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-20 ta’ Ġunju 2023 intitolata “Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika” (JOIN(2023)2020),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-7 ta’ Ġunju 2023 intitolata “Aġenda Ġdida għar-Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew” (JOIN(2023)0017),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2022 intitolata “Is-saħħa tas-sħubiji tal-kummerċ: flimkien għal tkabbir ekonomiku ekoloġiku u ġust” (COM(2022)0409),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 intitolata “Il-Portal Globali” (JOIN(2021)0030),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2021 intitolata “Rieżami tal-Politika Kummerċjali - Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva” (COM(2021)0066),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 intitolata “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar l-eżitu tar-rieżami tal-Kummissjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ 15-il Punt dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli[4],
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar il-futur tal-politika ta’ investiment internazzjonali tal-UE[5],
– wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Impatt tal-24 ta’ Mejju 2017 li takkumpanja r-Rakkomandazzjoni Konġunta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex jiftħu negozjati u jinnegozjaw Ftehim ta’ Assoċjazzjoni modernizzat mar-Repubblika taċ-Ċilì (SWD(2017)0173),
– wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Impatt għas-Sostenibbiltà tas-7 ta’ Mejju 2019 b’Appoġġ għan-Negozjati għall-Modernizzazzjoni tal-Parti Kummerċjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni maċ-Ċilì,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit 2023 bejn l-UE u l-Komunità ta’ Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC) li sar fi Brussell fis-17 u t-18 ta’ Lulju 2023,
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni magħmula mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen mal-President Ċilen Gabriel Boric tal-14 ta’ Ġunju 2023,
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni ES-11/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-2 ta’ Marzu 2022 intitolata “L-aggressjoni kontra l-Ukrajna”,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal tal-2022,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Ftehim ta’ Pariġi, adottati waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, fit-12 ta’ Diċembru 2015,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP),
– wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), b’mod partikolari l-Konvenzjoni 169 tal-ILO dwar il-Popli Indiġeni u Tribali,
– wara li kkunsidra l-konklużjonijiet taż-żjarat fiċ-Ċilì ta’ żewġ delegazzjonijiet ad hoc tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fid-19 u l-20 ta’ Ġunju 2023, u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali mit-23 sal-25 ta’ Mejju 2022,
– wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar Sħubija Strateġika dwar Ktajjen tal-Valur Sostenibbli tal-Materja Prima, iffirmat fi Brussell fit-18 ta’ Lulju 2023,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Ministri għall-affarijiet interni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Ministri responsabbli għal kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-Istati Membri tal-Kumitat Latin-Amerikan għas-Sigurtà Interna (Dikjarazzjoni Konġunta UE-CLASI) tat-28 ta’ Settembru 2023,
– wara li kkunsidra l-istrateġija nazzjonali għall-litju ppreżentata mill-Gvern Ċilen fl-20 ta’ April 2023,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b’mod partikolari t-Titolu V tiegħu dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni,
– wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 91, 100(2), 207 u 212 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 105(5) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
– wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0017/2024),
A. billi l-instabbiltà internazzjonali attwali tenfasizza l-ħtieġa li l-UE tagħti ħajja ġdida lis-sħubijiet tagħha ma’ pajjiżi demokratiċi u tal-istess fehma li jħaddnu l-istess valuri sabiex issaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha, tiddiversifika l-katini tal-provvista tagħha, tiżgura aċċess għall-materja prima kritika u tikkoopera fil-fora multilaterali kollha biex tipproteġi l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli abbażi tal-paċi, l-istat tad-dritt u l-iżvilupp sostenibbli;
B. billi ċ-Ċilì u l-UE huma sħab mill-qrib biex jindirizzaw l-isfidi reġjonali u globali u huma magħquda minn valuri kondiviżi universali bħad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u rabtiet kulturali, ekonomiċi u politiċi; billi ċ-Ċilì huwa sieħeb affidabbli u importanti ħafna tal-UE;
C. billi l-Ftehim Qafas Avvanzat modernizzat UE-Ċilì (“il-Ftehim”) jippromwovi valuri u prinċipji komuni, għandu l-potenzjal li jsaħħaħ b’mod konsiderevoli l-kooperazzjoni bejn iċ-Ċilì u l-UE, jestendiha għal oqsma ġodda, u li joffri appoġġ reċiproku biex jiġu indirizzati sfidi globali ġodda;
D. billi żewġ proġetti kbar maċ-Ċilì qed jiġu implimentati bħala parti mill-istrateġija tal-Global Gateway tal-UE: l-inizjattiva Tim Ewropa għall-iżvilupp tal-idroġenu rinnovabbli fiċ-Ċilì, b’baġit inizjali ta’ EUR 225 miljun; u l-inizjattiva għall-iżvilupp ta’ ktajjen tal-valur tal-materja prima kritika għal-litju u r-ram;
E. billi laqgħa ministerjali bejn l-UE u l-Kumitat Latin-Amerikan għas-Sigurtà Interna (CLASI), li ċ-Ċilì huwa membru tiegħu, saret fi Brussell fit-28 ta’ Settembru 2023, u din wasslet għall-adozzjoni ta’ dikjarazzjoni konġunta dwar il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà u l-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga;
F. billi l-UE hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali taċ-Ċilì u hija l-akbar sors ta’ investiment dirett barrani tiegħu; billi l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ċilì, li ilu fis-seħħ mill-2003, espanda b’mod sinifikanti l-kummerċ bilaterali u issa jeħtieġ li jiġi modernizzat sabiex jinġieb f’konformità mal-istandards internazzjonali; billi l-UE u ċ-Ċilì jikkondividu impenn li jippromwovu sistema kummerċjali multilaterali miftuħa, sostenibbli, ibbażata fuq ir-regoli u l-valuri li għandha fil-qalba tagħha l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO);
G. billi ċ-Ċilì huwa wieħed mill-aktar ekonomiji miftuħa tad-dinja u jiddependi ħafna fuq il-kummerċ internazzjonali; billi ċ-Ċilì għandu waħda mill-aktar ekonomiji prosperi tal-Amerka Latina, filwaqt li l-inugwaljanza soċjoekonomika għadha għolja;
H. billi l-aħħar rapporti tan-NU jindikaw[6] li s-sehem tal-Amerka Latina u tal-Karibew fl-esportazzjonijiet globali tal-manifattura ma qabiżx 5 % f’dawn l-aħħar 20 sena, u dan juri li r-reġjun għandu defiċit kummerċjali persistenti u li qed jikber fl-esportazzjonijiet tal-manifattura;
I. billi ċ-Ċilì għandu wħud mill-aħjar kundizzjonijiet naturali madwar id-dinja għall-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku; billi l-Gvern taċ-Ċilì adotta strateġija ambizzjuża għall-idroġenu ekoloġiku li għandha l-għan li tagħmel miċ-Ċilì wieħed mill-aqwa produtturi tal-idroġenu ekoloġiku fid-dinja;
J. billi l-litju huwa materja prima strateġika; billi ċ-Ċilì huwa t-tieni l-akbar produttur tal-litju fid-dinja u għandu l-akbar riżervi tal-litju madwar id-dinja; billi ċ-Ċilì diġà huwa l-akbar fornitur tal-litju għall-UE b’distakk qawwi mill-pajjiżi l-oħra; billi ċ-Ċilì huwa wkoll l-akbar produttur dinji tar-ram; billi l-Gvern Ċilen adotta strateġija ambizzjuża għal-litju bl-għan li tiżdied il-produzzjoni tal-litju taċ-Ċilì; billi huwa fl-interess kemm taċ-Ċilì kif ukoll tal-UE li titrawwem il-kapaċità taċ-Ċilì li jibni l-kapaċità industrijali domestika tiegħu stess f’dan is-settur, b’mod partikolari billi jiġġenera valur miżjud permezz tal-ipproċessar domestiku u t-trasformazzjoni tal-materja prima;
K. billi l-agrikoltura u l-estrazzjoni huma setturi ewlenin għall-ekonomija Ċilena; billi l-valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibbiltà indikat li l-estrazzjoni tal-litju fiċ-Ċilì hija kkonċentrata f’reġjuni skarsi tal-ilma, żoni li fil-biċċa l-kbira huma popolati minn komunitajiet rurali u indiġeni; billi żieda mhux ikkontrollata u mhux sostenibbli fil-produzzjoni tal-minjieri u tal-agrikoltura jista’ jkollha impatti negattivi; billi dawn ir-riskji jridu jiġu indirizzati bir-reqqa u mmonitorjati mill-qrib;
L. billi l-politiki kummerċjali u ta’ investiment għandhom jikkontribwixxu biex l-istandards soċjali, ambjentali u tat-trattament xieraq tal-annimali jogħlew u jiżguraw ir-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, inklużi l-komunitajiet lokali u d-drittijiet tal-popli indiġeni, id-dritt għal ikel u ilma adegwat u d-drittijiet tal-bdiewa u ta’ persuni oħra li jaħdmu fiż-żoni rurali; billi l-approċċ tal-UE għall-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali tax-xogħol tal-ILO u tal-Ftehim ta’ Pariġi;
M. billi l-UE rriformat id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment, issostitwiet il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim bis-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment u nediet negozjati multilaterali għal qorti tal-investiment, li huma passi sinifikanti fid-direzzjoni t-tajba għal politika ta’ investiment modernizzata u sostenibbli; billi s-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment se tissostitwixxi t-trattati bilaterali antiki dwar il-protezzjoni tal-investiment li ċ-Ċilì kkonkluda ma’ 16-il Stat Membru tal-UE;
N. billi l-Kunsill ippubblika s-sett sħiħ ta’ direttivi ta’ negozjati għall-Ftehim, għall-ewwel darba għal din ix-xorta ta’ ftehim li jkopri kwistjonijiet politiċi u kummerċjali, u b’hekk wieġeb għas-sejħiet għal aktar trasparenza u komunikazzjoni aħjar tal-kontenut u l-objettivi tan-negozjati;
Il-kooperazzjoni bireġjonali
1. Jenfasizza s-sinifikat ġeopolitiku ta’ relazzjonijiet bireġjonali b’saħħithom bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerka Latina u l-Karibew, u l-importanza politika ta’ relazzjonijiet bilaterali robusti bejn l-UE u ċ-Ċilì bbażati fuq, fost l-oħrajn, il-modernizzazzjoni tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni; jenfasizza l-valur ġeopolitiku tal-Ftehim fid-dawl tal-preżenza ta’ atturi oħra, bħaċ-Ċina;
2. Jilqa’ s-Summit UE-CELAC ta’ Lulju 2023 u l-impenn biex din is-sħubija strateġika tkompli tiġi approfondita abbażi ta’ valuri u prinċipji kondiviżi kif ukoll fuq rabtiet storiċi, lingwistiċi, kulturali u soċjali; jisħaq fuq is-sinifikat ta’ djalogu bireġjonali u japprezza r-rwol kostruttiv taċ-Ċilì f’dan id-djalogu bireġjonali, kif ukoll fil-livell multilaterali;
3. Jenfasizza li l-istrateġija tal-UE għall-Amerka Latina u l-Karibew jeħtieġ li tiġi implimentata malajr fuq il-bażi tal-prijoritajiet konġunti; jenfasizza l-importanza li jingħaqdu l-forzi mal-pajjiżi tas-CELAC biex jiġu promossi u garantiti l-paċi u s-sigurtà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp, kif ukoll jiġu indirizzati sfidi globali bħat-tibdil fil-klima, il-kriżi tal-bijodiversità, il-migrazzjoni, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-korruzzjoni;
4. Jilqa’ t-tħabbira ta’ pakkett finanzjarju ta’ EUR 45 biljun biex jappoġġja tranżizzjoni ekoloġika ġusta, trasformazzjoni diġitali inklużiva, żvilupp tal-bniedem u reżiljenza tas-saħħa fl-Amerka Latina u l-Karibew, u b’mod partikolari jilqa’ l-fatt li l-proġett għall-iżvilupp tal-Fond għall-Idroġenu Ekoloġiku fiċ-Ċilì għamel progress sinifikanti; jappella għall-implimentazzjoni rapida tal-aġenda ta’ investiment tal-Global Gateway tal-UE fl-Amerka Latina u fil-Karibew abbażi tal-approċċ ta’ Tim Ewropa;
5. Jinnota li l-appoġġ tas-sħab fl-Amerka Latina u l-Karibew kien u għadu siewi ħafna rigward il-votazzjoni fl-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata, mhux provokata u illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna; jilqa’ l-fatt li ċ-Ċilì vvota favur ir-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU li jikkundannaw l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; japprezza l-għajnuna umanitarja pprovduta miċ-Ċilì lill-Ukrajna kif ukoll id-disponibbiltà ta’ speċjalisti Ċileni li jipparteċipaw fit-tneħħija tal-mini fit-territorji tal-Ukrajna; iħeġġeġ liċ-Ċilì jadotta huwa wkoll il-miżuri restrittivi adottati mill-pajjiżi tal-Punent kontra r-Russja;
Id-djalogu politiku u l-kooperazzjoni settorjali
6. Jenfasizza l-fatt li ċ-Ċilì huwa sieħeb ewlieni tal-UE fl-Amerka Latina u l-Karibew u jikkondividi valuri demokratiċi u ħafna interessi komuni mal-UE;
7. Jinnota li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ċilì tal-2002 kien storja ta’ suċċess, peress li jipprovdi qafas legali ċar għal djalogi regolari u jippermetti diskussjoni dwar ħafna oqsma ta’ interess komuni;
8. Jinnota b’sodisfazzjon li l-Ftehim jirrifletti ħafna mir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament maħruġa qabel in-negozjati tal-Ftehim;
9. Jilqa’ l-fatt li d-diplomazija parlamentari hija rikonoxxuta bħala pilastru tad-djalogu politiku maċ-Ċilì; ifaħħar ir-rwol ewlieni taċ-Ċilì fil-Parlament Andin kif ukoll fl-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana;
10. Jissottolinja l-importanza, fil-kuntest tal-Ftehim, tal-ġlieda kontra kull xorta ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u li jinqerdu b’mod effettiv id-diskriminazzjoni ekonomika u kwalunkwe diskriminazzjoni kontra l-popli indiġeni, il-ħaddiema migranti, il-persuni b’diżabbiltà, il-persuni LGBTI fost l-oħrajn, u kwalunkwe persuna vulnerabbli oħra; jilqa’ l-fatt li l-Ftehim fih dispożizzjonijiet robusti dwar il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; jissottolinja l-importanza tal-infurzabbiltà tal-impenji tad-drittijiet tal-bniedem;
11. Itenni l-importanza tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali bħall-UNDRIP u l-Konvenzjoni 169 tal-ILO, inkluż ir-rispett tal-kunsens liberu, minn qabel u infurmat (FPIC) tal-komunitajiet lokali u tal-popli indiġeni;
12. Jissottolinja l-importanza tar-rispett u l-ħarsien tad-dritt għal-libertà ta’ għaqda; jisħaq, f’dan ir-rigward, li r-rwol tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-informaturi, fost l-oħrajn, huwa kruċjali u jeħtieġ li jiġi protett;
13. Jissottolinja li l-Ftehim għandu l-potenzjal li jsaħħaħ b’mod konsiderevoli l-kooperazzjoni bejn iċ-Ċilì u l-UE u jmexxiha lejn oqsma ġodda li jvarjaw miċ-ċiberkriminalità, u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, għall-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet polari;
14. Jilqa’ l-fatt li l-Ftehim jipprevedi kooperazzjoni politika msaħħa dwar kwistjonijiet barranin u ta’ sigurtà fost sfidi ġeopolitiċi, b’mod partikolari rigward il-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva;
15. Jissottolinja li l-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali hija pilastru ewlieni tal-aġenda tal-UE għas-sigurtà u d-difiża; jilqa’ t-tnedija tad-djalogu bilaterali UE-Ċilì dwar is-Sigurtà u d-Difiża; jitlob għall-approfondiment tal-kooperazzjoni dwar id-difiża u s-sigurtà maċ-Ċilì, inkluż fil-qafas tal-Boxxla Strateġika; japprezza l-parteċipazzjoni taċ-Ċilì mill-2004 fl-operazzjoni militari ta’ ġestjoni tal-kriżijiet fil-Bożnija-Ħerzegovina (Operazzjoni Althea);
16. Jirrimarka li l-Partijiet qablu li jikkooperaw u li jsir skambju tal-fehmiet fl-oqsma tal-migrazzjoni regolari u irregolari; iqis li l-iskambju tal-aħjar prattiki huwa għodda utli ħafna; jinnota li ċ-Ċilì huwa destinazzjoni ewlenija għall-migranti minn pajjiżi oħra tal-Amerika Latina, b’mod partikolari l-Venezwela; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Gvern Ċilen biex jintegra b’suċċess il-popolazzjoni tal-migranti; jirrikonoxxi r-rwol importanti taċ-Ċilì bħala l-President Pro Tempore tal-Proċess ta’ Quito li jikkoordina rispons reġjonali għall-kriżi tal-migrazzjoni Venezwelana;
17. Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga fl-Amerika Latina u l-Karibew, it-traffikar dejjem aktar prominenti tad-drogi fiċ-Ċilì kif ukoll il-kwantitajiet bla preċedent ta’ drogi illeċiti traffikati lejn l-UE mir-reġjun; jitlob żieda sostanzjali fil-kooperazzjoni bireġjonali biex jiġi miġġieled dan it-theddid; iqis li huwa importanti li l-Ftehim ikun fih dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga sabiex jiġi żgurat approċċ integrat, ibbażat fuq l-evidenza u effettiv;
18. Jenfasizza li kemm l-UE kif ukoll iċ-Ċilì impenjaw ruħhom li jagħmlu lill-Ewropa u liċ-Ċilì newtrali għall-klima sal-2050; jilqa’ l-impenn li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriżi klimatika skont il-UNFCCC u li jiġu implimentati b’mod effettiv il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, il-protezzjoni tal-ambjent u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali, inkluż fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika; jisħaq li dan l-impenn irid jiġi rifless b’miżuri konkreti bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Ftehim;
19. Jirrikonoxxi l-importanza tal-kooperazzjoni dwar in-navigazzjoni ċivili bis-satellita, l-osservazzjoni tad-Dinja u attivitajiet spazjali oħra; jappoġġja l-ħidma taċ-Ċentru ta’ Informazzjoni Galileo reġjonali fiċ-Ċilì fil-monitoraġġ tal-inizjattivi lokali u reġjonali ta’ navigazzjoni bis-satellita, jidentifika swieq u partijiet ikkonċernati potenzjali, u jipprovdi appoġġ lill-utenti fl-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ġodda permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-industrija tal-Amerka Latina u dik Ewropea; jilqa’ t-tħabbira reċenti dwar l-introduzzjoni ta’ strateġija reġjonali Copernicus fl-Amerka Latina u l-Karibew, inkluż ċentru tad-data reġjonali Copernicus fiċ-Ċilì;
20. Japprezza l-potenzjal għall-approfondiment ulterjuri tal-kooperazzjoni fl-oqsma tar-riċerka xjentifika, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-kultura;
21. Jirrikonoxxi l-impenn li jiġu rispettati l-konvenzjonijiet tal-ILO u li jsir skambju ta’ informazzjoni dwar metodi li jkejlu l-faqar biex jiġu appoġġjati politiki bbażati fuq l-evidenza; iħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki meta jitqies il-livell għoli ta’ inugwaljanza fl-introjtu taċ-Ċilì;
22. Jilqa’ l-impenn konġunt tant meħtieġ biex tinkiseb l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħhom, peress li huma kruċjali biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-lum filwaqt li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura;
Il-pilastru tal-kummerċ u l-investiment
23. Jilqa’ l-Ftehim bħala sinjal importanti li jappoġġja l-kummerċ miftuħ, ġust u bbażat fuq ir-regoli u l-valuri, fi żmien li fih il-frammentazzjoni ekonomika u l-protezzjoniżmu qed jiżdiedu; jemmen li l-Ftehim se jkun ta benefiċċju reċiproku u se jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-iżvilupp ekonomiku fit-tul, il-ħolqien tal-impjiegi, id-diversifikazzjoni u l-proċessi ta’ produzzjoni b’valur miżjud;
24. Ifaħħar in-natura ambizzjuża u komprensiva tal-pilastru tal-kummerċ u l-investiment tal-Ftehim, li jwettaq il-prijoritajiet stabbiliti fir-rakkomndazzjoni tal-Parlament tal-14 ta’ Settembru 2017[7]; jinnota li 99% tal-linji tariffarji se jiġu liberalizzati kompletament u ’l fuq minn 95% tal-kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċilì se jkun mingħajr dazju skont il-Ftehim; jilqa’ l-fatt li l-ftehim ġie mmodernizzat abbażi tal-Ftehim ta’ Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO; jisħaq, f’dan ir-rigward, li huwa kruċjali li jiġi evitat piż amministrattiv bla bżonn u li jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta’ esportazzjoni matul l-implimentazzjoni tal-Ftehim;
25. Jilqa’ l-fatt li l-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli (TSD) fih impenji ambizzjużi u vinkolanti dwar l-istandards ambjentali u tax-xogħol; jiddispjaċih, madankollu, li l-ftehim għadu ma jirriflettix bis-sħiħ l-approċċ il-ġdid tal-UE dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli;
26. Jinnota li fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli mehmuża mal-Ftehim, l-UE u ċ-Ċilì jimpenjaw ruħhom li jagħmlu rieżami tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Kummerċjali Interim; jissottolinja l-importanza ta’ rieżami ambizzjuż, biex il-ftehimiet jinġiebu konformi mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku tal-UE u mal-Proposti ta’ Riforma tal-UE dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli kif introdotti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2022 intitolata “Is-saħħa tas-sħubiji tal-kummerċ: flimkien għal tkabbir ekonomiku ekoloġiku u ġust”, li jaf iżżid dispożizzjonijiet biex jissaħħaħ il-mekkaniżmu ta’ infurzar tal-kapitlu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, inkluż il-possibbiltá li tiġi applikata fażi ta’ konformitá, u s-sanzjonijiet kummerċjali bħala miżura li tittieħed meta ma jkunx hemm għażla oħra f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi jew il-prinċipji fundamentali tal-ILO u d-drittijiet fis-seħħ;
27. Jistenna li r-rieżami jitwettaq fl-iskeda ta’ żmien stabbilita mid-dikjarazzjoni konġunta u b’segwitu għal konsultazzjonijiet sinifikanti mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament involut mill-qrib matul il-proċess ta’ rieżami, f’konformità mal-obbligi tagħha skont l-Artikolu 218(10) tat-TFUE, u tqis bis-sħiħ il-kummenti possibbli mill-Parlament Ewropew;
28. Jinnota li fid-dikjarazzjoni konġunta, iż-żewġ naħat jimpenjaw ruħhom li jikkunsidraw il-possibbiltà li jinkludu l-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima bħala element essenzjali tal-Ftehim fil-kuntest tar-rieżami tad-dispożizzjonijiet tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli;
29. jisħaq li pjan direzzjonali ta’ implimentazzjoni b’miri u stadji importanti konkreti għat-twettiq tagħhom, stabbilit bl-involviment tas-soċjetà ċivili, ikun għodda utli biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli;
30. Jilqa’ l-impenn tal-Partijiet li jippromwovu l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali b’mod li jwassal għal xogħol deċenti għal kulħadd, b’mod partikolari n-nisa, iż-żgħażagħ u l-persuni b’diżabbiltà, f’konformità mal-obbligi rispettivi tagħhom skont l-ILO;
31. Jilqa’ r-rikonoxximent tal-għarfien u l-prattiki tal-popli indiġeni skont il-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; jiddispjaċih, madankollu, li l-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO u l-prinċipju ta’ Kunsens Liberu, Minn Qabel u Infurmat tan-NU, minqux fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP), li jħaddnu d-drittijiet tal-popli indiġeni fir-relazzjonijiet kummerċjali, mhumiex imsemmija b’mod espliċitu;
32. Jilqa’ l-inklużjoni ta’ kapitolu awtonomu ddedikat għall-kummerċ u l-ġeneru, l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu fi ftehim kummerċjali tal-UE, li jirrikonoxxi l-importanza li tiġi inkorporata perspettiva tal-ġeneru fil-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku inklużiv, u r-rwol ewlieni li l-politiki reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru jista’ jkollhom f’dan ir-rigward; jappoġġja bil-qawwa l-inklużjoni ta’ għadd ta’ impenji vinkolanti biex jiġu eliminati l-ostakli u d-diskriminazzjoni kontra n-nisa, jiġu promossi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa u jiġi żgurat li l-kummerċ internazzjonali jkun ta’ benefiċċju għal kulħadd; jappoġġja bil-qawwa l-impenn għall-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet tal-ġeneru fil-politiki u l-istrumenti kollha u l-impenn konġunt biex jiġu implimentati b’mod effettiv l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa kif ukoll l-issodisfar tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 5 dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jistenna li l-Kummissjoni tibni fuq dan il-preċedent fin-negozjati kummerċjali futuri kollha;
33. Jirrikonoxxi l-eliminazzjoni tat-tariffi fuq l-esportazzjonijiet tal-UE, li teżenta 99,9 % tal-esportazzjonijiet mit-tariffi, u li tista’ tkun favorevoli għall-produtturi tal-Unjoni ta’ prodotti agroalimentari ta’ kwalità għolja; jilqa’ l-fatt li l-kwoti tariffarji għal-laħam taċ-ċanga u dak tan-nagħaġ, li huma t-tnejn prodotti sensittivi, ma għadhomx jinkludu żieda annwali awtomatika, peress li din hija sostitwita b’ammont fiss li se jiżgura aċċess għas-suq aktar stabbli għall-prodotti tal-laħam taċ-Ċilì fil-futur; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-valutazzjoni tal-impatt kumulattiv tagħha dwar l-impatt tal-ftehimiet kummerċjali kollha fuq is-settur agrikolu tal-UE u, b’mod speċifiku, tevalwa l-komponenti agrikoli tal-Ftehim flimkien ma’ konċessjonijiet skont arranġamenti kummerċjali oħra eżistenti u ppjanati sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni eċċessiva tagħhom;
34. Jirrikonoxxi l-isforzi li saru biex jiġu protetti prodotti agrikoli sensittivi tal-UE bħal-laħam (laħam taċ-ċanga, tat-tjur, tal-majjal u tan-nagħaġ), ċertu frott u ħaxix (eż. tewm, meraq tat-tuffieħ, meraq tal-għeneb) u żejt taż-żebbuġa billi jiġi impost aċċess limitat u kkontrollat għal prodotti sensittivi ħafna li jużaw it-TRQs u jiġu esklużi z-zokkor u l-banana minn kwalunkwe liberalizzazzjoni tal-kummerċ bl-għan li tiġi protetta l-produzzjoni tal-UE;
35. Jirrikonoxxi li l-Ftehim jipproteġi 216-il Indikazzjoni Ġeografika agrikola (IĠ) oħra tal-UE u 18-il IĠ Ċilena, minbarra l-ftehimiet eżistenti dwar l-inbejjed u l-ispirti, li jipproteġu 745 IĠ tal-UE għall-inbejjed u 257 IĠ tal-UE għall-ispirti u l-inbejjed aromatizzati; jenfasizza li l-estensjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi miftiehma mill-UE u ċ-Ċilì hija pass importanti ’l quddiem fil-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE fil-livell globali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura infurzar effettiv tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-IĠ għall-prodotti tal-UE fiċ-Ċilì u tikkunsidra li tespandi l-lista ta’ prodotti tal-IĠ protetti;
36. Jilqa’ l-inklużjoni ta’ kapitolu ddedikat dwar sistemi tal-ikel sostenibbli li jippromwovu l-kooperazzjoni bilaterali u internazzjonali dwar sistema tal-ikel sostenibbli, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-benessri tal-annimali, il-ġlieda kontra l-ħela ta’ ikel, l-eleiminazzjoni gradwali tal-użu tas-sustanzi antimikrobiċi, is-sostenibbiltà tal-katina tal-ikel, u l-pestiċidi; jinnota b’mod partikolari l-impenji reċiproċi biex tinżamm l-eliminazzjoni gradwali tal-użu tal-antibijotiċi bħala promoturi tat-tkabbir, fis-seħħ fiċ-Ċilì mill-2018; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet ta’ kooperazzjoni li jinsabu f’dak il-kapitolu u tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni dwar prattiki agrikoli innovattivi sabiex l-ambizzjoni tagħha tkun tal-istess livell bħall-isforzi ta’ sostenibbiltà tal-UE fil-leġiżlazzjoni dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-protezzjoni ambjentali; jisħaq li din il-kooperazzjoni għandha tistinka wkoll biex jintlaħqu l-objettivi tal-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal, adottata taħt il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tan-NU, li fost il-miri globali għall-2030 tinkludi l-objettiv li “jitnaqqas b’mill-inqas nofs ir-riskju ġenerali mill-pestiċidi u s-sustanzi kimiċi perikolużi ħafna”;
37. Jemmen li l-politika kummerċjali tal-UE għandha tikkontribwixxi biex jinkisbu u jiġu implimentati flimkien l-ogħla standards tas-sikurezza tal-ikel, soċjali, ambjentali, tal-benessri tal-annimali u tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lis-Sottokumitat UE-Ċilì għas-sistemi tal-ikel sostenibbli jiżviluppa pjan ta’ kooperazzjoni ambizzjuża biex dawn jinkisbu;
38. Jilqa’ l-fatt li l-Ftehim jinkludi l-mekkaniżmu ta’ entità unika, għax jevita li kull Stat Membru jkollu jiffirma protokoll biex jesporta prodotti agroalimentari lejn iċ-Ċilì, u b’hekk jittejjeb il-potenzjal ġenerali tal-Ftehim u jitnaqqsu l-piżijiet u l-ispejjeż bla bżonn; jitlob li din il-miżura tiġi inkluża fi ftehimiet kummerċjali futuri;
39. Iħeġġeġ lill-UE u liċ-Ċilì jikkunsidraw kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali fl-iżvilupp ta’ prattiki ta’ produzzjoni sostenibbli u ambjentalment responsabbli u l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku; jilqa’ l-intenzjoni taż-żewġ partijiet li jiskambjaw l-għarfien espert dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istandards tal-benessri tal-annimali;
40. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-prodotti kollha tal-agrikoltura, tas-sajd u tal-akkwakultura kkummerċjalizzati fl-Unjoni irrispettivament mill-oriġini tagħhom, inklużi dawk li joriġinaw fiċ-Ċilì; jisħaq fuq l-importanza li tittejjeb il-koerenza tal-politiki tal-inizjattivi tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-kummerċ, l-iżvilupp sostenibbli, il-protezzjoni ambjentali, il-politiki industrijali, is-sajd u l-agrikoltura;
41. Jilqa’ l-fatt li l-Ftehim fih sensiela ta’ azzjonijiet kemm għall-UE kif ukoll għaċ-Ċilì b’appoġġ għall-isforzi biex jiġu miġġielda l-prattiki tas-sajd illegali, mhux irrapportati u mhux regolati (IUU) u biex jgħin sabiex jiskoraġġixxi l-kummerċ ta’ prodotti minn speċijiet maqbuda minn dawk il-prattiki; jilqa’ wkoll il-fatt li kemm l-UE kif ukoll iċ-Ċilì reċentement ingħaqdu mal-Wegħda ta’ Alleanza ta’ Azzjoni dwar is-Sajd IUU, bl-għan li jistimulaw l-ambizzjoni u l-azzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd IUU;
42. Jilqa’ l-fatt li r-reġjuni ultraperiferiċi tqiesu fil-miżuri ta’ salvagwardja bilaterali tal-Ftehim;
43. Jistenna li d-dispożizzjonijiet dwar il-liberalizzazzjoni tal-investiment u l-protezzjoni tal-investiment se jkomplu jagħtu spinta lill-investimenti sostenibbli fiż-żewġ direzzjonijiet billi jiggarantixxu li l-investituri miż-żewġ naħat jingħataw trattament ġust u mhux diskriminatorju; jenfasizza li l-investimenti jeħtieġu sigurtà legali, fiduċja u prevedibbiltà; jisħaq li dawn id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment ikunu allinjati bis-sħiħ mal-approċċ riformat tal-UE dwar il-protezzjoni tal-investiment, li għandu l-għan li għandu jiżgura bilanċ xieraq bejn il-protezzjoni tal-investimenti u d-dritt tal-gvernijiet li jirregolaw fl-interess pubbliku; ifakkar li dikjarazzjoni interpretattiva konġunta tikkonferma l-fehim tal-Partijiet li d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment iridu jiġu interpretati u applikati b’kunsiderazzjoni xierqa tal-impenji tagħhom skont il-Ftehim ta’ Pariġi u tiċċara li l-investituri għandhom jistennew li l-UE u ċ-Ċilì jadottaw miżuri biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima; jinnota li l-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbiliti mill-ftehim isegwu s-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment tal-UE, bi tribunal permanenti, indipendenti u imparzjali u tribunal tal-appell; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati u mtejba aktar id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar il-futur tal-politika ta’ investiment internazzjonali tal-UE;
44. Huwa konvint li l-impenji l-ġodda għall-aċċess għas-suq rigward il-kummerċ fis-servizzi se jġibu opportunitajiet ġodda ta’ negozju għall-kumpaniji tal-UE u taċ-Ċilì, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); jinnota li l-Ftehim fih kapitolu tal-ogħla livell dwar il-kummerċ diġitali li se jiffaċilita l-kummerċ elettroniku u jipproteġi lill-klijenti online;
45. Jenfasizza li l-Ftehim jippreserva d-dritt tal-gvernijiet li jirregolaw fl-interess pubbliku, pereżempju biex jipproteġu s-saħħa pubblika, il-konsumaturi jew l-ambjent; jisħaq li d-dritt tal-gvernijiet li jirregolaw mhuwiex limitat għal dawn l-oqsma; jissottolinja li l-ftehim jiggarantixxi d-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi li jżommu s-servizzi pubbliċi bħall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-ilma, jew li jerġgħu jinnazzjonalizzaw is-servizzi pprovduti privatament;
46. Jenfasizza li l-kumpaniji tal-UE u taċ-Ċilì se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn aċċess aħjar għas-swieq tal-akkwist pubbliku għall-prodotti, is-servizzi u x-xogħol fil-livell (sotto)ċentrali; jenfasizza r-rekwiżiti ta’ trasparenza msaħħa; jilqa’ l-fatt li l-ftehim jippermetti li l-entitajiet tal-akkwist iqisu l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u soċjali matul il-proċedura ta’ akkwist;
47. Jilqa’ l-kapitolu ddedikat għall-SMEs, li jirrappreżentaw proporzjon kbir tal-kummerċ UE-Ċilì; jistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-SMEs biex jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet li jipprovdi l-ftehim modernizzat, inkluż billi tipprovdi gwida lin-negozji li jesportaw u jimportaw dwar l-opportunitajiet il-ġodda ta’ aċċess għas-suq, kif ukoll billi tipprovdi appoġġ amministrattiv u tekniku, tissimplifika l-proċeduri u tindirizza l-ostakli tekniċi għall-kummerċ li jolqtu b’mod sproporzjonat lill-SMEs;
48. Jisħaq li l-isforzi globali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima se jirrikjedu tranżizzjoni rapida lejn l-enerġija rinnovabbli u azzjoni rapida tal-gvern biex jiġu eliminati gradwalment il-fjuwils fossili, inkluż billi jitnaqqsu l-investimenti fil-fjuwils fossili u jitneħħew il-politiki tal-gvernijiet dwar il-klima mill-protezzjoni tal-investiment; jenfasizza li l-Ftehim għandu jappoġġja l-isforzi internazzjonali fit-tranżizzjoni lejn enerġiji rinnovabbli; iħeġġeġ lill-Partijiet jiżguraw l-allinjament tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment mal-politiki ambjentali, id-drittijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-bniedem; jinnota, madankollu, li l-Ftehim jippermetti protezzjoni għall-investimenti fil-fjuwils fossili; jenfasizza li ċ-Ċilì għandu l-potenzjal li jkollu rwol ewlieni fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u ġusti globali, ħaġa li għandha tkunu ta’ benefiċċju wkoll għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet industrijali tiegħu stess; jinnota li l-iżvilupp u l-espansjoni tas-settur tal-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura taċ-Ċilì se jirrikjedu investimenti sostenibbli u prevedibbli massivi, inkluż minn kumpaniji tal-UE; jemmen, f’dan ir-rigward, li l-istrateġija Global Gateway għandha tippermetti l-ħolqien ta’ proġetti strateġiċi konġunti u ssaħħaħ il-bini tal-kapaċitajiet; jilqa’ f’dan il-kuntest il-ħolqien ta’ inizjattiva Ewropea għall-iżvilupp tal-idroġenu rinnovabbli fiċ-Ċilì, li se tippromwovi l-iżvilupp ta’ din l-industrija strateġika fil-pajjiż u l-ħolqien tal-impjiegi filwaqt li jiġu promossi l-esportazzjonijiet tal-idroġenu rinnovabbli lejn l-Ewropa, kif ukoll lejn partijiet oħra tad-dinja;
49. Jenfasizza r-rwol ewlieni taċ-Ċilì bħala fornitur ewlieni tal-materja prima kritika, inklużi dawk li huma essenzjali għat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi, bħal-litju u r-ram; ifaħħar lis-sħab Ċileni tagħna għall-impenn tagħhom li jikkooperaw mal-UE dwar provvisti ta’ materja prima kritika, li jgħinu biex tiżdied ir-reżiljenza tal-UE f’setturi bħal dak tal-enerġija, tat-trasport u tal-infrastruttura diġitali u d-difiża; jisħaq li dan il-Ftehim ta’ benefiċċju reċiproku se jiżgura aċċess mhux diskriminatorju għall-kumpaniji tal-UE għall-materja prima taċ-Ċilì, filwaqt li jimmira li jħalli biżżejjed spazju f’sens ta’ politiki xierqa liċ-Ċilì biex joħloq valur miżjud lokali bl-ipproċessar domestiku u t-trasformazzjoni tal-materja prima; jieħu nota tad-dispożizzjonijiet dwar l-ipprezzar doppju u r-restrizzjonijiet tal-monopolju tal-esportazzjoni; jemmen li l-UE għandha tappoġġja b’mod attiv liċ-Ċilì fl-isforzi tiegħu biex javvanza fil-katina tal-valur; huwa konvint li l-isfruttament tal-materja prima għandu jitwettaq b’mod ambjentalment u soċjalment sostenibbli, u li għandu jkun ta’ benefiċċju u ta’ impenn għall-komunitajiet lokali, inklużi l-komunitajiet indiġeni, u li jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom, inkluż id-dritt għall-kunsens infurmat, ħieles u bil-quddiem; jilqa’ b’sodisfazzjon il-Memorandum ta’ Qbil bejn l-UE u ċ-Ċilì dwar sħubija strateġika dwar ktajjen tal-valur sostenibbli tal-materja prima u jitlob li jiġi implimentat malajr;
Id-dispożizzjonijiet istituzzjonali
50. Iqis li huwa importanti li l-Kumitat Parlamentari Konġunt għandu jiġi infurmat bid-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Konġunt u li l-Kumitat Parlamentari Konġunt jista’ jirrakkomanda lill-Kunsill Konġunt dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim; jappoġġja l-organizzazzjoni ta’ żewġ laqgħat fis-sena tal-Kumitat Parlamentari Konġunt biex ikomplu jissaħħu r-relazzjonijiet parlamentari bejn iż-żewġ partijiet;
51. Jilqa’ mekkaniżmu istituzzjonalizzat għall-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-Ftehim u t-tisħiħ tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet taċ-Ċilì jiżguraw li s-soċjetà ċivili tinvolvi ruħha b’mod attiv u sinifikanti, inklużi l-NGOs, ir-rappreżentanti indiġeni, ir-rappreżentanti tan-negozji u t-trade unions, fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim;
52. Jistieden liż-żewġ partijiet jallokaw biżżejjed riżorsi finanzjarji u assistenza teknika lill-Gruppi Konsultattivi Domestiċi biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom kif xieraq; jistenna kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Gruppi Konsultattivi Domestiċi Ċileni;
53. Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet għall-introduzzjoni rapida tal-Ftehim, għall-benefiċċju ta’ kulħadd, inklużi l-SMEs u n-nisa;
54. Ifakkar li l-Ftehim se jkun jeħtieġ ratifika kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri, filwaqt li l-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ, li fih biss l-elementi kummerċjali u ta’ investiment li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE, se jidħol fis-seħħ mar-ratifika tiegħu mill-Parlament u mill-Kunsill; huwa tal-fehma li l-qsim tal-ftehim bies jitħaffef il-proċess ta’ ratifika jirrispetta bis-sħiħ it-tqassim tal-kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u jippermetti ratifika rapida tal-partijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE, filwaqt li jżomm in-natura komprensiva tal-ftehim;
°
° °
55. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika taċ-Ċilì.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi tal-UE maċ-Ċilì bħalissa huma rregolati mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-2002. Madankollu, id-dinja nbidlet b’mod konsiderevoli mill-2002, u r-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment bejn l-UE u ċ-Ċilì baqgħu taħt il-potenzjal tagħhom f’dawn l-aħħar snin. Għalhekk, l-UE u ċ-Ċilì bdew negozjati dwar il-modernizzazzjoni tal-ftehim fl-2017 sabiex iġibu l-ftehim f’konformità mal-aktar standards avvanzati u jisfruttaw il-potenzjali mhux sfruttati. In-negozjati dwar il-parti tal-kummerċ ġew konklużi fil-livell tekniku f’Ottubru 2021. Il-ftehim fil-prinċipju dwar il-Ftehim Qafas Avvanzat (AFA) il-ġdid bejn l-UE u ċ-Ċilì u l-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ (ITA) tħabbar fid-9 ta’ Diċembru 2022.
L-AFA jikkonsisti f’parti politika u ta’ kooperazzjoni u parti kummerċjali u ta’ investiment, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-liberalizzazzjoni tal-investiment u l-protezzjoni tal-investiment. It-test maqbul għaddej minn proċess ta’ ratifika fuq żewġ binarji. Peress li l-AFA b’mod kumplessiv fih dispożizzjonijiet dwar oqsma ta’ politika li għalihom l-UE tikkondividi l-kompetenza mal-Istati Membri tal-UE, bħall-protezzjoni tal-investiment, dan se jiġi ppreżentat mhux biss lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni iżda wkoll lill-Istati Membri kollha tal-UE għar-ratifika f’konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom. B’mod parallel mal-AFA, l-ITA, li fih biss id-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ u l-investiment tal-AFA li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE, ġie propost għall-iffirmar u l-konklużjoni fi proċedura ta’ ratifika tal-UE biss. L-ITA jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, segwita mill-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni. Ladarba l-AFA jidħol fis-seħħ, l-ITA jiskadi awtomatikament.
Parti politika u ta’ kooperazzjoni
L-instabbiltà internazzjonali attwali tenfasizza l-ħtieġa li l-UE tagħti ħajja ġdida lis-sħubijiet tagħha ma’ pajjiżi demokratiċi u li jħaddnu l-istess fehma sabiex jikkooperaw bilateralment u fil-fora multilaterali biex tipproteġi ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli abbażi tal-paċi, l-istat tad-dritt u l-iżvilupp sostenibbli;
Is-Summit ta’ Lulju 2023 bejn l-UE u l-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew wera l-impenn miż-żewġ partijiet biex din is-sħubija strateġika tkompli tiġi approfondita abbażi ta’ valuri u prinċipji kondiviżi kif ukoll fuq rabtiet storiċi, lingwistiċi, kulturali u soċjali. Iċ-Ċilì huwa għal żmien twil sieħeb ewlieni tal-UE fir-reġjun u jikkondividi l-istess valuri demokratiċi u ħafna interessi komuni mal-UE; Il-Korapporteurs esprimew apprezzament għar-rwol taċ-Ċilì fid-djalogi bireġjonali u multilaterali.
Ir-relazzjonijiet istituzzjonalizzati bejn l-UE u ċ-Ċilì jmorru lura għall-1967, meta l-Kummissjoni Ewropea stabbiliet rappreżentanza lokali f’Santiago de Chile, l-ewwel waħda fl-Amerika Latina. Fl-1990, ftit wara r-restawr tad-demokrazija fiċ-Ċilì, il-Komunità Ekonomika Ewropea u ċ-Ċilì ffirmaw Ftehim Qafas ta’ Kooperazzjoni. Dan ġie kkomplementat mid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-1995 li stabbiliet djalogu politiku regolari.
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni eżistenti tal-2022 sostna kooperazzjoni politika estensiva f’diversi oqsma bħad-drittijiet tal-bniedem, it-tibdil fil-klima, l-ambjent, il-governanza tal-oċeani, l-enerġija, is-sigurtà u d-difiża. Il-Korapporteurs iqisu li dan il-Ftehim kien storja ta’ suċċess, peress li jipprovdi qafas legali ċar għal djalogi regolari u jippermetti diskussjoni dwar ħafna oqsma ta’ interess komuni.
Il-Ftehim Qafas Avvanzat (AFA) il-ġdid bejn l-UE u ċ-Ċilì jirrifletti ħafna mir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament maħruġa qabel in-negozjar tal-Ftehim u għandu l-potenzjal li jespandi aktar id-djalogu politiku għal oqsma ġodda li jvarjaw miċ-ċiberkriminalità, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, għall-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet polari. Il-Korapporteurs jenfasizzaw il-valur ġeopolitiku tal-Ftehim fid-dawl tal-preżenza ta’ atturi oħra, bħaċ-Ċina.
L-AFA jistabbilixxi qafas istituzzjonali magħmul mill-Kunsill Konġunt, il-Kumitat Konġunt u s-Sottokumitati u korpi oħra biex jassistu lill-Kunsill Konġunt. Il-Kunsill Konġunt, fil-livell ministerjali, ser jissorvelja t-twettiq tal-objettivi tal-Ftehim u ser jissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu. l-Kumitat Konġunt, fil-livell ta’ uffiċjali għolja, se jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ġenerali tal-AFA. Id-dimensjoni parlamentari tal-Ftehim se tiġi żgurata minn Kumitat Parlamentari Konġunt magħmul minn Membri tal-Parlament Ewropew u tal-Kungress taċ-Ċilì. L-AFA tipprevedi wkoll Forum tas-Soċjetà Ċivili, li għandu jitlaqqa’ bi ftehim reċiproku, biex imexxi djalogu dwar l-implimentazzjoni tal-AFA. Il-Korapporteurs jilqgħu l-fatt li d-diplomazija parlamentari hija rikonoxxuta bħala pilastru tad-djalogu politiku maċ-Ċilì.
Il-parti tal-kummerċ u l-investiment
Iċ-Ċilì huwa wieħed mill-pajjiżi l-aktar prosperi u industrijalizzati tal-Amerka Latina. Għandu ekonomija miftuħa ħafna, li tiddependi ħafna fuq il-kummerċ internazzjonali. Iċ-Ċilì huwa t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fl-Amerka Latina, filwaqt li għaċ-Ċilì, l-UE kumplessivament hija t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tiegħu u l-akbar sors ta’ investiment dirett barrani tiegħu.
Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni eżistenti wassal għal żieda sinifikanti fil-volumi ta’ kummerċ u investiment bejn l-UE u ċ-Ċilì mid-dħul fis-seħħ tiegħu fl-2003. Il-kummerċ bilaterali bejn l-UE u ċ-Ċilì kiber b’142 fil-mija bejn l-2002 u l-2021. Madankollu, ir-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ investiment baqgħu taħt il-potenzjal tagħhom f’dawn l-aħħar snin, peress li sadanittant iż-żewġ naħat ikkonkludew ftehimiet aktar ambizzjużi ma’ sħab oħra. B’riżultat ta’ dan, l-UE, li fil-perjodu 2003-2009 kienet l-ewwel sieħeb kummerċjali taċ-Ċilì, illum tinsab fit-tielet post (wara ċ-Ċina u l-Istati Uniti).
Il-Ftehim modernizzat se jippermetti liż-żewġ naħat iżidu b’mod qawwi l-kummerċ u l-investiment bilaterali tagħhom, peress li se joħloq opportunitajiet ġodda u żvilupp ta’ benefiċċju reċiproku fuq iż-żewġ naħat. Dan se jilliberalizza 96 fil-mija tal-linji tariffarji agrikoli li għadhom ma ġewx liberalizzati min-naħa taċ-Ċilì u 66 fil-mija min-naħa tal-UE, fuq perjodu massimu ta’ seba’ snin, inklużi l-kwoti tariffarji eżistenti għall-ġobon tal-UE u għaċ-ċereali pproċessati Ċileni. Dan se jirriżulta f’aktar minn 95 fil-mija tal-kummerċ bilaterali fil-merkanzija ħielsa mid-dazju. Għal prodotti sensittivi ħafna, l-esklużjonijiet se jkomplu japplikaw, inkluż għaz-zokkor fuq iż-żewġ naħat u għall-banana u r-ross fuq in-naħa tal-UE. Il-frott u l-ħxejjex taċ-Ċilì se jkomplu jkunu soġġetti għas-sistema ta’ prezzijiet ta’ dħul tal-UE. L-UE se tipprovdi aċċess addizzjonali għas-suq fil-forma ta’ żieda fil-kwoti mingħajr dazju għal-laħam tat-tjur, il-majjal, il-laħam tan-nagħaġ, iċ-ċanga, it-tewm u l-ħut ippreżervat fil-laned miċ-Ċilì. Kwoti ġodda bħal dawn għaċ-Ċilì se jinfetħu għaż-żejt taż-żebbuġa, il-preparazzjonijiet tal-frott u oġġetti oħra. Il-Ftehim se jipproteġi 216-il indikazzjoni ġeografika (IĠ) mill-UE fiċ-Ċilì u 18-il IĠ miċ-Ċilì fl-UE. Il-kummerċ bilaterali fil-prodotti industrijali kien diġà liberalizzat għalkollox fl-ambitu tal-ftehim attwali.
L-AFA fih ukoll kapitoli tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku dwar l-investiment u s-servizzi, li jiżguraw li l-investituri Ewropej jingħataw l-istess trattament bħal dawk Ċileni meta jistabbilixxu u joperaw in-negozji tagħhom fiċ-Ċilì, u viċi versa. Il-Ftehim jissalvagwardja d-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi li jirregolaw fl-interess pubbliku. Dan jinkludi d-dritt li jinżammu servizzi pubbliċi bħall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-ilma, jew li servizzi pprovduti privatament jiġu rritornati lis-settur pubbliku.
Id-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-investiment se jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet attwali fit-trattati bilaterali għall-protezzjoni tal-investiment li ċ-Ċilì kkonkluda ma’ 16-il Stat Membru tal-UE; Iċ-Ċilì qabel li japplika l-approċċ riformat tal-UE għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar l-investiment, u b’hekk jissostitwixxi l-mudell tradizzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat ibbażat fuq arbitraġġ privat bil-mudell tas-Sistema ta’ Qorti tal-Investiment (ICS) tal-UE.
Il-ftehim il-ġdid se jikkontribwixxi wkoll għal tranżizzjoni ekoloġika aktar ġusta u ekwa għaż-żewġ sħab. B’mod kruċjali, il-Ftehim se jiżgura aċċess mingħajr diskriminazzjoni għal materja prima kritika u enerġija nadifa, filwaqt li jikkontribwixxi għall-valur miżjud lokali fiċ-Ċilì. Il-kapitolu dwar l-enerġija u l-materja prima jipprojbixxi l-monopolji tal-esportazzjoni u l-importazzjoni u l-ipprezzar doppju, filwaqt li jippermetti liċ-Ċilì xi spazju ta’ politika biex jiffaċilita l-ħolqien ta’ setturi industrijali ġodda billi jistabbilixxi prezz domestiku aktar baxx f’ċerti limiti.
Il-pilastru kummerċjali tal-AFA jinkludi wkoll kapitolu komprensiv dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, li fih impenji ambizzjużi u vinkolanti dwar kwistjonijiet soċjali, tax-xogħol u ambjentali. Barra minn hekk, iċ-Ċilì u l-UE impenjaw ruħhom f’dikjarazzjoni konġunta li takkumpanja l-AFA li jirrieżaminaw il-ftehim hekk kif jidħol fis-seħħ sabiex jallinjawh mal-istandards ta’ sostenibbiltà l-aktar aġġornati, b’mod partikolari l-approċċ il-ġdid tal-UE dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. Dan se jiżgura li l-impenji dwar id-drittijiet soċjali u tax-xogħol, inklużi d-drittijiet indiġeni bħall-kunsens liberu, minn qabel u infurmat, kif ukoll l-istandards ambjentali jkunu infurzabbli b’mod aktar effettiv.
Il-Korapporteur huma partikolarment sodisfatti li l-Kummissjoni semgħet it-talbiet tal-Parlament Ewropew għall-inklużjoni ta’ kapitolu ddedikat dwar il-kummerċ u l-ġeneru, l-ewwel darba li dan qatt sar fi ftehim kummerċjali tal-UE. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija wieħed mill-valuri ewlenin tal-UE, u trid tiġi avvanzata fl-istadji kollha u fil-politiki kollha. Dan il-kapitolu, b’impenji ambizzjużi, se jistabbilixxi preċedent ġdid għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE.
Konklużjoni
L-AFA se jippermetti lill-UE tikkonsolida u ssaħħaħ aktar ir-relazzjoni tagħha ma’ wieħed mill-aktar sħab importanti u affidabbli tagħha fl-Amerka Latina. Il-Ftehim juri li l-UE tista’ taħdem flimkien ma’ sħab tal-istess fehma biex tavvanza kummerċ ġust, sostenibbli u bbażat fuq il-valuri. Fi żmien meta l-ordni dinji multilaterali, li jinkludi l-kummerċ miftuħ u bbażat fuq ir-regoli, qed jiġi kkontestat dejjem aktar, dan il-ftehim huwa wkoll sinjal qawwi kontra t-tendenzi protezzjonisti u jippermetti liż-żewġ sħab jiddiversifikaw il-ktajjen tal-provvista tagħhom.
Il-ftehim se jġib ir-relazzjoni kummerċjali u ta’ investiment bejn l-UE u ċ-Ċilì f’konformità mal-istandards l-aktar avvanzati f’oqsma relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet tal-ħaddiema, il-protezzjoni ambjentali u d-drittijiet tal-bniedem u tal-popli indiġeni. Dan se jelimina l-biċċa l-kbira tat-tariffi li fadal u se joħloq opportunitajiet ġodda sinifikanti għat-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbli. Billi jiżgura trattament ugwali għall-investituri miż-żewġ naħat, il-Ftehim se jinċentiva aktar kumpaniji Ewropej biex jinvestu fiċ-Ċilì u viċi versa, inkluż f’setturi strateġiċi bħall-enerġiji rinnovabbli u l-materja prima.
Il-Korapporteur għalhekk jirrakkomandaw li tingħata l-approvazzjoni għal dan il-ftehim.
ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEURS IRĊEVEW KONTRIBUT MINGĦANDHOM
Skont l-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura, ir-rapporteurs jiddikjaraw li rċevew kontribut mingħand l-entitajiet jew il-persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:
Tabella 1. Kontribut li rċeviet María Soraya Rodríguez Ramos
Entità u/jew persuna |
Mission of Chile to the European Union |
European External Action Service |
Tabella 2. Kontribut li rċeviet Samira Rafaela
Entità u/jew persuna |
Mission of Chile to the European Union |
Chilean Vice-Minister for Trade |
Indigenous representative |
DigitalEurope |
BusinessEurope |
European Climate Foundation |
American Chamber of Commerce to the EU |
EuroChambres |
Copa-Cogeca |
EUROBAT |
International Labour Organization |
Greenpeace |
Oxfam |
Human Rights Watch |
European Raw Materials Alliance |
Chilean Minister of Economy, Development and Tourism |
Chilean Minister of Mining |
Chilean Minister of Energy |
Chilean Minister of Labour |
Confederación de la Producción y del Comercio |
Sociedad de Fomento Fabril |
Cámara de Comercio de Santiago |
Unión Nacional de Trabajadores |
Central Autónoma de Trabajadores |
Central Unitaria de Trabajadores |
Diego Portales University |
Comunidad de Organizaciones Solidarias |
Observatorio Ciudadano |
Centre for Intercultural Indigenous Studies |
Feminist Lawyers’ Association |
Andres Hurtado University |
Chile’s Fair Trade Association |
Chilean Minister Secretary General of the Presidency |
Chilean Minister for Foreign Affairs |
European Services Forum |
Catholic University of Valparaíso-Chile |
Women Economic Forum Chile |
CELCAA |
Chilean Senate representatives |
Chilean Undersecretary of Foreign Affairs |
President of Chile |
Minister of Finance |
Chilean Constitutional Convention representatives |
Observatorio Nueva Constitución |
Espacio Público, Rumbo Colectivo |
Instituto de Estudios de la Sociedad |
LEASUR |
Rompiendo el Silencio |
Directora Observatorio contra el Acoso Callejero |
Universidad de Chile |
Municipality of Peñalolén |
Universidad de Santiago de Chile |
Il-listi ta’ hawn fuq huma mfassla taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteurs.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AGRIKOLTURA U L-IŻVILUPP RURALI (7.12.2023)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra
Rapporteur għal opinjoni: Francisco Guerreiro
SUĠĠERIMENTI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:
A. billi ċ-Ċilì huwa t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE fl-Amerka Latina u sieħeb kummerċjali strateġiku fit-tul, li l-esportazzjonijiet primarji tiegħu lejn l-UE huma l-frott, il-ħut u l-prodotti tal-forestrija;
B. billi l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċilì, fis-seħħ mill-2003, espanda b’mod sinifikanti l-kummerċ bilaterali, inkluż fis-settur agroalimentari, u b’hekk għamel lill-UE t-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali taċ-Ċilì, u issa jeħtieġ li jiġi modernizzat u aġġornat fid-dawl tax-xenarju mibdul, inkluż billi jipprovdi benefiċċji reċiproċi għas-setturi agroalimentari fl-UE u fiċ-Ċilì, filwaqt li jippreserva l-għajxien dipendenti fuq l-agrikoltura lokali;
C. billi l-kriżijiet globali reċenti u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna enfasizzaw il-ħtieġa ta’ sħab kummerċjali diversi u ktajjen tal-provvista tal-ikel affidabbli fi ktajjen tal-valur globalizzati varjabbli, kif ukoll il-ħtieġa li s-sistema tal-ikel tagħna ssir aktar reżiljenti u kapaċi tlaħħaq b’mod awtonomu ma’ kriżijiet futuri, b’użu aktar effiċjenti tal-inputs; billi mod wieħed kif tiġi ssodisfata din il-ħtieġa huwa li jissaħħu r-relazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u politiċi ma’ sħab tal-istess fehma bħaċ-Ċilì; billi l-UE u s-sħab kummerċjali tagħha għandhom ifasslu ftehimiet kummerċjali sabiex iżommu s-sigurtà tal-ikel u l-produzzjoni agrikola sostenibbli għas-sħab kollha;
D. billi ċ-Ċilì qed isaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-UE dwar ktajjen ta’ provvista sostenibbli għall-materja prima, inkluża l-materja prima kritika, billi jiżviluppa proġetti konġunti u jiffaċilita r-rabtiet kummerċjali u ta’ investiment;
E. billi l-politika kummerċjali tal-Unjoni għandha tikkontribwixxi biex jogħlew l-istandards ambjentali u tal-benessri tal-annimali u tiżgura l-protezzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari d-drittijiet indiġeni, id-dritt għall-ikel u l-ilma, u d-drittijiet tal-bdiewa u ta’ persuni oħra li jaħdmu f’żoni rurali, bl-għan li jiġu garantiti standards għoljin u kundizzjonijiet ekwi; billi l-politika kummerċjali għandha tqis ukoll l-importanza li tiġi estiża l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi (IĠ) għall-prodotti agroalimentari sabiex tiġi żgurata l-preservazzjoni tal-awtentiċità gastronomika taż-żewġ sħab kummerċjali;
1. Jilqa’ l-modernizzazzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċilì permezz tal-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet ġodda dwar is-sostenibbiltà fil-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli tal-Ftehim Qafas Avvanzat (AFA) bejn l-UE u ċ-Ċilì, kif ukoll il-klawżola ta’ rieżami biex jitqiesu l-istandards ambjentali u soċjali li qed jinbidlu u, għall-ewwel darba, kapitolu ddedikat dwar il-kummerċ u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jinnota, madankollu, li l-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli ma jipprevedix sanzjonijiet; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet dwar is-sostenibbiltà; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkunsidraw li jittrattaw l-agrikoltura u l-ikel f’qafas iddedikat fir-relazzjonijiet kummerċjali bilaterali u multilaterali tal-Unjoni;
2. Jiddispjaċih li, filwaqt li l-AFA jirrikjedi li ż-żewġ partijiet jimplimentaw kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali, la l-Ftehim ta’ Pariġi u lanqas il-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) ma jaqgħu taħt il-kapitolu ewlieni dwar is-soluzzjoni tat-tilwim; jinnota li l-kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli (TSD) huwa biss parzjalment konformi mar-rieżami tat-TSD adottat mill-Kummissjoni; jirrikonoxxi li d-dikjarazzjoni UE-Ċilì dwar il-kapitolu dwar it-TSD titlob rieżami mad-dħul fis-seħħ tal-AFA; jitlob li jiġu inklużi sanzjonijiet għan-nuqqas ta’ konformità li għandhom jiġu kkunsidrati f’dan ir-rieżami ppjanat; jinnota li l-mekkaniżmu emendat għas-soluzzjoni tat-tilwim li jiżgura l-eżiti u jindirizza n-nuqqas ta’ konformità huwa titjib meta mqabbel mal-biċċa l-kbira tal-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles miftiehma qabel;
3. Jirrikonoxxi l-eliminazzjoni tat-tariffi fuq l-esportazzjonijiet tal-UE, li teżenta 99,9 % tal-esportazzjonijiet mit-tariffi, u li tista’ tkun favorevoli għall-produtturi tal-Unjoni ta’ prodotti agroalimentari ta’ kwalità għolja; jisħaq, fl-istess ħin, fuq l-importanza li jiġu protetti s-setturi agrikoli vulnerabbli tal-UE permezz ta’ kwoti tariffarji (TRQs); jilqa’ l-fatt li l-kwoti tariffarji għal-laħam taċ-ċanga u dak tan-nagħaġ, li huma t-tnejn prodotti sensittivi, ma għadhomx jinkludu żieda annwali awtomatika, peress li din hija sostitwita b’ammont fiss li se jiżgura aċċess għas-suq aktar stabbli u limitat b’mod ċar għall-prodotti tal-laħam taċ-Ċilì fil-futur; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-valutazzjoni tal-impatt kumulattiv tagħha dwar l-impatt tal-ftehimiet kummerċjali kollha fuq is-settur agrikolu tal-UE u, b’mod speċifiku, tevalwa l-komponenti agrikoli tal-AFA flimkien ma’ konċessjonijiet skont arranġamenti kummerċjali oħra eżistenti u ppjanati sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni eċċessiva tagħhom;
4. Jirrikonoxxi l-isforzi li saru fuq prodotti agrikoli sensittivi tal-UE bħal-laħam (laħam taċ-ċanga, tat-tjur, tal-majjal u tan-nagħaġ), ċertu frott u ħaxix (eż. tewm, meraq tat-tuffieħ, meraq tal-għeneb) u żejt taż-żebbuġa billi jiġi impost aċċess limitat u kkontrollat għal prodotti sensittivi ħafna li jużaw it-TRQs u jiġu esklużi z-zokkor u l-banana minn kwalunkwe liberalizzazzjoni tal-kummerċ bl-għan li tiġi protetta l-produzzjoni tal-UE; jitlob li kwalunkwe konċessjoni kummerċjali futura jew riveduta tkun bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati l-istandards tal-produzzjoni li joffru garanziji ekwivalenti għal dawk tal-UE f’termini ta’ sikurezza tal-ikel, sostenibbiltà, benessri tal-annimali u kundizzjonijiet soċjali;
5. Jirrikonoxxi li l-AFA jipproteġi b’suċċess 216-il IĠ agrikola oħra tal-UE u 18-il IĠ Ċilena, minbarra l-ftehimiet eżistenti dwar l-inbejjed u l-ispirti, li jipproteġu 1 745 IĠ tal-UE għall-inbejjed u 257 IĠ tal-UE għall-ispirti u l-inbejjed aromatizzati; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura infurzar effettiv tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-IĠ għall-prodotti tal-UE fiċ-Ċilì u tikkunsidra li tespandi l-lista ta’ prodotti tal-IĠ protetti;
6. Jilqa’ l-inklużjoni ta’ kapitolu ddedikat dwar sistemi tal-ikel sostenibbli (SFS) li jippromwovi l-kooperazzjoni bilaterali u internazzjonali dwar sistemi tal-ikel sostenibbli, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-benessri tal-annimali, b’mod partikolari impenji reċiproċi biex tinżamm l-eliminazzjoni gradwali tal-użu tal-antibijotiċi bħala promoturi tat-tkabbir, fis-seħħ fiċ-Ċilì mill-2018; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet ta’ kooperazzjoni li jinsabu f’dak il-kapitolu u tiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni dwar prattiki agrikoli innovattivi sabiex l-ambizzjoni tagħha tkun tal-istess livell bħall-isforzi ta’ sostenibbiltà tal-UE fil-leġiżlazzjoni dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-protezzjoni ambjentali; jirrimarka, madankollu, li l-kapitolu ma jmurx lil hinn mid-dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni;
7. Jissottolinja l-ħtieġa li dan il-ftehim u l-ftehimiet l-oħra kollha ta’ kummerċ ħieles iffirmati mill-UE jinkludu l-mekkaniżmu ta’ entità unika tal-UE, filwaqt li jiġi evitat li kull Stat Membru jkollu jiffirma protokoll biex jesporta prodotti agroalimentari lejn pajjiż terz u b’hekk jittejjeb il-potenzjal ġenerali ta’ esportazzjoni tal-ftehimiet u jitnaqqsu l-piż u l-ispejjeż bla bżonn;
8. Jinsisti li l-produtturi Ċileni li jesportaw lejn l-UE jeħtiġilhom japplikaw standards ta’ produzzjoni ekwivalenti għal dawk tal-bdiewa tal-UE dwar is-sikurezza u l-kwalità tal-ikel u l-għalf, it-traċċabbiltà, is-sostenibbiltà, il-benessri tal-annimali u l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji u fitosanitarji, inklużi l-antimikrobiċi; jistieden lis-Sottokumitat SFS jaqbel dwar azzjonijiet biex jinkiseb dan; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas ta’ monitoraġġ adegwat u tirrapporta lill-Parlament Ewropew fil-ħin dwar il-progress li jkun sar fl-applikazzjoni ta’ standards ta’ produzzjoni ekwivalenti għall-UE għall-importazzjonijiet Ċileni; jissottolinja li kundizzjonijiet ekwi jridu jsiru prerekwiżit għall-ftehimiet kummerċjali kollha dwar il-prodotti agrikoli sabiex jiġu protetti l-interessi tal-bdiewa, tal-produtturi u tal-konsumaturi Ewropej; jitlob li l-miżuri mera jiġu inklużi kif xieraq fir-regolamenti rilevanti kollha hekk kif l-Unjoni taġġorna u ttejjeb l-istandards agrikoli tagħha, inkluż dwar il-benessri tal-annimali;
9. Ifaħħar lis-sħab Ċileni tagħna għall-impenn tagħhom li jikkooperaw mal-UE dwar provvisti ta’ materja prima kritika, li jgħinu biex tiżdied ir-reżiljenza tal-UE fl-oqsma tad-difiża, tal-enerġija, tat-trasport u tal-infrastruttura diġitali moderna, b’benefiċċji indiretti għas-settur agrikolu;
10. Iħeġġeġ lill-UE u liċ-Ċilì jikkunsidraw kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali fl-iżvilupp ta’ prattiki ta’ produzzjoni sostenibbli u ambjentalment responsabbli u l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku; jilqa’ l-intenzjoni taż-żewġ partijiet li jiskambjaw għarfien espert dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istandards tal-benessri tal-annimali; iħeġġeġ bil-qawwa liż-żewġ partijiet jiżguraw l-involviment attiv tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni tal-AFA, b’mod partikolari permezz ta’ gruppi konsultattivi domestiċi; jistieden liż-żewġ partijiet jiżguraw l-istabbiliment rapidu ta’ gruppi konsultattivi domestiċi effettivi u bbilanċjati u jiżguraw li l-fehmiet tagħhom jitqiesu b’mod trasparenti fil-konsultazzjonijiet bejn il-gvernijiet previsti fl-AFA
ANNESS: ENTITAJIET JEW PERSUNI
LI R-RAPPORTEUR GĦAL OPINJONI RĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM
Ir-rapporteur għal opinjoni jiddikjara, taħt ir-responsabbiltà esklużiva tiegħu, li ma rċieva l-ebda kontribut minn entità jew persuna li jrid jissemma f’dan l-Anness f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Anness I tar-Regoli ta’ Proċedura.
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Artikolu 58 – Proċedura b’kumitati konġunti Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
19.10.2023 |
|||
Data tal-adozzjoni |
7.12.2023 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
22 4 5 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Mazaly Aguilar, Clara Aguilera, Carmen Avram, Benoît Biteau, Franc Bogovič, Daniel Buda, Asger Christensen, Ivan David, Jérémy Decerle, Herbert Dorfmann, Luke Ming Flanagan, Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Martin Hlaváček, Camilla Laureti, Gilles Lebreton, Norbert Lins, Colm Markey, Marlene Mortler, Ulrike Müller, Juozas Olekas, Bert-Jan Ruissen, Anne Sander |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Claude Gruffat, Peter Jahr, Gabriel Mato, Dan-Ştefan Motreanu, Michaela Šojdrová, Thomas Waitz |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Vlad Gheorghe, Eric Minardi |
|||
VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET
FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
22 |
+ |
ECR |
Mazaly Aguilar, Bert-Jan Ruissen |
ID |
Gilles Lebreton, Eric Minardi |
PPE |
Franc Bogovič, Daniel Buda, Herbert Dorfmann, Peter Jahr, Norbert Lins, Colm Markey, Gabriel Mato, Marlene Mortler, Dan-Ştefan Motreanu, Michaela Šojdrová |
Renew |
Asger Christensen, Vlad Gheorghe, Martin Hlaváček, Ulrike Müller |
S&D |
Clara Aguilera, Carmen Avram, Camilla Laureti, Juozas Olekas |
4 |
- |
ID |
Ivan David |
PPE |
Anne Sander |
The Left |
Luke Ming Flanagan |
Verts/ALE |
Benoît Biteau |
5 |
0 |
Renew |
Jérémy Decerle |
Verts/ALE |
Claude Gruffat, Francisco Guerreiro, Martin Häusling, Thomas Waitz |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
Artikolu 58 – Proċedura b’kumitati konġunti Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
19.10.2023 |
|||
Data tal-adozzjoni |
24.1.2024 |
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
61 7 13 |
||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Barry Andrews, Maria Arena, Petras Auštrevičius, Saskia Bricmont, Jordi Cañas, Daniel Caspary, Susanna Ceccardi, Włodzimierz Cimoszewicz, Katalin Cseh, Arnaud Danjean, Paolo De Castro, Emmanouil Fragkos, Michael Gahler, Markéta Gregorová, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Heidi Hautala, Karin Karlsbro, Dietmar Köster, Miapetra Kumpula-Natri, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, David Lega, Leopoldo López Gil, Lukas Mandl, Margarida Marques, Pedro Marques, Gabriel Mato, Sara Matthieu, Emmanuel Maurel, David McAllister, Vangelis Meimarakis, Sven Mikser, Alessandra Moretti, Javier Nart, Urmas Paet, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Carles Puigdemont i Casamajó, Samira Rafaela, Thijs Reuten, Inma Rodríguez-Piñero, Isabel Santos, Mounir Satouri, Ernő Schaller-Baross, Andreas Schieder, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Sven Simon, Jordi Solé, Sergei Stanishev, Dominik Tarczyński, Hermann Tertsch, Kathleen Van Brempt, Marie-Pierre Vedrenne, Viola von Cramon-Taubadel, Thomas Waitz, Jörgen Warborn, Charlie Weimers, Tomáš Zdechovský, Juan Ignacio Zoido Álvarez, Željana Zovko |
|||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Anna-Michelle Asimakopoulou, Marek Belka, José Manuel García-Margallo y Marfil, Christophe Grudler, Andrzej Halicki, Michiel Hoogeveen, Włodzimierz Karpiński, Seán Kelly, Georgios Kyrtsos, Morten Løkkegaard, Liudas Mažylis, Javier Moreno Sánchez, María Soraya Rodríguez Ramos |
|||
Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Izaskun Bilbao Barandica, Paolo Borchia, Pilar del Castillo Vera, Antonio Maria Rinaldi, Lucia Vuolo |
|||
VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
61 |
+ |
ECR |
Emmanouil Fragkos, Michiel Hoogeveen, Dominik Tarczyński |
NI |
Carles Puigdemont i Casamajó, Ernő Schaller-Baross |
PPE |
Anna-Michelle Asimakopoulou, Daniel Caspary, Pilar del Castillo Vera, Michael Gahler, José Manuel García-Margallo y Marfil, Andrzej Halicki, Włodzimierz Karpiński, Seán Kelly, David Lega, Leopoldo López Gil, David McAllister, Lukas Mandl, Gabriel Mato, Liudas Mažylis, Vangelis Meimarakis, Sven Simon, Lucia Vuolo, Jörgen Warborn, Tomáš Zdechovský, Juan Ignacio Zoido Álvarez, Željana Zovko |
Renew |
Barry Andrews, Petras Auštrevičius, Izaskun Bilbao Barandica, Jordi Cañas, Katalin Cseh, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Bernard Guetta, Karin Karlsbro, Georgios Kyrtsos, Morten Løkkegaard, Javier Nart, Urmas Paet, Samira Rafaela, María Soraya Rodríguez Ramos, Marie-Pierre Vedrenne |
S&D |
Marek Belka, Włodzimierz Cimoszewicz, Paolo De Castro, Dietmar Köster, Miapetra Kumpula-Natri, Bernd Lange, Margarida Marques, Pedro Marques, Sven Mikser, Javier Moreno Sánchez, Alessandra Moretti, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Thijs Reuten, Inma Rodríguez-Piñero, Isabel Santos, Joachim Schuster, Sergei Stanishev, Kathleen Van Brempt |
7 |
- |
ECR |
Charlie Weimers |
S&D |
Andreas Schieder |
The Left |
Emmanuel Maurel, Helmut Scholz |
Verts/ALE |
Saskia Bricmont, Sara Matthieu, Mounir Satouri |
13 |
0 |
ECR |
Hermann Tertsch |
ID |
Paolo Borchia, Susanna Ceccardi, Danilo Oscar Lancini, Antonio Maria Rinaldi |
PPE |
Arnaud Danjean |
S&D |
Maria Arena |
Verts/ALE |
François Alfonsi, Markéta Gregorová, Heidi Hautala, Jordi Solé, Viola von Cramon-Taubadel, Thomas Waitz |
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
- [1] ĠU L 352, 30.12.2002, p. 3.
- [2] ĠU C 28, 27.1.2020, p. 121.
- [3] ĠU C 337, 20.9.2018, p. 113.
- [4] ĠU C 132, 14.4.2023, p. 99.
- [5] ĠU C 32, 27.1.2023, p. 96.
- [6] https://www.cepal.org/en/pressreleases/goods-exports-latin-america-and-caribbean-increase-20-2022-growth-down-previous-year; http://repositorio.cepal.org/handle/11362/48651.
- [7] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Settembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar in-negozjati rigward il-modernizzazzjoni tal-pilastru tal-kummerċ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ċilì. ĠU C 337, 20.9.2018, p. 113.